Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0433(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0062/2019

Testi mressqa :

A8-0062/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.4
CRE 13/02/2019 - 16.4
PV 13/03/2019 - 11.18

Testi adottati :

P8_TA(2019)0106
P8_TA(2019)0182

Testi adottati
PDF 168kWORD 55k
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu
Regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ***I
P8_TA(2019)0106A8-0062/2019

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0893 – C8-0510/2018 – 2018/0433(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa 5
(5)  Sabiex jiġi rifless il-karattru temporanju tiegħu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun limitata għal perjodu qasir ta' żmien, mingħajr preġudizzju għan-negozjar possibbli u għad-dħul fis-seħħ ta' ftehim fil-ġejjieni li jkopri l-ftehim dwar il-provvista ta' servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.
(5)  Sabiex jiġi rifless il-karattru temporanju tiegħu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun limitata għal perjodu qasir ta' żmien. Sa ... [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata mandat li tiftaħ negozjati mar-Renju Unit rigward ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru.
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   Sabiex jinżammu livelli ta' konnettività, li jkunu ta' benefiċċju reċiproku, għandhom jiġu previsti arranġamenti kooperattivi ta' kummerċjalizzazzjoni, bħall-kodiċi kondiviżi, kemm għal trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit kif ukoll għal trasportaturi tal-ajru tal-UE 27 skont il-prinċipju ta' reċiproċità.
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Premessa 6
(6)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri biex jiġi ggarantit livell ġust ta' reċiproċità bejn id-drittijiet mogħtija b'mod unilaterali mill-Unjoni u mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru ta' xulxin, u biex jiġi żgurat li t-trasportaturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi tar-Renju Unit b'kundizzjonijiet ġusti fil-provvista ta' servizzi tal-ajru. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(6)  Sabiex jiġi ggarantit livell ġust ta' reċiproċità bejn id-drittijiet mogħtija b'mod unilaterali mill-Unjoni u mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru ta' xulxin, u biex jiġi żgurat li t-trasportaturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi tar-Renju Unit b'kundizzjonijiet ġusti fil-provvista ta' servizzi tal-ajru, is-setgħa li ta' adozzjoni tal-atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward li tingħata ekwivalenza jew soluzzjoni għas-sitwazzjonijiet ta' kompetizzjoni inġusta permezz ta' miżuri xierqa. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
_________________
1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Artikolu 2a (ġdid)
Artikolu 2a
Eżenzjoni temporanja mir-rekwiżit ta' sjieda
1.  Il-Kummissjoni tista' tagħti eżenzjoni temporanja mir-rekwiżit ta' sjieda stabbilit fil-punt (f) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fuq talba ta' trasportatur tal-ajru, diment li t-trasportatur tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)  ikollu liċenzja operattiva valida f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fil-jum qabel dak tal-ewwel jum ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 12(2);
(b)  ir-Renju Unit jew ċittadini tar-Renju Unit, jew taħlita tat-tnejn, ikollhom sjieda ta' inqas minn 50 % tal-impriża;
(c)  l-Istati Membri tal-Unjoni jew ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni, jew taħlita tat-tnejn, ikollhom kontroll effikaċi tal-impriża, kemm direttament kif ukoll indirettament permezz ta' impriża intermedja waħda jew aktar; kif ukoll
(d)  jippreżenta pjanijiet kredibbli biex jibdel l-istruttura ta' sjieda tiegħu fl-iqsar żmien possibbli biex jikkonforma mar-rekwiżit ta' sjieda stabbilit fil-punt (f) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.
2.  L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tingħata għal perjodu li jmurx lil hinn mit-30 ta' Marzu 2020 u din ma tistax tiġġedded.
Emenda 5
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c)  iwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru bi skeda u mingħajr skeda għall-passiġġieri, għal kombinazzjoni ta' passiġġieri u merkanzija u għas-servizzi kollha tal-merkanzija bejn kwalunkwe żewġ punti, fejn wieħed minnhom ikun jinsab fit-territorju tar-Renju Unit u l-ieħor ikun jinsab fit-territorju tal-Unjoni;
(c)  iwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru bi skeda u mingħajr skeda, inkluż għall-kodiċi kondiviżi, għall-passiġġieri, għal kombinazzjoni ta' passiġġieri u merkanzija u għas-servizzi kollha tal-merkanzija bejn kwalunkwe żewġ punti, fejn wieħed minnhom ikun jinsab fit-territorju tar-Renju Unit u l-ieħor ikun jinsab fit-territorju tal-Unjoni;
Emenda 6
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Soġġett għall-Artikoli 4 u 5, fil-provvista ta' servizzi tat-trasport bl-ajru bi skeda skont dan ir-Regolament, il-kapaċità staġonali totali li trid tiġi pprovduta mit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit għal rotot bejn ir-Renju Unit u kull Stat Membru ma għandhiex taqbeż in-numru totali ta' frekwenzi operati minn dawk it-trasportaturi fuq dawk ir-rotot matul l-istaġuni tax-xitwa u tas-sajf tal-IATA tal-2018 rispettivament.
imħassar
Emenda 7
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mhumiex de iure jew de facto ekwivalenti għal dawk mogħtija lit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ugwali għat-trasportaturi kollha tal-Unjoni, sabiex twassal l-ekwivalenza u permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tista':
2.  Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mhumiex de jure jew de facto ekwivalenti għal dawk mogħtija lit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ugwali għat-trasportaturi kollha tal-Unjoni, hija għandha s-setgħa li, sabiex twassal l-ekwivalenza, tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11 a biex:
Emenda 8
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
(a)  taġġusta l-kapaċità disponibbli għat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont il-limitu stabbilit fl-Artikolu 3(2) u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;
(a)  tipproponi limitu fuq il-kapaċità għar-rotot bejn ir-Renju Unit u kull Stat Membru u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;
Emenda 9
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Fejn tiddetermina li, bħala riżultat ta' xi sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dawn il-kundizzjonijiet u ferm inqas favorevoli minn dawk li jgawdu t-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, il-Kummissjoni, sabiex tirrimedja għal dik is-sitwazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tista':
2.  Fejn tiddetermina li, bħala riżultat ta' xi sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dawn il-kundizzjonijiet u ferm inqas favorevoli minn dawk li jgawdu t-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, il-Kummissjoni għandha s-setgħa, sabiex tirrimedja għal dik is-sitwazzjoni, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a, biex:
Emenda 10
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a
(a)  taġġusta l-kapaċità disponibbli għat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont il-limitu stabbilit fl-Artikolu 3(2) u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;
(a)  tipproponi limitu fuq il-kapaċità għar-rotot bejn ir-Renju Unit u kull Stat Membru u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;
Emenda 11
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  L-atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 jistgħu jiġu adottati biex jirrimedjaw għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:
3.  L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom b'mod partikolari jfittxu li jirrimedjaw is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
Emenda 12
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt d
(d)  l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards tal-protezzjoni tal-ħaddiema, tas-sikurezza, tas-sigurtà jew tal-ambjent li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet rilevanti fil-liġi tal-Unjoni, ikunu inferjuri għal dawk applikati mill-Istati Membri kollha jew, fi kwalunkwe każ, ikunu inferjuri għall-istandards internazzjonali rilevanti;
(d)  l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri, tal-ħaddiema, tas-sikurezza, tas-sigurtà jew tal-ambjent li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet rilevanti fil-liġi tal-Unjoni, ikunu inferjuri għal dawk applikati mill-Istati Membri kollha jew, fi kwalunkwe każ, ikunu inferjuri għall-istandards internazzjonali rilevanti;
Emenda 13
Proposta għal Regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjutaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni operattiva ta' trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit skont il-paragrafi 1 u 2.
4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjutaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni operattiva ta' trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit skont il-paragrafi 1 u 2, mingħajr ebda dewmien.
Emenda 14
Proposta għal Regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 15
Proposta għal Regolament
Artikolu 11
Artikolu 11
imħassar
Kumitat
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.
Emenda 16
Proposta għal Regolament
Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Eżerċizzju tad-delega
1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4 u 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 4 u 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 4 u 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 17
Proposta għal Regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt a
(a)  id-data li fiha jidħol fis-seħħ ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li jirregola l-provvista tat-trasport bl-ajru bejniethom, jew, skont il-każ, id-data li fiha jiġi applikat b'mod proviżorju; jew
(a)  id-data li fiha jidħol fis-seħħ ftehim komprensiv bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li jirregola l-provvista tat-trasport bl-ajru bejniethom, jew, skont il-każ, id-data li fiha jiġi applikat b'mod proviżorju; jew

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0062/2019).

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza