Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019 - Brussell
Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
 Kodiċi Doganali tal-Unjoni: l-inklużjoni tal-muniċipalità ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni ***I
 Ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020 ***I
 L-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 L-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 L-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") *
 Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - il-ġlieda kontra l-frodi
 L-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-dominju tal-ogħla livell .eu ***I
 Armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (ING) ***I
 Żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3
 Qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1)
 Qamħirrum ġenetikament modifikata MON 87403 (MON-874Ø3-1)
 Prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985
 Is-sitwazzjoni fil-Venezwela
 Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
PDF 222kWORD 70k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura li jaffettwaw:il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XII: it-Titolu XIV u l-Anness II (2018/2170(REG))
P8_TA(2019)0046A8-0462/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 226 u 227 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0462/2018),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss bl-eċċezzjoni tal-emendi li jdaħħlu t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3e fl-Artikolu 11 u l-punti 6 u 7 tal-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom kif ukoll l-emendi għall-Artikoli 196 u 204, li jidħlu fis-seħħ mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li se jsiru fl-2019;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – titolu
Interessi finanzjarji u standards ta' kondotta tal-Membri
Standards ta' kondotta
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, taħt forma ta' kodiċi ta' kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness4.
imħassar
Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.
______________
4 Ara l-Anness II
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jkunu rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza5.
imħassar
______________
5 Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-persuni li jaħdmu għal rashom li huma involuti fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 277, 19.9.2014, p.11).
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-kondotta tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku, għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u għandha tirrispetta d-dinjità tal-Parlament. Barra minn hekk, m'għandhiex tikkomprometti t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari, iż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu.
Il-kondotta tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku u għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-Parlament u m'għandhomx jagħmlu ħsara għar-reputazzjoni tiegħu.
Emenda 5
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Fid-dibattiti parlamentari, il-Membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ jew imġiba malafamanti, razzisti jew ksenofobiċi, u lanqas ma għandhom jiftħu strixxuni.
imħassar
Emenda 6
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali.
imħassar
Emenda 7
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
In-nuqqas ta' osservanza ta' dawn l-istandards u r-regoli jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-miżuri skont l-Artikoli 165, 166 u 167.
imħassar
Emenda 8
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Membri m'għandhomx jikkompromettu t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari u m'għandhomx jikkompromettu ż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu.
Emenda 9
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  Il-Membri m'għandhomx ifixklu l-ordni tajba tal-Kamra u għandhom joqogħdu lura minn imġiba mhux xierqa. Huma m'għandhomx juru strixxuni.
Emenda 10
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid)
3c.  Fid-dibattiti parlamentari fil-Kamra, il-Membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ offensiv.
Emenda 11
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid) – interpretazzjoni
Il-valutazzjoni ta' jekk il-lingwaġġ użat minn Membru f'dibattitu parlamentari huwiex offensiv jew le għandha tqis, inter alia, l-intenzjonijiet identifikabbli tal-kelliem, il-perċezzjoni tad-dikjarazzjoni mill-pubbliku, il-punt sa fejn dan jikkostitwixxi ħsara għad-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament, u l-libertà tal-kelma tal-Membru kkonċernat. Pereżempju, lingwaġġ malafamanti, "diskors ta' mibegħda" u inċitament għal diskriminazzjoni bbażata, b'mod partikolari, fuq kwalunkwe kriterju msemmi fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, normalment jikkostitwixxu każijiet ta' "lingwaġġ offensiv" fis-sens ta' dan l-Artikolu.
Emenda 12
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3d (ġdid)
3d.  Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali.
Emenda 13
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3e (ġdid)
3e.  Il-Membri għandhom iżommu lura minn kull tip ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali u għandhom jirrispettaw il-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom li huma mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness 1a.
Il-Membri ma jistgħux jiġu eletti għal kariga fil-Parlament jew f'wieħed mill-korpi tiegħu, jinħatru bħala rapporteur, jew jipparteċipaw f'delegazzjonijiet uffiċjali jew f'negozjati interistituzzjonali, jekk ma jkunux iffirmaw id-dikjarazzjoni relatata ma' dak il-Kodiċi.
____________________
1aIl-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom, adottat mill-Bureau fit-2 ta' Lulju 2018, għandu jsir anness ma' dawn ir-Regoli.
Emenda 14
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 4
4.  L-applikazzjoni ta' din ir-Regola m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari, u l-anqas m'għandha tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri.
imħassar
Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja tal-Unjoni u l-Istatut tal-Membri.
Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja tal-Unjoni u l-Istatut tal-Membri.
Emenda 15
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 5
5.  Meta persuna impjegata minn Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew għal apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' kondotta stabbiliti fil-paragrafu 3, is-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 166 jistgħu, fejn ikun xieraq, jiġu imposti fuq il-Membru kkonċernat.
5.  Meta persuna li taħdem għal Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' kondotta stabbiliti f'dan l-Artikolu, din l-imġiba tista', fejn ikun xieraq, tkun imputabbli lill-Membru kkonċernat.
Emenda 16
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari, u l-anqas m'għandha tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri.
Emenda 17
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis, għal korpi, kumitati u delegazzjonijiet tal-Parlament.
Emenda 18
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 6
6.  Il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jista' jiġi akkreditati.
imħassar
Emenda 19
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 7
7.  Il-kodiċi ta' kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex Membri.
imħassar
Emendi 20 u 75
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Interessi finanzjarji tal-Membri u Reġistru ta' trasparenza
1.  Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, fil-forma ta' Kodiċi ta' Kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri tiegħu, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness1a.
Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.
2.  Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jkunu rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza1b.
3.  Il-Membri għandhom jippublikaw online il-laqgħat skedati kollha ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jidħlu fl-ambitu tar-Reġistru ta' Trasparenza. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6) tal-Anness I, ir-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati għandhom, għal kull rapport, jippubblikaw online il-laqgħat skedati kollha ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jidħlu fl-ambitu tar-reġistru ta' Trasparenza. Il-Bureau għandhu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-websajt tal-Parlament.
4.  Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-paġna web tal-Membri fuq il-websajt tal-Parlament għal dawk il-Membri li jixtiequ jippubblikaw awditjar volontarju jew konferma, kif previst fir-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, li l-użu minnhom tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.
5.  Dawn ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.
6.  Il-kodiċi ta' kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex Membri.
__________________
1a Ara l-Anness I.
1b Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (ĠU L 277, 19.9.2014, p.11).
Emenda 88
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 32 – paragrafu 5
5.   Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Dik l-istqarrija għandha tispeċifika l-isem tal-grupp u l-ismijiet tal-membri tiegħu u tal-membri tal-Bureau tiegħu. Hija għandha tiġi ffirmata mill-Membri kollha tal-grupp.
5.  Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Dik l-istqarrija għandha tispeċifika:
–  l-isem tal-grupp,
–  dikjarazzjoni politika, li tiddeskrivi l-għan tal-grupp, u
–  l-ismijiet tal-membri itgeħu u tal-membri tal-Bureau tiegħu.
Il-membri kollha tal-grupp għandhom jiddikjaraw bil-miktub f'anness mal-istqarrija li jikkondividu l-istess affinità politika.
Emenda 21
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-intergruppi kif ukoll gruppi oħra mhux uffiċjali għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'kwalunkwe attività li tista' tirriżulta f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Huma ma jistgħux jorganizzaw avvenimenti f'pajjiżi terzi li jikkoinċidu ma' missjoni ta' korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża delegazzjoni uffiċjali għall-osservazzjoni ta' elezzjonijiet.
Emenda 22
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 2
2.  Dawn il-gruppi għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli adottati mill-Bureau li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, jiġu rispettati, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku.
2.  Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi jiġu rispettati, grupp politiku jista' jiffaċilita l-attivitajiet ta' tali gruppi billi jipprovdilhom appoġġ loġistiku.
Emenda 23
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
Gruppi mhux uffiċjali oħra għandhom ikunu wkoll meħtieġa jiddikjaraw, sa tmiem ix-xahar ta' wara, kull appoġġ, kemm jekk ikun fi flus jew in natura, li l-Membri ma jkunux iddikjaraw individwalment b'mod konformi mal-obbligi tagħhom previsti fl-Anness I.
Emenda 24
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li huma rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza biss jistgħu jipparteċipaw fl-intergrupp jew f'attivitajiet ta' gruppi mhux uffiċjali oħra organizzati fil-bini tal-Parlament, pereżempju billi jattendu laqgħat jew avvenimenti tal-intergrupp jew grupp mhux uffiċjali, billi joffru appoġġ għalih, jew billi jospitaw l-avvenimenti tiegħu b'mod konġunt.
Emenda 25
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 4
4.  Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tielet paragrafu. Dan ir-reġistru għandu jkun ippubblikat fis-sit web tal-Parlament. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u għandhom jiżguraw l-infurzar effettiv ta' dan l-Artikolu.
4.  Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament.
Emenda 26
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 34 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-kwesturi għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan l-Artikolu.
Emenda 27
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 128 – paragrafu 4
4.  Wieħed mill-interpellanti jista' jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Id-destinatarju għandu jwieġeb.
4.  Membru maħtur minn qabel mill-interpellanti għandu jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti, il-mistoqsija għandha taqa'. Id-destinatarju għandu jwieġeb.
Emenda 28
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 1
1.  Kwalunkwe Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura27. L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.
1.  Kwalunkwe Membru, grupp politiku jew kumitat jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura27. L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.
________________________
____________________
27 Ara l-Anness II
27 Ara l-Anness II
Emenda 29
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 2
2.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.
2.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President f'forma elettronika. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President m'għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.
Emenda 30
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 3
3.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f'format elettroniku. Kull Membru jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi.
3.  Kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi. Bħala regola ġenerali, id-destinatarju għandu jwieġeb il-mistoqsijiet fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkun irċevihom. Madankollu, kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' kull xahar jinnomina waħda mill-mistoqsijiet tiegħu bħala "mistoqsija ta' prijorità" li d-destinatarju għandu jwieġeb fi żmien tliet ġimgħat minn mindu jkun irċeviha.
Emenda 31
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 5
5.  Jekk mistoqsija ma tkunx tista' titwieġeb mid-destinatarju fi żmien tliet ġimgħat (mistoqsija prijoritarja) jew sitt ġimgħat (mistoqsija mhux bi prijorità) minn meta tkun intbagħtet lid-destinatarju, tista' titqiegħed, fuq talba tal-interpellant, fl-aġenda tal-laqgħa ta' wara tal-kumitat responsabbli.
5.  Jekk mistoqsija ma titweġibx mid-destinatarju fi żmien l-iskadenza prevista fil-paragrafu 3, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li titqiegħed fuq l-aġenda għal-laqgħa tiegħu li jmiss.
Emenda 32
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 6
6.  Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija prijoritarja waħda fix-xahar.
imħassar
Emenda 33
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130 – paragrafu 7
7.  Il-mistoqsijiet u kwalunkwe tweġiba, inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.
7.  Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet, inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.
Emenda 34
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130a
Artikolu 130a
imħassar
Interpellanzi minuri għal tweġiba bil-miktub
1.   Fl-interpellanzi minuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jistgħu jintalbu minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament biex jagħtu informazzjoni lill-Parlament dwar kwistjonijiet li jkunu ntgħażlu b'mod speċifiku.
Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura28, għandu jitlob lid-destinatarju jirrispondi fi żmien ġimgħatejn; il-President jista' jestendi dan il-limitu ta' żmien b'konsultazzjoni mal-persuni interpellanti.
2.  Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.
_____________________
28 Ara l-Anness II
Emenda 35
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – titolu
Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu
Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub
Emenda 36
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 1
1.  Fl-interpellanzi maġġuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu, dawk il-mistoqsijiet jistgħu jsiru lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament. Il-mistoqsijiet jistgħu jinkludu stqarrija ta' spjegazzjoni qasira.
1.  L-interpellanzi maġġuri għandhom jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub li jsiru lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn grupp politiku.
Tali mistoqsijiet għandhom jitressqu bil-miktub lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura29, għandu immedjatament jinforma lid-destinatarju tal-mistoqsija u jitlob lid-destinatarju jiddikjara jekk il-mistoqsija hijiex se tiġi mwieġba u, jekk iva, meta.
_____________________
29 Ara l-Anness II
Emenda 37
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   L-interpellanza maġġuri għandha tkun ta' interess ġenerali u għandha tintbagħat bil-miktub lill-President. Din m'għandhiex taqbeż il-500 kelma. Dment li l-interpellanza maġġuri tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali, il-President għandu minnufih jittrażmettiha lid-destinatarju għal tweġiba bil-miktub.
Emenda 38
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 1b (ġdid)
1b.   Għandu jkun hemm massimu ta' 30 interpellanza maġġuri kull sena. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiżgura distribuzzjoni ġusta ta' dawn l-interpellazzjonijiet fost il-gruppi politiċi, u l-ebda grupp politiku m'għandu jibgħat iktar minn waħda kull xahar.
Emenda 39
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  Jekk id-destinatarju jonqos milli jwieġeb għall-interpellanza maġġuri fi żmien sitt ġimgħat minn meta tiġi trażmessa lilu, l-interpellanza għandha, fuq it-talba tal-awtur, titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda finali skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149 u soġġetta għall-paragrafu 3a.
Emenda 40
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 2
2.  Malli tasal ir-risposta bil-miktub, l-interpellanza maġġuri għandha titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda tal-Parlament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149. Irid isir dibattitu jekk kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jitolbu dan.
2.  Malli tasal it-tweġiba bil-miktub, jekk il-Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jitolbu dan, l-interpellanza maġġuri għandha titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda finali tal-Parlament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149 u soġġetta għall-paragrafu 3a.
Emenda 41
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 3
3.  Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jwieġeb il-mistoqsija jew jonqos milli jagħmel dan fi żmien tliet ġimgħat, il-mistoqsija għandha titqiegħed fl-abbozz tal-aġenda. Irid isir dibattitu jekk kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jitolbu dan. Qabel id-dibattitu wieħed mill-interpellanti jista' jitħalla jiddikjara r-raġunijiet supplimentari għal din il-mistoqsija.
imħassar
Emenda 42
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 3a
3a.  In-numru ta' interpellanzi maġġuri diskussi matul l-istess sessjoni parzjali m'għandux ikun aktar minn tlieta. Jekk jintalbu dibattiti għal aktar minn tliet interpellanzi maġġuri matul l-istess sessjoni parzjali, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinkludihom fl-abbozz finali tal-aġenda fl-ordni li tkun irċeviet dawk it-talbiet għal dibattitu.
Emenda 43
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 4
4.   Wieħed mill-interpellanti jista' jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Membru wieħed tal-istituzzjoni kkonċernata għandu jwieġeb.
4.  Membru nnominat minn qabel mill-awtur, jew minn dawk li jitolbu d-dibattitu skont il-paragrafu 2, għandu jiżviluppa l-interpellanza maġġuri fil-Parlament. Jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti, l-interpellanza maġġuri għandha taqa'. Id-destinatarju għandu jwieġeb.
L-Artikolu 123(2) sa (5) li jikkonċerna t-tqegħid fuq il-Mejda u l-votazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu japplika mutatis mutandis.
L-Artikolu 123(2) sa (8) li jikkonċerna t-tqegħid fuq il-Mejda u l-votazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu japplika mutatis mutandis.
Emenda 44
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 130b – paragrafu 5
5.  Tali mistoqsijiet kif ukoll it-tweġibiet għalihom għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.
5.  Tali interpellanzi kif ukoll it-tweġibiet għalihom għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.
Emenda 45
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 165 – paragrafu 1
1.  Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jisfratta t-tmexxija bla xkiel tal-proċeduri jew li l-imġiba tiegħu tonqos milli tkun konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 11.
1.  Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jikser l-istandards ta' kondotta definiti fl-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c.
Emenda 46
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 165 – paragrafu 2
2.  F'każ ta' reċidivita', il-President għandu jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni għat-tieni darba, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti.
2.  F'każ li ksur jiġi ripetut, il-President għandu jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni għat-tieni darba, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti.
Emenda 47
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 165 – paragrafu 3
3.  Jekk it-tfixkil ikompli, jew f'każ ta' reċidivita' mill-ġdid, il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. F'każijiet ta' serjetà eċċezzjonali, il-President jista' wkoll jirrikorri għal għat-tkeċċija tal-Membru kkonċernat għall-bqija tas-seduta minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament.
3.  Jekk il-ksur ikompli, jew f'każ ta' ksur ulterjuri, il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. F'każijiet ta' serjetà eċċezzjonali, il-President jista' wkoll jirrikorri għal għat-tkeċċija tal-Membru kkonċernat għall-bqija tas-seduta minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament.
Emenda 48
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 165 – paragrafu 5
5.  Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' lingwaġġ jew aġir difamatorju, razzist jew ksenofobiku minn Membru.
5.  Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' ksur minn Membru tal-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c minn Membru.
Emenda 49
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 165 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Il-President jista' jordna t-tħassir mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jkun fihom lingwaġġ difamatorju, razzist jew ksenofobiku.
Il-President jista' jordna t-tħassir mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti ta' dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jiksru l-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c.
Emenda 50
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 166 – paragrafu 1
1.  F'każijiet serji ta' diżordni jew sfrattar tal-Parlament bi ksur tal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 11, il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li tistipula s-sanzjoni xierqa.
1.  F'każijiet serji ta' ksur tal-Artikolu 11, paragrafi 3a sa 5b, il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li timponi fuq il-Membru kkonċernat is-sanzjoni xierqa, skont dan l-Artikolu.
Fir-rigward tal-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c, il-President jista' jadotta deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu irrispettivament minn jekk preċedentement tkunx ġiet imposta jew le miżura immedjata skont it-tifsira tal-Artikolu 165 fuq il-Membru kkonċernat.
Fir-rigward tal-Artikolu 11, paragrafu 3e, il-President jista' jadotta biss deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu wara li jiġi stabbilit li seħħ fastidju skont il-proċedura amministrattiva interna applikabbli dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu.
Il-President jista' jimponi sanzjoni fuq Membru f'każijiet fejn issir dispożizzoni, minn dawn ir-Regoli ta' Proċedura jew b'deċiżjoni adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 25, għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. F'każijiet eċċezzjonali, il-President jista' jsejjaħ seduta ta' smigħ tal-Membru kkonċernat.
Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera.
Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.
Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari.
Emenda 51
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 166 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. Il-President jista' jiddeċiedi li jsejjaħ seduta orali minflok kull meta dan ikun aktar xieraq.
Id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera.
Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.
Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari.
Emenda 52
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 166 – paragrafu 2
2.  Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha.
2.  Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha. Jekk ikun applikabbli għandu jitqies id-dannu possibbli fuq id-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament.
Għandha ssir distinzjoni bejn azzjonijiet viżivi, li jistgħu jkunu tollerati, dment li ma jkunux offensivi, difamatorji, razzisti jew ksenofobiċi, u jibqgħu f'limiti raġonevoli, u dawk li jisfrattaw b'mod attiv l-attività parlamentari.
Emenda 53
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 166 – paragrafu 4
4.  Il-miżuri stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' offiżi ripetuti, jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu 165(3).
4.  Il-miżuri stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' ksur ripetut, jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu 165(3).
Emenda 54
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 174 – paragrafu 7
7.  Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. L-awturi ta' emendi ta' dan it-tip jistgħu jipproponu wkoll votazzjonijiet kollettivi meta l-emendi tagħhom ikunu kumplimentari.
7.  Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. L-awturi ta' emendi jistgħu jipproponu wkoll votazzjonijiet kollettivi fuq l-emendi tagħhom.
Emenda 55
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 174 – paragrafu 10
10.  Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandhom jiġu soġġett għal votazzjoni separate.
10.  Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandhom jiġu soġġetti għal votazzjoni separata minn emendi oħra.
Emenda 56
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 177 – interpretazzjoni
Kull ksur ta' dan l-Artikolu jitqies bħala każ serju ta' diżordni kif stipulat fl-Artikolu 166(1) u jkollu l-konsegwenzi legali stipulati f'dak l-Artikolu.
Kull ksur ta' dan l-Artikolu jitqies bħala ksur tal-Artikolu 11(3b).
Emenda 57
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 196
Artikolu 196
Artikolu 196
Twaqqif ta' Kumitati Permanenti
Twaqqif ta' Kumitati Permanenti
Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura52. Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-membri tagħhom għandhom ikunu maħtura fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid u mill-ġdid sentejn u nofs wara.
Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura52. Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-Membri tagħhom għandhom jiġu eletti fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid.
Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu stabbiliti f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.
Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu definiti mill-ġdid f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.
_________________
_________________
52 Ara l-Anness V.
52 Ara l-Anness V.
Emenda 58
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 204 – paragrafu 1
1.  Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; ma għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru.
1.  Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, u sussegwentement sentejn u nofs wara, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; m'għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru.
Emenda 59
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 210a – titolu
Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali milqugħa mill-Parlament
Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa tal-kumitat bil-magħluq.
Emenda 60
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 210a – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Ladarba l-president tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità hija applikata, l-aċċess għal-laqgħa għandu jingħata biss lill-membri tal-kumitat u lill-uffiċjali u l-esperti li jkunu ġew nominati minn qabel mill-president u li l-preżenza tagħhom tkun assolutament meħtieġa.
Ladarba l-President tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità għandha tiġi applikata, il-laqgħa għandha tkun bil-magħluq u l-aċċess għaliha jista' jingħata biss lill-membri tal-kumitat, inklużi membri sostituti. Il-Kumitat jista' jiddeċiedi, f'konformità mal-qafas legali interistituzzjonali applikabbli, li Membri oħra jistgħu jattendu għal-laqgħa skont l-Artikolu 206(3). L-aċċess għal-laqgħa jista' jingħata wkoll lill-persuni li jkunu ġew nominati minn qabel mill-President, li jeħtieġu li jkunu infurmati, b'rispett xieraq ta' kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta mir-regoli applikabbli li jirregolaw it-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament. Rigward il-konsultazzjoni ta' informazzjoni klassifikata fil-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla, jew fil-każ ta' limitazzjonijiet speċifiċi ta' aċċess li jirriżultaw mill-qafas legali interistituzzjonali, jistgħu japplikaw restrizzjonijiet addizzjonali.
Emenda 61
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 210a – paragrafu 4
4.  Għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166.
4.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar il-ksur tal-kunfidenzjalità b'mod ġenerali, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166.
Emenda 62
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 211 – titolu
Seduti ta' smigħ pubbliku dwar inizjattivi taċ-ċittadini
Seduti ta' smigħ pubbliku u dibattiti dwar inizjattivi taċ-ċittadini
Emenda 63
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 211 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.  Il-Parlament għandu jorganizza dibattitu dwar inizjattiva taċ-ċittadini ppubblikata fir-reġistru rilevanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, f'sessjoni parzjali wara s-seduta ta' smigħ pubbliku u għandu, meta jqiegħed id-dibattitu fuq l-aġenda tiegħu, jiddeċiedi jekk jagħlaqx id-dibattitu b'riżoluzzjoni jew le. M'għandux jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni jekk rapport fuq l-istess suġġett jew suġġett simili huwa skedat għall-istess seduta parzjali jew f'dik ta' wara, ħlief jekk il-President, għal raġunijiet eċċezzjonali, jipproponi mod ieħor. Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni. L-Artikolu 123(3) sa (8) rigward it-tqegħid fuq il-Mejda ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet u l-votazzjoni fuqhom għandu japplika mutatis mutandis.
Emenda 76
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 211 – paragrafu 8
8.  Fil-każ li l-Kummissjoni tonqos milli tressaq proposta għal att legali dwar inizjattiva taċ-ċittadini li tkun ġiet riferuta lilha b'suċċess skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 fi żmien perjodu ta' tnax-il xahar wara li tkun ħarġet opinjoni pożittiva dwarha u spjegat f'komunikazzjoni l-azzjoni li għandha l-ħsieb li tieħu, il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista' jorganizza seduta ta' smigħ b'konsultazzjoni mal-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini u, jekk ikun meħtieġ, jattiva l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46 bil-ħsieb li jeżerċita d-dritt tal-Parlament li jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta xierqa.
8.  Wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha dwar inizjattiva taċ-ċittadini speċifika, il-Parlament għandu jivvaluta l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni bħala riżultat ta' tali komunikazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tonqos milli tippreżenta proposta xierqa dwar inizjattiva taċ-ċittadini, il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista' jorganizza seduta ta' smigħ b'konsultazzjoni mal-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini. Barra minn hekk, il-Parlament jista' jiddeċiedi jekk jorganizzax dibattitu plenarju u jekk jagħlaqx dan id-dibattitu b'riżoluzzjoni. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 211(7a) għandha tapplika mutatis mutandis. Il-Parlament jista' wkoll jiddeċiedi li jeżerċita d-dritt mogħti lilu mill-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'hekk jattiva l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.
Emenda 64
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 223a – titolu – nota f'qiegħ il-paġna
61 L-Artikolu 223a għandu japplika biss għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Ara wkoll in-noti ta' qiegħ il-paġna għall-Artikoli 224 u 225.
61 L-Artikolu 223a għandu japplika biss għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.
Emenda 65
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 223a – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, grupp ta' mill-inqas 50 ċittadin jista' jissottometti talba motivata fejn jistieden lill-Parlament jitlob il-verifika msemmija fil-paragrafu 2. Dik it-talba motivata m'għandhiex titnieda jew tiġi ffirmata mill-Membri. Għandha tinkludi evidenza fattwali sostanzjali li turi li l-partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.
Il-President għandu jibgħat talbiet ammissibbli minn gruppi ta' ċittadini lill-kumitat responsabbli għal eżami ulterjuri.
Wara dak l-eżami, li għandu jseħħ fi żmien erba' xhur mir-riferiment tal-President, il-kumitat responsabbli jista', permezz ta' maġġoranza tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw mill-inqas tliet gruppi politiċi, jippreżenta proposta għas-segwitu tat-talba u jinforma lill-President dwar dan.
Il-grupp ta' ċittadini għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu tal-eżami tal-kumitat.
Malli jirċievi l-proposta tal-kumitat, il-President għandu jikkomunika t-talba lill-Parlament.
Wara din il-komunikazzjoni, il-Parlament għandu, b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jiddeċiedi jekk jippreżentax talba lill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.
Il-kumitat għandu jadotta linji gwida għat-trattament ta' tali talbiet minn gruppi ta' ċittadini.
Emenda 89/rev
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 228a (ġdid)
Artikolu 228a
Integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri
Il-Bureau għandu jadotta pjan ta' azzjoni dwar il-ġeneri li jkollu l-mira li jinkorpora l-perspettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet kollha tal-Parlament, f'kull livell u f'kull stadju. Il-pjan ta' azzjoni dwar il-ġeneri għandu jiġi mmonitorjat darbtejn fis-sena u rivedut tal-anqas kull ħames snin.
Emenda 66
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 229 – paragrafu 3
Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni.
Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet, inizjattivi taċ-ċittadini u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni.
Emenda 67
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness II – titolu
KRITERJI GĦALL-MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB SKONT L-ARTIKOLI 130, 130A, 130B, 131 U 131A
KRITERJI GĦALL-MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB SKONT L-ARTIKOLI 130, 131 U 131A

Kodiċi Doganali tal-Unjoni: l-inklużjoni tal-muniċipalità ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni ***I
PDF 131kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0259 – C8-0180/2018 – 2018/0123(COD))
P8_TA(2019)0047A8-0368/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0259),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33, 114 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0180/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0368/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

P8_TC1-COD(2018)0123


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/474.)

(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 39.


Ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020 ***I
PDF 129kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020 (COM(2018)0817 – C8-0506/2018 – 2018/0414(COD))
P8_TA(2019)0048A8-0018/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0817),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha lill-Parlament (C8-0506/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0018/2019),

A.  billi, għal raġunijiet ta' urġenza, huwa ġustifikat li l-votazzjoni ssir qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali għas-snin 2019 u 2020

P8_TC1-COD(2018)0414


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/288.)


L-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 120kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, Ċipru, il-Kroazja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0526 – C8-0376/2018 – 2018/0276(NLE))
P8_TA(2019)0049A8-0451/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2018)0526),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0376/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0451/2018),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni għall-Awstrija, Ċipru, il-Kroazja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


L-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 118kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0527 – C8-0375/2018 – 2018/0277(NLE))
P8_TA(2019)0050A8-0452/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2018)0527),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0375/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0452/2018),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni għall-Awstrija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 119kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0528 – C8-0377/2018 – 2018/0278(NLE))
P8_TA(2019)0051A8-0457/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2018)0528),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0377/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0457/2018),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni lill-Awstrija u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


L-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 120kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0530 – C8-0378/2018 – 2018/0279(NLE))
P8_TA(2019)0052A8-0458/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2018)0530),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0378/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0458/2018),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") *
PDF 270kWORD 83k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") (COM(2018)0461 – C8-0379/2018 – 2018/0244(CNS))
P8_TA(2019)0053A8-0480/2018

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0461),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0379/2018),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0480/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
(6)  Din id-Deċiżjoni l-ġdida għandha tenfasizza d-dettalji speċifiċi dwar il-kooperazzjoni ma' Greenland, bħalma hu l-objettiv li jinżammu r-rabtiet mill-qrib u dejjiema bejn l-Unjoni Ewropea, Greenland u d-Danimarka, ir-rikonoxximent tal-pożizzjoni ġeostrateġika ta' Greenland, u l-importanza ta' djalogu dwar il-politika bejn Greenland u l-Unjoni, l-eżistenza ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni u Greenland u l-kooperazzjoni potenzjali dwar kwistjonijiet tal-Artiku. Għandha twieġeb għall-isfidi globali, filwaqt li tippermetti l-iżvilupp ta' aġenda proattiva u l-kisba ta' interessi reċiproċi, b'mod partikolari, l-impatt dejjem jikber tat-tibdil fil-klima fuq l-attività tal-bniedem u l-ambjent, it-trasport marittimu, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni.
(6)  Din id-Deċiżjoni l-ġdida għandha tenfasizza d-dettalji speċifiċi dwar il-kooperazzjoni ma' Greenland. Fl-2003, il-Kunsill irrikonoxxa li r-relazzjoni futura tal-Unjoni ma' Greenland wara l-2006 se tkun waħda bbażata fuq sħubija komprensiva għall-iżvilupp sostenibbli li tkun tinkludi ftehim speċifiku dwar is-sajd, negozjat skont ir-regoli u l-prinċipji ġenerali għal ftehimiet bħal dawn. Bl-istess mod, id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta' Greenland u dak tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Greenland, iffirmata fi Brussell fid-19 ta' Marzu 2015, fakkret fir-rabtiet storiċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali bejn l-Unjoni u Greenland u enfasizzat il-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni fuq il-bażi ta' interessi reċiproċi. Is-sħubija fl-ambitu ta' din id-deċiżjoni l-ġdida għandha għalhekk timmira li tippreserva r-rabtiet mill-qrib u dejjiema bejn l-Unjoni, Greenland u d-Danimarka, u għandha tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali billi tippermetti li tiġi żviluppata aġenda dinamika u li jinstabu l-interessi reċiproċi. Id-Deċiżjoni għandha tenfasizza d-dettalji speċifiċi dwar il-kooperazzjoni ma' Greenland, il-pożizzjoni ġeostrateġika ta' Greenland, l-importanza ta' djalogu politiku bejn Greenland u l-Unjoni, l-eżistenza ta' ftehim ta' sħubija dwar is-settur tas-sajd bejn l-Unjoni u Greenland u l-kooperazzjoni potenzjali dwar kwistjonijiet tal-Artiku. Din għandha, b'mod partikolari, tqis l-impatt li dejjem jiżdied tat-tibdil fil-klima fuq l-attività tal-bniedem u l-ambjent, it-trasport marittimu, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 16
(16)  Filwaqt li jirrifletti fuq l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm ser jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet skont dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 20 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-implimentazzjoni tal-Programm u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-terminu u l-proċessi ta' rieżami.
(16)  Filwaqt li jirrifletti fuq l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm ser jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet skont dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-implimentazzjoni tal-Programm u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-terminu u l-proċessi ta' rieżami.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18
(18)  L-Unjoni u l-PTEE jirrikonoxxu l-importanza speċjali tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali li jwasslu għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE.
(18)  L-Unjoni u l-PTEE jirrikonoxxu l-importanza speċjali tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali li jwasslu għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE, speċjalment fit-territorji fejn il-livell globali tal-edukazzjoni huwa ferm baxx.
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 19
(19)  L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tqis u tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tad-diversità kulturali u tal-identità tal-PTEE.
(19)  L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tqis u tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tad-diversità kulturali u tal-identità tal-PTEE. Jenħtieġ ukoll li tagħti attenzjoni partikolari u tikkontribwixxi għall-promozzjoni u għar-rispett tad-drittijiet tal-popli indiġeni tal-PTEE.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 20
(20)  Il-kooperazzjoni rigward il-kummerċ u rigward il-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-għan ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali.
(20)  Il-kooperazzjoni rigward il-kummerċ u rigward il-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-għan ta' żvilupp ekonomiku, żvilupp soċjali u ħarsien ambjentali li huma sostenibbli, fuq il-mudell tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 21
(21)  Din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi regoli tal-oriġini aktar flessibbli, fosthom possibbiltajiet ġodda għal kumulu tal-oriġini. Il-kumulu għandu jkun possibbli biss mal-PTEE u mal-pajjiżi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE), iżda skont ċerti kundizzjonijiet, anke għall-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li magħhom l-Unjoni tapplika ftehim ta' kummerċ ħieles kif ukoll għal prodotti li jidħlu fl-Unjoni mingħajr dazju u mingħajr kwoti skont is-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati tal-Unjoni, li wkoll huma soġġetti għall-kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet huma neċessarji biex tiġi evitata ċ-ċirkumvenzjoni tal-kummerċ u jiġi żgurat l-iffunzjonar xieraq tal-ftehimiet ta' kumulu.
(21)  Din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi regoli tal-oriġini aktar flessibbli, fosthom possibbiltajiet ġodda għal kumulu tal-oriġini. Il-kumulu għandu jkun possibbli biss mal-PTEE u mal-pajjiżi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE), iżda skont ċerti kundizzjonijiet, anke għall-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li magħhom l-Unjoni tapplika ftehim ta' kummerċ ħieles kif ukoll għal prodotti li jidħlu fl-Unjoni mingħajr dazju u mingħajr kwoti skont is-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati tal-Unjoni, li wkoll huma soġġetti għall-kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet huma neċessarji għal unjoni kummerċjali aktar robusta u kapaċi li tevita ċ-ċirkumvenzjoni tal-kummerċ u tiżgura l-funzjonament xieraq tal-ftehimiet ta' kumulu.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 25
(25)  Il-kooperazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-bini ta' sistema finanzjarja aktar sikura, qawwija u trasparenti li hija essenzjali għat-titjib tal-istabbiltà finanzjarja globali u għall-irfid tal-iżvilupp sostenibbli. L-isforzi f'dak il-qasam għandhom jiffokaw fuq il-konverġenza ma' standards maqbula fil-livell internazzjonali u l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-PTEE mal-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Għandha tingħata l-attenzjoni xierqa għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-PTEE, inkluż fil-qasam tas-superviżjoni.
(25)  Il-kooperazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha timmira li tiġġieled kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa sabiex tikkontribwixxi għall-bini ta' sistema finanzjarja aktar sikura, qawwija u trasparenti li hija essenzjali għat-titjib tal-istabbiltà finanzjarja globali u għall-irfid tal-iżvilupp sostenibbli. L-isforzi f'dak il-qasam għandhom jiffokaw fuq il-konverġenza ma' standards maqbula fil-livell internazzjonali u l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-PTEE mal-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Għandha tingħata l-attenzjoni xierqa għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-PTEE, inkluż fil-qasam tas-superviżjoni.
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 32
(32)  Din id-Deċiżjoni għandha tirreferi, fejn meħtieġ, biex [ir-Regolament NDICI] (l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali ) għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni u b'hekk tiżgura l-koerenza fil-ġestjoni tal-istrumenti kollha.
imħassar
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni (l-"assoċjazzjoni"), li tikkostitwixxi sħubija, imsejsa fuq l-Artikolu 198 tat-TFUE, sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE kif ukoll jiġu promossi l-valuri u l-istandards tal-Unjoni mad-dinja.
1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni (l-"assoċjazzjoni"), li tikkostitwixxi sħubija, imsejsa fuq l-Artikolu 198 tat-TFUE, sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE kif ukoll jiġu promossi l-valuri, il-prinċipji u l-istandards tal-Unjoni mad-dinja.
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tissejjes fuq objettivi, prinċipji u valuri kondiviżi mill-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Unjoni.
1.  L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tissejjes fuq objettivi, prinċipji u valuri kondiviżi mill-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Unjoni. Hija tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli kif definiti fl-Aġenda 2030 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-imsieħba għandhom jitmexxew mill-prinċipji tat-trasparenza, is-sussidjarjetà u l-ħtieġa ta' effiċjenza u għandhom jindirizzaw it-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE bl-istess mod: l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali.
3.  Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-imsieħba għandhom jitmexxew mill-prinċipji tat-trasparenza, is-sussidjarjetà u l-ħtieġa ta' effiċjenza u għandhom jindirizzaw it-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE bl-istess mod: l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u kulturali u l-ħarsien ambjentali.
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  L-objettiv ġenerali ta' din id-Deċiżjoni hija l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u t-territorji extra Ewropej u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Unjoni fit-totalità tagħha. L-assoċjazzjoni għandha ssegwi dan l-objettiv ġenerali permezz tat-titjib tal-kompetittività tal-PTEE, it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-PTEE, it-tnaqqis tal-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali tagħhom u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejniethom u mal-imsieħba.
4.  Skont l-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 198 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-objettiv ġenerali ta' din id-Deċiżjoni hija l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Unjoni fit-totalità tagħha.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt a
a)  It-trawwim u l-appoġġ tal-kooperazzjoni mal-PTEE,
imħassar
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt b
b)  li jkun hemm appoġġ u kooperazzjoni ma' Greenland fl-indirizzar tal-isfidi ewlenin tiegħu għal żieda fil-livell tal-edukazzjoni u biex jingħata kontribut għall-kapaċità tal-amministrazzjoni ta' Greenland biex jifformula u jimplimenta aħjar il-politiki nazzjonali.
b)  li jkun hemm appoġġ għall-PTEE fl-indirizzar tal-isfidi ewlenin li jħabbtu wiċċhom magħhom, inkluż il-livell tal-edukazzjoni fir-rigward ta' Greenland;
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
(ba)  it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-PTEE billi titnaqqas il-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali tagħhom;
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt bb (ġdid)
(bb)  it-titjib fil-kompetittività tal-PTEE, li tinkludi l-istandards soċjali;
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt bc (ġdid)
(bc)  il-promozzjoni tal-kooperazzjoni tal-PTEE ma' msieħba oħra.
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 6
6.  Fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, l-assoċjazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali tal-libertà, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli, li kollha kemm huma huma komuni għall-PTEE u għall-Istati Membri li huma marbuta magħhom.
6.  Fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, l-assoċjazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija, approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli, li kollha kemm huma huma komuni għall-PTEE u għall-Istati Membri li huma marbuta magħhom. Dan jgħodd ukoll għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, oriġini etnika, reliġjon, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali u ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
Minħabba l-kapaċitajiet amministrattivi u umani limitati tal-PTEE, il-Kummissjoni għandha tqis dan kif xieraq fil-proċess tal-ipprogrammar u tal-implimentazzjoni u, b'mod partikolari, fl-adozzjoni tal-linji gwida tagħha.
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a
(a)  id-diversifikazzjoni ekonomika tal-ekonomiji tal-PTEE, fosthom l-integrazzjoni ulterjuri tagħhom fl-ekonomija dinjija u dik reġjonali; fil-każ speċifiku ta' Greenland, il-ħtieġa li jiżdiedu l-ħiliet fil-forza tax-xogħol tiegħu.
(a)  id-diversifikazzjoni ekonomika sostenibbli tal-ekonomiji tal-PTEE, fosthom l-integrazzjoni ulterjuri tagħhom fl-ekonomija dinjija u dik reġjonali; fil-każ speċifiku ta' Greenland, il-ħtieġa li jiżdiedu l-ħiliet fil-forza tax-xogħol tiegħu.
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)   il-promozzjoni ta' mudell soċjali ta' kwalità;
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e
e)  il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riksju ta' diżastri;
e)  il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri b'kunsiderazzjoni tal-prijoritajiet definiti fil-Qafas ta' Sendai għall-perjodu 2015-2030;
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)
(ha)  il-kwistjonijiet relatati mal-Karibew u l-Paċifiku.
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Għal dan il-għan, l-Unjoni u l-PTEE jistgħu jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattika jew jistabbilixxu kwalunkwe sura oħra ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib ma' sħab oħrajn fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tal-PTEE f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, fejn xieraq permezz ta' ftehimiet internazzjonali.
2.  Għal dan il-għan, l-Unjoni u l-PTEE jistgħu jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattika jew jistabbilixxu kwalunkwe sura oħra ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib ma' sħab oħrajn fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tal-PTEE f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, fejn xieraq permezz ta' ftehimiet internazzjonali, sabiex jikkontribwixxu għall-integrazzjoni armonjuża tal-PTEE fl-ambjent ġeografiku rispettiv tagħhom.
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet II u III ta' din id-Deċiżjoni. F'dak ir-rigward, l-objettiv tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-istati u territorji tal-AKP u mhux tal-AKP. Sabiex tikseb dan l-objettiv, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi rilevanti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tfittex li tassoċja l-PTEE fl-organi tagħhom ta' djalogu mal-pajjiżi ġirien tagħhom, sew jekk ikunu Stati u territorji tal-AKP kif ukoll dawk mhux tal-AKP, u mar-reġjuni ultraperiferiċi, fejn xieraq.
3.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet II u III ta' din id-Deċiżjoni. F'dak ir-rigward, l-objettiv tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-istati u territorji tal-AKP u mhux tal-AKP. Sabiex tikseb dan l-objettiv, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi rilevanti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tassoċja l-PTEE fl-organi tagħhom ta' djalogu mal-pajjiżi ġirien tagħhom, sew jekk ikunu Stati u territorji tal-AKP u sew jekk ma jkunux, u mar-reġjuni ultraperiferiċi fejn xieraq, billi tipproponi li tagħtihom l-istatus ta' osservatur.
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)
(aa)  it-tisħiħ tal-kapaċità tal-PTEE li jinfluwenzaw l-adozzjoni ta' strateġiji reġjonali li jqisu l-ispeċifiċitajiet tagħhom, il-potenzjal tagħhom u l-perspettiva Ewropea tal-PTEE;
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 9 – titolu
Trattament speċifiku
Trattament speċifiku għal PTEE iżolati
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Trattament speċifiku għall-PTEE l-inqas żviluppati
1.  L-assoċjazzjoni għandha tqis id-diversità tal-PTEE f'termini tal-livell tal-iżvilupp tagħhom u tal-limiti strutturali tagħhom.
2.  Għandu jiġi definit trattament speċifiku għall-PTEE l-inqas żviluppati.
3.  Sabiex il-PTEE l-anqas żviluppati jkunu jistgħu jirkupraw id-dewmien fl-iżvilupp tagħhom, u jiffaċċjaw il-limitazzjonijiet strutturali permanenti tagħhom, l-ispeċifiċitajiet tagħhom għandhom jitqiesu kif xieraq meta jiġi determinat il-volum tal-assistenza finanzjarja kif ukoll il-kundizzjonijiet marbuta ma' din l-għajnuna.
4.  Il-PTEE meqjus bħala l-inqas żviluppat huwa t-Territorju tal-Gżejjer Wallis u Futuna.
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  L-assoċjazzjoni għandha tissejjes fuq djalogu u konsultazzjoni wiesa' dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku bejn il-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Kummissjoni u, fejn xieraq, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).
1.  L-assoċjazzjoni għandha tissejjes fuq djalogu fuq firxa wiesgħa u konsultazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku bejn il-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew u, fejn xieraq, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 12 – titolu
Responsabbiltajiet tal-atturi mhux governattivi
Responsabbiltajiet tas-soċjetà ċivili u tal-atturi mhux governattivi
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  L-atturi mhux governattivi jista' jkollhom rwol fl-iskambju ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni, b'mod partikolari għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' assistenza għal kooperazzjoni, proġetti u programmi. Huma jistgħu jirċievu deroga ta' setgħat ta' ġestjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi għall-fini li jingħata appoġġ għal inizjattivi ta' żvilupp lokali.
1.  Is-soċjetà ċivili, is-settur privat u l-atturi mhux governattivi jista' jkollhom rwol fl-iskambju ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni, b'mod partikolari għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' assistenza għal kooperazzjoni, proġetti u programmi. Huma jistgħu jirċievu deroga ta' setgħat ta' ġestjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi għall-fini li jingħata appoġġ għal inizjattivi ta' żvilupp lokali.
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Id-djalogu għandu jippermetti lill-PTEE biex jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni.
3.  Id-djalogu għandu jippermetti lill-PTEE biex jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni kif ukoll fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji reġjonali tal-Unjoni fiż-żoni fejn jinsabu l-PTEE.
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi ta' interess reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali għall-ksib tal-objettivi tal-assoċjazzjoni.
4.  Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi ta' interess reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali biex jinkisbu kemm l-objettivi tal-assoċjazzjoni kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 5
5.  Id-djalogu ma' Greenland għandu, b'mod partikulari, jipprovdi l-bażi għal kooperazzjoni u djalogu wesgħin f'oqsma li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, it-trasport marittimu, ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll id-dimensjoni tal-Artiku ta' dawk il-kwistjonijiet.
5.  Id-djalogu ma' Greenland għandu, b'mod partikulari, jipprovdi l-bażi għal kooperazzjoni u djalogu wesgħin f'oqsma li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-edukazzjoni, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, l-ambjent, in-natura, ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, it-trasport marittimu, ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll id-dimensjoni tal-Artiku ta' dawk il-kwistjonijiet.
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Id-djalogu mal-PTEE tal-Karibew b'mod partikolari għandu jservi biex tissaħħaħ l-istrateġija Ewropea fir-reġjun tal-Karibew u biex ikun hemm kooperazzjoni fuq kwistjonijiet relatati mal-bijodiversità, mat-tibdil fil-klima, mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi, mal-prevenzjoni u mal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, mad-dimensjoni soċjali kif ukoll mal-promozzjoni ta' governanza tajba, speċjalment fil-qasam tat-tassazzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Id-djalogu mal-PTEE tal-Paċifiku għandu jservi b'mod partikolari biex tiġi definita u implimentata strateġija Ewropea ambizzjuża fir-reġjun tal-Paċifiku billi tissaħħaħ il-preżenza Ewropea, u biex ikun hemm kooperazzjoni b'mod partikolari fuq il-kwistjonijiet soċjali, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u tal-art, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, l-ambjent u l-ekonomija blu.
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
a)  il-forum għad-djalogu bejn il-PTEE u l-UE (il-"forum PTEE-UE"), għandu jiltaqa' kull sena biex ilaqqa' l-awtoritajiet tal-PTEE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-membri tal-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti tal-BEI, u r-rappreżentanti tal-reġjuni ultraperiferiċi għandhom, fejn xieraq, ikunu assoċjati mal-Forum PTEE-UE;
a)  il-forum għad-djalogu politiku bejn il-PTEE u l-UE (il-"forum PTEE-UE"), għandu jiltaqa' kull sena biex ilaqqa' l-awtoritajiet tal-PTEE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Presidenza tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew. L-assoċjazzjoni tal-PTEE (OCTA), ir-rappreżentanti tal-BEI, u r-rappreżentanti tar-reġjuni ultraperiferiċi u r-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew ta' territorji ġirien tal-PTEE għandhom, fejn xieraq, ikunu assoċjati mal-Forum PTEE-UE;
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b
b)  fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, il-PTEE u l-Istati Membri li l-PTEE għandhom rabtiet magħhom għandu jkollhom konsultazzjonijiet trilaterali. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu organizzati tal-inqas tliet darbiet fis-sena fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba tal-PTEE u tal-Istat Membru li jkollu rabtiet miegħu;
b)  fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, il-PTEE u l-Istati Membri li l-PTEE għandhom rabtiet magħhom għandu jkollhom konsultazzjonijiet trilaterali. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu organizzati tal-inqas erba' darbiet fis-sena fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba tal-PTEE u tal-Istat Membru li jkollu rabtiet miegħu;
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Parti II – kapitolu 1 – titolu
IL-KWISTJONIJIET AMBJENTALI, IT-TIBDIL FIL-KLIMA, L-OĊEANI U T-TNAQQIS TA' DIŻASTRI
IL-KWISTJONIJIET AMBJENTALI, IT-TIBDIL FIL-KLIMA, L-OĊEANI U T-TNAQQIS TAR-RISKJI TA' DIŻASTRI
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ambjent, it-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri tista' tikkonċerna:
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ambjent, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u t-titjib fir-reżiljenza tista' tikkonċerna:
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c
(c)  il-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-effiċjenza fl-użu tagħhom, u li jiġi mħeġġeġ id-diżakkoppjament tat-tkabbir ekonomiku mid-degradazzjoni ambjentali; et
(c)  il-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-effiċjenza fl-użu tagħhom, bil-għan li tinkiseb ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ibbażata fuq strateġiji għal tranżizzjoni ġusta; et
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)   l-indirizzar ta' problemi relatati mad-degradazzjoni tal-art, speċjalment iż-żieda fil-livelli tal-baħar u l-kontaminazzjoni tal-ħamrija.
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 17 – paragrafu 1
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġar sostenibbli tal-foresti tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-immaniġġar sostenibbli ta' foresti, inkluż ir-rwol tagħhom fil-konservazzjoni tal-ambjent mill-erożjoni u l-kontroll tad-deżertifikazzjoni, l-afforestazzjoni u l-immaniġġar tal-esportazzjonijiet tal-injam.
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġar sostenibbli tal-foresti tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-immaniġġar sostenibbli ta' foresti, inkluż ir-rwol tagħhom fil-konservazzjoni tal-ambjent mill-erożjoni u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, l-afforestazzjoni u l-immaniġġar tal-esportazzjonijiet tal-injam, u l-ġlieda kontra l-isfruttament illegali tal-foresti.
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b
(b)  it-tlaqqigħ ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjali bħas-sajd u l-akwakultura, it-turiżmu, it-trasporti marittimi u l-agrikoltura mal-potenzjal ta' żoni kostali u tal-baħar f'termini ta' enerġija rinnovabbli, materja prima, filwaqt li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-attivitajiet tal-bniedem.
(b)  it-tlaqqigħ ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjali bħas-sajd u l-akwakultura, it-turiżmu, it-trasporti marittimi u l-agrikoltura sostenibbli mal-potenzjal ta' żoni kostali u tal-baħar f'termini ta' enerġija rinnovabbli, materja prima, filwaqt li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-attivitajiet tal-bniedem.
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt c
(c)  l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-ħarsien ambjentali;
(c)  l-iżvilupp u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tal-ħarsien soċjali u ambjentali;
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tikkontribwixxi għall-isforzi tal-pajjiżi sħab biex iwettqu l-impenji tagħhom dwar il-bidla fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima
(b)  tikkontribwixxi għall-isforzi tal-pajjiżi sħab biex iwettqu l-impenji tagħhom dwar il-bidla fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima u l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli;
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Parti II – kapitolu 4 – titolu
ŻGĦAŻAGĦ, EDUKAZZJONI, TAĦRIĠ, SAĦĦA, IMPJIEGI, SIGURTÀ SOĊJALI, IS-SIKUREZZA TAL-IKEL U S-SIKUREZZA TAL-IKEL
ŻGĦAŻAGĦ, NISA, EDUKAZZJONI, TAĦRIĠ, SAĦĦA, IMPJIEGI, SIGURTÀ SOĊJALI, IS-SIKUREZZA TAL-IKEL U S-SIGURTÀ TAL-IKEL
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 32 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw bil-għan li jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol sabiex jiġġieldu kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ.
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 32a (ġdid)
Artikolu 32a
Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa
1.  L-Unjoni għandha tfittex li tippromwovi l-ugwaljanza u l-ekwità bejn in-nisa u l-irġiel fil-PTEE, kif ukoll it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u opportunitajiet politiċi u ekonomiċi ndaqs għan-nisa.
2.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, b'mod partikolari kontra kull forma ta' vjolenza.
3.  L-assoċjazzjoni għandha wkoll l-għan li tippromwovi t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, b'mod partikolari fir-rwoli tagħhom ta' atturi fl-iżvilupp sostenibbli u fl-ambjent ekonomiku u finanzjarju.
L-inizjattivi kollha għandhom jinkorporaw id-dimensjoni tal-ġeneru.
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-appoġġ lill-PTEE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali.
(b)  l-appoġġ lill-PTEE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali; u
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 - paragrafu 1 - punt ba (ġdid)
(ba)   l-appoġġ għall-parteċipazzjoni u l-aċċess tal-PTEE għall-programm Erasmus+, billi titħeġġeġ u tiżdied il-mobilità tal-benefiċjarji potenzjali tiegħu minn u lejn il-PTEE.
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – titolu
Arti tal-ispettaklu
Belle arti
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-arti tal-ispettaklu tista' tikkonċerna:
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-belle arti tista' tikkonċerna:
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a
a)  il-faċilitazzjoni ta' aktar kuntatti bejn il-prattikanti ta' arti tal-ispettaklu f'oqsma bħall-iskambji professjonali u taħriġ fosthom il-parteċipazzjoni f'udjenzi bi prova, l-iżvilupp ta' netwerks u l-promozzjoni tan-netwerking;
a)  il-faċilitazzjoni ta' aktar kuntatti bejn il-prattikanti tal-belle arti f'oqsma bħall-iskambji professjonali u taħriġ fosthom il-parteċipazzjoni f'udjenzi bi prova, l-iżvilupp ta' netwerks u l-promozzjoni tan-netwerking permezz ta' appoġġ finanzjarju adegwat;
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-promozzjoni tal-produzzjonijiet artistiċi tal-PTEE fl-Unjoni;
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam ta' wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki permezz ta':
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam ta' wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki u l-valorizzazzjoni sostenibbli tas-siti permezz ta':
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  it-titjib fl-għarfien kif ukoll il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-wirt kulturali tanġibbli u mhux tanġibbli tal-PTEE.
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Parti II – kapitolu 6 – titolu
IL-ĠLIEDA KONTRA L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA
IL-PROMOZZJONI TAL-ISTAT TAD-DRITT
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu -40 a (ġdid)
Artikolu -40 a
Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt
1.  L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali li fuqhom hija bbażata, permezz tad-djalogu u tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE.
2.  Il-PTEE bħala ċentri mbiegħda avvanzati tal-Unjoni huma atturi ewlenin fit-tixrid tal-valuri u tal-prinċipji tal-Unjoni fir-reġjuni rispettivi tagħhom.
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 41 – titolu
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' bnedmin, abbuż sesswali mit-tfal u l-isfruttament sesswali, it-terroriżmu u l-korruzzjoni
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' bnedmin, abbuż sesswali mit-tfal u l-isfruttament sesswali, it-terroriżmu u l-korruzzjoni u l-prevenzjoni korrispondenti tagħhom
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-kriminalità organizzata tista' tikkonċerna:
1.  Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-prevenzjoni tagħha tista' tikkonċerna:
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 42a (ġdid)
Artikolu 42a
Negozjar ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi
Meta negozjar ta' ftehimiet kummerċjali jew tas-sajd ma' pajjiżi terzi jhedded li jikkawża ħsara serja lill-integrazzjoni reġjonali jew lil setturi sensittivi tal-PTEE, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt, filwaqt li tqis l-impatt kumulattiv ta' dawn il-ftehimiet fuq l-ekonomiji tal-PTEE. Ladarba titlesta din l-analiżi, il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-riżultati tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet governattivi u lokali tal-PTEE qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali kkonċernati.
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 53 – paragrafu 2
2.  Kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandha jkollha l-għan li tappoġġa l-objettivi aħħarija tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan jista' jestendi wkoll għal kooperazzjoni dwar oqsma oħra relatati mal-kummerċ ta' ftehimiet ambjentali multilaterali, bħall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ għall-Ispeċijiet fil-Periklu.
2.  Kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-objettivi aħħarija tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli. Dan jista' jestendi wkoll għal kooperazzjoni dwar oqsma oħra relatati mal-kummerċ ta' ftehimiet ambjentali multilaterali, bħall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ għall-Ispeċijiet fil-Periklu.
Emenda 64
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt 4
4.  għajnuna mogħtija permezz ta' riżorsi tal-istat minn PTEE li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi, sa fejn dan għandu effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment.
imħassar
Emenda 65
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 70 – paragrafu 1
L-Unjoni u l-PTEE se jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jaraw li fit-territorju tagħhom jiġu implimentati u applikati l-istandards li dwarhom hemm qbil internazzjonali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fil-ġlieda kontra l-evazjoni u l-iskartar tat-taxxa. "Il-Prinċipji għal Superviżjoni Effettiva tal-Banek" tal-Kumitat ta' Basilea, "Il-Prinċipji Ewlenija tal-Assigurazzjoni" tal-Assoċjazzjonijiet Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, "L-Objettivi u l-Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli" tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, "Il-Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa" tal-OECD, "Id-Dikjarazzjoni dwar it-Trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal finijiet fiskal tal-G20, "l-Attributi Ewlenin tas-Sistemi ta' Riżoluzzjoni Effettivi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji" tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja.
L-Unjoni u l-PTEE se jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jaraw li fit-territorju tagħhom jiġu implimentati u applikati l-istandards li dwarhom hemm qbil internazzjonali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fil-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. "Il-Prinċipji għal Superviżjoni Effettiva tal-Banek" tal-Kumitat ta' Basilea, "Il-Prinċipji Ewlenija tal-Assigurazzjoni" tal-Assoċjazzjonijiet Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, "L-Objettivi u l-Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli" tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, "Il-Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa" tal-OECD, "Id-Dikjarazzjoni dwar it-Trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal finijiet fiskal tal-G20, "l-Attributi Ewlenin tas-Sistemi ta' Riżoluzzjoni Effettivi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji" tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja jew saħansitra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-protokolli tagħha.
Emenda 66
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt a
a)  riżorsi finanzjarji xierqa u assistenza teknika adegwata bil-għan tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-PTEE li jifformulaw u jimplimentaw oqfsa strateġiċi u regolatorji;
a)  riżorsi finanzjarji xierqa u assistenza teknika adegwata fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni bil-għan tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-PTEE li jifformulaw u jimplimentaw oqfsa strateġiċi u regolatorji;
Emenda 67
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt b
b)  finanzjament fit-tul għall-promozzjoni tat-tkabbir tas-settur privat;
b)  finanzjament fit-tul fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni għall-promozzjoni tat-tkabbir tas-settur privat;
Emenda 68
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt c
c)  fejn xieraq, Programmi oħrajn tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti skont din id-Deċiżjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Din id-Deċiżjoni tista' tikkontribwixxi wkoll għal miżuri stabbiliti skont Programmi oħra tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. F'każijiet bħal dawn, il-programm ta' ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta' regoli għandu jiġi applikat.
c)  finanzjamenti addizzjonali permezz ta' Programmi oħrajn tal-Unjoni li jippermettu li jingħata kontribut għal azzjonijiet stabbiliti skont din id-Deċiżjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. F'każijiet bħal dawn, il-programm ta' ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta' regoli għandu jiġi applikat.
Emenda 69
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1a (ġdid)
Din id-Deċiżjoni tista' tikkontribwixxi wkoll għal miżuri stabbiliti skont programmi oħra tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. F'każijiet bħal dawn, il-programm ta' ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta' regoli għandu jiġi applikat.
Emenda 70
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 73 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu 2021-2027, għandu jkun ta' EUR 500 000 000, f'termini ta' prezzijiet attwali.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu 2021-2027, għandu jkun ta' EUR 669 000 000, f'termini ta' prezzijiet attwali.
Emenda 71
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt a
a)  "għajnuna programmabbli" tfisser l-għajnuna li ma titħallasx lura lill-PTEE għall-finanzjament ta' strateġiji u prijoritaijet territorjali u reġjonali stabbiliti fid-dokumenti ta' pprogrammar;
a)  "għajnuna programmabbli" tfisser l-għajnuna li ma titħallasx lura lill-PTEE għall-finanzjament ta' strateġiji u prijoritaijet territorjali, reġjonali u intrareġjonali, fejn xieraq, stabbiliti fid-dokumenti ta' pprogrammar;
Emenda 72
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt g
g)  "allokazzjoni intrareġjonali" tfisser l-ammont — fi ħdan l-allokazzjoni reġjonali — allokat għall-għajnuna programmabbli sabiex tiffinanzja l-istrateġiji u l-prijoritajiet ta' kooperazzjoni intrareġjonali li jinvolvu tal-inqas PTEE wieħed jew wieħed jew bosta diversi reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE u/jew Stat wieħed jew aktar tal-AKP u/jew Stat mhux tal-AKP u territorji.
g)  "allokazzjoni intrareġjonali" tfisser l-ammont — fi ħdan l-allokazzjoni reġjonali — allokat għall-għajnuna programmabbli sabiex jiffinanzja l-istrateġiji u l-prijoritajiet ta' kooperazzjoni intrareġjonali li jinvolvu l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 82 ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 73
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 74a (ġdid)
Artikolu 74a
Prinċipju ġenerali
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a ("ir-Regolament Finanzjarju") u l-objettivi u l-prinċipji ta' din id-Deċiżjoni.
___________________
1aRegolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Emenda 74
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 75 – paragrafu 3 – punt a
a)  tiġi implimentata b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi ġeografiċi, soċjali u kulturali rispettivi tal-PTEE, kif ukoll tal-potenzjal speċifiku tagħhom;
a)  tiġi implimentata b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi demografiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u finanzjarji, ambjentali, soċjali u kulturali rispettivi tal-PTEE, kif ukoll tal-potenzjal speċifiku tagħhom;
Emenda 75
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 75 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jingħata bit-tipi ta' finanzjament previsti fir-Regolament Finanzjarju, u b'mod partikolari permezz ta':
(a)  sussidji;
(b)  kuntratti pubbliċi għal servizzi, provvisti jew xogħlijiet;
(c)  appoġġ baġitarju;
(d)  kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju;
(e)  strumenti finanzjarji;
(f)  garanziji baġitarji;
(g)  finanzjamenti mħallta;
(h)  assistenza finanzjarja;
(i)  esperti esterni mħallsa.
Bħala parti mill-għajnuna programmabbli, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni prinċipalment tieħu l-forma ta' appoġġ baġitarju għall-PTEE.
L-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni tista' wkoll tiġi pprovduta, skont ir-Regolament Finanzjarju, permezz ta' kontribuzzjonijiet għal fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, mill-Istati Membri, minn pajjiżi u reġjuni msieħba, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex jiġu attirati finanzjamenti konġunti minn diversi donaturi, jew minn fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għat-twettiq konġunt ta' proġetti.
L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, direttament mid-dipartimenti tagħha, mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-aġenziji eżekuttivi, fil-qafas ta' ġestjoni konġunta mal-Istati Membri, jew indirettament billi jiġu fdati kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lill-entitajiet elenkati fir-Regolament Finanzjarju. Dawn l-entitajiet għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà mal-politika esterna tal-Unjoni u jistgħu jafdaw kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lil entitajiet oħra, b'termini ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-Kummissjoni.
L-azzjonijiet iffinanzjati jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kofinanzjament parallel jew konġunt. Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni għandha tinqasam f'bosta komponenti identifikabbli b'mod ċar, li kull wieħed minnhom għandu jiġi ffinanzjat mill-imsieħba ta' kofinanzjament differenti sabiex jiġi żgurat li d-destinazzjoni tal-finanzjament tibqa' dejjem identifikabbli. Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn l-imsieħba li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi għandhom jiġu akkomunati b'mod li ma jibqax aktar possibbli li jkun identifikat is-sors ta' finanzjament ta' kwalunkwe attività speċifika mwettqa bħala parti mill-azzjoni. F'każ bħal dan, il-pubblikazzjoni sussegwenti tal-ftehimiet tal-għotja u tal-kuntratti pubbliċi, kif imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju, għandha tirrispetta r-regoli tal-entità responsabbli, fejn applikabbli.
Il-finanzjament tal-UE la għandu jiġġenera u lanqas jixpruna l-ġbir ta' taxxi, dazji jew tariffi speċifiċi.
Emenda 76
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 75 a (ġdid)
Artikolu 75a
Differimenti, pagamenti akkont annwali, approprjazzjonijiet ta' impenn, rimborżi u riċevuti minn strumenti finanzjarji
1.  Flimkien mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-pagamenti mhux użati taħt din id-Deċiżjoni għandhom jiġu trasferiti b'mod awtomatiku u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja sussegwenti. L-ammont diferit għandu jintuża bħala prijorità matul is-sena finanzjarja sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-approprjazzjonijiet ta' impenn trasferiti f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Minbarra r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju dwar id-disponibbiltà mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet, l-approprjazzjonijiet ta' impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta' diżimpenji magħmula wara n-nuqqas totali jew parzjali ta' implimentazzjoni ta' azzjoni taħt din id-Deċiżjoni għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-benefiċċju tal-linja baġitarja oriġinali. Kwalunkwe referenza għall-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għandha tinftiehem li tinkludi referenza għal dan il-paragrafu għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.
3.  L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq bosta snin f'pagamenti akkont annwali, f'konformità mal-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju.
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju ma japplikax għal tali azzjonijiet pluriennali. Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kwalunkwe parti ta' impenn baġitarju relatat ma' azzjoni li, sal-31 ta' Diċembru tal-ħames sena ta' wara s-sena li fiha jkun ġie adottat l-impenn baġitarju, ma jkunx intuża għall-pagament prefinanzjament jew għal pagamenti interim jew għal pagament li għalih ma tkun tressqet ebda dikjarazzjoni ċertifikata ta' nfiq jew ebda pretensjoni għall-pagament.
Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-pagamenti annwali.
Emenda 77
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 76 – paragrafu 1 – punt b
b)  żvilupp istituzzjonali, bini ta' kapaċità u integrazzjoni tal-aspetti ambjentali;
b)  żvilupp istituzzjonali, bini ta' kapaċità u integrazzjoni tal-aspetti ambjentali, tal-ġeneru u tal-governanza tajba;
Emenda 78
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 77 – paragrafu 2
2.  L-Unjoni għandha tappoġġa l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' dejta statistika affidabbli dwar dawn l-oqsma.
2.  L-Unjoni għandha tappoġġa l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' dejta statistika affidabbli u pubblikament aċċessibbli dwar dawn l-oqsma.
Emenda 79
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 77 – paragrafu 3
3.  L-Unjoni tista' tappoġġa l-PTEE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-komparabbiltà tal-indikaturi makroekonomiċi tagħhom.
3.  L-Unjoni tista' tappoġġa l-PTEE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-komparabbiltà tal-indikaturi makroekonomiċi tagħhom, b'mod partikolari billi tiffaċilita l-analiżi tal-PGD tal-PTEE permezz tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist jekk din tkun disponibbli.
Emenda 80
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 78 – paragrafu 1
1.  Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-finanzjament mill-Unjoni jista' jkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għall-ilħuq tal-objettivi tagħha, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat ma' preparazzjoni, segwitu, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għal tali implimentazzjoni, kif ukoll nefqa fil-kwartieri ġenerali u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ amministrattiv meħtieġa għall-programm, u għall-ġestjoni ta' operazzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, inklużi l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, u sistemi tat-teknoloġija u tal-informazzjoni korporattiva.
1.  Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-finanzjament mill-Unjoni jista' jkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għall-ilħuq tal-objettivi tagħha, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat ma' preparazzjoni, segwitu, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għal tali implimentazzjoni.
Emenda 81
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 79
Artikolu 79
imħassar
Prinċipju ġenerali
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata f'konformità mal-objettivi u l-prinċipji ta' din id-Deċiżjoni, ir-Regolament Finanzjarju, u [ir-Regolament NDICI] b'mod partikolari, it-Titolu II, Kapitolu I, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 13, 14(1), 14(4) u 15, il-Kapitolu III, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 21(2), 21(2) (a) u (b) u 21(3), u tal-Kapitolu V bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 31(1), 31(4), 31(6), 31(9) u 32(3). Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 80 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 21(2)(c) tar-[Regolament NDICI].
Emenda 82
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 79a (ġdid)
Artikolu 79a
Adozzjoni ta' dokumenti ta' programmar
1.  Fil-qafas tas-sħubija bejn l-Unjoni u l-PTEE, l-awtoritajiet tal-PTEE għandhom ikunu responsabbli mill-formulazzjoni u mill-adozzjoni ta' politiki settorjali fl-oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni msemmija fil-Parti II ta' din id-Deċiżjoni filwaqt li jiżguraw il-monitoraġġ adegwat tagħhom.
Fuq din il-bażi, kull PTEE għandu jipprepara u jippreżenta dokument ta' programmar għall-iżvilupp sostenibbli tat-territorju tiegħu. Dan id-dokument ta' programmar għandu jipprovdi qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE kkonċernat, li jirrispetta l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politiki tal-Unjoni.
Kull dokument ta' programmar għandu jiddefinixxi:
–  preżentazzjoni qasira tal-kuntest politiku, ekonomiku, soċjali, kulturali u ambjentali tal-PTEE;
–  deskrizzjoni qasira tal-Istrateġija ta' Żvilupp Sostenibbli tal-PTEE (Aġenda 2030) li tidentifika l-prijoritajiet għall-PTEE u l-mod kif biħsiebu jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi ta' Żvilupp Sostenibbli;
–  l-oqsma prijoritarji magħżula għall-finanzjament tal-Unjoni;
–  l-objettivi speċifiċi;
–  ir-riżultati mistennija;
–  indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi;
–  l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm fil-livell globali kif ukoll skont il-qasam prijoritarju;
–  kalendarju indikattiv.
2.  Id-dokument ta' programmar għandu jibni fuq l-esperjenza miksuba u l-prattiki tajba, u għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjonijiet mas-soċjetà ċivili, mal-awtoritajiet lokali u ma' atturi oħra, kif ukoll fuq djalogu magħhom sabiex jiġu żgurati l-involviment suffiċjenti min-naħa tagħhom u l-ħidma ulterjuri fuq id-dokument indikattiv ta' programmar.
3.  L-abbozz ta' dokument ta' programmar għandu jkun s-suġġett ta' skambju ta' fehmiet bejn l-awtoritajiet ta' kull PTEE, l-Istat Membru konness miegħu u l-Kummissjoni. L-awtoritajiet tal-PTEE għandhom ikunu responsabbli mill-finalizzazzjoni tad-dokument ta' programmar. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika fil-linji gwida l-arranġamenti ta' programmar għall-PTEE b'mod li tippermetti l-approvazzjoni rapida tad-dokumenti ta' programmar.
4.  Ladarba jkun iffinalizzat, id-dokument ta' programmar għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni, li għandha tivverifika li dan ikun konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni u mal-politiki rilevanti tal-Unjoni, u li jkun fih l-elementi kollha meħtieġa għall-adozzjoni tad-deċiżjoni finanzjarja annwali. L-awtoritajiet tal-PTEE għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe studju ta' fattibbiltà mwettaq, għall-finijiet ta' din il-verifika.
5.  Id-dokument ta' programmar għandu jkun approvat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni.
Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal rieżamijiet sostanzjali li jkollhom l-effett li jbiddlu b'mod sinifikanti l-istrateġija jew il-programmar.
Il-proċedura ta' eżami ma għandhiex tapplika għal bidliet mhux sostanzjali fid-dokument indikattiv ta' programmar li jinvolvu aġġustamenti tekniċi, ir-riallokazzjoni ta' fondi fl-allokazzjonijiet indikattivi skont il-qasam prijoritarju, jew żieda jew tnaqqis fl-ammont tal-allokazzjoni indikattiva inizjali ta' inqas minn 20 %, dment li dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji jew l-objettivi stabbiliti fid-dokument indikattiv ta' programmar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawn il-bidliet mhux sostanzjali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni rilevanti.
Emenda 83
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 79b (ġdid)
Artikolu 79b
Pjanijiet ta' azzjoni u miżuri
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta' miżuri partikolari, miżuri speċjali, miżuri ta' appoġġ jew miżuri ta' assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-għanijiet mixtieqa, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet ewlenin, il-modi ta' implimentazzjoni, il-baġit u l-ispejjeż kollha ta' appoġġ relatati.
2.  Il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq dokumenti ta' programmar.
3.  Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni. Mhuwiex meħtieġ li tiġi applikata l-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 għal:
a)  pjanijiet ta' azzjoni, miżuri speċjali u miżuri ta' appoġġ li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 000 000;
b)  il-bidliet tekniċi, dment li dawn il-bidliet ma jaffettwawx b'mod sostanzjali l-għanijiet tal-pjan ta' azzjoni kkonċernat jew il-miżura kkonċernata, jiġifieri:
i)  bidla fil-mod tal-implimentazzjoni;
ii)  riallokazzjonijiet ta' fondi bejn azzjonijiet ippjanati fi pjan ta' azzjoni wieħed;
iii)  żidiet jew tnaqqis fil-baġit tal-pjanijiet ta' azzjoni u tal-miżuri li ma jaqbżux l-20 % tal-baġit inizjali u l-EUR 10 000 000.
Fil-każ ta' pjanijiet ta' azzjoni u miżuri pluriennali, il-limiti msemmija fil-paragrafu 3(a) u (b)(iii) għandhom japplikaw fuq bażi annwali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri adottati skont dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, u l-bidliet tekniċi għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.
4.  Qabel ma tadotta jew testendi miżuri ta' għajnuna eċċezzjonali li l-ispiża tagħhom ma taqbiżx l-EUR 20 000 000, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar in-natura u l-għanijiet tagħhom u l-ammonti finanzjarji previsti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill qabel ma tagħmel xi bidliet importanti fil-miżuri ta' assistenza eċċezzjonali diġà adottati. Il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ strateġiku adottat fil-kwistjoni mill-Kunsill kemm meta tippjana dawn il-miżuri kif ukoll meta timplimentatahom aktar tard, filwaqt li għandha tiżgura li tinżamm il-konsistenza fl-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat, kif xieraq u fil-ħin, dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali taħt dan l-Artikolu, inkluż dwar l-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinfurmah ukoll fil-każ ta' bidla jew estensjoni sostanzjali ta' din l-assistenza.
5.  Fil-każ ta' urġenza debitament ġustifikata, bħal kriżijiet ikkawżati minn diżastri naturali jew mill-bniedem, jew fil-każ ta' theddid imminenti għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem jew għal-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' tadotta pjanijiet ta' azzjoni u miżuri jew bidliet fil-pjanijiet ta' azzjoni eżistenti u fil-miżuri eżistenti, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(5).
Emenda 84
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 80
Artikolu 80
imħassar
L-adozzjoni ta' programmi indikattivi pluriennali, pjanijiet ta' azzjoni u miżuri
Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont din id-Deċiżjoni, fil-forma ta' “dokumenti ta' programmar individwali”, programmi indikattivi pluriennali kif imsemmija fl-Artikolu 12 tar-[Regolament NDICI] flimkien mal-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri korrispondenti msemmija fl-Artikolu 19 tar-[Regolament NDICI] f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni. Dik il-proċedura għandha tapplika wkoll għal rieżamijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3) tar-[Regolament NDICI] li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b'mod sinifikanti l-kontenut tal-programm indikattiv pluriennali.
Fil-każ ta' Greenland, pjanijiet ta' azzjoni u miżuri kif imsemmija fl-Artikolu 19 tar-[Regolament NDICI] jistgħu jiġu adottati separatament minn programmi indikattivi pluriennali.
Emenda 85
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 81 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet pubbliċi tal-PTEE għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju previst f'din id-Deċiżjoni.
1.  L-awtoritajiet pubbliċi tal-PTEE kollha għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju previst f'din id-Deċiżjoni.
Emenda 86
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 81 – paragrafu 2 – punt e
e)  atturi ta' kooperazzjoni deċentralizzata u atturi oħra mhux governattivi mill-PTEE u mill-Unjoni, sabiex jgħinuhom jidħlu għal proġetti u programmi ekonomiċi, kulturali, soċjali u edukattivi fil-PTEE fil-qafas ta' kooperazzjoni deċentralizzata, kif imsemmi fl-Artikolu 12 ta' din id-Deċiżjoni.
e)  atturi ta' kooperazzjoni deċentralizzata u atturi oħra mhux governattivi mill-PTEE u mill-Unjoni, sabiex jgħinuhom jidħlu għal proġetti u programmi ekonomiċi, ambjentali, kulturali, soċjali u edukattivi fil-PTEE fil-qafas ta' kooperazzjoni deċentralizzata, kif imsemmi fl-Artikolu 12 ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 87
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt c – sottopunt iii
iii)  wieħed jew aktar korpi reġjonali li l-PTEE jkunu msieħba fihom;
iii)  wieħed jew aktar korpi reġjonali jew assoċjazzjoni waħda jew aktar li l-PTEE jkunu msieħba fihom;
Emenda 88
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 83 – paragrafu 1
1.  Il-persuni fiżiċi minn PTEE, kif definiti fl-Artikolu 50, u, fejn xieraq, il-korpi u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati rilevanti f'PTEE, għandhom ikunu eliġibbli għal parteċipazzjoni fi programmi tal-Unjoni u għal finanzjament min-naħa tal-Unjoni suġġett għar-regoli u l-objettivi tal-programmi u l-arranġament possibbli li jkunu applikabbli għall-Istat Membru li jkollu rabtiet mal-PTEE.
1.  Il-persuni fiżiċi minn PTEE, kif definiti fl-Artikolu 50, u, fejn xieraq, il-korpi u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati rilevanti f'PTEE, għandhom ikunu eliġibbli għal parteċipazzjoni fil-programmi kollha tal-Unjoni, inkluż fil-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u għal finanzjament min-naħa tal-Unjoni suġġett għar-regoli u l-objettivi tal-programmi u l-arranġament possibbli li jkunu applikabbli għall-Istat Membru li jkollu rabtiet mal-PTEE.
Emenda 89
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 83 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura aċċess effettiv u effiċjenti tal-PTEE għall-programmi u għall-istrumenti kollha ta' kooperazzjoni tal-Unjoni ma' pajjiżi oħra billi tipprevedi miżuri speċifiċi fejn ikun meħtieġ.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza tal-informazzjoni u l-viżibbiltà tas-sejħiet għall-proposti mnedija taħt id-diversi programmi tal-Unjoni permezz ta' portal ta' aċċess aġġornat u ddedikat għall-PTEE.
Emenda 90
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 83 – paragrafu 3
3.  Il-PTEE għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar din il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni, kull sena mill-2022.
3.  Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-PTEE, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar il-parteċipazzjoni tal-PTEE fil-programmi tal-Unjoni.
Emenda 91
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 86 – paragrafu 2
Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress ta' din id-Deċiżjoni lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 87, biex temenda l-Artikolu 3 tal-Anness I bil-għan li tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ, u biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress ta' din id-Deċiżjoni lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 87, sabiex tiddetermina l-indikaturi tal-prestazzjoni kif previst fl-Artikolu 3 tal-Anness I jew biex tirrieżaminahom jew tikkomplementahom fejn jitqies meħtieġ, u biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
Emenda 92
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 87 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża impliċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża impliċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bid-deċiżjoni tiegħu.
Emenda 93
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 87 – paragrafu 4
4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b'dan.
4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b'dan.
Emenda 94
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 87 – paragrafu 5
5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 86 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.
5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 86 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill. Jekk il-Kunsill ikollu l-intenzjoni li jfassal xi oġġezzjoni, il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew fi żmien raġonevoli qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali, billi jindika l-att delegat li jkun biħsiebu joġġezzjona għalih u r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tiegħu.
Emenda 95
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 90 – paragrafu 1
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE46.
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura l-unità, il-koerenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
__________________
46 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
Emenda 96
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 92 – paragrafu 2
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2021 u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 97
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ta' EUR 500 000 000 fi prezzijiet attwali għandu jiġi allokat kif ġej:
1.  Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ta' EUR 669 000 000 fi prezzijiet attwali għandu jiġi allokat kif ġej:
Emenda 98
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
a)  EUR 159 000 000 fil-forma ta' għotjiet għal appoġġ programmabbli bilaterali għal żvilupp fuq żmien twil ta' PTEE għajr Greenland, b'mod partikolari għall-finanzjament tal-inizjattivi msemmija fid-dokument tal-ipprogrammar. L-ammont għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin: fejn xieraq, id-dokument tal-ipprogrammar għandu jagħti attenzjoni partikolari għal azzjonijiet li huma mmirati għat-tisħiħ tal-governanza u l-kapaċitajiet istituzzjonali tal-PTEE benefiċjarji u, fejn rilevanti, l-iskeda ta' żmien tal-azzjonijiet previsti. L-allokazzjoni ta' dan l-ammont għandha tqis id-daqs tal-popolazzjoni, il-livell tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), il-livell ta' allokazzjonijiet preċedenti u l-limitazzjonijiet minħabba l-iżolament ġeografiku tal-PTEE kif imsemmija fl-Artikolu 9 ta' din id-Deċiżjoni.
a)  81 % fil-forma ta' għotjiet għal appoġġ programmabbli bilaterali għal żvilupp fuq żmien twil tal-PTEE kollha, b'mod partikolari għall-finanzjament tal-inizjattivi msemmija fid-dokument tal-ipprogrammar.
Dan l-ammont għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin: id-daqs tal-popolazzjoni, il-livell tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) permezz tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist (PPA) jekk din tkun disponibbli, il-livell ta' allokazzjonijiet preċedenti u l-limitazzjonijiet minħabba l-iżolament ġeografiku tal-PTEE kif imsemmija fl-Artikolu 9 ta' din id-Deċiżjoni, il-livell baxx ta' żvilupp tal-PTEE msemmi fl-Artikolu 9a ġdid ta' din id-Deċiżjoni, id-daqs tat-territorji u l-kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali.
4 % għal Aruba
1,5 % għal Bonaire
5 % għal Curaçao
48 % għal Greenland
10,75 % għal New Caledonia
10,85 % għall-Polineżja Franċiża
1,2 % għal Saba
2 % għal Saint Barthélemy,
0,8 % għal Sint Eustatius
7,5 % għal Saint Pierre u Miquelon
2,5 % għal Sint Maarten
0,4 % għat-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika
5,5 % għat-Territorju tal-Gżejjer Wallis u Futuna
Emenda 99
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt b
b)  EUR 225 000 000 fil-forma ta' għotjiet għall-appoġġ programmabbli bilaterali għall-iżvilupp fit-tul ta' Greenland partikolarment għall-finanzjament tal-inizjattiva msemmija fid-dokument tal-ipprogrammar.
imħassar
Emenda 100
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt c
c)  EUR 81 000 000 għandhom jiġu allokati biex jappoġġaw programmi reġjonali tal-PTEE, li minnhom EUR 15 000 000 jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet intrareġjonali, Greenland hu biss eliġibbli għal operazzjonijiet intrareġjonali. Din il-kooperazzjoni se tiġi implimentata b'koordinazzjoni mal-Artikolu 7 ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari dwar l-oqsma ta' interessi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni u permezz ta' konsultazzjoni permezz ta' każijiet tas-sħubija bejn l-UE u l-PTEE imsemmija fl-Artikolu 14. Din għandha tipprova tikseb koordinazzjoni ma' strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE.
c)  12 % għandhom jiġu allokati biex jappoġġaw programmi reġjonali tal-PTEE, li minnhom EUR 30 000 000 jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet intrareġjonali, Greenland hu biss eliġibbli għal operazzjonijiet intrareġjonali. Din il-kooperazzjoni se tiġi implimentata b'koordinazzjoni mal-Artikolu 7 ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari dwar l-oqsma ta' interessi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni u permezz ta' konsultazzjoni permezz ta' każijiet tas-sħubija bejn l-UE u l-PTEE imsemmija fl-Artikolu 14. Din għandha tipprova tikseb koordinazzjoni ma' strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE.
Emenda 101
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt d
d)  EUR 22 000 000 għal studji jew miżuri ta' assistenza teknika għall-PTEE kollha inkluż Greenland, skont l-Artikolu 78 ta' din id-Deċiżjoni1.
d)  3,5 % għal studji jew miżuri ta' assistenza teknika għall-PTEE kollha inkluż Greenland, skont l-Artikolu 78 ta' din id-Deċiżjoni.
__________________
1 Minn dan l-ammont, EUR 9 725 000 huma riżervati għall-Kummissjoni biex tkopri assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew azzjonijiet tal-UE, ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.
Emenda 102
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja
e)  EUR 13 000 000 għal fondi mhux allokati għall-PTEE kollha inkluż Greenland biex inter alia:
e)  3,5 % għal fondi mhux allokati għall-PTEE kollha inkluż Greenland biex inter alia:
Emenda 103
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni, wara rieżami, tista' tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-fondi mhux allokati msemmija f'dan l-Artikolu.
2.  Il-Kummissjoni, wara rieżami li għandu jitwettaq qabel l-2025, tista' tiddeċiedi, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew, dwar l-allokazzjoni tal-fondi mhux allokati msemmija f'dan l-Artikolu.
Emenda 104
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.5 tad-Deċiżjoni għandu jitkejjel permezz:
F'konformità mal-għanijiet ta'żvilupp sostenibbli, se titfassal lista ta' indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 86 u użata biex tgħin fl-evalwazzjoni ta' kemm l-Unjoni tkun ikkontribwiet għall-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.5 ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 105
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
1.  Għall-PTEE, minbarra Greenland, mill-esportazzjonijiet ta' oġġetti u servizzi bħala % tal-PDG u dħul totali tal-Gvern bħala % tal-PDG.
imħassar
Emenda 106
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
2.  Għal Greenland, l-esportazzjonijiet ta' oġġetti u servizzi bħala % tal-PDG u l-perċentwal tas-settur tas-sajd fl-esportazzjonijiet totali.
imħassar

Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - il-ġlieda kontra l-frodi
PDF 189kWORD 66k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi (2018/2152(INI))
P8_TA(2019)0054A8-0003/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 310(6) u 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-3 ta' Settembru 2018 intitolat "Id-29 Rapport Annwali dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-Frodi – 2017" (COM(2018)0553) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjawh ((SWD(2018)0381), (SWD(2018)0382), (SWD(2018)0383), (SWD(2018)0384), (SWD(2018)0385), u (SWD(2018)0386)),

–  wara li kkunsidra r-Rapport 2017 tal-OLAF(1) u r-Rapport ta' Attività 2017 tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF,

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 8/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-22 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2018 biex jiġi emendat ir-Regolament Nru 883/2013 dwar l-OLAF Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet,

–  wara li kkunsidra ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013(2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tiegħu, ippubblikata mill-Kummissjoni fit-2 ta’ Ottubru 2017 (COM(2017)0589),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/1371(3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1939(4) tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE"),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2015 ikkummissjonat mill-Kummissjoni u intitolat "Studju biex jikkwantifika u janalizza d-distakk tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE-27" u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' April 2016 dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT intitolata "Lejn żona unika tal-VAT fl-UE - Iż-żmien biex niddeċiedu" (COM(2016)0148),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-105/14(6), proċeduri kriminali kontra Ivo Taricco et,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-42/17(7), proċeduri kriminali kontra M.A.S u M.B.,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rwol tal-informaturi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE(8),

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tat-12 ta' Mejju 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "L-intensifikar tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u forom oħra ta' kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk - strateġija komprensiva tal-UE ((COM(2013)0324) 6.6.2013))" (COM(2017)0235),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE" (COM(2011)0308),

–  wara li kkunsidra r-rapport ikkoordinat mill-OLAF intitolat "Il-frodi fl-akkwist pubbliku – ġabra ta' senjalazzjonijiet ta' allarm u l-aħjar prattiki", ippubblikat fl-20 ta' Diċembru 2017, u l-manwal tal-2017 tal-OLAF dwar "Ir-Rapportar ta' irregolaritajiet fil-ġestjoni konġunta",

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE(9),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE - L-irkupru ta' flus u assi minn pajjiżi terzi f'każijiet ta' frodi(10),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-UE Kontra l-korruzzjoni, maħruġ mill-Kummissjoni fit-3 ta' Frar 2014 (COM(2014)0038),

–  wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 19/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat "Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE",

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 9/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri rigward il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027" (COM(2018)0321),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-frodi doganali u l-protezzjoni tar-riżorsi proprji tal-UE(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 26/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-10 ta' Ottubru 2018 intitolat "Bosta dewmien fis-Sistemi tal-IT doganali: x'mar ħażin?",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0003/2019),

A.  billi de jure l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom responsabbiltà kondiviża għall-implimentazzjoni ta' 74 % tal-baġit tal-Unjoni għall-2017; billi de facto, madankollu, l-Istati Membri jonfqu dawk ir-riżorsi u l-Kummissjoni hija responsabbli għas-superviżjoni tagħhom permezz tal-mekkaniżmi ta' kontroll tagħha;

B.  billi l-infiq pubbliku bil-għaqal u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE għandhom ikunu elementi ewlenin tal-politika tal-UE biex iżidu l-fiduċja taċ-ċittadini billi jiżguraw li flushom jintużaw b'mod korrett u effikaċi;

C.  billi l-Artikolu 310(6) tat-TFUE jiddikjara li "L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 325, jiġġieldu l-frodi u kwalunkwe attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni";

D.  billi l-kisba ta' prestazzjoni tajba permezz ta' proċessi ta' simplifikazzjoni tinvolvi valutazzjoni regolari ta' inputs, outputs, eżiti u impatti permezz ta' awditi tal-prestazzjoni;

E.  billi d-diversità fis-sistemi ġuridiċi u amministrattivi fl-Istati Membri għandha tiġi indirizzata b'mod adegwat biex jingħelbu l-irregolaritajiet u tiġi miġġielda l-frodi; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk iżżid l-isforzi tagħha biex tiżgura li l-ġlieda kontra l-frodi tiġi implimentata b'mod effettiv u tipproduċi riżultati aktar tanġibbli u sodisfaċenti;

F.  billi l-Artikolu 325(2) TFUE jiddikjara li "L-Istati Membri għandhom jieħdu l-istess miżuri sabiex jikkumbattu l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni bħal ma jieħdu sabiex jikkumbattu l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tagħhom stess";

G.  billi l-UE għandha dritt ġenerali li taġixxi fil-qasam tal-politiki kontra l-korruzzjoni fil-limiti stabbiliti mit-TFUE; billi l-Artikolu 67 tat-TFUE jistipula l-obbligu tal-Unjoni li tiżgura livell għoli ta' sigurtà, inkluż permezz tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-kriminalità u l-approssimazzjoni tal-liġijiet kriminali; billi l-Artikolu 83 tat-TFUE jelenka l-korruzzjoni bħala wieħed mir-reati partikolarment gravi b'dimensjoni transkonfinali;

H.  billi l-Artikolu 325(3) tat-TFUE jiddikjara li "l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom li tkun immirata sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni kontra l-frodi. Għal dan l-għan huma għandhom jorganizzaw, flimkien mal-Kummissjoni, koperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti";

I.  billi l-korruzzjoni hija mifruxa fost l-Istati Membri u tirrappreżenta theddida serja għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li min-naħa tagħha thedded il-fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika;

J.  billi l-VAT hija sors ta' dħul importanti għall-baġits nazzjonali u billi r-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT kienu jikkostitwixxu 12.1 % tal-baġit totali tal-UE fl-2017;

K.  billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 6902/05 tal-14 ta' April 2005 dwar politika komprensiva tal-UE kontra l-korruzzjoni stiednet lill-Kummissjoni tikkunsidra l-opzjonijiet kollha vijabbli, bħall-parteċipazzjoni fi GRECO jew mekkaniżmu ta' valutazzjoni u ta' monitoraġġ tal-istrumenti tal-UE b'rabta mal-iżvilupp ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ reċiproku;

L.  billi l-każijiet sistematiċi u istituzzjonalizzati ta' korruzzjoni f'ċerti Stati Membri jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-UE filwaqt li jirrappreżentaw ukoll theddida għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

M.  billi r-Rapport tal-Ewrobarometru Speċjali 470 dwar il-Korruzzjoni, ippubblikat f'Diċembru 2017, iddikjara li l-perċezzjonijiet tal-korruzzjoni u l-attitudnijiet ġenerali lejha baqgħu stabbli meta mqabbla mal-2013, li jindika li ma ntwera ebda riżultat konkret f'termini ta' titjib ta' fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fl-istituzzjonijiet tagħhom;

Identifikazzjoni u rapportar ta' irregolaritajiet

1.  Jinnota b'sodisfazzjoni li l-għadd totali ta' irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti rrapportati fl-2017 (15 213-il każ) kien 20,8 % anqas milli fl-2016 (19 080 każ) u li l-valur tagħhom naqas bi 13 % (minn EUR 2,97 biljun fl-2016 għal EUR 2,58 biljun fl-2017);

2.  Jindika li mhux l-irregolaritajiet kollha huma frawdolenti u li għandha ssir distinzjoni ċara bejn l-iżbalji mwettqa;

3.  Josserva li, meta mqabbel mas-sena preċedenti, l-għadd ta' irregolaritajiet irrapportati bħala frawdolenti niżel bi 19,3 %, fatt li kkonferma t-tendenza lejn 'l isfel li bdiet fl-2014; jittama li n-niżla tirrifletti tnaqqis reali tal-frodi u mhux tan-nuqqasijiet f'termini ta' detezzjoni;

4.  Jikkunsidra li jkun aħjar li l-Istati Membri jikkooperaw aktar mill-qrib fir-rigward tal-iskambji ta' informazzjoni, kemm biex itejbu l-ġbir ta' data kif ukoll biex itejbu l-effikaċja tal-kontrolli;

5.  Jiddeplora l-fatt li aktar minn nofs l-Istati Membri ma adottawx strateġiji nazzjonali kontra l-frodi (NAFS); jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri li fadal jipproċedu għall-adozzjoni ta' NAFS;

6.  Jistieden mill-ġdid lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi sistema uniformi għall-ġbir ta' data komparabbli dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet ta' frodi mill-Istati Membri sabiex tistandardizza l-proċess ta' rapportar u tiżgura l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta;

7.  Jirrimarka li ħafna Stati Membri m'għandhomx liġijiet speċifiċi kontra l-kriminalità organizzata, filwaqt li l-involviment tagħha f'attivitajiet u setturi transkonfinali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, bħall-kuntrabandu jew l-iffalsifikar tal-flus, qiegħed dejjem jikber;

8.  Jesprimi tħassib dwar il-kontrolli relatati mal-istrumenti finanzjarji ġestiti minn intermedjarji u d-dgħufiji misjuba fil-verifika tal-uffiċċji rreġistrati tal-benefiċjarji; jenfasizza l-ħtieġa li l-iżburżar ta' self dirett u indirett ikun kondizzjonali għall-pubblikazzjoni ta' data fiskali u kontabbiltà għal kull pajjiż, u fuq l-iżvelar ta' informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja mill-benefiċjarji u l-intermedjarji finanzjarji involuti fl-operazzjonijiet ta' finanzjament;

Dħul ‒ riżorsi proprji

9.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li skont l-istatistika tal-Kummissjoni, id-distakk tal-VAT fl-2016 kien jammonta għal EUR 147 biljun, li jirrappreżenta aktar minn 12 % tad-dħul totali mistenni mill-VAT, u li l-Kummissjoni tistma li l-każijiet ta' frodi tal-VAT intra-Komunitarju jiswew lill-Unjoni madwar EUR 50 biljun fis-sena;

10.  Jilqa' l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-VAT tas-7 ta' April 2016 immirat biex jirriforma l-qafas tal-VAT, u t-13-il proposta leġiżlattiva adottati mill-Kummissjoni minn Diċembru 2016 'l hawn li jindirizzaw il-bidla lejn skema definittiva tal-VAT, li tneħħi l-ostakli tal-VAT għall-kummerċ elettroniku, tirrevedi l-iskema tal-VAT għall-SMEs, timmodernizza l-politika tar-rati tal-VAT u tindirizza d-distakk tal-VAT; jinnota li l-proposta ta' "sistema definittiva" tista' teqred il-Frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes (MTIC), iżda ma tidħolx fis-seħħ qabel l-2022; jistieden lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw malajr ir-riforma tas-sistema tal-VAT u jieħdu azzjonijiet aktar immedjati biex fil-frattemp jikkontrollaw il-ħsara, inkluż fil-qafas tal-Eurofisc, l-OLAF, l-EUROPOL u l-UPPE futur;

11.  Jilqa' s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża M.A.S. (C-42/17), li teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li pieni kriminali effettivi u ta' deterrent jiġu adottati f'każijiet ta' frodi serji li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE fir-rigward tal-VAT, skont l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 325(1) u (2) tat-TFUE;

12.  Jiddispjaċih li investigazzjoni mill-OLAF fil-frodi doganali fir-Renju Unit konkluża fl-2017 żvelat evażjoni sostanzjali tal-VAT b'konnessjoni ma' importazzjonijiet fir-Renju Unit permezz ta' abbuż tas-sospensjoni ta' ħlas tal-VAT, jew l-hekk imsejħa proċedura doganali 42 (CP42); jilqa' l-proċedura ta' qabel il-ksur kontra r-Renju Unit imnedija mill-Kummissjoni f'Mejju 2018; ifakkar li dan it-telf huwa stmat b'mod kumulattiv li huwa madwar EUR 3,2 biljun għall-perjodu 2013-2016, li jirrappreżenta wkoll telf għall-baġit tal-UE; huwa mħasseb li l-emendi adottati dan l-aħħar għar-Regolament (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri li jsaħħu l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT(12) jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jegħlbu l-frodi tas-CP42 u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra strateġiji ġodda sabiex tintraċċa oġġetti tas-CP42 fl-UE;

13.  Jilqa' l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/20108, adottata fit-2 ta' Ottubru 2018, u jispera li kooperazzjoni msaħħa se tindirizza b'mod effiċjenti aspetti ewlenin ta' frodi transkonfinali fis-suq uniku, bħall-frodi tal-MTIC;

14.  Jilqa' l-adozzjoni tad-Direttiva PIF, li tiċċara l-kwistjonijiet ta' kooperazzjoni transkonfinali u ta' assistenza legali reċiproka bejn l-Istati Membri, l-Eurojust, l-UPPE u l-Kummissjoni fl-indirizzar tal-frodi tal-VAT;

15.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, is-serjetà tas-sitwazzjoni attwali rigward il-frodi li tinvolvi n-nuqqas ta' ħlas tal-VAT, b'mod partikolari l-hekk imsejħa frodi karusell; jistieden lill-Istati Membri kollha jipparteċipaw f'kull wieħed mill-oqsma ta' attività tal-Eurofisc sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bl-għan li tiġi megħjuna l-ġlieda kontra l-frodi;

16.  Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat f'diversi okkażjonijiet li l-VAT hija interess finanzjarju tal-Unjoni, l-aktar reċenti fil-każ Taricco (C-105/14); jinnota madankollu li l-OLAF rarament jagħmel investigazzjonijiet ta' irregolaritajiet li jirrigwardaw il-VAT minħabba nuqqas ta' strumenti; jistieden lill-Istati Membri japprovaw il-proposta tal-Kummissjoni li tipprovdi strumenti ġodda lill-OLAF sabiex jittratta l-każijiet tal-VAT, bħal aċċess għall-Eurofisc, għall-VIES jew informazzjoni dwar il-kontijiet tal-bank;

17.  Josserva l-andament stabbli tal-għadd ta' każijiet frawdolenti u mhux frawdolenti rrapportati marbuta mar-riżorsi proprji tradizzjonali (4 647 fl-2016 u 4 636 fl-2017), kif ukoll l-ammonti involuti (EUR 537 miljun fl-2016 u EUR 502 miljun fl-2017); jinnota madankollu d-distribuzzjoni irregolari tal-irregolaritajiet fost l-Istati Membri, bil-Greċja (7,17 %), Spanja (4,31 %) u l-Ungerija (3,35 %) ferm ogħla mill-medja tal-UE ta' 1,96 % relatata mar-riżorsi proprji tradizzjonali mhux miġbura;

18.  Jinnota bi tħassib kbir li l-kuntrabandu tat-tabakk lejn l-UE intensifika f'dawn l-aħħar snin u, skont l-estimi, jirrappreżenta telf annwali ta' EUR 10 biljun fi dħul pubbliku għall-baġits tal-UE u tal-Istati Membri, filwaqt li fl-istess ħin huwa sors kbir ta' kriminalità organizzata, inkluż it-terroriżmu; jikkunsidra li huwa neċessarju li l-Istati Membru jżidu l-isforzi tagħhom sabiex jiġġieldu dawn l-attivitajiet illegali, pereżempju billi jtejbu l-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri;

19.  Jemmen li kombinazzjoni ta' metodi ta' detezzjoni differenti (kontrolli tar-rilaxx, kontrolli ta' wara r-rilaxx, spezzjonijiet minn servizzi ta' kontra l-frodi u oħrajn) hija l-aktar effiċjenti għad-detezzjoni tal-frodi u li l-effiċjenza ta' kull metodu tiddependi fuq l-Istat Membru kkonċernat, il-koordinazzjoni effiċjenti tal-amministrazzjoni tiegħu u l-abbiltà tas-servizzi rilevanti tal-Istati Membri li jikkomunikaw ma' xulxin;

20.  Iqis bħala inkwetanti l-fatt li ċerti Stati Membri regolarment ma jirrapportaw l-ebda każ ta' frodi; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga s-sitwazzjoni, inkwantu tqis pjuttost baxxa l-probabbiltà li tali Stati Membri huma ġenna tal-art fejn il-frodi ma teżistix; jistieden lill-Kummissjoni twettaq kontrolli fuq il-post f'dawn il-pajjiżi;

21.  Jinnota b'dispjaċir li r-rata medja ta' rkupru fil-każijiet irrapportati bħala frawdolenti fil-perjodu bejn l-1989 u l-2017 kienet biss 37 %; jistieden lill-Kummissjoni tfittex soluzzjonijiet biex ittejjeb din is-sitwazzjoni drammatika;

22.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrapporta ta' kull sena l-ammont tar-riżorsi proprji tal-UE rkuprati skont ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-OLAF, u tikkomunika l-ammonti li għad iridu jiġu rkuprati;

Programm ta' Kontra l-Frodi tal-UE

23.  Jilqa' pożittivament il-ħolqien tal-Programm ta' Kontra l-Frodi tal-UE, li se jkun implimentat mill-OLAF f'mod ta' ġestjoni diretta (COM(2018)0386), u jitlob li l-għotjiet ikunu ġestiti f'format elettroniku permezz tas-sistema ta' ġestjoni eGrants tal-Kummissjoni, minn Ġunju 2019;

L-UPPE u r-relazzjoni futura tiegħu mal-OLAF

24.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni ta' 22 Stat Membru li jipproċedu għall-istabbiliment tal-UPPE fil-qafas ta' kooperazzjoni msaħħa; jistieden lill-Kummissjoni tinċentiva lill-Istati Membri li s'issa sabuha bi tqila li jkunu parti mill-UPPE;

25.  Jirrimarka li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-UPPE għandhom jiżguraw li jkun hemm separazzjoni ċara tas-setgħat biex jiġu evitati strutturi doppji, kompetenzi konfliġġenti u lakuni legali li jinħolqu minn nuqqas ta' kompetenzi;

26.  Jilqa' l-fatt li l-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2019 jinkludi, għall-ewwel darba, approprjazzjonijiet għall-UPPE (EUR 4,9 miljun) u jinsisti fuq l-importanza ta' persunal u baġit suffiċjenti għall-UPPE; jinnota li hemm biss 37 kariga ppjanati, li jimplika li wara li jitnaqqsu l-karigi għal 23 Prosekutur Ewropew, 14-il kariga biss huma ppjanati għal kompiti amministrattivi; jikkunsidra li dan mhuwiex realistiku, b'mod partikolari fir-rigward taż-żewġ Stati Membri l-oħra li dan l-aħħar iddeċidew li jissieħbu fl-UPPE; jitlob, għalhekk, li ż-żieda ta' persunal ippjanata għall-2020 ssir minn qabel biex l-UPPE jkun jista' jopera b'mod sħiħ sa tmiem l-2020 kif previst mir-Regolament;

27.  Jilqa' l-proposta mmirata tal-Kummissjoni għal reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, primarjament xprunata mill-istabbiliment tal-UPPE; jenfasizza li l-kooperazzjoni futura bejn l-OLAF u l-UPPE għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib, skambju effiċjenti ta' informazzjoni u komplementarjetà, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet jew kompetenzi konfliġġenti;

Ġlieda kontra l-korruzzjoni

28.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri; jenfasizza li sabiex tipprovdi valutazzjoni oġġettiva u sistematika, il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment valutazzjoni tat-theddid għall-istat tad-dritt, inklużi riskji ta' korruzzjoni sistemika, f'kull Stat Membru bbażata fuq sett ta' indikaturi u rapporti indipendenti;

29.  Jenfasizza li wara l-ħolqien tal-UPPE, l-OLAF se jibqa' l-uniku uffiċċju responsabbli għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE fl-Istati Membri li ddeċidew li ma jissiħbux fl-UPPE; jenfasizza li skont l-Opinjoni Nru 8/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament dwar l-OLAF ma ssolvix il-kwistjoni ta' nuqqas ta' effikaċja fl-investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-OLAF jibqa' sieħeb b'saħħtu u funzjonali għalkollox għall-UPPE;

30.   Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni m'għadhiex tqis li huwa neċessarju li tippubblika r-rapport kontra l-korruzzjoni; jiddeplora d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi l-monitoraġġ kontra l-korruzzjoni fil-proċess ta' governanza ekonomika tas-Semestru Ewropew; huwa tal-fehma li dan kompla naqqas il-monitoraġġ mill-Kummissjoni, b'data disponibbli għal ftit pajjiżi biss; jiddispjaċih ukoll li din il-bidla fl-approċċ tikkonċentra l-aktar fuq l-impatt ekonomiku tal-korruzzjoni u kważi tinjora għalkollox id-dimensjonijiet l-oħrajn li l-korruzzjoni tista' taffettwa, bħall-fiduċja taċ-ċittadini fl-amministrazzjoni pubblika u anki fl-istrutturi demokratiċi tal-Istati Membri; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tkompli tippubblika r-rapporti tagħha kontra l-korruzzjoni; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni sabiex timpenja ruħha f'politika aktar komprensiva u koerenti tal-UE kontra l-korruzzjoni, inkluża valutazzjoni fil-fond tal-politiki kontra l-korruzzjoni f'kull Stat Membru;

31.  Itenni li l-effett tal-"bieb idur" jista' jkun ta' detriment għar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tal-interess; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżviluppaw approċċ sistematiku u proporzjonat għal din l-isfida;

32.   Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma rawmitx il-parteċipazzjoni tal-UE fil-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO); jistieden lill-Kummissjoni terġa' tibda n-negozjati ma' GRECO mill-aktar fis possibbli sabiex tivvaluta fi żmien xieraq il-konformità tagħha mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) u biex twaqqaf mekkaniżmu ta' valutazzjoni interna għall-istituzzjonijiet tal-UE;

33.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema ta' indikaturi stretti u kriterji uniformi applikabbli faċilment, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Programm ta' Stokkolma, biex tkejjel il-livell ta' korruzzjoni fl-Istati Membri u biex tevalwa l-politiki tagħhom kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indiċi ta' korruzzjoni sabiex tikklassifika lill-Istati Membri; huwa tal-fehma li indiċi ta' korruzzjoni jista' jipprovdi bażi soda li fuqha l-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-mekkaniżmu ta' kontroll speċifiku għall-pajjiż tagħha meta tikkontrolla l-infiq tar-riżorsi tal-UE;

34.  Ifakkar li l-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għall-informazzjoni skambjata bejn l-Istati Membri bl-għan li jipprevjenu u jiġġieldu l-Frodi MTIC, magħrufa aħjar bħala l-frodi karusell; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-Eurofisc, sabiex tikkontrolla, tivvaluta aħjar u ttejjeb l-iskambju ta' data fost l-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jipparteċipaw fl-oqsma kollha ta' attività tal-Eurofisc biex jiffaċilitaw u jħaffu l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi bħalma huma l-Europol u l-OLAF, kif irrakkomandat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kunsill sabiex jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għal din id-data sabiex titrawwem il-kooperazzjoni, tissaħħaħ l-affidabbiltà tad-data u tiġi miġġielda l-kriminalità transkonfinali;

Akkwist pubbliku

Diġitalizzazzjoni

35.  Jinnota li parti konsiderevoli tal-investimenti pubbliċi tintefaq permezz tal-akkwist pubbliku (EUR 2 triljun fis-sena); jenfasizza l-benefiċċji tal-akkwist elettroniku fil-ġlieda kontra l-frodi, bħal iffrankar għall-partijiet kollha, żieda fit-trasparenza, u proċessi sempliċi u iqsar;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni telabora qafas għad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi kollha fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE (is-sejħiet għal proposti, l-applikazzjoni, l-evalwazzjoni, l-implimentazzjoni, il-pagamenti) li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri kollha;

37.  Jiddispjaċih għall-fatt li ftit Stati Membri biss qegħdin jużaw teknoloġiji ġodda għall-fażijiet ewlenin kollha tal-proċess tal-akkwist (notifika elettronika, aċċess elettroniku għad-dokumenti tal-offerti, sottomissjoni elettronika ta' offerti, evalwazzjoni elettronika, għoti elettroniku, ordni elettronika, fatturar elettroniku, pagament elettroniku); jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu l-formoli kollha tal-proċess tal-akkwist pubbliku, kif ukoll reġistri ta' kuntratti aċċessibbli għall-pubbliku, disponibbli online f'format li jinqara mill-magni sa Lulju 2019;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa inċentivi biex toħloq profil elettroniku tal-awtoritajiet kontraenti għall-Istati Membri li fihom dawn il-profili mhumiex disponibbli;

39.  Jilqa' l-iskeda ta' żmien tal-Kummissjoni għat-tnedija tal-akkwist elettroniku fl-UE u jistieden lill-Kummissjoni ssegwiha;

Prevenzjoni u fażijiet inizjali tal-proċedura tal-offerti

40.  Huwa tal-fehma li l-attivitajiet ta' prevenzjoni huma ferm importanti biex jonqos il-livell ta' frodi fl-infiq tal-flus tal-UE u li l-bdil għall-akkwist elettroniku jirrappreżenta pass importanti lejn il-prevenzjoni tal-frodi u l-promozzjoni tal-integrità u tat-trasparenza;

41.  Jilqa' pożittivament il-ħolqien tas-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni (EDES) u jemmen li kombinazzjoni ta' metodi ta' identifikazzjoni (kontrolli) differenti fil-fażijiet inizjali tal-proċedura tal-offerti hija l-aktar effiċjenti għall-prevenzjoni tal-frodi, billi tippermetti li l-fondi jiġu orjentati mill-ġdid lejn proġetti oħrajn;

42.  Jilqa' l-gwida mħejjija mill-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni tal-Prevenzjoni tal-Frodi (COCOLAF) dwar is-senjalazzjonijiet ta' allarm u l-aqwa prattiki fl-akkwist pubbliku u r-rapportar tal-irregolaritajiet;

43.  Jilqa' favorevolment is-simplifikazzjoni tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-UE u jemmen li simplifikazzjoni ulterjuri żżid l-effikaċja; jittama li benefiċjarji oħra ta' fondi tal-Unjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw aktar minn għażliet simplifikati f'termini ta' kostijiet;

Proċeduri ta' importazzjoni

44.  Josserva li d-dazji doganali jikkorrispondu għal 14 % tal-baġit tal-UE u jemmen li l-applikazzjoni ineffikaċi tagħhom u n-nuqqas ta' regoli armonizzati jolqtu negattivament l-interessi finanzjarji tal-UE;

45.  Josserva li s-servizzi tad-dwana tad-diversi Stati Membri jaqsmu bejniethom informazzjoni dwar il-każijiet suspetti ta' frodi, biex ikun żgurat ir-rispett tar-regolamentazzjoni doganali (assistenza reċiproka); jemmen li din il-komunikazzjoni hija aktar sempliċi fil-każijiet li fihom hija obbligatorja l-indikazzjoni tal-ispeditur fid-dikjarazzjoni dwar l-importazzjoni tad-dwana (SAD) u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel din l-indikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha sa Lulju 2019;

46.  Jesprimi tħassib fir-rigward tal-ispezzjonijiet doganali u l-ġbir relatat ta' dazji doganali, li huma riżorsa proprja għall-baġit tal-UE; jirrimarka li l-ispezzjonijiet biex jiġi vverifikat li l-importaturi qed jikkonformaw mar-regoli dwar it-tariffi u l-importazzjonijiet isiru mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri stess, u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ispezzjonijiet fil-fruntieri tal-UE jkunu xierqa u armonizzati, u b'hekk tiggarantixxi l-interessi ta' sikurezza, sigurtà u dawk ekonomiċi tal-Unjoni, u biex timpenja ruħha fil-ġlieda kontra l-kummerċ ta' oġġetti illegali u ffalsifikati b'mod partikolari;

47.  Jiddispjaċih li l-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT ġodda għall-Unjoni Doganali batiet minn serje ta' dewmien, li jfisser li wħud mis-sistemi ewlenin mhux se jkunu disponibbli sal-iskadenzi tal-2020 li ġew stabbiliti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; jenfasizza li t-tranżizzjoni rapida għal ambjent doganali mingħajr karti hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-amministrazzjonijiet tad-dwana jaħdmu bħala entità waħda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għat-tlestija u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta' informazzjoni doganali tal-UE;

48.  Jilqa' l-11-il operazzjoni doganali konġunta tal-OLAF li mmiraw b'suċċess diversi theddidiet bħall-frodi tad-dħul, movimenti illeċiti ta' flus, prodotti foloz, kuntrabandu ta' sigaretti u narkotiċi; jilqa' wkoll id-detezzjoni ta' irregolaritajiet wara avviżi ta' assistenza reċiproka maħruġa mill-OLAF, b'mod speċjali l-frodi fil-pannelli solari;

49.  Jenfasizza li huma meħtieġa kontrolli doganali armonizzati u standardizzati fil-punti kollha tad-dħul peress li żbilanċ fil-prestazzjoni tal-kontrolli doganali mill-Istati Membri jxekkel il-funzjonament effettiv tal-unjoni doganali.

Nefqa

50.  Jilqa' favorevolment it-tnaqqis sinifikanti tal-għadd ta' każijiet (minn 272 fl-2016 għal 133 fl-2017) irrapportati bħala frawdolenti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali, u t-tnaqqis konsegwenti tal-valur tal-frodi minn EUR 47 miljun għal EUR 20 miljun: jinnota, madankollu, it-tendenza bil-maqlub li hemm fil-qasam tal-appoġġ dirett għall-agrikoltura, fejn il-valur tal-irregolaritajiet irrapportati bħala frawdolenti żdied sew minn EUR 11-il miljun għal EUR 39 miljun, u l-valur finanzjarju medju għal kull każ żdied b'227 %; jittama li dan ma jirrappreżentax tendenza negattiva;

51.  Jistenna li s-simplifikazzjoni ta' regoli amministrattivi mitluba fid-dispożizzjonijiet komuni li jkopru l-perjodu 2014-2020 tgħin biex jonqos in-numru ta' irregolaritajiet mhux frawdolenti, jiġu identifikati l-każijiet frawdolenti u jittejjeb l-aċċess tal-benefiċjarji għall-fondi tal-UE;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha biex tistandardizza n-nomenklatura tal-iżbalji marbuta man-nefqa, peress li, skont dak li turi d-data, diversi Stati Membri jiddikjaraw l-istess żbalji f'kategoriji differenti (SWD(2018)0386);

53.  Jissottolinja l-fatt li l-kapaċità ta' identifikazzjoni tirrappreżenta element fundamentali fil-kuntest taċ-ċiklu tal-ġlieda kontra l-frodi, li tikkontribwixxi għall-effikaċja u għall-effiċjenza tas-sistema għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE; jilqa' għaldaqstant b'sodisfazzjon il-fatt li l-Istati Membri l-aktar attivi fl-identifikazzjoni u fir-rapportar ta' irregolaritajiet potenzjalment frawdolenti kienu l-Polonja, ir-Rumanija, l-Ungerija, l-Italja u l-Bulgarija, li lkoll f'daqqa rrappreżentaw 73 % tal-irregolaritajiet irrapportati bħala frawdolenti fil-politika agrikola komuni fis-snin bejn l-2013 u l-2017; jisħaq, f'dan ir-rigward, li valutazzjoni numerika waħda tar-rapporti magħmula tista' twassal għal perċezzjoni żbaljata tal-effikaċja tal-kontrolli; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tkompli tappoġġa lill-Istati Membri bl-għan li tiżgura titjib kemm fil-kwalità kif ukoll fl-għadd ta' kontrolli, u li taqsam l-aħjar prattika fil-ġlieda kontra l-frodi;

54.  Jinnota li l-għadd ta' irregolaritajiet mhux irrapportati bħala frawdolenti fil-politiki ta' koeżjoni u tas-sajd (5 129 każ fl-2017) reġa' lura għal-livelli tal-2013 u tal-2014 (4 695 u 4 825 każ rispettivament), wara li għal sentejn sħaħ il-livelli laħqu l-aqwa tagħhom;

55.  Jindika li hija essenzjali trasparenza totali fil-kontabbiltà tan-nefqa, speċjalment fir-rigward ta' xogħlijiet ta' infrastruttura ffinanzjati direttament minn fondi tal-UE jew minn strumenti finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi liċ-ċittadini tal-UE aċċess sħiħ għall-informazzjoni dwar il-proġetti kofinanzjati;

56.  Jikkonstata li l-għadd ta' irregolaritajiet irrapportati fl-ambitu tal-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (PAA) kompla naqas fl-2017 u li, bl-eliminazzjoni gradwali tal-programmi ta' qabel l-adeżjoni, l-għadd ta' irregolaritajiet irrapportati bħala frawdolenti qorob lejn iż-żero;

Problemi identifikati u miżuri meħtieġa

Kontrolli aħjar

57.  Jappoġġja l-programm Hercule III, li huwa eżempju tajjeb tal-approċċ "l-aħjar użu minn kull euro"; jistenna li l-programm suċċessur tiegħu wara l-2020 ikun saħansitra aktar effikaċi;

58.  Jittama li r-regolament mistenni l-ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, fl-ambitu tal-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir għall-kontroll doganali, se jkompli jtejjeb il-koordinament u jqawwi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi l-oħra fil-qasam tal-finanzjamenti permezz ta' sħubija aħjar fil-livell tal-UE;

Frodi transnazzjonali

59.  Jenfasizza li sistema li tippermetti lill-awtoritajiet jiskambjaw informazzjoni tiffaċilita l-kontroverifika ta' rekords kontabilistiċi għal tranżazzjonijiet bejn żewġ Stati Membri jew aktar biex tiġi evitata l-frodi transkonfinali fir-rigward tal-fondi strutturali u ta' investiment, u b'hekk jiġi żgurat approċċ trasversali u komprensiv għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Istati Membri; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f'dawk l-oqsma ta' nfiq ta' fondi tal-UE fejn ma sar ebda provvediment għal dan;

60.  Huwa inkwetat dwar iż-żieda fit-theddid u fl-okkorrenza ta' frodi transnazzjonali identifikata mill-OLAF; jilqa' l-adozzjoni tar-Rapport tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – L-irkupru ta' flus u assi minn pajjiżi terzi f'każijiet ta' frodi, u l-klawżola kontra l-frodi introdotta b'suċċess fil-ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Ġappun; jistieden lill-Kummissjoni tiġġeneralizza l-prattika li żżid klawżoli kontra l-frodi fil-ftehimiet iffirmati bejn l-UE u pajjiżi terzi;

Informaturi

61.  Jilqa' pożittivament il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (COM(2018)0218); jittama li din ittejjeb konsiderevolment is-sigurtà tal-informaturi fl-Unjoni, u b'hekk jinkiseb titjib kbir fil-protezzjoni finanzjarja tal-UE u fl-istat tad-dritt; jittama li din tidħol fis-seħħ fil-futur qarib; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE sabiex jimplimentaw malajr kemm jista' jkun l-istandards stabbiliti fid-direttiva fil-politiki interni tagħhom stess sabiex jiżguraw l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jimplimentawha fis-sistema legali nazzjonali tagħhom bl-aktar kamp ta' applikazzjoni wiesgħa possibbli;

62.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-informaturi fil-prevenzjoni tal-frodi, id-detezzjoni u r-rapportar u l-ħtieġa li jiġu protetti;

Ġurnaliżmu investigattiv

63.  Huwa tal-fehma li l-ġurnaliżmu investigattiv jaqdi rwol essenzjali fit-trawwim tal-livell meħtieġ ta' trasparenza fl-UE u fl-Istati Membri, u li jrid jiġi inkoraġġit u appoġġat kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-UE;

Tabakk

64.  Huwa mħasseb li skont l-estimi tal-OLAF, il-kummerċ illeċitu fis-sigaretti jikkawża telf finanzjarju annwali ta' aktar minn EUR 10 biljun għall-baġits tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

65.  Jilqa' d-dħul fis-seħħ, fil-25 ta' Settembru 2018, tal-Protokoll tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk wara l-41 ratifika tiegħu, fis-27 ta' Ġunju 2018; jilqa' l-fatt li l-ewwel Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll saret bejn it-8 u l-10 ta' Ottubru 2018; madankollu, iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Protokoll biex jagħmlu dan malajr kemm jista' jkun; jistieden lill-Kummissjoni taqdi rwol attiv bl-għan li tipproduċi rapport komprensiv li jistabbilixxi prattiki tajbin u timplimenta esperimenti rigward is-sistemi ta' traċċar u rintraċċar fl-Istati Partijiet; jistieden lill-Istati Membri li ffirmaw il-Protokoll iżda li għadhom ma rratifikawhx, biex jagħmlu dan;

66.  Ifakkar fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma ġġeddidx il-ftehim PMI, li skada fid-9 ta' Lulju 2016; ifakkar li fid-9 ta' Marzu 2016, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex ma ġġeddidx, testendi jew tinnegozjah mill-ġdid lil hinn mid-data tal-iskadenza tiegħu; jemmen li t-tliet ftehimiet l-oħrajn mal-kumpaniji tat-tabakk (BAT, JTI, ITL) m'għandhomx jiġu mġedda, estiżi jew innegozjati mill-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport sa tmiem l-2018 dwar il-fattibbiltà li jitwaqqfu t-tliet ftehimiet li fadal;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ malajr bil-pjan ta' azzjoni ġdid u strateġija komprensiva tal-UE għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk, li kienet ippjanata għall-aħħar tas-sajf 2018;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistema ta' traċċar u l-miżuri ta' sigurtà li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri sal-20 ta' Mejju 2019 għas-sigaretti u t-tabakk tal-brim u sal-20 ta' Mejju 2024 għall-prodotti l-oħrajn kollha tat-tabakk (bħal sigarri, cigarillos u prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux) ikunu konsistenti mal-linji gwida ta' indipendenza tal-Protokoll tad-WHO biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk li l-Unjoni Ewropea rratifikat fl-24 ta' Ġunju 2016;

69.  Jistieden lill-Kummissjoni tantiċipa r-riskji moħbija tal-ikklonjar ta' marki individwali mill-industrija tat-tabakk għall-iskop ta' forniment lis-suq parallel;

70.  Jinnota bi tħassib li r-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji tal-OLAF ftit li xejn ġew implimentati fl-Istati Membri; huwa tal-fehma li din is-sitwazzjoni ma tistax tiġi ttollerata u jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF u jistabbilixxu regoli li jiffaċilitaw l-ammissibbiltà tal-evidenza misjuba mill-OLAF;

Investigazzjonijiet u r-rwol tal-OLAF

71.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tagħti s-setgħa lill-OLAF biex jinvestiga kwistjonijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi ċertu livell ta' trasparenza tar-rapporti u tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF wara l-għeluq tal-proċeduri Ewropej u nazzjonali kollha; huwa tal-fehma li wara l-adozzjoni tal-bidliet meħtieġa għar-Regolament dwar l-OLAF relatati mal-istabbiliment tal-UPPE, il-Kummissjoni għandha tħejji qafas tal-OLAF modern aktar dettaljat u komprensiv;

72.  Jiddeplora n-nuqqas ta' konsistenza fit-terminoloġija tar-rapporti tal-OLAF, bħal investigazzjonijiet magħluqa u konklużi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-OLAF jimplimentaw terminoloġija konsistenti biex tkun żgurata l-komparabbiltà matul is-snin b'rabta mar-rapportar u r-rimedjar ta' każijiet ta' frodi;

73.  Jieħu nota tal-kwistjonijiet li għaddejjin bħalissa bil-Bażi tad-Data l-ġdida tal-Ġestjoni tal-Kontenut (OCM) tal-OLAF; jiddeplora b'mod partikolari li ntilfu każijiet fil-bażi tad-data l-ġdida; jilqa' l-fatt li l-problema hija suġġett ta' prijorità ewlenija; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament b'evalwazzjoni dettaljata tal-proġett tal-IT tal-OCM, b'mod partikolari rigward id-disinn tal-proġett, il-kostijiet sħaħ, l-implimentazzjoni, l-esperjenza tal-utenti u lista tal-kwistjonijiet li nqalgħu, skont ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kumitat Superviżorju tal-OLAF(13);

74.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b'mod konġunt jiżguraw li l-investigazzjonijiet mill-OLAF u mill-Istati Membri jikkomplementaw lil xulxin, li l-OLAF igawdi minn setgħat investigattivi ugwali f'kull Stat Membru, inkluż aċċess għal informazzjoni dwar kontijiet tal-bank, u li l-evidenza miġbura mill-OLAF tkun ammessa bħala evidenza kriminali mill-qrati tal-Istati Membri kollha, peress li hija essenzjali għas-segwitu effettiv tal-investigazzjonijiet tal-OLAF;

o
o   o

75.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u lill-Kumitat Superviżorju tal-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi.

(1) OLAF, "It-tmintax-il Rapport tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2017", 5.10.2018.
(2)* ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
(3) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.
(4) ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta' Settembru 2015, Proċeduri kriminali kontra Ivo Taricco et, 105/14, ECLI:EU:C:2015:555.
(7) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta' Diċembru 2017, Proċeduri kriminali kontra M.A.S u M.B., 42/17, ECLI:EU:C:2017:936.
(8) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 56.
(9) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(10) Testi adottati, P8_TA(2018)0419.
(11) Testi adottati, P8_TA(2018)0384.
(12) ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.
(13) Opinjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF dwar l-abbozz preliminari tal-baġit tal-OLAF għall-2019.


L-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-dominju tal-ogħla livell .eu ***I
PDF 129kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (COM(2018)0231 – C8-0170/2018 – 2018/0110(COD))
P8_TA(2019)0055A8-0394/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0231),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0170/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0394/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta' dominju tal-Ogħla Livell .eu, li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004

P8_TC1-COD(2018)0110


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/517.)

(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 112.


Armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (ING) ***I
PDF 128kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq ("ir-Regolament dwar l-ING") li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (COM(2017)0329 – C8-0192/2017 – 2017/0134(COD))
P8_TA(2019)0056A8-0009/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0329),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0192/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0009/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ir-Regolament dwar id-DNG)

P8_TC1-COD(2017)0134


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/516.)


Żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3
PDF 146kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059688/02 – 2019/2521(RSP))
P8_TA(2019)0057B8-0073/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059688/02),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li saret fit-3 ta' Diċembru 2018, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-25 ta' Ottubru 2017, u ppubblikata fit-28 ta' Novembru 2017(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, 2017/0035(COD),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fl-20 ta' Mejju 2016, Bayer CropScience AG ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għad-dħul fis-suq tal-prodotti koperti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/232/KE(5) ("l-applikazzjoni għat-tiġdid");

B.  billi d-Deċiżjoni 2007/232/KE awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift (OSR) ġenetikament modifikati (ĠM) Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3, u li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-awtorizzazzjoni jkun kopra wkoll prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn OSR Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3, għal użi oħra għajr l-ikel jew l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

C.  billi, fit-25 ta' Ottubru 2017, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b'rabta mal-applikazzjoni għat-tiġdid, skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

D.  billi l-Kummissjoni, fuq talba tal-applikant, iddeċidiet li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/327/UE(6) sabiex il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodotti koperti bid-Deċiżjoni 2007/232/KE jiġi inkorporat fiha; billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għalhekk jemenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE u jirrevoka d-Deċiżjoni 2007/232/KE; billi l-leġittimità ta' tali proposta hija dubjuża;

E.  billi tressqu diversi kummenti kritiċi mill-awtoritajiet kompetenti matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur(7); billi, fost affarijiet oħra, l-Istati Membri kkritikaw il-fatt li l-approċċ ta' monitoraġġ adottat mill-applikant ma kienx konformi mar-rekwiżiti tal-Anness VII għad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) jew mad-dokumenti ta' gwida tal-EFSA, li r-rapporti ta' monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq ippreżentati mill-applikant kellhom nuqqasijiet fundamentali, u li ma pprovdewx data tajba li tappoġġja l-konklużjoni li ma kien hemm l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent assoċjat mal-importazzjoni jew l-użu tal-OSR ĠM Ms8, Rf3 u Ms8 x Rf3;

F.  billi l-OSR ĠM Ms8, Rf3 u Ms8 x Rf3 ġew imfassla biex ikunu reżistenti għall-applikazzjoni tal-erbiċidi glufosinat;

G.  billi l-applikazzjoni ta' erbiċida komplementari hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi, u għalhekk jista' jkun mistenni li dawn l-impjanti se jkunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti, li mhux biss iwasslu għal ammont akbar ta' residwi fil-ħsad, u għalhekk fil-prodott importat, iżda jistgħu wkoll jinfluwenzaw il-kompożizzjoni tal-pjanta ĠM u l-karatteristiċi agronomiċi tagħha;

H.  billi l-użu tal-glufosinat mhuwiex permess aktar fl-Unjoni peress li ġie kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-kriterji ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9);

I.  billi r-residwi mill-bexx bl-erbiċidi huma kkunsidrati barra mill-mandat tal-Panel tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati; billi l-impatt ta' sprejjar tal-OSR ĠM Ms8, Rf3 u Ms8 x Rf3 mal-glufosinat ma ġiex ivvalutat; billi informazzjoni dwar il-livelli ta' residwi ta' erbiċidi u tal-metaboliti tagħhom hija essenzjali għal valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi;

J.  billi l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jkejlu r-residwi tal-glufosinat fuq l-importazzjonijiet tal-OSR sabiex jiżguraw il-konformità mal-livelli massimi ta' residwu bħala parti mill-programm ta' kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2019, l-2020 u l-2021(10);

K.  billi, flimkien mal-possibbiltà li l-annimali u l-bnedmin fl-Unjoni se jkomplu jkunu esposti għal livelli għoljin ta' residwu ta' glufosinat preżenti f'din l-OSR ĠM, espert ta' awtorità kompetenti qajjem tħassib ukoll dwar il-metabolit N-aċetil-glufosinat, li huwa prodott fl-OSR ĠM Ms8xRf3, iżda mhux il-kontroparti tagħha li mhijiex ĠM(11); billi, minkejja l-fatt li studju tal-2013 jindika li N-Ac-GLF jista' jkollu effetti newrotossiċi, dan ma ġiex evalwat bħala parti mill-valutazzjoni tal-EFSA;

L.  billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li saret fit-3 ta' Diċembru 2018, ma wasslitx biex tingħata opinjoni, u għalhekk l-awtorizzazzjoni ma kenitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

M.  billi, fiż-żewġ memoranda ta' spjegazzjoni tal-proposti leġiżlattivi tagħha ppreżentati fit-22 ta' April 2015, rispettivament, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati fit-territorju tagħhom u fl-14 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ĠM; billi l-President Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(12);

N.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari(13) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhuwiex kompatibbli ma' wieħed mill-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-ikel jew l-għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal erbiċida mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, f'dan il-każ il-glufosinat;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċida mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi, metaboliti komplementari u formulazzjonijiet kummerċjali kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni għall-ikel u l-għalf;

7.  Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sa ma tiġi riveduta l-proċedura ta' awtorizzazzjoni b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għal użu bħala ikel u għalf;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Assessment of genetically modified oilseed rape MS8 × RF3 for renewal of authorisation under regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA-GMO-RX-004), (Valutazzjoni taż-żrieragħ tal-lift MS8 × RF3 ġenetikament modifikati għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-004)), https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2017.5067
(4)––––––––––––––––––––––––––– Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2)(ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla modifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/232/KE tas-26 ta' Marzu 2007 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodotti taż-żrieragħ tal-lift ( Brassica napus L., linji Ms8, Rf3 u Ms8xRf3) immodifikati ġenetikament sabiex jittolleraw l-erbiċida ammonju tal-glufosinat (ĠU L 100, 17.4.2007, p. 20).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/327/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel li fih jew jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament li huma ż-żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3, jew ikel u għalf prodotti minn dawk l-organiżmi modifikati ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 57).
(7) Il-kummenti tal-Istati Membri, l-Anness G, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2016-00569
(8) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/555 tad-9 ta' April 2018 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2019, l-2020 u l-2021 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 92, 10.4.2018, p. 6).
(11) Il-kummenti tal-Istati Membri, l-Anness G, p. 18, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2016-00569
(12) Ara, pereżempju, id-dikjarazzjoni ta' ftuħ tiegħu fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fil-15 ta' Lulju 2014, li aktar tard ġiet inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss, jew fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni li sar fl-14 ta' Settembru 2016.
(13) ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


Qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1)
PDF 148kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D059689/02 – 2019/2522(RSP))
P8_TA(2019)0058B8-0074/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D059689/02),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni tat-3 ta' Diċembru 2018 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-16 ta' April 2015 u ppubblikata fil-5 ta' Mejju 2015(3), u d-dikjarazzjoni li takkumpanja l-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA dwar l-applikazzjoni (EFSA-GMO-DE-2011-95) għat-tqegħid fis-suq ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Syngenta Crop Protection AG li tqis studju addizzjonali dwar it-tossikoloġija, adottata mill-EFSA fis-7 ta' Marzu 2018 u ppubblikata fil-11 ta' April 2018(4),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, 2017/0035(COD),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(5),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fis-7 ta' April 2011, Syngenta Crop Protection AG ippreżentat applikazzjoni, permezz tal-kumpanija affiljata tagħha Syngenta Crop Protection NV/SA, bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) 5307 ("l-applikazzjoni") lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Ġermanja; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ĠM 5307 għal użi oħra apparti l-ikel u l-għalf, ħlief għall-kultivazzjoni.

B.  billi l-qamħirrum ĠM 5307 jipproduċi proteina insettiċida ġdida, eCry3.1Ab, li hija tossika għal ċerti ħanfus u bumunqar u li hija derivata minn fużjoni u arranġament mill-ġdid ta' tossini li jokkorru b'mod naturali f'batterji tal-ħamrija magħrufa bħala Bacillus thuringiensis (Bt); billi l-qamħirrum ĠM 5307 jesprimi wkoll il-Protein Phosphommanose Isomerase (PMI), li tintuża bħala markatur tal-għażla;

C.  billi, fl-opinjoni tagħha tal-2015, l-EFSA kkonkludiet li ma setgħetx tlesti l-valutazzjoni tagħha tar-riskji tal-ikel/tal-għalf minħabba nuqqasijiet fl-istudju dwar it-tossiċità ta' 28 jum mogħti mill-applikant, speċjalment minħabba li s-settijiet tad-data kienu minn żewġ esperimenti separati u minħabba li ntuża għadd insuffiċjenti ta' annimali(6);

D.  billi l-applikant aktar tard ipprovda studju ġdid dwar it-tossiċità ta' 28 jum; billi, madankollu, it-tieni studju ma ssodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar studji ta' tossiċità orali ta' doża ripetuta ta' 28 jum f'rodituri(7), kif talbet l-EFSA;

E.  billi, fid-dikjarazzjoni tagħha tal-2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli fir-rigward ta' din l-applikazzjoni;

F.  billi, minkejja l-fatt li l-proteini Cry (tossini Bt) ġew rikonoxxuti bħala li għandhom proprjetajiet aġġuvanti, li jfisser li jistgħu jsaħħu l-proprjetajiet allerġeniċi ta' oġġetti oħra tal-ikel, dan ma ġiex analizzat mill-EFSA; billi dan huwa problematiku, peress li t-tossini Bt jistgħu jitħalltu ma' allerġeni fl-ikel u fl-għalf bħall-fażola tas-sojja;

G.  billi fl-istudju dwar it-tossiċità ta' 28 jum li aċċettat l-EFSA, ġiet ittestjata biss il-proteina iżolata; billi, madankollu, intwera li t-tossiċità ta' tossini Bt tista' tissaħħaħ permezz ta' interazzjonijiet ma' komposti oħra bħall-enżimi tal-pjanti, tossini Bt oħrajn u residwi mill-bexx tal-erbiċidi; billi l-ittestjar tat-tossina Bt waħedha u f'forma iżolata ma jippermettix, għaldaqstant, li wieħed jasal għal xi konklużjonijiet dwar l-impatt tagħha fuq is-saħħa wara li tiġi kkonsmata(8);

H.  billi l-EFSA nnutat li "l-applikant identifika similaritajiet rilevanti bejn is-sekwenza tal-amino aċidi ta' eCry3.1Ab u l-parasporins, li jistgħu jaġixxu bħala proteini ċitotossiċi fuq iċ-ċelloli tal-mammiferi"(9); billi l-EFSA ma investigatx aktar minn dan;

I.  billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi(10);

J.  billi, skont awtorità kompetenti waħda(11), il-livelli ta' espressjoni ta' eCry3.1Ab fil-qlub tal-qamħirrum ĠM 5307 jaqbżu l-livell massimu ta' residwu permess b'mod awtomatiku, li huwa ta' 0,01 mg/kg kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12);

K.  billi l-votazzjoni fit-3 ta' Diċembru 2018 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

L.  billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(13);

M.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari(14) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002(15), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, u l-interessi ambjentali u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sa ma tiġi riveduta l-proċedura ta' awtorizzazzjoni b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għal użu bħala ikel u għalf;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Opinjoni Xjentifika dwar l-applikazzjoni (EFSA-GMO-DE-2011-95) għat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Syngenta Crop Protection AG, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2015.4083
(4) Dikjarazzjoni li tikkomplementa l-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA dwar l-applikazzjoni (EFSA-GMO-DE-2011-95) għat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Syngenta Crop Protection AG filwaqt li jitqies l-istudju addizzjonali dwar it-tossikoloġija, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2015.4083
(5)–––––––––––––––––––––––––– – Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikamenta MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2)(ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83). Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (OJ C 346, 27.9.2018, p. 122).Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).
(6) Opinjoni tal-EFSA, 2015, p. 15, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2015.4083
(7) Dikjarazzjoni tal-EFSA, 2018, p. 4, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5233
(8) Ara l-analiżi mill-Istitut għall-Valutazzjoni tal-Impatt Indipendenti fil-Bijoteknoloġija TESTBIOTECH, p. 3 għal aktar dettalji: https://www.testbiotech.org/sites/default/files/Testbiotech_Comment_Maize%205307.pdf
(9) Opinjoni tal-EFSA, 2015, p. 9, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2015.4083
(10) Ara l-Annex G, kummenti tal-Istati Membri, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2011-00310
(11) Kummenti tal-Istati Membri, p. 95.
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(13) Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(14) ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.
(15) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


Qamħirrum ġenetikament modifikata MON 87403 (MON-874Ø3-1)
PDF 150kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikata MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059691/02 – 2019/2523(RSP))
P8_TA(2019)0059B8-0075/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrun ġenetikament modifikata MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059691/02),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni tat-3 ta' Diċembru 2018 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-8 ta' Marzu 2018, u ppubblikata fit-28 ta' Marzu 2018(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fis-26 ta' Ġunju 2015,il-Monsanto Europe SA/NV ippreżentat applikazzjoni, f'isem tal-kumpanija Monsanto, l-Istati Uniti, bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) MON 87403 ("l-applikazzjoni") lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Belġju, u billi l-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jinkludu jew li jikkonsistu minn qamħirrum ĠM MON 87403 għal użi oħra għajr għall-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.  billi l-qamħirrum tat-tip MON 87403 huwa ġenetikament modifikat biex jiżdiedu l-bijomassa u r-rendiment tal-ispigi (li saru ċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum għall-ħsad) permezz ta' sekwenza ta' ġene maqtugħa li ġejja minn speċi oħra ta' pjanti (Arabidopsis thaliana); billi dan iwassal għall-espressjoni ta' proteina (ATHHB17Δ113 ) li hija maħsuba biex taġixxi f'kompetizzjoni ma' proteina naturali simili li tikkontrolla r-regolamentazzjoni tal-ġeni u t-tkabbir tal-pjanti;

C.  billi tressqu diversi kummenti kritiċi mill-awtoritajiet kompetenti matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur(5); billi r-rimarki kienu jinkludu, fost l-oħrajn, l-osservazzjonijiet li d-data sperimentali ma ssostnix id-dikjarazzjoni ta' żieda fir-rendiment għall-qamħirrum ĠM MON 87403, li mhuwiex possibbli li tintlaħaq konklużjoni dwar is-sikurezza tal-effetti riproduttivi jew ta' żvilupp fuq terminu twil tal-ikel u/jew l-għalf sħiħ, li l-proposta tal-applikant għal pjan ta' monitoraġġ ambjentali ma tilħaqx l-objettivi definiti fl-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u, b'mod kruċjali, li l-evidenza pprovduta ma kinitx ikkunsidrata suffiċjenti biex tassigura lill-konsumaturi tas-sikurezza tal-qamħirrum ĠM MON 87403;

D.  billi minkejja l-EFSA tat l-approvazzjoni tagħha rigward is-sikurezza tal-qamħirrum ĠM MON 87403, analiżi indipendenti tal-evalwazzjoni tal-EFSA turi l-mekkaniżmi molekulari eżatti involuti fl-espressjoni AtHHB17Δ113, kif ukoll kif dawn iwasslu għal effetti mistennija previsti u kwalunkwe effett sekondarju possibbli, jibqgħu mhux mifhuma tajjeb u jeħtieġu aktar riċerka(7); billi mingħajr fehim komprensiv tal-modifika ġenetika mhuwiex possibbli li jiġu evalwati bis-sħiħ ir-riskji assoċjati;

E.  billi r-riżultati tal-provi fuq il-post imwettqa mill-applikant juri li l-effetti osservati tal-karatteristika maħsuba, jiġifieri żieda fil-bijomassa u r-rendiment tal-ispigi, mhux biss kienu żgħar ħafna iżda wkoll inkonsistenti; billi l-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM) irrikonoxxa li "l-bidla minħabba l-karatteristika maħsuba hija magħrufa li hija ta' amplitudni limitata... li tissuġġerixxi li l-manifestazzjoni tal-karatteristika tista' tiddependi fuq il-kundizzjonijiet ambjentali fil-provi fuq il-post"(8);

F.  billi t-testijiet fuq il-post twettqu biss fl-Istati Uniti; billi jekk jiġi awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni, il-qamħirrum ĠM MON 87403 jista' jiġi kkultivat f'firxa wiesgħa ta' pajjiżi produtturi tal-qamħirrum, b'kundizzjonijiet klimatiċi u agronomiċi ferm differenti u fatturi addizzjonali ta' pressjoni bħal limitazzjoni tal-ilma jew nixfa; billi l-impatt ta' dawn l-elementi ta' pressjoni u l-kundizzjonijiet, li l-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM jirrikonoxxi jistgħu jimpattaw il-manifestazzjoni tal-karatteristiċi (u għalhekk anke kwalunkwe effett mhux intenzjonat), għalhekk ma ġiex indirizzat b'mod adegwat;

G.  billi, paradossalment, filwaqt li l-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM ikkonkluda li l-analiżi ta' kompożizzjoni (tqabbil tal-kompożizzjoni ta' qamħirrum ĠM MON 87403 bi prodott kumparabbli mhux ĠM abbażi ta' riżultati fuq il-post) "ma ġewx identifikati kwistjonijiet li kienu jirrikjedu valutazzjoni ulterjuri rigward is-sikurezza tal-ikel u l-għalf u l-impatt ambjentali tagħha", il-bord saqsa wkoll "jekk id-data ta' kompożizzjoni miksuba mit-testijiet fuq il-post kinitx tippermetti valutazzjoni ta' riskju dettaljata";

H.  billi r-riskji potenzjali kkawżati minn dan il-qamħirrum ĠM għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent ma ġewx eżaminati b'mod adegwat mill-Panel tal-EFSA dwar l-OĠM; billi mhuwiex aċċettabbli li l-Kummissjoni tipproponi li tawtorizza dan il-qamħirrum ĠM abbażi tal-opinjoni tal-EFSA;

I.  billi wieħed mill-istudji msemmija fl-opinjoni tal-EFSA kien studju li kien miktub minn membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u minn xjenzat li ħadem ma' Syngenta(9); billi ġie nnutat li r-referenzi għal dan l-istudju aktar tard tneħħew mill-opinjoni tal-EFSA, filwaqt li l-EFSA nnutat li t-tneħħija tagħhom "ma taffettwax b'mod materjali l-kontenut jew l-eżitu”(10);

J.  billi l-Parlament jilqa' bi pjaċir il-fatt li d-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA impenja ruħu li jiżgura li, fil-futur, il-membri tal-persunal tal-EFSA ma jibqgħux koawturi ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi ma' xjentisti affiljati mal-industrija, sabiex jiġi evitat li jkun hemm perċezzjonijiet ta' viċinanza mhux xierqa mal-industrija u bil-għan li tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi fis-sistema tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel(11); billi huwa ta' importanza kbira li l-istudji kollha użati mill-EFSA fil-ħidma tagħha jiġu referenzjati b'mod ċar;

K.  billi l-votazzjoni fit-3 ta’ Diċembru 2018 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

L.  billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(12);

M.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari(13) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sa ma tiġi riveduta l-proċedura ta' awtorizzazzjoni b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għal użu bħala ikel u għalf;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-BE-2015–125), https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5225
(4)––––––––––––––––––––––––––– – Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2)(ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).
(5) Kummenti tal-Istati Membri: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionDocumentsLoader?question=EFSA-Q-2018-00222
(6) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
(7) Kumment ta' Testbiotech dwar il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, 2018, Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 għall-użu fl-ikel u fl-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar minn Monsanto: https://www.testbiotech.org/node/2210
(8) Opinjoni tal-EFSA, p. 3. https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5225
(9) Għal dettalji, ara l-kumment ta' Testbiotech dwar il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, 2018, Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 għall-użu fl-ikel u fl-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar minn Monsanto: https://www.testbiotech.org/node/2210
(10) Ara l-opinjoni tal-EFSA, p. 2 https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5225
(11) Ittra ta' Lulju 2018 mill-EFSA lil Testbiotech: http://www.testbiotech.org/sites/default/files/EFSA_letter_Testbiotech_July_2018%20.pdf
(12) Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(13) ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.
(14) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


Prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985
PDF 160kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059692/02 – 2019/2524(RSP))
P8_TA(2019)0060B8-0076/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059692/02),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni tat-3 ta' Diċembru 2018 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-7 ta' Marzu 2018, u ppubblikata fl-20 ta' April 2018(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fil-11 ta' Frar 2011, Bayer CropScience AG ressqet applikazzjoni, bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 u s-subkombinazzjoni LLCotton25 × MON 15985 ("l-applikazzjoni") lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq tal-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 u s-sottokombinazzjoni LLCotton25 x MON 15985 fi prodotti li fihom jew li jikkonsistu minnu għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni ;

B.  billi, fid-dikjarazzjoni tagħha tas-7 ta' Marzu 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b'rabta ma' din l-applikazzjoni;

C.  billi l-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 jesprimi l-proteina 2mEPSPS, li tagħti tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glifosat, il-proteina PAT, li tagħti tolleranza għall-erbiċidi abbażi tal-glufosinat tal-ammonju u l-proteini Cry1Ac u Cry1Ab2, li jagħtu protezzjoni kontra ċerti parassiti lepidotteri; billi, barra minn hekk, il-pjanta tipproduċi proteini (NPTII u AAD) li jagħtu reżistenza għall-antibijotiċi;

D.  billi, filwaqt li l-konsum taż-żejt taż-żerriegħa tal-qoton min-naħa tal-bniedem jista' jkun relattivament limitat fl-Ewropa, jista' jinstab f'varjetà wiesgħa ta' prodotti tal-ikel, inklużi t-taħwir tal-ikel, il-majoneż, prodotti fini tal-forn, krema u biċċiet taċ-ċikkulata(5);

E.  billi l-qoton jingħata lill-annimali prinċipalment fil-forma ta' kejk taż-żerriegħa tal-qoton jew bħala żerriegħa tal-qoton b'kontenut sħiħ ta' xaħam(6);

Residwi u komponenti tal-erbiċidi komplementari

F.  billi l-applikazzjoni ta' erbiċidi komplementari, f'dan il-każ il-glifosat u l-glufosinat, hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi, u għalhekk jista' jkun mistenni li dawn se jkunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti, li mhux biss iwasslu għal ammont akbar ta' residwi fil-ħsad, u għaldaqstant fil-prodott importat, iżda jistgħu wkoll jinfluwenzaw il-kompożizzjoni tal-pjanta ġenetikament modifikata u l-karatteristiċi agronomiċi tagħha;

G.  billi l-użu tal-glufosinat m'għadux permess aktar fl-Unjoni mill-1 ta' Awwissu 2018 peress li ġie kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-kriterji ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7);

H.  billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkludiet li ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kklassifikat il-glifosat bħala probabbilment karċinoġeniku għall-bnedmin;

I.  billi, b'mod ġenerali, skont il-Bord tal-EFSA dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti u r-Residwi tagħhom, ma jistgħux isiru konklużjonijiet dwar is-sikurezza ta' residwi mill-bexx ta' għelejjel ġenetikament modifikati b'formazzjonijiet ta' glifosat(8); billi l-addittivi u t-taħlitiet tagħhom użati f'formulazzjonijiet kummerċjali tal-glifosat għall-bexx jistgħu juru tossiċità ogħla minn ingredjenti attivi waħedhom(9);

J.  billi l-Unjoni diġà neħħiet mis-suq addittiv tal-glufosinat magħruf bħala "POE tallowamine" minħabba tħassib dwar it-tossiċità tiegħu; billi addittivi u taħlitiet problematiċi jistgħu, madankollu, xorta waħda jiġu permessi f'pajjiżi fejn jiġi kkultivat il-qoton ġenetikament modifikat (attwalment il-Ġappun);

K.  billi informazzjoni dwar il-livelli ta' residwi ta' erbiċidi u tal-metaboliti tagħhom hija essenzjali għal valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa ta' pjanti ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi; billi r-residwi mill-bexx bl-erbiċidi huma kkunsidrati barra mill-mandat tal-Panel tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (Il-Panel tal-EFSA dwar l-OĠM); billi l-impatt tal-bexx tal-qoton ġenetikament modifikat bl-erbiċidi ma ġiex ivvalutat, u lanqas ma ġie vvalutat l-effett kumulattiv tal-bexx bil-glifosat u bil-glufosinat;

L.  billi l-Istati Membri mhumiex legalment meħtieġa jkejlu r-residwi tal-glifosat jew tal-glufosinat fuq l-importazzjonijiet tal-qoton bil-għan li jiżguraw il-konformità mal-livelli massimi ta' residwu bħala parti mill-programm kkoordinat ta' kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2019, l-2020 u l-2021(10); billi fl-aħħar rapport tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel, ikkompilat mill-EFSA u abbażi tar-riżultati tal-programm pluriennali kkoordinat kif ukoll tal-programmi individwali tal-Istati Membri, m'hemm l-ebda informazzjoni dwar il-konformità tal-qoton ma' livelli massimi ta' residwi għall-ebda pestiċida(11); billi, skont l-aħħar data, għaldaqstant mhuwiex magħruf jekk ir-residwi tal-glifosat jew tal-glufosinat fuq il-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 jikkonformawx mal-limiti massimi ta' residwi tal-Unjoni;

Preżenza tas-sustanza tossika "gossypol"

M.  billi l-gossypol huwa kostitwent tossiku li jokkorri b'mod naturali fil-qoton; billi l-preżenza tal-proteina EPSPS tista' twassal għal livelli ogħla ta' gossypol fi pjanti ġenetikament modifikati li fihom din il-proteina(12); billi l-panel tal-EFSA dwar l-OĠM innota li l-gossypol ħieles fiż-żrieragħ tal-qoton mhux maħduma ġenetikament modifikati GHB614 x LLCotton25 x MON15985 kien ogħla milli fil-komparatur tiegħu li mhuwiex immodifikat ġenetikament (7 200 mg/kg u 6 000 mg/kg rispettivament)(13), li t-tnejn li huma kienu ogħla mil-limitu legali ta' 5 000 stabbilit fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għalf tal-annimali(14);

N.  billi, skont studju tal-2014 dwar "It-Tossiċità tal-Gossypol mill-Prodotti taż-Żerriegħa tal-Qoton", l-aktar effett tossiku komuni fl-annimali hija l-insuffiċjenza fil-kapaċitajiet riproduttivi maskili u femminili, u din ikkawżat telf ekonomiku serju għall-industrija tal-bhejjem, u barra minn hekk interferiet fil-funzjoni immunitarja, u b'hekk naqqset kemm ir-reżistenza tal-annimali għall-infezzjonijiet kif ukoll l-effiċjenza tat-tilqim(15); billi l-panel tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel iddeskriva l-gossypol bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali(16);

O.  billi l-panel tal-EFSA dwar l-OĠM jiddikjara li l-kontenut ogħla ta' gossypol fiż-żerriegħa tal-qoton mill-qoton ġenetikament modifikat GHB614 x LLCotton25 x MON15985 meta mqabbel mal-komparatur mhux immodifikat ġenetikament "m'hu tal-ebda tħassib għas-sikurezza tal-annimali u tal-bniedem fil-prattika għaliex (i) il-kontenut massimu ta' gossypol ħieles huwa rregolat mil-leġiżlazzjoni Ewropea, u (ii) iż-żejt ibbliċjat u raffinat, kif ukoll id-dqiq miż-żerriegħa tal-qoton, li jistgħu jiġu kkunsmati direttament mill-bnedmin, essenzjalment m'għandhomx gossypol"(17); billi l-EFSA ma vvalutatx iż-żejt tal-qoton (għall-konsum mill-bniedem) u lanqas is-smida taż-żerriegħa tal-qoton (għall-għalf tal-annimali) kif rakkomandat fid-dokument ta' Kunsens tal-OECD attwali dwar kunsiderazzjonijiet ta' kompożizzjoni għal varjetajiet ġodda ta' qoton; billi d-dikjarazzjoni li l-gossypol huwa soġġett għal limiti legali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tipprovdix biżżejjed assigurazzjonijiet li l-qoton GHB614 x LLCotton25 x MON15985 ĠM jista' jiġi kkunsmat mingħajr riskji;

Proteini Cry u r-rabta mar-reazzjonijiet allerġiċi

P.  billi GHB614 x LLCotton25 x MON15985 jesprimi żewġ tossini Bt (il-proteini Cry1Ac u Cry1Ab2) li jagħtu protezzjoni kontra ċerti parassiti lepidotteri; billi, minkejja l-fatt li l-proteini Cry1 ġew rikonoxxuti bħala li proteini li għandhom proprjetajiet aġġuvanti, li jfisser li jistgħu jsaħħu l-proprjetajiet allerġeniċi ta' oġġetti oħra tal-ikel, dan ma ġiex analizzat min-naħa tal-EFSA;

Q.  billi studju xjentifiku fl-2017 dwar l-impatti possibbli fuq is-saħħa ta' tossini Bt u residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari jikkonkludi li għandha tingħata attenzjoni speċifika għar-residwi tal-erbiċidi u l-interazzjoni tagħhom ma' tossini Bt(18); billi l-EFSA ma eżaminatx tali kwistjonijiet;

Ir-reżistenza għall-antibijotiċi

R.  billi GHB614 x LLCotton25 x MON15985 jipproduċi proteini (NPTII u AAD) li jagħtu reżistenza għall-antibijotiċi; billi n-NPT11 jagħti reżistenza għan-neomiċina u l-kanamiċina; billi l-AAD jagħti reżistenza għall-istreptomiċina; billi dawn l-antimikrobiċi kollha huma klassifikati bħala "ta' importanza kritika" mid-WHO(19);

S.  billi l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20) jirrikjedi li l-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) li jkun fihom ġeni li jesprimu reżistenza għall-antibijotiċi użati għat-trattament mediku jew veterinarju jitqiesu b'mod partikolari meta titwettaq valutazzjoni tar-riskju ambjentali u li l-għan ġenerali huwa li jiġu identifikati u eliminati b'mod gradwali l-ġeni li jimmarkaw ir-reżistenza għall-antibijotiċi OĠM li jaf ikollhom effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq is-sikurezza ambjentali ;

T.  billi l-panel tal-EFSA dwar l-OĠM eżamina, f'opinjoni tal-2004, l-użu tal-ġeni li jimmarkaw ir-reżistenza għall-antibijotiċi fl-għażla ta' avvenimenti transġeniċi fil-pjanti minħabba tħassib li l-użu ta' tali ġeni markaturi jista' potenzjalment iwassal għal żieda fir-reżistenza għall-antibijotiċi fil-bnedmin u fl-annimali minħabba t-trasferiment tal-ġeni mill-pjanti ġenetikament modifikati għall-batterji;

U.  billi, skont din l-opinjoni tal-2004, il-ġene AAD jappartjeni għall-grupp II ta' ġeni ta' reżistenza għall-antibijotiċi li "għandu jkun ristrett għal skopijiet ta' prova u m'għandux ikun preżenti fi pjanti ġenetikament modifikati biex jitqiegħdu fis-suq"(21);

Kummenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri

V.  billi tressqu diversi kummenti kritiċi mill-awtoritajiet kompetenti matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, fosthom, iżda mhux biss, il-kwistjonijiet deskritti hawn fuq(22);

Nuqqas ta' demokrazija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet

W.  billi l-votazzjoni fit-3 ta' Diċembru 2018 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

X.  billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(23);

Y.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari(24) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użu fl-ikel jew fl-għalf, ta' kwalunkwe pjanta ġenetikament modifikata li saret tolleranti għal erbiċida mhux awtorizzat għall-użu fl-Unjoni, f'dan il-każ il-glufosinat;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċida mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi, metaboliti komplementari u formulazzjonijiet kummerċjali kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni għall-użu fl-ikel u l-għalf;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza l-ebda pjanta ġenetikament modifikata li jkun fiha ġeni reżistenti għall-antimikrobiċi;

7.  Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sa ma tiġi riveduta l-proċedura ta' awtorizzazzjoni b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għal użu bħala ikel u għalf;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Valutazzjoni tal-qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 għall-użi tal-ikel u l-għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-2011-94), https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213
(4)––––––––––––––––––––––––––– – Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2)(ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).
(5) Opinjoni tal-EFSA, p. 17 https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213
(6) Opinjoni tal-EFSA, p. 18 https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(8) Konklużjoni tal-EFSA dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva glifosat. Il-Ġurnal tal-EFSA 2015, 13 (11):4302, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4302/epdf
(9) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC3955666
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/555 tad-9 ta' April 2018 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2019, l-2020 u l-2021 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 92, 10.4.2018, p. 6).
(11) Ir-rapport tal-2016 tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5348
(12) https://www.testbiotech.org/node/2209 p. 2.
(13) Opinjoni tal-EFSA, p. 14, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213
(14) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10) tistabbilixxi livell massimu ta' gossypol fiż-żerriegħa tal-qoton (bħala materjal tal-għalf) ta' 5 000 mg/kg https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02002L0032-20131227&from=ES
(15) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC4033412/
(16) Opinjoni tal-EFSA, p. 15 https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213
(17) Opinjoni tal-EFSA, p. 15 https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5213
(18) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC5236067/
(19) p21 http://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/255027/9789241512220-eng.pdf;jsessionid=11933F77EEEE4D6E7BD574889996C4E6?sequence=1
(20) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
(21) https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2004.48
(22) ara l-Anness G, kummenti tal-Istati Membri, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionDocumentsLoader?question=EFSA-Q-2018-00147
(23) Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(24) ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.


Is-sitwazzjoni fil-Venezwela
PDF 124kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (2019/2543(RSP))
P8_TA(2019)0061RC-B8-0082/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela, b'mod partikolari dawk tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-elezzjonijiet fil-Venezwela(1), tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fuq il-fruntieri tal-art tagħha mal-Kolombja u l-Brażil(2) u tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Jannar 2019 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) f'isem l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Jannar 2019 tal-VP/RGħ f'isem l-UE,

–  wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI),

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Venezwela, u b'mod partikolari l-Artikolu 233 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-elezzjonijiet tal-20 ta' Mejju 2018 saru mingħajr ma kienu konformi mal-istandards minimi internazzjonali għal proċess kredibbli u naqsu milli jirrispettaw il-pluraliżmu politiku, id-demokrazija, it-trasparenza u l-istat tad-dritt; billi l-UE, flimkien ma' organizzazzjonijiet reġjonali u ma' pajjiżi demokratiċi oħra, ma rrikonoxxiet la l-elezzjonijiet u lanqas l-awtoritajiet li ħadu l-kariga permezz ta' dan il-proċess illeġittimu;

B.  billi, fl-10 ta' Jannar 2019, Nicolás Maduro ħa f'idejh b'mod illeġittimu l-poter presidenzjali quddiem il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja, bi ksur tal-ordni kostituzzjonali;

C.  billi fit-23 ta' Jannar 2019, il-President tal-Assemblea Nazzjonali elett b'mod leġittimu u demokratiku, Juan Guaidó, ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-president interim tal-Venezwela, f'konformità mal-Artikolu 233 tal-Kostituzzjoni tal-Venezwela;

D.  billi fil-Venezwela saru protesti u dimostrazzjonijiet massivi f'dawn l-aħħar jiem; billi qed jiġu rrappurtati għaxriet ta' mwiet u diversi mijiet ta' nies midruba fil-kuntest ta' dimostrazzjonijiet u taqlib; billi nies għadhom jinqatlu u jindarbu u għadhom iseħħu vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem, li jirriżultaw minn atti ta' vjolenza u repressjoni fil-konfront ta' protesti soċjali, tfittxijiet illegali, arresti arbitrarji, inklużi dawk ta' aktar minn 70 minorenni, flimkien ma' stigmatizzazzjoni u persekuzzjoni ta' attivisti tal-oppożizzjoni; billi ssejħu protesti ġodda għal din il-ġimgħa li għaddiet;

E.  billi l-UE ripetutament appellat biex il-Venezwela terġa' lura lejn id-demokrazija u l-istat tad-dritt permezz ta' proċess politiku kredibbli;

F.  billi, fl-2017, il-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov tal-Libertà tal-Ħsieb tiegħu lill-oppożizzjoni demokratika u lill-priġunieri politiċi fil-Venezwela;

G.  billi l-popolazzjoni Venezwelana qed tiffaċċja kriżi soċjali, ekonomika u demokratika bla preċedent, hekk li aktar minn 3 miljun persuna emigraw u r-rata tal-inflazzjoni qabżet il-1 650 000 %;

H.  billi s-sħab internazzjonali u reġjonali, fosthom l-UE, impenjaw ruħhom li jgħinu fil-ħolqien ta' kundizzjonijiet għal proċess politiku paċifiku, kredibbli u inklużiv fost l-atturi Venezwelani kollha rilevanti; billi l-UE tenniet ir-rieda tagħha li żżomm il-kanali tal-komunikazzjoni miftuħa;

I.  billi Nicolás Maduro ċaħad pubblikament il-possibbiltà li jsejjaħ elezzjonijiet presidenzjali ġodda b'risposta għat-talba tal-VP/RGħ f'isem l-UE għaż-żamma urġenti ta' elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, trasparenti u kredibbli;

1.  Jirrikonoxxi lis-Sur Guaidó bħala l-president interim leġittimu tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela skont il-Kostituzzjoni Venezwelana, kif iddikjarat fl-Artikolu 233 tagħha, u jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-pjan direzzjonali tiegħu;

2.  Jitlob li l-VP/RGħ u l-Istati Membri jadottaw pożizzjoni soda u magħquda, u jirrikonoxxu lil Juan Guaidó bħala l-uniku president interim leġittimu tal-pajjiż sa ma jkunu jistgħu jissejħu elezzjonijiet ħielsa, trasparenti u kredibbli ġodda biex ireġġgħu lura d-demokrazija; jilqa' l-fatt li ħafna stati demokratiċi diġà rrikonoxxew il-presidenza interim il-ġdida;

3.  Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha, jekk din id-deċiżjoni tiġi approvata, jaġixxu f'dan ir-rigward u jakkreditaw l-ħatra ta' dawk ir-rappreżentanti mill-awtoritajiet leġittimi;

4.  Jikkundanna bil-qawwa r-repressjoni u l-vjolenza ħorox, li jwasslu biex persuni jinqatlu u jindarbu; jesprimi s-solidarjetà tiegħu man-nies tal-Venezwela kif ukoll il-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji u lill-ħbieb tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet de facto Venezwelani biex itemmu l-vjolazzjonijiet kollu tad-drittijiet tal-bniedem, u jiżguraw li dawk responsabbli jagħtu rendikont ta' għemilhom u li l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem kollha jiġu rispettati bis-sħiħ;

5.  Jikkundanna d-detenzjoni ta' bosta ġurnalisti li jkopru s-sitwazzjoni fil-Venezwela u jitlob li jinħelsu immedjatament;

6.  Jirrifjuta l-proposti jew tentattivi għal soluzzjoni tal-kriżi li jistgħu jimplikaw l-użu tal-vjolenza;

7.  Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Assemblea Nazzjonali, li hija l-uniku korp demokratiku leġittimu tal-Venezwela, u li l-poteri tagħha jeħtieġ li jitreġġgħulha u jiġu rispettati, inklużi l-prerogattivi u s-sikurezza tal-membri tagħha;

8.  Jappoġġja bil-qawwa t-talba tas-Segretarju Ġenerali tan-NU li ssir investigazzjoni indipendenti u sħiħa dwar il-każijiet ta' qtil li twettqu, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet tiegħu adottati preċedentement;

9.  Jitlob li l-VP/RGħ taħdem mal-pajjiżi fir-reġjun u ma' kwalunkwe attur ewlieni ieħor bil-għan li jinħoloq grupp ta' kuntatt, kif iddikjarat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2018, li jista' jagħmilha ta' medjatur bil-ħsieb li jinbena ftehim dwar is-sejħa ta' elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, trasparenti u kredibbli abbażi ta' kalendarju maqbul, kundizzjonijiet ugwali għall-atturi kollha, trasparenza u osservazzjoni internazzjonali;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President Interim leġittimu tar-Repubblika u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Grupp ta' Lima, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.

(1) Testi adottati, P8_TA(2018)0199.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0313.
(3) Testi adottati, P8_TA(2018)0436.


Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni
PDF 197kWORD 73k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (2018/2102(INI))
P8_TA(2019)0062A8-0474/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 9, 11, 12, 39, 42, 101 sa 109, u 174 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 35, 37 u 38 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2018 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2017 (COM(2018)0482) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikat bħala dokument ta' sostenn fl-istess data,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi(2) (Regolament tal-KE dwar il-Fużjoni),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2014 bit-titolu ''Lejn kontroll aktar effettiv tal-fużjonijiet tal-UE'' (COM(2014)0449),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2017 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (COM(2017)0142) (id-Direttiva NEK+),

–  wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2016 dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C(2016)2946),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 dwar ftehimiet ta' kooperazzjoni tal-UE dwar l-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni – it-triq 'il quddiem(3),

–  wara li kkunsidra r-regoli, il-linji gwida, id-deċiżjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet, il-komunikazzjonijiet u d-dokumenti rilevanti tal-Kummissjoni dwar is-suġġett tal-kompetizzjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta' April 2018(4) u tal-14 ta' Frar 2017(5) dwar ir-rapporti annwali tal-2017 u tal-2016 dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu ta' Lulju 2018 bit-titolu "Competition issues in the area of financial technology (FinTech)" (Kwistjonijiet relatati mal-kompetizzjoni fil-qasam tat-teknoloġija finanzjarja (FinTech)), li ġie kkummissjonat mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Kompetizzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-mistoqsijiet bil-miktub E-000344-16, E-002666-16 u E-002112-16,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2018 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2017 dwar l-inkjesta settorjali dwar il-kummerċ elettroniku (COM(2017)0229),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0474/2018),

A.  billi l-politika tal-kompetizzjoni issa ilha fis-seħħ għal aktar minn 60 sena u billi politika tal-kompetizzjoni tal-UE b'saħħitha u effettiva dejjem kienet bażi fundamentali tal-proġett Ewropew;

B.  billi l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa joħolqu kompetizzjoni inġusta, li taffettwa b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);

C.  billi l-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa jdgħajfu d-distribuzzjoni ġusta tad-dħul mit-taxxa fl-Istati Membri, u għalhekk ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern;

D.  billi l-evitar qawwi tat-taxxa minn individwi u intrapriżi b'valur nett għoli ma jippenalizzax biss lill-kontribwenti ordinarji, il-finanzi pubbliċi u l-infiq soċjali, iżda jhedded ukoll il-governanza tajba, l-istabbiltà makroekonomika, il-koeżjoni soċjali u l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

E.  billi ċerti gvernijiet u ġurisdizzjonijiet, inkluż xi wħud fl-UE, speċjalizzaw jew involvew ruħhom fil-ħolqien ta' reġimi fiskali preferenzjali li jfixklu l-kompetizzjoni għall-benefiċċju ta' kumpaniji multinazzjonali u ta' individwi b'valur nett għoli, li fil-verità ma jkollhomx sustanza ekonomika f'dawn il-ġurisdizzjonijiet iżda huma sempliċement irrappreżentati minn kumpaniji tal-isem;

1.  Iqis li politika tal-kompetizzjoni bil-għan li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-setturi kollha hija bażi fundamentali tal-ekonomija soċjali tas-suq Ewropew u fattur ewlieni fl-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern; jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2017 kif ukoll l-isforzi u l-attivitajiet tagħha biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-Unjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-UE, speċjalment dawk f'pożizzjoni dgħajfa tal-konsumatur; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tkompli tiżgura l-infurzar sħiħ tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, billi tagħti attenzjoni partikolari lid-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-SMEs, u biex tevita l-applikazzjoni mhux uniformi tagħhom fl-Istati Membri;

2.  Jilqa' u jkompli jħeġġeġ id-djalogu strutturat mal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni u l-isforzi tal-Kummissjoni biex iżżomm kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tal-kumitat kompetenti tal-Parlament u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tiegħu; iqis li r-rapport annwali dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni huwa eżerċizzju indispensabbli f'termini ta' skrutinju demokratiku; ifakkar li fis-snin reċenti, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament kien involut fit-tfassil tal-qafas għar-regoli tal-kompetizzjoni, pereżempju fid-Direttiva NEK+ li ġiet proposta; jinnota li l-Parlament għandu jingħata setgħat ta' kodeċiżjoni biex ifassal il-qafas għar-regoli tal-kompetizzjoni u jiddispjaċih li d-dimensjoni demokratika ta' dan il-qasam tal-politika tal-Unjoni ma ġietx imsaħħa fl-emendi reċenti tat-Trattat;

3.  Jilqa' u jibqa' jappoġġja l-aġenda u l-prijoritajiet ambizzjużi tad-DĠ Kompetizzjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li jinnota li għad fadal sfidi importanti, pereżempju fil-qasam tal-kontroll tal-fużjonijiet, fejn l-għadd kbir ta' fużjonijiet jikkostitwixxi sfida; jinnota li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-fużjonijiet, l-antitrust u l-għajnuna mill-Istat spiss ikunu soġġetti għal diskussjoni politika, u jissottolinja li, filwaqt li xi eżempji ta' deċiżjonijiet riċenti huma msemmija f'dan ir-rapport, l-istampa globali hija usa', u li l-intenzjoni tal-Parlament mhijiex li jieħu pożizzjoni dwar każijiet individwali, peress li huwa r-rwol tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar meta d-dritt tal-kompetizzjoni ma jkunx qed jiġi rispettat;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tanalizza l-impatt dannuż potenzjali tal-fużjoni bejn Siemens u Alstom proposta fuq il-kompetittività tas-suq ferrovjarju Ewropew u l-effetti negattivi tagħha fuq l-utenti tal-ferroviji;

5.  Jinnota li fl-2018 il-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva biex jinħoloq Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP), li jkun fond ta' pensjoni privata;

6.  Jenfasizza li l-konsumatur huwa l-benefiċjarju ewlieni ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq uniku Ewropew;

7.  Jilqa' l-investigazzjoni dwar il-kartell tat-trakkijiet; jieħu nota pożittiva tal-fatt li l-Kummissjoni ma qisitx biss l-impatt tal-kartell bejn il-produtturi tat-trakkijiet kbar fuq il-prezzijiet tat-trakkijiet iżda ssanzjonat ukoll il-fatt li huma ħadmu flimkien biex idewmu l-introduzzjoni ta' trakkijiet aktar nodfa;

8.  Jissottolinja l-fatt li r-regoli tal-kompetizzjoni huma bbażati fuq it-Trattat u, kif stipulat fl-Artikolu 7 tat-TFUE, għandhom jitqiesu fid-dawl tal-valuri Ewropej usa' li jirfdu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-affarijiet soċjali, l-ekonomija tas-suq soċjali, l-istandards ambjentali, il-politika dwar il-klima u l-ħarsien tal-konsumaturi; jemmen li l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE għandha tindirizza d-distorsjonijiet tas-suq kollha, inklużi dawk li jinħolqu minn esternalitajiet soċjali u ambjentali negattivi;

9.  Jemmen li l-politika tal-kompetizzjoni għandha taġixxi bħala katalizzatur biex tgħin tippromwovi t-tranżizzjoni tal-enerġija madwar l-UE, tistimola l-integrazzjoni ekonomika u soċjali fl-Ewropa, tħeġġeġ attivitajiet agrikoli ekoloġikament sostenibbli u tillimita l-kapaċità tal-intrapriżi kbar tal-enerġija li jgħollu l-prezzijiet tal-provvista tal-enerġija;

10.  Jirrimarka li anke meta l-prodotti jew is-servizzi jiġu fornuti b'xejn, b'mod partikolari fl-ekonomija diġitali, il-konsumaturi xorta waħda jistgħu jesperjenzaw imġiba inġusta, bħal degradazzjoni fil-kwalità, fl-għażla u fl-innovazzjoni jew prattiki ta' estorsjoni; jemmen li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u l-infurzar għandhom ikopru wkoll firxa ta' aspetti li jmorru lil hinn mill-approċċi li jiffukaw fuq il-prezzijiet u għandhom iqisu kunsiderazzjonijiet usa' bħall-kwalità tal-prodotti jew is-servizzi, anke fid-dawl tal-privatezza taċ-ċittadini;

11.  Jinnota l-bidliet enormi fis-swieq li jirriżultaw mill-iżvilupp teknoloġiku kontinwu, li jġibu magħhom kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol kruċjali tal-politika tal-kompetizzjoni fl-iżvilupp ulterjuri tas-suq uniku diġitali; jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal qafas li filwaqt li jippromwovi l-innovazzjoni tad-data u mudelli kummerċjali ġodda, jindirizza b'mod effettiv l-isfidi tal-ekonomija xprunata mid-data u tal-algoritmi; jissottolinja b'mod partikolari li diversi pjattaformi diġitali bil-kapaċità li jaċċessaw u jikkontrollaw il-flussi tad-data li dejjem qed jiżdiedu jistgħu jiġġeneraw ekonomiji ta' skala u esternalitajiet tan-netwerk konsiderevoli, u jistgħu jwasslu għal fallimenti tas-suq permezz ta' konċentrazzjoni eċċessiva u estrazzjoni ta' redditu minn saħħa abbużiva fis-suq; jilqa', f'dan il-kuntest, il-ħatra ta' konsulenti speċjali għall-Kummissarju li jiffukaw fuq l-isfidi futuri tad-diġitalizzazzjoni għall-politika tal-kompetizzjoni, u jistenna b'interess is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet għal azzjoni tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa għal approċċ komuni mifrux mal-UE kollha dwar dawn il-kwistjonijiet;

12.  Jissottolinja l-fatt li ta' spiss l-utenti ma jkunux konxji tal-punt sa fejn tkun qed tintuża d-data tagħhom u tiġi ttrasferita lil partijiet terzi għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni jew kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi(6) (id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika), tiżgura li l-kumpaniji diġitali jużaw id-data personali biss wara li l-abbonat jew l-utent ikkonċernat ikun ta l-kunsens espliċitu tiegħu, u li mingħajr dan il-kunsens, id-data ma tkunx tista' tiġi ttrasferita lil parti terza li magħha l-kumpanija jew il-pjattaforma jkollha ftehim; iqis, għalhekk, li s-swieq diġitali jeħtieġ li jiġu vvalutati minn perspettiva multidixxiplinarja, peress li mġiba antikompetittiva tista' tinvolvi ksur ta' oqsma oħra tal-liġi bħal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data u l-konsumatur; jenfasizza li rispons ta' infurzar xieraq jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti differenti jaħdmu flimkien, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, tal-konsumatur u tal-protezzjoni tad-data kif issuġġerit mill-inizjattiva dwar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għal mekkaniżmu ta' koordinament(7);

13.  Jistieden lill-Kummissjoni torganizza seduta ta' smigħ mal-kumpaniji tat-teknoloġija billi tistieden lis-CEOs ta' Google, Facebook u Apple sabiex tiddiskuti b'mod partikolari kif id-data personali tal-konsumaturi tinġabar u tintuża minn pajjiżi terzi; jinsab imħasseb dwar il-fatt l-utenti, ir-regolaturi u xi drabi anke l-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet u dawk li jirreklamaw mhumiex konxji tal-estent tal-fluss ta' data minn smartphones lejn gruppi ta' reklamar diġitali u partijiet terzi oħra; jinnota li d-data li tinġabar minn partijiet terzi permezz ta' apps tal-ismartphone tista' tinkludi kwalunkwe ħaġa minn informazzjoni dwar il-profil bħall-età u l-ġeneru għal dettalji tal-post, inkluża data dwar torrijiet tal-mowbajls jew routers tal-Wifi fil-qrib, u informazzjoni dwar kwalunkwe applikazzjoni oħra fuq mowbajl; jemmen li l-UE għandha tagħti s-setgħa lill-individwi biex jifhmu l-kwistjonijiet ta' monopolju u ta' konċentrazzjoni li jikkonċernaw dawn il-kumpaniji tal-intraċċar;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tiġġudika l-kontroll tad-data meħtieġa għall-ħolqien u l-forniment ta' servizzi bħala indikatur għall-eżistenza tas-saħħa fis-suq, inkluż taħt il-gwida tagħha dwar l-Artikolu 102 tat-TFUE, u biex tirrikjedi interoperabbiltà bejn il-pjattaformi online u l-fornituri tan-netwerks soċjali; jirrimarka wkoll l-evoluzzjoni tal-algoritmi ta' awtotagħlim u tal-intelliġenza artifiċjali, b'mod partikolari meta jingħataw lil kumpaniji minn partijiet terzi, u l-impatt tagħha fuq in-natura tal-attività tal-kartell; jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni ddettaljata dwar dawn il-kwistjonijiet fir-rapport annwali li jmiss tagħha dwar il-politika tal-kompetizzjoni;

15.  Iqis li huwa importanti li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv tal-Unjoni mfassla biex jiżguraw li l-konsumaturi affettwati minn prattiki antikompetittivi jirċievu kumpens xieraq;

16.  Iqis li huwa meħtieġ li jiġi ggarantit id-dritt għal portabbiltà transkonfinali sabiex jiġi evitat li l-limitazzjonijiet eżistenti għal dan id-dritt jiġu stabbiliti bħala prattiki tas-suq leġittimi; iqis li huwa importanti li jitneħħew ir-restrizzjonijiet abbużivi u mhux iġġustifikati imposti abbażi ta' raġunijiet ġeografiċi li jipprovdu livelli inkonsistenti tal-allegata protezzjoni għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

17.  Iqis li l-limiti ġuriżdizzjonali li jistabbilixxu l-punt ta' tluq għal rieżami ta' fużjoni tal-UE, li huma bbażati fuq il-fatturat tal-entitajiet destinatarji u dawk akkwirenti, mhumiex dejjem xierqa għall-ekonomija diġitali, li fiha l-valur ta' spiss jiġi rrappreżentat min-numru ta' viżitaturi fuq sit web, għal finijiet ta' reklamar; jissuġġerixxi li dawn il-limiti jiġu riveduti u adattati sabiex jinkludu, fost l-oħrajn, fatturi bħall-għadd ta' konsumaturi affettwati mill-fużjonijiet u l-valur tat-tranżazzjonijiet relatati;

18.  Jissottolinja l-fatt li l-ostakoli għad-dħul f'xi oqsma tal-ekonomija diġitali qed isiru dejjem aktar insuperabbli, peress li aktar ma titkompla l-imġiba inġusta, aktar ma jkun diffiċli li wieħed imur lura għall-effetti antikompetittivi tagħha; iqis li l-miżuri interim jistgħu jkunu għodda siewja biex jiġi żgurat li ma jsirx dannu lill-kompetizzjoni waqt li tkun għaddejja investigazzjoni; jafferma, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni għandha tagħmel użu effettiv minn miżuri interim, filwaqt li tiżgura li jkun hemm proċess xieraq u d-dritt ta' difiża tal-impriżi li jkunu qed jiġu investigati; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex twettaq analiżi ta' jekk hemmx mezzi biex tiġi ssimplifikata l-adozzjoni ta' miżuri interim fi żmien sentejn mid-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva NEK+; jirrakkomanda f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni titgħallem mill-aħjar prattiki f'ġurisdizzjonijiet oħra;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi aktar ambizzjużi biex telimina l-ostakoli illegali għall-kompetizzjoni online, sabiex jiġi żgurat xiri online mingħajr ostakoli fi ħdan l-UE, jiġu mmonitorjati l-limiti fuq il-prezzijiet f'setturi bħall-pjattaformi online għall-akkomodazzjoni u t-turiżmu u jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess transkonfinali għal firxa wiesgħa ta' oġġetti u servizzi online bi prezzijiet kompetittivi; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea twettaq inkjesta settorjali dwar is-suq tar-reklamar sabiex ikun hemm fehim aħjar tad-dinamika tar-reklamar online u jiġu identifikati l-prattiki antikompetittivi li jeħtieġ li jiġu indirizzati skont l-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni kif għamlu xi awtoritajiet nazzjonali;

20.  Jissottolinja l-fatt li d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija moderna twassal għal bidliet fil-loġika ekonomika tradizzjonali; jenfasizza għalhekk li kwalunkwe sistema għat-tassazzjoni trid tqis il-fatt li d-diġitalizzazzjoni hija r-realtà normali ġdida għall-partijiet kollha tal-ekonomija tagħna; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' regoli dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali(8); jenfasizza li t-tassazzjoni diġitali trid tindirizza l-asimmetriji bejn l-ekonomija tradizzjonali u l-prattiki ekonomiċi ġodda bbażati fuq id-diġitalizzazzjoni u tevita li xxekkel id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni jew toħloq ostakoli artifiċjali fl-ekonomija; jissottolinja l-importanza li jinstabu soluzzjonijiet internazzjonali u approċċi komuni għat-tassazzjoni fl-ekonomija diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha fil-fora internazzjonali, jiġifieri fl-OECD, biex jintlaħaq tali ftehim;

21.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar it-taxxa fuq is-servizzi diġitali (COM(2018)0148) bħala miżura kruċjali li tiżgura li s-settur diġitali jħallas is-sehem ġust tiegħu ta' taxxi sakemm tiġi adottata soluzzjoni permanenti li se tippermetti l-intaxxar tal-profitti fejn jinħoloq il-valur;

22.  Itenni li l-kompetizzjoni fis-settur tat-telekomunikazzjoni hija essenzjali biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-investiment fin-netwerks u li għandhom jiġu mħeġġa prezzijiet affordabbli u għażla fis-servizzi għall-konsumaturi; iqis li t-telefonati li jsiru fi ħdan l-UE għadhom jirrappreżentaw piż sinifikanti għan-negozji u l-klijenti u li l-passi lejn it-twaqqif tat-tariffi tal-konsumaturi għal roaming fl-UE mhumiex biżżejjed jekk is-suq uniku għandu jissaħħaħ aktar; jirrikonoxxi l-fatt li jridu jinħolqu inċentivi biex it-telefonati li jsiru fi ħdan l-UE jsiru konformi mat-telefonati lokali billi jiġu ffaċilitati l-investimenti f'netwerk kompletament Ewropew jew kondiviż; huwa tal-fehma li l-politiki għandhom jiffavorixxu investimenti effiċjenti f'netwerks ġodda, filwaqt li jqisu l-impatt fuq il-konsumaturi u permezz ta' dan jipprevjenu wkoll distakki diġitali ġodda bejn familji b'introjtu għoli u baxx; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-broadband billi jiġi promoss livell għoli ta' kompetizzjoni u tiżgura livell għoli ta' konnettività fl-UE u l-iskjerament rapidu tal-5G madwar l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-kompetittività globali tal-Unjoni u jiġu attirati l-investimenti; jemmen li fit-twettiq tal-kompitu t'hawn fuq, huwa importanti li l-politika tal-kompetizzjoni tqis l-ispeċifiċitajiet tal-iskjerament tal-broadband f'żoni rurali sabiex taqdi l-interess pubbliku u treġġa' lura t-tendenza lejn iż-żieda fid-disparitajiet teknoloġiċi bejn iż-żoni rurali u urbani fir-rigward tal-aċċess;

23.  Huwa tal-fehma li l-kontijiet kurrenti u ta' tfaddil ma għandhomx jiġġeneraw kummissjonijiet għall-utenti sakemm dawn ma jkunux marbuta ma' servizzi speċifiċi;

24.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-antitrust tal-Kummissjoni biex Google tiġi mmultata EUR 4.34 biljun għal prattiki illegali dwar l-apparati mobbli Android bil-għan li tissaħħaħ id-dominanza tal-magna tat-tiftix ta' Google; jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2019 tikkonkludi l-każ tal-antitrust ta' Google Shopping li tnieda f'Novembru 2010, tmien snin ilu; ifakkar lill-Kummissjoni biex tikkonkludi l-investigazzjoni tat-trattament ta' Google fir-riżultati tat-tiftix tagħha ta' servizzi tat-tiftix oħra speċjalizzati ta' Google, inklużi l-kwistjonijiet relatati mat-tiftix lokali li Yelp qajjem fl-aħħar ilment tiegħu; jirrakkomanda li d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni jirrifletti dwar it-tul tal-każijiet tal-antitrust diġitali u dwar l-aktar għodda xierqa biex dawn jiġu indirizzati; jitlob lill-Kummissjoni b'mod partikolari sabiex tqis il-possibbiltà li tistabbilixxi skadenzi għall-każijiet tal-antitrust, kif tagħmel fil-każijiet ta' fużjoni;

25.  Itenni l-ħtieġa li l-Kummissjoni tqis ukoll id-diżaggregazzjoni strutturali sħiħa tal-monopolji tat-teknoloġija diġitali bħala soluzzjoni possibbli biex tkun tista' tiġi rrestawrata l-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ekwi fi ħdan is-suq diġitali Ewropew;

26.  Jenfasizza li l-effettività tal-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni tiddependi fuq it-tfassil u l-ittestjar ta' rimedji xierqa; jenfasizza li r-rimedji li jirrigwardaw il-konsumatur huma importanti biex tiġi rrestawrata l-kompetittività f'suq billi l-konsumaturi jiġu megħjuna jagħmlu deċiżjonijiet informati u jindirizzaw il-preġudizzji status quo; huwa tal-opinjoni li, meta l-Kummissjoni Ewropea tfassal rimedji tal-imġiba, hija għandha tinkorpora l-ekonomiji ta' mġiba bħala dixxiplina ta' sostenn kif għamlu xi awtoritajiet nazzjonali fis-snin reċenti;

27.  Jinnota li l-President tal-Kummissjoni impenja ruħu li jressaq proposti biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fiskali bejn l-Istati Membri permezz ta' obbligu li jwieġbu talbiet fi grupp dwar kwistjonijiet ta' taxxa, sabiex Stat Membru wieħed ikun jista' jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-oħrajn ikunu jistgħu jipproċedu kontra dawk li jevadu t-taxxa fuq livell transfruntier; jinnota li meta l-azzjonijiet ta' Stat Membru jkunu qed jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq intern, il-Parlament u l-Kunsill, taħt ċerti ċirkustanzi kif deskritti fl-Artikolu 116 tat-TFUE, jistgħu joħorġu direttivi sabiex tiġi eliminata d-distorsjoni;

28.  Jirrikonoxxi l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-Lussemburgu ta lil Engie benefiċċji tat-taxxa mhux dovuti ta' madwar EUR 120 miljun, u li l-proċedura ta' rkupru għadha għaddejja; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Gvern tal-Lussemburgu ddeċieda li jappella d-deċiżjoni tal-Kummissjoni;

29.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni, Margrethe Vestager, dwar l-investigazzjoni li tikkonċerna għajnuna mill-Istat lil McDonalds, li stqarret li n-nontassazzjoni ta' ċerti profitti ta' McDonalds fil-Lussemburgu ma tikkostitwixxux għajnuna mill-Istat illegali; huwa tal-fehma li r-regolament attwali tal-UE mhux adegwat biex jiġġieled in-nontassazzjoni doppja b'mod effettiv u biex iwaqqaf il-ġirja lejn l-aktar livell baxx fir-rigward tal-livelli tat-taxxa korporattiva;

30.  Jindika li f'żewġ każijiet reċenti, minkejja l-konklużjonijiet tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB) li r-riżoluzzjoni ma setgħetx tiġi ġġustifikata fuq il-bażi tal-interess pubbliku, il-Kummissjoni approvat l-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi li se ttaffi t-tfixkil ekonomiku fuq livell reġjonali, u b'hekk uriet żewġ interpretazzjonijiet distinti ta' interess pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni teżamina d-diskrepanzi bejn ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-għajnuna għal-likwidazzjoni u r-reġim tar-riżoluzzjoni skont id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD) u wara dan li tirrevedi l-Komunikazzjoni Bankarja tagħha tal-2013 kif xieraq;

31.  Josserva li għadd ta' studji(9) wrew l-ispiża soċjali moħbija u naqqsu l-kompetizzjoni tal-prodott li tikkorrispondi għal livelli ogħla ta' konċentrazzjoni ta' sjieda orizzontali; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tqis li tirrevedi r-Regolament dwar il-fużjoni f'dan is-sens u tipprovdi linji gwida dwar l-użu tal-Artikolu 101 u 102 tat-TFUE f'tali każijiet;

32.  Jinnota li fin-nuqqas ta' għodod ta' riżoluzzjoni setgħet kienet meħtieġa għajnuna temporanja mill-Istat lis-settur finanzjarju għall-istabbilizzazzjoni tas-sistema finanzjarja globali iżda li madankollu issa trid tkun skrutinizzata u trid titneħħa; jiddispjaċih dwar in-natura insuffiċjenti ta' dan l-iskrutinju; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex teżamina jekk, minn mindu bdiet il-kriżi, l-istituzzjonijiet bankarji bbenefikawx minn sussidji impliċiti u minn għajnuna mill-Istat permezz tal-għoti ta' appoġġ ta' likwidità minn banek ċentrali; ifakkar fl-impenn meħud mill-Kummissarju Vestager fid-djalogu strutturat mal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament f'Novembru 2017 biex issir riflessjoni dwar distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-Programm ta' Xiri mis-Settur Korporattiv tal-BĊE u biex jingħata rapport bi tweġiba kwalitattiva; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-kunċett tas-selettività fl-għajnuna mill-Istat huwa kriterju essenzjali li jeħtieġ li jiġi investigat bir-reqqa u jinnota wkoll l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludi l-hekk imsejjaħ prinċipju ta' lealtà;

33.  Iqis li hija prijorità li jiġi żgurat li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ikunu strettament u imparzjalment segwiti meta jiġu indirizzati kriżijiet bankarji fil-futur, sabiex il-kontribwenti jkunu protetti kontra l-piż ta' salvataġġ tal-banek;

34.  Jilqa' l-introduzzjoni mill-Kummissjoni ta' għodda ta' informaturi anonimi, li tippermetti r-rapportar ta' kartelli, jew tipi oħra ta' prattiki antikompetittivi illegali, sabiex b'hekk tiżdied il-probabbiltà li dawn jiġu identifikati u jitħarrku; jinnota ċ-ċifri pożittivi wara l-ewwel xhur ta' użu;

35.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li konċentrazzjoni dejjem tikber fis-settur finanzjarju tista' tnaqqas il-grad ta' kompetizzjoni fis-settur, u jinsab imħasseb ukoll dwar in-nuqqas ta' suq intern ġenwin fil-qasam bankarju u l-frammentazzjoni kontinwa fis-swieq nazzjonali;

36.  Jenfasizza li l-Ewropa teħtieġ qafas armonizzat b'saħħtu dwar ir-rapportar u t-tassazzjoni korporattiva għall-kumpaniji multinazzjonali, b'rapportar pubbliku għal kull pajjiż u bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK); ifakkar li, minbarra t-tnaqqis fl-ispejjeż għaż-żewġ ditti u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri, l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri ssolvi l-kwistjoni ta' pprezzar tat-trasferimenti u tiżgura kompetizzjoni aktar ġusta fi ħdan is-suq uniku;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tevalwa l-miżuri tat-taxxa dannużi fl-Istati Membri fis-Semestru Ewropew, u tivvaluta bis-sħiħ id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti kollaterali fuq ġurisdizzjonijiet oħra;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli u saħansitra tespandi l-isforzi tagħha fir-rigward tal-investigazzjonijiet dwar l-abbuż minn pożizzjonijiet dominanti tas-suq għad-detriment tal-konsumaturi fl-UE; jitlob li, fl-istess ħin, il-Kummissjoni timmonitorja monopolji tal-gvern eżistenti u l-legalità ta' offerti ta' konċessjoni sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni;

39.  Jissottolinja l-effett distortiv li l-għajnuna mill-Istat jista' jkollha fuq il-funzjonament tas-suq intern; ifakkar fir-rekwiżiti stretti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE; jinnota li ħafna mid-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' antitrust u ta' għajnuna mill-Istat jittieħdu fil-livell nazzjonali; jemmen għalhekk li l-Kummissjoni għandha timmonitorja u tieħu miżuri sabiex tiżgura miżuri ta' politika konsistenti fi ħdan is-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni tniedi pjan direzzjonali għal għajnuna mill-Istat immirata aħjar; jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tiċċara l-aspetti differenti tad-definizzjoni ta' għajnuna mill-Istat, kif muri fl-Avviż tagħha dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE; jinnota b'mod partikolari l-isforzi biex jiġu ċċarati l-kunċetti ta' "impriża" u "attività eknomika"; josserva madankollu li l-ħolqien ta' distinzjoni ċara bejn l-attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi jibqa' diffiċli; jinnota wkoll li huwa r-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiżgura l-interpretazzjoni xierqa tat-Trattat; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħti attenzjoni partikolari lit-twassil tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SGEI) inklużi l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, meta tapplika r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari fil-kuntest tal-appoġġ mill-Istat iddedikat għal reġjuni iżolati, remoti jew periferiċi fl-Unjoni; jissottolinja li meta tiġi applikata l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu promossi s-servizzi ta' interess ġenerali, l-għan għandu jkun li din tkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi u għaċ-ċittadini, minflok li ssaħħaħ l-interessi personali;

40.  Jissottolinja l-fatt li t-tassazzjoni għadha primarjament kompetenza nazzjonali minħabba l-limitu tal-unanimità fil-Kunsill u li l-għażla tal-politika tiddependi għalhekk fuq il-perspettiva u l-orjentazzjoni politiċi tal-gvernijiet u tal-parlamenti nazzjonali rispettivi tal-Istati Membri; jinnota madankollu li l-istrument ta' tassazzjoni jista' jintuża biex jagħti għajnuna mill-Istat impliċita lill-kumpaniji, li jista' joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi fis-suq intern; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politiki tat-taxxa nazzjonali ma jfixklux il-kompetizzjoni ġusta u b'hekk li l-politika tat-taxxa u tal-kompetizzjoni tiġi applikata b'mod konsistenti fi ħdan is-suq intern; jilqa' l-fatt li t-Task Force dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa ssir korp permanenti; jitlob li t-Task Force tkun mgħammra biżżejjed f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi umani u mal-għodod ta' investigazzjoni; jitlob sitwazzjoni attwali ċara fl-investigazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta' tali kwistjonijiet, inkluż l-għadd ta' każijiet li qed jiġu investigati; jenfasizza li, fi ħdan is-suq intern, il-parteċipanti u d-ditti ġodda, inklużi l-SMEs, li ma jużawx prattiki fiskali aggressivi jiġu ppenalizzati; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinvestiga fil-fond il-prattiki antikompetittivi bħalma huma vantaġġi selettivi tat-taxxa u reġimi deċiżjonali dwar qligħ eċċessiv; jilqa' b'mod partikolari l-gwida pprovduta fl-avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat li jkopri d-deċiżjonijiet tat-taxxa; jistieden lill-Istati Membri jabbandunaw il-prattiki ta' kompetizzjoni inġusti bbażati fuq inċentivi tat-taxxa inġusti; jitlob lill-Kunsill jadotta l-proposta dwar il-BKKTK; jiddispjaċih dwar il-fatt li skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, it-taxxi mhux imħallsa rkuprati mill-benefiċjarji ta' għajnuna tat-taxxa illegali jiġu rritornati lura fil-pajjiż li jkun ipprovda l-għajnuna; jistieden lill-Kummissjoni biex issib soluzzjoni għal din il-problema; jenfasizza li n-negozjati sussegwenti mar-Renju Unit għandhom jinkludu r-rispett ta' kompetizzjoni ġusta u garanzija li r-Renju Unit ma jkunx jista' jagħti għajnuna mill-Istat fil-forma ta' ftehimiet tat-taxxa li jintlaħqu privatament miż-żewġ naħat;

41.  Jissottolinja l-konċentrazzjoni estensiva tal-katina tal-provvista tal-ikel, fejn għadd ta' kumpaniji jiffurmaw oligopolju fuq is-suq globali taż-żrieragħ u tal-pestiċidi, għad-detriment tal-konsumaturi, il-bdiewa, l-ambjent u l-bijodiversità bl-istess mod; jindika li tali struttura se tagħmel lill-bdiewa saħansitra aktar dipendenti mil-lat teknoloġiku u ekonomiku fuq ftit pjattaformi b'one-stop-shop globalment integrati, jipproduċu diversità limitata ta' żrieragħ, jagħtu direzzjoni ġdida lit-tendenzi fl-innovazzjoni lil hinn mill-adozzjoni ta' mudell ta' produzzjoni li jirrispetta l-ambjent u l-bijodiversità u fl-aħħar mill-aħħar, minħabba tnaqqis fil-kompetizzjoni, jiġġeneraw inqas innovazzjoni u kwalità aktar baxxa tal-prodotti finali; Jistieden lill-Kummissjoni, meta jitqies it-tnaqqis fl-introjtu agrikolu, b'mod partikolari fost il-bdiewa żgħar, biex tidderieġi l-intervent tagħhom biex ikun jista' jkun hemm dħul diċenti għal produtturi agrikoli, speċjalment in-negozji żgħar u medji;

42.  Jikkunsidra li kontroll aktar eżawrjenti mill-Kummissjoni dwar l-użu tal-privattivi fil-qasam agrikolu huwa indispensabbli;;

43.  Jilqa' inizjattivi bħall-qafas ta' Bliet Intelliġenti, li jistimola l-insedjamenti biex isiru aktar aġili, jagħmlu użu aħjar mir-riżorsi tagħhom u jieħdu sehem b'mod aktar attiv fil-kompetizzjoni tas-suq uniku kif ukoll itejbu l-attraenza tagħhom u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti rurali;

44.  Jirrikonoxxi l-potenzjal tat-teknoloġija ta' katina ta' blokok għas-servizzi finanzjarji; iwissi madankollu li l-użu ta' din it-teknoloġija għall-ġbir ta' fondi jrid jiġi rregolat sabiex jiġu evitati dumping eċċessiv fil-konfront tas-swieq finanzjarji rregolati, riskji għall-investituri u riskji ta' ħasil tal-flus; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tipproponi qafas regolatorju għal offerti inizjali tal-muniti​(ICOs);

45.  Jesprimi tħassib dwar l-approvazzjoni reċenti tal-fużjoni ta' Bayer u Monsanto mill-Kummissjoni u r-rikonoxximent tagħha li fl-għanijiet ta' deċiżjoni tagħha inkorporati fit-TFUE, hija injorat b'mod partikolari s-sikurezza alimentari, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ambjent u l-klima;

46.  Jemmen li huwa importanti li tittieħed azzjoni kontra l-kumpaniji involuti fis-setturi tal-kummerċjalizzazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-katina tal-produzzjoni agrikola li jxekklu s-suq agrikolu għad-detriment tal-introjtu tal-irziezet u l-prezzijiet tal-konsumaturi;

47.  Jilqa' l-approċċ li ħadet il-Kummissjoni meta vvalutat il-fużjonijiet orizzontali biex tiffoka dejjem aktar fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni, b'mod partikolari f'fużjonijiet li jinvolvu swieq li jagħmlu użu intensiv mir-R&Ż, u jinnota li l-fużjonijiet għandhom jiġu vvalutati mill-perspettiva tas-suq intern kollu; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tressaq rieżami tar-Regolament tal-KE dwar il-Fużjoni u tanalizza sa liema punt hija għandha tingħata s-setgħa, bħalma għandhom bħalissa ċerti Stati Membri, biex tadotta miżuri għall-protezzjoni tal-ordni pubbliku Ewropew u d-drittijiet u l-prinċipji tat-TFUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluża l-protezzjoni ambjentali;

48.  Itenni l-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni li Google abbużat mid-dominanza tas-suq tagħha bħala magna tat-tiftix billi tat vantaġġ illegali lill-prodotti tagħha; jenfasizza li hija meħtieġa separazzjoni strutturali kompluta bejn is-servizzi ta' tiftix ġenerali u speċjalizzati tal-kumpanija sabiex jintemm dan l-abbuż;

49.  Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tinterpeta l-Artikolu 101 tat-TFUE bħala li jqis l-għanijiet differenti tat-Tratatti; jissottolinja, madankollu, li l-interpetazzjoni limitata tal-Artikolu 101 tat-TFUE mil-linji gwida orizzontali tal-Kummissjoni tqieset dejjem aktar bħala ostakolu għall-kollaboazzjoni ta' atturi tas-suq iżgħar biex jiġu adottati standards ambjentali u soċjali ogħla; jemmen li l-Kummissjoni għandha toħloq ċertezza legali dwar il-kundizzjonijiet li bihom l-arranġamenti kollettivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi l-kooperattivi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali tagħhom li jsiru tul il-katina tal-provvista tal-ikel għall-fini tas-sostenibbiltà u ta' standards tax-xogħol ġusti, jiġu vvalutati skont id-dritt tal-kompetizzjoni, u tħeġġeġ tali inizjattivi fi ħdan il-politika tal-kompetizzjoni; jenfasizza li tali approċċ ma għandux ixekkel il-produzzjoni ta' oġġetti bi prezz aktar baxx, speċjalment f'setturi fejn il-konsumaturi huma aktar sensittivi għall-prezz; jenfasizza wkoll l-importanza tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jiġifieri li l-limitazzjoni tal-kompetizzjoni ma tistax tmur oltre minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-interess ġenerali;

50.  Jenfasizza l-għanijiet u l-miri maqbula b'mod komuni tal-unjoni tal-enerġija u jinnota speċifikament id-dimensjoni tas-sigurtà, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, is-solidarjetà u l-fiduċja; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li s-swieq tal-enerġija Ewropej ikunu mibnija fuq l-istat tad-dritt, il-kompetizzjoni, id-diversità tas-sorsi tal-enerġija u l-fornituri, il-prevedibbiltà u t-trasparenza u li kwalunkwe operatur tas-suq, stabbilit fl-Unjoni jew f'pajjiż terz, ma jitħalliex juża pożizzjoni dominanti għad-detriment tal-kompetituri u tal-konsumaturi; jitlob, f'dan ir-rigward, skrutinju akbar ta' tali operaturi tas-suq u, fejn meħtieġ, l-impożizzjoni ta' miżuri u obbligi kontrihom; jinnota, b'mod partikolari, li l-istrateġija użata minn ċerti kumpaniji tal-enerġija ta' tqassim tas-suq tal-gass tal-UE u b'estensjoni li potenzjalment tikser ir-regoli tal-antitrust tal-UE, jeħtieġ li tiġi indirizzata kif xieraq; jirrikonoxxi wkoll li l-impenji legalment vinkolanti meħuda mill-Istati Membri bħala parti mill-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima mhux se jitwettqu mingħajr miżuri konkreti tal-istat li jippromwovu u joħolqu inċentivi għall-enerġija rinnovabbli u li jippermettu l-produzzjoni u l-użu tagħha; jieħu nota tar-reviżjoni li jmiss tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat u l-enerġija, li mhux se jkomplu jeskludu tnejn mis-setturi li jibbenefikaw l-aktar minn sussidji statali, l-enerġija nukleari u l-estrazzjoni tal-fjuwils fossili, u li jipprevedu aktar flessibbiltà għall-enerġija rinnovabbli ġġenerata mill-konsumaturi; jenfasizza l-importanza li l-unjoni tal-enerġija tiġi kkompletata permezz tal-integrazzjoni tas-swieq, l-aktar billi jsir investiment f'interkonnetturi fejn ikun meħtieġ u abbażi tal-kundizzjonijiet tas-suq u tal-potenzjal kummerċjali, u billi tiżdied il-kapaċità negozjabbli fl-interkonnessjonijiet eżistenti; jenfasizza, għalhekk, li kwalunkwe approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-mekkaniżmi ta' kapaċità trid tkun soġġetta għal test tan-neċessità strett inkluż billi jiġu eżaminati miżuri alternattivi, b'mod partikolari użu aktar effiċjenti ta' interkonnetturi eżistenti; jissottolinja li l-mekkaniżmi ta' kapaċità spiss jirrappreżentaw spejjeż konsiderevoli għall-konsumaturi u jiffunzjonaw bħala "sussidju moħbi", filwaqt li jappoġġjaw impjanti tal-enerġija li ma jrendux qligħ u li jniġġsu, u dan joħloq il-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-iskemi ma jkunux miftuħa għall-aktar assi li jniġġsu meta tiġi approvata kwalunkwe għajnuna mill-Istat li tingħata lilhom;

51.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' trasparenza akbar meta jkunu qed jiġu previsti l-isħubiji pubbliċi-privati, sabiex tiġi eliminata l-possibbiltà li dawn jintużaw mis-sħab tas-settur privat sabiex jiżguraw vantaġġi kompetittivi fuq il-kompetituri tagħhom;

52.  Jilqa' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prattiki tal-ipprezzar għall-mediċini li jsalvaw il-ħajjiet, b'mod partikolari fil-każ li jinvolvi l-Aspen;

53.  Jenfasizza l-importanza li jingħataw l-istess drittijiet lit-trasportaturi tal-ajru kollha meta jtiru lejn jew mill-UE; jirrikonoxxi b'dispjaċir li dan mhux dejjem ikun il-każ għal-linji tal-ajru tal-UE li joperaw barra mill-UE li huma soġġetti għal prattiki inġusti li jaffettaw il-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-prattiki antikompetittivi li jdgħajfu wkoll il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi; jenfasizza mill-ġdid l-importanza li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-UE u t-rasportaturi tal-ajru tal-pajjiżi terzi;

54.  Jenfasizza l-importanza ta' settur tat-trasport kompetittiv; jinnota li s-suq uniku fit-trasport għad irid jiġi kkomplementat, filwaqt li s-settur ferrovjarju huwa l-aktar settur ifframmentat; jilqa' l-passi li ħadet il-Kummissjoni biex trawwem l-ikkompletar u operazzjoni mtejba fis-suq intern għat-trasport tal-passiġġieri bit-triq;

55.  Jafferma mill-ġdid li proġetti ġodda ta' infrastruttura, inklużi dawk li jgħaqqdu Stat Membru ma' pajjiż terz, iridu jkunu s-suġġett tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-aktar fir-rigward tar-regoli dwar id-diżaggregazzjoni u l-formazzjoni tal-prezzijiet tas-suq;

56.  Jissottolinja l-importanza u l-ħtieġa ta' riżorsi finanzjarji u umani xierqa fid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni u fl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll tal-IT u tal-kompetenza diġitali meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi imposti minn ekonomija xprunata mid-data u bbażata fuq l-algoritmi; jappoġġja, f'dan ir-rigward, il-qasam propost tal-kompetizzjoni tal-programm tas-suq uniku skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 (QFP);

57.  Jissottolinja li meta tieħu deċiżjonijiet dwar il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni jeħtiġilha tqis is-suq intern bħala suq uniku, u mhux bħala għadd ta' swieq lokali jew nazzjonali indipendenti;

58.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali għall-infurzar effettiv tal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni u l-prevenzjoni ta' inkonsistenzi fir-rimedji u l-eżiti tal-azzjonijiet ta' infurzar; jemmen f'dan ir-rigward li l-aħjar mod biex jittejbu r-regoli u l-prattiki tal-kompetizzjoni madwar id-dinja huwa billi jitwettqu diskussjonijiet ġusti u trasparenti; jappoġġja l-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni, tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u fejn applikabbli dawk reġjonali fin-Netwerk Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni;

59.  Jilqa' d-Direttiva NEK+ li se ttejjeb b'mod sinifikanti l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE madwar l-Unjoni billi tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom l-għodod, ir-riżorsi u s-salvagwardji meħtieġa għall-indipendenza, inkluż proċess trasparenti għall-elezzjoni jew il-ħatra tat-tmexxija tagħhom, filwaqt li tagħtihom is-setgħa biex jimponu multi dissważivi għall-ksur tal-kompetizzjoni; japprezza l-għajnuna bikrija tal-Kummissjoni mogħtija lill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe ftehim kummerċjali futur jipprovdi kundizzjonijiet ekwi, b'mod partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat; jisħaq li l-għajnuna mill-Istat għandha tingħata biss f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati li huma rregolati mil-liġi, biex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq, filwaqt li jiġu previsti eċċezzjonijiet u ġustifikazzjonijiet relatati mal-ksib tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima; ifakkar li peress li l-kumpaniji qed isiru globali, l-istess iridu jagħmlu dawk li jinfurzaw il-kompetizzjoni, mhux l-inqas minħabba li l-firxa tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) u l-ħolqien ta' ekonomija diġitali wasslu għal konċentrazzjoni eċċessiva ta' swieq u poteri f'ċerti setturi; jemmen li r-regoli globali dwar il-kompetizzjoni u l-ogħla livell ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, anke fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni matul proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, huma prekundizzjoni għall-iżvilupp globali tal-kummerċ ġust;

61.  Ifakkar li l-ftehimiet ta' kummerċ u investiment internazzjonali għandu jkollhom kapitlu speċifiku u b'saħħtu dwar il-kompetizzjoni;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex turi l-ambizzjoni li tiftaħ is-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u żżid l-aċċess tal-kumpaniji Ewropej għal sħubijiet pubbliċi-privati f'pajjiżi terzi; iqis li huwa meħtieġ li jitnaqqsu l-asimetriji fl-aċċess għal kuntratti ta' akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, jiġifieri l-Istati Uniti u ċ-Ċina; jistieden lis-sħab kummerċjali kollha tal-UE jippermettu aċċess nondiskriminatorju għan-negozji u għall-ħaddiema Ewropej fis-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom; jilqa' d-diskussjoni mġedda dwar l-Istrument ta' Akkwist Internazzjonali, li jistabbilixxi r-reċiproċità meħtieġa f'każijiet fejn is-sħab kummerċjali jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist tagħhom, u jistieden lill-Kunsill Ewropew jadottaha malajr; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni fil-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi permezz ta' sħubiji kummerċjali bilaterali; ifakkar li l-kumpaniji li joperaw f'kundizzjonijiet mhux tas-suq u xprunati minn kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi jistgħu prattikament jegħlbu lil kull kompetitur fl-offerti Ewropej għall-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-offerti għall-akkwist pubbliku, u twaqqaf lin-negozji Ewropej u lill-ħaddiema milli jbatu mill-kompetizzjoni inġusta li ġejja minn kumpaniji orkestrati mill-Istat;

63.  Jirrimarka li l-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali żleali, anke permezz tal-politika tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fil-livell globali li minnhom jibbenefikaw il-ħaddiema, il-konsumaturi u n-negozji, u li din il-ġlieda hija waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija kummerċjali tal-UE; jenfasizza li d-dokument ta' riflessjoni dwar il-ġestjoni tal-globalizzazzjoni jiddikjara li l-Unjoni jeħtiġilha tieħu passi biex tistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni; jilqa' l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar il-politiki tal-kompetizzjoni fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika mal-Ġappun u fil-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv mal-Kanada; jiddispjaċih, madankollu, li dawn id-dispożizzjonijiet għadhom limitati fl-ambitu u ma jipprevedux infurzar effettiv u soluzzjoni għat-tilwim; jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza li jiġu inkorporati dispożizzjonijiet ambizzjużi dwar il-kompetizzjoni fil-ftehimiet kummerċjali kollha u li tiġi infurzata l-implimentazzjoni tagħhom bil-ħsieb li jiġu garantiti regoli ġusti;

64.  Jilqa' l-proposta għall-istabbiliment ta' qafas Ewropew għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani; iqis li hu strument utli għall-protezzjoni tan-negozju Ewropew ta' interess strateġiku minn prattiki kummerċjali inġusti li jistgħu jagħmlu ħsara lis-sigurtà u lill-ordni pubbliku, u għall-ħarsien tar-rispett għall-prinċipji ġusti tal-kompetizzjoni fl-UE;

65.  Jenfasizza l-importanza tal-istrument kontra s-sussidju fl-indirizzar tal-kompetizzjoni globali inġusta, u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwi b'regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li fl-2017 ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal darb'oħra ħolqot l-ogħla għadd ta' ostakli kummerċjali li kienu għadhom kif ġew kostitwiti għan-negozji u l-ħaddiema Ewropej u kienet involuta fil-maġġoranza tal-każijiet Ewropej kontra s-sussidju;

66.  Jinsab imħasseb dwar il-politika doganali tal-Istati Uniti u l-impatt tagħha fuq il-kompetittività tan-negozji Ewropej; jisħaq li l-isforzi tal-Kummissjoni biex tibbilanċja mill-ġdid il-kummerċ mal-Istati Uniti għandhom ikunu sodi, iżda bilanċjati, proporzjonati u kompatibbli mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO);

67.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-kompetizzjoni ġusta, inkluż billi tiġġieled kontra l-użu mhux ġustifikat tal-ostakli tariffarji u s-sussidji, fis-suq globali permezz ta' kooperazzjoni aktar b'saħħitha ma' pajjiżi oħra f'fora bħad-WTO, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), il-G20 u l-Bank Dinji; ifakkar fil-ħidma li twettqet fid-WTO bejn l-1996 u l-2004 dwar l-interazzjoni bejn il-politika kummerċjali u l-politika tal-kompetizzjoni, u jiddispjaċih li din il-kwistjoni ma kinitx parti mill-programm ta' ħidma tad-WTO minn dakinhar 'l hawn; jisħaq li dispożizzjonijiet fil-ftehimiet tad-WTO bħall-Artikolu IX tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) jipprovdu bażi għal aktar kooperazzjoni fost il-membri tad-WTO dwar kwistjonijiet ta' kompetizzjoni; jitlob, għalhekk, li jsir progress ġdid fit-12-il Konferenza Ministerjali tad-WTO lejn il-garanzija ta' kompetizzjoni internazzjonali ġusta;

68.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li d-WTO allegatament mhijiex kapaċi tindirizza l-ekonomiji mhux tas-suq u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mis-sussidji u mill-intervent mill-Istat, minkejja li jemmen ħafna fir-rwol fundamentali tad-WTO; jilqa' l-azzjoni tripartitika tal-Istati Uniti, tal-Ġappun u tal-UE biex jirriformawha skont dan;

69.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ tagħha għall-SMEs fl-UE sabiex tippermettilhom jipproteġu u jinfurzaw id-drittijiet tagħhom f'każ ta' prattiki kummerċjali inġusti, jiġifieri d-dumping u s-sussidjar minn pajjiżi li mhumiex fl-UE; jirrikonoxxi f'dan il-kuntest l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġġieled il-kompetizzjoni inġusta f'każijiet ta' profil għoli kontra kumpaniji magħrufa sew, iżda jisħaq ukoll fuq l-importanza kbira li tkun garantita kompetizzjoni ġusta fil-każ tal-SMEs;

70.  Jisħaq li l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli ta' ftehimiet kummerċjali hija importanti għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-pajjiżi sħab u għall-protezzjoni tan-negozji Ewropej minn kompetizzjoni inġusta; jilqa' l-introduzzjoni ta' kriterji ambjentali u soċjali fir-riforma tal-miżuri antisussidji u antidumping.

71.  Jirrimarka li l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE mhux qed tikseb ir-riżultati mixtieqa għaliex, filwaqt li hija applikata bl-għan li tiddefendi l-kompetizzjoni ġusta bejn l-atturi kollha fis-suq intern, b'enfasi speċjali fuq l-interessi tal-konsumaturi, ir-realtà hija li minħabba l-inugwaljanzi fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel, il-produtturi agrikoli jħabbtu wiċċhom ma' grad ta' pressjoni inaċċettabbli; iqis li l-interessi kemm tal-konsumaturi u tal-produtturi agrikoli għandhom jitqiegħdu fuq l-istess livell;

72.  Huwa tal-fehma li l-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet agrikoli jagħmlu lill-organizzazzjonijiet kollettivi essenzjali biex isaħħu l-pożizzjoni tal-produtturi primarji fil-katina alimentari u jippermettu l-ilħuq tal-objettivi tal-PAK, kif definiti skont l-Artikolu 39 tat-TFUE, u li l-attivitajiet kollettivi mwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom — inklużi l-ippjanar tal-produzzjoni, in-negozjar tal-bejgħ u l-arranġamenti kuntrattwali — iridu għalhekk jiġu kkunsidrati bħala li huma kompatibbli mal-Artikolu 101 tat-TFUE; jenfasizza li l-fatt li l-bdiewa jinġiebu flimkien f'organizzazzjonijiet tal-produtturi jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista;

73.  Iqis li l-mudell tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkostitwixxi forma ta' ġestjoni settorjali ta' suċċess, peress li jipprovdi struttura għall-atturi kollha fis-settur u jorganizza skambji bejniethom, irrappreżentati b'mod ġust fl-istruttura tiegħu, billi jagħmilha possibbli li tiġi trażmessa informazzjoni ekonomika u teknika, tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq u jiġu distribwiti aħjar ir-riskji u l-benefiċċji; iqis li mudelli differenti u strutturati sew ta' kooperazzjoni, bħal dik preżenti, għandhom jiġu ffaċilitati mill-PAK biex isir eħfef il-ħolqien ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali fil-livell Ewropew;

74.  Iqis li, f'konformità mat-tendenza attwali, il-kompetenzi tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jeħtieġ li jissaħħu aktar sabiex is-setgħa ta' negozjar tkun tista' tiġi bbilanċjata mas-setgħa ta' negozjar tal-bejjiegħa bl-imnut fil-katina tal-provvista tal-ikel; iqis li l-kofinanzjament tal-UE għat-twaqqif u t-tħaddim ta' dawn l-organizzazzjonijiet għandu jiżdied;

75.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-applikazzjoni ta' strumenti ta' mmaniġġjar kollettiv tas-suq fil-każ ta' kriżi, bl-użu ta' għodod li ma jeħtiġux fondi pubbliċi, bħall-irtirar tal-prodott imwettaq permezz ta' ftehimiet fost l-operaturi tal-katina alimentari; jirrimarka li tali miżura tista' tiġi applikata mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali nfushom;

76.  Iqis li d-dħul ta' prodotti fis-suq Ewropew minn pajjiżi terzi li ma jirrispettawx l-istess standards soċjali, sanitarji u ambjentali joħloq kompetizzjoni inġusta għall-produtturi Ewropej; jitlob, għalhekk, il-protezzjoni ta' setturi vulnerabbli u l-applikazzjoni b'mod sistematiku tal-prinċipji ta' reċiproċità u konformità f'dak li jikkonċerna prodotti agrikoli fin-negozjati kummerċjali attwali kif ukoll f'dawk futuri; jistieden lill-Kummissjoni tintegra dan l-aspett fin-negozjati tal-Brexit;

77.  Jenfasizza li l-aċċess għas-suq intern tal-UE għandu jkun bil-kundizzjoni tal-konformità mar-istandards dwar is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent; jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta, tippromwovi l-ekwivalenza tal-miżuri u l-kontrolli bejn il-pajjiżi terzi u l-UE fil-qasam tal-istandards ambjentali u tas-sikurezza tal-ikel; jinnota li l-ogħla standards ta' benessri ambjentali u tal-annimali jistgħu jfissru spejjeż ogħla u għalhekk li t-tnaqqis tal-istandards jista' jirriżulta f'imġiba antikompetittiva;

78.  Jirrimarka li d-diżastri klimatiċi, li jaffettwaw lill-bdiewa, għandhom impatt fuq is-suq u jdgħajfu l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel; ifakkar li r-regoli tal-antidumping tal-UE(10) li japplikaw, fost l-oħrajn, għas-settur agrikolu, iqisu li d-dumping ambjentali joħloq kompetizzjoni inġusta; jitlob li jitqiesu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej li jitolbu soċjetà sostenibbli u li tirrispetta l-ambjent; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, biex filwaqt li tqis il-funzjonament tas-suq uniku u l-benefiċċji għas-soċjetà kollha kemm hi, tippermetti eżenzjonijiet mir-regoli tal-kompetizzjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni, kemm orizzontalment kif ukoll vertikalment, fil-kuntest ta' inizjattivi ta' sostenibbiltà;

79.  Jinsisti li l-kunċett ta' "prezz ġust" ma għandux jitqies bħala l-inqas prezz possibbli għall-konsumatur, iżda minflok irid ikun raġonevoli u jippermetti r-remunerazzjoni ġusta tal-partijiet kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel; jenfasizza li l-konsumaturi għandhom interessi oħra minbarra l-prezzijiet baxxi, inklużi l-benessri tal-annimali, is-sostenibbiltà ambjentali, l-iżvilupp rurali u inizjattivi biex jitnaqqas l-użu tal-antibijotiċi u r-reżistenza antimikrobika, eċċ.;

80.  Jilqa' l-fatt li r-Regolament Omnibus(11) joħloq proċedura li skontha grupp ta' bdiewa jista' jitlob opinjoni mhux vinkolanti mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta' azzjoni kollettiva mad-deroga ġenerali mir-regoli tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 209 Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (tar-Regolament dwar l-OKS Unika); jistieden lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar is-Swieq Agrikoli, tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga agrikola ġenerali u t-trikkib tagħha mad-derogi previsti taħt l-Artikoli 149 u 152, u b'hekk tiddefinixxi l-eċċezzjonijiet b'mod aktar preċiż, sabiex kwalunkwe sospensjoni meħtieġa tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE ssir applikabbli u li tista' tinkiseb;

81.  Jirrimarka li l-limitu massimu individwali għal għajnuna de minimis fis-settur agrikolu ġie rduppjat fl-2013 (minn EUR 7 500 għal EUR 15 000) sabiex tiġi indirizzata ż-żieda f'daqqa fil-kriżijiet klimatiċi, tas-saħħa u ekonomiċi; jirrimarka li, fl-istess ħin, il-limitu massimu nazzjonali de minimis ġie aġġustat marġinalment biss (minn 0.75 % għal 1 % tal-valur tal-produzzjoni agrikola nazzjonali), li naqqas is-setgħa tal-istati li jgħinu lill-azjendi agrikoli f'diffikultà; jappoġġa, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw aktar flessibbiltà permezz tar-regoli agrikoli de minimis;

82.  Jilqa' l-iżviluppi dovuti għar-Regolament Omnibus, li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 222 tar-Regolament dwar l-OKS Unika, li jippermettu deroga temporanja mid-dritt tal-kompetizzjoni; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni tiċċara l-applikazzjoni tal-Artikoli 219 u 222 tar-Regolament dwar l-OKS Unika fir-rigward tat-teħid ta' passi f'każ ta' disturbi fis-suq u ta' żbilanċi severi fis-suq, minħabba li l-inċertezza legali li teżisti bħalissa fiż-żewġ Artikoli tfisser li ħadd ma qed japplikahom minħabba l-biża' li jonqos milli jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri;

83.  Ifakkar li seħħ ristrutturar sinifikanti orizzontali u vertikali, li wassal għal aktar konsolidazzjoni fis-setturi diġà kkonċentrati taż-żerriegħa, l-agrokimika, il-fertilizzanti, il-ġenetika tal-annimali u s-setturi l-makkinarju tal-azjendi agrikoli, kif ukoll fl-ipproċessar u fil-bejgħ bl-imnut; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, f'dan il-kuntest u wara l-akkwist ta' Monsanto mill-grupp Bayer, li flimkien jikkontrollaw madwar 24 % tas-suq globali tal-pestiċidi u 29 % tas-suq globali taż-żrieragħ, li l-interessi tal-bdiewa, taċ-ċittadini u tal-ambjent tal-UE jkunu protetti, billi tivvaluta ;

84.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u fejn applikabbli dawk reġjonali tal-Istati Membri, u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1.
(2) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.
(3) ĠU C 93, 24.3.2017, p. 71.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0187.
(5) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 78.
(6) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(7) "Privacy and competitiveness in the age of big data: The interplay between data protection, competition law and consumer protection in the Digital Economy" (Il-privatezza u l-kompetittività fl-era tal-big data: L-interazzjoni bejn il-protezzjoni tad-data, id-dritt tal-kompetizzjoni u l-ħarsien tal-konsumaturi fl-Ekonomija Diġitali), opinjoni preliminari tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Marzu 2014, https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/14-03-26_competitition_law_big_data_en.pdf
(8) COM(2018)0147, COM(2018)0148 u C(2018)1650.
(9) Common Ownership by Institutional Investors and its Impact on Competition (Sjieda Komuni mill-Investituri Istituzzjonali u l-Impatt tagħha fuq il-Kompetizzjoni), OECD, 5-6 ta' Diċembru 2017.
(10) COM(2013)0192.
(11) Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il- ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal- pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).

Avviż legali - Politika tal-privatezza