Direttiva emendatorja 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adattament tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija [kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/XXX/UE] u r-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] minħabba l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0744 – C8-0482/2018 – 2018/0385(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0744),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 192(1) u 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0482/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0014/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Direttiva li temenda 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni