Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (COM(2018)0279 – C8-0191/2018 – 2018/0140(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0279),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 91, 100(2) u 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0191/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),
– wara li kkonsulta l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0060/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(2),
Billi:
(1) L-effiċjenza tat-trasport tal-merkanzija u tal-loġistika hija vitali għall-kompetittivitàgħat-tkabbir u l-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, għall-funzjonament tas-suq intern u għall-koeżjoni soċjali u ekonomika tar-reġjuni kollha tal-Unjoni. [Em. 1]
(1a) L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jnaqqas l-ispejjeż tal-ipproċessar tal-informazzjoni dwar it-trasport bejn l-awtoritajiet u l-operaturi ekonomiċi, li jtejjeb il-kapaċitajiet ta' infurzar tal-awtoritajiet u li jħeġġeġ id-diġitalizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija u l-loġistika. [Em. 2]
(2) Il-moviment tal-merkanzija huwa akkumpanjat minn ammont kbir ta’ informazzjoni li għadha tiġi skambjata f’format stampat, fost in-negozji u bejn in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi. L-użu ta’ dokumenti tal-karta jirrappreżenta piż amministrattiv sinifikanti u spiża addizzjonali għall-operaturi loġistiċi u l-industriji relatati (bħall-kummerċ u l-manifattura), b'mod partikolari għall-SMEs, u għandu impatt negattiv fuq l-ambjent. [Em. 3]
(2a) Infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli huwa prerekwiżit għal kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Id-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-għodda tal-infurzar hija essenzjali sabiex tiġi liberata l-kapaċità ta' infurzar, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi żejda fuq l-operaturi internazzjonali tat-trasport u b'mod partikolari l-SMEs, jiġu indirizzati aħjar l-operaturi tat-trasport b'riskju għoli u jiġu identifikati prattiki frawdolenti. Dan l-infurzar diġitali "intelliġenti" jeħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha ssir mingħajr karti u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti f'forma elettronika. Għalhekk, fil-futur, l-użu ta' dokumenti dwar it-trasport elettroniċi jenħtieġ li jsir ir-regola. Barra minn hekk, sabiex l-uffiċjali tal-infurzar, inklużi dawk li jwettqu kontrolli fil-ġenb tat-triq, jiġu pprovduti b'ħarsa ġenerali ċara u kompleta tal-operaturi tat-trasport li qed jiġu kkontrollati, dawn jenħtieġ li jkollhom aċċess dirett u fil-ħin reali għall-informazzjoni rilevanti kollha, sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw każijiet ta' ksur u anormalitajiet aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti. [Em. 4]
(3) In-nuqqas ta’ qafas legali uniformi fil-livell tal-Unjoni li jirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jaċċettaw informazzjoni relevanti dwar it-trasport tal-merkanzija, meħtieġa mil-leġiżlazzjoni, f’forma elettronika, hija r-raġuni ewlenija għan-nuqqas ta’ progress lejn is-simplifikazzjoni u ż-żieda fl-effiċjenza tal-mezzi elettroniċi. In-nuqqas ta’ aċċettazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi tal-informazzjoni f’forma elettronika jaffettwa mhux biss il-faċilità tal-komunikazzjoni bejniethom u mal-operaturi iżda, indirettament, ixekkel ukoll l-iżvilupp ta’ komunikazzjoni elettronika simplifikata bejn negozju u ieħor fl-Unjoni kollha u se jwassal għal żieda fl-ispejjeż amministrattivi, speċjalment għall-SMEs.. [Em. 5]
(4) Xi oqsma tal-liġi tat-trasport tal-Unjoni jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw informazzjoni diġitalizzata, iżda dan fil-biċċa l-kbira ma jirrigwardax il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni. Biex jonqsu l-piżijiet amministrattivi u biex il-kontrolli u l-ġlieda kontra l-ksur ikunu iktar effiċjenti, jenħtieġ li jkundejjem ikun possibbli li jintużaw mezzi elettroniċi biex l-informazzjoni regolatorja dwar it-trasport tal-merkanzija ssir disponibbli għall-awtoritajiet fit-territorju kollu tal-Unjoni u fir-rigward tal-fażijiet rilevanti kollha tal-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa fl-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li dik il-possibbiltà tapplika għall-informazzjoni regolatorja kollha, fil-mezzi kollha tat-trasport. L-Istati Membri jenħtieġ li jaċċettaw dokumenti tat-trasport elettroniċi b'mod ġenerali, u jirratifikaw u japplikaw il-protokoll e-CMR mingħajr dewmien. Għalhekk, l-awtoritajiet jenħtieġ li jikkomunikaw b'mod elettroniku mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati fir-rigward tal-informazzjoni regolatorja u jagħmlu d-data tagħhom disponibbli b'mod diġitali, f'konformità mal-liġi applikabbli. [Em. 6]
(5) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu obbligati jaċċettaw l-informazzjoni disponibbli b’mod elettroniku kull meta l-operaturi ekonomiċi jkunu obbligati jagħmlu l-informazzjoni disponibbli bħala prova tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-atti tal-Unjoni adottati skont it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat jew, minħabba s-similarità tas-sitwazzjonijiet, mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-vjeġġ tal-iskart. L-istess jenħtieġ li japplika fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tittratta kwistjonijiet irregolati mit-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat teħtieġ l-għoti ta’ informazzjoni regolatorja li tkun identika, kompletament jew parzjalment, għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont tali leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(5a) Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex ikun hemm aċċess għal kapaċità ta' infurzar li hija skarsa, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni regolatorja b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw b'mod elettroniku mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni regolatorja. [Em. 7]
(6) Peress li dan ir-Regolament huwa maħsub biss biex jiffaċilita u jħeġġeġ l-għoti tal-informazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u l-korpi amministrattivi, u speċifikament b’mezzi elettroniċi, jenħtieġ li dan ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali li jiddeterminaw il-kontenut tal-informazzjoni regolatorja u, b’mod partikolari, jenħtieġ li ma jimponu l-ebda rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja addizzjonali. Filwaqt liBilli dan ir-Regolament huwa maħsub biex jippermetti l-konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja permezz ta’ mezzi elettroniċi iżjed milli permezz ta’ dokumenti stampati, jenħtieġ li dan jippermetti l-iżvilupp ta' Pjattaformi Ewropej sabiex ikun hemm skambju u kondiviżjoni faċli tal-informazzjoni.Jenħtieġ li dan ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar rekwiżiti li jirrigwardaw id-dokumenti li suppost jintużaw għall-preżentazzjoni strutturata tal-informazzjoni inkwistjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-vjeġġi ta’ skart li jkun fihom rekwiżiti proċedurali għall-vjeġġi ukoll mistennija li ma jintlaqtux minn dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) jew f’atti ta’ implimentazzjoni jew iddelegati adottati skont it-termini tiegħu. Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk hemmx bżonn li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tar-rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja dwar it-trasport ta' merkanzija fit-territorju tal-Unjoni jiġu adattati sabiex jittejbu l-kapaċitajiet ta' infurzar tal-awtoritajiet kompetenti. [Em. 8]
(7) L-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi organizzat b’mod li jiżgura s-sigurtà u jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali sensittiva.
(8) Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni rilevanti f’forma elettronika bl-istess mod fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu joqogħdu fuq speċifikazzjonijiet komuni li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jiżguraw l-interoperabbiltà tad-data għad-diversi settijiet u sottosettijiet ta’ data li jirrigwardaw l-informazzjoni regolatorja rilevanti, u jiddeterminaw proċeduri komuni u regoli dettaljati għall-aċċess u għall-ipproċessar ta’ dik l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.
(9) Fid-definizzjoni ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet, jenħtieġ li jitqiesu b'mod xieraq l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti tal-iskambju tad-data stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u fl-istandards Ewropej u internazzjonali rilevanti għall-iskambju multimodali tad-data , inklużi d-dispożizzjonijiet tal-GDPR. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-investimenti li jsiru mill-operaturi ekonomiċi u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu wkoll u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu wkoll mudelli tad-datata' data speċifiċi għall-modalità eżistenti, kif ukoll il-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà(4), li jipprovdi approċċ għat-twassil ta' servizzi pubbliċi diġitali Ewropej miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-involviment xieraq tal-partijiet interessati rilevanti kollha huwa importanti fl-iżvilupp u t-tħejjija ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa wkoll biex dawn l-ispeċifikazzjonijiet jibqgħu teknoloġikament newtrali u miftuħa għal teknoloġiji innovattivi. [Em. 9]
(10) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi r-rekwiżiti funzjonali applikabbli għall-pjattaformi bbażati fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jistgħu jintużaw minn operaturi ekonomiċi biex jagħmlu disponibbli l-informazzjoni regolatorja dwar it-trasport tal-merkanzija f’format elettroniku (eFTI) lill-awtoritajiet kompetenti (pjattaformi tal-eFTI). Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll kondizzjonijiet għal fornituri terzi ta’ servizzi tal-pjattaformi tal-eFTI (fornituri ta’ servizzi tal-pjattaformi tal-eFTI).
(11) Biex tinbena l-fiduċja kemm tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-konformità tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI ma’ dawk ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jdaħħlu fis-seħħ sistema ta’ ċertifikazzjoni msejsa fuq akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5). Minħabba l-perjodu ta' implimentazzjoni relattivament twil, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk it-teknoloġiji bħat-teknoloġija tal-blockchain jistgħux jiggarantixxu riżultat simili bħas-sistema ta' ċertifikazzjoni filwaqt li sostanzjalment inaqqsu l-ispejjeż għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri. [Em. 10]
(12) Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligu li tiġi aċċettata informazzjoni regolatorja disponibbli f’format elettroniku skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6). [Em. 11]
(13) B’mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex din tistabbilixxi sett u sottosettijiet komuni ta’ data fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja rispettivi koperti minn dan ir-Regolament, kif ukoll proċeduri komuni u regoli dettaljati għall-awtoritajiet kompetenti għall-aċċess u għall-ipproċessar ta’ dik l-informazzjoni fejn l-operaturi ekonomiċi inkwistjoni jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli b’mod elettroniku, inklużi regoli dettaljati u speċifikazzjonijiet tekniċi. [Em. 12]
(14) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni biex din tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-pjattaformi tal-eFTI u għall-fornituri tas-servizzi tal-eFTI. [Em. 13]
(15) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex:
—
temenda l-Parti B tal-Anness I, sabiex tinkorpora l-listi ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni regolatorja fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri notifikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament;
—
temenda l-Parti A tal-Anness I biex tqis kwalunkwe att iddelegat jew ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni li jistabbilixxi rekwiżiti ġodda ta’ informazzjoni regolatorja tal-Unjoni fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija;
—
temenda l-Parti B tal-Anness I biex tinkorpora kwalunkwe dispożizzjoni ġdida tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li tintroduċi bidliet fir-rekwiżiti regolatorji nazzjonali ta’ informazzjoni, jew li tistabbilixxi rekwiżiti rilevanti ġodda ta’ informazzjoni regolatorja li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament notifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament;
—
tissupplimenta ċerti aspetti tekniċi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri fir-rigward tar-regoli taċ-ċertifikazzjoni tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI;
—
jiġu stabbiliti proċeduri komuni, speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli dettaljati għall-awtoritajiet kompetenti għall-aċċess u l-ipproċessar tar-rekwiżiti ta' informazzjoni rispettivi koperti minn dan ir-Regolament, kif ukoll regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-pjattaformi tal-eFTI u għall-fornituri tas-servizzi tal-eFTI. [Em. 14]
(16) B’mod partikolari huwa importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(7). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(17) Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżgurar ta’ approċċ uniformi għall-aċċettazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-informazzjoni dwar it-trasport tal-merkanzija disponibbli b’mod elettroniku, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli komuni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta ċerti miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(18) L-ipproċessar b’mezzi elettroniċi tad-data personali meħtieġa bħala parti mill-informazzjoni regolatorja tat-trasport tal-merkanzija jenħtieġ li jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8).
(19) Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tinġabar informazzjoni sabiex tinforma din l-evalwazzjoni, u sabiex il-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-isfond tal-objettivi li din issegwi tiġi evalwata.
(20) Dan ir-Regolament ma jistax jiġi applikat b’mod effettiv qabel ma jidħlu fis-seħħ l-atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni previsti. Dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li japplika b’effett minn ... [jekk jogħġbok daħħal id-data], sabiex il-Kummissjoni jkollha biżżejjed żmien biex tadotta dawk l-atti.
(20a) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tibda taħdem immedjatament fuq l-atti delegati sabiex tevita aktar dewmien u tiżgura li l-operaturi ekonomiċi u l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jippreparaw. [Em. 15]
(21) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) u ta opinjoni nhar ... [jekk jogħġbok daħħal id-data](10),
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu i
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Suġġett u kamp tal-applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali għall-komunikazzjoni elettronika ta’ informazzjoni regolatorja relatata mat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni, inkluża l-interoperabbiltà tiegħu. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament: [Em. 16]
(a) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu meħtieġa jaċċettaw informazzjoni regolatorja meta ssir disponibbliprovduta b’mod elettroniku mill-operaturi ekonomiċi involuti; [Em. 17]
(aa) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-operaturi ekonomiċi kkonċernati huma meħtieġa jagħmlu disponibbli l-informazzjoni regolatorja b'mod elettroniku għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; [Em. 18]
(ab) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri iridu jikkomunikaw b'mod elettroniku mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni regolatorja; [Em. 19]
(b) jistabbilixxi regoli għall-forniment ta’ servizzi relatati mad-disponibbiltà elettronika ta’ informazzjoni regolatorja mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati.
2. Dan ir-Regolament japplika għar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja stabbiliti fl-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni skont it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat, jew li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-vjeġġi ta’ skart u r-rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja għat-trasport tal-merkanzija stabbiliti f'konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli fl-Unjoni. Fir-rigward tal-vjeġġi ta’ skart, dan ir-Regolament ma japplikax għal kontrolli mill-uffiċċji doganali, kif previst fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni. Dawk l-atti tal-Unjoni li japplika għalihom dan ir-Regolament u r-rekwiżiti korrispondenti tal-informazzjoni regolatorja jinsabu elenkati fil-Parti A tal-Anness I. [Em. 20]
Dan ir-Regolament japplika wkoll għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni regolatorja stabbiliti fil-liġi tal-Istati Membri li jittrattaw kwistjonijiet irregolati mit-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat u li jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni li tkun identika, kompletament jew parzjalment, għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont ir-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja korrispondenti msemmija fit-tieni subparagrafu għandhom ikunu elenkati fil-Parti B tal-Anness I, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2(b).
3. Mhux aktar tard minn ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja korrispondenti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, fil-Parti B tal-Anness I. L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull dispożizzjoni ġdida tal-leġiżlazzjoni nazzjonali sussegwentement adottata, koperta mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, li tintroduċi bidliet għal dawk ir-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja jew li tistabbilixxi rekwiżiti rilevanti ġodda ta’ informazzjoni regolatorja, fi żmien xahar mill-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.
Artikolu 2
Adattament tal-Anness I
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 13 fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I sabiex:
(a) tinkludi referenza għal kwalunkwe att iddelegat jew ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni, li jistabbilixxi rekwiżiti regolatorji ġodda tal-informazzjoni fir-rigward tal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija skont it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat;
(b) tinkorpora referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u għar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja notifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 1(3);
(ba) jinkorpora referenzi għal atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport ta' merkanzija, li jistabbilixxu rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja; [Em. 21]
(bb) jinkorpora referenzi għal konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli fl-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja relatati direttament jew indirettament mat-trasport tal-merkanzija. [Em. 22]
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) ‘informazzjoni regolatorja’ tfisser informazzjoni, kemm jekk ippreżentata bħala dokument u kemm jekk le, relatata mat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ tranżitu, li għandha ssir disponibbli minn operatur ekonomiku kkonċernat skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex tagħti prova tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-atti kkonċernati;
(2) ‘rekwiżit tal-informazzjoni regolatorja’ tfisser rekwiżit biex tiġi provduta informazzjoni regolatorja;
(3) ‘informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija’ (eFTI) tfisser kwalunkwe sett ta’ elementi ta’ data pproċessati fuq pjattaforma elettronika għall-finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni regolatorja bejn l-operaturi ekonomiċi kkonċernati u mal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti;
(4) ‘ipproċessar’ tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu fuq eFTI, kemm jekk b’mezzi awtomatizzati u kemm jekk mingħajrhom, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
(5) ‘pjattaforma tal-eFTI’ tfisser kwalunkwe soluzzjoni bbażata fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), bħal sistema operattiva, ambjent operattiv jew bażi tad-data, maħsuba biex tintuża għall-ipproċessar tal-eFTI;
(6) ‘żviluppatur ta’ pjattaforma tal-eFTI’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li żviluppat jew akkwistat pjattaforma tal-eFTI għal finijiet ta’ pproċessar ta’ informazzjoni regolatorja relatata mal-attività ekonomika tagħha stess, jew biex tqiegħed dik il-pjattaforma fis-suq;
(7) ‘servizz tal-eFTI’ tfisser servizz li jikkonsisti fl-ipproċessar tal-eFTI permezz ta’ pjattaforma tal-eFTI, waħedha jew flimkien ma’ soluzzjonijiet oħra tal-ICT, inklużi pjattaformi oħra tal-eFTI;
(8) ‘fornitur ta’ servizz tal-eFTI’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz tal-eFTI lil operaturi ekonomiċi kkonċernati abbażi ta’ kuntratt;
(9) ‘operatur ekonomiku kkonċernat’ tfisser kwalunkwe operatur tat-trasport jew loġistiku, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, li tkun responsabbli biex tagħmel disponibbli informazzjoni regolatorja lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżit tal-informazzjoni regolatorja rilevanti;
(10) ‘format li jista’ jinqara mill-bniedem’ tfisser mezz ta’ rappreżentazzjoni tad-data f’forma elettronika li jista’ jintuża bħala informazzjoni minn persuna fiżika mingħajr ma teħtieġ aktar proċessar;
(11) ‘format li jista’ jinqara mill-magni’ tfisser mezz ta’ rappreżentazzjoni tad-data f’forma elettronika li jista’ jintuża għall-ipproċessar awtomatiku permezz ta’ magna;
(12) ‘korp ta’ valutazzjoni tal-konformità’ tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont it-tifsira tal-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li huwa akkreditat skont dak ir-Regolament biex iwettaq valutazzjoni tal-konformità ta’ pjattaforma tal-eFTI jew ta’ fornitur ta’ servizz tal-eFTI.
Kapitolu ii
Informazzjoni Regolatorja Magħmula Disponibbli B’mod Elettroniku
Artikolu 4
Rekwiżiti għal operaturi għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati [Em. 23]
1. Fejn L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni regolatorja b’mod elettroniku, għandhom jagħmlu dan abbażi ta’ data pproċessata fi pjattaforma ċertifikata tal-eFTI, bi qbil mal-Artikolu 8, u, jekk applikabbli, minn fornitur tas-servizzi tal-eFTI ċċertifikatt, bi qbil mal-Artikolu 9. L-informazzjoni regolatorja għandha ssir disponibbli f’format li jista’ jinqara mill-magni u, fuq talba tal-awtorità kompetenti, f’format li jista’ jinqara mill-bniedem. [Em. 24]
L-informazzjoni f’format li jista’ jinqara mill-magni għandha ssir disponibbli permezz ta’ konnessjoni awtentikata,interoperabbli u sigura mas-sors tad-data ta’ pjattaforma tal-eFTI. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jikkomunikaw l-indirizz tal-Internet li permezz tiegħu tista’ tiġi aċċessata l-informazzjoni, flimkien ma’ kwalunkwe element ieħor li jkun meħtieġ biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tidentifika b’mod uniku l-informazzjoni regolatorja. [Em. 25]
L-informazzjoni f’format li jista’ jinqara mill-bniedem għandha ssir disponibbli fuq il-post, fuq l-iskrin ta’ apparat elettroniku li jkun proprjetà tal-operatur ekonomiku kkonċernat jew tal-awtoritajiet kompetenti.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jipproċessaw informazzjoni regolatorja magħmula disponibbli mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati f’format li jista’ jinqara mill-magni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7.
Artikolu 5
Aċċettazzjoni u għoti ta' informazzjoni regolatorja mill-awtoritajiet kompetenti [Em. 26]
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaċċettaw informazzjoni regolatorja magħmula disponibbli b’mod elettroniku mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati skont l-Artikolu 4.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati dwar l-informazzjoni regolatorja. [Em. 27]
Artikolu 6
Informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali
L-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri tas-servizzi tal-eFTI u l-operaturi ekonomiċi inkwistjoni għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali pproċessata u skambjata f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Sett ta’ data tal-eFTI , proċeduri u regoli għall-aċċess komuni
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawn li ġejjin permezz ta’ atti ta’ implimentazzjonis-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 13, sabiex tistabbilixxi dan li ġej: [Em. 28]
(a) sett u sottosettijiet komuni ta’ data tal-eFTI fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja rispettivi, inklużi definizzjonijiet korrispondenti għal kull element ta’ data inkluż fis-sett u s-sottosettijiet tad-data komuni;
(ba) proċeduri komuni u regoli dettaljati għall-validazzjoni tal-identità ta' kwalunkwe persuna fiżika jew entità ġuridika li toħroġ dikjarazzjonijiet legalment vinkolanti hawn taħt. [Em. 29]
Mudelli ta' data u settijiet ta' data eżistenti u standardizzati identifikati f'konvenzjonijiet internazzjonali li huma applikabbli fl-Unjoni għandhom jintużaw bħala referenza għad-definizzjoni ta' dawn id-data, proċeduri u regoli ta' aċċess komuni tal-eFTI. [Em. 30]
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). [Em. 31]
Kapitolu III
Pjattaformi u Servizzi tal-EFTI
Sezzjoni 1
Rekwiżiti għall-Pjattaformi u għas-Servizzi tal-EFTI
Artikolu 8
Rekwiżiti funzjonali għall-pjattaformi tal-eFTI
1. Il-pjattaformi tal-eFTI għandhom ikunu rregolati mill-prinċipji ġenerali tan-newtralità teknoloġika kif ukoll l-interoperabbiltà. Il-pjattaformi tal-eFTI użati għall-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja għandhom jipprovdu funzjonalitajiet li jiżguraw li: [Em. 32]
(a) id-data personali tkun tista’trid tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679; [Em. 33]
(b) id-data kummerċjali tkun tista’trid tiġi pproċessata f’konformità mal-Artikolu 6; [Em. 34]
(ba) li l-pjattaformi tal-eFTI u d-data li tinsab fihom ikunu interoperabbli; [Em. 35]
(c) tkun tista’ tiġi stabbilita konnessjoni unika ta’ identifikazzjoni elettronika bejn id-data pproċessata u d-dispaċċ fiżiku ta’ sett determinat ta’ oġġetti li magħhom tkun relatata dik id-data, mill-oriġini sad-destinazzjoni, taħt it-termini ta’ kuntratt ta’ trasport uniku, irrispettivament mill-kwantità jew mill-għaddnota ta’ kontenituri, pakketti, jew biċċietkunsinna; [Em. 36]
(d) id-data tkun tista’ tiġi pproċessata biss abbażi ta’ aċċess awtorizzat u awtentikat;
(e) l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar jiġu rreġistrati kif xieraq sabiex jippermettu, bħala minimu, l-identifikazzjoni ta’ kull operazzjoni distinta, il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun wettqet l-operazzjoni u s-sekwenzar tal-operazzjonijiet fuq kull element individwali tad-data; jekk operazzjoni tkun tinvolvi l-modifika jew it-tħassir ta’ element ta’ data eżistenti, l-element tad-data oriġinali għandu jiġi ppreservat;
(ea) L-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess immedjat għall-informazzjoni rilevanti kollha, kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, sabiex jiżguraw l-ordni pubblika u l-konformità mal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija skont it-Titolu VI tal-Parti Tlieta tat-Trattat;
(f) id-data tkun tista’ tiġi arkivjata u tibqa’ aċċessibbli għal perjodu xieraq ta’ żmien, skont ir-rekwiżiti rilevanti tal-informazzjoni regolatorja;
(g) id-data tkun protetta kontra l-korruzzjoni u s-serq;
(h) l-elementi ta’ data pproċessati jkunu jikkorrispondu mas-sett u mas-sottosettijiet komuni ta’ data tal-eFT, u jkunu jistgħu jiġu pproċessati fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew ko-uffiċjal fi Stat Membru. [Em. 38]
1a. Għandu jkun hemm format standardizzat tal-eFTI li jinkludi r-rekwiżiti kollha ta' informazzjoni regolatorja elenkati fil-parti A tal-Anness 1 u r-rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja kollha elenkati fil-parti B tal-Anness 1 skont taqsima ddeżinjata u distinta tal-format tal-eFTI elenkat mill-Istati Membri. [Em. 39]
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoliatti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). [Em. 40]
Artikolu 9
Rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi tal-eFTI
1. Il-fornituri ta’ servizzi tal-eFTI għandhom jiżguraw li:
(a) id-data tiġi pproċessata biss minn utenti awtorizzati u skont ir-rwol tal-utent u d-drittijiet tal-ipproċessar iddefiniti b’mod ċar fi ħdan il-pjattaforma tal-eFTI, f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-informazzjoni regolatorja;
(aa) id-data hija interoperabbli; [Em. 41]
(b) id-data tkun maħżuna u aċċessibbli tul perjodu xieraq ta’ żmiengħal erba' sni, f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-informazzjoni regolatorja; [Em. 42]
(c) l-awtoritajiet ikollhomkompetenti jkollhom aċċess immedjat għal informazzjoni regolatorja li tirrigwarda operazzjoni tat-trasport tal-merkanzija pproċessata permezz tal-pjattaformi tal-eFTI tagħhom, meta dan l-aċċess jingħata lill-awtoritajiet kompetenti minn operatur ekonomiku kkonċernat; [Em. 43]
(d) id-data tkun żgurata b’mod xieraq, inkluż kontra pproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra telf aċċidentali, qerda jew ħsara.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). [Em. 44]
Sezzjoni 3
Ċertifikazzjoni
Artikolu 10
Il-Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità
1. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-finijiet tat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni tal-pjattaformi u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament.
2. Għall-finijiet tal-akkreditazzjoni, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.
3. L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata tal-korpi akkreditati tal-valutazzjoni tal-konformità, u tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI ċċertifikati minn dawk il-korpi f’konformità mal-Artikoli 11 u 12. Dawn għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit uffiċjali tal-internet tal-gvern. Il-lista għandha tiġi aġġornata b’mod regolarimingħajr dewmien kull darba li ssir bidla fl-informazzjoni li jkun fiha, u mhux aktar tard mill-31 ta’ MarzuMejju ta’ kull sena. [Em. 45]
4. Sal-31 ta’ MarzuMejju kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-listi msemmija fil-paragrafu 3 lill-Kummissjoni, flimkien mal-indirizz tas-sit elettroniku fejn dawk il-listi jkunu ġew ippubblikati. Il-Kummissjoni għandha tippubblika ħolqa għal dawk l-indirizzi fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħha. [Em. 46]
Artikolu 11
Ċertifikazzjoni tal-pjattaformi tal-eFTI
1. Fuq talba minn żviluppatur ta’ pjattaforma tal-eFTI, il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jivvalutaw il-konformità tal-pjattaforma tal-eFTI mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1). Jekk il-valutazzjoni tkun pożittiva, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ konformità. Jekk il-valutazzjoni tkun negattiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinforma lill-applikant għaliex il-pjattaforma ma tkunx konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.
1a. Iċ-ċertifikazzjoni għandha titwettaq b'mod indipendenti sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.Il-konformità għandha tiġi żgurata ma' pjattaformi standardizzati eżistenti identifikati f'konvenzjonijiet internazzjonali li huma applikabbli fl-Unjoni. [Em. 47]
1b. Sistemi tal-IT eżistenti, li bħalissa qed jintużaw mill-operaturi ekonomiċi fis-settur tat-trasport biex jipprovdu informazzjoni regolatorja u li jissodisfaw ir-rekwiżiti funzjonali stabbiliti fl-Artikolu 8(1), għandhom jiġu ċertifikati bħala pjattaformi eFTI. [Em. 48]
2. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom iżommu lista aġġornata tal-pjattaformi tal-eFTI ċċertifikati u ta’ dawk li jkunu rċevew valutazzjoni negattiva. Il-lista aġġornata għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kull darba li jinħareġ ċertifikat jew valutazzjoni negattiva.
3. L-informazzjoni li ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ pjattaforma tal-eFTI ċċertifikata għandha tkun akkumpanjata minn marka ta’ ċertifikazzjoni.
4. L-iżviluppatur tal-pjattaforma tal-eFTI għandu japplika għal valutazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikazzjoni tiegħu jekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) jiġu riveduti.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni, bl-użu tal-marka ta’ ċertifikazzjoni u t-tiġdid taċ-ċertifikazzjoni tal-pjattaformi tal-eFTI.
1. Fuq talba minn fornitur ta’ servizz tal-eFTI, il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jivvalutaw il-konformità tas-servizz tal-eFTI mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1). Jekk il-valutazzjoni tkun pożittiva, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ konformità. Jekk il-valutazzjoni tkun negattiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinforma lill-applikant għaliex il-fornitur ma jkunx konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.
2. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom iżommu lista aġġornata tal-fornituri tal-eFTI ċċertifikati u ta’ dawk li jkunu rċevew valutazzjoni negattiva. Il-lista aġġornata għandha ssir disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kull darba li jinħareġ ċertifikat jew valutazzjoni negattiva.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI.
Kapitolu IV
Delega tas-Setgħa u Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni
Artikolu 13
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 7, fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 9(2), fl-Artikolu 11(5) u fl-Artikolu 12(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament]. [Em. 49]
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 7, fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 9(2), fl-Artikolu 11(5) u fl-Artikolu 12(3) tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ. [Em. 50]
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominatiAtti ddelegati adottati skont l-Artikolu 2 għandhom japplikaw minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.sena wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. [Em. 51]
4a. Qabel ma tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonċernati u l-korpi rappreżentattivi tagħhom fil-fora xierqa, jiġifieri permezz tal-grupp ta' esperti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 5921 final tal-13.09.2018 ("Forum dwar it-Trasport Diġitali u l-Loġistika"). [Em. 52]
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.
6. L-att delegat adottat skont l-Artikoli 2, l-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 11(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 14
Il-proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 53]
Kapitolu V
Dispożizzjonijiet Finali
Artikolu 15
Reviżjoni
1. Mhux iktar tard minn ... [ħames snintliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-evalwazzjoni għandha b'mod partikolari teżamina l-possibbiltà li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġi estiż għal ċerta informazzjoni bejn in-negozji li hija meħtieġa biex tagħti prova tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti fl-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija skont it-Titolu VI tal-Parti Tlieta tat-Trattat. [Em. 54]
2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-Rapport.
Artikolu 16
Monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni kull sentejn u għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn ... [sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]:
1. l-għadd ta’ awtoritajiet kompetenti li jkunu implimentaw miżuri biex jaċċessaw u jipproċessaw l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati f’konformità mal-Artikolu 4(2);
2. l-għadd ta’ operaturi ekonomiċi kkonċernati li għamlu disponibbli informazzjoni regolatorja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 4(1), skont il-mezz tat-trasport.
L-informazzjoni għandha tingħata għal kull sena koperta mill-perjodu tar-rapportar.
Artikolu 17
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn[Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni daħħal erba’ snin...[tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. [Em. 55]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
INFORMAZZJONI REGOLATORJA LI TAQA’ FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TA’ DAN IR-REGOLAMENT
Rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni
It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi r-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja stabbiliti fl-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni skont it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-vjeġġi ta’ skart.
Leġiżlazzjoni tal-UE
Oġġett ta’ informazzjoni
Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 11 dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport
ĠU 052 (16.08.1960, p. 1121–1126)
Id-Direttiva 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri
Regolament (KE) Nru 1072/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija
ĠU L 300/72 (14.11.2009, p. 72-87)
[Proposta COM(2017) 0281 final - 2017/0123 (COD) li temenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009]
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni
ĠU L 299/1 (14.11.2015, p. 1-142)
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi
Ir-rotta li għandha tittieħed, jew id-distanza li għandha tiġi vjaġġata, jekk dawn il-fatturi jiġġustifikaw rata differenti minn dik applikabbli normalment
Artikolu 3 (referenza għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 11 tas-27 ta’ Ġunju 1960)
L-istazzjonijiet ferrovjarji tat-tagħbija u tal-ħatt
Artikolu 3
Portijiet tal-passaġġi fuq l-ilma intern tat-tagħbija u tal-ħatt
Artikolu 3
Portijiet marittimi tat-tagħbija u tal-ħatt
Artikolu 3
Timbru mwaħħal mill-awtoritajiet tal-ferrovija jew tal-port fl-istazzjonijiet ferrovjarji jew fil-portijiet tal-passaġġi tal-ilma intern jew tal-baħar ikkonċernati meta dik il-parti tal-vjaġġ imwettqa bil-ferrovija jew fuq passaġġi fuq l-ilma interni jew bil-baħar tkun tlestiet
Artikolu 3
[L-isem, l-indirizz, id-dettalji tal-kuntatt u l-firma tal-ispeditur]
[Artikolu 3.2(a) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]
[Il-post u d-data meta jibdew l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni]
[Artikolu 3.2(b) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]
[L-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-konsenjatarju]
[Artikolu 3.2(c) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]
[Il-post u d-data meta jintemmu l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni]
[Artikolu 3.2(d) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]
[Id-distanza f’linja dritta bejn il-post fejn tibda l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat u l-post fejn tintemm l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni]
[Artikolu 3.2(e) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]
[Deskrizzjoni, iffirmata mill-ispeditur, tar-rotta tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat li tinkludi tal-anqas id-dettalji li ġejjin għal kull parti, inkluż għal kull mezz ta’ trasport li jikkostitwixxi r-rotta mhux bit-triq, tal-operazzjoni fi ħdan l-Unjoni:
(i) l-ordni tal-partijiet (jiġifieri l-ewwel parti, il-parti mhux bit-triq jew il-parti finali);
(ii) l-isem, l-indirizz, u d-dettalji tal-kuntatt tat-trasportatur;
(iii) il-mezz ta’ trasport u l-ordni tiegħu fl-operazzjoni.]
[Artikolu 3.2(f) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]
[Artikolu 3.2(g) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]
[Għall-parti inizjali tat-trasport bit-triq:
(i) il-post tat-trasbord għall-parti mhux bit-triq;
(ii) id-distanza tal-parti tat-trasport inizjali bit-triq f’linja dritta bejn il-post tad-dispaċċ u l-ewwel terminal tat-trasbord;
(iii) jekk il-parti inizjali tal-parti bit-triq tkun tlestiet, firma tat-trasportatur li tikkonferma li l-operazzjoni tat-trasport tal-parti bit-triq tkun twettqet]
[Artikolu 3.2(h) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]
[Għall-parti finali tat-trasport bit-triq:
(i) il-post fejn il-merkanzija tittieħed mill-parti mhux bit-triq (ferrovija, passaġġi fuq l-ilma interni jew trasport marittimu);
(ii) id-distanza tal-parti finali tat-trasport bit-triq f’linja dritta bejn il-post tat-trasbord u l-post fejn l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat tintemm fl-Unjoni);]
[Artikolu 3.2(i) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]
[Għall-parti mhux bit-triq:
(i) jekk il-parti mhux bit-triq tkun tlestiet, firma tat-trasportatur (jew trasportaturi fil-każ ta’ żewġ operazzjonijiet mhux bit-triq jew iktar matul il-parti mhux bit-triq) li tikkonferma li l-operazzjoni tat-trasport tal-parti mhux bit-triq tkun twettqet;
(ii) meta disponibbli, firma jew siġill tal-awtoritajiet tal-ferrovija jew tal-port rilevanti fit-terminals rilevanti (stazzjon tal-ferrovija jew port) ikkonċernati tul il-parti tal-operazzjoni mhux bit-triq li tikkonferma li l-parti rilevanti tal-parti mhux bit-triq tkun tlestiet. ]
[Artikolu 3.2(j) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]
L-isem, l-indirizz u l-firma tal-ispeditur
Artikolu 8.3(a)
[Artikolu 8.3(a) (ebda bidla proposta)]
L-isem, l-indirizz u l-firma tal-ispeditur
Artikolu 8.3(b)
[Artikolu 8.3(b) (ebda bidla proposta)]
L-isem u l-indirizz tad-destinatarju kif ukoll il-firma u d-data tal-konsenja ladarba l-merkanzija tkun waslet
Artikolu 8.3(c)
[Artikolu 8.3(c) (ebda bidla proposta)]
Il-post u d-data tat-teħid tal-merkanzija u l-post allokat għat-twassil
Artikolu 8.3(d)
[Artikolu 8.3(d) (ebda bidla proposta)]
Id-deskrizzjoni użata s-soltu dwar in-natura tal-merkanzija u l-metodu tal-imballaġġ, u, fil-każ ta’ merkanzija perikoluża, id-deskrizzjoni ġeneralment rikonoxxuta tagħhom kif ukoll l-għadd ta’ pakketti u l-marki speċjali u n-numri tagħhom;
Artikolu 8.3(e)
[Artikolu 8.3(e) (ebda bidla proposta)]
Il-massa grossa tal-merkanzija jew il-kwantità tiegħu espressa mod ieħor
Artikolu 8.3(f)
[Artikolu 8.3(f) (ebda bidla proposta)]
Il-pjanċi tan-numru tal-vettura bil-mutur u tat-trejler
Artikolu 8.3(g)
[Artikolu 8.3(g) (ebda bidla proposta)]
L-identifikatur alfanumeriku uniku tal-aġent regolat kif ikun wasal mingħand l-awtorità xierqa
Anness 6.3.2.6(a)
L-identifikatur uniku tal-konsenja, bħalma huwa n-numru tal-polza tal-vjaġġ bl-ajru (house jew master)
Anness 6.3.2.6(b)
Il-kontenut tal-konsenja (**)
Anness 6.3.2.6(c)
L-istatus tas-sigurtà tal-konsenja, li jindika:
- ‘SPX’, li tfisser sigur għall-ajruplani tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha, jew
- ‘SCO’, li tfisser sigur għall-ajruplani tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha biss, jew
- ‘SHR’, li tfisser sigur għall-ajruplani tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha skont ir-rekwiżiti dwar ir-riskju għoli
Anness 6.3.2.6(d)
Ir-raġuni li għaliha jkun inħareġ l-istatus tas-sigurtà, li jindika:
- ‘KC’, li tfisser riċevut minn konsenjatur magħruf, jew
- ‘AC’, li tfisser riċevut minn konsenjatur in konto, jew
- ‘RA’, li tfisser magħżul minn aġent regolat, jew
Isem il-persuna li ħarġet l-istatus tas-sigurtà, jew identifikazzjoni ekwivalenti, u d-data u l-ħin ta’ meta nħarġet
Anness 6.3.2.6(f)
L-identifikatur uniku li jkun wasal mingħand l-awtorità xierqa, ta’ kwalunkwe aġent regolat li jkun aċċetta l-istatus tas-sigurtà mogħti lil konsenja mingħand aġent regolat ieħor
Anness 6.3.2.6(g)
Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta’ trasport
5.4.1.1.1
Informazzjoni ġenerali meħtieġa għall-ġarr f’bastimenti bit-tank
5.4.1.1.2 – ADN biss
Informazzjoni speċifika meħtieġa li tiġi inkluża għal ċerti tipi ta’ oġġetti perikolużi, jew ċerti mezzi ta’ konteniment, jew f’każ ta’ katina ta’ trasport li tinkludi mezzi differenti ta’ trasport, skont dispożizzjonijiet speċjali fil-Kapitolu 5.4 tal-Annessi rispettivi għall-ADR, RID u ADN
5.4.1.1.3 sa 5.4.1.1.21 –ADR u RID
5.4.1.1.3 sa 5.4.1.1.22 –ADN
Informazzjoni addizzjonali u speċjali meħtieġa għal ċerti klassijiet ta’ oġġetti perikolużi
5.4.1.2
Oġġetti Mhux Perikolużi
5.4.1.5
Ċertifikat tal-imballaġġ tal-kontejner
5.4.2
Struzzjonijiet bil-miktub
5.4.3
Informazzjoni inkluża fid-dokument ta’ notifika għal vjeġġi ta’ skart li huma suġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006
Anness IA
Informazzjoni inkluża fid-dokument ta’ moviment għal vjeġġi ta’ skart li huma suġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006
Anness IA
Informazzjoni inkluża fid-dokument li jakkumpanja l-vjeġġi ta’ skart li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006
Anness VII
Liġi tal-Istati Membri
It-tabella ta’ hawn taħt telenka l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri li tittratta kwistjonijiet irregolati mit-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat u li teħtieġ l-għoti ta’ informazzjoni identika, kompletament jew parzjalment, għall-informazzjoni speċifikata fil-punt A ta’ dan l-Anness.
[Stat Membru]
Leġiżlazzjoni
Oġġett ta’ informazzjoni
[Referenza leġiżlattiva]
[Referenza leġiżlattiva]
[…]
[Referenza leġiżlattiva]
[Oġġett ta’ informazzjoni kif speċifikat fl-artikolu tal-att legali rispettiv]
[Referenza għall-artikolu]
[Referenza għall-artikolu]
[Referenza għall-artikolu]
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
[Oġġett ta’ informazzjoni kif speċifikat fl-artikolu tal-att legali rispettiv]
[Referenza għall-artikolu]
[Referenza għall-artikolu]
[…]
[Referenza għall-artikolu]
[Stat Membru]
Leġiżlazzjoni
Oġġett ta’ informazzjoni
[Referenza leġiżlattiva]
[Referenza leġiżlattiva]
[…]
[Referenza leġiżlattiva]
[Oġġett ta’ informazzjoni kif speċifikat fl-artikolu tal-att legali rispettiv]
[Referenza għall-artikolu]
[Referenza għall-artikolu]
[Referenza għall-artikolu]
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
[Oġġett ta’ informazzjoni kif speċifikat fl-artikolu tal-att legali rispettiv]
[Referenza għall-artikolu]
[Referenza għall-artikolu]
[…]
[Referenza għall-artikolu]
ANNESS II
REKWIŻITI MARBUTA MA’ KORPI NOTIFIKATI
1. Għall-finijiet tan-notifika, korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11.
2. Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.
3. Korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-pjattaforma tal-eFTI jew mill-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma li huwa jevalwa.
Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-eFTI jew tal-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma li jivvaluta jista’, bil-kundizzjoni li juri l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess, jitqies li huwa korp bħal dan.
4. Korp tal-valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-eFTI jew tal-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma li huma jevalwaw, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet.
Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, installazzjoni, użu jew manutenzjoni ta’ dik il-pjattaforma tal-eFTI jew tal-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati; Dan għandu japplika, b’mod partikolari, għas-servizzi ta’ konsulenza.
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.
5. Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
6. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha tal-valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Artikoli 12 u 13 fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
F’kull ħin u għal kull proċedura ta’ ċertifikazzjoni li dwarhom ikun notifikat, korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu n-neċessitajiet li ġejjin:
(a) persunal b’għarfien tekniku u esperjenza biżżejjed u xierqa biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità;
(b) deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Huwa għandu jkollu l-politika u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;
(c) proċeduri għall-prestazzjoni ta’ attivitajiet li jqisu b’mod dovut id-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha u l-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija kkonċernata.
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex ilesti x-xogħol tekniku u amministrattiv marbut mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq.
7. Il-persunal responsabbli biex iwettaq kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:
(a) taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;
(b) għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnhom u awtorità adegwata biex jagħmlu dawk il-valutazzjonijiet;
(c) għarfien u fehim xieraq tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9;
(d) il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati ta’ konformità, rekords u rapporti li juru li l-evalwazzjonijiet ikunu saru.
8. Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell tal-ġestjoni tagħhom, u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità.
Ir-remunerazzjoni tal-ogħla livell ta’ amministrazzjoni u tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi min-numru ta’ valutazzjonijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.
9. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.
10. Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Artikoli 12 u 13 jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħlu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti .
11. Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun infurmat dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet regolatorji rilevanti.
Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – Strateġija ta' Implimentazzjoni, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, (COM(2017)0134).
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
Ir-referenzi għall-ADR, l-RID u l-ADN għandhom jinftehmu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), 2(2) u 2(3) tad-Direttiva 2008/68/KE. In-numri msemmija huma dawk tal-Annessi rispettivi għall-ADR, l-RID u l-ADN.