Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja (COM(2018)0384 – C8-0235/2018 – 2018/0208(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel". L-Artikolu 3 jispeċifika ulterjorment li l-"mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha" u, fost oħrajn, "hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew". Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta").
(1) Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel". L-Artikolu 3 jispeċifika ulterjorment li l-"mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha" u, fost oħrajn, "hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew". L-Artikolu 8 tat-TFUE jiddikjara wkoll li l-Unjoni, permezz tal-attivitajiet kollha tagħha, tfittex li telimina l-inugwaljanzi, tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġġieled id-diskriminazzjoni meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a) B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Programm Ġustizzja fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, inkluż l-ibbaġitjar skont il-ġeneru, u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jkomplu jiġu promossi u infurzati, kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli fl-Unjoni u jkunu fil-qalba tas-soċjetajiet tal-Ewropa. Għalhekk, Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri, ġdid li jinkludi l-programmi Drittijiet u Valuri u Ġustizzja se jkun maħluq fil-baġit tal-Unjoni. Fi żmien fejn is-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jiġu promossi, imsaħħa u protetti l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Drittijiet u Valuri se jlaqqa' flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 390/2014 tal-Kunsill11. Il-programm Ġustizzja (minn hawn 'il quddiem il-"Programm") se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta' żona ta' ġustizzja Ewropea integrata u l-kooperazzjoni transfruntiera, f'kontinwità mal-Programm Ġustizzja 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 (minn hawn 'il quddiem "il-Programm preċedenti").
(2) Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jkomplu jiġu żviluppati, protetti u promossi b'mod attiv mill-Unjoni u minn kull Stat Membru fil-politiki kollha tagħhom, b'mod konsistenti, kif ukoll infurzati u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli fl-Unjoni u jkunu fil-qalba tas-soċjetajiet tal-Ewropa. Fl-istess waqt, żona Ewropea tal-ġustizzja li tiffunzjona sew u ta' sistemi legali nazzjonali effiċjenti, indipendenti u ta' kwalità, kif ukoll fiduċja reċiproka akbar, huma neċessarji għal suq intern li jiffjorixxi u għall-ħarsien tal-valuri komuni tal-Unjoni. Għalhekk, Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri, ġdid li jinkludi l-programmi Drittijiet u Valuri u Ġustizzja se jkun maħluq fil-baġit tal-Unjoni. Fi żmien fejn is-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu, polarizzazzjoni u diviżjonijiet, u proċedimenti skont l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, relatati ma' ksur sistematiku tal-istat tad-dritt, kif ukoll għadhom għaddejjin proċedimenti ta' ksur dwar kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jiġu promossi, imsaħħa u protetti l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE: id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-istat tad-dritt, peress li d-deterjorament ta' dawk id-drittijiet u l-valuri fi kwalunkwe Stat Membru jista' jkollu effetti detrimentali fuq l-Unjoni kollha kemm hi. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Drittijiet u Valuri se jlaqqa' flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 390/2014 tal-Kunsill11. Il-programm Ġustizzja (minn hawn 'il quddiem il-"Programm") se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta' żona ta' ġustizzja Ewropea integrata u l-kooperazzjoni transfruntiera, f'kontinwità mal-Programm Ġustizzja 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 (minn hawn 'il quddiem "il-Programm preċedenti").
__________________
__________________
10 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)
10 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)
11 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perijodu 2014-2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)
11 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perijodu 2014-2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)
12 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).
12 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Il-Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu jiffokaw primarjament fuq in-nies u l-entitajiet li jikkontribwixxu biex jagħmlu l-valuri komuni, id-drittijiet u d-diversità rikka tagħna ħajjin u vibranti. L-objettiv aħħari tal-Unjoni huwa li titrawwem u tiġi sostnuta s-soċjetà tagħna bbażata fuq id-drittijiet, l-ugwaljanza, l-inklużività u d-demokrazija. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-poplu u li titrawwem id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, ibbażata wkoll fuq l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-UE jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha ta' l-Unjoni.
(3) Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex jagħmlu l-valuri komuni, id-drittijiet u d-diversità rikka tagħna ħajjin u vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta s-soċjetà tagħna bbażata fuq id-drittijiet, l-ugwaljanza, il-ftuħ, l-inklużività u d-demokrazija, b'mod partikolari billi jiġu ffinanzjati attivitajiet li jippromwovu soċjetà ċivili vibranti, żviluppata sew, reżiljenti u msaħħa, li tagħmel possibbli l-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-poplu u l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tajba tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali, li titrawwem id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, ibbażata wkoll fuq l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-UE jirrikjedi li l-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili u, permezz ta' mezzi xierqa, għandhom jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni. Dan huwa partikolarment importanti fid-dawl tal-ispazju dejjem aktar qed jonqos għal soċjetà ċivili indipendenti f'għadd ta' Stati Membri.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri. Għal dank il-għan, l-Unjoni tista' tadotta miżuri għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità. Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali kif ukoll għall-prinċipji u valuri komuni bħan-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd, l-istat tad-dritt u sistema ġudizzjarja indipendenti li tiffunzjona b'mod tajjeb jiġu żgurati fl-iżvilupp ulterjuri ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja.
(4) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri. Ir-rispett u l-promozzjoni tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet fundamentali u tad-demokrazija fl-Unjoni huma prerekwiżiti għaż-żamma tad-drittijiet u l-obbligi kollha stabbiliti fit-Trattati, u biex tinbena l-fiduċja tal-poplu fl-Unjoni. Il-mod li bih l-istat tad-dritt jiġi implimentat fl-Istati Membri jaqdi rwol vitali fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u bejn is-sistemi ġuridiċi tagħhom. Għal dak il-għan, l-Unjoni tista' tadotta miżuri għall-żvilupp ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali u fejn applikabbli, f'materji amministrattivi u għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità, b'enfasi speċjali fuq ir-reati transfruntiera, fiskali, ambjentali, it-terroriżmu u l-ksur tad-drittijiet fundamentali, bħat-traffikar tal-bniedem, u fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi. Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem ugħad-drittijiet fundamentali kif ukoll għall-prinċipji u valuri komuni, bħan-nondiskriminazzjoni, is-solidarjetà, it-trattament indaqs fuq il-bażi tar-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 21 tal-Karta, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u sistema ġudizzjarja indipendenti li tiffunzjona b'mod tajjeb jenħtieġ li jiġu żgurati u jitrawmu fl-iżvilupp ulterjuri ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) L-Artikolu 81 TFUE jipprevedi b'mod espliċitu li l-Unjoni tista' tadotta atti legali għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri.Taħt it-Trattat, tali atti jistgħu jiġu adottati fost l-oħrajn għar-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar bejn l-Istati Membri ta' sentenzi u deċiżjonijiet extraġudizzjarji;in-notifika transfruntiera ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji;il-kompatibbiltà tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt tal-liġijiet u tal-ġurisdizzjoni;il-kooperazzjoni fil-kisba tal-provi;l-aċċess effettiv għall-ġustizzja;l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-funzjonament xieraq tal-proċedimenti ċivili, kriminali u amministrattivi, li tista' tinkludi l-fatt li l-proċeduri tal-qrati nazzjonali jsiru aktar kompatibbli;l-iżvilupp ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR);u l-appoġġ għat-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Il-finanzjament jenħtieġ li jibqa' wieħed mill-għodod importanti għall-implimentazzjoni ta' suċċess tal-miri ambizzjużi stabbiliti mit-Trattati. Dawn jenħtieġ li jinkisbu fost l-oħrajn billi jiġi stabbilit programm Ġustizzja flessibbli u effettiv li jenħtieġ li jiffaċilita l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' dawn l-għanijiet.
(5) Il-finanzjament huwa wieħed mill-għodod l-iktar importanti għall-implimentazzjoni ta' suċċess tal-miri ambizzjużi stabbiliti mit-Trattati. Dawn jenħtieġ li jinkisbu fost l-oħrajn billi jiġi stabbilit programm Ġustizzja flessibbli u effettiv li jenħtieġ li jiffaċilita l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' dawn l-għanijiet, filwaqt li jitqies liema attivitajiet iġibu l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni, bl-użu ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, kull meta jkun possibbli.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a) Il-programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jżid il-flessibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-fondi tiegħu u li jipprovdi l-istess opportunitajiet u kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġewwa bħal dawk barra l-Unjoni.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Għall-istabbiliment gradwali ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li huwa element ewlieni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999. Ir-rikonoxximent reċiproku jeħtieġ livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri. Ġew adottati miżuri biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri f'diversi oqsma sabiex jiġi ffaċilitat r-rikonoxximent reċiproku u titrawwem il-fiduċja reċiproka. Qasam tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn jiġu eliminati l-ostakoli fil-proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera u l-aċċess għall-ġustizzja f'sitwazzjonijiet transfruntiera, huwa wkoll kruċjali biex jiġi żgurat it-tkabbir ekonomiku.
(6) Għall-istabbiliment gradwali ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għal kulħadd, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li huwa element ewlieni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999. Ir-rikonoxximent reċiproku jeħtieġ livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri. Ġew adottati miżuri biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri f'diversi oqsma sabiex jiġi ffaċilitat r-rikonoxximent reċiproku u titrawwem il-fiduċja reċiproka. Qasam tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn jiġu eliminati l-ostakoli fil-proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera u l-aċċess għall-ġustizzja f'sitwazzjonijiet transfruntiera, huwa wkoll kruċjali biex jiġu żgurati t-tkabbir ekonomiku u iżjed integrazzjoni.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida)
(6a) Kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-ġurisprudenza tagħha1a, l-indipendenza ġudizzjarja tifforma parti mill-essenza tal-dritt fundamentali għal proġett ġust u tirrappreżenta l-bażi għall-fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku.
_________________
1a QĠUE, Awla Manja, 27 ta' Frar 2018, C-64/16, Asociação Sindical dos Juízes Portugueses, ECLI:EU:C:2018:117;QĠUE, Awla Manja, 25 ta' Lulju 2018, C-216/18 PPU, L.M., ECLI:EU:C:2018:586.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 6b (ġdida)
(6b) L-aċċess għall-ġustizzja jenħtieġ li jinkludi, b'mod partikolari, l-aċċess għal rimedju legali, għal metodi alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwim u għal detenturi ta' uffiċċju pubbliku li huma obbligati bil-liġi li jipprovdu lill-partijiet pariri legali indipendenti u imparzjali.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 6c (ġdida)
(6c) L-inkorporazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fis-sistemi ġudizzjarji jenħtieġ li titqies bħala għan importanti biex ikompli jiġi żviluppat aktar l-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja. Id-diskriminazzjoni intersezzjonali fis-sistema ġudizzjarja għadha waħda mill-ostakoli ewlenin f'termini tal-aċċess ugwali tan-nisa għall-ġustizzja. Il-programm għalhekk jenħtieġ li jikkontribwixxi b'mod attiv għall-eliminazzjoni ta' kwalunkwe diskriminazzjoni u ostakoli għal minoranzi, persuni b'diżabbiltà, migranti, persuni li jfittxu asil, persuni anzjani, persuni li jgħixu f'żoni remoti jew gruppi vulnerabbli li jistgħu jsibu restrizzjonijiet għal aċċess għall-ġustizzja, u jappoġġa proċeduri u deċiżjonijiet favur il-vittmi u sensittivi għall-ġeneri fis-sistemi ġudizzjarji.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għal livell għoli ta' fiduċja reċiproka fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b'mod partikolari għall-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva f'materji ċivili u kriminali li hija bbażata fuq rikonoxximent reċiproku. L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u l-prinċipju ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikoli 19(1) TUE u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huwa espressjoni konkreta tal-istat tad-dritt. Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ għall-isforzi biex jittejbu l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali, issaħħaħ il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali.
(7) Ir-rispett sħiħu l-promozzjoni tal-istat tad-dritt huma essenzjali għal livell għoli ta' fiduċja reċiproka fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b'mod partikolari għall-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva f'materji ċivili u kriminali li hija bbażata fuq rikonoxximent reċiproku. L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u l-prinċipju ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikoli 19(1) TUE u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huwa espressjoni konkreta tal-istat tad-dritt. Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ għall-isforzi biex jittejbu l-indipendenza, it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont, il-kwalità u l-effiċjenza ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali, issaħħaħ il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) Huwa importanti li jiġi mfakkar li l-ġustizzja tfisser l-affermazzjoni tal-istat tad-dritt fis-soċjetà u tiżgura d-dritt li kulħadd ikollu proċess ġust minn qorti indipendenti u imparzjali bil-għan li jitħarsu l-valuri Ewropej.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Skont l-Artikoli 81(2)(h) u 82(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, l-Unjoni għandha tappoġġja t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju bħala għodda biex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjali f'materji ċivili u kriminali bbażati fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji. It-taħriġ ta' professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja huwa għodda importanti għall-iżvilupp ta' fehim komuni ta' kif l-aħjar jitħares l-istat tad-dritt. Jikkontribwixxi għall-bini tal-ispazju Ewropew tal-ġustizzja billi joħloq kultura ġudizzjarja komuni fost il-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja tal-Istati Membri. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li ssir applikazzjoni korretta u koerenti tad-dritt fl-Unjoni u li jkun hemm fiduċja reċiproka bejn il-professjonisti tal-ġustizzja fi proċedimenti transfruntiera. L-attivitajiet ta' taħriġ appoġġjati mill-Programm jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet b'saħħithom tal-bżonnijiet ta' taħriġ, jużaw metodoloġiji tat-taħriġ bl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, jinkludu avvenimenti tranfruntiera li jiġbru flimkien lill-professjonisti tal-ġustizzja minn Stati Membri differenti, ikunu magħmulin minn elementi ta' tagħlim u netwerking attivi u jkunu sostenibbli.
(8) Skont l-Artikoli 81(2)(h) u 82(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, l-Unjoni għandha tappoġġja t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju bħala għodda biex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, kriminali u fejn applikabbli materji amministrattivi bbażati fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji. It-taħriġ ta' professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja huwa għodda importanti għall-iżvilupp ta' fehim komuni ta' kif l-aħjar jiġi implimentat u jitħarsu l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. Jikkontribwixxi għall-bini tal-ispazju Ewropew tal-ġustizzja billi joħloq kultura ġudizzjarja komuni fost il-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja tal-Istati Membri. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li ssir applikazzjoni nondiskriminatorja, korretta u koerenti tad-dritt fl-Unjoni u li jkun hemm fiduċja reċiproka u fehim bejn il-professjonisti tal-ġustizzja fi proċedimenti transfruntiera. L-attivitajiet ta' taħriġ appoġġjati mill-Programm jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet b'saħħithom tal-bżonnijiet ta' taħriġ, jużaw metodoloġiji tat-taħriġ bl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, jinkludu avvenimenti transfruntiera li jiġbru flimkien lill-professjonisti tal-ġustizzja, inkluż dawk li jaħdmu għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' Stati Membri differenti, ikunu magħmulin minn elementi ta' tagħlim u netwerking attivi u jkunu sostenibbli. Jenħtieġ li jinkludi l-korsijiet ta' taħriġ għall-imħallfin, l-avukati, il-prosekuturi u l-pulizija dwar l-isfidi u l-ostakoli esperjenzati minn persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli inklużi t-tfal, il-minoranzi etniċi, il-persuni LGBTI, il-persuni b'diżabbiltà, il-vittmi ta' vjolenza abbażi tas-sess u forom oħra ta' vjolenza interpersonali u l-vittmi tat-traffikar, u dwar kif jiġi żgurat li l-vittmi ta' reati jiġu protetti kif xieraq. Taħriġ bħal dan jenħtieġ li jiġi organizzat bl-involviment dirett ta' tali persuni u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jew li jappoġġawhom.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida)
(8a) Limiti ta' żmien raġonevoli għal proċedimenti jaqdu l-iskop taċ-ċertezza tad-dritt, li hija r-rekwiżit ewlieni għall-istat tad-dritt.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 8b (ġdida)
(8b) Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/865 tal-11 ta' Mejju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward ta' materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u d-deċiżjoni rispettiva dwar l-asil u n-non-refoulement, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju bil-ħsieb li ssir sensibilizzazzjoni dwar l-applikazzjoni prattika tal-Konvenzjoni fi ħdan dan il-kamp ta' applikazzjoni, u tiġi promossa, biex il-vittmi tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet jiġu protetti aħjar madwar l-Unjoni.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) It-taħriġ ġudizzjarju jista' jinvolvi atturi differenti, bħall-awtoritajiet legali, ġudizzjarji u amministrattivi tal-Istati Membri, istituzzjonijiet akkademiċi, entitajiet nazzjonali responsabbli għat-taħriġ ġudizzjarju, organizzazzjonijiet jew netwerks ta' taħriġ fil-livell Ewropew, jew netwerks ta' koordinaturi tal-qorti tal-liġi tal-Unjoni. Il-korpi u l-entitajiet li jfittxu interess ġenerali Ewropew fil-qasam tat-taħriġ tal-ġudikatura, bħan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (European Judicial Training Network, "EJTN"), l-Akkademja tal-Liġi Ewropea ("ERA"), in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (European Network of Councils for the Judiciary, "ENCJ"), l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea ("ACA-Europe"), in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea ("RPCSJUE") u l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Institute of Public Administration, "EIPA"), jenħtieġ li jkomplu jaqdu r-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' programmi ta' taħriġ b'dimensjoni Ewropea ġenwina għall-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju, u għaldaqstant ikunu jistgħu jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat f'konformità mal-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta' ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.
(9) It-taħriġ ġudizzjarju jista' jinvolvi atturi differenti, bħall-awtoritajiet legali, ġudizzjarji u amministrattivi tal-Istati Membri, istituzzjonijiet akkademiċi, entitajiet nazzjonali responsabbli għat-taħriġ ġudizzjarju, organizzazzjonijiet jew netwerks ta' taħriġ fil-livell Ewropew, jew netwerks ta' koordinaturi tal-qorti tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti inkluż dawk li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi. Il-korpi u l-entitajiet li jfittxu interess ġenerali Ewropew fil-qasam tat-taħriġ tal-ġudikatura, bħan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (European Judicial Training Network, "EJTN"), l-Akkademja tal-Liġi Ewropea ("ERA"), in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (European Network of Councils for the Judiciary, "ENCJ"), l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea ("ACA-Europe"), in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea ("RPCSJUE") u l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Institute of Public Administration, "EIPA"), jenħtieġ li jkomplu jaqdu r-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' programmi ta' taħriġ b'dimensjoni Ewropea ġenwina għall-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju, u għaldaqstant ikunu jistgħu jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat f'konformità mal-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta' ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali, u l-professjonisti li jaħdmu mal-vittmi tal-vjolenza kif ukoll istituzzjonijiet akkademiċi speċjalizzati jistgħu wkoll jikkontribwixxu għal tali programmi ta' taħriġ, u għalhekk jenħtieġ li jiġu assoċjati kull meta jkun rilevanti. Meta jitqies li l-imħallfin nisa huma sottorappreżentati fl-ogħla pożizzjonijiet, l-imħallfin, il-prosekuturi u l-professjonijiet legali nisa oħra jenħtieġ li jiġu mħeġġa jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' taħriġ.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a) L-Istati Membri jenħtieġ li jinvestu aktar fl-iżvilupp ta' korsijiet ta' taħriġ ġudizzjarju u fl-edukazzjoni kontinwa għall-imħallfin, peress li tali attivitajiet jiffurmaw il-bażi għal sistema ġudizzjarja effiċjenti, indipendenti u imparzjali.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida)
(10a) Il-programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-promozzjoni tal-aħjar prattiki bejn il-qrati li jittrattaw speċifikament il-vjolenza sessista u l-iskambju ta' riżorsi komuni u materjali ta' taħriġ dwar il-vjolenza sessista għall-imħallfin, il-prosekuturi pubbliċi, l-avukati, il-pulizija u professjonisti oħra li jiġu f'kuntatt mal-vittmi ta' vjolenza sessista.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Il-miżuri skont il-Programm jenħtieġ li jappoġġaw ir-rikonoxximent reċiproku msaħħaħ ta' deċiżjonijiet u sentenzi ġudizzjarji u l-approssimazzjoni neċessarja ta' leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet relevanti kollha, inklużi l-Unitajiet tal-Intelligenza Finanzjarja, u l-protezzjoni ġudizzjarja ta' drittijiet individwali f'materji ċivili u kummerċjali. Il-Programm jenħtieġ ukoll li javvanza l-leġiżlazzjoni proċedurali għal każijiet transfruntiera u konverġenza akbar fil-liġi ċivili li jgħinu biex jiġu eliminati l-ostakli għal proċeduri ġudizzjarji u extraġudizzjarji li jiffunzjonaw tajjeb u b'mod effikaċi, għall-benefiċċju ta' kull parti f'kontroversja ċivili. Fl-aħħar nett, sabiex jiġu appoġġati l-infurzar effettiv u l-applikazzjoni prattika tad-dritt tal-Unjoni fuq kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-funzjonament tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE.
(11) Il-miżuri skont il-Programm jenħtieġ li jappoġġaw ir-rikonoxximent reċiproku msaħħaħ ta' deċiżjonijiet u sentenzi ġudizzjarji, il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, u l-approssimazzjoni neċessarja ta' leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet relevanti kollha, inklużi l-Unitajiet tal-Intelligenza Finanzjarja, u l-protezzjoni ġudizzjarja ta' drittijiet individwali f'materji ċivili u kummerċjali. Il-Programm jenħtieġ ukoll li javvanza l-leġiżlazzjoni proċedurali għal każijiet transfruntiera, inklużi l-proċeduri ta' medjazzjoni, b'enfasi speċjali fuq l-iffaċilitar nondiskriminatorju tal-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, u konverġenza akbar, b'mod partikolari fil-liġi ċivili li jgħinu biex jiġu eliminati l-ostakoli għal proċeduri ġudizzjarji u extraġudizzjarji li jiffunzjonaw tajjeb u b'mod effikaċi, għall-benefiċċju ta' kull parti f'kontroversja ċivili. Fl-aħħar nett, sabiex jiġu appoġġati l-infurzar effettiv u l-applikazzjoni prattika tad-dritt tal-Unjoni fuq kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-funzjonament tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Skont l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 24 tal-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u jenħtieġ li jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu.
(12) Skont l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 24 tal-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u jenħtieġ li jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-azzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jħarsu d-drittijiet tat-tfal fil-kuntest tal-ġustizzja ċivili u kriminali, inkluża l-protezzjoni tat-tfal li jakkumpanjaw lill-ġenituri f'detenzjoni u t-tfal ta' ġenituri li jkunu l-ħabs. Jenħtieġ li jitqies ukoll appoġġ xieraq favur l-attivitajiet ta' taħriġ li l-għan tagħhom huwa li jimplimentaw b'mod xieraq id-Direttiva (UE) 2016/800 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida)
(12a) Skont l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 23 tal-Karta u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa, u jenħtieġ li jintegra l-promozzjoni ta' kwistjonijiet ibbażati fuq il-ġeneru fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu. Sabiex jiżgura u jsaħħaħ l-aċċess tan-nisa u l-bniet għall-ġustizzja f'każijiet ta' vjolenza sessista, l-Istati Membri jenħtieġ li jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul u jadottaw leġiżlazzjoni komprensiva kontra l-vjolenza sessista fl-Unjoni.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 12b (ġdida)
(12b) Skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament indaqs bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi razzjali jew etniċi, bħar-Rom u jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu, b'mod partikolari billi jsaħħu l-miżuri ta' kontra d-diskriminazzjoni.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Il-Programm 2014-2020 ippermetta l-attivitajiet ta' taħriġ fuq id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari fuq l-iskop u l-applikazzjoni tal-Karta, immirati lejn membri tal-ġudikatura u juristi oħra. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni tal-Karta fl-2016, il-Kunsill fakkar fl-importanza tat-tixrid tal-għarfien fuq l-applikazzjoni tal-Karta, inkluż fost dawk li jfasslu l-politika, il-ġuristi u d-detenturi tad-dritt infushom, fuq livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni. Għalhekk, biex id-drittijiet fundamentali jiġu armonizzati b'mod konsistenti, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jiġi estiż għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għal awtoritajiet pubbliċi oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-ġuristi.
(13) Il-Programm 2014-2020 ippermetta l-attivitajiet ta' taħriġ fuq id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari fuq l-iskop u l-applikazzjoni tal-Karta, immirati lejn membri tal-ġudikatura u professjonisti legali oħra. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni tal-Karta fl-2016, il-Kunsill fakkar fl-importanza tat-tixrid tal-għarfien fuq l-applikazzjoni tal-Karta, inkluż fost dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti legali u d-detenturi tad-dritt infushom, fuq livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni. Għalhekk, biex id-drittijiet fundamentali jiġu armonizzati b'mod konsistenti, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jiġi estiż għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għal awtoritajiet pubbliċi oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-professjonisti legali, u għall-NGOs li jkunu qed iwettqu wkoll dan il-kompitu.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Skont l-Artikolu 67 TFUE, jenħtieġ li l-Unjoni tikkostitwixxi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali, li għalihom huwa strumentali l-aċċess għall-ġustizzja. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja, u bil-għan li titrawwem il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli biex jiffunzjona tajjeb l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, jenħtieġ li ssir estensjoni tal-appoġġ finanzjarju għal attivitajiet ta' awtoritajiet oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-ġuristi, kif ukoll ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi.
(14) Skont l-Artikolu 67 TFUE, jenħtieġ li l-Unjoni tikkostitwixxi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali, li għalihom huwa strumentali l-aċċess nondiskriminatorju għall-ġustizzja għal kulħadd. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja, u bil-għan li titrawwem il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli biex jiffunzjona tajjeb l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, jenħtieġ li ssir estensjoni tal-appoġġ finanzjarju għal attivitajiet ta' awtoritajiet oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji fil-livell reġjonali u lokali, u l-professjonisti legali, kif ukoll ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi dawkli jirrappreżentaw id-drittijiet tal-vittmi tar-reati, li jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi. Sabiex jinkiseb aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, jenħtieġ li jingħata appoġġ, b'mod partikolari, għal attivitajiet li jiffaċilitaw aċċess effettiv u ugwali għall-ġustizzja għal persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli bħal tfal, minoranzi etniċi, persuni LGBTI, persuni b'diżabilitajiet, vittmi ta' vjolenza sessista u ta' forom oħra ta' vjolenza interpersonali, u vittmi ta' traffikar u migranti, irrispettivament mill-istatus ta' residenza tagħhom.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Skont l-Artikoli 8 u 10 TFUE, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa wkoll l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu.
(15) Skont l-Artikoli 8 u 10 TFUE, jenħtieġ li l-Programm jieħu approċċ trażversali biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu. Jenħtieġ li jitwettqu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari sabiex jiġi evalwat il-mod li bih dawk l-objettivi jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) L-azzjonijiet koperti b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja, biex b'hekk tiżdied il-kooperazzjoni u jiżdied in-netwerking transfruntier u l-kisba tal-applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni. L-attivitajiet ta' finanzjament jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxu għal fehim komuni tal-valuri tal-Unjoni, l-istat tad-dritt, għarfien aħjar tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni, il-kondiviżjoni ta' għarfien u l-aħjar prattiċi fl-użu ta' strumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja mill-partijiet interessati kollha kkonċernati, kif ukoll għal proliferazzjoni ta' soluzzjonijiet diġitali interoperabbli li fuqhom hija bbażata kooperazzjoni transfruntiera bla intoppi u effiċjenti, u jenħtieġ li jipprovdu bażi analitika soda għall-appoġġ tal-iżvilupp, l-infurzar u l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni. L-intervent tal-Unjoni jippermetti li dawk l-azzjonijiet isiru b'mod konsistenti madwar l-Unjoni u jwassal għal ekonomiji ta' skala. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transfruntiera u tipprovdi pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku.
(16) L-azzjonijiet koperti b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja, trawwim tal-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistema legali, biex b'hekk tiżdied il-kooperazzjoni u jiżdied in-netwerking transfruntier, li fuqhom hija bbażata l-fiduċja reċiproka bejn il-ġudikaturi tal-Istati Membri u l-kisba tal-applikazzjoni korretta, koerenti u fil-pront tad-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza u lill-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni aħjar tad-diversi strumenti tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-vittmi. L-attivitajiet ta' finanzjament jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxu għal fehim komuni tal-valuri tal-Unjoni, l-istat tad-dritt, għarfien aħjar tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni, il-kondiviżjoni ta' għarfien u l-aħjar prattiċi fl-użu ta' strumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja mill-partijiet interessati kollha kkonċernati, kif ukoll għal proliferazzjoni u l-promozzjoni ta' soluzzjonijiet diġitali interoperabbli li fuqhom hija bbażata kooperazzjoni transfruntiera bla intoppi u effiċjenti, u jenħtieġ li jipprovdu bażi analitika soda għall-appoġġ tal-iżvilupp, l-infurzar u l-fehim u l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni. L-intervent tal-Unjoni jippermetti li dawk l-azzjonijiet isiru b'mod konsistenti madwar l-Unjoni u jwassal għal ekonomiji ta' skala. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transfruntiera u tipprovdi pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida)
(16a) Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi kull meta l-liġi tal-Unjoni jkollha applikazzjoni extraterritorjali, biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u tiffaċilita l-indirizzar tal-isfidi ġudizzjarji u proċedurali b'mod partikolari f'każijiet ta' traffikar tal-bnedmin, u b'rabta mat-tibdil fil-klima u r-responsabbiltà tan-negozju korporattiva.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 16b (ġdida)
(16b) Kif ġie enfasizzat mir-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja 2017 tal-Kummissjoni Ewropea, għad hemm disparitajiet sinifikanti fil-bilanċ bejn is-sessi fost il-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju tal-Istati Membri, b'mod partikolari, iżda mhux b'mod esklussiv, fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:il-proporzjon ta' mħallfin nisa f'livelli ogħla tal-ġudikatura, it-trasparenza fil-ħatriet, ir-rikonċiljazzjoni bejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u dawk mhux relatati max-xogħol u l-eżistenza ta' prattiki ta' mentoraġġ.Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet ta' taħriġ li jfittxu li jindirizzaw dawk id-disparitajiet.Tali attivitajiet jistgħu, pereżempju jkunu mfassla apposta għal professjonisti nisa fi ħdan il-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju tal-Istati Membri jew, fejn ikun xieraq, jimmiraw kemm lejn il-professjonisti nisa kif ukoll il-professjonisti rġiel, fi sforz biex titqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal kollu rilevanti.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 16c (ġdida)
(16c) Is-sistema tal-ġustizzja tal-Unjoni ma tipprovdix ġustizzja xierqa u protezzjoni lin-nisa u lit-tfajliet u, konsegwentement, il-vittmi tal-vjolenza sessista ma jirċevux l-appoġġ meħtieġ. Dan jinkludi wkoll in-nuqqas ta' protezzjoni u appoġġ rigward il-vittmi tat-traffikar sesswali, ir-rifuġjati u l-migranti nisa, il-persuni LGBTIQ u l-persuni b'diżabbiltà.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura konsistenza ġenerali, komplementarjetà u sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bħall-EUROJUST, EU-LISA u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u jenħtieġ li tieħu kont tal-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn, fl-oqsma koperti mill-Programm.
(17) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura konsistenza ġenerali, komplementarjetà u sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bħall-EUROJUST, FRA, l-OLAF, EU-LISA u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, sabiex tevalwa l-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn, fl-oqsma koperti mill-Programm u tirrakkomanda titjib, fejn ikun meħtieġ.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Jenħtieġ li jiġi żgurat il-valur Ewropew miżjud tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha mwettqa fi ħdan il-Programm, il-kumplimentarjetà tagħhom għall-attivitajiet tal-Istati Membri, u l-konsistenza tagħhom ma' attivitajiet oħrajn tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm konsistenza, kumplimentarjetà u sinerġiji bejn il-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw l-oqsma politiċi b'rabta mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari l-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri - u għalhekk mal-Programm Drittijiet u Valuri - u bejn il-Programm u l-Programm tas-Suq Uniku, Ġestjoni tal-fruntieri u Sigurtà, b'mod partikolari l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni ("AMIF", Asylum, Migration and Integration fund) u l-Fondi għas-Sigurtà Interna, Infrastruttura Strateġika b'mod partikolari l-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm Erasmus+, il-Programm Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, u r-Regolament LIFE13.
(18) Jenħtieġ li jiġu żgurati l-vijabbiltà, il-viżibbiltà, il-prinċipju ewlieni tal-valur miżjud Ewropew, u l-ġestjoni finanzjarja soda fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha mwettqa fi ħdan il-Programm Ġustizzja, il-komplementarjetà tagħhom għall-attivitajiet tal-Istati Membri, u l-konsistenza tagħhom ma' attivitajiet oħrajn tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u bbażata fuq il-prestazzjoni tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm konsistenza, kumplimentarjetà u sinerġiji bejn il-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw l-oqsma politiċi b'rabta mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari l-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri - u għalhekk mal-Programm Drittijiet u Valuri - u bejn il-Programm u l-Programm tas-Suq Uniku, Ġestjoni tal-fruntieri u Sigurtà, b'mod partikolari l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni ("AMIF", Asylum, Migration and Integration fund) u l-Fondi għas-Sigurtà Interna, Infrastruttura Strateġika b'mod partikolari l-Programm Ewropa Diġitali, il-Fond Soċjali Ewropew+, il-Programm Erasmus+, il-Programm Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, u r-Regolament LIFE13. L-implimentazzjoni tal-Programm Ġustizzja jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni u tkun ikkumplementata minnhom, rigward il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri;
__________________
__________________
13 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 Test b'relevanza għaż-ŻEE
13 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida)
(19a) Il-mekkaniżmi li jiżguraw rabta bejn il-politiki ta' finanzjament tal-Unjoni u l-valuri tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu raffinati aktar, filwaqt li jippermettu lill-Kummissjoni tressaq proposta quddiem il-Kunsill biex ir-riżorsi allokati lil Stat Membru b'ġestjoni kondiviża jiġu ttrasferiti lill-Programm fejn dak l-Istat Membru jkun soġġett għal proċeduri relatati mal-valuri tal-Unjoni.Mekkaniżmu komprensiv tal-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jiggarantixxi r-rieżami regolari u ugwali tal-Istati Membri kollha, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-attivazzjoni tal-miżuri relatati ma' nuqqasijiet ġenerali tal-valuri tal-Unjoni fl-Istati Membri.Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi u fid-dawl tal-importanza li jiġu imposti l-effetti finanzjarji tal-miżuri, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kunsill li jenħtieġ li jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni.Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex tiġi żgurata azzjoni effettiva, jenħtieġ li tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 19b (ġdida)
(19b) Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-programm kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u sempliċi possibbli għall-utent, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha.
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 19c (ġdida)
(19c) It-titjib tal-implimentazzjoni u tal-kwalità tal-infiq jenħtieġ li jikkostitwixxi l-prinċipju gwida biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [il-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.
(20) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jeżiġi li jkun hemm trasparenza sħiħa fl-użu tar-riżorsi, ġestjoni finanzjarja soda u użu prudenti tar-riżorsi.B'mod partikolari, ir-regoli li jikkonċernaw il-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali jiġu ffinanzjati permezz ta' għotjiet operattivi pluriennali, għotjiet kaskata, dispożizzjonijiet li jiżguraw proċeduri rapidi u flessibbli għall-ħolqien tal-għotjiet, bħal proċedura ta' applikazzjoni b'żewġ passi, applikazzjonijiet faċli għall-utent u proċeduri ta' rapportar jenħtieġ li jitħaddmu u jiġu msaħħa aktar bħala parti mill-implimentazzjoni ta' dan il-Programm. Il-kriterji ta' kofinanzjament jenħtieġ li jqisu x-xogħol volontarju.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(21) It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati mixtieqa, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, id-daqs u l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u tal-benefiċjarji fil-mira, u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi, kostijiet ta' unità u għotjiet kaskata, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9516 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9617 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193918, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jipproċedi kontra r-reati ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera b'mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-Kummissjoni, l-OLAF, l-UPPE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u li tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(22) Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9516, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9617 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193918, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi t-trasparenza kompleta tal-finanzjament u l-proċeduri tal-għażla tal-Programm, il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jenħtieġ li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jenħtieġ li jinvestiga u jipproċedi kontra r-reati ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera b'mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-Kummissjoni, l-OLAF, l-UPPE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u li tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
_________________
_________________
15 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
15 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
17 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
17 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
18 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
18 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
19 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
19 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprovdi għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
(23) Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-korpi u lin-netwerks tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'kull Stat Membru, lill-korpi u lin-netwerks responsabbli għall-politiki dwar in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, lill-ombudsmen, lill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom u jsaħħu s-sinerġiji u l-kooperazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu inklużi pajjiżi terzi speċjalment kull meta l-involviment tagħhom iħeġġeġ l-ilħuq tal-objettivi tal-programm, filwaqt li jitqies li dan huwa b'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew f'arranġamenti simili.
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida)
(24a) Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandha l-għan li toffri lill-Unjoni l-istrumenti sabiex tipproteġi aħjar il-baġit tagħha meta d-dgħufijiet fl-istat tad-dritt ixekklu jew jheddu l-ġestjoni finanzjarja soda tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li tikkomplementa l-programm Ġustizzja li r-rwol tiegħu huwa differenti, jiġifieri li jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta' Spazju Ewropew ta' Ġustizzja li jkun ibbażat fuq l-istat tad-dritt u l-fiduċja reċiproka, u li jiżgura li l-persuni jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE1], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.
(25) Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE1], persuni u entitajiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Huwa essenzjali li l-Programm jiżgura li tali persuni u entitajiet ikunu infurmati biżżejjed dwar l-eliġibbiltà tagħhom għall-finanzjament.
__________________
__________________
1 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
1 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 25a (ġdida)
(25a) Abbażi tal-importanza u r-rilevanza tagħhom, dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha biex jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.
(27) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-benefiċjarji tal-Programm. Dawn ir-rekwiżiti, fejn possibbli, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2
Dan jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Dan jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 1 ta' Jannar 2021 – 31 ta' Diċembru 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
1. "Ġudikatura u persunal ġudizzjarju" tfisser imħallfin, prosekuturi u persunal tal-qorti, kif ukoll professjonisti oħra tal-ġustizzja assoċjati mal-ġudikatura, bħalma huma avukati, nutara, bailiffs jew uffiċjali għall-infurzar, prattikanti fl-insolvenza, medjaturi, interpreti u tradutturi tal-qorti, esperti tal-qorti, persunal tal-ħabs u uffiċjali tal-probazzjoni.
1. "Ġudikatura u persunal ġudizzjarju" tfisser imħallfin, prosekuturi u persunal tal-qorti, kif ukoll professjonisti oħra tal-ġustizzja assoċjati mal-ġudikatura, bħalma huma avukati tad-difiża u tal-prosekuzzjoni, nutara, bailiffs jew uffiċjali għall-infurzar, prattikanti fl-insolvenza, medjaturi, interpreti u tradutturi tal-qorti, esperti tal-qorti, persunal tal-ħabs u uffiċjali tal-probazzjoni.
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1
1. Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li jikkontribwixxi għal aktar żvilupp ta' żona Ewropea ta' ġustizzja bbażata fuq l-istat tad-dritt, fuq ir-rikonoxximent reċiproku u l-fiduċja reċiproka;
1. Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li jikkontribwixxi għal aktar żvilupp ta' żona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja bbażata fuq l-istat tad-dritt, inklużi l-indipendenza tal-imħallfin u l-imparzjalità tal-ġustizzja, fuq ir-rikonoxximent reċiproku, il-fiduċja reċiproka ul-kooperazzjoni transfruntiera, u b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin, kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness I:
2. Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
(a) li jiffaċilita u jappoġġja l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali, u li jippromwovi l-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ tal-isforzi biex tittejjeb l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali;
(a) fi ħdan qafas ta' demokrazija u rispett tad-drittijiet fundamentali, li jiffaċilita u jappoġġja l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali, inkluża l-kooperazzjoni lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni kull meta d-dritt tal-Unjoni jkollu applikazzjonijiet extraterritorjali, li jsaħħaħ l-aċċess għall-ġustizzja għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi u li jippromwovi l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura, anke permezz tal-appoġġ tal-isforzi biex jittejbu l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, l-infurzar xieraq tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-protezzjoni tal-vittmi;
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
(b) li jappoġġja u jippromwovi t-taħriġ ġudizzjarju, bil-għan li titrawwem kultura legali u ġudizzjarja u kultura tal-istat tad-dritt komuni;
(b) li jappoġġja u jippromwovi t-taħriġ ġudizzjarju nazzjonali u transnazzjonali, inkluż it-taħriġ dwar it-terminoloġija ġuridika, bil-għan li titrawwem kultura legali u ġudizzjarja u kultura tal-istat tad-dritt komuni, kif ukoll l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva tal-istrumenti legali tal-Unjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku u s-salvagwardji proċedurali. Tali taħriġ għandu jkun sensittiv fir-rigward tas-sessi, iqis il-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal u tal-persuni b'diżabbiltà, ikun orjentat lejn il-vittmi, fejn applikabbli, u jkopri, b'mod partikolari, id-dritt ċivili u kriminali u, fejn applikabbli, id-dritt amministrattiv, id-drittijiet fundamentali kif ukoll il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni;
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
(c) li jiffaċilita l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd u rimedju effikaċi, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, permezz tal-promozzjoni ta' proċeduri ċivili u kriminali effikaċi u l-promozzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-vittmi ta' reati kif ukoll id-drittijiet proċedurali tas-suspettati u tal-persuni akkużati fi proċedimenti kriminali.
(c) li jiffaċilita l-aċċess effettiv u mhux diskriminatorju għall-ġustizzja għal kulħadd, b'enfasi fuq l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni, bħar-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 21 tal-Karta, u rimedju effikaċi, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi (ġustizzja elettronika), permezz tal-promozzjoni ta' proċeduri ċivili u kriminali effikaċi u, fejn applikabbli, proċeduri amministrattivi, u l-promozzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-vittmi kollha tal-kriminalità kif ukoll id-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal u lin-nisa.
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) li jippromwovi l-applikazzjoni prattika ta' riċerka relatata mal-mediċini, li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jespandi l-bażi tal-għarfien fil-qasam, u jiżviluppa metodi innovattivi biex jiġu indirizzati l-fenomeni tas-sustanzi psikoattivi ġodda u tat-traffikar tal-bnedmin u tal-merkanzija.
2a. Fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu, il-Programm għandu jipprova jappoġġa u jippromwovi, bħala objettiv orizzontali, il-protezzjoni tad-drittijiet ugwali u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni minquxa fl-Artikolu 21 tal-Karta.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027, għandu jkun ta' EUR [305 000 000] f'termini ta' prezzijiet attwali.
1. Fis-sens ta' [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali ġdid] il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba], il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027, li jirrappreżenta r-referenza primarja għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali, għandu jkun ta' EUR 316 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 356 000 000 fi prezzijiet kurrenti).
2a. Il-baġit allokat għal azzjonijiet marbuta mal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandu jiġi indikat kull sena;
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4
4. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont l-Artikolu 62(1)(c). Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
4. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2
2. Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament f'kull forma stabbilita fir-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament f'kull forma stabbilita fir-Regolament Finanzjarju, primarjament permezz ta' għotjiet għal azzjoni kif ukoll għotjiet operattivi annwali u pluriennali.Dak il-finanzjament għandu jiżgura ġestjoni finanzjarja soda, użu prudenti tal-fondi pubbliċi, livelli aktar baxxi ta' piż amministrattiv għall-operatur tal-Programm u għall-benefiċjarji, kif ukoll aċċessibbiltà tal-fondi tal-Programm għal benefiċjarji potenzjali. Dan jista' juża somom f'daqqa, kostijiet ta' unità, rati fissi, għotjiet kaskata u appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi. Il-kofinanzjament għandu jiġi aċċettat in natura, u jista' jiġi rrinunzjat f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 7
Artikolu 7
Artikolu 7
Tip ta' azzjonijiet
Tip ta' azzjonijiet
L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 3 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.
L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 3 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament:
(1) is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid tal-informazzjoni biex jitjieb l-għarfien tal-politiki tal-Unjoni u tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-liġi sostantiva u proċedurali, l-istrumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-liġi komparattiva u ta' standards Ewropej u internazzjonali, b'enfasi speċjali fuq iż-żieda u l-fehim tal-oqsma multidixxiplinari, transdixxiplinari u interdixxiplinari tal-liġi, bħall-kummerċ u d-drittijiet tal-bniedem, u fuq kif jiġi ffaċilitat it-tilwim extraterritorjali;
(2) it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex jittejbu l-għarfien u l-fehim reċiproku tad-dritt ċivili u kriminali u tas-sistemi legali u ġudizzjarji tal-Istati Membri, inklużi l-istat tad-dritt u l-aċċess għall-ġustizzja, u permezz tat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka kif ukoll tal-iskambju tal-aħjar prattiki relatati ma' ġustizzja adattata għat-tfal u l-promozzjoni u l-inkorporazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-sistema ġudizzjarja kollha;
(3) il-korsijiet ta' taħriġ għall-imħallfin, l-avukati, il-prosekuturi u l-pulizija u persuni oħra li jaħdmu fis-sistema ġudizzjarja dwar l-isfidi u l-ostakli esperjenzati minn persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli inklużi t-tfal, il-minoranzi etniċi, il-persuni LGBTI, il-persuni b'diżabbiltà, il-vittmi tal-vjolenza sessista u ta' forom oħra ta' vjolenza interpersonali u l-vittmi tat-traffikar, u dwar kif jiġi żgurat li l-vittmi ta' reati jiġu protetti kif xieraq;
(4) l-attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ biex jittejbu l-għarfien u l-fehim ta' ostakli potenzjali għall-funzjonament bla xkiel tal-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja u biex jittejbu l-implimentazzjoni tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni fl-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni wkoll tal-effetti tad-dritt tal-Unjoni fuq pajjiżi terzi;
(5) l-attivitajiet biex jittejjeb il-funzjonament bla xkiel ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja, inkluż bil-monitoraġġ tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri u bir-riċerka dwar kif jiġu eliminati l-ostakli għal aċċess universali, mhux diskriminatorju u effikaċi għall-ġustizzja għal kulħadd;
(6) l-inizjattivi li jindirizzaw id-disparitajiet fil-bilanċ bejn is-sessi fost il-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju tal-Istati Membri permezz ta' taħriġ jew imfassal apposta għall-professjonisti nisa, jew immirat kemm għall-professjonisti nisa kif ukoll għall-professjonisti rġiel, ta' sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet bħall-proporzjon baxx ta' mħallfin nisa f'livelli ogħla tal-ġudikatura jew il-ħtieġa ta' trasparenza u kriterji oġġettivi matul il-proċeduri tal-ħatra;
(7) it-taħriġ għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fid-difiża tal-vittmi ta' reati u fit-tressiq ta azzjonijiet ta' rimedju, biex jittejjeb l-għarfien dwar il-politiki u d-dritt tal-Unjoni, inklużi inter alia l-liġi sostantiva u proċedurali, id-drittijiet fundamentali, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, l-użu tar-rimedju kollettiv u l-ġurisdizzjoni universali, l-użu tal-istrumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni, il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-lingwaġġ ġuridiku u d-dritt komparattiv;
(8) it-taħriġ multidixxiplinari tal-persunal ġudizzjarju u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-qasam tal-liġi dwar il-ħabsijiet, tad-detenzjonijiet u tal-ġestjoni tal-ħabsijiet, sabiex jiġi ffaċilitat it-tixrid tal-aħjar prattiki;
(9) it-taħriġ multidixxiplinari tal-persunal ġudizzjarju u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-qasam tal-ġustizzja għall-minorenni, sabiex titħejja u tiġi promossa l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva (UE) 2016/800 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali;
(10) it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) kif ukoll l-iżvilupp u ż-żamma ta' għodod tal-ġustizzja elettronika biex jittejbu l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji u l-kooperazzjoni tagħhom permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà transfruntiera tas-sistemi u l-applikazzjonijiet, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data;
(11) l-iżvilupp tal-kapaċità ta' netwerks ewlenin fil-livell Ewropew u ta' netwerks ġudizzjarji Ewropej, inklużi netwerks stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni u l-infurzar effikaċi tad-dritt tal-Unjoni, biex jiġu promossi u żviluppati aktar id-dritt, l-għanijiet tal-politika u l-istrateġiji tal-Unjoni fl-oqsma tal-programm;
(12) l-appoġġ strutturali għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fl-oqsma koperti mill-Programm, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-taħriġ tal-esperti ġuridiċi li jaħdmu għal dawk l-organizzazzjonijiet, kif ukoll għal attivitajiet partikolari ta' tali organizzazzjonijiet, inklużi l-patroċinju legali, l-attivitajiet ta' netwerking, il-litigazzjoni b'rabta ma' ksur tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, il-mobilizzazzjoni u l-edukazzjoni pubblika, u l-għoti ta' servizzi rilevanti;
(13) it-titjib tal-għarfien tal-programm u t-tixrid, it-trasferiment u t-trasparenza tar-riżultati tiegħu u t-trawwim ta' sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż bl-istabbiliment u l-appoġġ ta' programmi ta' sostenn/netwerk nazzjonali indipendenti ta' kuntatt;
(14) studji dwar parametri referenzjarji, riċerka, analiżijiet u stħarriġ, evalwazzjonijiet, valutazzjoni tal-impatt, l-elaborazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet, u jiġi evitat l-użu ta' sors doppju ta' Fondi billi jiġu indikati b'mod ċar is-sorsi ta' finanzjament għal kull kategorija ta' nfiq, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a
(a) dawn ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti skont il-Programm;
(a) dawn ikunu ġew ivvalutati kif xieraq f'sejħa għal proposti skont il-Programm;
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3
3. Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju biex tkopri n-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.
3. Għotja operattiva għandha tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju biex tkopri n-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu17.
2. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat. Dak l-att delegat għandu jiġi adottat skont l-Artikolu14.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1
1. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.
1. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn l-ilħuq tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness. Fejn ikun applikabbli, id-data li tinġabar għall-monitoraġġ u r-rapportar għandha titqassam skont is-sess, l-età u l-kategorija tal-persunal.
2a. Il-monitoraġġ għandu jipprovdi wkoll mezz ta' valutazzjoni tal-mod li bih l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni jkunu ġew indirizzati fl-azzjonijiet kollha tal-Programm.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3
3. Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta' monitoraġġ tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u b'mod tempestiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonali fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.
3. Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data korretta għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta' monitoraġġ tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u b'mod preċiż u tempestiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonali fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli formati faċli għall-utent u tipprovdi orjentazzjoni u appoġġ, b'mod partikolari għall-applikanti u l-benefiċjarji li jista' ma jkollhomx ir-riżorsi u l-persunal xierqa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-rapportar.
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1
1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b'mod tempestiv sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.
1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b'mod tempestiv u dokumentat sew sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u biex jiġu mmonitorjati l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm u l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.L-evalwazzjonijiet kollha għandhom ikunu sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi u għandhom jinkludu analiżi dettaljata tal-baġit tal-programm iddedikat għall-attivitajiet relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2
2. L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.
2. L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
3a. L-evalwazzjoni interim u finali tal-Programm għandha tivvaluta, inter alia:
(a) il-perċezzjoni tal-impatt tal-Programm fuq l-aċċess għall-ġustizzja abbażi ta' data kwalitattiva u kwantitattiva miġbura fil-livell Ewropew;
(b) l-għadd u l-kwalità ta' strumenti u għodod żviluppati permezz ta' azzjonijiet iffinanzjati mil-Programm;
(c) il-valur miżjud Ewropew tal-Programm;
(d) il-livell ta' finanzjament b'rabta mar-riżultati miksuba;
(e) l-ostakli amministrattivi, organizzattivi u/jew strutturali potenzjali għall-implimentazzjoni aktar faċli, aktar effettiva u effiċjenti tal-Programm.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 4
4. Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.
4. Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Il-grupp ta' esperti kkonsultat għandu jkun ibbilanċjat fir-rigward tas-sessi.
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonali lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata dwar il-valur miżjud Ewropew tal-Programm lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku, u b'hekk juru l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħinu fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, u għandu jkun assistit mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti.Fil-Kumitat għandhom jiġu ssalvagwardjati l-bilanċ bejn is-sessi u r-rappreżentanza xierqa tal-minoranzi u ta' gruppi esklużi oħra.
Emenda 75 Proposta għal regolament Anness I
Anness I
imħassar
Attivitajiet tal-programm
L-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmi fl-Artikolu 3(2) se jiġu segwiti b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:
1. is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien ta' politiki tal-Unjoni u tad-dritt tal-Unjoni inklużi l-liġi sostantiva u proċedurali, l-istrumenti ta' koooperazzjoni ġudizzjarja, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-liġi komparattiva u ta' standards Ewropej u internazzjonali;
2. it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejbu l-għarfien u l-fehim reċiproku tad-dritt ċivili u kriminali u tas-sistemi legali u ġudizzjarji tal-Istati Membri, inkluż l-istat tad-dritt, u t-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka;
3. l-attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ25 biex jittejbu l-għarfien u l-fehim ta' ostakli potenzjali għall-funzjonament bla xkiel tal-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja u biex itejbu l-implimentazzjoni tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni fl-Istati Membri;
4. it-taħriġ għall-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki tal-Unjoni u d-dritt tal-Unjoni inklużi fost l-oħrajn il-liġi sostantiva u proċedurali, l-użu tal-istrumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-lingwaġġ legali u tad-dritt komparattiv.
5. l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' għodod tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) kif ukoll tal-ġustizzja elettronika biex jittejbu l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji u l-kooperazzjoni tagħhom permezz ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, inkluż l-interoperabbiltà tas-sistemi u l-applikazzjonijiet transfruntiera.
6. l-iżvilupp tal-kapaċità ta' netwerks ewlenin fil-livell Ewropew u ta' netwerks ġudizzjarji Ewropej, inklużi netwerks stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni, biex jiġu promossi u żviluppati aktar l-għanijiet tal-politika u tad-dritt tal-Unjoni, tal-istrateġiji fl-oqsma tal-programm, kif ukoll li jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.
7. it-titjib tal-għarfien tal-programm u t-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż bl-istabbiliment u l-appoġġ ta' programmi ta' sostenn/netwerk nazzjonali ta' kuntatt.
__________________
25 Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.
Emenda 76 Proposta għal regolament Anness II – paragrafu 1 – parti introduttorja
Anness II
Anness
Indikaturi
Indikaturi
Il-programm se jiġi mmonitorjat fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programm ikunu ntlaħqu u bil-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-ispejjeż amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin.
Il-Programm se jiġi mmonitorjat fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi maħsuba biex ikejlu safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bil-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-ispejjeż amministrattivi u li tiġi massimizzata l-effikaċja tas-sistemi tal-ġustizzja. Għal dan il-għan, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet relatati mal-privatezza u l-protezzjoni tad-data, se tinġabar data u, meta jkun applikabbli, tkun diżaggregata skont is-sess, l-età u l-kategorija tal-persunal, fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:
Emenda 77 Proposta għal regolament Anness II – paragrafu 1 – tabella
In-numru ta' membri tal-ġudikatura u ta' persunal ġudizzjarju li pparteċipaw f'attivitajiet ta' taħriġ (inklużi skambji ta' persunal, żjarat ta' studju, workshops u seminars) iffinanzjati mill-Programm, inkluż permezz ta' għotja operattiva tal-EJTN
In-numru ta' membri tal-ġudikatura u ta' persunal ġudizzjarju li pparteċipaw f'attivitajiet ta' taħriġ (inklużi skambji ta' persunal, żjarat ta' studju, workshops u seminars) iffinanzjati mill-Programm, inkluż permezz ta' għotja operattiva tal-EJTN
In-numru ta' persunal u membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li pparteċipaw f'attivitajiet ta' taħriġ
In-numru ta' skambji ta' informazzjoni f'Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (European Criminal Records Information System, ECRIS)
In-numru ta' skambji ta' informazzjoni f'Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (European Criminal Records Information System, ECRIS)
In-numru ta' każijiet u attivitajiet, u l-livell ta' output tal-kooperazzjoni transfruntiera, inkluża l-kooperazzjoni permezz ta' għodod u proċeduri tat-teknoloġija tal-informazzjoni stabbiliti fil-livell tal-Unjoni
In-numru ta' hits fuq il-portal tal-Ġustizzja elettronika / il-paġni li jindirizzaw il-ħtieġa għal informazzjoni dwar kawżi ċivili transfruntiera
L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:
L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:
(i) it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;
(i) it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;
(ii) sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni
(ii) sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni
(iia) attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet immirati lejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
(iib) attivitajiet relatati mal-għoti lill-persuni ta' informazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja;
(iic) attivitajiet għall-imħallfin dwar sfidi fil-litigazzjoni u kif għandhom jiġu applikati d-dritt internazzjonali privat u d-dritt tal-Unjoni f'każijiet transfruntieri/multidixxiplinari;
(iid) attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni ffinanzjati mill-Programm.