Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0128(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0199/2018

Testi mressqa :

A8-0199/2018

Dibattiti :

PV 13/02/2019 - 22
CRE 13/02/2019 - 22

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2019 - 10.8
CRE 14/02/2019 - 10.8

Testi adottati :

P8_TA(2019)0122

Testi adottati
PDF 131kWORD 52k
Il-Ħamis, 14 ta' Frar 2019 - Strasburgu
L-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni ***I
P8_TA(2019)0122A8-0199/2018
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni) (COM(2017)0280 – C8-0173/2017 – 2017/0128(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0280),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0173/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tat-28 ta’ Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0199/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 81, 2.3.2018, p. 181.
(2) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni)
P8_TC1-COD(2017)0128

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/520.)

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza