Awtorizzazzjoni tal-Istati Membri biex isiru parti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar approċċ integrat ta' sikurezza, sigurtà, u servizz f'partiti tal-futbol u avvenimenti sportivi oħra (CETS Nru 218) ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218) (12527/2018 – C8-0436/2018 – 2018/0116(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12527/2018),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0436/2018),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/348/ĠAI tal-25 ta' April 2002 dwar sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibbiltà u integrità(2),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0080/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u u lill-Kunsill tal-Ewropa.