Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) (COM(2018)0379 – C8-0243/2018 – 2018/0204(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0379),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0243/2018);
— wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
— wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0001/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),
Billi:
(1) Fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq internu l-iżvilupp fil-qasam tal-ġustizzja ċivili fl-Unjoni, hemm il-ħtieġa li jkomplu jiġu mtejba u mħaffa aktar it-trażmissjoni u n-notifika bejn l-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà u l-protezzjoni fit-trażmissjoni ta' tali dokumenti, billi jiġu salvagwardjati d-drittijiet tad-destinatarju u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali. [Em. 1]
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) jistabbilixxi regoli dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.
(3) L-integrazzjoni ġudizzjarja tal-Istati Membri li dejjem qed tiżdied, fejn l-abolizzjoni tal-exequatur (proċedura intermedja) saret regola ġenerali, tefgħet dawl fuq il-limitazzjonijiet tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007.
(4) Sabiex tiġi effettivament żgurata t-trażmissjoni rapida ta’ dokumenti lil Stati Membri oħra għall-finijiet ta’ notifika hemmhekk, jenħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha xierqa tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, sakemmdment li jiġu osservati ċerti kundizzjonijiet dwar l-integrità u l-affidabbiltà tad-dokumenti trażmessi u li jiġu żgurati r-rispett għad-drittijiet proċedurali, livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni ta' tali dokumenti u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali. Għal dan il-għan, kull komunikazzjoni u skambju ta’ dokumenti bejn l-aġenziji u l-korpi maħtura mill-Istati Membri jenħtieġ li jsiru permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali. [Em. 2]
(4a) Is-sistema tal-IT deċentralizzata li trid tiġi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema e-CODEX u ġestita mill-eu-LISA. Jenħtieġ li jkunu disponibbli riżorsi adegwati għall-eu-LISA biex tiġi introdotta u tinżamm operattiva sistema bħal din, kif ukoll biex tipprovdi appoġġ tekniku lill-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u l-korpi ċentrali f'każ ta' problemi fit-tħaddim tas-sistema. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel tmiem l-2019, proposta għal Regolament dwar komunikazzjoni transfruntiera fi proċedimenti ġudizzjarji (e-CODEX). [Em. 3]
(4b) Meta dokument li jagħti bidu għall-proċedimenti jkun diġà ġie notifikat lill-konvenut u l-konvenut ma jkunx irrifjuta li jaċċetta tali dokument, il-liġi tal-Istat Membru tal-forum jenħtieġ li toffri lill-partijiet li huma domiċiljati fi Stat Membru ieħor il-possibbiltà li jaħtru rappreżentant għall-fini tan-notifika ta' dokumenti lilhom fl-Istat Membru tal-forum, dment li l-parti konċernata tkun ġiet debitament infurmata dwar il-konsegwenzi ta' dik l-għażla u aċċettat espliċitament tali għażla. [Em. 4]
(5) Jenħtieġ li l-aġenzija riċeventi, f’kull ċirkostanza u bl-ebda marġni ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward, tinforma lid-destinatarju bil-miktub u bil-quddiem permezz tal-formola standard li huwa jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument innotifikat jekk jew ma jkunx f’lingwa li jifhem jew fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika. Din ir-regola jenħtieġ li tapplika wkoll għal kull notifika sussegwenti ladarba d-destinatarju jkun eżerċita d-dritt ta’ rifjut tiegħu. Id-dritt ta’ rifjut jenħtieġ li japplika wkoll fir-rigward ta’ notifiki minn aġenti diplomatiċi jew konsulari, notifiki postali jew b'kurrier u notifiki diretti. GħanduJenħtieġ li jkun possibbli li n-notifika tad-dokument irrifjutat tiġi rrimedjata permezz tan-notifika ta’ traduzzjoni tan-notifikauffiċjali tad-dokument lid-destinatarju tad-dokument. [Em. 5]
(6) Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument, il-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali li matulhom ikun hemm il-bżonn ta’ notifika, jenħtieġ li tivverifika jekk dak ir-rifjut kienx ġustifikat. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dik il-qorti jew awtorità tqis l-informazzjoni kollha rilevanti fil-fajl jew għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tiddetermina l-veri ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju. Meta tkun qed tivvaluta l-ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju, il-qorti tista’ tqis elementi fattwali bħal dokumenti li jkunu nkitbu mid-destinatarju fil-lingwa kkonċernata, jekk il-professjoni tad-destinatarju tinvolvix tali ħiliet lingwistiċi (pereżempju, għalliem jew interpretu), jekk id-destinatarju huwiex ċittadin tal-Istat Membru fejn ikunu qed iseħħu l-proċedimenti ġudizzjarji, jew jekk preċedentement id-destinatarju kienx għamel xi żmien jgħix f’dak l-Istat Membru għal perjodu estiż. Tali valutazzjoni ma għandhiex issir, jekk id-dokument ikun tħejja jew ikun ġie tradott fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika. [Em. 6]
(7) Effiċjenza u ħeffa fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera jeħtieġu mezzi diretti, imħaffa u mħaffasiguri għan-notifika ta’ dokumenti lil persuni fi Stati Membri oħra. Konsegwentement, Jenħtieġ li jkun possibbli għal persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju jew għal qorti jew awtorità vestita bi proċediment legali li twettaq in-notifika ta’ dokumenti direttament permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-kont tal-utent diġitali ta’lil destinatarju li jkun domiċiljat fi Stat Membru ieħor. Il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ Madankollu, din it-tip ta’ notifika elettronika diretta għandhom jiżgurawjenħtieġ li, tkun permessal-kontijiet tal-utent elettroniċi jintużaw għall-fini tan-notifika ta’ dokumenti biss jekk ikun hemm salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tal-interessi tad-destinatarji, jew permezz ta’inklużi standards tekniċi għoljin jew f’forma ta’u kunsens espliċitu mogħti mid-destinatarju. Meta d-dokumenti jiġu notifikati jew trażmessi elettronikament, trid tkun disponibbli l-possibbiltà li tiġi pprovduta konferma tar-riċevuta ta' tali dokumenti. [Em. 7]
(8) Il-mezziMinħabba l-ħtieġa li jittejbu d-dispożizzjonijiet tal-qafas għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Unjoni u jiġu aġġornati l-proċeduri amministrattivi legali pubbliċi sabiex tiżdied l-interoperabbiltà transfruntiera u tiġi ffaċilitata l-interazzjoni maċ-ċittadini, jenħtieġ li jitjiebu l-mezzi diretti li diġà jeżistu għat-trażmissjoni u għan-notifika ta’ dokumenti għandhom jitjiebu sabiex jipprovdu alternattivi rapidi, affidabbli, aktar siguri u ġeneralment aċċessibbli għat-trażmissjoni tradizzjonali permezz tal-aġenziji riċeventi. Għal dan il-għan, il-fornituri tas-servizzi postali għandhom jużaw konferma tar-riċevuta speċifika meta jwettqu notifiki bil-posta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007. Bl-istess mod, jenħtieġ li jkun possibbli għal kull persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju u għall-qrati jew għall-awtoritajiet vestiti bi proċediment legali, li jwettqu n-notifika ta’ dokumenti fit-territorju tal-Istati Membri kollha direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, ta’ uffiċjali jew ta’ persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru indirizzat. [Em. 8]
(8a) Meta l-konvenut ma jkunx deher għall-proċedimenti u ma jkun wasal l-ebda ċertifikat ta' notifika jew konsenja, l-imħallef jenħtieġ li xorta waħda jkun jista' jagħti sentenza, soġġett għal ċerti limitazzjonijiet u dment li jkun hemm konformità mad-diversi rekwiżiti għas-salvagwardja tal-interessi tal-konvenut. F'dawk il-każijiet, huwa essenzjali li jiġi żgurat li jsiru l-isforzi kollha raġonevoli biex il-konvenut jiġi infurmat li jkunu nbdew proċedimenti tal-qorti kontrih. Għal dak il-għan, il-qorti jenħtieġ li tibgħat messaġġi ta' twissija permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni kollha disponibbli u magħrufa li x'aktarx ikunu aċċessibbli b'mod li jkun esklużiv għad-destinatarju, inkluż, pereżempju, permezz tan-numru tat-telefon ta' dik il-persuna, l-indirizz tal-posta elettronika jew il-kont privat tal-midja soċjali. [Em. 9]
(9) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ lejn id-drittijiet tad-difiża tad-destinatarji, li jirriżultaw mid-dritt għal smigħ xieraqproċess ġust, kif imfisser fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Bl-istess mod, billi jiggarantixxi aċċess ugwali għall-ġustizzja, ir-Regolament iservi biex jippromwovi n-nondiskriminazzjoni (Artikolu 18 tat-TFUE) filwaqt li jiġi applikat f'konformità mar-regoli eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza. [Em. 10]
(9a) Huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat f'konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u jirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li kwalunkwe pproċessar tad-data personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament isir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Id-data personali mogħtija skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata biss għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. [Em. 11]
(10) BiexSabiex jiġu ddefiniti l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta' dokumenti bejn l-aġenziji u l-korpi maħtura mill-Istati Membri, u sabiex jiġu ddeterminati l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-servizzi ta' konsenja elettroniċi rreġistrati kkwalifikati li se jintużaw għall-għan ta' notifika ta' dokumenti permezz ta' mezzi elettroniċi, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-atti delegati jenħtieġ li jiggarantixxu trażmissjoni effettiva, affidabbli u bla xkiel tad-data rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni, il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali u, fir-rigward tan-notifika elettronika ta' dokumenti, aċċess ugwali għal persuni b'diżabilità. Barra minn hekk, biex jiġi ffaċilitat l-adattament mingħajr dewmien tal-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi I, II u IV ta’ dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(4)*. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. [Em. 12]
(11) F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ arranġamenti speċifiċi ta’ monitoraġġ sabiex tivvaluta l-effetti reali tar-Regolament u l-ħtieġa għal kull azzjoni ulterjuri.
(12) Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-ħolqien ta’ qafas legali li jiżgura t-trażmissjoni u n-notifika mħaffa u effiċjenti ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji madwar l-Istati Membri, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
(12a) Dan ir-Regolament ifittex li jtejjeb l-effikaċja u l-ħeffa tal-proċeduri ġudizzjarji billi jissemplifika u jintegra l-proċeduri għan-notifika jew il-komunikazzjoni ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fil-livell tal-Unjoni filwaqt li, fl-istess waqt, jgħin biex jitnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż għall-individwi u n-negozji. Barra minn hekk, aktar ċertezza legali flimkien ma' proċeduri aktar sempliċi, simplifikati u diġitalizzati tista' tinkoraġġixxi lill-individwi u lin-negozji jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntiera u li jwassal biex tingħata spinta lill-kummerċ tal-Unjoni u b'hekk lill-funzjonament tas-suq intern. [Em. 13]
(13) F’konformità mal-Artikolu 3 u mal-Artikolu 4a(1) tal-protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-[Renju Unit] [u] l-[Irlanda] [innotifikaw/innotifika/innotifikat ix-xewqa tagħhom/tiegħu/tagħha li jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti] [mhux se jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex/mhux/mhix marbutin/marbut/marbuta bih jew soġġetti/soġġett/soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu].
(14) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.
(15) Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 1 qed jinbidel b’dan li ġej:"
“Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
1. Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għan-notifika ta’:
(a)
dokumenti ġudizzjarji lil persuni domiċiljati fi Stat Membru differenti minn dak fejn iseħħu l-proċedimenti ġudizzjarji;
(b)
dokumenti extraġudizzjarji li jridu jiġu trażmessi minn Stat Membru għal ieħor.
B’mod partikolari ma għandux jinkludi kwistjonijiet fiskali, doganali jew amministrattivi jew ir-responsabbiltà tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii).
2. Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 3c, dan ir-Regolament ma għandux japplika meta l-indirizz tal-persuna li trid tiġi notifikata bid-dokument ma jkunx magħruf.
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għan-notifika ta’ dokument lir-rappreżentant awtorizzat tal-parti fl-Istat Membru fejn ikunu qed isiru l-proċedimenti irrispettivament mill-post tar-residenza ta’ dik il-parti. [Em. 14]
4. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“Stat Membru” tfisser l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka;
(b)
“l-Istat Membru tal-forum” tfisser l-Istat Membru fejn isiru l-proċedimenti ġudizzjarji.;
"
(2) fl-Artikolu 2(4), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:"
“(c) il-mezzi disponibbli għalihom biex jirċievu d-dokumenti fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a(64); ”; [Em. 15]
"
(3) jiżdiedu l-Artikoli 3a, 3b u 3c li ġejjin:"
“Artikolu 3a
Mezzi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw mill-aġenziji mittenti u riċeventi, u l-korpi ċentrali
1. DokumentiIt-trażmissjoni ta' dokumenti, talbiet, inklużi t-talbiet imfassla bl-użu tal-formoli standard fl-Anness I konfermi, riċevuti, ċertifikati u kull komunikazzjoni li ssir abbażi tal-formoli standard fl-Anness I bejn l-aġenziji mittenti u riċeventi, bejn dawk l-aġenziji u l-korpi ċentrali, jew bejn il-korpi ċentrali tal-Istati Membri differenti għandhom jiġu trażmessijitwettqu permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali interkonnessi permezz ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni li tippermetti l-iskambju transfruntier sigur, affidabbli u affidabbli f'ħin reali ta’ informazzjoni bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali. Din is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq e-CODEX u għandha tiġi appoġġata mill-finanzjament tal-Unjoni. [Em. 16]
2. Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 910/2014* għandu japplika għad-dokumenti, għat-talbiet, għall-konfermi, għall-irċevuti, għaċ-ċertifikati u għal kull komunikazzjoni trażmessa permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fil-paragrafu 1. [Em. 17]
3. Meta d-dokumenti, it-talbiet, il-konfermi, l-irċevuti, iċ-ċertifikati u l-komunikazzjoni l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu jew jinkludu siġill jew firma bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw “siġilli elettroniċi kwalifikati” u “firem elettroniċi kwalifikati” xierqa kif definit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dment li jiġi żgurat li l-persuna li tiġi notifikata dwar id-dokumenti msemmija hawn fuq tkun kisbet għarfien dwar dawn id-dokumenti fi żmien biżżejjed u b'mod legali. [Em. 18]
4. Jekk minħabba problemaċirkostanzi mhux prevista uprevisti jew problema eċċezzjonali fis-sistema tal-IT deċentralizzata ma jkunx possibbli li t-trażmissjoni ssir skont il-paragrafu 1, it-trażmissjoni għandha ssir permezz tal-aktar mezz veloċi alternattiv possibbli, filwaqt li jiġi żgurat l-istess livell għoli ta' effiċjenza, affidabbiltà, sigurtà u protezzjoni tal-privatezza u d-data personali. [Em. 19]
4a. Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni kollha involuti, u b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza għandhom jiġu osservati u rispettati bis-sħiħ. [Em. 20]
4b. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata. Meta tkun qed teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sistema tiggarantixxi skambju effettiv, affidabbli u bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. [Em. 21]
1. Kull Stat Membru għandu jassumi l-ispejjeż marbuta mal-installazzjoni, mat-tħaddim u mal-manutenzjoni tal-punti ta’ aċċess tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tiegħu b’interkonnessjoni mas-sistemi tal-IT nazzjonali fil-kuntest tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a.
2. Kull Stat Membru għandu jassumi l-ispejjeż marbuta mat-twaqqif u mal-aġġustament tas-sistemi tal-IT nazzjonali tiegħu biex jagħmilhom interoperabbli mal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż tal-amministrazzjoni, tat-tħaddim u taż-żamma ta’ dawk is-sistemi.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ applikazzjoni għal għotjiet bħala appoġġ għall-attivitajiet imsemmija f’dawk il-paragrafi taħt il-programmi finanzjarji tal-Unjoni.
Artikolu 3c
Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
1. FejnMeta l-indirizz tal-persuna li trid tiġi notifikata bid-dokument ġudizzjarju jew extraġudizzjarju fi Stat Membru ieħor ma jkunx magħruf, l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza,mingħajr dewmien indebitu u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol, permezz ta’ mezz wieħed jew aktar minn dawnmill-mezzi li ġejjin: [Em. 22]
(a)
assistenza ġudizzjarja sabiex jiġi determinat l-indirizz tal-persuna li trid tiġi nnotifikata mill-awtoritajiet maħtura wara talba mill-qorti tal-Istat Membru vestita bil-proċedura;
(b)
il-possibbiltà għal persuni minn Stati Membri oħra li jippreżentaw talbiet għal informazzjoni dwar indirizzi direttament fir-reġistri dwar id-domiċilju jew f’bażijiet tad-data oħra pubblikament aċċessibbli inkluż b’mod elettroniku, permezz ta’ formola standard mill-Portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika;
(c)
gwida prattika dettaljata, li tkun aċċessibbli online, dwar il-mekkaniżmi disponibbli għad-determinazzjoni tal-indirizzi ta’ persuni fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u bil-għan li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku. [Em. 23]
2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
(a)
il-metoduil-metodi ta’ assistenza li l-Istat Membru se jipprovdi fit-territorju tiegħu skont il-paragrafu 1; [Em. 24]
(b)
meta applikabbli, l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu (1)(a) u (b).
(c)
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull modifika sussegwenti li ssir f’dik l-informazzjoni.”;
----------------------------------------
* Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
"
(4) L-Artikolu 4 qed jinbidel b’dan li ġej:"
“Artikolu 4
Trażmissjoni ta’ dokumenti
1. Id-dokumenti ġudizzjarji għandhom jiġu trażmessi direttament u kemm jista’ jkun malajr bejn l-aġenziji maħtura skont l-Artikolu 2.
2. Id-dokument li għandu jiġi trażmess għandu jkun akkumpanjat minn talba li timtela bl-użu tal-formola standard li tinsab fl-Anness I. Il-formola għandha timtela fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn tkun se ssir in-notifika, jew f’lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun indika bħala aċċettabbli għalih. Kull Stat Membru għandu jindika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni minbarra dik tiegħu li hija/huma aċċettabbli għalih għall-mili tal-formola.
3. Id-dokumentiDan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali fir-rigward tal-preċiżjoni, l-awtentiċità u l-forma legali dovuta tad-dokumenti. Id-dokumenti li jiġu trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a ma għandhomx jiġu miċħuda effett legali u ammissibilità bħala evidenza fi proċeduriproċedimenti legali unikament minħabba li huma f’forma elettronika. Jekk dokumenti tal-karta jiġu konvertitidokument fiżiku jiġi konvertit f’forma elettronika għall-fini ta’ trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, il-kopji elettroniċiil-kopja elettronika jew il-kopji stampati tagħhomil-kopja stampata tiegħu għandu jkollhomjkollha l-istess effett bħad-dokumenti oriġinali, dment li l-liġi nazzjonali tal-Istat membru indirizzat ma jirrikjedix li tali dokument jiġi notifikat fil-verżjoni oriġinali u fiżika.F'dak il-każ, l-aġenzija riċeventi għandha toħroġ verżjoni fiżika tad-dokument irċevut fil-forma elettronika.Meta d-dokumenti jkollhom siġill jew firma magħmula bl-idejn, id-dokument maħruġ għandu jkollu siġill jew firma magħmula bl-idejn. Id-dokument maħruġ mill-aġenzija riċeventi għandu jkollu l-istess effett bħad-dokument oriġinali.”; [Em. 25]
"
(5) L-Artikolu 6 qed jinbidel b’dan li ġej:"
“Artikolu 6
Il-wasla tad-dokumenti għand l-aġenzija riċeventi
1. Mal-wasla ta’ dokument, għandha tintbagħat konferma tar-riċevuta awtomatika immedjatament lill-aġenzija mittenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a. [Em. 26]
2. Meta t-talba għan-notifika ma tkunx tista’ tiġi ssodisfata abbażi tal-informazzjoni jew tad-dokumenti trażmessi, l-aġenzija riċeventi għandha tikkuntattja immedjatament u fi kwalunkwe każ fi żmien erbat ijiem tax-xogħol lill-aġenzija mittenti sabiex tikseb it-tagħrif nieqes jew id-dokumenti neqsin. [Em. 27]
3. Jekk it-talba għan-notifika tkun għal kollox barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew jekk in-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet formali mitluba jagħmel in-notifika impossibbli, it-talba u d-dokumenti trażmessi għandhom jintbagħtu lura, mal-wasla, lill-aġenzija mittenti immedjatament u fi kwalunkwe każ fi żmien erbat ijiem tax-xogħol, flimkien ma’ avviż ta’ restituzzjoni billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness I. [Em. 28]
4. Aġenzija riċeventi li tirċievi dokument għal notifika iżda li ma jkollhiex ġurisdizzjoni territorjali biex tinnotifikah għandha tgħaddih, flimkien mat-talba, immedjatament u fi kwalunkwe każ fi żmien erbat ijiem tax-xogħol permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a lill-aġenzija riċeventi li jkollha ġurisdizzjoni territorjali fl-istess Stat Membru jekk it-talba tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) u fl-istess ħin għandha tgħarraf lill-aġenzija mittenti dwar dan permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness I. Meta tirċievi d-dokument u t-talba mill-aġenzija riċeventi li jkollha ġurisdizzjoni territorjali fl-istess Stat Membru, is-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a tibgħat immedjatament konferma awtomatika tar-riċevuta lill-aġenzija mittenti.” ; [Em. 29]
4a. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 3a. Madankollu, f'dawk il-każijiet, l-iskadenzi definiti fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw, iżda l-operazzjonijiet rilevanti għandhom jitwettqu malajr kemm jista' jkun.”; [Em. 30]
"
(6) Jiżdied l-Artikolu 7a li ġej:"
“Artikolu 7 a
Obbligu li jinħatarĦatra ta’ rappreżentant għall-fini ta’ notifika fl-Istat Membru tal-forum [Em. 31]
1. FejnMeta il-konvenut ikun diġà ġie nnotifikat bl-att promotur u l-konvenut ma jkunx irrifjuta li jaċċetta tali dokument skont l-Artikolu 8, il-liġi tal-Istat Membru tal-forum tista’ timponi obbligu fuq il-partijietgħandha toffri lill-partijiet li huma domiċiljati fi Stat Membru ieħor l-għażla li jaħtru rappreżentant għall-fini ta’ notifika ta’ dokumenti lilhom fl-Istat Membru tal-forum. Jekk il-parti kkonċernata tkun ġiet debitament infurmata dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw meta tagħżel li tuża din l-opzjoni u tkun għażlitha espressament, in-notifika tad-dokumenti għandha ssir lir-rappreżentant awtorizzat tal-parti fl-Istat Membru tal-forum, skont il-liġijiet u l-prattiki tal-Istat Membru tal-proċedimenti. [Em. 32]
2. FejnMeta parti tonqos milli tirrispetta l-obbligu li taħtar rappreżentant skont il-paragrafu 1 u ma tkunx esprimiet il-kunsens tagħha li tuża kont tal-utent indirizz elettroniku għan-notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 15a, jista’ jintuża kull mezz ta’ notifika permess taħt il-liġi tal-Istat Membru tal-forum għan-notifika ta’ dokumenti matul il-proċedimenti, sakemm il-partidment li l-parti kkonċernata tkun ġiet debitament mgħarrfa dwar din il-konsegwenza sakemm issir in-notifika tal-att promotur.”; [Em. 33]
"
(7) L-Artikolu 8 qed jinbidel b’dan li ġej:"
“Artikolu 8
Rifjut ta’ aċċettazzjoni ta’ dokument
1. L-aġenzija riċeventi għandha tinforma lid-destinatarju, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II, li jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument li se jiġi nnotifikat jekk ma jkunx miktub, jew akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali f’waħda mil-lingwi li ġejjinjifhem id-destinatarju;
(a)
lingwa li jifhimha d-destinatarju;
jew
(b)
il-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn tkun trid issir in-notifika. [Em. 34]
2. Id-destinatarju jista’, abbażi ta' raġunijiet motivati, jirrifjuta li jaċċetta d-dokument fil-ħin tan-notifika jew fi żmien ġimgħatejn billi jibgħat lura l-formola standard li tinsab fl-Anness II lill-aġenzija riċeventi. [Em. 35]
3. Meta l-aġenzija riċeventi tiġi mgħarrfa li d-destinatarju qed jirrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafi 1 u 2, għandha tavża minnufih lill-aġenzija mittenti billi tuża ċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 10 u tibgħat lura t-talba u d-dokument li tintalab traduzzjoni tiegħu. [Em. 36]
4. Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafuil-paragrafi 1 u 2, il-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali, li matulhom tkun saret in-notifika, mal-ewwel opportunità possibbli għandha tivverifika jekk ir-rifjut kienx ġustifikat. [Em. 37]
5. In-notifika tad-dokument tista’ tiġi rimedjata permezz ta’ notifika lid-destinatarju, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tad-dokument akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali f’lingwa prevista fil-paragrafu 1. F’dak il-każ, id-data tan-notifika tad-dokument għandha tkun id-data li fiha d-dokument flimkien mat-traduzzjonima' traduzzjoni uffiċjali jkunu ġew notifikati skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Madankollu, fejn skont il-liġi ta’ Stat Membru, dokument għandu jiġi nnotifikat matul perjodu partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun id-data tan-notifika tad-dokument oriġinali determinata skont l-Artikolu 9(2). [Em. 38]
6. Il-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom japplikaw għall-mezzi l-oħra ta’ trażmissjoni u ta’ notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji previsti fit-Taqsima 2.
7. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-aġenti diplomatiċi jew konsulari, meta n-notifika ssir skont l-Artikolu 13, jew l-awtorità jew il-persuna, meta n-notifika ssir skont l-Artikolu 14 jew 15a, għandhom jinfurmaw lid-destinatarju li jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument u li kull dokument irrifjutat irid jintbagħat lura immedjatament lil dawk l-aġenti jew lil dik l-awtorità jew persuna rispettivament.”; [Em. 39]
"
(8) fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 qed jinbidel b’dan li ġej:"
"1. Meta l-formalitajiet dwar in-notifika tad-dokument ikunu tlestew, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ tlestija ta’ dawk il-formalitajiet permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness I u jiġi indirizzat lill-aġenzija mittenti.”;
"
(9) L-Artikoli 14 u 15 qed jinbidlu b’dan li ġej:"
“Artikolu 14
Notifika bis-servizzi postali jew b'kurrier [Em. 40]
1. In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir direttament permezz ta’ servizzi postali jew b'kurrier lil persuni domiċiljati fi Stat Membru ieħor permezz ta’ ittra rreġistrata jew b’fajl b’konferma tar-riċevuta. [Em. 41]
2. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, in-notifika bil-posta jew b'kurrier għandha ssir billi tintuża l-konferma tar-riċevuta speċifika li tinsab fl-Anness IV. [Em. 42]
3. Irrispettivament mil-liġi tal-Istat Membru ta’ oriġini, notifika bil-posta jew b'kurrier għandha titqies bħala validament effettwata wkoll, jekk id-dokument ikun ġie kkonsenjat fl-indirizz tad-dar tad-destinatarju lil persuni adulti li jkunu qed jgħixu fl-istess dar bħad-destinatarju jew li huma impjegati hemm mid-destinatarju, u li għandhom il-kapaċità u huma lesti li jaċċettaw id-dokument. [Em. 43]
Artikolu 15
Notifika diretta
1. In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir lil persuni domiċiljati fi Stat Membru ieħor direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, ta’ uffiċjali jew ta’ persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru indirizzat.
2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar it-tip ta’ professjonijiet jew persuni kompetenti li huma permessi jwettqu notifiki skont dan l-Artikolu fit-territorju tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli online”; [Em. 44]
"
(10) Jiżdied l-Artikolu 15 a li ġej:"
“Artikolu 15 a
Notifika elettronika
1. In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir direttament lil persuni domiċiljati fi Stat Membru ieħor permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-kontijiet tal-utentlill-indirizzi elettroniċi li għalihom id-destinatarju jkollu aċċess, sakemm tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijietdment li jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 45]
(a)
id-dokumenti jintbagħtu u jaslu lura bl-użu ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati u reġistrati ta’ konsenja fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u [Em. 46]
(b)
wara l-bidu ta’ proċedimenti legali, id-destinatarju jkun ta kunsens espliċitu lill-qorti jew lill-awtorità vestita bil-proċedimenti għall-użu ta’ dak il-kont tal-utentl-indirizz elettroniku partikolari għall-finijiet ta’ notifika ta’ dokumenti matul il-proċedimenti legali.”; [Em. 47]
1a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-servizzi ta' konsenja elettronika reġistrata kwalifikata li għandhom jintużaw għall-fini ta' notifika ta' dokumenti ġudizzjarji b'mezzi elettroniċi. Meta tkun qiegħda teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali servizzi jiggarantixxu trażmissjoni effettiva, affidabbli u bla xkiel tad-dokumenti rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni, aċċess ugwali għal persuni b'diżabilità u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.”; [Em. 48]
"
(11) L-Artikoli 17 u 18 qed jinbidlu b’dan li ġej:"
“Artikolu 17
Emenda tal-Annessi
Il-Kummissjoni għandha s-setgħat li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18 biex temenda l-Annessi I, II u IV sabiex taġġorna l-formoli standard jew sabiex tagħmel tibdil tekniku f’ dawn il-formoli.
Artikolu 18
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta att delegat soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadottaIs-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3a, l-Artikolu 15a u l-Artikolu 17 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-dataħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 49]
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5. Mal-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3a, l-Artikolu 15a jew l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejntliet xhur minn meta jkun ġie notifikat dak l-att lil Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġijkun estiż b’xahrejn fuq inizjattival-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 50]
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu s-sistema tal-IT deċentralizzata kif imsemmi fl-Artikolu 3a. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18b (2).
Artikolu 18b
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”; [Em. 52]
"
(13) L-Artikolu 19 qed jinbidel b’dan li ġej:"
“Artikolu 19
Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri
1. Meta att promotur kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ notifika skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-konvenut ma jkunx deher, is-sentenza ma għandhiex tinqata’ qabel ma jiġi stabbilit li n-notifika jew il-konsenja kienet saret kmieni biżżejjed u b'mod legali biex tippermetti lill-konvenut jiddefendi ruħu u li: [Em. 53]
(a)
id-dokument ġie nnotifikat b’metodu stabbilit mil-liġi interna tal-Istat Membru indirizzat għan-notifika ta’ dokumenti f’kawżi domestiċi kontra persuni li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu; jew
(b)
id-dokument ikun effettivament ġie kkonsenjat lill-konvenut jew lir-residenza tiegħu permezz ta’ metodu ieħor previst f’dan ir-Regolament;
2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-imħallef jista’ jaqta’ s-sentenza anki fin-nuqqas ta’ ċertifikat ta’ notifika jew ta’ konsenja, jekk il-kundizzjonijiet segwenti kollha jkunu issodisfati:
(a)
id-dokument ikun ġie trażmess permezz ta’ wieħed mill-metodi previsti f’dan ir-Regolament;
(b)
ikun għadda perjodu ta’ żmien ta’ mhux anqas minn sitt xhur, kif ikkunsidrat xieraq mill-imħallef fil-każ partikolari, mid-data tat-trażmissjoni tad-dokument; [Em. 54]
(c)
ma jkun wasal l-ebda tip ta’ ċertifikat, minkejja l-fatt li jkun sar kull sforz raġonevoli possibbli biex jinkiseb permezz tal-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi tal-Istat Membru indirizzat.
3. Fejn il-kundizzjonijietMeta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ssodisfati, għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex il-konvenut jiġi mgħarraf b’kull mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli, fosthom mezzi moderni u remoti ta’ teknoloġiji tal-komunikazzjoni, li l-indirizz jew il-kont tal-utentl-indirizz elettroniku tagħhom ikun magħruf mill-qorti vestita, li jkunu nbdew proċedimenti tal-qorti kontrih. [Em. 55]
4. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-imħallef jista’, f’każf'każijiet ta’ emerġenza ġustifikati, jordna kwalunkwe miżura proviżorja jew protettiva. [Em. 56]
5. Meta att promotur kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-fini ta’ notifika skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u s-sentenza tkun inqatgħet kontra konvenut li ma jkunx deher għall-proċeduri, l-imħallef għandu jkollu s-setgħa li jeħles lill-konvenut mill-effetti tal-iskadenza taż-żmien għall-appell mis-sentenza meta ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
il-konvenut, mingħajr ma jkollu ħtija, ma jkunx sar jaf bid-dokument fi żmien biżżejjed u/jew b'mod legali biex jiddefendi ruħu, jew ma jkunx jaf bis-sentenza fi żmien biżżejjed biex jappella; [Em. 57]
(b)
il-konvenut ikun wera li għandu eċċezzjonijiet prima facie xi jressaq kontra l-merti tal-azzjoni.
Applikazzjoni għall-eżoneru tista’ tiġi ppreżentata biss fi żmien raġonevoli wara li l-konvenut ikun sar jaf bis-sentenza.
Tali applikazzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata jekk tiġi ppreżentata aktar minn sentejn wara d-data tas-sentenza.
6. Wara li jiskadi l-perjodu ta’ sentejn mid-data tas-sentenza msemmija fil-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jippermettu eżoneru straordinarju mill-effetti tal-iskadenza taż-żmien għall-appell ma jistgħux jiġi applikati fil-kuntest ta’ kontestazzjoni tar-rikonoxximent u tal-infurzar ta’ dik is-sentenza fi Stat Membru ieħor.
7. Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal sentenzi dwar l-istatus jew il-kapaċità ta’ persuni.”;
"
(13a) fl-Artikolu 22, jiddaħħal il-paragrafu li ġej qabel il-paragrafu 1:"
“-1. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jitwettaq f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.”; [Em. 58]
"
(13b) fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
“1. L-informazzjoni, inkluża b'mod speċjali d-data personali, trasmessa taħt dan ir-Regolament għandha tintuża mill-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u korpi ċentrali biss għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Data personali li mhijiex rilevanti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandha titħassar immedjatament.”; [Em. 59]
"
(13c) fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
“2. L-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u l-korpi ċentrali għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni, skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.”; [Em. 60]
"
(13d) fl-Artikolu 22, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
“3. Il-paragrafi -1, 1 u 2 m'għandhomx jaffettwaw il-liġijiet tal-Unjoni u nazzjonali li jippermettu li s-suġġetti tad-data jkunu mgħarrfa dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni trasmessa taħt dan ir-Regolament.”; [Em. 61]
"
(13e) fl-Artikolu 22, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
“4. Kwalunkwe pproċessar ta' informazzjoni li jitwettaq minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.”; [Em. 62]
"
(14) fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 qed jinbidel b’dan li ġej:"
"1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2, 3, 3c, 4, 10, 11, 13, u 15. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni jekk, skont il-liġi tagħhom, dokument irid jiġi notifikat fi żmien perjodu partikolari kif imsemmi fl-Artikoli 8(3) u 9(2).”;
"
(15) Jiżdied l-Artikolu 23 a li ġej:"
“Artikolu23a
Monitoraġġ
1. Sa mhux aktar tard minn ... [sentejn[sena mid-data ta’ applikazzjoni]dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament. [Em. 63]
2. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistabbilixxi l-mezzi li permezz tagħhom se tinġabar id-data u evidenza oħra meħtieġa, u l-intervalli li fihom se jsir dan. Għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi tad-data u ta’ evidenza oħra.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data u b’evidenza oħra meħtieġa għall-monitoraġġ.”;
"
(16) L-Artikolu 24 qed jinbidel b’dan li ġej:"
“Artikolu 24
Evalwazzjoni
1. Mhux qabel [ħamesaktar tard minn ... [erba' snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, meta jkun xieraq, flimkien ma' proposta leġiżlattiva. [Em. 64]
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dan ir-Rapport.”;
"
(17) Qed jiżdied Anness IV ġdid, kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika minn .....[18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].
Madankollu:
(a) il-punt (14) tal-Artikolu 1 għandu japplika minn .....[12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu] u
(b) il-punti (3), (4) u (5) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw minn .....[24 xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu]. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS
"ANNESS IV
Konferma ta’ riċevuta għan-notifika bis-servizzi postali skont l-Artikolu 14
Konferma ta' Riċevuta
għan-notifika bis-servizzi postali ta’ dokumenti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji
L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007
Numru ta’ referenza uniku tal-konsenja:
Speditur:
Isem:
Destinatarju:
Isem
Isem ir-riċevitur:
Firma tar-riċevitur:
L-irċevuta għandha tiġi rritornata fl-indirizz li ġej:
Indirizz tal-konsenja:
Data tal-Konsenja / Ritorn tad-dokument:
jj xx ssss
Triq:
Nr.
Triq
Nr.
IKKONSENJAT
lil:
IRRITORNAT
minħabba:
Belt:
Belt
Destinatarju:
Indirizz mhux magħruf:
Kodiċi Postali:
Kodiċi Postali
Rappreżentant:
Destinatarju mhux magħruf:
Stat:
Stat:
Persuna adulta li tgħix fl-istess indirizz:
Mhux ikklejmjat:
Aċċettazzjoni miċħuda
Għall-fornitur tas-servizz postali:
Impjegat tad-destinatarju:
Id-destinatarju biddel il-post tar-residenza tiegħu:
Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p.79).