Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (COM(2018)0277 – C8-0192/2018 – 2018/0138(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0277),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0192/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa mis-Senat Ċek, il-Bundestag Ġermaniż, il-parlament Irlandiż u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0015/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta’ miżuri li jmexxu ’l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) jistabbilixxi qafas komuni għall-ħolqien ta’ netwerks interoperabbli mill-aktaravvanzatili għandhom struttura ta' żewġ saffi, fl-Unjoni, għas-servizz taċ-ċittadini, għall-iżvilupp tas-suq intern u għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni. In-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) għandhom struttura ta’ żewġ saffi: in-netwerk komprensiv jiżgura l-konnettività tar-reġjuni ewlieni jikkonsisti minn dawk il-partijiet tan-netwerk li għandhom l-aktar importanza strateġika għall-Unjoni, u n-netwerk komprensiv jiżgura l-konnettività bejn ir-reġjuni kollha tal-Unjoni, filwaqt li n-netwerk ewlieni jikkonsisti mill-elementi tan-netwerk li għandhom l-aktar importanza strateġika. In-netwerk ewlieni jenħtieġ li jservi bħala aċċeleraturi transfruntiera u multimodali għal żona unika Ewropea tat-trasport u tal-mobbiltà. Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiddefinixxi miri tat-tlestija vinkolanti għall-implimentazzjoni biex in-netwerk ewlieni jitlesta sal-2030 u n-netwerk komprensiv sal-2050. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiffoka fuq konnessjonijiet transfruntieri li jtejbu l-interoperabbiltà bejn il-modi differenti ta' trasport u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni multimodali tat-trasport tal-Unjoni, u jenħtieġ li jqis wkoll id-dinamika tal-iżvilupp tas-settur tat-trasport u ta' teknoloġiji ġodda fil-futur. [Em. 1]
(2) Minkejja l-ħtieġa u l-iskadenzi vinkolanti, mill-esperjenza jidher li ħafna investimenti bil-għan li jitlesta t-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma’ multipliċi proċeduri tal-għoti tal-permessi, proċeduri transfruntieri tal-akkwist u proċeduri oħrajn li huma twal, mhux ċari u kumplessi. Din is-sitwazzjoni xxekkel l-implimentazzjoni fil-ħin tal-proġetti, u ħafna drabi twassal għal dewmien sinifikanti u aktar spejjeż, tagħti lok għal inċertezza għall-promoturi ta' proġetti u investituri privati potenzjali, u tista' twassal anki għall-abbandun ta' proġetti f'nofs il-proċess. Fid-dawl ta' dawn il-kundizzjonijiet, it-tlestijaBiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u ssir tlestija sinkronizzata tat-TEN-T, hemm bżonnsal-iskadenza stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 teħtieġ azzjoni armonizzata fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeċiedu dwar il-pjanijiet ta' infrastruttura nazzjonali tagħhom f'konformità mal-għanijiet tat-TEN-T. [Em. 2]
(2a) Dan ir-Regolament japplika biss għal proġetti tal-Unjoni rikonoxxuti bħala proġetti ta' interess komuni, skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, relatati man-netwerk ewlieni tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Stat Membru jista' jiddeċiedi wkoll li jwessa' l-ambitu għan-netwerk komprensiv. [Em. 3]
(3) Fl-oqfsaFis-sistemi legali ta’ ħafna Stati Membri jingħata trattament ta’ prijorità lil ċerti kategoriji ta’ proġetti abbażi tal-importanza strateġika tagħhom għall-ekonomijagħall-Unjoni. It-trattament prijoritarju hu kkaratterizzat minn skadenzi iqsar, proċeduri simultanji u/jew simplifikati, perjodi taż-żmien limitati għat-tlestija tal-proċedura tal-għoti ta' permessi jew għall-appelli filwaqt li jiżgura li jintlaħqu wkoll l-għanijiet ta’ politiki orizzontali oħra. Meta jkun jeżisti qafasjkunu jeżistu regoli dwar it-trattament prijoritarju bħal dandawn fi ħdan qafas legali nazzjonali, jenħtieġ li dan ikun japplikadawn ikunu japplikaw awtomatikament għall-proġetti tal-Unjoni rikonoxxuti bħala proġetti ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013. L-Istati Membri li ma għandhomx tali regoli dwar it-trattament prijoritarju jenħtieġ li jadottawhom. [Em. 4]
(4) Biex titjieb l-effikaċja tal-valutazzjonijiet ambjentali u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, meta l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet ambjentali ta’ proġetti tan-netwerk ewlieni jkun joriġina simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħalma huma d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(7), id-Direttivi 2009/147/KE(8), 2000/60/KE(9), 2008/98/KE(10), 2010/75/UE(11), 2012/18/UE(12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/42/KE(13), l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li tkun prevista proċedura konġunta li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dawn id-Direttivi. Barra minn hekk, l-eżami bikri tal-impatti ambjentali u diskussjoni bikrija mal-awtorità kompetenti dwar il-kontenut tal-valutazzjonijiet ambjentali jistgħu jnaqqsu d-dewmien waqt il-fażi tal-permessi u b'mod ġenerali jtejbu l-kwalità tal-valutazzjonijiet. [Em. 5]
(4a) Meta jitqies l-għadd kbir ta' valutazzjonijiet ambjentali li jirriżultaw mid-diversi Direttivi Ewropej jew mir-regoli nazzjonali, li huma meħtieġa għall-għoti ta' permessi għall-proġetti ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi proċedura komuni, simplifikata u ċentralizzata li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dawn id-Direttivi, sabiex tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti minn dan ir-Regolament immirat lejn ir-razzjonalizzazzjoni akbar tal-miżuri. [Em. 6]
(5) Il-proġetti tan-netwerk ewlieni jenħtieġ ikunu appoġġati minn proċeduri integrati tal-għoti tal-permessi biex issir ġestjoni ċara tal-proċedura ġenerali possibbli u biex jingħata punt uniku ta’ servizz għall-investituri. L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtorità kompetenti unika f’konformità mal-oqsfa legali u s-sistemi amministattivi nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw li l-proġetti marbuta man-netwerk ewlieni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-integrazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi u minn punt ta' kuntatt uniku għall-investituri, biex b'hekk ikun hemm ġestjoni effiċjenti u ċara tal-proċedura ġenerali. Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti unika tista' tiddelega r-responsabbiltajiet, l-obbligi u l-kompiti tagħha lil awtorità oħra fil-livell reġjonali, lokali jew amministrattiv xieraq. [Em. 7]
(6) Jenħtieġ li bl-istabbiliment ta' awtorità kompetenti unika fil-livell nazzjonali li tintegra l-proċeduri kollha tal-għoti tal-permessi (punt uniku ta' servizz) tonqos il-kumplessità, titjieb l-effiċjenza u l-koordinazzjoni u tiżdied it-trasparenza u r-rapidità tal-proċeduri u tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet. Jenħtieġ ukoll li titjieb il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri meta xieraq. Il-proċeduri jenħtieġ jippromwovu koperazzjoni reali bejn l-investituri u l-awtorità kompetenti unika, u għalhekk jenħtieġ jippermettu l-ambitu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi waqt il-fażi ta' qabel l-applikazzjoni. Dan l-ambitu jenħtieġ ikun integrat fid-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni u jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE. [Em. 8]
(6a) Fejn proġetti ta' interess komuni jitqiesu li jkunu proġetti ta' prijorità tal-Unjoni, awtorità kompetenti konġunta miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti uniċi minn żewġ Stati Membri jew aktar jew Stati Membri u pajjiżi terzi tista' tiġi stabbilita, sabiex twettaq id-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament. [Em. 9]
(7) Il-proċedura stabbilita b’dan ir-Regolament jenħtieġ tkun mingħajr preġudizzju għat-twettiq tar-rekwiżiti ddefiniti mil-liġi internazzjonali u tal-Unjoni, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.
(8) Minħabba l-urġenza biex jitlesta n-netwerk ewlieni tat-TEN-T sal-2030, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi jenħtieġ tkun akkumpanjata b’limitu taż-żmien li matulu l-awtoritajiet kompetenti responsabbli jenħtieġ jieħdu deċiżjoni komprensiva fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-proġett. Dan il-limitu taż-żmien jenħtieġ jiżgurajistimola trattament aktar effiċjenti tal-proċeduri, u jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikkomprometti l-istandards għoljin tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent, it-traspararenza u l-parteċipazzjoni pubblika. Il-proġetti jenħtieġ jiġu evalwati f'termini tal-kriterji ta' maturità għall-għażla tal-proġetti stabbiliti mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-konformità mal-iskadenzi stipulati f'dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies meta jitwettqu tali evalwazzjonijiet. [Em. 10]
(9) Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-appelli li jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta’ deċiżjoni komprensiva jiġu ttrattati bl-iżjed mod effiċjenti possibbli.
(10) Il-proġetti infrastrutturali transfruntieri tat-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi partikolari fejn tidħol il-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi. Jenħtieġ li l-Koordinaturi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 ikollhom is-setgħa li jimmonitorjaw dawn il-proċeduri u jiffaċilitaw is-sinkronizzazzjoni u t-tlestija tagħhom biex tiġi żgurata l-konformità mal-iskadenzi stabbiliti minn dan ir-Regolament. [Em. 11]
(11) L-akkwist pubbliku fi proġetti transfruntieri ta’ interess komuni jenħtieġ jitmexxa skont it-Trattat u d-Direttivi 2014/25/UE(14) u/jew 2014/24/UE(15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Biex tkun żgurata t-tlestija tal-proġetti transfruntieri ta’ interess komuni tan-netwerk ewlieni, jenħtieġ li l-akkwist pubbliku mwettaq minn entità konġunta jkun soġġett għal leġiżlazzjoni nazzjonali unika. B’deroga mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, ir-regoli nazzjonali applikabbli jenħtieġ, fil-prinċipju, ikunu dawk tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Jenħtieġ jibqa’ possibbli li l-leġiżlazzjoni applikabbli tiġi ddefinita fi ftehim intergovernattiv.
(12) Il-Kummissjoni mhix involuta sistematikament fl-awtorizzazzjoni ta’ proġetti individwali. Iżda xi drabi, ċerti aspetti tat-tħejjija tal-proġetti jkunu suġġetti għal approvazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tkun involuta fil-proċeduri, din se tagħti trattament ta’ prijorità lill-proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni u tiżgura ċertezza lill-promoturi tal-proġetti. F’xi każijiet, jaf ikun hemm bżonn approvazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat. Mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi ffissati b'dan ir-Regolament, u skont il-Kodiċi tal-Aqwa Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex il-proġetti ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T li jikkunsidraw bħala prijorità, jittrattawhomjiġu ttrattati bi skedi taż-żmien aktar prevedibbli skont l-approċċ tal-portafoll tal-każ jew l-ippjanar miftiehem b’mod reċiproku. [Em. 12]
(13) L-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T jenħtieġ jiġu appoġġati wkoll mil-linji gwida tal-Kummissjoni li jġibu aktar ċarezza b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ proġetti filwaqt li jirrispettaw l-acquis tal-Unjoni. Pereżempju l-Pjan ta’ Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija(16) jipprevedi din il-gwida biex jagħti aktar ċarezza ħalli jiġu rispettati d-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats. Jenħtieġ li l-appoġġ dirett relatat mal-akkwist pubbliku jkun disponibbli għall-proġetti ta’ interess komuni biex ikun żgurat li jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun l-ispejjeż esterni u jinkiseb l-aqwa valur għall-flus pubbliċi l-aqwa valur għall-flus pubbliċi(17). Barra minn hekk, jenħtieġ li tkun disponibbli ċerta assistenza teknika xierqa permezz tal-mekkaniżmi żviluppati għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, bil-għan li tingħata għajnuna finanzjarja għall-proġetti ta’ interess komuni tat-TEN-T. [Em. 13]
(14) Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u, minħabba l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni ta’ dawk l-għanijiet, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(15) Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li l-proċeduri amministrattivi li nbdew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma jkunux soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor bil-qbil ta' dawk ikkonċernati. [Em. 14]
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli għall-proċeduri amministrattivi segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b’rabta mal-awtorizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti kollha ta’ interess komuni tan-netwerk ewlieni tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, relatati mar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inklużi l-proġetti magħżula minn qabel elenkati fil-Parti III tal-Anness għar-Regolament li jistabbilixxi l-"Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa" 2021-2027. [Em. 15]
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, bħala blokk, għal proġetti ta' interess komuni fuq in-netwerk komprensiv tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. [Em. 16]
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Id-definizzjoni li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(a) “deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew awtoritajietkompetenti unika ta’ Stat Membru, u fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti konġunta, iżda li ma jinkluduxtinkludix il-qrati jew it-tribunali, li jiddeterminawtiddetermina jekk promotur ta’ proġett għandux jingħata awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport biex jitlesta proġett mingħajr preġudizzju għal xi deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell amministrattiv; [Em. 17]
(b) “proċeduri tal-għoti tal-permessi” tfisser kull proċedura li għandha tiġi segwita jew kull pass li għandu jittieħed quddiem l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, qabel ma l-promotur ta' proġett ikun jista' jimplimenta l-proġett u li jibdew mid-data tal-iffirmar tal-aċċettazzjoni tan-notifika tal-fajl mill-awtorità kompetenti unika tal-Istat Membru; [Em. 18]
(c) “promotur ta’ proġett” tfisser l-applikant għal awtorizzazzjoni għal proġett privatkwalunkwe persuna fiżika jew persuna ġuridika pubblika jew l-awtorità pubblika liprivata li tapplika għal awtorizzazzjoni biex tibda proġett; [Em. 19]
(d) “awtorità kompetenti unika” tfisser l-awtorità li l-Istati Membri jaħtrul-Istat Membru jaħtar, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, bħala dik responsabbli biex twettaq id-dmirijiet li joħorġujirriżultaw minn din id-Direttivadan ir-Regolament; [Em. 20]
(e) “proġett transfruntier ta’ interess komuni” tfisser proġett ta’ interess komuni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 li jkopri sezzjoni transfruntiera kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, li jkun implimentat minn entità konġunta.
(ea) "Awtorità kompetenti konġunta" tfisser awtorità stabbilita bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet kompetenti uniċi minn żewġ Stati Membri jew aktar jew minn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar li tkun inkarigata mill-faċilitazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi relatati ma' proġetti transfruntieri ta' interess komuni. [Em. 21]
KAPITOLU II
L-GĦOTI TAL-PERMESSI
Artikolu 3
“Status prijoritarju” tal-proġetti ta’ interess komuni
1. Kull proġett ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T, inklużi s-sezzjonijiet magħżula minn qabel fil-Parti III tal-Anness għar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, għandu jkun soġġett għal proċedura integrata tal-għoti tal-permessi mmexxija minn awtorità kompetenti unika maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-Artikoli 5 u 6. [Em. 22]
2. Meta fil-liġi nazzjonali jkun jeżisti status prijoritarju, il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jingħataw l-istatus tal-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli u jiġu ttrattati bħala tali fil-proċeduri tal-għoti tal-permessi, meta u bil-mod li dan it-trattament ikun previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tipi korrispondenti ta’ infrastruttura tat-trasport.
3. Biex ikunu żgurati proċeduri amministrattivi effiċjenti u effikaċi marbuta ma' proġetti ta' interess komuni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet ikkonċernati kollha għandhom jiżguraw li dawn il-proġetti jingħataw l-aktar trattament rapidu li hu legalment possibbli, inkluż fejn jidħlu l-evalwazjoni tal-kriterji ta' maturità għall-għażla tal-proġetti u r-riżorsi allokati. [Em. 23]
1. Biex jiġu ssodisfati l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 6 u jonqos il-piż amministrattiv relatat mat-tlestija tal-proġetti ta’ interess komuni, il-proċeduri amministrattivital-għoti tal-permessi kollha li jirriżultaw mil-liġi applikabbli, inklużi l-valutazzjonijiet ambjentali rilevanti, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni, għandhom jiġu integrati u jwasslu għal deċiżjoni komprensiva waħda biss, mingħajr preġudizzju għat-trasparenza, il-parteċipazzjoni pubblika u r-rekwiżiti ambjentali u ta' sikurezza fil-liġi tal-Unjoni. [Em. 24]
2. Mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, fil-każ ta’ proġetti ta’ interess komuni li għalihom l-obbligu li jsiru valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE u liġijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti proċeduri konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/92/UE. [Em. 25]
1. Sa mhux aktar tard minn [OP please insert the date one year of the entry into force of this Regulation][sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u f'kull każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti unika waħda li tkun responsabbli biex tiffaċilita l-proċess tal-għoti tal-permessi inklużmeħtieġa għat-teħid tad-deċiżjoni komprensiva, bi qbil mat-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu. [Em. 26]
2. Ir-responsabbiltàFuq inizjattiva tal-awtorità kompetenti unika msemmija fil-paragrafu 1, ir-responsabbiltajiet, l-obbligi tagħha u/jew il-kompiti relatati magħha, kif imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu , bi qbil mal-Istat Membru, jiġu delegati lil u eżegwiti minn awtorità oħra fil-livell amministrattiv xieraqreġjonali, lokali jitwettqu minnha jew amministrattiv ieħor xieraq, għal kull proġett ta’ interess komuni jew għal kull kategorija ta’ proġetti ta’ interess komuni, bl-eċċezzjoni tat-teħid tad-deċiżjoni komprensiva msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, skont dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 27]
(a) awtorità kompetenti waħda biss tkun responsabbli għal kull proġett ta’ interess komuni; [Em. 28]
(b) l-awtorità kompetenti tkun l-uniku punt ta’ kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċedura li twassal għad-deċiżjoni komprensiva għal proġett speċifiku ta’ interess komuni,; u [Em. 29]
(c) l-awtorità kompetenti tikkoordina t-tressiq tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti kollha. [Em. 30]
L-awtorità kompetenti unika tista’ tibqa’ responsabbli biex tistabbilixxi limiti taż-żmien, mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti skont l-Artikolu 6.
3. L-awtorità kompetenti unika għandha tieħu deċiżjoni komprensiva fil-limiti taż-żmien speċifikati fl-Artikolu 6. Din għandha tagħmel dan wara proċeduri konġunti.
Id-deċiżjoni komprensiva maħruġa mill-awtorità kompetenti unika għandha tkun l-unika deċiżjoni legalment vinkolanti li tirriżulta mill-proċedura statutorja tal-għoti tal-permessi. Mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, meta jkun hemm awtoritajiet oħrajn ikkonċernati mill-proġett, dawn jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom bħala kontribut għall-proċedura, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Din l-opinjoni għandha titqies mill-awtoritàL-awtorità kompetenti unika hija meħtieġa li tqis dawn l-opinjonijiet, b'mod partikolari jekk dawn ikunu jikkonċernaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi 2014/52/UEu 92/43/KEE. [Em. 31]
4. Meta tieħu d-deċiżjoni komprensiva, l-awtorità kompetenti unika għandha tiżgura li jiġu rrispettati r-rekwiżiti rilevanti skont il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni u għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha kif xieraq abbażi tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli. [Em. 32]
5. JekkMeta proġett ta’ interess komuni jkun jeħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet f’żewġ Stati Membri jew aktar, jew fi Stat Membru wieħed jew aktar u f'pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi għandhom jieħdu kull pass meħtieġ għal koperazzjonikooperazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti u effettivi bejniethom, jew jistgħu jistabbilixxu awtorità kompetenti konġunta, mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6, inkarigata mill-faċilitazzjoni tal-proċedura tal-għoti tal-permessi. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-liġijiet tal-Unjoni internazzjonali u internazzjonalital-Unjon applikabbli, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu proċeduri konġunti, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali. [Em. 33]
5a. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari l-Artikolu 6a, l-awtorità kompetenti unika għandha tikkomunika lill-Kummissjoni d-data tal-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi u d-deċiżjoni komprensiva, kif stabbilit fl-Artikolu 6. [Em. 34]
Artikolu 6
It-tul taż-żmien u l-implimentazzjoni tal-proċedura tal-għoti tal-permessi
1. Il-proċedura tal-għoti tal-permessi għandha tkun tikkonsisti fil-fażi ta’ qabel l-applikazzjoni u fil-fażi tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni u t-teħid tad-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti unika.
2. Il-fażi ta’ qabel l-applikazzjoni, li tkopri l-perjodu mill-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi sat-tressiq tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti unika, fil-prinċipju ma għandhiex taqbeż is-sentejnit-18-il xahar. [Em. 35]
3. Biex titnieda proċedura tal-għoti tal-permessi, il-promotur ta’ proġett għandu jinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti unika tal-Istati Membri kkonċernati jew, fejn xieraq, l-awtorità kompetenti konġunta, dwar il-proġett u għandu jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-proġett. Sa mhux aktar tard minn xahrejnxahar wara li tirċievi n-notifika msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti unika għandha tikkonferma dantaċċettaha, jew jekk tqis li l-proġett mhuwiex matur biżżejjed biex jidħol fil-proċedura tal-għoti tal-permessi, din għandha tirrifjuta n-notifika bil-miktub. Jekk l-awtorità kompetenti unika tiddeċiedi li tirrifjuta n-notifika, għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha. Id-data tal-firma tar-rikonoxximent tan-notifika mill-awtorità kompetenti għandha sservi bħala l-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi. Meta jkun hemm żewġ Stati Membri jew aktar ikkonċernati, id-data tal-aċċettazzjoni tal-aħħar notifika mill-awtorità kompetenti kkonċernata għandha sservi bħala d-data tal-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi. [Em. 36]
4. Fi żmien tliet xhurxahrejn mill-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi, l-awtorità kompetenti unika, b’koperazzjonijew fejn xieraq, l-awtorità kompetenti konġunta, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u mal-awtoritajiet l-oħra kkonċernati, u filwaqt li tqis l-informazzjoni mressqa mill-promotur tal-proġett abbażi tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, għandha tistabbilixxi u tikkomunika deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni lill-promotur tal-proġett, li tkun tinkludi: [Em. 37]
(-a) l-awtorità kompetenti, fil-livell amministrattiv xieraq, inkarigata, fil-każ ta' delega mill-awtorità kompetenti unika skont l-Artikolu 5(2); [Em. 38]
(a) l-ambitu materjali u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li jrid iressaq il-promotur tal-proġett, bħala parti mill-fajl tal-applikazzjoni għad-deċiżjoni komprensiva;
(b) skeda tal-proċess tal-għoti tal-permessi li mill-inqas tkun tidentifika dan li ġej:
(i) id-deċiżjonijiet u, il-permessi, l-opinjonijiet u l-valutazzjonijiet li jridu jinkisbu; [Em. 39]
(ii) l-awtoritajiet, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku li aktarx ikunu kkonċernati u/jew konsultati; [Em. 40]
(iii) l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul tagħhom;
(iv) it-tappi ewlenin li jridu jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li trid tittieħed, u l-perjodu ta' żmien globali previst; [Em. 41]
(v) ir-riżorsi ppjanati mill-awtoritajiet u l-ħtiġijiet possibbli ta’ riżorsi addizzjonali.
5. Biex tiżgura li l-fajl tal-applikazzjoni jkun sħiħ u jkollu kwalità xierqa, il-promotur tal-proġett għandu jitlob l-opinjoni tal-awtorità kompetenti unika fuq l-applikazzjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli tul il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni. Il-promotur tal-proġett għandu jikkopera għalkollox mal-awtorità kompetenti unika biex jiġu rispettati l-iskadenzi u d-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni kif definit fil-paragrafu 4.
6. Il-promotur tal-proġett għandu jressaq fajl tal-applikazzjoni abbażi tad-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni fi żmien 2115-il xahar minn meta tasal id-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni. Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, id-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni ma għadhiex meqjusa applikabbli, sakemm l-awtorità kompetenti unika ma tiddeċidix, fuq inizjattiva tagħha stess, li dak il-perjodu jiġi estiż, skontsa massimu ta' sitt xhur, fuq il-bażi ta' talba ġustifikata mill-promotur tal-proġett. [Em. 42]
7. Sa mhux aktar tard xahrejn mid-data tas-sottomissjoni tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf bil-miktub dwar il-kompletezza tal-fajl tal-applikazzjoni u tikkomunikaha lill-promotur tal-proġett. Il-fajl tal-applikazzjoni mressaq mill-promotur tal-proġett għandu jitqies sħiħ, sakemm, fi żmien xahrejn mid-data tas-sottomissjoni, l-awtorità kompetenti ma tagħmilx talba dwar l-informazzjoni nieqsa li jrid iressaq il-promotur tal-proġett. Fejn jidħol l-ambitu materjali u l-livell ta’ dettall, dik it-talba għandha tkun limitata għall-elementi identifikati fid-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni. Kull talba addizzjonali għall-informazzjoni għandha toħroġ biss minn ċirkostanzi ġodda eċċezzjonali u mhux previsti u għandha tiġi ġustifikata kif xieraq mill-awtorità kompetenti unika.
8. L-awtorità kompetenti unika għandha tivvaluta l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni komprensiva u vinkolanti fi żmien senasitt xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni skont il-paragrafu 7, sakemm l-awtorità kompetenti unika ma tiddeċidix, fuq inizjattiva tagħha stess, li tesendi dan il-perjodu sa massimu ta' tliet xhur, jekk kif tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skadenza aktar bikrija, meta xieraq. [Em. 43]
9. Il-limiti taż-żmien fid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mill-atti legali internazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll għall-proċeduri amministrattivi ta’ appell u rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal.
Artikolu 6a
Proċedura tal-għoti tal-permessi u assistenza finanzjarja tal-Unjoni
1. Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, l-istatus tal-proġett għandu jitqies fl-evalwazzjoni tal-proġetti skont il-kriterji ta' maturità għall-għażla tal-proġetti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE).../... [li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa].
2. Id-dewmien li seħħ fir-rigward tal-istadji u l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 għandu jikkostitwixxi raġuni għal reviżjoni tal-istatus tal-proġett u r-reviżjoni tal-assistenza finanzjarja riċevuta mill-Unjoni taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif stabbilit fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE).../... [FNE] u jista' jwassal għal tnaqqis jew kanċellazzjoni tal-assisteneza finanzjarja. [Em. 44]
1. Għall-proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, jew Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jallinjaw l-iskedi tagħhom u jaqblu fuq skeda konġunta. [Em. 45]
1a. F'każijiet bħal dawn, sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura tal-għoti tal-permessi, l-awtoritajiet kompetenti uniċi minn żewġ Stati Membri jew aktar jew minn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar jistgħu, bi qbil reċiproku, jistabbilixxu awtorità kompetenti konġunta, kif previst fl-Artikolu 5(5). [Em. 46]
2. Il-Koordinatur Ewropew imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 għandu jingħata s-setgħa li jsegwi mill-qrib il-proċedura tal-għoti tal-permessi għall-proġetti transfruntieri ta’ interess komuni, kif ukoll li jiffaċilita l-kuntatti u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti involuti, jew jekk ikun il-każ, mal-awtorità kompetenti konġunta.[Em. 47]
3. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jiġu rrispettati l-limiti taż-żmien skont dan ir-Regolament, jekk il-limitu taż-żmien għad-deċiżjoni komprensiva ma jiġix osservat, l-awtorità kompetenti unika għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u, jekk ikun meħtieġ, lill-Koordinatur Ewropew ikkonċernat dwar il-miżuri meħuda jew li jridu jittieħdu biex tiġi konkluża l-proċedura tal-għoti tal-permessi bl-inqas dewmien possibbli. Il-Kummissjoni u, jekk ikun meħtieġ, il-Koordinatur Ewropew jista' jitlob lill-awtorità kompetenti unika biex tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub. [Em. 48]
KAPITOLU III
L-AKKWIST PUBBLIKU
Artikolu 8
L-akkwist pubbliku fil-proġetti transfruntieri ta’ interess komuni
1. L-akkwist pubbliku fi proġetti transfruntieri ta’ interess komuni għandu jitmexxa skont it-Trattat u d-Direttivi 2014/25/UE u/jew 2014/24/UE.
2. Jekk il-proċeduri tal-akkwist jitwettqu minn entità konġunta mwaqqfa mill-Istati Membri parteċipanti, dik l-entità għandha tapplika d-dispożizzjonijietkif ukoll il-kumpaniji sussidjarji tagħha jekk ikun meħtieġ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ wieħed minn dawk l-Istati Membri u, b’deroga minn dawn id-Direttivi, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu d-dispożizzjonijiet stabbiliti skont il-punt (a) tal-Artikolu 57(5) tad-Direttiva 2014/25/UE jew il-punt (a) tal-Artikolu 39(5) tad-Direttiva 2014/24/UE, kif applikabbli, sakemm ma jkunx hemm ftehim bejn l-Istati Membri parteċipanti li jipprovdi mod ieħor. F’kull każ, dan il-ftehim għandu jipprevedi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali unika fil-każ tal-proċedurigħall-proċeduri tal-akkwist imwettqa minn entità konġunta, u jekk ikun meħtieġ il-kumpaniji sussidjarji tagħha, għat-totalità tal-proġett. [Em. 49]
KAPITOLU IV
L-ASSISTENZA TEKNIKA
Artikolu 9
Assistenza teknika
B’talbaFuq talba mill-promotur tal-proġett jew minn Stat Membru, skont il-programmi rilevanti ta’ finanzjament tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali, l-Unjoni għandha tagħmel disponibbli assistenza teknika, konsulenza u assistenza finanzjarja biex jiġi implimentat dan ir-Regolament u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni f'kull stadju tal-proċess. [Em. 50]
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet transizzjonali
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-proċeduri amministrattivi li nbdew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikoli 4, 5, 6 u 7 għandhom japplikaw fi Stat Membru partikolari mid-data li fiha l-awtorità kompetenti unika tkun inħatret minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 5(1).
Il-Kummissjoni se tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali avviż meta dawk id-dispożizzjonijiet isiru applikabbli fi Stat Membru. [Em. 51]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/42/UE tal-11 ta’ April 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-flutriafol bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 42).
Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).