Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0327(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0168/2019

Testi mressqa :

A8-0168/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2019 - 9.10

Testi adottati :

P8_TA(2019)0144

Testi adottati
PDF 118kWORD 47k
It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
Protokoll li jemenda l-Ftehim UE-Ċina dwar it-Trasport Marittimu (adeżjoni tal-Kroazja) ***
P8_TA(2019)0144A8-0168/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (05083/2015 – C8-0022/2019 – 2014/0327(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05083/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (05880/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0022/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0168/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza