Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0203(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0477/2018

Testi mressqa :

A8-0477/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.1

Testi adottati :

P8_TA(2019)0103

Testi adottati
PDF 213kWORD 54k
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu
Kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali ***I
P8_TA(2019)0103A8-0477/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (COM(2018)0378 – C8-0242/2018 – 2018/0203(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0378),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0242/2018),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1) ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0477/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 56.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali
P8_TC1-COD(2018)0203

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(2),

Billi:

(1)  Fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tal-iżvilupp ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja ċivili rregolat bil-prinċipju ta' fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi, huwa meħtieġ li tkompli tittejjeb u titħaffef il-kooperazzjoni bejn il-qrati fl-Istati Membri fir-rigward fil-kumpilazzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. [Em. 1]

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001(3) jistabilixxi r-regoli dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali.

(2a)   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "qorti" jenħtieġ li jingħata tifsira wiesgħa sabiex ikopri mhux biss il-qrati fis-sens strett tal-kelma, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, imma wkoll korpi jew awtoritajiet oħra li huma kompetenti skont il-liġi nazzjonali biex jieħdu x-xhieda skont dan ir-Regolament, bħal, pereżempju, awtoritajiet tal-infurzar jew nutara f'ċerti Stati Membri u f'sitwazzjonijiet speċifiċi. [Em. 2]

(2b)  Huwa essenzjali li jkunu disponibbli mezzi effettivi għall-kisba, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni ta' evidenza u li jitqiesu b'mod debitu d-drittijiet tad-difiża u l-ħtieġa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. F'dan il-kuntest, huwa importanti li jitħeġġeġ l-użu tat-teknoloġija moderna. [Em. 3]

(3)  Sabiex tiġi żgurata b'mod effikaċi t-trażmissjoni diretta u rapida tat-talbiet u l-komunikazzjonijiet, jenħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha xierqa ta' teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, u f'dan ir-rigward għandu jitqies l-iżvilupp kostanti ta' tali teknoloġija. Għalhekk, bħala regola, il-komunikazzjoni u l-iskambji tad-dokumenti kollha jenħtieġ li jitwettqu permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali. [Em. 4]

(3a)   Is-sistema tal-IT deċentralizzata jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema e-CODEX u ġestita mill-eu-LISA. Jenħtieġ li jkunu disponibbli riżorsi adegwati għall-eu-LISA biex tkun tista' tiġi introdotta u tinżamm operattiva sistema bħal din, kif ukoll biex tipprovdi appoġġ tekniku f'każ ta' problemi fit-tħaddim tas-sistema. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel tmiem l-2019, proposta għal Regolament dwar komunikazzjoni transkonfinali fi proċedimenti ġudizzjarji (e-CODEX). [Em. 5]

(4)  Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tax-xhieda diġitali, tali xhieda meħuda fi Stat Membru skont il-liġi tiegħu m’għandhiex tiġi miċħuda r-rikonoxximent bħala xhieda fi Stati Membri oħra biss minħabba n-natura diġitali tagħha. Dak il-prinċipju għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-determinazzjoni, skont il-liġi nazzjonali, tal-livell ta' kwalità u l-valur tax-xhieda, irrispettivament min-natura diġitali u mhux diġitali tagħha. [Em. 6]

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtoritajiet jiskambjaw informazzjoni taħt sistemi stabbiliti permezz ta’ strumenti oħra tal-Unjoni, bħar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003(4) jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009(5), anki fejn dik l-informazzjoni għandha valur evidenzjarju, u b’hekk tħalli l-għażla tal-iktar metodu adattat f’idejn l-awtorità rikjedenti.

(5a)   Il-proċeduri għat-teħid, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li jiżguraw li d-drittijiet proċedurali tal-partijiet, kif ukoll il-protezzjoni, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data personali u tal-privatezza, ikun protetti f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. [Em. 7]

(6)  It-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, b’mod partikolari l-vidjokonferenza, li hija mezz importanti u dirett biex tiġi ssimplifikata u aċċellerata l-kumpilazzjoni ta’ xhieda, bħalissa mhux qed tintuża fil-potenzjal sħiħ tagħha. Fejn għandha tiġi kkumpilata xhieda billi tinstema’ persuna domiċiljata fi Stat Membru ieħor bħala xhud, parti jew espert, il-qorti għandha tieħu dik ix-xhieda direttament permezz ta’ vidjokonferenza, jekk tkun jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod disponibbli għall-qrati rispettivi, fejn tqis li l-użu ta’din it-teknoloġija hija xierqa minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, l-użu ta' tali teknoloġija ma jkunx ikkunsidrat xieraq għall-andament ekwu tal-proċedimenti. Ir-regoli dwar l-użu ta' tali mezzi ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu teknoloġikament newtrali u jkunu kompatibbli ma' soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni futuri. Fejn meħtieġ mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, l-użu ta' tali teknoloġija jenħtieġ li jkun soġġett għall-kunsens tal-persuna li se tinstema'. [Em. 8]

(7)  Sabiex jiffaċilitaw il-kumpilazzjoni ta' xhieda minn uffiċjali diplomatiċi persunal diplomatiku jew aġenti konsulari, tali persuni jistgħu, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fiż-żona fejn jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom huma akkreditati, jagħmlu kumpilazzjoni ta' xhieda fil-bini tal-misssjoni diplomatika jew il-konsulat tagħhom, mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel billi jisimgħu ċittadini tal-Istat Membru li jirrappreżentaw mingħajr kompulsjoni fil-kuntest ta' proċedimenti għall-proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li jirrappreżentaw, dejjem jekk il-persuna li se tinstema' tikkoopera b'mod volontarju fit-teħid tax-xhieda. [Em. 9]

(7a)   Huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat f'konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u li jirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza kif imnaqqax fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li kwalunkwe pproċessar tad-data personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament isir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7). Id-data personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata biss għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. [Em. 10]

(8)  Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu pjuttost, minħabba l-ħolqien ta' qafas legali simplifikat li jiżgura t-trażmissjoni diretta, effettiva u rapida ta' talbiet u komunikazzjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-kumpilazzjoni ta' xhieda, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. [Em. 11]

(8a)   Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb l-effikaċja u l-ħeffa tal-proċedimenti ġudizzjarji billi jissimplifika u jintegra l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-proċedimenti transkonfinali, filwaqt li fl-istess ħin jgħin inaqqas id-dewmien u l-ispejjeż għall-individwi u n-negozji. Barra minn hekk, aktar ċertezza legali, flimkien ma' proċeduri aktar sempliċi, integrati u diġitalizzati jistgħu jħeġġu lill-individwi u n-negozji biex jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntieri, sabiex b'hekk jagħtu spinta lill-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u għalhekk lill-funzjonament tas-suq intern. [Em. 12]

(9)  F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-[Renju Unit] [u] l-[Irlanda] [innotifikaw/innotifika/innotifikat ix-xewqa tagħhom/tiegħu/tagħha li jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti] [mhux se jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex/mhux/mhix marbutin/marbut/marbuta bih jew suġġetti/suġġett/suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu].

(10)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(11)  Sabiex tiddefinixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata u sabiex jiġu stabbiliti l-istandards u rekwiżiti tekniċi minimi għall-użu tal-vidjokonferenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Tali atti delegati jenħtieġ jiggarantixxu trażmissjoni effettiva, affidabbli u bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, u jenħtieġ jiżguraw li s-sessjoni ta' vidjokonferenzi tiggarantixxi komunikazzjoni ta' kwalità għolja u interazzjoni f'ħin reali. Barra min hekk, sabiex jiġu aġġornati l-formoli standard fl-Annessi jew biex isiru bidliet tekniċi għal dawk il-formoli, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Annessi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(8). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. [Em. 13]

(12)  F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi, sabiex tivvaluta l-effetti reali tar-Regolament u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri.

(13)  Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 għandu jiġi emendat kif xieraq.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu 4 kif ġej:"

“4. F’dan ir-Regolament, it-terminu "qorti" għandu jfisser kull awtorità ġudizzjarja fi Stat Membru li hija kompetenti, abbażi tal-liġijiet ta' dak l-Istat Membru għat-twettiq tal-kumpilazzjoni ta’ xhieda skont dan ir-Regolament."; [Em. 14]

"

(2)  L-Artikolu 6 qed jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 6

Trasmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

1.  It-talbiet u l-komunikazzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jiġu trażmessi permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali interkonnessi minn infrastruttura ta' komunikazzjoni u li tippermetti l-iskambju transkonfinali sigur u affidabbli ta' informazzjoni, anki f'ħin reali, bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali b'rispett sħiħ dovut għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Din is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq e-CODEX. [Em. 15]

2.  Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) għandu japplika għat-talbiet u komunikazzjonijiet trasmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fil-paragrafu 1. [Em. 16]

3.  Fejn it-talbiet u l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu jew ikollhom siġill jew firma miktuba bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw "siġilli elettroniċi kkwalifikati" u "firem elettroniċi kkwalifikati", kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014, sakemm ikun żgurat bis-sħiħ li l-persuni involuti jkunu kisbu għarfien ta' tali dokumenti kmieni biżżejjed u b'mod leġittimu. [Em. 17]

3a.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 biex tissupplimenta dan ir-regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata. Meta tkun qed teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sistema tiggarantixxi skambju effettiv, affidabbli u bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. [Em. 18]

4.  Jekk it-trażmissjoni skont il-paragrafu 1 mhix possibbli minħabba tfixkil mhux previst u eċċezzjonali tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew fejn tali trasmissjoni mhix possibbli f'każijiet eċċezzjonali oħrajn, it-trażmissjoni għandha ssir bl-iktar mezzi mgħaġġla possibbli, li l-Istat Membru mitlub ikun indika li jista’ jaċċetta huma aċċettabbli.”; [Em. 19]

"

(3)  L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)  jitħassar il-paragrafu 2;

(b)  fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:"

“Fejn fi żmien 30 jum minn meta tintbagħat it-talba, il-qorti rikjedenti ma tkunx irċeviet informazzjoni dwar jekk it-talba ġietx aċċettata, it-talba għandha titqies bħala aċċettata.”;

"

(4)  jiddaħħal l-Artikolu 17a kif ġej:"

“Artikolu 17a

Kumpilazzjoni diretta ta' xhieda permezz ta’ vidjokonferenza teknoloġija ta' kommunikazzjoni mill-bogħod [Em. 20]

1.  Fejn għandha tiġi kkumpilata xhieda billi tinstema’ persuna domiċiljata fi Stat Membru ieħor bħala xhud, parti jew espert u l-qorti ma titlobx lill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex tagħmel kumpilazzjoni tax-xhieda skont l-Artikolu 1(1)(a), il-qorti għandha tagħmel kumpilazzjoni tax-xhieda direttament skont l-Artikolu 17 permezz ta’ vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod, jekk tkun disponibbli għall-qrati rispettivi, fejn tqis li sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, l-użu ta’ din it-teknoloġija hija xierqa minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ ma jitqiesx xieraq għall-andament ekwu tal-proċedimenti. [Em. 21]

1a.  Fejn meħtieġ mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti, l-użu ta' vidjokonferenza jew ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod, għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-persuna li se tinstema'. [Em. 22]

2.  Fejn issir talba għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod, is-smigħ għandu jsir fil-bini ta' qorti. Il-qorti rikjedenti u l-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3) jew il-qorti li fil-bini tagħha għandha tinżamm is-seduta għandha taqbel dwar l-arranġamenti prattiċi għall-vidjokonferenza. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu konformi mal-istandards tekniċi minimi u r-rekwiżiti għall-użu tal-vidjokonferenza li huma ddefiniti skont il-paragrafu 3a. [Em. 23]

2a.  Kwalunkwe sistema elettronika għall-kumpilazzjoni ta' xhieda għandha tiżgura li s-segretezza professjonali u l-privileġġ professjonali legali huma protetti. [Em. 24]

3.  Fejn ix-xhieda tittieħed bil-vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija ta' komunikazzjoni oħra disponibbli: [Em. 25]

(a)  il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3) fl-Istat Membru rikjest jistgħu jassenjaw qorti biex tieħu sehem fit-twettiq tal-kumpilazzjoni tax-xhieda sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat Membru rikjest;

(b)  jekk ikun meħtieġ, fuq talba tal-qorti rikjedenti, il-persuna li se tinstema’ jew l-imħallef fl-Istat Membru rikjest li jipparteċipa fis-seduta, il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3) għandhom jiżguraw li l-persuna li se tinstema’ jew l-imħallef ikun assistit minn interpretu kwalifikat. [Em. 26]

3a.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 biex tissumplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-istandards u r-rekwiżiti minimi għall-użu ta' vidjokonferenza.

Meta tkun qed teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sessjoni ta' vidjokonferenza tiggarantixxi komunikazzjoni ta' kwalità għolja u interazzjoni f'ħin reali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll, fir-rigward tat-trażmissjoni tal-informazzjoni, livell għoli ta' sigurtà u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. [Em. 27]

3b.  Il-qorti għandha tinnotifika lill-persuna li se tinstema', il-partijiet, inklużi r-rappreżentanti legali rispettivi tagħhom, bid-data, il-ħin u l-post tas-seduta, u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod. Il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom għandhom jiġu pprovduti, mill-qorti rilevanti, bi struzzjonijiet dwar il-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dokumenti jew materjal ieħor matul is-seduta permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod.”; [Em. 28]

"

(5)  jiddaħħal l-Artikolu 17b kif ġej:"

“Artikolu 17b

Kumpilazzjoni ta’ xhieda minn uffiċjali diplomatiċi persunal diplomatiku jew aġenti konsulari [Em. 29]

Uffiċjali diplomatiċi Persunal diplomatiku jew aġenti konsulari ta’ Stat Membru jistgħu, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u fiż-żona fejn huma akkreditati, jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, jagħmlu kumpilazzjoni ta’ xhieda fil-bini tal-missjoni diplomatika jew il-konsulat tagħhom, mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel skont l-Artikolu 17(1), billi jisimgħu ċittadini ta’ Stat Membru li jirrappreżentaw mingħajr kompulsjoni fil-kuntest ta’ proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li huma jirrappreżentaw. Tali kumpilazzjoni tista' ssir biss bil-kooperazzjoni volontarja tal-persuna li se tinstema'. Il-kumpilazzjoni ta' xhieda għandha ssir bis-superviżjoni tal-qorti rikjedenti, skont il-liġi nazzjonali tagħha."; [Em. 30]

"

(6)  it-Taqsima 6 li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 18:"

“Taqsima 6

Rikonoxximent reċiproku

Artikolu 18a

Xhieda In-natura diġitali tax-xhieda meħuda fi Stat Membru skont il-liġi tiegħu m'għandhiex tiċċaħħad mill-kwalità tintuża bħala raġuni biex tinċaħad il-kwalità ta' xhieda fi Stati Membri oħra biss minħabba n-natura diġitali tagħha. Il-kwistjoni dwar jekk ix-xhieda hijiex ta' natura diġitali jew le m'għandhiex tkun fattur fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalità u l-valur ta' tali xhieda."; [Em. 31]

"

(6a)  it-Taqsima 6 li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 18:"

“Taqsima 6a

L-ipproċessar ta' data personali

Artikolu 18b

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jsir fl-ambitu ta' dan ir-Regolament , inkluż l-iskambju jew it-trażmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Kull skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti fil-livell ta' Unjoni għandu jsir skont ir-Regolament (KE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Id-data personali li ma tkunx rilevanti għat-trattament ta' każ speċifiku għandha titħassar minnufih. [Em. 32]

____________

* Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta 'Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni naturali fir-rigward tal-ipproċessar ta 'dejta personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali tħassir tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002 / KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;

"

(7)  fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 qed jinbidel b’dan li ġej:"

“2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħat li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 li jemenda l-Annessi sabiex taġġorna l-formoli standard jew sabiex tagħmel bidliet tekniċi għal dawn il-formoli.”;

"

(8)  L-Artikolu 20 qed jinbidel kif ġej:"

Artikolu 20

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3a), fl-Artikolu 17a(3a) u fl-Artikolu 19(2) għandha tingħata llil-Kummissjoni lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu żmien mid-...[data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 33]

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3a), fl-Artikolu 17a(3a) u fl-Artikolu 19(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun fis-seħħ. [Em. 34]

4.  Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(3a), Artikolu 17a(3a) jew l-Artikolu 19(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; [Em. 35]

"

(9)  Jiddaħħal l-Artikolu 22a kif ġej:"

“Artikolu 22a

Monitoraġġ

1.  Sa mhux aktar tard minn ...[sentejn sena mid-data ta’ dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament. [Em. 36]

2.  Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistipula l-mezzi li permezz tagħhom se tinġabar id-data flimkien ma’ xhieda oħra meħtieġa, u l-intervalli li fihom se jsir dan. Huwa għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi tad-data u ta’ xhieda oħra.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data u xhieda oħra meħtieġa lill-Kummissjoni għall-monitoraġġ.”

"

(10)  L-Artikolu 23 qed jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 23

Evalwazzjoni

1.  Mhux qabel [ħames snin wara d-data aktar tard minn ...[erba' snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, akkumpanjata, fejn huwa xieraq, minn proposta leġiżlattiva. [Em. 37]

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-Rapport.”.

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn […]

Madankollu, il-punt 2 tal-Artikolu 1 għandu japplika minn ... [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C 62, 15.2.2019, p. 56.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019.
(3)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).
(4)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).
(5)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1).
(6) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(8) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(9)Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza