Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0403(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0020/2019

Testi mressqa :

A8-0020/2019

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 20
CRE 12/02/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.10

Testi adottati :

P8_TA(2019)0092

Testi adottati
PDF 118kWORD 48k
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu
Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore ***
P8_TA(2019)0092A8-0020/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (15375/2018 – C8-0026/2019 – 2018/0403(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (15375/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (08224/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0026/2019),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0020/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Singapore.

(1) Testi adottati, P8_TA(2019)0093.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza