Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (COM(2017)0647 – C8-0396/2017 – 2017/0288(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0647),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0396/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Irlandiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018(1),
– wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0032/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) uriet li l-operaturixioperaturi fis-swieq nazzjonali qed iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli mhux iġġustifikati biex jiżviluppaw it-trasport interurban tal-kowċ għall-benefiċċju tal-passiġġieri. Barra minn hekk, is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq ma mxewx paripassu mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini li dejjem qed jevolvu, fejn jidħlu d-disponibbiltà u l-kwalità, u l-modi tat-trasport sostenibbli għad għandhom sehem modali żgħir. Minħabba f’hekk, ċerti gruppi ta’ ċittadini qed ikunu żvantaġġati fejn tidħol id-disponibbiltà tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, filwaqt li qed jiġru aktar inċidenti tat-traffiku u qed jiżdiedu l-emissjonijietu l-konġestjonijiet, il-konġestjonijiet u ż-żieda fl-ispejjeż tal-infrastruttura għax qed jiżdiedu l-karozzi fit-toroq. [Em. 1]
(2) Biex ikun żgurat qafas koerenti għat-trasport interurban tal-passiġġieri b’servizz regolari tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank madwar l-Unjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jenħtieġ japplika għal kull trasport interurban li jsir bis-servizzi regolari. Għalhekk jenħtieġ jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, iżda jenħtieġ li ma jiġix applikat għaċ-ċentri urbani jew suburbani jew konurbazzjonijiet, u jenħtieġ ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5). [Em. 2]
(3) F’kull Stat Membru jenħtieġKull Stat Membru jinħatarjaħtar korp regolatorju indipendenti u imparzjali, bil-kompitu li joħroġ opinjonijiet vinkolanti, biex jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Dan il-korp jista’ jkun responsabbli wkoll għal setturi regolati oħrajn fosthom is-settur ferrovjarju, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni. [Em. 3]
(4) Jenħtieġ li l-operazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi regolari ma jkunux jikkompromettu l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti eżistenti tas-servizz pubbliku jew mogħtija, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Għaldaqstant, il-korp regolatorju jenħtieġ ikun jista’ jwettaq analiżi ekonomika oġġettiva u jenħtieġ li jkollu l-awtorità, fejn xieraq, li jipproponi l-miżuri neċessarji biex jiżgura li dan ikun il-każ. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet kummerċjali ta' servizz regolari ma jikkompetux mal-fornituri tat-trasport li jkunu ngħataw drittijiet esklużivi biex jipprovdu ċerti servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri minflok it-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku. [Em. 4]
(5) Is-servizzi regolari fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jenħtieġ ikunu bil-kundizzjoni li tkun inkisbet liċenzja tal-Komunità, u jenħtieġ li jintuża takografu intelliġenti f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill(6). Jenħtieġ jiġu ċċarati r-regoli dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-Komunità ħalli l-awtoritajiet tal-infurzar isibuha faċli jwettqu kontrolli effettivi ta’ dawk is-servizzi u jenħtieġ li jiġi żviluppat il-modulu tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) biex jintbagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonar u l-applikazzjonijiet elettroniċi, biex b'hekk l-ispetturi li jkunu qed iwettqu l-kontrolli mal-ġenb tat-triq ikun jista' jkollhom aċċess dirett f'ħin reali għad-data u l-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) u fl’IMI, u dan bil-għan li jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet soċjali jiġu tassew imħallsa għax-xufiera tax-xarabank stazzjonati. [Em. 5]
(6) L-operaturi tas-servizzi regolari jenħtieġ jingħataw drittijiet tal-aċċess għal vendi fl-Unjoni b’mod ġust, ekwu, mhux diskriminatorju u trasparenti ħalli tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. It-tħaddim ta' venda għandu jkun approvat minn awtorità nazzjonali, li għandha tivverifika liema rekwiżiti huma meħtieġa u liema għandhom jiġu ssodisfati. L-appelli kontra xi deċiżjonijiet li jirrifjutaw jew jillimitaw l-aċċess jenħtieġ jitressqu quddiem il-korp regolatorju. L-Istati Membri jistgħu jeskludu vendi li huma proprjetà tal-operatur tal-vendi u jintużaw biss minnu għas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq li jipprovdi hu stess. [Em. 6]
(7) Filwaqt li tinżamm l-awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari, jenħtieġ jiġu adattati ċerti regoli b’rabta mal-proċedura tal-awtorizzazzjoni.
(8) Għas-servizzi regolari nazzjonali kif ukoll internazzjonali, l-awtorizzazzjoni jenħtieġ tkun soġġetta għal proċedura tal-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni jenħtieġ tingħata, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċifiċi għal rifjut marbuta mal-applikant, jew sakemm is-servizz ma jkunx jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku. Jenħtieġ jiddaħħal limitu tad-distanza, determinat mill-Istati Membri, li fl-ebda każ m'għandu jaqbeż distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru, biex ikun żgurat li l-operazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi regolari ma jkunux jikkompromettu l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti eżistenti tas-servizz pubbliku. Jekk xi rotot ikunu diġà moqdija b’aktar minn kuntratt tas-servizz pubbliku wieħed, jenħtieġ ikun possibbli li dan il-limitu jiżdied. [Em. 7]
(9) It-trasportaturi mhux residenti jenħtieġ jitħallew joperaw servizzi regolari nazzjonali bl-istess kundizzjonijiet bħat-trasportaturi residenti, dment li dawn ikunu kkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali. [Em. 8]
(10) Il-formalitajiet amministrattivi jenħtieġ jitnaqqsu kemm jista’ jkunmeta possibbli mingħajr ma jkunu abbandunati l-kontrolli u l-penali li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u l-infurzar effettiv tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. Il-formola tal-vjaġġ toħloq piż amministrattiv bla bżonn u għalhekk jenħtieġ titneħħa. [Em. 9]
(11) L-eskursjonijiet lokali huma operazzjoni ta’ kabotaġġ awtorizzati u jkopruhom ir-regoli ġenerali dwar il-kabotaġġ. Għalhekk jenħtieġ jitħassar l-Artikolu dwar l-eskursjonijiet lokali. [Em. 10]
(12) Minħabba l-importanza ta’ infurzar effettiv tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, ir-regoli dwar l-ispezzjonijiet fit-triq u fl-impriżi jenħtieġ jiġu emendati biex jinkludu l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ.
(13) Sa fejn dan ir-Regolament jarmonizza r-regoli fis-swieq nazzjonali tas-servizzi regolari tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank u l-aċċess għall-vendi, l-għanijiet tiegħu, jiġifieri l-promozzjoni tal-mobbiltà interurbana u ż-żieda fis-sehem modali tal-modi tat-trasport sostenibbli tal-passiġġieri, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-UE tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa.
(14) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tingħata lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, u biex tissupplimenta dak ir-Regolament b’regoli li jikkonċernaw il-format taċ-ċertifikati għal operazzjonijiet tat-trasport għall-kont proprju, il-format tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet innifishom, il-proċedura u l-kriterji li jridu jitħaddmu biex jinstab jekk is-servizz propost ikunx jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku, u l-obbligi tar-rappurtar tal-Istati Membri. Hu importanti b’mod partikolari li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(7). B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt mal-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikollhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 11]
(15) Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jenħtieġ jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 hu emendat kif ġej:
(1) fl-Artikolu 1, il-paragarafu 4 jinbidel b’dan li ġej:"
“4. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi nazzjonali interurbani tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew kumpens minn trasportatur mhux residenti kif previst fil-Kapitolu V, u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.”; [Em. 12]
"
(2) l-Artikolu 2 hu emendat kif ġej:
(a) il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:"
“2. “servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu l-ġarr ta’ passiġġieri f’intervalli speċifikati matul rotot speċifikati, b’punti ta’ waqfien intermedjarji jew inkella li jrikkbu u jniżżlu l-passiġġieri f’punti ta’ waqfien predeterminati;”;
"
(b) il-punt 7 jinbidel b’dan li ġej:"
“7. “operazzjoni ta’ kabotaġġ” tfisser servizz nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew kumpens fi Stat Membru ospitanti;”; [Em. 83]
"
(c) jiżdiedu il-punti 9 sa 11b li ġejjin:"
“9. “venda” tfisser faċilità b’superfiċje minima ta’ 600 m2,awtorizzata li tipprovdi post ta’ parkeġġ għall-kowċijiet u x-xarabank biex irikkbu u jniżżluiniżżlu jew irikkbu l-passiġġieri. [Em. 13]
10. “operatur tal-venda” tfisser kull entità fi Stat Membru responsabbli biex tagħti aċċess għal għall-ġestjoni ta' venda, li tissodisfa r-rekwiżiti ta' kompetenza professjonali u kapaċità finanzjarja.; [Em. 14]
11. “alternattiva vijabbli” tfisser venda oħra li tkun aċċettabbli ekonomikament għat-trasportatur u tipprovdi infrastruttura u konnettività komparabbli mal-venda li oriġinarjament saret applikazzjoni għaliha, tippermetti lill-passiġġieri jkollhom aċċess għal forom oħra ta' trasport u li tippermettilu jopera s-servizz tal-passiġġieri kkonċernat b'mod simili għall-venda li oriġinarjament saret applikazzjoni għaliha.”; [Em. 15]
11a. "kuntratt għal servizz pubbliku" tfisser att wieħed jew iktar li jorbtu legalment li jikkonfermaw il-ftehim bejn awtorità kompetenti u operatur ta' servizz pubbliku biex jafdaw lil dak l-operatur ta' servizz pubbliku bil-ġestjoni u l-operat ta' servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri soġġetti għall-obbligi ta' servizz pubbliku; skont il-liġi tal-Istat Membru, il-kuntratt jista' jikkonsisti wkoll f'deċiżjoni adottata mill-awtorità kompetenti li tieħu l-forma ta' att leġiżlattiv jew regolatorju individwali, jew li fiha kondizzjonijiet li taħthom l-awtorità kompetenti nnifisha tipprovdi s-servizzi jew tafda l-forniment ta' dawn is-servizzi lil operatur intern; [Em. 16]
11b. "rotta alternattiva" tfisser rotta bejn l-istess punt tat-tluq u destinazzjoni meħuda minn servizz regolari eżistenti li tista' tintuża minflok ir-rotta tas-soltu. [Em. 17]
"
(3) qabel il-Kapitlu II, jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:"
“Artikolu 3a
Il-korp regolatorju
1. KullL-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru għandu jaħtar korp regolatorju nazzjonali unikupubbliku għas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Dan il-korp għandu jkun awtorità imparzjali li, mil-lat organizzattiv, funzjonali, ġerarkiku u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, tkun distinta legalment, trasparenti u indipendenti minn kull entità pubblika jew privata oħra. Dan għandu jkun indipendenti minn kull awtorità kompetenti involuta fl-għoti ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku. [Em. 18]
Il-korp regolatorju jista’ jkun korp eżistenti responsabbli għal setturiservizzi regolati oħra. [Em. 19]
2. Il-korp regolatorju għas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa mil-lat ta’ riżorsi umani, finanzjarji u riżorsi oħrajn biex iwettaq dmirijietu, b’mod li għandha tkun proporzjonata mal-importanza ta’ dak is-settur fl-Istat Membru kkonċernat. [Em. 20]
2a. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq domestiku għal servizzi regolari ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq, bil-ħsieb li jipprevjeni d-diskriminazzjoni jew l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti fis-suq, fosthom permezz tas-sottokuntrattar; L-opinjonijiet tiegħu għandhom ikunu vinkolanti. [Em. 21]
3. Il-korp regolatorju għandu jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin:
(a)
jagħmel analiżijiet ekonomiċi dwar jekk xi servizz ġdid propost ikunx qed jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku;
(a)
jiġbor u jipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-vendi; ubil-għan li jiżgura li l-aċċess għall-vendi għall-operaturi tas-servizzi jkun iggarantit taħt kundizzjonijiet ġusti, ekwi, trasparenti u mhux diskriminatorji; [Em. 22]
(b)
jiddeċiedi dwar l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-operaturi tal-vendi; kif ukoll [Em. 23]
(ca)
joħloq reġistru elettroniku aċċessibbli għall-pubbliku, li jelenka s-servizzi regolari nazzjonali u internazzjonali awtorizzati kollha. [Em. 24]
4. Waqt il-qadi ta’ dmirijietu, il-korp regolatorju jista’ jitlob informazzjoni rilevanti mingħand l-awtoritajietawtoritajiet kompetenti oħrajn, l-operaturi tal-vendi, l-applikanti għall-awtorizzazzjoni u xi parti terza fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 25]
L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-korp regolatorju u mhux itwal minnli m'għandux ikun itwal minn xahar. F’każijiet debitament ġustifikati, il-korp regolatorju jista’ jestendi l-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-informazzjoni sa mhux aktar minn ġimagħtejn. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza t-talbiet għall-informazzjoni permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. [Em. 26]
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju jkunu soġġetti għal analiżi ġudizzjarja immedjata. Dik l-analiżi jaf tħalli effett sospensiv biss meta l-effett immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għall-appellant. Din id-dispożizzjoni hi mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħtija lilha mil-liġi kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 27]
6. Id-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju għandhom isiru pubbliċi fi żmien ġimagħtejn mill-adozzjoni tagħhom.”; [Em. 28]
"
(4) l-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"
“1. It-trasport internazzjonali tal-passiġġieri u l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ bil-kowċ u x-xarabank għandhom isiru jekk tkun inkisbet liċenzja Komunitarja mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment.”;
"
(b) fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex temenda l-Annessi I u II ħalli jkunu adattati għall-progress tekniku.”;
(b) fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format taċ-ċertifikati.”;
"
(6) jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:"
“Artikolu 5a
L-aċċess għall-vendi
1. L-operaturi tal-vendi għandhom jagħtu d-dritt tal-aċċess għall-vendi lit-trasportaturi biex joperaw is-servizzi regolari inkluż għal kull faċilità jew servizz pprovduti f’dik il-venda b’kundizzjonijiet ġusti, ekwi, mhux diskriminatorji u trasparenti.
1a. Meta l-operaturi tal-venda jagħtu aċċess, l-operaturi tax-xarabank u l-kowċ għandhom jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tal-venda. [Em. 29]
2. L-operaturi tal-vendi għandhom jagħmlu ħilithom biex jilqgħu t-talbiet kollha għall-aċċess biex jiżguraw l-aqwa użu tal-vendi.
It-talbiet għall-aċċess għall-vendi jistgħu jiġu rifjutati biss meta jkun hemm bażi debitament ġustifikata ta’ kunsiderazzjonijiet ta' nuqqas ta’ kapaċità, nuqqas ripetut ta' pagament tat-tariffi, ksur serju u ripetut debitament iddokumentat min-naħa tal-operatur tat-trasport bit-triq, jew dispożizzjonijiet nazzjonali oħra, dment li dawn ikunu applikati b'mod konsistenti u ma jiddiskriminawx la fil-konfront ta' trasporti partikolari li jfittxu aċċess għal venda, u la fil-konfront tal-mudelli ta' negozju assoċjati tagħhom. Jekk talba tiġi miċħuda, l-operatur tal-vendi għandu jikkomunika wkoll id-deċiżjoni tiegħu lill-awtorità regolatorja.. [Em. 30]
Meta operatur ta’ venda jirrifjuta talba għall-aċċess, dan għanduhuwa mħeġġeġ jindika kwalunkwel-aqwa alternattiva vijabbli li hu konxju minnha. [Em. 31]
3. L-operaturi tal-vendi għandhom għall-inqas jippubblikaw din l-informazzjoni li ġejja b’żewġ lingwi uffiċjali jew aktarfil-lingwi nazzjonali rispettivi u fl-lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni: [Em. 32]
(a)
lista tas-servizzi kollha pprovduti, u l-prezzijiet ta’ dawk is-servizzi;
(aa)
lista tal-infrastruttura eżistenti kollha u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha tal-venda; [Em. 33]
(b)
ir-regoli dwar l-iskedar tal-allokazzjoni tal-kapaċità;
(c)
l-iskeda u l-allokazzjoni tal-kapaċità attwali.
Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas b’format elettroniku mill-operatur tal-venda u mill-korp regolatorju meta jintalbu, u fuq is-siti web tagħhom, jekk ikollhom.
L-informazzjoni għandha tinżamm aġġornata u tiġi emendata kif meħtieġ.”;
3a. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu vendi li huma proprjetà tal-operatur tal-vendi u jintużaw biss minnu għas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq li jipprovdi hu stess. Meta jikkunsidraw applikazzjoni għal esklużjoni, il-korpi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-disponibbiltà ta' alternattivi vijabbli."; [Em. 34]
"
(7) jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:"
“Artikolu 5b
Il-proċedura għall-għoti tal-aċċess għall-vendi
1. Trasportatur li qed jitlob aċċess għal venda għandu jressaq applikazzjoni lill-operatur tal-venda.
2. Jekk ma jkunx jista’ jingħata aċċess, kif mitlub fl-applikazzjoni, l-operatur tal-venda għandu jibda konsultazzjonijiet mat-trasportaturi interessati kollha bl-għan li jilqa’ l-applikazzjoni. [Em. 35]
3. L-operatur tal-venda għandu jieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni tal-aċċess għal venda fi żmien xahrejnmingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. Id-deċiżjonijiet dwarMeta l-aċċess għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhomjiġi rrifjutat, l-operatur tal-vendigħandujiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu. [Em. 36]
4. L-applikanti jistgħu jappellaw kontra d-deċiżjonijiet tal-operaturi tal-vendi. L-appelli għandhom jitressqu quddiem il-korp regolatorju.
5. Meta l-korp regolatorju jisma’ appell kontra deċiżjoni ta’ operatur ta’ venda, dan għandu jadotta deċiżjoni motivata fi żmien stabbilit u, fi kwalunkwe każ, fi żmien tliet ġimgħat minn meta tkun waslet l-informazzjoni rilevanti kollha.
Id-deċiżjoni tal-korp regolatorju dwar l-appell għandha tkun vinkolanti, u soġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforzaha permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. [Em. 37]
Id-Deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal analiżi ġudizzjarja biss.”;
"
(8) l-Artikolu 6 hu emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tinbidel b’dan li ġej:"
“L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f’isem it-trasportatur b’format stampat jew elettroniku u ma għandhomx ikunu trasferibbli.”;
"
(b) il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:"
“4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format tal-awtorizzazzjonijiet.”;
"
(9) l-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:
(a) il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:"
“1. L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandhom jitressqu lill-awtorità awtorizzanti b’format stampat jew elettroniku.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format tal-applikazzjonijiet.”;
"
(10) l-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:"
“Artikolu 8
Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fuq distanza inqas minn 100 km f’linja dritta mhux aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru [Em. 38]
1. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu u jiġu ttrasportati għal distanzi inqas minn 100 km f’linja drittadefiniti minn kull Stat Membru, ta' mhux aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ dokumenti rilevanti oħrajn, fi żmien ġimagħtejn minn meta dawn l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-applikazzjoni b’talba għall-qbil tagħhom. Fl-istess ħin, l-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat dawn id-dokumenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li t-territorji tagħhom jiġu traversati, għall-finijiet ta’ informazzjoni. [Em. 39]
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jintalab il-qbil tagħhom, għandhom jgħarrfu lill-awtorità awtorizzanti bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur xahrejn. Dan il-limitu taż-żmien għandu jiġi kkalkulat mid-data meta tkun waslet it-talba għal qbil kif turi l-irċevuta. Jekk ma jkunx hemm qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkun intalab il-qbil tagħhom, dawn għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. [Em. 40]
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkun intalab il-qbil tagħhom ma jweġbux fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu, dawn għandhom jitqiesu li jaqblu.
3. L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien erba’tliet xhur mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. [Em. 41]
4. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet oġġettivi marbuta mal-interess pubbliku elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 42]
4a. F'każ li servizz internazzjonali regolari bix-xarabank u bil-kowċ jikkomprometti l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt tas-servizz pubbliku, minħabba raġunijiet eċċezzjonali li ma setgħux jiġu previsti fiż-żmien meta ngħatat l-awtorizzazzjoni u li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tas-sid tal-kuntratt ta' servizz pubbliku, l-Istat Membru jista', bi qbil mal-Kummissjoni, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni għall-għoti tas-servizz, wara li jkun ta avviż minn sitt xhur qabel lit-trasportatur. It-trasportatur għandu jkun jista' jappella tali deċiżjoni. [Em. 43]
5. Jekk waħda mill-awtoritajiet kompetenti ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn minn meta tkun waslet it-tweġiba tagħha.
6. Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma qablux, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba’ xhurmhux aktar tard minn xahrejn minn meta tkun waslet il-komunikazzjoni mingħand l-awtorità awtorizzanti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara n-notifika tagħha lill-Istatilill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. [Em. 44]
7. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika sakemm l-Istati Membri jaqblu u l-awtorità awtorizzanti tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.”;
"
(11) jiddaħħlu dawn l-Artikoli li ġejjin:"
“Artikolu 8a
Il-proċedura tal-awtorizzazzjoniIl-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fuq distanza ta’ 100 km jew iżjed f’linja drittaaktar minndistanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru [Em. 45]
1. L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmienmingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. [Em. 46]
2. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (c)(ca) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 47]
3. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fit-territorju tagħhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu,jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ dokumenti rilevanti oħrajn, u l-valutazzjoni tagħha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tasal l-applikazzjoni, b'talba biex jesprimu l-qbil tagħhom. L-awtorità awtorizzanti għandha wkoll tibgħat id-dokumenti rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr passiġġieri jitilgħu jew jinżlu għall-finijiet ta’ informazzjoni. [Em. 48]
3a. Jekk waħda mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jitilgħu jew jinżlu ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni għal waħda mir-raġunijiet stipulati fil-paragrafu 2, l-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata, iżda l-kwistjoni tista' tiġi riferuta lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tasal it-tweġiba tagħha. [Em. 49]
3b. Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma qablux, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba' xhur minn meta tkun waslet il-komunikazzjoni mingħand l-awtorità awtorizzanti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara n-notifika tagħha lill-Istati Membri kkonċernati. [Em. 50]
3c. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika sakemm l-Istati Membri jaqblu u l-awtorità awtorizzanti tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni. [Em. 51]
Artikolu 8b
Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari nazzjonali
1. L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmienmhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. Dan jista’ jiġi estiż għal erba’tliet xhur meta tintalab analiżi skont il-punt (d) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 52]
2. L-awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari nazzjonali għandhom jingħataw għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (c)(ca) tal-Artikolu 8c(2) u, jekk is-servizz hu l-ġarr tal-passiġġieri għal distanzi sa, iżda mhux aktarinqas minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru100 km f’linja dritta, fil-punt (d) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 53]
3. Id-distanza msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tiżdied għal 120 km jekk is-servizz regolari li se jiddaħħal ikun jaqdi punt tat-tluq u destinazzjoni li diġà huma moqdija b’aktar minn kuntratt tas-servizz pubbliku wieħed. [Em. 54]
Artikolu 8c
Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti
1. Bil-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8, 8a jew 8b, l-awtorità awtorizzanti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni, tagħti l-awtorizzazzjoni b’limitazzjonijiet jew tirrifjuta l-applikazzjoni. L-awtorità awtorizzanti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti kollha msemmija fl-Artikolu 8(1) bid-deċiżjoni tagħha.
2. Id-deċiżjonijiet li applikazzjoni ġiet rifjutata jew, li ngħatat awtorizzazzjoni b’limitazzjonijiet, jew li awtorizzazzjoni ġiet sospiża jew rtirata għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom u, fejn applikabbli, jieħdu kont tal-analiżi tal-korp regolatorju. L-applikant jew it-trasportatur li jopera s-servizz ikkonċernat għandu jkollhom il-possibilità li jappellaw id-deċiżjonijiet tal-awtorità awtorizzanti.. [Em. 55]
L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikatL-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tista' tiġi rrifjutata biss minħabba xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:
(a)
jekk l-applikant ma jkunx kapaċi jipprovdi s-servizz li hu s-suġġett tal-applikazzjoni bl-apparat disponibbli direttament għalih.
(b)
jekk l-applikant ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew internazzjonali dwar it-trasport bit-triq u b’mod partikolari mal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti relatati mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, jew ikun wettaq xi ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, nazzjonali jew, fejn xieraq, reġjonali dwar it-trasport bit-triq, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi ugħar-rekwiżiti tekniċi u l-istandards tal-emissjonijiet kif ukoll għall-perjodi tas-sewqan u l-mistrieħ tax-xufiera; [Em. 57]
(c)
jekk fil-każ ta’ applikazzjoni għal tiġdid ta’ awtorizzazzjoni ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni;
(ca)
l-applikant talab awtorizzazzjoni għal servizz regolari biex jopera fuq l-istess rotta jew rotta alternattiva, meta awtorità kompetenti tkun tat lil operatur ta' servizz pubbliku d-dritt esklużiv li jipprovdi ċerti servizzi ta' trasport pubbliku tal-passiġġieri minflok it-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Din ir-raġuni għal rifjut hija mingħajr preġudizzju għall-punt (1a) tal-Artikolu 8d) ta' dan ir-Regolament; [Em. 58]
(d)
jekk b’analiżi ekonomika oġġettiva, il-korp regolatorju jistabbilixxi li s-servizz ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku. Dik l-analiżi għandha tivvaluta l-karatteristiċi strutturali u ġeografiċi rilevanti tas-suq u n-netwerk konċernat (id-daqs, il-karatteristiċi tad-domanda, il-kumplessità tan-netwerk, l-iżolament tekniku u ġeografiku, u s-servizzi koperti mill-kuntratt), u għandu jitqies ukoll jekk is-servizz il-ġdid iwassalx għal servizzi ta' kwalità aħjar jew għal aktar valur għall-flus. [Em. 59]
L-awtoritajiet awtorizzanti ma għandhomx jirrifjutaw applikazzjoni sempliċiment għax it-trasportatur li jitlob awtorizzazzjoni ikun qed joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportaturi bit-triq oħrajnjew għax, sakemm l-awtorità regolatorja jew korpi nazzjonali rilevanti oħra ma jistabbilixxux li l-applikant li jixtieq jidħol fis-suq qed jippjana li joffri servizzi b'valur inferjuri għal dak li normalment jinvolvu għal perjodu ta' żmien estiż, u b'hekk, x'aktarx ixekkel il-kompetizzjoni ġusta. L-awtoritajiet awtorizzanti m'għandhomx jirrifjutaw applikazzjoni esklużivament minħabba ir-rotta inkwistjoni tkun diġà qed issir minn trasportaturi bit-triq oħrajn. [Em. 60]
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk id-deċiżjonijiet tal-awtorità awtorizzanti jkunu soġġetti għal analiżi ġudizzjarja. Dik l-analiżi jaf tħalli effett sospensiv biss meta l-effett immedjat tad-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzanti jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għall-appellant. Din id-dispożizzjoni hi mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħtija lilha mil-liġi kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 8d
Restrizzjonijiet fuq id-dritt tal-aċċess
1. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt tal-aċċess għas-suq nazzjonali u internazzjonali għas-servizzi regolari tax-xarabank u l-kowċ jekk is-servizz regolat propost ikun jittrasporta passiġġieri għal distanzi inqas minngħal mhux iktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 km f’linja dritta u jekk is-servizz ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku, jew għal kwalunkwe distanza jekk iseħħ f'ċentru urban jew suburban jew f'konurbazzjoni, jew jekk jissodisfa l-ħtiġijiet tat-trasport bejnu u bejn iż-żoni tal-madwar, jew jekk l-applikant ma jkunx ikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali. [Em. 61]
1a. Meta awtorità kompetenti tkun tat drittijiet esklużivi lil impriża li twettaq servizz pubbliku skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-protezzjoni tad-drittijiet esklużivi għandha tkun relatata biss mal-operazzjoni tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri li jaqdu l-istess rotot jew rotot alternattivi. Dik l-għotja ta' drittijiet esklużivi m'għandhiex tipprekludi l-awtorizzazzjoni ta' servizzi regolari ġodda meta dawk is-servizzi ma jkunux qed jikkompetu mas-servizz ipprovdut fil-kuntratt ta' servizz pubbliku, jew joperaw fuq rotot oħrajn. [Em. 62]
2. L-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw kuntratt tas-servizz pubbliku jew l-operaturi tas-servizz pubbliku li jkunu qed iwettqu l-kuntratt tas-servizz pubbliku jistgħu jitolbu lill-korp regolatorju biex iwettaq analiżi dwar jekk ikunx kompromess il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt tas-servizz pubbliku.
Il-korpMeta tasal tali talba, il-korp regolatorju għandu jeżamina t-talba u jista' jiddeċiedi jekk għandhiex issir l-analiżi ekonomika. f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 8c(2) sakemm ma jkunx hemm raġunijiet prattiċi eċċezzjonali jew raġunijiet oħra li jiġġustifikaw deċiżjoni biex tali analiżi ma ssirx. Dan għandu jinforma lill-partijiet interessati bid-deċiżjoni tiegħu. [Em. 63]
3. Meta l-korp regolatorju jagħmel analiżi ekonomika, dan għandu jinforma lill-partijiet interessati kollha bir-riżultati ta’ dik l-analiżi u bil-konklużjonijiet tiegħu fi żmien sitt ġimgħatmill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta tkun waslet l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-korp regolatorju jista’ jikkonkludi li l-awtorizzazzjoni għandha tingħata, għandha tingħata b’xi kundizzjonijiet, jew għandha tiġi rifjutata. [Em. 64]
Il-konklużjonijiet tal-korp regolatorju għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet awtorizzanti.
4. L-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tas-servizz pubbliku għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-korp regolatorju għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-proċedura u l-kriterji li għandhom jitħaddmu għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b'mod partikolari meta twettaq l-analiżi ekonomika.”; [Em. 65]
5a. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jilliberalizzaw is-sistema ta' awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari nazzjonali fir-rigward tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u l-limiti ta' kilometri. [Em. 66]
"
(12) fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:"
“L-Artikoli 8, 8a, 8b u 8c għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għal tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet jew għal tibdil fil-kundizzjonijiet li skonthom għandhom jiġu operati s-servizzi soġġetti għal awtorizzazzjoni.”;
"
(13) it-titolu tal-Kapitolu IV jinbidel b’dan li ġej:"
“IS-SERVIZZI REGOLARI SPEĊJALI LI HUMA EŻENTATI MILL-AWTORIZZAZZJONI”
"
(13a) Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:"
"3a. Stat Membru jista' jiddeċiedi li jitlob lil trasportatur mhux residenti jissodisfa l-kundizzjonijiet b'rabta mar-rekwiżit tal-istabbiliment, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, fl-Istat Membru ospitanti wara li tingħata awtorizzazzjoni għal servizz regolari nazzjonali lil dan it-trasportatur u qabel it-trasportatur jibda jopera s-servizz rilevanti. Tali deċiżjonijiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati; Id-deċiżjoni għandha tqis id-dimensjoni u t-tul ta' żmien tal-attività tat-trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti. Jekk l-Istat Membru ospitanti jistabbilixxi li t-trasportatur mhux residenti ma jissodisfax ir-rekwiżit ta' stabbiliment, dan jista' jirtira l-awtorizzazzjonijiet rilevanti mogħtija lilu għal servizzi regolari nazzjonali jew jissospendihom sakemm jiġi ssodisfat ir-rekwiżit."
______________________
*Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).”; [Em. 67]
"
(14) fl-Artikolu 12, jitħassru l-paragrafi 1 sa 5;
(15) jitħassar l-Artikolu 13; [Em. 68]
(16) l-Artikolu 15 jinbidel b’dan li ġej:"
“Artikolu 15
L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ awtorizzati
L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għandhom jiġu awtorizzati għal dawn is-servizzi:
(a)
is-servizzi regolari speċjali mwettqa b’mod temporanju, diment li jkunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur;
is-servizzi regolari mwettqa skont dan ir-Regolament minn trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti fil-kors ta' kull servizz internazzjonali regolari b'konformità ma' dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tas-servizzi tat-trasport li jaqdu l-ħtiġijiet taċ-ċentru urban jew konurban, jew ħtiġijiet tat-trasport ta' dawn tal-aħħar u l-inħawi tal-madwar. L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ m'għandhomx isiru indipendentement minn dak is-servizz internazzjonali.”; [Em. 70]
"
(16a) fl-Artikolu 16(1), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"
"1. It-twettiq tal-operazzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom ikunu soġġetti, kemm-il darba ma jkunx provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
______________
* Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).”; [Em. 72]
"
(17) jitħassar l-Artikolu 17; [Em. 73]
(17a) l-Artikolu 17 jinbidel b'dan li ġej:"
"Artikolu 17
Dokumenti ta' kontroll għall-operazzjonijiet ta' kabotaġġ
1. L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali għandhom jitwettqu taħt ilkoperturail-kopertura ta' formola tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 12bil-miktub jew f'format diġitali, li għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata fuq talba ta' kwalunkwe uffiċjalspettur awtorizzat li jispezzjona.
2. L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-formola tal-vjaġġ:
(a)
il-punti tat-tluq u l-wasla tas-servizz;
(b)
id-data tat-tluq u d-data li fiha jintemm is-servizz.
3. Il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu provduti f'kotba kif imsemmi fl-Artikolu 12 ċertifikati minn awtorità jew il-korp kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun hemm l-istabbiliment.
4. Fil-każ ta' servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kull kopja ċertifikata awtentika tiegħu, għandha sservi bħala dokument ta' kontroll. Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha tintmela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar.
Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar.
5. Il-formoli tal-vjaġġ użati għandhom jiġu ritornati lill-awtorità jew lill-korp kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment b'mod konformi ma' proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dik l-awtorità jew korp.Waqt il-kontrolli, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi id-dokumenti mitluba.". [Em. 74]
"
(18) fl-Artikolu 19(2), l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:"
“2. It-trasportaturi li joperaw kabotaġġ jew trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiżguraw li l-operazzjonijiet qed isiru sew, b’mod partikolari fejn jidħlu l-perjodu tas-sewqan u l-mistrieħ.
"
(19) l-Artikolu 20 jinbidel b’dan li ġej:"
“Artikolu 20
L-assistenza reċiproka
1. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom jaqsmu l-informazzjoni bejniethom permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt stabbiliti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.
2. Il-korpi regolatorji għandhom jikkoperaw meta jkunu qed iwettqu analiżi ekonomika dwar jekk is-servizzi regolari proposti jkunx jikkompromettu xi kuntratt tas-servizz pubbliku għall-operazzjoni internazzjonali tas-servizzi tat-trasport pubbliku. L-awtorità awtorizzanti għandha tikkonsulta lill-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li jiġu traversati bis-servizz regolari internazzjonali kkonċernat u, meta xieraq, għandha titlob mingħandhom kull informazzjoni meħtieġa qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha.”;
2. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(2), 5(5), 6(4), 7(2), 8d(5) u 28(3) tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4(2), 5(5), 6(4), 7(2), 8d(5) u 28(3) tista’ tiġi revokata kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(2), 5(5), 6(4), 7(2), 8d(5) u 28(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie notifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
"
(21) l-Artikolu 28 jinbidel b’dan li ġej:"
“Artikolu 28
Ir-rappurtar
1. Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar […the first January following the entry into force of this Regulationl-ewwel ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-awtoritajiet kompetenti tal-Istatil-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari maħruġa matul is-sena ta’ qabel u t-total ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari validi fil-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Din l-informazzjoni għandha tingħata b’mod separat għal kull pajjiż tad-destinazzjoni tas-servizz regolari. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni wkoll bid-data dwar l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, fil-forma ta’ servizz regolari speċjali u servizzi okkażjonali, imwettqa matul is-sena ta’ qabel mit-trasportaturi residenti. [Em. 75]
2. Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar […l-ewwel ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolamentthe first January following the entry into force of this Regulation], l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jipprovdu statistika lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fil-forma ta’ servizzi regolari kif jissemma fil-punt (c) tal-Artikolu 15 matul is-sena ta’ qabel.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format tat-tabella li trid tintuża biex jintbagħtu l-istatistika msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u d-data li trid tingħata.
4. Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar […l-ewwel ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament the first January following the entry into force of this Regulation], l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ trasportaturi li għandhom liċenzja Komunitarja mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u l-għadd ta’ kopji ċċertifikati li jikkorrispondu għall-għadd ta’ vetturi li jiċċirkolaw f’dak il-jum.
5. Sa mhux aktar tard minn ... [please insert the date calculated 5 years after date of application of this Regulation[5 snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar sa liema punt dan ir-Regolament ikkontribwixxa għal funzjonament aħjar tas-suq tas-sistema tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, b'mod partikolari għall-passiġġieri, il-forza tax-xogħol tax-xarabank u tal-kowċ u l-ambjent.". [Em. 76]
"
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika minn [XX]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar tagħmir ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti leġiżlazzjonijiet soċjali relatati mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).