Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0813(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0065/2019

Testi mressqa :

A8-0065/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2019 - 10.5

Testi adottati :

P8_TA(2019)0119

Testi adottati
PDF 119kWORD 42k
Il-Ħamis, 14 ta' Frar 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
Abbozz ta’ Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn Eurojust u l-Georgia *
P8_TA(2019)0119A8-0065/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn Eurojust u l-Georgia (13483/2018 – C8-0484/2018 – 2018/0813(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13483/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0484/2018),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26a(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0065/2019),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza