Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0152A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0078/2019

Testi mressqa :

A8-0078/2019

Dibattiti :

PV 12/03/2019 - 25
CRE 12/03/2019 - 25

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0174

Testi adottati
PDF 633kWORD 186k
L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 - Strasburgu
Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża ***I
P8_TA(2019)0174A8-0078/2019
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE)2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (COM(2018)0302 – C8-0185/2018 – 2018/0152(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0302),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e), l-Artikolu 78(2)(d), (e) u (g), l-Artikolu 79(2)(c) u (d), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0185/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0078/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirriforma s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża billi jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni li jħassar id-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI [Em. 1]
P8_TC1-COD(2018)0152

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e), l-Artikolu 78(2)(d), (e) u (g), l-Artikolu 79(2)(c) u (d), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) ġiet stabbilita b’Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE(4) biex isservi bħala s-soluzzjoni teknoloġika għall-iskambju tad-data dwar il-viżi bejn l-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) stabbilixxa li l-iskop, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet tal-VIS, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju ta’ data dwar viżi għal soġġorni qosra bejn l-Istati Membri biex tiffaċilita l-eżami ta’ applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir u deċiżjonijiet relatati. Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) stabbilixxa jistabbilixxi r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi fil-VIS. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI(7) stabbiliet il-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Europol jistgħu jiksbu aċċess biex jikkonsultaw il-VIS għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. Il-VIS bdiet topera fil-11 ta' Ottubru 2011(8) u tnediet gradwalment fil-konsulati tal-Istati Membri kollha madwar id-dinja bejn Ottubru 2011 u Frar 2016. [Em. 2]

(2)  L-objettivi ġenerali tal-VIS huma li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni tal-viża, il-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex: tiffaċilita l-proċedura tal-applikazzjoni għal viża; tipprevjeni l-“visa shopping”; tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi tal-identità; tiffaċilita l-kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni u fit-territorju tal-Istati Membri; tgħin fl-identifikazzjoni ta’ kull persuna li jista’ jkun ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju tal-Istati Membri; tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà interna ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri.

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2016 intitolata “Sistemi ta' Informazzjoni Aktar b'Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u s-Sigurtà Interna”(10) spjegat il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ u ttejjeb is-sistemi tal-IT, l-arkitettura tad-data u l-iskambju tal-informazzjoni tagħha fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u enfasizzat il-ħtieġa li tittejjeb l-interoperabilità tas-sistemi tal-IT. Il-Komunikazzjoni identifikat ukoll ħtieġa li jiġu indirizzati l-lakuni ta’ informazzjoni, inklużi dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom viżi għal soġġorn twil minħabba li l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen jagħti dritt għal moviment liberu fit-territorju tal-Istati li jagħmlu parti mill-Ftehim għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe 180 jum, billi jistabbilixxi r-rikonoxximent reċiproku tal-permessi ta' residenza u l-viżi għal soġġorn twil maħruġa minn dawn l-Istati. Il-Kummissjoni għalhekk wettqet żewġ studji: l-ewwel studju ta' fattibbilta(11) kkonkluda li l-iżvilupp ta' repożitorju jkun fattibbli teknikament u li l-użu mill-ġdid tal-istruttura tal-VIS tkun l-aħjar għażla teknika, filwaqt li t-tieni studju(12) wettaq analiżi tal-ħtieġa u l-proporzjonalità u kkonkluda li jkun meħtieġ u proporzjonali li l-kamp ta' applikazzjoni tal-VIS jinkludi d-dokumenti msemmija hawn fuq. [Em. 3]

(4)  Fl-10 ta’ Ġunju 2016, il-Kunsill approva Pjan Direzzjonali għat-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni(13). Sabiex tiġi indirizzata l-lakuna eżistenti ta’ informazzjoni fid-dokumenti maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta t-twaqqif ta’ repożitorju ċentrali ta’ permessi ta’ residenza u viżi għal soġġorn twil maħruġa minn Stati Membri, biex tinħażen informazzjoni dwar dawn id-dokumenti, inkluż dwar dati ta’ skadenza u dwar l-irtirar possibbli tagħhom. L-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta’ Schengen jagħti dritt għal moviment liberu fit-territorju tal-istati li jagħmlu parti mill-Ftehim għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe 180 jum, billi jistabbilixxi r-rikonoxximent reċiproku tal-permessi ta’ residenza u l-viżi għal soġġorn twil maħruġa minn dawn l-Istati. [Em. 4]

(5)  Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2017 dwar it-triq ’il quddiem għat-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni u biex tiġi żgurata l-interoperabilità ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE(14), il-Kunsill jagħraf li miżuri ġodda jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jimtlew il-lakuni ta’ informazzjoni kurrenti għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-infurzar tal-liġi b’relazzjoni mal-qsim tal-fruntieri minn detenturi ta’ viżi għal soġġorni twal u permessi ta’ residenza. Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju tal-fattibbiltà bħala kwistjoni ta’ prijorità dwar it-twaqqif ta’ repożitorju ċentrali tal-UE li jkun fih informazzjoni dwar viżi għal soġġorni twal u permessi ta’ residenza. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni wettqet żewġ studji: l-ewwel studju ta’ fattibbiltà(15) kkonkluda li l-iżvilupp ta’ repożitorju jkun fattibbli teknikament u li l-użu mill-ġdid tal-istruttura tal-VIS tkun l-aħjar għażla teknika, filwaqt li t-tieni studju(16) wettaq analiżi tal-ħtieġa u l-proporzjonalità u kkonkluda li jkun meħtieġ u proporzjonali li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-VIS jinkludi d-dokumenti msemmija hawn fuq. [Em. 5]

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2017 dwar it-“Twettiq tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni”(17) qalet li l-linja politika komuni dwar il-viżi mhix biss element essenzjali biex jiġi ffaċilitat it-turiżmu u n-negozju, iżda hija wkoll għodda ewlenija biex jiġu evitati riskji tas-sigurtà u riskji ta’ migrazzjoni irregolari lejn l-UE. Il-Komunikazzjoni għarfet il-ħtieġa biex il-politika komuni dwar il-viżi tadatta għall-isfidi kurrenti, billi tqis soluzzjonijiet ġodda tal-IT u tibbilanċja l-benefiċċji ta’ vjaġġar bil-viża ffaċilitat b’ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni, tas-sigurtà u tal-fruntieri. Il-Komunikazzjoni qalet li l-qafas legali tal-VIS jiġi rivedut, bil-għan li jittejjeb aktar l-ipproċessar tal-viżi, inkluż dwar l-aspetti relatati mal-protezzjoni tad-data u l-aċċess għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u għaldaqstant l-użu tal-VIS jiġi estiż aktar għal kategoriji ġodda u użi ta’ data u biex isir użu sħiħ tal-istrumenti tal-interoperabilità.

(7)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2018 dwar l-adattament tal-politika komuni dwar il-viżi għal sfidi ġodda(18) affermat mill-ġdid li l-qafas legali tal-VIS jiġi rivedut, bħala parti minn proċess ta’ riflessjoni usa’ dwar l-interoperabilità tas-sistemi ta’ informazzjoni.

(8)  Meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ġie rikonoxxut li l-kwistjoni tal-affidabbiltà suffiċjenti għal skopijiet ta’ identifikazzjoni u verifika tal-marki tas-swaba’ ta’ tfal taħt it-12-il sena u, b’mod partikolari, kif il-marki tas-swaba’ jevolvu mal-età, trid tiġi indirizzata fi stadju aktar tard, fuq il-bażi tar-riżultati ta’ studju mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Studju(19) mwettaq fl-2013 miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka kkonkluda li l-għarfien tal-marki tas-swaba’ ta’ tfal ta’ bejn 6 u 12-il sena jista’ jinkiseb b’livell sodisfaċenti ta’ preċiżjoni taħt ċerti kundizzjonijiet. It-tieni studju(20) kkonferma dan ir-riżultat f’Diċembru 2017 u ta informazzjoni aktar dettaljata dwar l-effett tal-kobor tal-età fuq il-kwalità tal-marki tas-swaba’. Fuq din il-bażi, fl-2017 il-Kummissjoni wettqet studju addizzjonali fejn ġew studjati l-ħtieġa u l-proporzjonalità li titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba’ għat-tfal sa 6 snin fil-proċedura tal-viża. Dan l-istudju(21) sab li jekk titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba’, din tikkontribwixxi biex jinkisbu aħjar l-objettivi tal-VIS, b’mod partikolari b’relazzjoni mal-iffaċilitar tal-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, l-iffaċilitar tal-kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni, u tista’ ġġib benefiċċji addizzjonali billi jissaħħu l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra abbużi tad-drittijiet tat-tfal, b’mod partikolari billi jkun possibbli li tiġi identifikata jew ivverifikata l-identità ta’ tfal li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu f’territorju ta’ Schengen f’sitwazzjoni fejn id-drittijiet tagħhom jistgħu jiġu miksura, jew ġew miksura (pereżempju tfal li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, tfal neqsin jew minorenni mhux akkumpanjati li japplikaw għal ażil). Fl-istess ħin, it-tfal huma grupp partikolarment vulnerabbli u l-ġbir mingħandhom ta' kategoriji speċjali ta' data, bħal marki tas-swaba', jenħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji aktar stretti u għal limitazzjoni tal-finijiet li għalihom din id-data tista' tintuża għal sitwazzjonijiet fejn ikun fl-aħjar interessi tat-tfal, inkluż billi jiġi limitat il-perjodu ta' żamma għall-ħażna tad-data. It-tieni studju identifika wkoll li l-marki tas-swaba' tal-persuni li għandhom ’il fuq minn 70 sena huma ta' kwalità baxxa u preċiżjoni medja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw fl-iskambju tal-aħjar prattiki u jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet. [Em. 6]

(9)  L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni prinċipali għall-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-benesseri, is-sikurezza u s-sigurtà tat-tfal u l-fehmiet tat-tfal għandhom jiġu kkunsidrati u jingħataw il-piż dovut skont l-età u l-maturità tagħhom. Il-VIS hija partikolarment rilevanti fejn hemm riskju li tfal huma vittmi ta’ traffikar.

(10)  Id-data personali mogħtija mill-applikant għal viża għal soġġorn qasir għandha jenħtieġ li tiġi pproċessata bil-VIS biex tivvaluta jekk id-dħul tal-applikant fl-Unjoni jistax ikun ta’ theddida għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u tivvaluta wkoll ir-riskju ta’ migrazzjoni irregolari tal-applikant. Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, dawn il-verifiki għandhom jenħtieġ li jiġu limitati biex jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-identità tad-detentur tad-dokument, l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza kif ukoll jekk id-dħul taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-Unjoni jistax ikun ta’ theddida għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni. M’għandhomx Huma jenħtieġ li ma jinterferixxu fi kwalunkwe fl-ebda deċiżjoni dwar viżi għal soġġorn twil jew permessi ta’ residenza. [Em. 7]

(11)  Il-valutazzjoni ta’ riskji bħal dawn ma tistax titwettaq mingħajr l-ipproċessar tad-data personali relatata mal-identità tal-persuna, id-dokument tal-ivvjaġġar, u, skont x’ikun il-każ, sponsor jew, jekk l-applikant huwa minorenni, l-identità tal-persuna responsabbli. Kull oġġett ta’ data personali fl-applikazzjonijiet għandu jenħtieġ li jitqabbel mad-data li tinsab fir-rekord, fajl jew allert irreġistrati f’sistema ta’ informazzjoni (is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-data tal-Europol, il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (SLTD), is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), il-Eurodac, is-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta’ kundanni relatati ma’ reati terroristiċi jew forom oħra ta’ reati kriminali serji u/jew il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN)) l-Eurodac, jew ma’ listi ta’ sorveljanza tal-ETIAS, jew ma’ indikaturi speċifiċi tar-riskji. Il-kategoriji ta’ data personali li għandhom jenħtieġ li jintużaw għat-tqabbil għadhom ikunu jenħtieġ li jkunu limitati għall-kategoriji tad-data preżenti fis-sistemi ta’ informazzjoni, il-lista ta’ sorveljanza jew l-indikaturi speċifiċi tar-riskju li jiġu kkonsultati. [Em. 8]

(12)  L-interoperabilità bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE ġiet stabbilita bir-[Regolament (UE) XX dwar l-interoperabilità] sabiex dawn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u d-data tagħhom jissupplimentaw lil xulxin l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u għaldaqstant tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali u tiżgura livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja tal-Unjoni, inkluż iż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-politika pubblika u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri. [Em. 9. Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat.]

(13)  L-interoperabilità bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE tippermetti lis-sistemi jissupplimentaw lil xulxin biex tiġi ffaċilitata jiffaċilitaw l-identifikazzjoni korretta tal-persuni, tikkontribwixxi jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, jitjiebu u jiġu armonizzati r-rekwiżiti itejbu u jarmonizzaw ir-rekwiżiti relatati mal-kwalità tad-data tas-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi tal-UE, tiġi ffaċilitata jiffaċilitaw l-implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta’ informazzjoni eżistenti u futuri tal-UE, jissaħħu u jiġu ssimplifikati s-salvagwardji isaħħu, jarmonizzaw u jissimplifikaw is-salvagwardji tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi tal-UE, jiġi ssimplifikat l-aċċess jissimplifikaw l-aċċess ikkontrollat għall-infurzar tal-liġi għall-EES, il-VIS, l-[ETIAS] għall-VIS, l-ETIAS u l-Eurodac, u jiġu appoġġjati jappoġġaw l-iskopijiet tal-EES, il-VIS, l-[ETIAS] l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS u s-[sistema ECRIS-TCN] s-sistema ECRIS-TCN. [Em. 10]

(14)  Il-komponenti tal-interoperabilità jkopru l-EES, il-VIS, l-[ETIAS] l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS, u s-[sistema ECRIS-TCN] s-sistema ECRIS-TCN, u d-data tal-Europol biex din tkun tista’ tiġi kkonsultata fl-istess ħin minn dawn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u għaldaqstant huwa xieraq li jintużaw dawn il-komponenti bl-iskop li jitwettqu verifiki awtomatizzati u meta tiġi aċċessata l-CIS l-VIS għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi. Il-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP) għandu jenħtieġ li jintuża għal dan l-iskop biex ikun hemm aċċess veloċi, bla problemi, effiċjenti, sistematiku u kkontrollat għas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol u l-bażijiet tad-data tal-Interpol meħtieġa biex iwettqu l-inkarigi tagħhom, skont id-drittijiet tal-aċċess tagħhom, u b’appoġġ għall-objettivi tal-VIS [Em. 11].

(15)  It-tqabbil ma’ bażijiet tad-data oħrajn għandu jenħtieġ li jkun awtomatizzat. Meta tqabbil bħal dan jiżvela li hemm korrispondenza (“hit”) ma’ kwalunkwe mid-data personali jew kombinament tagħhom fl-applikazzjonijiet u rekord, fajl jew allert fis-sistemi ta’ informazzjoni msemmija hawn fuq, jew ma’ data personali fil-lista ta’ sorveljanza, l-applikazzjoni għandha jenħtieġ li, fejn il-hit ma tkunx tista' tiġi kkonfermata awtomatikament mill-VIS, tiġi pproċessata manwalment minn operatur fl-awtorità responsabbli. Skont it-tip ta' data li tiskatta hit, il-hit jenħtieġ li tiġi vvalutata minn konsulati jew minn punt ta' kuntatt uniku nazzjonali, b'dan tal-aħħar li jkun responsabbli għal hits iġġenerati b'mod partikolari minn bażijiet ta' data jew sistemi tal-infurzar tal-liġi. Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtorità responsabbli għandha jenħtieġ li twassal għad-deċiżjoni jekk tinħariġx jew le l-viża għal soġġorn qasir. [Em. 12]

(16)  Rifjut ta’ applikazzjoni għal viża għal soġġorn qasir ma għandux ikun ibbażat biss fuq l-ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali fl-applikazzjonijiet.

(17)  Applikanti li ġew irrifjutati viża għal soġġorn qasir abbażi ta’ informazzjoni mill-ipproċessar tal-VIS għandu jkollhom id-dritt li jappellaw. L-appelli għandhom jitmexxew fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Għandhom japplikaw is-salvagwardji u r-regoli eżistenti dwar appell fir-Regolament (KE) Nru 767/2008.

(18)  Għandhom Jenħtieġ li jintużaw indikaturi speċifiċi tar-riskju li jikkorrispondu għal sigurtà, migrazzjoni irregolari jew riskju għas-saħħa pubblika riskji epidemiċi għoljin identifikati qabel biex janalizzaw il-fajl tal-applikazzjoni għal viża għal soġġorn qasir. Il-kriterji użati biex jiddefinixxu l-indikaturi speċifiċi tar-riskju jenħtieġ li, f’ebda ċirkostanza m’għandhom ikunu ma jkunu bbażati biss fuq is-sess jew l-età ta’ persuna. F’ebda ċirkostanza m’għandhom ikunu ma jenħtieġ li jkunu bbażati fuq informazzjoni li tiżvela r-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiki il-karatteristiċi ġeneriċi, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew xort’oħra, ir-reliġjon jew twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità jew orjentazzjoni sesswali ta’ persuna. [Em. 13]

(19)  L-emerġenza kontinwa ta’ forom ġodda ta’ theddid riskji ta’ sigurtà, tendenzi ġodda ta’ migrazzjoni irregolari u theddid għas-saħħa pubblika riskji epidemiċi għoljin tirrikjedi li reazzjonijiet effettivi u ħtiġijiet jiġu kkontrollati b’mezzi moderni. Billi dawn il-mezzi jinkludu l-ipproċessar ta’ ammonti importanti ta’ data personali, għandhom jenħtieġ li jiġu introdotti salvagwardji adegwati biex iżommu l-interferenza bid-dritt fid-drittijiet għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt dawk għall-protezzjoni ta’ data personali limitata għal dak li hu meħtieġ u proporzjonat f’soċjetà demokratika. [Em. 14]

(20)  Għandu jiġi żgurat li tal-inqas livell simili ta’ verifiki jiġi applikat għal applikanti għal viża għal soġġorn qasir, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, l-istess bħal ċittadini ta’ pajjiżi terzi mingħajr viża. Għal dan il-għan, tiġi stabbilita wkoll lista ta’ sorveljanza b’informazzjoni relatata ma’ persuni li huma suspettati li kkommettew att ta’ kriminalità serja jew terroriżmu, jew li dwarhom hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet raġonevoli fejn jitwemmen li se jikkommettu att ta’ kriminalità serja jew terroriżmu u għandha tintuża għal verifiki fir-rigward ta’ dawn il-kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi wkoll.

(21)  Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, it-trasportaturi internazzjonali għandhom ikunu jenħtieġ li jkunu jistgħu jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza għandhomx humiex jew le d-dokumenti fil-pussess tad-dokumenti tal-ivvjaġġar validi meħtieġa billi jibagħtu tfittxija lill-VIS. Din il-verifika għandha jenħtieġ li tkun possibbli permezz tal-estrazzjoni ta’ kuljum tad-data tal-VIS f’bażi tad-data separata għall-qari biss li tippermetti l-estrazzjoni ta’ subset neċessarju minimu ta’ data permezz ta’ liema tfittxija tiġi mwieġba b’ok jew mhux ok. Jenħtieġ li l-fajl tal-applikazzjoni nnifsu ma jkunx aċċessibbli għat-trasportaturi. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-aċċess tal-VIS permezz tal-portal tat-trasportaturi jenħtieġ li jillimitaw, sa fejn ikun possibbli, l-impatt fuq l-ivvjaġġar tal-passiġġieri u fuq it-trasportaturi. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-integrazzjoni mal-EES u l-ETIAS. [Em. 15]

(21a)  Bil-għan li jkun limitat l-impatt tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament fuq trasportaturi internazzjonali li jġorru gruppi fuq l-art permezz ta' kowċ, jenħtieġ li jkunu disponibbli soluzzjonijiet mobbli u faċli għall-utent. [Em. 16]

(21b)  Fi żmien sentejn mill-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza, il-kompatibilità u l-koerenza tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tal-VIS għat-trasport fuq l-art bil-kowċis. Jenħtieġ li jittieħed kont tal-evoluzzjoni reċenti tat-trasport fuq l-art bil-kowċis. Jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa għal dispożizzjonijiet emendatorji dwar trasport fuq l-art bil-kowċis imsemmi fl-Artikolu 26 ta' dik il-Konvenzjoni jew f'dan ir-Regolament. [Em. 17]

(22)  Dan ir-Regolament għandu jiddefinixxi l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jistgħu jkunu awtorizzati biex ikollhom aċċess għall-VIS biex jinserixxu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data fil-VIS dwar viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza għal skopijiet speċifiċi stabbiliti fil-VIS għal din il-kategorija ta’ dokumenti u d-detenturi tagħhom, u safejn ikun meħtieġ għall-prestazzjoni tal-inkarigi tagħhom.

(23)  Kwalunkwe pproċessar ta’ data tal-VIS dwar viżi għal soġġorn twil u dokumenti ta’ residenza għandu jkun proporzjonali għall-objettivi li jridu jintlaħqu u li huma meħtieġa għall-prestazzjoni tal-inkarigi tal-awtoritajiet kompetenti. Meta jużaw l-VIS, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jiġu rispettati d-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-persuna li tagħha tkun intalbet id-data, u ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta’ sess, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiki ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

(23a)  Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' persuna, id-data bijometrika, li fil-kuntesti ta' dan ir-Regolament timplika marki tas-swaba' u immaġni tal-wiċċ, hija unika u, għalhekk ferm aktar affidabbli mid-data alfanumerika. Madankollu, id-data bijometrika tikkostitwixxi data personali sensittiva. Dan ir-Regolament jistabbilixxi għalhekk il-bażi u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta' tali data għall-fini li jiġu identifikati b'mod uniku l-persuni kkonċernati. [Em. 18]

(24)  Huwa imperattiv li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkollhom l-informazzjoni l-aktar aġġornata biex iwettqu l-inkarigi tagħhom fil-ġlieda kontra reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. L-aċċess għall-VIS tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u tal-Europol ġie stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI. Il-kontenut ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi integrat fir-Regolament VIS, biex ikun konformi mal-qafas kurrenti tat-trattat.

(25)  L-aċċess għad-data tal-VIS għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi diġà wera l-utilità tiegħu fl-identifikazzjoni ta’ persuni li jkunu mietu b’mod vjolenti jew biex jgħin lill-investigaturi biex jagħmlu progress sostanzjali f’każijiet relatati mat-traffikar ta’ bnedmin, it-terroriżmu jew it-traffikar ta’ drogi. Għalhekk, id-data fil-VIS relatata ma’ soġġorni twal għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u għall-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (“Europol”), soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(26)  Billi l-Europol għandu rwol kruċjali fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-investigazzjoni ta’ reati transkonfinali fis-sostenn tal-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjoni tal-kriminalità fl-Unjoni. L-aċċess kurrenti tal-Europol għall-VIS fi ħdan il-qafas tal-inkarigi tiegħu għandu jiġi kkodifikat u ssimplifikat, filwaqt li jitqiesu wkoll l-iżviluppi riċenti tal-qafas legali bħar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22).

(27)  L-aċċess għall-VIS għall-iskopijiet ta’ prevenzjoni, kxif jew investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra jikkostitwixxi interferenza bid-drittijiet fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u għall-protezzjoni tad-data personali ta’ persuni li d-data personali tagħhom hija pproċessata fil-VIS. Kull interferenza bħal din għandha tkun konformi mal-liġi, li għandha tkun ifformulata bi preċiżjoni suffiċjenti biex tippermetti lill-individwi jaġġustaw il-kondotta tagħhom u għandha tipproteġi lill-individwi kontra arbitrarjetà u tindika bi kjarezza suffiċjenti l-kamp ta’ applikazzjoni tad-diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti u l-mod kif din tiġi eżerċitata. Kull interferenza għandha tkun meħtieġa f’soċjetà demokratika sabiex jiġi protett interess leġittimu u proporzjonat u proporzjonali għall-għan leġittimu li jrid jinkiseb.

(28)  [Ir-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità] l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] jistipula l-possibbiltà l-possibilità li awtorità tal-pulizija ta’ Stat Membru li ngħatat setgħa tagħmel dan b’miżuri leġiżlattivi nazzjonali tidentifika persuna bid-data bijometrika ta’ dik il-persuna meħuda waqt verifika tal-identità. Madankollu jistgħu jeżistu ċirkostanzi speċifiċi fejn l-identifikazzjoni ta’ persuna hija neċessarja fl-interess ta’ dik il-persuna. Każijiet bħal dawn jinkludu sitwazzjonijiet fejn il-persuna tinstab wara li tkun sfat nieqsa, maħtufa jew tkun identifikata bħala vittma tat-traffikar. F’każijiet bħal dawn, għandu biss, jenħtieġ li jingħata aċċess veloċi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għad-data tal-VIS sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni rapida u affidabbli tal-persuna, mingħajr il-ħtieġa li jissodisfaw il-prekundizzjonijiet jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet kollha u salvagwardji addizzjonali għall-aċċess għall-infurzar tal-liġi. [Em. 19]

(29)  Tqabbil It-tqabbil tad-data abbażi ta’ marka tas-swaba’ latenti, li hija t-traċċa dattiloskopika li tista’ tinstab fuq post ta’ reat, huwa fundamentali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-possibbiltà Il-possibilità li marka tas-swaba’ latenti titqabbel mad-data dwar il-marki tas-swaba’ li tkun maħżuna fil-VIS f’każijiet fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-awtur jew il-vittma jistgħu jkunu reġistrati fil-VIS għandha u wara li titwettaq tfittxija minn qabel skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI(23) jenħtieġ li tipprovdi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri b’għodda utli ħafna għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra, pereżempju meta l-unika evidenza fuq il-post tar-reat jkunu ikunu marki tas-swaba’ latenti. [Em. 20]

(30)  Jenħtieġ li jinħatru awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll il-punt ta’ aċċess ċentrali li permezz tiegħu jsiru t-talbiet għall-aċċess għad-data tal-VIS u li tinżamm lista ta’ unitajiet operattivi fl-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati li jitolbu dan l-aċċess għall-finijiet speċifiċi għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra.

(31)  Talbiet għal aċċess għal data maħżuna fis-Sistema Ċentrali għandhom isiru mill-unitajiet operattivi fi ħdan l-awtoritajiet maħtura lill-punt ta’ aċċess ċentrali u għandhom ikunu ġustifikati. L-unitajiet operattivi fi ħdan l-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati jitolbu aċċess għad-data tal-VIS ma għandhomx jaġixxu bħala awtorità ta’ verifika. Il-punti ta’ aċċess ċentrali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti mill-awtoritajiet maħtura u għandhom ikunu responsabbli biex, b’mod indipendenti, jiżguraw konformità stretta mal-kundizzjonijiet għal aċċess kif stabbilit f’dan ir-Regolament. F’każijiet eċċezzjonali ta’ urġenza fejn ikun meħtieġ aċċess bikri bi tweġiba għal theddida speċifika u attwali marbuta ma’ reati terroristiċi jew ma’ reati kriminali serji oħra, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jkun jista’ jipproċessa t-talba immedjatament u jwettaq il-verifika wara.

(32)  Sabiex tiġi protetta d-data personali u jiġu esklużi tfittxijiet sistematiċi mill-infurzar tal-liġi, l-ipproċessar tad-data tal-VIS għandu jenħtieġ li jseħħ biss f’każijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif jew tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra. L-awtoritajiet maħtura u l-Europol għandhom jenħtieġ li jitolbu aċċess għall-VIS biss meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li dan l-aċċess se jipprovdi informazzjoni li se tgħinhom sostanzjalment fil-prevenzjoni, fil-kxif jew fl-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor u wara li titwettaq tfittxija minn qabel skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. [Em. 21]

(32a)  Bħala prattika ġenerali, l-utenti finali tal-Istati Membri jwettqu tfittxijiet fil-bażijiet ta' data nazzjonali rilevanti qabel jew b'mod parallel ma' tfittxijiet fil-bażijiet ta' data Ewropej. [Em. 22]

(33)  Id-data personali ta’ detenturi ta’ dokumenti viżi għal soġġorn twil maħżuna fil-VIS għandha jenħtieġ li tinżamm għal mhux aktar milli meħtieġ għall-finijiet tal-VIS. Huwa xieraq li d-data tinżamm id-data relatata ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal perjodu tinżamm għal perjodu ta’ ħames snin sabiex id-data titqies għall-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir, sabiex jinkixef soġġorn skadut wara t-tmiem tal-perjodu ta’ validità u sabiex jitwettqu valutazzjonijiet tas-sigurtà ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu kisbuhom. Id-data dwar l-użi preċedenti ta’ dokument tista’ tiffaċilita l-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn qasir fil-futur. Perjodu aktar qasir ta’ ħażna ma jkunx biżżejjed biex jiġu żgurati l-għanijiet iddikjarati. Id-data għandha jenħtieġ li titħassar wara perjodu ta’ ħames snin, sakemm ma hemmx raġunijiet għaliex għandha biex titħassar qabel. [Em. 23]

(34)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24) japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-għanijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-kxif jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali huwa rregolat mid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25).

(35)  Il-membri tat-timijiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll it-timijiet tal-persunal involuti f’inkarigi relatati mar-ritorn huma intitolati mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonsultaw il-bażijiet tad-data Ewropej fejn meħtieġ biex iwettqu inkarigi operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar kontrolli tal-fruntieri, sorveljanza tal-fruntieri u ritorn, taħt l-awtorità tal-Istat Membru ospitanti. Bil-għan li tiġi ffaċilitata dik il-konsultazzjoni u t-timijiet ikollhom aċċess effettiv għad-data mdaħħla fil-VIS, l-EBCGA għandha tingħata aċċess għall-VIS. Tali aċċess għandu jenħtieġ li jsegwi l-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ta’ aċċess applikabbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kompetenti taħt kull għan speċifiku għal liema d-data tal-VIS tista’ tiġi kkonsultata. [Em. 24]

(36)  Ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx, jew ma jissodisfawx aktar, il-kundizzjonijiet għad-dħul, soġġorn jew residenza fl-Istati Membri, skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26) huwa komponent essenzjali tal-isforzi komprensivi biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari u jirrappreżenta raġuni importanti ta’ interess pubbliku sostanzjali.

(37)  Il-pajjiżi terzi tar-ritorn ta’ sikwit mhumiex soġġetti għal deċiżjonijiet ta’ adegwatezza adottati mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew taħt dispożizzjonijiet nazzjonali adottati biex jittrasponu l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li d-data personali miksuba minn Stat Membru skont dan ir-Regolament ma tiġix ittrasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew Barra barra minnha. minn hekk, l-isforzi estensivi tal-Unjoni fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi ewlenin tal-oriġini ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi Bħala eċċezzjoni għal dik ir-regola, madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment suġġetti għal obbligu biex jirritornaw ma rnexxilhomx jiżguraw it-twettiq sistematiku minn tali data personali tiġi ttrasferita lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fejn tali pajjiżi terzi tal-obbligu stabbilit mil-liġi internazzjonali biex jerġgħu jdaħħlu ċ-ċittadini tagħhom stess. Il-ftehimiet tar-riammissjoni, konklużi jew qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni trasferiment ikun soġġett għal kondizzjonijiet stretti u meħtieġ f'każijiet individwali sabiex tassisti fl-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz fir-rigward tar-ritorn tiegħu jew mill-Istati Membri u li jipprovdu salvagwardji xierqa għat-trasferiment tagħha. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza permezz ta’ data lil pajjiżi terzi att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament ir-Regolament (UE) 2016/679 jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati biex jittrasponu l-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2016/680, ikopru numru limitat ta’ pajjiżi terzi bħal dawn u l-konklużjoni ta’ kwalunkwe ftehim ġdid tibqa’ inċerta. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, id-data personali tista’ tiġi pproċessata skont dan ir-regolament mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ ritorn tal-Unjoni sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49(1)(d) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 38 jew 39 tad-Direttiva (UE) 2016/680. salvagwardji xierqa li għalihom huma soġġetti t-trasferimenti skont dak ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli t-trasferiment eċċezzjonali, għall-finijiet ta' ritorn, tad-data tal-VIS lejn pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali, unikament fejn dan ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku kif imsemmi f'dak ir-Regolament. [Em. 25]

(38)  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli d-data personali rilevanti pproċessata fil-VIS, skont ir-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-data u fejn meħtieġ f’każijiet individwali għat-twettiq ta’ inkarigi taħt ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(27),ir-Regolament Qafas dwar ir-Risistemazzjoni tal-Unjoni], lill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u korpi internazzjonali rilevanti bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u lill-operazzjonijiet tar-rifuġjati u r-risistemazzjoni tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, b’relazzjoni ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi riferuti lilhom mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament Qafas dwar ir-Risistemazzjoni tal-Unjoni]. [Em. 26]

(39)  Ir-Regolament (KE) (UE) 45/2001 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28) japplika għall-attivitajiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi tal-Unjoni meta jwettqu l-inkarigi tagħhom bħala responsabbli għall-ġestjoni operazzjonali tal-VIS. [Em. 27]

(40)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-12 ta' Diċembru 2018. [Em. 28]

(41)  Sabiex titjieb il-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi għar-riammissjoni ta’ migranti irregolari u biex jiġi ffaċilitat ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qegħdin fil-pajjiż illegalment u li d-data tagħhom tista’ tkun maħżuna fil-VIS, il-kopji tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikanti għal viża għal soġġorn qasir għandhom jinħażnu fil-VIS. Għall-kuntrarju tal-informazzjoni estratta mill-VIS, il-kopji tad-dokumenti tal-ivvjaġġar huma prova tan-nazzjonalità li huma rikonoxxuti ferm aktar minn pajjiżi terzi .

(42)  Il-konsultazzjoni tal-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur biex jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jiġu approvati b’viża, kif stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29), hija element obbligatorju tal-proċedura tal-eżami tal-viża. L-awtoritajiet tal-viżi għandhom jimplimentaw dan l-obbligu sistematikament u għaldaqstant din il-lista għandha tiġi inkorporata fil-VIS biex tkun tista’ ssir verifika awtomatika tal-għarfien tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant.

(43)  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-eżattezza tad-data mdaħħla fil-VIS, l-eu-LISA għandha jenħtieġ li ssir responsabbli għat-tisħiħ tal-kwalità tad-data billi tintroduċi, iżżomm u taġġorna kontinwament għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-kwalità tad-data, u biex f’intervalli regolari tipprovdi rapporti lill-Istati Membri. [Em. 29]

(44)  Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tal-VIS biex jiġu analizzati t-tendenzi li jittrattaw il-pressjoni migratorja u l-ġestjoni tal-fruntieri, jenħtieġ li l-eu-LISA tkun tista’ tiżviluppa kapaċità għal rappurtar statistiku lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mingħajr ma tiġi pperikolata l-integrità tad-data. Għalhekk l-eu-LISA jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju taħżen ċerta data statistika fir-repożitorju ċentrali għall-finijiet ta' rappurtar u forniment tal-istatistika skont ir-[Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)]. Jenħtieġ li l-ebda mill-istatistika ppreżentata ma għandu jkollha data personali. [Em. 30]

(45)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(30)

(46)  Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ politika komuni dwar il-viżi, livell għoli ta’ sigurtà fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u l-istabbiliment gradwali ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni, jistgħu pjuttost jintlaħqu fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(47)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli stretti dwar l-aċċess għall-VIS u s-salvagwardji neċessarji. Jistipula wkoll id-drittijiet tal-individwi għal aċċess, għal korrezzjoni, għal tħassir u għal rimedju b’mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti. Dan ir-Regolament jintroduċi salvagwardji addizzjonali biex ikopri l-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji l-ġodda tad-data li se jkunu pproċessati mill-VIS. Għaldaqstant dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-ażil u l-protezzjoni tal-prinċipju ta’ non-refoulement u l-protezzjoni fil-każ ta’ tneħħija, espulsjoni jew estradizzjoni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv.

(47a)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joriġinaw mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, kif issupplimentata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967, u għall-impenji internazzjonali kollha meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha. [Em. 31]

(48)  Jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma soġġetti għal rekwiżit ta’ viża, li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE, jew għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni u li ma jkollhomx karta ta’ residenza msemmija fid-Direttiva 2004/38/KE. L-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-pajjiżi tal-Istati Membri, bla preġudizzju għal-limitazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u d-dispożizzjonijiet meħuda sabiex dawn jitwettqu. Il-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet rispettivi jinsabu fid-Direttiva 2004/38/KE.

(49)  Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tali membri tal-familja mhux biss għandhom id-dritt li jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru iżda wkoll li jiksbu viża tad-dħul għal dak il-għan. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lil tali persuni kull faċilità biex jiksbu l-viżi meħtieġa li għandhom jinħarġu mingħajr ħlas mill-aktar fis possibbli u fuq il-bażi ta’ proċedura aċċelerata.

(50)  Id-dritt għall-kisba ta’ viża mhuwiex mingħajr ebda kundizzjoni, peress li jista’ jiċċaħħad lil dawk il-membri tal-familja li jirrappreżentaw riskju għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika skont id-Direttiva 2004/38/KE. F’dan l-isfond, id-data personali tal-membri tal-familja tista’ tiġi vverifikata biss fejn id-data relatata mal-identifikazzjoni u l-istatus tagħhom biss sakemm dawn ikunu relevanti għall-valutazzjoni tat-theddida tas-sigurtà li jistgħu jirrappreżentaw. Tabilħaqq, l-eżami tal-applikazzjonijiet għal viża tagħhom għandu jsir esklussivament fid-dawl ta’ tħassib dwar sigurtà, u mhux dawk relatati mar-riskji tal-migrazzjoni.

(51)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Billi dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk tkunx se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(52)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li r-Renju Unit ma jipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE(31); għaldaqstant ir-Renju Unit mhux se jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(53)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE(32); għaldaqstant l-Irlanda mhix se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(54)  Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis(33) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE(34).

(55)  Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(35), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE(36) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI(37).

(56)  Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(38), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE(39) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE(40).

(57)  Dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 22r, jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew inkella marbut miegħu fi ħdan, rispettivament, it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet magħmula applikabbli għall-Bulgarija u għar-Rumanija bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908(41),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(-1)  It-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir, viżi għal perjodu twil u permessi ta' residenza (Regolament VIS)"; [Em. 32]

"

(1)  Fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorni twal u permessi ta’ residenza, inkluż dwar ċerti deċiżjonijiet dwar viżi għal soġġorni twal u permessi ta’ residenza.

Billi taħżen id-data tal-identità, tad-dokument tal-ivvjaġġar u d-data bijometrika fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) stabbilit mill-Artikolu 17 tar-Regolament 2018/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [ir-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabbiltà (fruntieri u viżi)], il-VIS tikkontribwixxi għall-iffaċilitar u l-assistenza fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni reġistrati fil-VIS.”

­­­­­­­­_______

* Ir-Regolament 2018/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [ir-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] (ĠU L).”;

"

(2)  L-Artikolu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 2

L-Iskop tal-VIS

1.  Il-VIS għandu jkollha l-iskop li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi għal soġġorn qasir, il-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex: [Em. 33]

   (a) tiffaċilita l-proċedura u tħaffef il-proċedura tal-applikazzjoni għal viża; [Em. 34]
   (b) jiġi evitat in-nuqqas ta’ osservazzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni;
   (c) tiġi faċilitata l-ġlieda kontra l-frodi;
   (d) jiġu faċilitati l-kontrolli mal-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni u fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri;
   (e) tgħin fl-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna li jista’ jkun ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju tal-Istati Membri;
   (f) tgħin fl-identifikazzjoni ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 22o li sfaw neqsin; [Em. 35]
   (g) tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;
   (h) tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kull wieħed mill-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra f'ċirkostanzi xierqa u strettament definiti; [Em. 36]
   (i) tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà interna ta’ kull Stat Membru; [Em. 37]
   (j) tiżgura l-identifikazzjoni korretta tal-persuni;
   (k) tappoġġa l-objettivi tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) relatata mal-allerti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rifjut ta’ dħul, persuni mfittxija għall-arrest jew għal ċediment jew għall-finijiet ta’ estradizzjoni, persuni nieqsa, persuni mfittxija biex jgħinu fi proċedura ġudizzjarja u persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi.”

2.  Fir-rigward tal-viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta’ residenza, l-VIS ikollha l-iskop li tiffaċilita l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri dwar id-deċiżjonijiet relatati, sabiex:

   (a) tappoġġa livell għoli ta’ sigurtà fl-Istati Membri kollha billi tikkontribwixxi għall-valutazzjoni jekk l-applikant jew id-detentur ta' dokument huwiex ikkunsidrat li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika qabel il-wasla tiegħu fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni; [Em. 38]
   (b) tittejjeb l-effettività tal-kontrolli tiffaċilita l-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni u ttejjeb l-effettività tal-kontrolli fit-territorju tal-Istati Membri; [Em. 39]
   (c) tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kull wieħed mill-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra f'ċirkostanzi xierqa u strettament definiti; [Em. 40]
   (d) tiżgura l-identifikazzjoni korretta tal-persuni;
   (da) tgħin fl-identifikazzjoni ta' persuni msemmija fl-Artikolu 22o li sfaw neqsin; [Em. 41]
   (e) tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 u tad-Direttiva 2013/32/UE;
   (f) tappoġġa l-objettivi tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) relatata mal-allerti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rifjut ta’ dħul, persuni mfittxija għall-arrest jew għal ċediment jew għall-finijiet ta’ estradizzjoni, persuni nieqsa, persuni mfittxija biex jgħinu fi proċedura ġudizzjarja u persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi.”

* Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

** Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).”;

"

(2a)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 2a

Arkitettura

1.  Il-VIS għandha tkun ibbażata fuq arkitettura ċentralizzata u għandha tikkonsisti minn:

   (a) ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità kif stabbilit [fl-Artikolu 17(2)(a) tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)];
   (b) sistema ta' informazzjoni ċentrali ("is-Sistema Ċentrali tal-VIS");
   (c) interfaċċa f'kull Stat Membru ("l-interfaċċa nazzjonali" jew "NI-VIS") li għandha tipprovdi l-konnessjoni lill-awtorità nazzjonali ċentrali rilevanti tal-Istat Membru rispettiv, jew interfaċċa nazzjonali uniformi (NUI) f'kull Stat Membru abbażi ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identiċi għall-Istati Membri kollha sabiex is-Sistema Ċentrali tal-VIS tkun konnessa mal-infrastrutturi nazzjonali fl-Istati Membri;
   (d) infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-interfaċċi nazzjonali;
   (e) kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-EES;
   (f) infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-infrastrutturi ċentrali tal-portal Ewropew tat-tfittxija stabbilit mill-[Artikolu 6 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)], is-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku stabbilit mill-[Artikolu 12 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)], ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-[Artikolu 17 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] u d-detettur ta' identitajiet multipli stabbilit mill-[Artikolu 25 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)];
   (g) mekkaniżmu ta' konsultazzjoni dwar applikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet ċentrali tal-viża ("VISMail");
   (h) portal tat-trasportaturi;
   (i) servizz web sigur li jippermetti l-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS minn naħa waħda, u l-portal tat-trasportaturi u s-sistemi internazzjonali min-naħa l-oħra;
   (j) repożitorju tad-data għall-finijiet ta' rappurtar u statistika;
   (k) għodda li tippermetti li l-applikanti jagħtu jew jirtiraw il-kunsens tagħhom biex il-fajl tal-applikazzjoni tagħhom jinżamm għal perijodu addizzjonali.

Is-Sistema Ċentrali tal-VIS, l-interfaċċi nazzjonali uniformi, is-servizz web, il-portal tat-trasportaturi u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-VIS għandhom jaqsmu ma' xulxin u jużaw mill-ġdid kemm ikun teknikament possibbli l-komponenti tal-hardware u s-software tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-interfaċċi nazzjonali uniformi tal-EES, il-portal tat-trasportaturi tal-ETIAS, is-servizz web tal-EES u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-EES rispettivament.

2.  L-NI-VIS għandha tikkonsisti minn:

   (a) interfaċċa nazzjonali lokali (LNI) waħda għal kull Stat Membru li hija l-interfaċċa li tikkonnetti fiżikament lill-Istat Membru man-netwerk ta' komunikazzjoni sigura u li fiha t-tagħmir ta' kriptaġġ iddedikat għall-VIS. L-LNI għandha tinsab fil-bini tal-Istat Membru;
   (b) LNI ta' riżerva (BLNI) waħda li għandu jkollha l-istess kontenut u funzjoni bħal-LNI.

3.  L-LNI u l-BLNI għandhom jintużaw esklussivament għal finijiet iddefiniti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-VIS.

4.  Is-servizzi ċentralizzati għandhom jiġu dduplikati f'żewġ postijiet differenti, jiġifieri fi Strasburgu, Franza, fejn hemm is-Sistema Ċentrali tal-VIS prinċipali, l-unità ċentrali (CU) u f'St Johann im Pongau, l-Awstrija, fejn hemm is-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva, l-unità ċentrali ta' riżerva (BCU). Il-konnessjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS prinċipali u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva għandha tippermetti s-sinkronizzazzjoni kontinwa bejn is-CU u l-BCU. L-infrastruttura ta' komunikazzjoni għandha tappoġġa u tikkontribwixxi biex tiżgura d-disponibilità mhux interrotta tal-VIS. Din għandha tinkludi mogħdijiet żejda u separati għall-konnessjonijiet bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva u għandha tinkludi wkoll mogħdijiet żejda u separati għall-konnessjonijiet bejn kull interfaċċa nazzjonali u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva. L-infrastruttura ta' komunikazzjoni għandha tipprovdi netwerk kriptat, virtwali u privat iddedikat għad-data tal-VIS u għall-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-awtorità responsabbli mit-tmexxija operattiva għas-Sistema Ċentrali tal-VIS.”; [Em. 42]

"

(3)  L-Artikolu 3 jitħassar;

(4)  Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  żdied dan il-punt li ġej: "

(3a) "awtorità ċentrali" tfisser l-awtorità stabbilita minn Stat Membru għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 810/2009; [Em. 43]

"

(b)  jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

(12) “data tal-VIS” tfisser id-data kollha maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-VIS u fis-CIR f’konformità mal-Artikoli 9 sa 14, l-Artikoli 22c sa 22f;

   (13) “data tal-identità” tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (aa);
   (14) “data tal-marki tas-swaba’” tfisser id-data relatata mal-marki tas-swaba’ li hija maħżuna f’fajl tal-VIS;
   (15) “immaġni tal-wiċċ” tfisser immaġni diġitali tal-wiċċ b'riżoluzzjoni u kwalità suffiċjenti tal-immaġni sabiex tintuża fi tqabbil bijometriku awtomatizzat; [Em. 44]
   (16) “data tal-Europol” tfisser data personali pprovduta mill-Europol għall-fini msemmi fl-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;
   (17) “permess ta’ residenza” tfisser il-permessi ta’ residenza kollha maħruġa mill-Istati Membri skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002** u d-dokumenti l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 2(16)(b) tar-Regolament (UE) 2016/399;
   (18) “viża għal soġġorn twil” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru kif stipulat fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen;
   (19) “awtorità superviżorja nazzjonali” fir-rigward ta’ skopijiet ta’ infurzar tal-liġi "awtoritajiet superviżorji" tfisser l-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** u l-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***; [Em. 45]
   (19a) "hit" tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza stabbilita billi d-data rilevanti rreġistrata f'fajl ta' applikazzjoni tal-VIS titqabbel mad-data rilevanti li tinsab f'rekord, fajl jew allert irreġistrati fil-VIS, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, l-EES, l-ETIAS, l-Eurodac, id-data tal-Europol jew fil-bażi tad-data SLTD tal-Interpol; [Em. 46]
   (20) "infurzar tal-liġi" tfisser il-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra f'qafas strettament definit; [Em. 47]
   (21) “reati terroristiċi” tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali li jikkorrispondu jew huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fid-Direttiva msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**** jew li huma ekwivalenti għal wieħed minn dawk ir-reati għall-Istati Membri li mhumiex marbuta b'dik id-Direttiva; [Em. 48]
   (22) “reati kriminali serji” tfisser ir-reati li jikkorrispondu jew li huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI*****, jekk huma punibbli taħt il-liġi nazzjonali b’sentenza ta’ priġunerija jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin.

________________

* Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

** Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1)

*** Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). [Em. 49]

**** Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

***** Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

****** Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1)”;

"

(5)  L-Artikolu 5 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 5

Kategoriji ta’ data

1.  Il-kategoriji li ġejjin biss għandhom jiġu rreġistrati fil-VIS:

   (a) data alfanumerika dwar l-applikant għal viża għal soġġorn qasir u dwar viżi mitluba, maħruġa, irrifjutati, annullati, irrevokati jew estiżi msemmija fl-Artikolu 9(1) sa (4) u l-Artikoli 10 sa 14, data alfanumerika dwar viża għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza maħruġa, irtirati, irrifjutati, annullati, irrevokati jew estiżi msemmija fl-Artikoli 22c, 22d, 22e u 22f, kif ukoll informazzjoni dwar il-hits imsemmija fl-Artikoli 9a u 22b, u r-riżultati tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 9c(6);
   (b) immaġnijiet tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 22c(2)(f);
   (c) data tal-marki tas-swaba’ msemmija fl-Artikolu 9(6) u l-Artikolu 22c(2)(g) u l-Artikolu 22d(g); [Em. 50]
   (ca) scans tal-paġna tad-data bijometrika tad-dokument tal-ivvjaġġar imsemmija fl-Artikolu 9(7); [Em. 51]
   (d) links għal applikazzjonijiet oħra msemmija fl-Artikolu 8(3) u (4) u l-Artikolu 22a(3).”

2.  Il-messaġġi trażmessi bil-VIS, imsemmija fl-Artikolu 16, l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2), m’għandhomx jiġu rreġistrati fil-VIS, mingħajr ħsara għar-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet għall-ipproċessar tad-data skont l-Artikolu 34.

3.  Is-CIR se jinkludi d-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) sa (cc), l-Artikolu 9(5) u 9(6), l-Artikolu 22c(2)(a), sa (cc), (f) u (g), u l-Artikolu 22d(a) sa (cc) (c), (f) u (g). Il-kumplament tad-data tal-VIS għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-VIS.” [Em. 52]

"

(6)  żdied dan l-Artikolu 5a li ġej:"

"Artikolu 5a

Lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti

(1) Il-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur biex jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jiġu approvati b’viża, kif stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, għandha tiġi integrata fil-VIS. [Em. 53]

(2) Il-VIS tagħti l-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata tal-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti u tan-notifika tar-rikonoxximent jew nonrikonixximent tan-nonrikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar elenkati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE. [Em. 54]

(3) Ir-regoli dettaljati dwar l-immaniġġjar tal-funzjonalità msemmija fil-paragrafu 2 jiġu stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2). [Em. 55]

_________________

* Id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b’viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 9).";

"

(7)  L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(-a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"

1. Aċċess Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22a, aċċess għall-VIS għad-dħul, emendar l-emendar jew tħassir it-tħassir tad-data msemmija fl-Artikolu 5(1) skond skont dan ir-Regolament għandha tiġi riżervata esklussivament għall-impjegati awtorizzati kif xieraq mill-awtoritajiet tal-viża. In-numru ta' membri tal-persunal debitament awtorizzati għandu jkun strettament limitat mill-bżonnijiet attwali tas-servizz tagħhom.” [Em. 56]

"

(a)  il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

“2. L-aċċess għall-VIS għall-konsultazzjoni tad-data tkun riservata esklussivament għall-persunal awtorizzat debitament tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u tal-korpi tal-UE li huma kompetenti għall-iskopijiet għall-finijiet stipulati fl-Artikoli 15 sa 22, l-Artikoli 22c sa 22f, u l-Artikoli 22g sa 22j 22l, kif ukoll għall-iskopijiet għall-finijiet stipulati fl-Artikoli 20 u 21 tar-[Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità] l-interoperabilità (fruntieri u viżi)].

L-awtoritajiet intitolati li jikkonsultaw jew jaċċessaw il-VIS għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra għandhom jinħatru f'konformità mal-Kapitolu IIIb.

Dak l-aċċess għandu jkun limitat sal-punt li d-data tkun meħtieġa għat-twettiq tal-inkarigi tagħhom skont dawkl-iskopijiet il-finijiet, u proporzjonat mal-objettivi segwiti.”; [Em. 57]

"

(aa)  il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:"

"3. Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti, li tagħhom l-impjegati debitament awtorizzati tagħhom għandu jkollhom aċċess li jidħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data fil-VIS. Kull Stat Membru għandu jgħaddi bla dewmien lill-eu-LISA lista ta' dawn l-awtoritajiet, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 29(3a), u kull emendi għal din il-lista. Din il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, liema data tista' tfittex u għal liema finijiet.

L-eu-LISA għandha tiżgura pubblikazzjoni annwali tal-lista u tal-listi tal-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikolu 22k(2) u l-punti ta' aċċess ċentrali msemmija fl-Artikolu 22k(4) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-eu-LISA għandha żżomm lista li tiġi aġġornata kontinwament fuq is-sit web tagħha li jkun fiha t-tibdiliet mill-Istati Membri bejn il-pubblikazzjonijiet annwali.” [Em. 58]

"

(b)  għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:"

“4. Il-VIS għandha tipprovdi l-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata ta’ din il-lista.”

"

(c)  għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:"

“5. Ir-regoli Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 48a rigward ir-regoli dettaljati dwar l-immaniġġjar tal-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata tal-lista fil-paragrafu 3. jiġu stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).” [Em. 59]

"

(7a)  Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:"

"2. Kull awtorita' kompetenti għandha tiżgura li meta tuża l-VIS ma tiddiskriminax L-ipproċessar tad-data personali fil-VIS minn kwalunkwe awtorità kompetenti m'għandux jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra applikanti, detenturi tal-viża jew applikanti u detenturi tal-viża tal-viżi b'soġġorn twil, u permessi ta' residenza fuq bażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, sħubija f'minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali u li tirrispetta. Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità umana u l-integrità ta' l-applikant jew tad-detentur tal-viża tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tal-persuni u għall-protezzjoni tad-data personali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-persuni anzjani u lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija.” [Em. 60]

"

(8)  Fl-Artikolu 7 jiddaħħlu dawn il-paragrafi:"

“3. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni prinċipali jieħdu preċedenza fuq kull kunsiderazzjoni oħra għall-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri kollha stabbiliti previsti f’dan ir-Regolament b'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Il-benesseri, is-sikurezza u s-sigurtà tat-tfal, b’mod partikolari fejn hemm riskju li t-tfal huma vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, u l-fehmiet tat-tfal għandhom jiġu kkunsidrati u jingħataw il-piż dovut skont l-età u l-maturità tagħhom. [Em. 61]

3a.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan ir-Regolament f'konformità sħiħa mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità umana, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, ir-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-ażil u l-protezzjoni tal-prinċipju tan-non-refoulement u l-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni, id-dritt ta' nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv."; [Em. 62]

"

(8a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 7a

Data dwar il-marki tas-swaba' tat-tfal

1.  B'deroga għall-Artikolu 22c(2)(g), l-ebda marka tas-swaba' tat-tfal taħt is-6 snin ma għandha tiddaħħal fil-VIS.

2.  Id-data bijometrika ta' minorenni mill-età ta' sitt snin għandha tittieħed minn uffiċjali mħarrġa speċifikament biex jieħdu data bijometrika ta' minorenni b'mod adattat għat-tfal u b'mod sensittiv u b'rispett sħiħ tal-aħjar interessi tat-tfal u s-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Persuna minorenni għandha tkun akkumpanjata minn membru adult tal-familja, meta jkun preżenti, waqt li tittieħed id-data bijometrika tagħha. Persuna minorenni mhux akkompanjata għandha tkun akkumpanjata minn kustodju, rappreżentant jew, fejn rappreżentant ma jkunx ġie maħtur, persuna mħarrġa biex tissalvagwardja l-aħjar interessi tal-persuna minorenni u l-benesseri ġenerali tagħha, waqt li tittieħed id-data bijometrika tagħha. Tali persuna mħarrġa m'għandhiex tkun l-uffiċjal responsabbli għat-teħid tad-data bijometrika, għandha taġixxi b'mod indipendenti u m'għandhiex tirċievi ordnijiet la mill-uffiċjal u lanqas mis-servizz responsabbli għat-teħid tad-data bijometrika. L-ebda forma ta' forza m'għandha tintuża kontra persuni minorenni biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-obbligu li tiġi pprovduta data bijometrika.

3.  B'deroga mill-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, il-konsulati m'għandhomx jitolbu li tfal bejn is-6 snin u t-12-il sena jidhru personalment fil-konsulat għall-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi fejn dan ikun jikkostitwixxi piż u spejjeż eċċessivi għall-familji. F'dawn il-każijiet, l-identifikaturi bijometriċi għandhom jittieħdu fil-fruntieri esterni fejn għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi evitat it-traffikar tat-tfal.

4.  Permezz ta' deroga mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tad-data prevista fil-Kapitoli II, III, IIIa u IIIb, id-data tal-marki tas-swaba' tat-tfal tista' tiġi aċċessata biss għall-finijiet li ġejjin:

   (a) biex tiġi verifikata l-identità tat-tfal fil-proċedura tal-applikazzjoni għall-viża skont l-Artikolu 15 fil-fruntieri esterni skont l-Artikoli 18 u 22g u
   (b) taħt il-Kapitolu IIIb biex jiġu megħjuna l-prevenzjoni tal-abbużi tad-drittijiet tat-tfal u l-ġlieda kontrihom, soġġett għall-fatt li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (i) tali aċċess irid ikun meħtieġ għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta' traffikar tat-tfal;
   (ii) l-aċċess ikun neċessarju f'każ speċifiku;
   (iii) l-identifikazzjoni tkun fl-aqwa interess tat-tfal." [Em. 63]

"

(9)  It-Titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej:"

DĦUL U UŻU TA' DATA DWAR VIŻA GĦAL SOĠĠORN QASIR MILL-AWTORITAJIET TAL-VIŻA [Em. 64]

"

(10)  L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"

“1. Meta applikazzjoni hija aċċettabbli skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, l-awtorità tal-viża għandha toħloq il-fajl tal-applikazzjoni fi żmien jumejn tax-xogħol, billi ddaħħal id-data msemmija fl-Artikolu 9 fil-VIS, sakemm din id-data hija meħtieġa li tiġi pprovduta mill-applikant.”;

"

(b)  għandu jiżdied il-paragrafu 1a li ġej:"

“1a. Hekk kif jinħoloq il-fajl tal-applikazzjoni, il-VIS tniedi t-tfittxija awtomatikament skont l-Artikolu 9a u tagħti r-riżultati.

"

(c)  il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:"

5. Fejn il-forniment ta’ data partikulari mhux meħtieġ għal raġunijiet legali jew fil-fatt ma tistax tkun ipprovduta, l-oqsma speċifiċi provduti għad-data għandhom ikunu mmarkati bħala “mhux applikabbli”. In-nuqqas ta’ marki tas-swaba’ għandha tiġi indikata b’“VIS0”; barra minn hekk, is-sistema għandha tippermetti li ssir distinzjoni bejn il-każijiet skont l-Artikolu 13(7)(a) sa (d) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.”

"

(11)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt 4, il-punti (a), (b) u (c) huma mibdula b’dan li ġej:"

“(a) kunjom (isem tal-familja); l-isem/ismijiet (ismijiet mogħtija); data tat-twelid; nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; sess;

   (aa) il-kunjom tat-twelid (kunjom(ijiet) ta’ qabel); il-post u l-pajjiż tat-twelid; in-nazzjonalità fit-twelid;
   (b) it-tip u n- numru tad-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar;
   (c) id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar;
   (cc) l-awtorità li ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data tal-ħruġ ta’ dan;

"

(b)  il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:"

“5. l-immaġni tal-wiċċ tal-applikant, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.”; [Em. 65]

"

(ba)  il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:"

"6. marki tas-swaba' ta' l-applikant skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni tal-applikant, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009."; [Em. 66]

"

(c)  għandu jiżdied il-punt 7 li ġej:"

“7. skennjatura tal-paġna tad-data bijometrika.”;

"

(d)  jiżdiedu ż-żewġ paragrafi ġodda li ġejjin:"

8. L-immaġni tal-wiċċ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-punt 5 tal-ewwel paragrafu għandu jkollha riżoluzzjoni tal-immaġni u kwalità suffiċjenti biex tkun tista’ tintuża fit-tqabbil bijometriku awtomatizzat. Jekk ma tkunx ta' kwalità suffiċjenti, l-immaġni tal-wiċċ m'għandhiex tintuża għat-tqabbil awtomatizzat. [Em. 67]

B’deroga mit-tieni mill-ewwel paragrafu, f’każijiet eċċezzjonali fejn ma jkunux jistgħu jiġu osservati l-ispeċifikazzjonijiet ta’ kwalità u riżoluzzjoni stabbiliti għar-reġistrazzjoni fil-VIS tal-immaġni tal-wiċċ meħuda fuq il-post, l-immaġni tal-wiċċ tista’ tinħareġ elettronikament miċ-ċippa tad-Dokument elettroniku tal-Ivvjaġġar li Jinqara minn Magna (eMRTD). F’każijiet bħal dawn, l-immaġni tal-wiċċ għandha tiddaħħal fil-fajl individwali biss wara verifika elettronika li dik l-immaġni tal-wiċċ irreġistrat fiċ-ċippa tal-eMRTD tikkorrispondi mal-immaġni tal-wiċċ taċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz meħuda fuq il-post.”; [Em. 68]

"

(12)  jiżdiedu dawn l-Artikoli 9a sa 9d il-ġodda li ġejjin:"

“Artikolu 9a

Tfittxijiet f’sistemi oħrajn

1.  Il-fajls tal-applikazzjoni għandhom jiġu pproċessati awtomatikament mill-VIS biex jiġu identifikati l-hits. Il-VIS għandha teżamina kull fajl tal-applikazzjoni individwalment.

2.  Meta tinħoloq applikazzjoni jew tinħareġ viża, il-VIS għandha tiċċekkja jekk id-dokument tal-ivvjaġġar relatat ma’ dik l-applikazzjoni huwiex rikonoxxut skont id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE, billi twettaq tfittxija awtomatika fil-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti msemmija fl-Artikolu 5a, u għandha tagħti riżultat. [Em. 69]

3.  Għall-fini tal-verifiki stipulati previsti fl-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 21(3)(a), (c) u (d) (c) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, il-VIS għandha tniedi tfittxija billi tuża l-Portal Ewropew tat-Tfittxija ddefinit fl-Artikolu 6(1) [tar-Regolament dwar l-Interoperabilità (fruntieri u viżi)] biex tqabbel id-data rilevanti msemmija fil-punt fil-punti (4), (5) u (6) tal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament mad-data preżenti f’rekord, fajl jew allert irreġistrat fil-VIS, fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), fis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), inkluż il-lista ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/XX għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar], il-Eurodac, [is-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta’ kundanni relatati ma’ reati terroristiċi u forom oħra ta’ reati kriminali serji], id-data tal-Europol, il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa jew Mitlufa (SLTD) u l-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN). Il-VIS għandha tivverifika:

   (a) jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jkunx jikkorrispondi għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fis-SIS bħala mitluf, misruq, użat ħażin jew invalidat;
   (b) jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-fini tal-applikazzjoni jkunx jikkorrispondi għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fil-bażi tad-data SLTD bħala mitluf, misruq jew invalidat;
   (c) jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar rifjut ta' dħul u soġġorn fis-SIS;
   (d) jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' allert fis-SIS fir-rigward ta' persuna mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;
   (e) jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jikkorrispondux għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar irrifjutata, irrevokata jew annullata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u d-detentur tagħha;
   (f) jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jidhrux fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;
   (g) jekk id-data dwar l-applikant ġietx irreġistrata diġà fil-VIS;
   (h) jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni rigward id-dokument tal-ivvjaġġar tikkorrispondix għal applikazzjoni oħra għal viża assoċjata ma' data tal-identità differenti;
   (i) jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna li qabżet it-tul taż-żjara awtorizzata, jew jekk fl-imgħoddi kienx is-suġġett ta' rapport bħal dan fl-EES;
   (j) jekk l-applikant ikunx irreġistrat bħala xi ħadd li kien is-suġġett ta' dħul irrifjutat fl-EES;
   (k) jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' deċiżjoni ta' rifjut, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn qasir irreġistrata fil-VIS;
   (l) jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' rifjut, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn fit-tul jew ta' permess ta' residenza rreġistrata fil-VIS;
   (m) jekk id-data speċifika għall-identità tal-applikant hijiex irreġistrata fid-data tal-Europol;
   (n) jekk l-applikant ta' viża għal soġġorn qasir ikunx irreġistrat fil-Eurodac;
   (o) f'każijiet fejn l-applikant ikun minorenni, jekk l-applikant li jkun id-detentur ta' awtorità ta' ġenitur jew ta' kustodju legali:
   (i) ikunx is-suġġett ta' allert fis-SIS dwar persuni mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;
   (ii) huwiex soġġett għal allert ta' rifjut ta' dħul u soġġorn imdaħħal fis-SIS;
   (iii) ikunx detentur ta' dokument tal-ivvjaġġar li jidher fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240. [Em. 70]

3a.  Meta jitwettqu tfittxijiet fl-SLTD, id-data użata mill-utent tal-ESP għat-tnedija ta' tfittxija ma tiġix kondiviża mas-sidien tad-data tal-Interpol. [Em. 71]

4.  Il-VIS għandha żżid referenza għal kwalunkwe hit miksuba skont il-paragrafu 3 tal-fajl tal-applikazzjoni. Barra minn dan, il-VIS għandha tidentifika, fejn rilevanti, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit(s) jew il-Europol, u għandha tirreġistra dan fil-fajl tal-applikazzjoni. L-ebda informazzjoni għajr ir-referenza għal xi hit u l-oriġinatur tad-data ma għandha tiġi rreġistrata. [Em. 72]

5.  Għall-finijiet tal-Artikolu 2(1)(k), it-tfittxijiet imwettqa skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tqabbel id-data rilevanti msemmija fl-Artikolu 15(2) mad-data preżenti fis-SIS biex jiġi ddeterminat jekk l-applikant hux suġġett għal wieħed mill-allerti li ġejjin:

   (a) allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja jew ta’ estradizzjoni;
   (b) allert fir-rigward ta’ persuni neqsin;
   (c) allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja;
   (d) allert dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti, kontrolli speċifiċi jew kontrolli speċifiċi ta' investigazzjoni. [Em. 73]

5a.  Kwalunkwe hit li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3)(a), (b), (c), (e), (g), (h), (i), (j), (k), (l) u (n) għandha tiġi vvalutata, fejn meħtieġ wara verifika mill-awtorità ċentrali bi qbil mal-Artikolu 9c, mill-konsulat fejn tkun tressqet l-applikazzjoni għal viża. [Em. 74]

5b.  Kwalunkwe hit li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3)(d), (f), (m) u (o) għandha tiġi vverifikata, fejn meħtieġ, u vvalutata mill-punt ta' kuntatt uniku tal-Istati Membri li jkunu daħħlu jew ipprovdew id-data li tkun skattat il-hits, bi qbil mal-Artikolu 9ca. [Em. 75]

5c.  Kwalunkwe hit fis-SIS għandha tiġi nnotifikata awtomatikament ukoll lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ħoloq l-allert li jkun iġġenera l-hit. [Em. 76]

5d.  In-notifika pprovduta lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru jew il-punt ta' kuntatt uniku li jkun daħħal l-allert għandu jkun fiha d-data li ġejja:

   (a) il-kunjom(ijiet), l-isem/ismijiet u, jekk ikun hemm, il-psewdonimu/i;
   (b) il-post u d-data tat-twelid;
   (c) is-sess;
   (d) in-nazzjonalità u, jekk hemm aktar, nazzjonalitajiet oħra;
   (e) l-Istat Membru tal-ewwel soġġorn intenzjonat, u fejn disponibbli, l-indirizz tal-ewwel soġġorn intenzjonat;
   (f) l-indirizz tad-dar tal-applikant jew, jekk mhux disponibbli, il-belt u l-pajjiż ta' residenza tiegħu jew tagħha;
   (g) referenza għal kwalunkwe hit miksuba, inklużi d-data u l-ħin tal-hit. [Em. 77]

5e.  Dan l-Artikolu m'għandux ifixkel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-ażil, tkun xi tkun ir-raġuni. Fil-każ ta' applikazzjoni għal viża ppreżentata minn vittma ta' kriminalità vjolenti, bħal vjolenza domestika jew traffikar ta' bnedmin, imwettqa mill-isponsor tagħhom, il-fajl depożitat fil-VIS għandu jkun separat minn dak tal-isponsor sabiex il-vittmi jiġu protetti minn riskji ulterjuri. [Em. 78]

________________________

* Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

Artikolu 9b

Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għat-tfittxijiet f’sistemi oħrajn għal membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE jew ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra li jgawdu d-dritt ta’ moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni

1.  Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li tapplika għalihom id-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dan dak ta’ ċittadini tal-Unjoni taħt ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, il-verifiki awtomatizzati fl-Artikolu 9a(3) għandhom jitwettqu biss għall-fini li jiġi vverifikat li ma hemm ebda indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet raġonevoli bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri tkun ta’ riskju għas-sigurtà jew riskju epidemiku għoli skont id-Direttiva 2004/38/KE. [Em. 79]

2.  Il-VIS ma għandhiex tivverifika:

   (a) jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta, jew jekk ġiex irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta fil-passat permezz ta' konsultazzjoni tal-EES;
   (b) jekk l-applikant jikkorrispondix għal persuna li d-data tagħha hija rreġistrata fil-Eurodac.

3.  Fejn l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9a(3) irrapporta hit li tikkorrispondi għal rifjut ta’ dħul jew allert ta’ soġġorn kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (UE2018/1861, l-awtorità tal-viża għandha tivverifika r-raġuni għad-deċiżjoni fejn sussegwentement dan l-allert iddaħħal fis-SIS. Jekk din ir-raġuni hija relatata ma’ riskju ta’ immigrazzjoni illegali, l-allert ma għandux jiġi kkunsidrat għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni. L-awtorità tal-viża għandha tipproċedi skont l-Artikolu 25(2) 26(2) tar-Regolament SIS II (UE) 2018/1861. [Em. 80]

Artikolu 9c

Verifika mill-awtoritajiet ċentrali u l-punt ta' kuntatt uniku nazzjonali [Em. 81]

1.  Kwalunkwe hit kif imsemmija fl-Artikolu 9a(5b) li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3), li ma tistax tiġi awtomatikament ikkonfermata mill-VIS, għandha tiġi vverifikata manwalment mill-awtorità mill-punt ta' kuntatt uniku nazzjonali skont l-Artikolu 9ca. L-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li qed jipproċessa l-applikazzjoni għandha tiġi nnotifikata. [Em. 82]

2.  Fejn Kwalunkwe hit kif imsemmija fl-Artikolu 9a(5a) li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3), li ma tistax tiġi awtomatikament ikkonfermata mill-VIS, għandha tiġi vverifikata manwalment mill-awtorità ċentrali. Meta tkun qed tivverifika l-hits manwalment, l-awtorità ċentrali għandu jkollha aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u kwalunkwe fajl tal-applikazzjoni konness miegħu, kif ukoll mal-hits kollha skattati waqt l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 9a(3) (5a). [Em. 83]

3.  L-awtorità ċentrali għandha tivverifika jekk l-identità tal-applikant irreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni tikkorrispondix għad-data preżenti fil-VIS, jew waħda mill-bażijiet tad-data kkonsultati.

4.  Fejn id-data personali ma tikkorrispondix, u ma ġiet irrappurtata ebda hit oħra matul l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 9a(3), l-awtorità ċentrali għandha tħassar il-hit falza mill-fajl tal-applikazzjoni.

5.  Fejn id-data tikkorrispondi għall-identità tal-applikant, jew fejn jibqgħu xi dubbji dubji, l-awtorità ċentrali tal-viża li tkun qed tipproċessa l-applikazzjoni għandha, f'każijiet iġġustifikati, tinforma lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru l-ieħor, jew l-Istati Membri l-oħra, li ġew identifikati li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit skont l-Artikolu 9a(3). Fejn Stat Membru wieħed jew aktar ġew identifikati li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat din il-hit, l-awtorità ċentrali għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru l-ieħor, jew tal-Istati Membri l-oħra permezz tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(2). F'każ ta' kwalunkwe dubju, id-dubju għandu jibbenefika lill-applikant. [Em. 84]

6.  Ir-riżultat tal-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri l-oħra għandu jiżdied mal-fajl tal-applikazzjoni.

7.  B’deroga mill-paragrafu 1, fejn it-tqabbil imsemmi fl-Artikolu 9a(5) jirrapporta hit waħda jew aktar, il-VIS għandha tibgħat notifika awtomatizzata lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li nieda t-tfittxija biex tieħu kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu xierqa. [Em. 85]

8.  Fejn il-Europol jiġi identifikat li pprovda d-data li skattat hit skont l-Artikolu 9a(3), l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru responsabbli għandha tikkonsulta lill-unità nazzjonali tal-Europol għal segwitu skont ir-Regolament (UE) 2016/794 u b’mod partikolari l-Kapitolu IV tiegħu. [Em. 86]

Artikolu 9ca

Verifika u valutazzjoni mill-punt ta' kuntatt uniku nazzjonali

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali, operattiva 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, li għandha tiżgura l-verifiki manwali rilevanti u l-valutazzjoni tal-hits għall-finijiet ta' dan ir-Regolament ("il-punt ta' kuntatt uniku"). Il-punt ta' kuntatt uniku għandu jkun magħmul minn uffiċjali ta' kollegament tal-Uffiċċju SIRENE, l-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali tal-Interpol, il-punt ċentrali nazzjonali tal-Europol, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS u l-awtoritajiet nazzjonali kollha rilevanti tal-infurzar tal-liġi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw biżżejjed persunal biex jippermettu li l-punt ta' kuntatt uniku jivverifika l-hits innotifikati lilu skont dan ir-Regolament u billi jqisu l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

2.  Il-punt ta' kuntatt uniku għandu jivvaluta manwalment il-hits innotifikati lilu. Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9c(2) sa (6) għandhom japplikaw.

3.  Fejn, wara l-verifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, id-data tkun tikkorrispondi u hit tiġi kkonfermata, il-punt ta' kuntatt uniku għandu jikkuntattja, fejn meħtieġ, lill-awtoritajiet responsabbli, inkluż il-Europol, li pprovdew id-data li skattat il-hit. Huwa mbagħad għandu jivvaluta l-hit. Il-punt ta' kuntatt uniku għandu jipprovdi opinjoni motivata fid-dawl tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni li għandha tittieħed skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009. L-opinjoni motivata għandha tiġi inkluża fil-fajl tal-applikazzjoni. [Em. 87]

Artikolu 9cb

Manwal

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 48a biex tistabbilixxi f'manwal id-data rilevanti li trid titqabbel fit-tfittxijiet tas-sistemi l-oħrajn bi qbil mal-Artikolu 9a(3), u l-proċeduri u r-regoli meħtieġa għal dawn it-tfittxijiet, il-verifiki u l-valutazzjonijiet previsti fl-Artikoli 9a sa 9ca. Dan l-att delegat għandu jinkludi l-kombinazzjoni ta' kategoriji tad-data biex tiġi mfittxija kull sistema skont l-Artikolu 9a. [Em. 88]

Artikolu 9d

Ir-Responsabbiltajiet tal-Europol

Il-Europol għandu jadatta s-sistema tal-informazzjoni tiegħu biex jiżgura li l-ipproċessar awtomatiku tat-tfittxijiet imsemmija fl-Artikolu 9a(3) u l-Artikolu 22b(2) ikun possibbli.”

"

(13)  Fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:"

“4. Meta l-fajl tal-applikazzjoni jiġi aġġornat skont il-paragrafi 1 u 2, il-VIS għandha tibgħat notifika lill-Istat Membri Membru li jkun ħareġ il-viża, fejn tinfurmah bid-deċiżjoni motivata li dik il-viża tiġi annullata jew irrevokata. Dik in-notifika għandha tiġi ġġenerata awtomatikament mis-sistema ċentrali u trażmessa permezz tal-mekkaniżmu pprovdut fl-Artiklu 16.”; [Em. 89]

"

(14)  L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, jiddaħħal il-punt (ea) li ġej:"

“ea) immaġni tal-wiċċ;”;

"

(b)  għandu jiżdied il-paragrafu 2a li ġej:"

“2a. L-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (ea) tal-paragrafu 2 ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija.”;

"

(15)  Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:"

“2. Fejn il-VIS toħloq fajl tal-applikazzjoni dwar ċittadin ta’ pajjiż terz speċifiku jew li jagħmel parti minn kategorija speċifika ta’ ċittadini bħal dawn fejn tintalab konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, il-VIS għandha awtomatikament tittrażmetti t-talba għal konsultazzjoni lill-Istat Membru jew l-Istati Membri indikati.

L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonsultati għandhom jittrażmettu t-tweġiba tagħhom lill-VIS, li għandha tittrażmetti dik it-tweġiba lill-Istat Membru li beda l-applikazzjoni.

Għall-fini biss li titwettaq il-proċedura ta’ konsultazzjoni, il-lista tal-Istati Membri li jeħtieġu li l-awtoritajiet ċentrali tagħhom jiġu kkonsultati mill-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħra matul l-eżami tal-applikazzjonijiet tal-viża għal viżi uniformi ppreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ tali ċittadini, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, u taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi kkonċernati, għandha tiġi integrata fil-VIS.” [Em. 90]

3.  Il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 għandha tapplika wkoll għal:

   (a) it-trażmissjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 25(4) dwar il-ħruġ ta’ viżi b’validità territorjali limitata, l-Artikolu 24(2) dwar emendi tad-data ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 dwar notifiki ex post; [Em. 91]
   (b) il-messaġġi l-oħra kollha relatati ma’ kooperazzjoni konsulari li jinvolvu t-trażmissjoni ta’ data personali reġistrata fil-VIS jew relatata magħha, għat-trażmissjoni ta’ talbiet lill-awtorità kompetenti tal-viża biex tgħaddi kopji tad-dokumenti tal-ivvjaġġar skont il-punt 7 tal-Artikolu 9 u ta' dokumenti oħra li jappoġġaw l-applikazzjoni u għat-trażmissjoni ta’ kopji elettroniċi ta’ dawk id-dokumenti, kif ukoll għal talbiet skont l-Artikolu 9c u l-Artikolu 38(3). L-awtoritajiet tal-viża kompetenti għandhom iwieġbu għal kwalunkwe talba bħal din fi żmien żewġ ġranet tax-xogħol.; [Em. 92]

"

(16)  L-Artikolu 17 jitħassar;

(17)  it-titolu tal-Kapitolu III huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“AĊĊESS GĦAD-DATA DWAR VIŻI GĦAL SOĠĠORN QASIR MINN AWTORITAJIET OĦRA”

"

(18)  Fl-Artikolu 18(6) it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"

“L-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tal-verifiki fil-fruntieri fejn l-EES hija operata għandhom jivverifikaw il-marki tas-swaba’ tad-detentur tal-viża mal-marki tas-swaba’ rreġistrati fil-VIS. Fejn il-marki tas-swaba’ ta’ detenturi tal-viża ma jistgħux jintużaw, it-tfittxija msemmija taħt il-paragrafu 1 għandha titwettaq bid-data alfanumerika prevista taħt il-paragrafu 1 flimkien mal-immaġni tal-wiċċ.”;

"

(18a)  L-Artikolu 18a jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

“Artikolu 18a

Data tal-VIS miksuba biex jinħoloq jew jiġi aġġornat rekord ta' dħul/ħruġ jew rekord ta' ċaħda tad-dħul ta' detentur ta' viża fl-EES

Unikament għall-fini tal-ħolqien jew l-aġġornament ta' rekord ta' dħul/ħruġ jew tar-rekord ta' ċaħda tad-dħul ta' detentur ta' viża fl-EES skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għat-twettiq ta' verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikseb mill-VIS u timporta fl-EES id-data maħżuna fil-VIS u elenkata fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta' dak ir-Regolament.” [Em. 93]

"

(19)  jiżdied dan l-Artikolu 20a li ġej:"

“Artikolu 20a

L-użu tad-data tal-VIS bil-għan li jiddaħħlu allerti tal-SIS tas-SIS dwar persuni neqsin jew persuni vulnerabbli li jeħtieġ li ma jitħallewx jivvjaġġaw u l-aċċess sussegwenti għal dik id-data [Em. 94]

1.  Id-data tal-marki tas-swaba’ u l-immaġni tal-wiċċ maħżuna fil-VIS tista’ tintuża jistgħu jintużaw bil-għan li jiddaħħal allert dwar persuni neqsin, tfal f'riskju ta' ħtif jew persuni vulnerabbli li jeħtieġu li jinżammu milli jivvjaġġaw skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [Ir-Regolament (UE) dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali]. F’dawk il-każijiet, l-iskambju tad-data tal-marki tas-swaba’ u tal-immaġni tal-wiċċ għandu jsir permezz ta’ mezzi siguri lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li għandu d-data. [Em. 95]

2.  Fejn hemm hit ma' allert tas-SIS permezz tal-użu tad-data tal-marki tas-swaba' u tal-immaġni tal-wiċċ maħżuna fil-VIS kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal u l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inklużi dawk responsabbli għall-ftuħ ta’ prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċeduri kriminali u għall-inkjesti ġudizzjarji qabel akkuża u l-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) ... [COM(2016)0883 – SIS LE (kooperazzjoni tal-pulizija)], jistgħu jitolbu minn awtorità b'aċċess għall-VIS, fit-twettiq tal-inkarigi tagħhom, jitolbu aċċess għad-data mdaħħla fil-VIS. Il-kundizzjonijiet stipulati previsti fl-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhom japplikaw. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tiġi trażmessa b'mod sigur. [Em. 96]

__________

* Ir-Regolament (UE) .. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... (ĠU L .., p. …).”;

"

(20)  fl-Artikolu 22, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dawn li ġejjin:"

“1. Għall-fini uniku li tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 biex ifittxu bil-marki tas-swaba' ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil. Meta l-marki tas-swaba' ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil ma jkunux jistgħu jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (c) (b) sa (cc); din it-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(b) (aa)." [Em. 97]

2.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar l-applikant għall-protezzjoni internazzjonali hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandu jkollha aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-applikant u ta’ kwalunkwe fajl konness tal-applikazzjoni tal-applikant skont l-Artikolu 8(3), unikament għall-għan imsemmi fil-paragrafu 1:

   (a) in-numru tal-applikazzjoni;
   (b) id-data meħuda mill-formola jew formoli tal-applikazzjoni, imsemmija fil-punti (4), (5) u (7) tal-Artikolu 9;
   (c) ritratti immaġni tal-wiċċ; [Em. 98]
   (d) id-data mdaħħla fir-rigward ta' kwalunkwe viża maħruġa, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża, imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14;
   (e) id-data msemmija fil-punti fil-punt (4) u (5) tal-Artikolu 9 tal-fajls tal-applikazzjoni konnessi skont l-Artikolu 8(4).”; [Em. 99]

"

(21)  L-Artikolu 23 għandu jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 23

Perjodu ta’ żamma għall-ħażna tad-data

1.  Kull fajl ta' applikazzjoni għandu jinħażen fil-VIS għal massimu ta’ ħames snin, mingħajr ħsara għat-tħassir imsemmi fl-Artikoli 24 u 25 u għaż-żamma ta’ rekords imsemmija fl-Artikolu 34. [Em. 100]

Dan il-perjodu għandu jibda:

   (a) fid-data ta’ skadenza tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza, jekk tkun inħarġet viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;
   (b) fid-data ta’ skadenza tal-viża jew tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza, jekk tkun ġiet estiża viża jew viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza; [Em. 101]
   (c) fid-data tal-ħolqien tal-fajl tal-applikazzjoni fil-VIS, jekk l-applikazzjoni ġiet irtirata, ġiet magħluqa jew ma tkomplietx;
   (d) fid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli jekk viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, ġiet irrifjutata, annullata, imqassra, irtirata jew revokata, kif applikabbli.

2.  Mal-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-VIS għandha awtomatikament tħassar il-fajl u l-links għal dan il-fajl kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) u (4) u l-Artikolu 22a(3) u (5).”; [Em. 102]

2a.  B'deroga mill-paragrafu 1:

   (a) fajls ta' applikazzjoni li jappartjenu għal permess ta' residenza għandhom jitħassru wara perjodu massimu ta' 10 snin;
   (b) fajls ta' applikazzjoni li jappartjenu għal tfal taħt l-età ta' 12-il sena għandhom jitħassru malli t-tfal joħorġu miż-żona Schengen. [Em. 103]

2b.  B'deroga mill-paragrafu 1, għall-fini tal-iffaċilitar ta' applikazzjoni ġdida, il-fajl ta' applikazzjoni msemmi fih jista' jinħażen għal perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet snin minn tmiem il-perjodu ta' validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza u biss meta, wara talba għal kunsens, l-applikant jagħti kunsens liberu u espliċitu permezz ta' dikjarazzjoni ffirmata. Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata b'mod li jintgħaraf b'mod ċar minn kwistjonijiet oħra, f'forma intelliġibbli u li tkun faċilment aċċessibbli u bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-applikant jista' jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Jekk l-applikant jirtira l-kunsens tiegħu, il-fajl ta' applikazzjoni għandu awtomatikament jitħassar mill-VIS.

L-eu-LISA għandha tiżviluppa għodda li tippermetti lill-applikanti jagħtu u jirtiraw il-kunsens tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 48a biex tiddefinixxi aktar l-għodda li għandha tintuża mill-applikanti biex jagħtu u jirtiraw il-kunsens tagħhom. [Em. 104]

"

(22)  fl-Artikolu 24, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dawn li ġejjin:"

“2. Jekk Stat Membru għandu evidenza li tissuġġerixxi li data pproċessata fil-VIS mhix preċiża jew li dik id-data kienet ipproċessata fil-VIS f'mod li jmur kontra dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Istat Membru responsabbli immedjatament. Tali messaġġ għandi jintbagħat skont il-proċedura fl-Artikolu 16(3).

Fejn id-data ineżatta tirreferi għal links maħluqa skont l-Artikolu 8(3) jew (4), u l-Artikolu 22a(3), l-Istat Membru responsabbli għandu jagħmel il-verifiki meħtieġa u jagħti tweġiba fi żmien 48 siegħa, u, skont x’ikun il-każ, jirrettifika l-link. Jekk ma tingħatax tweġiba fiż-żmien stipulat, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jirrettifika l-link u jinnotifika lill-Istat Membru responsabbli bir-rettifika magħmula permezz tal-VISMail.”;

3.  L-Istat Membru responsabbli għandu, malajr kemm jista' jkun, jivverifika d-data kkonċernata u, jekk meħtieġ, jikkoreġiha jew iħassarha immedjatament."; [Em. 105]

"

(23)  L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"

“1. Fejn, qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 23(1), applikant ikun ħa ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru, il-fajls tal-applikazzjoni, il-fajls u l-links imsemmija fl-Artikolu 8(3) u (4), l-Artikolu u fl-Artikolu 22a(3) li huma relatati miegħu jew magħha għandhom jiġu mħassra mingħajr dewmien mill-VIS mill-Istat Membru li ħoloq il-fajl(s) tal-applikazzjoni u l-links rispettivi.”; [Em. 106]

"

(b)  fil-paragrafu 2, il-kliem “infrastruttura tal-VIS” jinbidlu bi “il-VISMail”.

(23a)  Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dawn li ġejjin:"

"1. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-VIS u l-komponenti tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 2a. Hija għandha tiżgura, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li f'kull ħin tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, suġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji għal dawk il-komponenti." [Em. 107]

2.   It-tmexxija operattiva tal-VIS għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex il-VIS tiffunzjona 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-VIS tiffunzjona f'livell sodisfaċenti ta' kwalità operattiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għat-tfittxijiet tas-Sistema Ċentrali tal-VIS mill-uffiċċji konsulari u mill-awtoritajiet tal-fruntiera. Tali ħinijiet tar-rispons għandhom ikunu qosra kemm jista' jkun." [Em. 108]

"

(b)  jitħassru l-paragrafi 3 sa 8; [Em. 109]

(24)  fl-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu 8a li ġej:"

“8a. Eu-LISA għandha tkun permessa tuża data personali reali anonimizzata tas-sistema tal-produzzjoni tal-VIS għal finijiet ta’ ttestjar fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

   (a) għad-dijanjostika u t-tiswija meta jiġu skoperti ħsarat bis-Sistema Ċentrali;
   (b) għall-ittestjar ta’ teknoloġiji u tekniki ġodda rilevanti biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-Sistema Ċentrali jew it-trażmissjoni tad-data lejha.

F’każijiet bħal dawn, il-miżuri tas-sigurtà, il-kontroll tal-aċċess u l-attivitajiet tal-illoggjar fl-ambjent tal-ittestjar għandhom ikunu ugwali għal dawk għas-sistema tal-produzzjoni tal-VIS. Id-data personali reali adottat għall-ittestjar għandha tiġi magħmula anonima b’tali mod li s-suġġett tad-data ma jibqax aktar identifikabbli.”; [Em. 110]

"

(c)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"9a. Fejn l-eu-LISA tikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mal-VIS, hija għandha timmonitorja mill-qrib l-attivitajiet tal-kuntrattur biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

9b.  It-tmexxija operattiva tas-Sistema Ċentrali tal-VIS ma għandhiex tiġi fdata lil kumpaniji privati jew organizzazzjonijiet privati."; [Em. 111]

"

(25)  L-Artikolu 27 għandu jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 27

Il-post tas-Sistema Ċentrali ta’ Informazzjoni dwar il-Viża

Il-VIS Ċentrali prinċipali, li twettaq funzjonijiet ta’ superviżjoni u amministrazzjoni teknika, għandha tkun tinsab fi Strasburgu (Franza) u l-VIS Ċentrali ta’ riżerva (backup), kapaċi li tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tal-VIS Ċentrali prinċipali, għandha tkun tinsab f’Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija).

Iż-żewġ siti jistgħu jintużaw simultanjament għal L-eu-LISA għandha timplimenta soluzzjonijiet tekniċi biex tiżgura d-disponibbiltà mhux interrotta tal-VIS jew permezz ta' operazzjoni attiva simultanja tas-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva, sakemm it-tieni sit jibqa’ kapaċi li jiżgura is-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva tibqa' kapaċi tiżgura l-operazzjoni tiegħu tal-VIS fil-każ ta’ ħsara fis-sistema lis-Sistema Ċentrali tal-VIS, jew permezz ta' duplikazzjoni tas-sistema jew tal-komponenti tagħha.”; [Em. 112]

"

(26)  L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)  it-titolu għandu jinbidel b’dan li ġej:"

“Responsabiltà għall-użu u l-kwalità tad-data”;

"

(b)  paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:"

“(c) id-data hija preċiża, aġġornata u ta’ livell adegwat ta’ kwalità u kompletezza meta hija trażmessa lill-VIS.”;

"

(ii)  għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Għal dan il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal konsulari u l-persunal ta' kwalunkwe fornitur tas-servizz estern li jikkooperaw miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 jirċievu taħriġ regolari dwar il-kwalità tad-data.” [Em. 113]

"

(c)  fil-punt (a) tal-paragrafu 2, il-kelma “VIS” tinbidel bil-kliem “VIS jew is-CIR” fiż-żewġ istanzi fejn tidher;

(d)  għandhom jiżdiedu il-paragrafi li ġejjin:"

“2a. L-awtorità ta’ ġestjoni L-eu-LISA flimkien mal-Kummissjoni għandha tiżviluppa, tmantni u tmantni taġġorna kontinwament mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati tal-kontroll tal-kwalità tad-data biex jitwettqu verifiki tal-kwalità fuq id-data fil-VIS u għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri. L-awtorità L-eu-LISA għandha tiżgura livelli adegwati ta’ ġestjoni persunal imħarreġ professjonalment biex jimplimenta innovazzjonijiet u aġġornamenti tekniċi meħtieġa biex iħaddmu l-mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità tad-data. L-eu-LISA għandha tipprovdu tipprovdi rapport regolari lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli tal-kwalità tad-data. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tad-data li jiġu ffaċċjati u kif kienu ġew indirizzati. [Em. 114]

Dan il-mekkaniżmu, il-proċeduri u l-interpretazzjoni tal-konformità tal-kwalità tad-data għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).;

2b.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibbiltà, id-disponibbiltà, l-istat ta' tħejjija u l-affidabbiltà tat-teknoloġija meħtieġa biex tintuża l-immaġni tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta' persuna."; [Em. 115]

"

(da)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"3a. Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali fil-VIS, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha titqies bħala kontrollur f'konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar ta' data minn dak l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-ħatra."; [Em. 116]

"

(27)  jiżdied dan l-Artikolu 29a li ġej:"

“Artikolu 29a

Regoli speċifiċi biex tiddaħħal id-data

1.  L-entrata tad-data msemmija fl-Artikoli 9, 22c u 22d fil-VIS għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet preliminari li ġejjin:

   (a) data skont l-Artikoli 9, 22c u 22d u l-Artikolu 6(4) tista’ tintbagħat tiddaħħal biss lill-VIS fil-VIS wara verifika tal-kwalità mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli; [Em. 117]
   (b) data skont l-Artikoli 9, 22c u 22d u l-Artikolu 6(4) tiġi pproċessata mill-VIS wara verifika tal-kwalità mwettqa mill-VIS skont il-paragrafu 2.

2.  Il-verifiki tal-kwalità għandhom jitwettqu mill-VIS hekk kif ġej:

   (a) meta jinħolqu fajls tal-applikazzjoni jew fajls ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-VIS, għandhom jitwettqu verifiki tal-kwalità fuq id-data msemmija fl-Artikoli 9, 22c u 22d; jekk dawn il-verifiki jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità stabbiliti, il-VIS għandha tinnotifika awtomatikament lill-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli;
   (b) il-proċeduri awtomatizzati skont l-Artikolu 9(a)(3) u l-Artikolu 22b(2) jistgħu jiġu skattati mill-VIS biss wara verifika tal-kwalità mwettqa mill-VIS skont dan l-Artikolu; jekk dawn il-verifiki jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità stabbiliti, il-VIS għandha tinnotifika awtomatikament lill-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli; [Em. 118]
   (c) il-verifiki tal-kwalità fuq l-immaġni tal-wiċċ u d-data dattilografika għandhom jitwettqu meta jinħolqu fajls tal-applikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-VIS, sabiex jiġi aċċertat li jintlaħqu l-istandards minimi tal-kwalità tad-data biex jippermettu t-tqabbil bijometriku; [Em. 119]
   (d) il-verifiki tal-kwalità fuq id-data skont l-Artikolu 6(4) għandhom jitwettqu meta tinħażen informazzjoni fuq l-awtoritajiet maħtura nazzjonali fil-VIS.

3.  Standards tal-kwalità għandhom jiġu stabbiliti għall-ħażna tad-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-ispeċifikazzjoni ta’ dawn l-istandards għandhom jiġu stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).”; [Em. 120]

"

(28)  fl-Artikolu 31, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej: "

“1. Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) 2016/679, id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b), (c), (k) u (m); 9(6) u 9(7) jistgħu jiġu ttrasferiti jew magħmula disponibbli lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness, biss jekk meħtieġ f’każijiet individwali bl-iskop li tagħti prova tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz, u biss bl-iskop ta’ ritorn skont id-Direttiva 2008/115/KE jew ta’ risistemazzjoni skont ir-Regolament …[ir-Regolament Qafas dwar ir-Risistemazzjoni], u sakemm l-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS ikun ta l-approvazzjoni tiegħu."; [Em. 121]

"

(28a)  Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dawn li ġejjin:"

"2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (aa), (b), (c), (cc), (k) u (m), (6) u (7) tista' tiġi ttrasferita mill-awtoritajiet tal-fruntiera jew l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness ta' dan ir-Regolament, jekk dan ikun neċessarju, f'każijiet individwali sabiex tingħata prova tal-identità taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini unika ta' ritorn, biss jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

   (a) il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali f'dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679;
   (b) ikunu ngħataw salvagwardji xierqa kif imsemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju permezz ta' ftehim ta' riammissjoni li jkun fis-seħħ bejn l-Unjoni jew Stat Membru u l-pajjiż terz in kwistjoni; jew
   (c) ikun japplika l-punt (d) tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.” [Em. 122]

3.  Id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b), (c), (k) u (m), u (6) u (7) tista' tiġi ttrasferita f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) it-trasferiment tad-data għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, u l-ftehimiet ta' riammissjoni, u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ittrasferixxa d-data;
   (b) l-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS ikun ta l-kunsens tiegħu.
   (c) il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali jkunu qablu li jipproċessaw id-data biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat; kif ukoll
   (d) tkun inħarġet deċiżjoni ta' ritorn adottata skont id-Direttiva 2008/115/KE b'rabta maċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat, bil-kondizzjoni li l-infurzar ta' tali deċiżjoni ta' ritorn ma jiġix sospiż u bil-kondizzjoni li ma jkun sar ebda appell li jista' jwassal għas-sospensjoni tal-infurzar tagħha."; [Em. 123]

"

(b)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"3a. It-trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali skont il-paragrafu 2 ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u tal-benefiċjarji tagħha, b'mod partikolari fir-rigward ta' non-refoulement.";

3b.  Id-data personali miksuba mingħand il-VIS minn Stat Membru jew mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi ma għandhiex tiġi ttrasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll fejn dik id-data tkompli tiġi pproċessata fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri skont id-Direttiva (UE) 2016/680."; [Em. 124]

"

(28b)  fl-Artikolu 32, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(ea) iwaqqaf l-użu ta' sistemi tal-ipproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;"; [Em. 125]

"

(b)  jiddaħħlu l-punti li ġejjin:"

"(ja) jiżgura li, fil-każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jitreġġgħu lura għall-operazzjoni normali;

   (jb) jiżgura affidabbiltà billi jaċċerta li kwalunkwe ħsara fil-funzjonament tal-VIS tkun irrappurtata kif xieraq u li jiġu implimentati l-miżuri tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li d-data personali tkun tista' titreġġa' lura fil-każ ta' korrompiment minħabba funzjonament ħażin tal-VIS;"; [Em. 126]

"

(28c)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 32a

Inċidenti marbuta mas-sigurtà

1.  Kull każ li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-VIS jew li jista' jagħmel ħsara jew jikkawża t-telf ta' data fil-VIS għandu jitqies bħala inċident marbut mas-sigurtà, b'mod speċjali fejn seta' kien hemm aċċess illegali għad-data jew fejn id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data jkunu ġew jew setgħu ġew kompromessi.

2.  L-inċidenti marbuta mas-sigurtà għandhom jiġu ġestiti b'mod li jiżgura rispons rapidu, effettiv u xieraq.

3.  Mingħajr preġudizzju għan-notifika u l-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/680, l-Istati Membri, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA, lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien dwar inċidenti marbuta mas-sigurtà. L-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien bi kwalunkwe inċident marbut mas-sigurtà li jikkonċerna s-Sistema Ċentrali tal-VIS.

4.  L-informazzjoni rigward inċident marbut mas-sigurtà li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq l-operazzjoni tal-VIS fi Stat Membru jew, fi ħdan l-eu-LISA, dwar id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data mdaħħla jew mibgħuta minn Stati Membri oħra, għandha tiġi pprovduta lill-Istati Membri kollha mingħajr dewmien u għandha tiġi rrappurtata f'konformità mal-pjan ta' ġestjoni tal-inċidenti pprovdut mill-eu-LISA.

5.  F'każ ta' inċident marbut mas-sigurtà, l-Istati Membri u l-eu-LISA għandhom jikkollaboraw bejniethom.

6.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta l-inċidenti serji lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill immedjatament. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu kklassifikati bħala EU RESTRICTED/RESTREINT UE f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli.

7.  Fejn inċident marbut mas-sigurtà jkun ikkawżat minn użu ħażin tad-data, l-Istati Membri, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw li jiġu imposti sanzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 36."; [Em. 127]

"

(28d)  L-Artikolu 33 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 33

Obbligu ta' rendikont

1.  Mingħajr ħsara għad-dritt għal kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur, u r-responsabilità tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1726:

   (a) kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew dannu materjali minħabba operazzjoni illegali ta' pproċessar ta' data personali jew ta' kwalunkwe att ieħor li ma jkunx kompatibbli ma' dan ir-Regolament minn Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens minn dak l-Istat Membru;
   (b) kwalunkwe persuna jew Stat Membru li sofrew danni materjali jew mhux materjali kkawżati minn kwalunkwe att mill-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA li jkun inkompatibbli ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens mill-aġenzija kkonċernata.

L-Istat Membru kkonċernat, il-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA għandhom jiġu eżentati mir-responsabilità tagħhom skont l-ewwel subparagrafu, kollha kemm hi jew parzjalment, jekk jagħtu prova li mhumiex responsabbli għall-avveniment li wassal għad-dannu.

2.  Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta' Stat Membru li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawża danni lis-sistema ċentrali tal-VIS, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali ħsara, sakemm u sa fejn l-eu-LISA jew Stat Membru ieħor parteċipanti fis-sistema ċentrali tal-VIS jkunu naqsu milli jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu li jseħħu d-danni jew li jnaqqsu l-impatt tagħhom.

3.  Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu regolati mil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. Talbiet għal kumpens kontra l-kontrollur, il-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti mit-Trattati."; [Em. 128]

"

(29)  L-Artikolu 34 għandu jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 34

Żamma tal-logs

1.  Kull Stat Membru, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Awtorità ta' Ġestjoni l-eu-LISA għandhom iżommu logs tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data fil-VIS. Dawn il-logs għandhom juru l-iskop tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-Artikolu 20a(1), l-Artikolu 22k(1) u l-Artikoli 15 sa 22 u 22g sa 22j, id-data u l-ħin, it-tip ta' data trażmessa kif imsemmi fl-Artikoli 9 sa 14 u 22c sa 22f, it-tip ta' data użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(2), l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22(1), l-Artikolu 22g, l-Artikolu 22h, l-Artikolu 22i, l-Artikolu 22j, l-Artikolu 45a, u l-Artikolu 45d u l-isem tal-awtorità li qed iddaħħal jew taċċessa d-data. Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm logs tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal jew jaċċessa d-data. [Em. 129]

2.  Għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 45b għandu jinżamm log ta' kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data li ssir fil-VIS u fl-EES f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 41 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES). Għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 17a, għandu jinżamm rekord ta' kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data li ssir fil-VIS u fl-EES f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226. [Em. 130]

3.  Tali logs jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data meta jkun permess l-ipproċessar tad-data, kif ukoll sabiex jiżguraw is-sigurtà tad-data. Il-logs għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u mħassra wara perjodu ta’ sena wara li jkun skada l-perjodu ta’ żamma msemmi fl-Artikolu 23(1), jekk mhumiex meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà nbdew.”;

"

(29a)  L-Artikolu 35 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 35

Awtomonitoraġġ

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta' data tal-VIS għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tikkoopera mal-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni."; [Em. 131]

"

(29b)  L-Artikolu 36 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 36

Penali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin jew ipproċessar tad-data mdaħħla fil-VIS li jmur kontra dan ir-Regolament ikun ikkastigat permezz ta' sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali, skont il-liġi nazzjonali, li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi."; [Em. 132]

"

(30)  L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, huwa emendat kif ġej:

(i)  is-sentenza introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

1. Iċ-ċittadini Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni msemmi fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679, u l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-persuni msemmija fl-Artikoli 9(4)(f), 22c(2)(e) jew 22d(e) għandhom ikunu infurmati mill-Istat Membru responsabbli dwar dan li ġej:”; [Em. 133]

"

(ii)   punt (f) jinbidel b'dan li ġej:"

“(f) l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess għal data relatata magħhom, u d-dritt li jintalab li data mhux eżatta relatata magħhom tkun korretta jew li titħassar data marbuta magħhom proċessata illegalment, inkluż id-dritt li tinkiseb informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u dwar id-dettalji għall-kuntatt tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza tal-Istat Membru responsabbli għall-ġbir tad-data msemmija fl-Artikolu 41(1), li għandhom jisimgħu talbiet dwar il-protezzjoni ta' data personali." [Em. 134]

"

(iii)   fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:"

"(fa) il-fatt li l-VIS tista' tiġi aċċessata mill-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi"; [Em. 135]

"

(b)  il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

“2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta b'mod ċar, konċiż u preċiż bil-miktub lil ċittadin ta’ pajjiż terz meta d-data, ir-ritratt l-immaġni tal-wiċċ jew id-data tal-marki tas-swaba’ kif imsemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Artikolu 9, l-Artikolu 22c(2) u l-Artikolu 22d (a) sa (g) huma miġbura, u fejn meħtieġ, oralment, f’lingwa u manjiera li s-suġġett tad-data jifhem jew huwa raġonevolment preżunt li jifhem. It-tfal għandhom jiġu infurmati f’manjiera li hija adatta għall-età, permezz ta’ fuljetti u/jew infografika u/jew dimostrazzjonijiet imfassla speċjalment biex jispjegaw il-proċedura għat-teħid tal-marki tas-swaba tas-swaba'.”; [Em. 136]

"

(c)  fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

“Fejn m’hemmx tali formola ffirmata minn dawk il-persuni, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/679.”;

"

(31)  fl-Artikolu 38, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "

“3. Jekk it-talba kif previst fil-paragrafu 2 issir lil Stat Membru, li mhux l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li għandu saret it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f’limitu ta’ żmien ta’ sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fil-VIS f’limitu ta’ żmien ta’ xahar.”; [Em. 137]

"

(31a)  L-Artikolu 38 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 38

Dritt ta' aċċess għad-data personali u r-rettifika, l-ikkompletar, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' tali data

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni taħt l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-applikanti jew id-detenturi ta' viża għal soġġorn twil jew permessi ta' residenza li d-data tagħhom tinħażen fil-VIS għandhom jiġu infurmati, meta tinġabar id-data tagħhom, dwar il-proċeduri għall-eżerċitar tad-drittijiet skont l-Artikoli 17 sa 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725 il-ġdid u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679. Fl-istess ħin huma għandhom jiġu pprovduti bid-dettalji tal-kuntatt tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2.  Sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 17 sa 20 tar-Regolament (KE) 2018/1725 u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom id-dritt li jindirizzaw huma stess lill-Istat Membru li daħħal id-data tagħhom fil-VIS. L-Istati Membru li jirċievi dik it-talba għandu jeżaminaha u jweġibha malajr kemm jista' jkun u fi żmien ta' mhux aktar minn 30 jum. Meta, bi tweġiba għal talba, jinstab li d-data maħżuna fil-VIS tkun fattwalment ineżatta jew tkun ġiet irreġistrata illegalment, l-Istat Membru responsabbli għandu jikkoreġi jew iħassar dik id-data fil-VIS mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 30 jum minn meta jirċievi t-talba skont l-Artikolu 12(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2016/679. Jekk it-talba ssir lil Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu saret it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f'limitu ta' żmien ta' sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fil-VIS f'limitu ta' żmien ta' xahar. Il-persuni kkonċernati għandhom jiġu infurmati mill-Istat Membru li kkuntattja lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli li t-talba tiegħu jew tagħha ntbagħtet, lil min intbagħtet u dwar il-proċedura ulterjuri.

3.  Meta l-Istat Membru responsabbli ma jaqbilx mal-pretensjoni li d-data maħżuna fil-VIS tkun fattwalment inkorretta jew tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali, huwa għandu jadotta mingħajr dewmien deċiżjoni amministrattiva li tispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhuwiex lest li jirrettifika jew iħassar id-data dwarha.

4.   Dik id-deċiżjoni għandha tipprovdi wkoll lill-persuna kkonċernata b'informazzjoni li tispjega l-possibilità li tikkontesta d-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u fejn rilevanti, informazzjoni dwar kif għandha tressaq kawża jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati u kwalunkwe assistenza disponibbli għall-persuna, inkluż mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti.

5.   Kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafu 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Din l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament biex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

6.  L-Istat Membru responsabbli għandu jżomm rekord fil-forma ta' dokument bil-miktub li saret talba kif imsemmi fil-paragrafu 2 u kif din ġiet indirizzata. Huwa għandu jqiegħed dak id-dokument għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti għall-protezzjoni tad-data mingħajr dewmien, u sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara d-deċiżjoni li tiġi rrettifikata jew li titħassar id-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew wara d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 rispettivament."; [Em. 138]

"

(31b)  L-Artikolu 39 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 39

Kooperazzjoni sabiex tiżgura d-drittijiet fuq ħarsien tad-data

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw b'mod attiv sabiex jinfurzaw id-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 38.

2.  F'kull Stat Membru, l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha, fuq talba, tassisti u tagħti parir lis-suġġett tad-data fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu sabiex tiġi rrettifikata, ikkompletata jew imħassra data personali relatata miegħu jew biex jiġi ristrett l-ipproċessar ta' tali data f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru responsabbli li tkun bagħtet id-data u l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jikkooperaw ma' xulxin." [Em. 139]

"

(31c)  L-Artikolu 40 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 40

Rimedji

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 77 u 79 tar-Regolament (UE) 2016/679, f'kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tressaq kawża jew ilment quddiem l-awtoritajiet jew il-qrati kompetenti ta' dak l-Istat Membru li ċaħad id-dritt ta' aċċess għal, jew id-dritt ta' rettifika, ikkompletar jew tħassir ta' data relatata magħha, kif previst mill-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament. Id-dritt li jitressqu tali azzjoni jew ilment għandu japplika wkoll fil-każijiet fejn it-talbiet għal aċċess, rettifika, ikkompletar jew tħassir ma jkunux twieġbu sal-iskadenzi previsti mill-Artikolu 38 jew qatt ma ġew ittrattati mill-kontrollur tad-data.

2.  L-assistenza tal-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tibqa' disponibbli matul il-proċedimenti."; [Em. 140]

"

(31d)  L-Artikolu 41 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 41

Superviżjoni mill-Awtorità Superviżorja Nazzjonali

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 timmonitorja indipendentement il-legalità tal-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament mill-Istat Membru kkonċernat.

2.  L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom jiżguraw li jsir awditu tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar ta' data mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull tliet snin. Ir-riżultati tal-awditjar jistgħu jitqiesu fl-evalwazzjonijiet li jsiru fil-qafas tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013. L-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tippubblika kull sena l-għadd ta' talbiet għal rettifika, ikkompletar jew tħassir, jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data, l-azzjoni sussegwentement meħuda u l-għadd ta' rettifiki, ikkompletar, tħassir u restrizzjonijiet tal-ipproċessar magħmula b'rispons għat-talbiet mill-persuni kkonċernati.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-ħidmiet mogħtija lilha taħt dan ir-Regolament u jkollha aċċess għal pariri minn persuni li jkollhom biżżejjed għarfien dwar id-data bijometrika.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandhom b'mod partikolari jipprovdulha informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f'konformità mar-responsabbiltajiet tagħha kif stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 aċċess għal-logs tagħhom u jippermettulha aċċess f'kull ħin għall-bini kollu tagħhom relatat mal-interoperabilità."; [Em. 141]

"

(31e)  L-Artikolu 42 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 42

Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-eu-LISA, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta taħt dan ir-Regolament u għall-iżgurar li dawn l-attivitajiet jitwettqu f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 u ma' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jitwettaq awditu tal-attivitajiet ta' proċessar ta' data personali tal-eu-LISA skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull tliet snin. Rapport ta' dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel ma jiġu adottati r-rapporti.

3.  L-eu-LISA għandha tforni l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tagħti aċċess lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għad-dokumenti kollha u għal-logs tagħha msemmija fl-Artikoli 22r, 34 u 45b u tippermetti aċċess lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-bini kollu tagħha f'kull ħin"; [Em. 142]

"

(32)  fl-Artikolu 43, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej: "

“1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b’mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali jsibu diskrepanzi kbar bejn prattiki tal-Istati Membri jew isibu trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali ta’ komunikazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà, jew fil-kuntest ta’ mistoqsijiet imqajma minn xi awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali waħda jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-superviżjoni koordinata għandha tiġi żgurata f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) XXXX/2018 [ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 rivedut].” [Em. 143]

"

(32a)  L-Artikolu 43 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 43

Kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom biex jiżguraw superviżjoni koordinata tal-komponenti tal-interoperabilità u d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi u spezzjonijiet, jeżaminaw kwalunkwe diffikultà rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jivvalutaw problemi fl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet għall-protezzjoni tad-data, kif meħtieġ.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena fil-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-ispejjeż għal dawk il-laqgħat għandhom jiġu sostnuti u l-organizzazzjoni għandha ssir mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri b'mod konġunt skont il-ħtieġa.

4.  Kull sentejn għandu jintbagħat rapport konġunt ta' attivitajiet mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-eu-LISA. Dak ir-rapport għandu jinkludi kapitolu dwar kull Stat Membru mħejji mill-awtorità superviżorja ta' dak l-Istat Membru"; [Em. 144]

"

(32b)  L-Artikolu 44 jitħassar; [Em. 145]

(33)  fl-Artikolu 45, jiżdiedu l-paragrafi li ġejinj:"

“2a. Il-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali tal-VIS, l-interfaċċa nazzjonali f'kull Stat Membru, u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-interfaċċi nazzjonali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet li ġejjin għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2):

   (a) id-disinn tal-arkitettura fiżika tas-sistema inkluż in-network ta' komunikazzjoni tagħha;
   (b) aspetti tekniċi li għandhom effett fuq il-protezzjoni ta' data personali;
   (c) aspetti tekniċi li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji serji għall-baġits tal-Istati Membri jew li għandhom implikazzjonijiet tekniċi serji għas-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri;
   (d) l-iżvilupp ta' rekwiżiti tas-sigurtà, inklużi aspetti bijometriċi. [Em. 146]

3.  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba’ u tal-immaġni tal-wiċċ għall-verifika u l-identifikazzjoni bijometrika fil-VIS għandhom jiġu stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).”;

"

(34)  jiżdied dan l-Artikolu 45a li ġej:"

“Artikolu 45a

Użu tad-data għar-rappurtar u l-istatistika

1.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni, tal-eu-LISA u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/1624 għandu jkollhom aċċess sabiex jikkonsultaw id-data li ġejja, unikament għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta’ individwi bħala riżultat tal-anonimità totali tad-data: [Em. 147]

   (a) l-informazzjoni dwar l-istatus;
   (b) l-awtorità kompetenti, inkluż il-post fejn tinsab;
   (c) sess, data sena tat-twelid u nazzjonalità kurrenti tal-applikant; [Em. 148]
   (d) l-Istat Membru tal-ewwel dħul, biss fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir;
   (e) data u post tal-applikazzjoni jew tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni (maħruġa jew irrifjutata);
   (f) it-tip ta’ dokument maħruġ, jiġifieri jekk hux VTA, uniformi jew VTL, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;
   (g) it-tip tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument, biss fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir;
   (h) ir-raġunijiet indikati għal kwalunkwe deċiżjoni dwar id-dokument jew l-applikazzjoni, biss fir-rigward ta’ viżi li tirrifjuta viżi għal soġġorn qasir; fir-rigward tal-viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta’ residenza, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni (jekk għandhiex tinħareġ jew tiġi rrifjutata l-applikazzjoni u fuq liema raġuni);, inkluża r-referenza għal kwalunkwe hit fil-konfront ta' sistemi tal-informazzjoni tal-Unjoni li jistgħu jiġu kkonsultati, fil-konfront tad-data tal-Europol jew tal-Interpol, fil-konfront tal-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1240 jew fil-konfront ta' indikaturi speċifiċi tar-riskju; [Em. 149]
   (ha) ir-raġunijiet indikati għal kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta dokument, inkluża r-referenza għal kwalunkwe hit fil-konfront ta' sistemi tal-informazzjoni tal-Unjoni li jistgħu jiġu kkonsultati, fil-konfront tad-data tal-Europol jew tal-Interpol, fil-konfront tal-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240 jew fil-konfront ta' indikaturi speċifiċi tar-riskju; [Em. 150]
   (i) l-awtorità kompetenti, inkluż il-post fejn tinsab, li rrifjutat l-applikazzjoni u d-data tar-rifjut, biss fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir;
   (j) il-każijiet fejn l-istess applikant applika għal viża għal soġġorn qasir mingħand aktar minn awtorità tal-viża waħda, b'indikazzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet tal-viża, il-post fejn jinsabu u d-dati tar-rifjut, biss fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir;
   (k) Fir-rigward ta’ viża għal soġġorn qasir, l-iskop ewlieni jew l-iskopijiet ewlenin tal-vjaġġ; fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn twil u permess ta’ residenza, l-iskop tal-applikazzjoni; [Em. 151]
   (l) id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe dokument irtirat ta' viża rtirat, annullat, irrevokat jew li l-validità tiegħu hija estiża, kif applikabbli; [Em. 152]
   (m) fejn applikabbli, id-data ta’ skadenza tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza;
   (n) l-għadd ta’ persuni eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’ skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.
   (o) il-każijiet li fihom id-data msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 9 fattwalment tista’ ma tkunx ipprovduta f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(5);
   (p) il-każijiet li fihom id-data msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 9 ma tkunx meħtieġa li tiġi pprovduta għal raġunijiet legali, f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(5);
   (q) il-każijiet li fihom persuna li fattwalment setgħetx tipprovdi d-data msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 9 tiġi rrifjutata viża, f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(5).

Il-persunal awtorizzat kif xieraq tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-finijiet ta’ twettiq ta’ analiżi tar-riskju u ta’ valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif imsemmija fl-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/1624.

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija f’dak il-paragrafu fir-repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistika msemmija fl-[Artikolu 39 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)]

3.  Il-proċeduri stabbiliti mill-eu-LISA biex timmonitorja l-funzjonament tal-VIS imsemmija fl-Artikolu 50(1) għandhom jinkludu l-possibbiltà li tiġi ġġenerata statistika regolari biex jiġi żgurat dak il-monitoraġġ.

4.  Kull tliet xhur, l-eu-LISA għandha tiġbor l-istatistika bbażata fuq id-data tal-VIS dwar viżi għal soġġorn qasir li turi, għal kull post fejn ġiet ippreżentata viża, b’mod partikolari:

   (a) total ta’ viżi ta’ tranżitu minn ajruport li saret applikazzjoni għalihom, inklużi għal viżi ta’ tranżitu minn ajruport bi dħul multiplu;
   (b) total ta’ viżi maħruġa, inklużi viżi A multipli;
   (c) total ta’ viżi multipli maħruġa;
   (d) total ta’ viżi mhux maħruġa, inklużi viżi A multipli;
   (e) total ta’ viżi uniformi li saret applikazzjoni għalihom, inklużi għal viżi uniformi bi dħul multiplu;
   (f) total ta’ viżi maħruġa, inklużi viżi bi dħul multiplu;
   (g) total ta’ viżi bi dħul multiplu maħruġa, diviż bit-tul ta’ żmien tal-validità (taħt is-sitt xhur, sena, sentejn, 3 snin, 4 snin, 5 snin),
   (h) total ta’ viżi uniformi mhux maħruġa, inklużi viżi bi dħul multiplu;
   (i) total ta’ viżi b’validità territorjali limitata maħruġa.

L-istatistika ta’ kuljum għandha tinħażen fir-repożitorju ċentrali għar-rappurtar u l-istatistika.

5.  Kull tliet xhur, l-eu-LISA għandha tiġbor l-istatistika bbażata fuq id-data tal-VIS dwar viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza li turi, għal kull post, b’mod partikolari:

   (a) total ta’ viżi għal soġġorn twil li saret applikazzjoni għalihom, u dawk maħruġa, irrifjutati, estiżi jew irtirati;
   (b) total ta’ permessi ta’ residenza li saret applikazzjoni għalihom, u dawk maħruġa, irrifjutati, estiżi jew irtirati.

6.  Fl-aħħar ta’ kull sena, id-data tal-istatistika għandha tinġabar fil-forma ta’ statistika trimestrali f'rapport annwali għal dik is-sena. L-istatistika għandu jkun fiha analiżi dettaljata tad-data għal kull Stat Membru. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. [Em. 153]

7.  Fuq talba tal-Kummissjoni, l-eu-LISA għandha tipprovdiha bi statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viża jew tal-politika dwar il-migrazzjoni, inkluż dwar aspetti skont l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013.”;

"

(35)  jiżdiedu dawn l-Artikoli 45b, 45c, 45d u 45e li ġejjin:"

“Artikolu 45b

Aċċess għad-data għall-verifika tat-trasportaturi

1.  Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-punt (b) tal-Artikolu 26(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, it-trasportaturi bl-ajru, it-trasportaturi bil-baħar u trasportaturi internazzjonali li jittrasportaw gruppi fuq l-art bil-coach għandhom jibagħtu tfittxija lill-VIS sabiex jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza għandhomx jew le viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza validi, kif applikabbli. Għal dan il-għan, fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir, it-trasportaturi għandhom jipprovdu d-data elenkata fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament jew fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 22c, kif applikabbli. F'każijiet fejn il-passiġġieri ma jkunux awtorizzati li jimbarkaw fuq talba tal-VIS, it-trasportaturi għandhom jinformaw lill-passiġġieri bis-sitwazzjoni u bil-mezzi li bihom jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' aċċess, rettifika u tħassir ta' data personali maħżuna fil-VIS. [Em. 154]

2.  Bl-iskop li jiġi implimentat il-paragrafu 1 jew bl-iskop li tiġi solvuta kwalunkwe tilwima potenzjali li toriġina mill-applikazzjoni tiegħu, l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data mwettqa mit-trasportaturi fil-portal tat-trasportaturi. Dawn il-logs għandhom juru d-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni, id-data użata għall-interrogazzjoni, id-data mibgħuta mill-portal tat-trasportaturi u l-isem tat-trasportatur inkwistjoni.

Il-logs għandhom jinħażnu għal perijodu ta’ sentejn. Il-logs għandhom jiġu protetti b’mezzi xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat.

3.  L-aċċess Aċċess sigur għall-portal tat-trasportaturi msemmija fl-Artikolu 1(2)(h) tad-Deċiżjoni 2004/512/KE kif emendat b’dan ir-Regolament msemmi fl-Artikolu 2a(h), inkluża l-possibilità li jintużaw soluzzjonijiet tekniċi mobbli, għandu jippermetti lit-trasportaturi biex li t-trasportaturi jipproċedu bil-konsultazzjoni tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma’ l-imbarkazzjoni ta' passiġġier jitla’ abbord. Għal din il-fini, it-trasportatur għandu jibgħat it-tfittxija biex jingħata permess jikkonsulta l-VIS bl-użu tad-data It-trasportatur għandu jipprovdi d-data li tinsab fil-parti tad-dokument tal-ivvjaġġar li tista’ tinqara minn magna tad-dokument tal-ivvjaġġar u jindika l-Istat Membru tad-dħul. B'deroga, fil-każ ta' tranżitu minn ajruport, it-trasportatur m'għandux ikun obbligat jivverifika jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz għandux fil-pussess tiegħu viża valida għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn fit-tul jew permess ta' residenza, kif applikabbli. [Em. 155]

4.  Il-VIS għandha tirrispondi billi tindika jekk il-persuna għandhiex viża valida għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil, permess ta' residenza, kif applikabbli, jew le, billi tagħti lit-trasportaturi tweġiba OK/NOT OK. Jekk tkun inħarġet viża għal soġġorn qasir b'validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, it-tweġiba li tingħata mill-VIS għandha tieħu kont tal-Istat(i) Membru/i li għalih/om l-awtorizzazzjoni hija valida, kif ukoll l-Istat Membru tad-dħul indikat mit-trasportatur. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u r-risposta li waslet skont il-liġi applikabbli. It-tweġiba OK/NOT OK ma għandhiex titqies bħala deċiżjoni li jiġi awtorizzat jew irrifjutat id-dħul f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-operazzjoni tal-portall tat-trasportaturi u r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 49(2). [Em. 156]

5.  Għandha titwaqqaf skema ta’ awtentikazzjoni, irriżervata esklussivament għat-trasportaturi, biex tippermetti aċċess għall-portal tat-trasportaturi għall-finijiet tal-paragrafu 2 mill-membri debitament awtorizzati tal-persunal tat-trasportaturi. Meta tiġi stabbilita l-iskema ta' awtentikazzjoni, għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku. L-iskema ta’ awtentikazzjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 49(2). [Em. 157]

5a.  Il-portall tat-trasportaturi għandu jagħmel użu minn bażi tad-data separata li tinqara biss u li tiġi aġġornata kuljum permezz ta' estrazzjoni f'direzzjoni waħda tas-subgrupp minimu neċessarju ta' data maħżuna fil-VIS. Il-eu-LISA għandha tkun responsabbli għas-sigurtà tal-portall tat-trasportaturi, għas-sigurtà tad-data personali li tinsab fih u għall-proċess tal-estrazzjoni ta' data personali għall-bażi ta' data separata li tinqara biss. [Em. 158]

5b.  It-trasportaturi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-penali previsti mill-Artikolu 26(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom ("Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen") u l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE meta huma jittrasportaw ċittadini ta' pajjiżi terzi li, minkejja li huma soġġetti għar-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, ma jkunux fil-pussess ta' visa valida. [Em. 159]

5c.  Jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi huma rrifjutati d-dħul, kwalunkwe trasportatur li jkun ġabhom fil-fruntieri esterni bl-ajru, bil-baħar u fuq l-art għandu jkun obbligat li jerġa' jassumi minnufih ir-responsabilità għalihom. Fuq talba tal-awtoritajiet tal-fruntieri, it-trasportaturi għandhom ikunu obbligati jirritornaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi lejn jew il-pajjiż terz minn fejn ikunu ġew ittrasportati, jew lejn il-pajjiż terz li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar li bih ikunu vvjaġġaw, jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor li ser jilqagħhom żgur. [Em. 160]

5d.  B'deroga mill-paragrafu 1, għal trasportaturi li jġorru gruppi fuq l-art permezz ta' kowċ, għall-ewwel tliet snin wara li tibda tiġi applikata dan ir-Regolament, il-verifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun fakultattiva u d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5b m'għandhomx japplikaw għalihom. [Em. 161]

Artikolu 45c

Proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika biex tiġi aċċessata data mit-trasportaturi

1.  Jekk ikun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bit-tfittxija ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 45b(1), minħabba nuqqas ta’ kwalunkwe parti tal-VIS jew għal raġunijiet oħra li ma jkunux fil-kontroll tat-trasportaturi, it-trasportaturi għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jivverifikaw il-pussess ta’ viża jew dokument tal-ivvjaġġar validu billi jintuża l-portal tat-trasportaturi. Fejn nuqqas bħal dan jinstab mill-Awtorità ta’ Ġestjoni mill-eu-LISA, din għandha tinnotifika lit-trasportaturi. Għandha wkoll tinnotifika lit-trasportaturi meta n-nuqqas jiġi rimedjat. Fejn nuqqas bħal dan jinstab mit-trasportaturi, dawn għandhom jinnotifikawlill-Awtorità ta’ Ġestjoni lill-eu-LISA. [Em. 162]

1a.  Il-penali msemmija fl-Artikolu 45b(5b) ma għandhomx jiġu imposti fuq it-trasportaturi fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. [Em. 163]

1b.  Meta għal raġunijiet oħra għajr falliment ta' kwalunkwe parti tal-VIS ma jkunx teknikament possibbli li trasportatur jipproċedi bil-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 45b(1) għal perjodu ta' żmien twil, dak it-trasportatur għandu jinforma lill-eu-LISA. [Em. 164]

2.  Id-dettalji tal-proċeduri ta’ riżerva għandhom ikunu stipulati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmi fl-Artikolu 49(2).

Artikolu 45d

Aċċess għad-data tal-VIS mit-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.  Sabiex jeżerċitaw l-inkarigi u s-setgħat skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u flimkien mal-aċċess stipulat fl-Artikolu 40(8) ta’ dak ir-Regolament, il-membri tat-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll it-timijiet tal-persunal involut f’operazzjonijiet relatati mar-ritorn, għandhom, fi ħdan il-mandat tagħhom, għandu jkollhom id-dritt jaċċessaw u jfittxu data mdaħħal mdaħħla fil-VIS. [Em. 165]

2.  Biex tiżgura l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha taħtar unità speċjalizzata b’uffiċjali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li huma debitament awtorizzati bħala l-punt ta’ aċċess ċentrali. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet għat-talba għall-aċċess għall-VIS stabbiliti fl-Artikolu 45e huma sodisfatti.

__________

* Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

Artikolu 45e

Kundizzjonijiet u proċedura għal aċċess għad-data tal-VIS mit-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.  Fir-rigward tal-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 45d, it-tim Ewropew tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jista’ jissottometti talba għall-konsultazzjoni tad-data kollha jew għal sett speċifiku ta’ data maħżun fil-VIS lill-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta msemmi fl-Artikolu 45d(2). It-talba għandha tirreferi għall-pjan operazzjonali dwar il-kontrolli tal-fruntieri u s-sorveljanza tal-fruntieri u/jew ir-ritorn ta’ dak l-Istat Membru fuq liema t-talba hija bbażata. Kif tirċievi talba għal aċċess, il-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċess imsemmi fil-paragrafu 2 humiex sodisfatti. Jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-aċċess huma sodisfatti, il-persunal debitament awtorizzat tal-punt ċentrali ta' aċċess għandhom jipproċessaw it-talbiet. Id-data tal-VIS li tiġi aċċessata għandha tintbagħat lit-tim b’tali mod li ma tikkompromettix is-sigurtà tad-data. [Em. 166]

2.  Sabiex jingħata l-aċċess, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

   a) l-Istat Membru ospitanti jawtorizza lill-membri tat-tim biex jikkonsultaw il-VIS sabiex iwettqu l-miri operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar kontrolli tal-fruntieri, sorveljanza ta’ fruntieri u ritorn, il-kontrolli mal-fruntieri u s-sorveljanza tal-fruntieri u [Em. 167]
   b) il-konsultazzjoni tal-VIS hija meħtieġa biex jitwettqu l-inkarigi speċifiċi fdati lit-tim mill-Istat Membru ospitanti.

3.  Skont l-Artikolu 40(3) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet, kif ukoll it-timijiet tal-persunal involut fl-inkarigi relatati mar-ritorn jistgħu jaġixxu biss b’rispons għal informazzjoni miksuba mill-VIS taħt istruzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta’ gwardji tal-fruntiera jew persunal involut f’inkarigi relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti fejn qed joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu. [Em. 168]

4.  F’każ ta’ dubju jew jekk ma tirnexxix il-verifika tal-identità tad-detentur ta’ viża, id-detentur ta’ viża għal soġġorn twil jew id-detentur ta’ permess ta’ residenza, il-membru tat-tim tal-Gwardji Ewropej tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jirreferi lill-persuna lil gwardja tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti.

5.  Il-konsultazzjoni tad-data tal-VIS minn membri tat-timijiet għandha ssir hekk kif ġej:

   a) Meta jkunu qed jeżerċitaw inkarigi relatati mal-kontrolli tal-fruntieri skont ir-Regolament (UE) 2016/399, il-membri tat-timijiet għandu jkollhom aċċess għad-data tal-VIS għall-verifika fil-postijiet ta’ qsim tal-fruntieri esterni skont l-Artikoli 18 jew 22g ta’ dan ir-Regolament rispettivament;
   b) Meta jkunu qed jivverifikaw jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri, jew għas-soġġorn jew għar-residenza, il-membri tat-timijiet għandu jkollhom aċċess għad-data tal-VIS għall-verifika fit-territorju ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikoli 19 jew 22h ta’ dan ir-Regolament rispettivament;
   c) Meta jkunu qed jidentifikaw lil kwalunkwe persuna li jista’ jkun ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tat-timijiet għandu jkollhom aċċess għad-data tal-VIS għal identifikazzjoni skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

6.  Fejn tali aċċess u tfittxija jiżvelaw l-eżistenza ta’ hit fil-VIS, l-Istat Membru ospitanti għandu jiġi informat b’dan.

7.  Kull log tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data fil-VIS minn membru tat-timijiet tal-Gwardji Ewropej tal-Fruntiera u tal-Kosta jew timijiet tal-persunal f’inkarigi relatati mar-ritorn għandu jinżamm mill-Awtorità ta’ Ġestjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34. [Em. 169]

8.  Kull aċċess u kull tfittxija mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiġu rreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 u għandu jiġi reġistrat kull użu li jsir mid-data aċċessata mill-Aġenzija mit-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. [Em. 170]

9.  Ħlief fejn ikun meħtieġ biex jitwettqu l-inkarigi għall-finijiet tar-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) l-ebda parti tas-SIS L-ebda parti tal-VIS ma għandha tkun konnessa ma’ xi sistema tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ data li tkun imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew fiha u lanqas ma għandu jsir trasferiment lil tali sistema tad-data li tinsab fil-VIS li għaliha jkollha aċċess l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ebda parti mill-VIS ma għandha titniżżel. Ir-reġistri tal-aċċess u tat-tfittxijiet ma għandhomx jiġu interpretati li huma tniżżil jew ikkuppjar ta’ data tal-VIS. [Em. 171]

10.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tadotta u tapplika miżuri biex tiżgura s-sigurtà tad-data kif stipulat fl-Artikolu 32.”

"

(35a)  L-Artikoli 46, 47 u 48 jitħassru; [Em. 172, 173 u 174]

(35b)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 48a

Eżerċizzju ta' delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9cb u fl-Artikolu 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux opponew tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9cb u fl-Artikolu 23 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 9cb u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."; [Em. 175]

"

(36)  L-Artikolu 49 għandu jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 49

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

____________

* Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;

"

(37)  jiżdied dan l-Artikolu 49a li ġej:"

“Artikolu 49a

Grupp konsultattiv

Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv mill-eu-LISA u jipprovdiha bit-tagħrif espert relatat mal-VIS b’mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha u tar-rapport annwali ta’ attività tagħha.” ;

"

(38)  L-Artikolu 50 għandu jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 50

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali [Em. 176]

1.  L-Awtorità ta’ Ġestjoni L-eu-LISA għandha tiżgura li hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw il-funzjonament tal-VIS ma’ miri relatati ma’ rendiment, kosteffettività, sigurtà u kwalità tas-servizz, u li timmonitorja l-konformità mad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv. [Em. 177]

2.  Għall-finijiet ta’ manteniment tekniku, l-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-manutenzjoni teknika, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess l-aċċess għall-informazzjoni neċessarja marbuta mal-ħidmiet tal-ipproċessar rigward l-operazzjonijiet ta' pproċessar imwettqa fil-VIS. [Em. 178]

3.  Kull sentejn l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-VIS, inkluż is-sigurtà tagħha inklużi s-sigurtà u l-ispejjeż tagħha. Dan ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali lejn il-progress kurrenti tal-iżvilupp tal-proġett u tal-ispejjeż assoċjati, il-valutazzjoni tal-impatt finanzjarju u l-informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni teknika u r-riskji kollha possibbli li jaf jolqtu n-nefqa kumplessiva tas-sistema. [Em. 179]

3a.  F'każ ta' dewmien fil-proċess ta' żvilupp, l-eu-LISA għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill malajr kemm jista' jkun dwar ir-raġunijiet għad-dewmien, kif ukoll dwar l-impatt tagħhom f'termini ta' żmien u finanzi. [Em. 180]

4.  Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effettività tal-aċċess għad-data tal-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:

   (a) l-iskop preċiż tal-konsultazzjoni inkluż it-tip ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju u l-aċċessi għad-data dwar it-tfal taħt it-12-il sena; [Em. 181]
   (b) raġunijiet raġonevoli mogħtija għas-suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma tkun koperta b’dan ir-Regolament;
   (c) l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi;
   (ca) l-għadd u t-tip ta' każijiet li fihom intużaw il-proċeduri ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 22m(2), inklużi dawk il-każijiet fejn l-urġenza ma ġietx aċċettata mill-verifika ex post li tkun twettqet mill-punt ta' aċċess ċentrali; [Em. 182]
   (d) l-għadd u t-tip ta’ każijiet li rriżultaw f’identifikazzjonijiet pożittivi.;
   (da) statistika dwar it-traffikar tat-tfal, inklużi każijiet ta' identifikazzjonijiet mwettqa b'suċċess. [Em. 183]

Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha tfassal ir-rapporti annwali f'rapport komprensiv li għandu jiġi ppubblikat sat-30 ta' Diċembru tal-istess sena. [Em. 184]

5.  Kull erba’ snin sentejn, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tal-VIS. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba fit-twettiq tal-objettivi u tal-ispejjeż imġarrba u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ħsibijiet sottostanti, u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet fundamentali, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-VIS, is-sigurtà tal-VIS, l-użu magħmul mid-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 31 u kwalunkwe implikazzjoni ta’ operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 185]

6.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità ta’ Ġestjoni u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5.

7.  L-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 5.”;

"

(39)  It-titlu tal-anness 1 hu mibdul b’dan li ġej:"

“Lista ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 31(1)”. [Em. 186]

"

(40)  Wara l-Artikolu 22, jiddaħħlu l-Kapitoli IIIa u IIIb li ġejjin:"

KAPITOLU IIIa

DĦUL U UŻU TA' DATA DWAR VIŻI GĦAL SOĠĠORN QASIR U PERMESSI TA’ RESIDENZA”

Artikolu 22a

Proċeduri dwar kif tiddaħħal data wara deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza

1.  Wara deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, l-awtorità li ħarġet dik id-deċiżjoni għandha toħloq il-fajl individwali mingħajr dewmien, billi ddaħħal id-data msemmija fl-Artikolu 22c jew l-Artikolu 22d fil-VIS.

1a.  L-awtorità kompetenti biex toħroġ deċiżjoni għandha toħloq fajl individwali qabel ma toħroġha. [Em. 187]

2.  Hekk kif jinħoloq il-fajl individwali, il-VIS tniedi t-tfittxija awtomatikament skont l-Artikolu 22b.

3.  Jekk id-detentur applika bħala parti minn grupp jew ma’ membru tal-familja, l-awtorità għandha toħloq fajl individwali għal kull persuna fil-grupp u tillinkja l-fajls tal-persuni li applikaw flimkien u li nħarġitilhom viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza. L-applikazzjonijiet minn ġenituri jew minn kustodji legali m'għandhomx jiġu separati minn dawk ta' wliedhom. [Em. 188]

4.  Fejn il-forniment ta’ data partikulari mhux meħtieġ skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali jew fil-fatt ma tistax tkun ipprovduta, l-oqsma speċifiċi għad-data għandhom ikunu mmarkati bħala “mhux applikabbli”. Fil-każ tal-marki tas-swaba’, is-sistema għandha tippermetti li ssir distinzjoni bejn il-każi fejn m’hemmx l-obbligu li l-marki tas-swaba’ jkunu pprovduti skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali u l-każi fejn fil-fatt ma jistgħux ikunu pprovduti.

Artikolu 22b

Tfittxijiet f’sistemi oħrajn

1.  Unikament għall-iskop li tivvaluta jekk il-persuna tistax tkun ta’ theddida għall-politika pubblika, jew għas-sigurtà interna jew għas-saħħa pubblika tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/399, il-fajls għandhom jiġu pproċessati awtomatikament mill-VIS biex jidentifikaw il-hit(s). Il-VIS għandha teżamina kull fajl individwalment. [Em. 189]

2.  Kull darba li fajl individwali jinħoloq mal-ħruġ jew rifjut skont l-Artikolu 22d ta' 22c b'rabta ma' viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza, il-VIS għandha tniedi tfittxija billi tuża l-Portal Ewropew tat-Tfittxija ddefinit fl-Artikolu 6(1) [tar-Regolament dwar l-Interoperabilità (fruntieri u viżi)] biex tqabbel id-data rilevanti msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a), (b), (c), (f) u (g) ta' dan ir-Regolament mad-data rilevanti fil-VIS, fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), inkluż il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/XX għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar, [is-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta’ kundanni relatati ma’ reati terroristiċi u forom oħra ta’ reati kriminali serji], id-data tal-Europol, il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa jew Mitlufa (SLTD) u l-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN). Il-VIS għandha tivverifika:

   (a) jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-iskop tal-applikazzjoni jkunx dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fis-SIS bħala mitluf, misruq, użat ħażin jew invalidat;
   (b) jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-iskop tal-applikazzjoni jkunx dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fil-bażi tad-data SLTD bħala mitluf, misruq jew invalidat;
   (c) jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' rapport għall-finijiet ta' ċaħda tad-dħul u ta' projbizzjoni ta' soġġorn mdaħħal fis-SIS;
   (d) jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' rapport fis-SIS dwar persuna mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' mandat ta' arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;
   (e) jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar ikunx awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar miċħuda, irrevokata jew ikkanċellata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;
   (f) jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jidhrux fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240;
   (g) jekk ikunx diġà hemm data dwar l-applikant rreġistrata fil-VIS rigward l-istess persuna;
   (h) jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni għad-dokument tal-ivvjaġġar tkunx applikazzjoni oħra għal awtorizzazzjoni ta' viża għal soġġorn twil, permess ta' residenza assoċjata ma' data oħra dwar l-identità;
   (i) jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna li qabżet it-tul taż-żjara awtorizzata, jew jekk fl-imgħoddi kienx is-suġġett ta' rapport bħal dan fl-EES;
   (j) jekk l-applikant ikunx irreġistrat bħala x ħadd li kien is-suġġett ta' ċaħda tad-dħul fl-EES;
   (k) jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' deċiżjoni ta' ċaħda, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn qasir irreġistrata fil-VIS;
   (l) jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' rifjut, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn fit-tul jew ta' permess ta' residenza rreġistrata fil-VIS;
   (m) jekk id-data speċifika għall-identità tal-applikant hijiex irreġistrata fid-data tal-Europol;
   (n) meta l-applikant ikun minorenni, jekk il-persuna li teżerċita l-awtorità ta' ġenitur jew ta' kustodju legali:
   (i) tkun is-suġġett ta' rapport fis-SIS dwar persuna mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' mandat ta' arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;
   (ii) tkun is-suġġett ta' rapport għall-finijiet ta' ċaħda tad-dħul u ta' projbizzjoni ta' soġġorn fis-SIS;
   (iii) tkun detentur ta' dokument tal-ivvjaġġar li jidher fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Dan l-Artikolu ma jridx ifixkel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-ażil, tkun xi tkun ir-raġuni. Fil-każ ta' applikazzjoni għal viża ppreżentata minn vittma ta' kriminalità vjolenti, bħal vjolenza domestika jew traffikar ta' bnedmin, imwettqa mill-isponsor tagħhom, il-fajl depożitat fil-VIS għandu jkun separat minn dak tal-isponsor sabiex il-vittma tiġi protetta minn riskji ulterjuri.

Biex jiġi evitat ir-riskju ta' hits żbaljati, kwalunkwe tfittxija li tikkonċerna tfal taħt l-14-il sena jew persuni li jkollhom aktar minn 75 sena magħmula permezz ta' identifikaturi bijometriċi meħuda aktar minn ħames snin qabel it-tqabbil u li ma tikkonfermax l-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz, għandu jkun soġġett għal verifika manwali obbligatorja minn espert dwar id-data bijometrika. [Em. 190]

3.  Il-VIS għandha żżid referenza għal kwalunkwe hit miksuba skont il-paragrafi (2) u (5) tal-fajl individwali. Barra minn dan, il-VIS għandha tidentifika, fejn rilevanti, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit(s) jew il-Europol, u għandha tirreġistra dan fil-fajl individwali. L-ebda informazzjoni għajr ir-referenza għal xi hit u l-oriġinatur tad-data ma għandha tiġi rreġistrata. [Em. 191]

3a.  Meta jitwettqu tfittxijiet fl-SLTD, id-data użata mill-utent tal-ESP għat-tnedija ta' tfittxija ma tiġix kondiviża mas-sidien tad-data tal-Interpol. [Em. 192]

4.  Għall-finijiet tal-Artikolu 2(2)(f) fir-rigward ta’ viża maħruġa jew viża estiża għal soġġorn twil, it-tfittxijiet imwettqa skont 22b paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom iqabblu d-data rilevanti fl-Artikolu 22c(2), mad-data preżenti fis-SIS biex jiġi ddeterminat jekk id-detentur hux suġġett għal wieħed mill-allerti mit-twissijiet li ġejjin: [Em. 193]

   (a) allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja jew ta’ estradizzjoni;
   (b) allert fir-rigward ta’ persuni neqsin;
   (c) allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja;
   (d) allert twissija dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti jew kontrolli speċifiċi jew kontrolli ta' investigazzjoni. [Em. 194]

Fejn it-tqabbil imsemmi f’dan il-paragrafu jirrapporta hit waħda jew aktar, il-VIS għandha tibgħat notifika awtomatizzata lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li nieda t-tfittxija u għandha tieħu kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu xierqa.L-Artikolu 9a (5a), (5b), (5c), (5d), u l-Artikoli 9c, 9ca, 9cb għandhom japplikaw mutatis mutandis soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin. [Em. 195]

5.  Fir-rigward tal-konsultazzjoni tad-data tal-EES, l-ETIAS u l-VIS skont il-paragrafu 2, il-hits għandhom ikunu limitati biex jindikaw ir-rifjuti ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, ta’ dħul jew ta’ viża li huma bbażati fuq raġunijiet tas-sigurtà.

6.  Fejn il-viża għal soġġorn twil u il-permess ta’ residenza jinħareġ jew jiġi estiż minn awtorità konsolari ta’ Stat Membru, għandu japplika l-Artikolu 9a. [Em. 196]

7.  Fejn il-permess ta’ residenza jinħareġ jew jiġi estiż jew fejn viża għal soġġorn twil tiġi estiża minn awtorità fit-territorju ta’ Stat Membru, għandu japplika dan li ġej:

   (a) li l-awtorità għandha tivverifika jekk id-data rreġistrata fil-fajl individwali tikkorrispondix mad-data preżenti fil-VIS, jew f’waħda mis-sistemi/bażijiet tad-data ta’ informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol, jew il-bażijiet tad-data tal-Interpol ikkonsultati kont il-paragrafu 2;
   (b) fejn il-hit skont il-paragrafu 2 hija relatata mad-data tal-Europol, l-unità nazzjonali tal-Europol għandha tkun infurmata għal segwitu;
   (c) fejn l-ebda data ma tikkorrispondi, u ma ġiet irrappurtata l-ebda hit oħra matul l-ipproċessar awtomatizzat skont il-paragrafi 2 u 3, l-awtorità għandha tħassar il-hit falza mill-fajl tal-applikazzjoni;
   (d) fejn id-data tikkorrispondi għall-identità tal-applikant, jew fejn jibqgħu xi dubji, l-awtorità għandha tieħu azzjoni dwar id-data li skattat il-hit skont il-paragrafu 4 skont il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali. [Em. 197]

Artikolu 22c

Għandu jinħoloq fajl individwali għal viża għal soġġorn twil jew għal permess ta’ residenza maħruġ

Fajl individwali maħluq skont l-Artikolu 22a(1) għandu jkun fih id-data li ġejja:

   (1) l-awtorità li ħarġet id-dokument, inkluż il-post fejn tinsab;
   (2) id-data li ġejja tad-detentur:
   (a) kunjom (isem tal-familja); isem/ismijiet; data sena tat-twelid; nazzjonalità jew nazzjonalitajiet kurrenti; sess; data, post u pajjiż tat-twelid; [Em. 198]
   (b) it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar;
   (c) id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;
   (cc) l-awtorità li ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar;
   (d) fil-każ ta’ minorenni, il-kunjom u l-isem (ismijiet) tal-awtorità tal-ġenituri jew tat-tutur legali tad-detentur;
   (e) il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika jew l-isem u l-indirizz tal-impjegatur jew ta’ kwalunkwe organizzazzjoni oħra fuq liema kienet ibbażata l-applikazzjoni;
   (f) immaġni tal-wiċċ tad-detentur, fejn possibbli meħuda dak il-ħin; [Em. 199]
   (g) żewġ marki tas-swaba’ tad-detentur, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti;
   (3) id-data li ġejja dwar il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza maħruġ:
   (a) informazzjoni dwar l-istatus li tindika li nħarġet viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;
   (b) il-post u d-data tad-deċiżjoni li tinħareġ il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza;
   (c) it-tip ta’ dokument maħruġ (viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza);
   (d) in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza maħruġ;
   (e) id-data ta’ skadenza tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza.

Artikolu 22d

Għandu jinħoloq fajl individwali f’ċerti każi ta’ rifjut ta’ viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza

Fejn ittieħdet deċiżjoni li viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jiġi rrifjutat minħabba li l-applikant huwa meqjus li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika, jew għas-sigurtà interna jew għas-saħħa pubblika jew l-applikant ippreżenta dokumenti foloz li nkisbu b’mod frodulenti, jew iffalsifikati, jew imbagħbsa, l-awtorità li rrifjutat dan għandha toħloq fajl individwali mingħajr dewmien bid-data li ġejja: [Em. 200]

   a) kunjom, kunjom tat-twelid, kunjom(ijiet) ta' qabel; isem/ismijiet; sess; data, post u pajjiż tat-twelid;
   b) ċittadinanza attwali u ċittadinanza mat-twelid;
   c) tip u numru tad-dokument tal-ivvjaġġar, l-awtorità li ħarġitu u d-data tal-ħruġ u ta’ skadenza;
   d) fil-każ ta’ minorenni, il-kunjom u l-isem (ismijiet) tal-awtorità tal-ġenituri jew tat-tutur legali tad-detentur;
   e) il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika fuq liema hija bbażata l-applikazzjoni; [Em. 201]
   f) immaġni tal-wiċċ tal-applikant, fejn possibbli meħuda dak il-ħin; [Em. 202]
   g) żewġ marki tas-swaba’ tal-applikant, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti;
   h) informazzjoni li tindika li l-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza ġie rrifjutat minħabba li l-applikant huwa meqjus li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika, jew minħabba li l-applikant ippreżenta dokumenti li nkisbu b’mod frodulenti, jew ġew iffalsifikati, jew ġew imbagħbsa; [Em. 203]
   i) l-awtorità li rrifjutat il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza, inkluż il-post fejn tinsab;
   j) il-post u d-data tad-deċiżjoni li tiġi rrifjutata l-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza.

Artikolu 22e

Data li għandha tiżdied għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza li ġie rtirat

1.  Fejn ittieħdet deċiżjoni li jiġi rtirat permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn twil, jew li jitqassar il-perjodu ta’ validità ta’ viża għal soġġorn twil, l-awtorità li ħadet id-deċiżjoni għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl individwali:

   (a) informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza jkun ġie irtirat, jew fil-każ ta’ viża għal soġġorn twil, li l-perjodu ta’ validità tqassar;
   (b) l-awtorità li rtirat il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza jew li qassret il-perjodu ta’ validità tal-viża għal soġġorn twil, inkluż il-post fejn tinsab;
   (c) il-post u d-data tad-deċiżjoni;
   (d) id-data ta’ skadenza l-ġdida tal-validità tal-viża għal soġġorn twil, fejn xieraq;
   (e) in-numru tat-tikketta tal-viża, jekk il-perjodu mqassar jieħu l-forma ta’ tikketta tal-viża ġdida.

2.  Il-fajl individwali għandu jindika wkoll ir-raġuni(jiet) għall-irtirar tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza jew għat-tqassir tal-perjodu ta’ validità tal-viża għal soġġorn twil, skont il-punt (h) tal-Artikolu 22d.

Artikolu 22f

Data li għandha tiżdied għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza li ġie estiż

Fejn ittieħdet deċiżjoni li jiġi estiż permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn twil, l-awtorità li estendietu għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl individwali:

   (a) informazzjoni dwar l-istatus li tindika li viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza ġie estiż;
   (b) l-awtorità li estendiet il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza, inkluż il-post fejn tinsab;
   (c) il-post u d-data tad-deċiżjoni;
   (d) fil-każ ta’ viża għal soġġorn twil, in-numru tat-tikketta tal-viża, jekk l-estensjoni tal-viża għal soġġorn twil tieħu l-forma ta’ tikketta tal-viża ġdida;
   (e) id-data ta’ skadenza tal-perjodu estiż.

Artikolu 22g

Aċċess għad-data għal verifika ta’ viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni

1.  Għall-iskop uniku li tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument u/jew l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza u jekk il-persuna hijiex meqjusa ta’ theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà jew għas-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika għal kwalunkwe mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/399, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni skont dak ir-Regolament għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija billi jużaw in-numru tad-dokument flimkien ma’ waħda jew aktar mid-data fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c) ta’ dan ir-Regolament. [Em. 204]

2.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar id-detentur tad-dokument hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti tal-kontroll tal-fruntiera għandu jkollha aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl individwali, unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

   (a) informazzjoni dwar l-istatus tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza jekk ġie maħruġ, irtirat jew estiż;
   (b) id-data msemmija fl-Artikolu 22c(3)(c), (d) u (e);
   (c) fejn applikabbli, id-data msemmija fl-Artikolu 22e(1)(d) u (e);
   (d) fejn applikabbli, id-data msemmija fl-Artikolu 22f(d) u (e);
   (e) ir-ritratti l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmija fl-Artikolu 22c(2)(f). [Em. 205]

Artikolu 22h

Aċċess għal data għall-verifika fit-territorju tal-Istati Membri

1.  Għall-iskop uniku li tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument u l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza jew jekk il-persuna hijiex ta' theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika għal kwalunkwe mill-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' kontrolli fit-territorju tal-Istati Membri dwar jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza, u kif applikabbli, l-awtoritajiet tal-pulizija, għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija billi jużaw in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza flimkien ma' waħda jew aktar mid-data fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c). [Em. 206]

2.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar id-detentur hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl individwali kif ukoll, fejn applikabbli, ta’ fajl(s) konnessi skont l-Artikolu 22a(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

   (a) informazzjoni dwar l-istatus tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza jekk ġie maħruġ, irtirat jew estiż;
   (b) id-data msemmija fl-Artikolu 22c(3)(c), (d) u (e);
   (c) fejn applikabbli, id-data msemmija fl-Artikolu 22e(1)(d) u (e);
   (d) fejn applikabbli, id-data msemmija fl-Artikolu 22f(d) u (e);
   (e) ir-ritratti l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmija fl-Artikolu 22c(2)(f). [Em. 207]

Artikolu 22i

Aċċess għad-data għad-determinazzjoni tar-responsabbiltà għal applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali

1.  Għall-uniku fini li jiġi stabbilit liema Stat Membru huwa responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess biex ifittxu bil-marki tas-swaba’ tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali.

Fejn il-marki tas-swaba’ tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq billi jintuża n-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c).

2.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza huwa rreġistrat fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandha tingħata aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl tal-applikazzjoni, u fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (g) ta’ fajl(s) tal-applikazzjoni konnessi tal-konjuġi u t-tfal, skont l-Artikolu 22a(4), unikament għall-fini msemmi fil-paragrafu 1:

   (a) l-awtorità li ħarġet jew estendiet il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza;
   (b) id-data msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a) u (b);
   (c) it-tip ta’ dokument;
   (d) il-perjodu ta’ validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza;
   (f) ir-ritratti kif imsemmija fl-Artikolu 22c(2)(f);
   (g) id-data msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a) u (b) tal-fajl(s) tal-applikazzjoni konnessi dwar il-konjuġi u t-tfal.

3.  Il-konsultazzjoni tal-VIS skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq biss mill-awtoritajiet nazzjonali maħtura msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Artikolu 22j

Aċċess għad-data għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali

1.  Għall-uniku fini li tiġi eżaminata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 biex ifittxu bil-marki tas-swaba’ tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali.

Fejn il-marki tas-swaba’ tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq billi jintuża n-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c), jew flimkien mad-data fl-Artikolu 22d(a), (b), (c) u (f).

2.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar l-applikant għall-protezzjoni internazzjonali hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandu jkollha aċċess, unikament għall-għan imsemmi fil-paragrafu 1, biex tikkonsulta d-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ, irrifjutat, irtirat jew li l-validità tiegħu ġiet estiża, imsemmija fl-Artikolu 22c, 22d, 22e u 22f tal-applikant u ta’ kwalunkwe fajl konness tal-applikazzjoni tal-applikant skont l-Artikolu 22a(3).

3.  Il-konsultazzjoni tal-VIS skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq biss mill-awtoritajiet nazzjonali maħtura msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 603/2013.

KAPITOLU IIIb

Proċeduri u kundizzjonijiet għall-aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

Artikolu 22k

Awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li huma intitolati jikkonsultaw id-data maħżuna fil-VIS sabiex jipprevjenu, jikxfu u jinvestigaw reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra f'ċirkostanzi xierqa u definiti b'mod strett kif imsemmi fl-Artikolu 22n. Dawk l-awtoritajiet għandhom ikunu permessi biss li jikkonsultaw id-data ta' tfal li għandhom inqas minn 12-il sena biex jipproteġu lit-tfal neqsin jew lit-tfal li sfaw vittmi ta' reati serji. [Em. 208]

2.  Kull Stat Membru għandu jżomm lista strettament limitata tal-awtoritajiet maħtura. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet maħtura tiegħu u jista’ fi kwalunkwe ħin jemenda jew jissostitwixxi n-notifika tiegħu. [Em. 209]

3.  Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ aċċess ċentrali li għandu jkollu aċċess għall-VIS. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet għat-talba għall-aċċess għall-VIS stabbiliti fl-Artikolu 22n huma sodisfatti.

L-awtorità maħtura u l-punt ta’ aċċess ċentrali jistgħu jkunu parti mill-istess organizzazzjoni jekk dan ikun permess taħt il-liġi nazzjonali, iżda l-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jaġixxi b’mod għalkollox indipendenti mill-awtoritajiet maħtura fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jkun separat mill-awtoritajiet maħtura u ma għandux jirċievi istruzzjonijiet mingħandhom fir-rigward tal-eżitu tal-verifika li għandha titwettaq b’mod indipendenti.

L-Istati Membri jistgħu jaħtru aktar minn punt ta’ aċċess ċentrali wieħed sabiex tiġi riflessa l-istruttura organizzattiva u amministrattiva tagħhom fit-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali u legali tagħhom.

4.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni dwar il-punt ta’ aċċess ċentrali maħtur tiegħu u jista’ fi kwalunkwe ħin jemenda jew jissostitwixxi n-notifika tiegħu.

5.  Fil-livell nazzjonali, kull Stat Membru għandu jżomm lista tal-unitajiet operattivi fi ħdan l-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati li jitolbu aċċess għad-data maħżuna fil-VIS permezz tal-punt(i) ta’ aċċess ċentrali.

6.  Huwa biss il-persunal debitament awtorizzat tal-punti ta’ aċċess ċentrali li għandu jkun awtorizzat li jaċċessa l-VIS skont l-Artikoli 22m u 22n.

Artikolu 22l

Europol

1.  Il-Europol għandu jaħtar waħda mill-unitajiet operattivi tiegħu bħala “l-awtorità maħtura tal-Europol” u għandu jawtorizzaha li titlob aċċess għall-VIS permezz tal-punt ta’ aċċess ċentrali tal-VIS imsemmi fil-paragrafu 2 sabiex tiġi appoġġata u tissaħħaħ l-azzjoni mill-Istati Membri għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra.

2.  Il-Europol għandu jaħtar unità speċjalizzata b’uffiċjali tal-Europol li huma debitament awtorizzati bħala l-punt ta’ aċċess ċentrali. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet għat-talba għall-aċċess għall-VIS stabbiliti fl-Artikolu 22p huma sodisfatti.

Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jaġixxi b’mod għalkollox indipendenti meta jwettaq l-inkarigi tiegħu skont dan ir-Regolament u ma għandux jirċievi istruzzjonijiet mill-awtorità maħtura tal-Europol imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-eżitu tal-verifika. [Em. 210]

Artikolu 22m

Proċedura għall-aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

1.  L-unitajiet operattivi msemmija fl-Artikolu 22k(5) għandhom jissottometti talba motivata elettronika jew bil-miktub lill-punti ta’ aċċess ċentrali msemmija fl-Artikolu 22k(3) għal aċċess għad-data maħżuna fil-VIS. Meta tiġi riċevuta talba għal aċċess, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-aċċess imsemmija fl-Artikolu 22n. Jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-aċċess, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jipproċessa t-talbiet. Id-data aċċessata tal-VIS għandha tiġi trażmessa lill-unitajiet operattivi msemmija fl-Artikolu 22k(5) b’tali mod li ma tiġix kompromessa s-sigurtà tad-data.

2.  F’każ eċċezzjonali ta’ urġenza, fejn ikun hemm ħtieġa li jiġi evitat periklu imminenti għall-ħajja ta’ persuna assoċjata ma’ reat terroristiku jew ma’ reat kriminali serju ieħor, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jipproċessa t-talba minnufih u għandu jivverifika biss ex-post jekk ikunux sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 22n, inkluż jekk każ ta’ urġenza kienx jeżisti fir-realtà. Il-verifika ex post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn seba’ ġranet tax-xogħol wara l-ipproċessar tat-talba

3.  Fejn verifika ex post tiddetermina li l-aċċess għad-data tal-VIS ma kienx iġġustifikat, l-awtoritajiet kollha li jkunu aċċessaw din id-data għandhom iħassru minnufih l-informazzjoni aċċessata mill-VIS u għandhom jinfurmaw lill-punti ta’ aċċess ċentrali dwar it-tħassir. [Em. 211]

Artikolu 22n

Kundizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin tal-Istati Membri

1.  L-awtoritajiet Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] l-awtoritajiet maħtura jistgħu jaċċessaw il-VIS għal konsultazzjoni jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: [Em. 212]

   (a) l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ u proporzjonat għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reat kriminali serju ieħor;
   (b) l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ u proporzjonat f’każ speċifiku;
   (c) jeżistu raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-data tal-VIS tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor taqa’ taħt kategorija koperta b’dan ir-Regolament;
   (ca) fil-każ ta' tfittxijiet bil-marki tas-swaba', tkun tnediet tfittxija minn qabel fis-sistema tal-identifikazzjoni bil-marki tas-swaba' awtomatizzata ta' Stati Membri oħra skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI meta t-tqabbil tal-marki tas-swaba' jkun teknikament disponibbli, u jew dik it-tfittxija tkun twettqet bis-sħiħ, jew dik it-tfittxija ma tkunx twettqet bis-sħiħ fi żmien 24 siegħa minn meta tkun tnediet. [Em. 213]
   (d) fejn tnediet tfittxija fis-CIR f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)], it-tweġiba riċevuta kif imsemmija fil-paragrafu 5 tal-[Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] tiżvela li d-data tkun maħżuna fil-VIS.” [Em. 214]

2.  Il-kundizzjoni pprovduta fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ma teħtieġx li tiġi sodisfatta għas-sitwazzjonijiet fejn l-aċċess għall-VIS huwa meħtieġ bħala għodda biex tiġi kkonsultata l-istorja tal-viża jew il-perjodi tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri ta’ persuna suspettata, awtur jew vittma suspettata magħrufa ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor.

3.  Il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tkun limitata għat-tfittxija bi kwalunkwe data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni jew fil-fajl individwali: [Em. 215]

   (a) il-kunjom(ijiet) (isem tal-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid), data sena tat-twelid, nazzjonalità jew nazzjonalitajiet, u/jew is-sess; [Em. 216]
   (b) it-tip u n-numru tad-dokument jew tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;
   (c) numru tat-tikketta tal-viża jew numru tal-viża għal soġġorn twil jew tad-dokument ta’ residenza u d-data ta’ skadenza tal-validità tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tad-dokument tar-residenza, kif applikabbli;
   (d) il-marki tas-swaba’, inkluż il-marki tas-swaba’ latenti;
   (e) immaġni tal-wiċċ.

3a.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-disponibilità, l-istat ta' tħejjija u l-affidabbiltà tat-teknoloġija meħtieġa biex jintużaw l-immaġni tal-wiċċ biex tiġi identifikata persuna. [Em. 217]

3b.  L-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 3 ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija. [Em. 218]

4.  Fil-każ ta’ hit, il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tagħti aċċess għad-data elenkata f’dan il-paragrafu fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu kif ukoll għal kwalunkwe data oħra meħuda mill-fajl tal-applikazzjoni jew mill-fajl individwali, inkluż data li tkun iddaħħlet fir-rigward ta’ kwalunkwe dokument maħruġ, irrifjutat, annullat, revokat jew estiż. L-aċċess għad-data msemmi fil-punt (4)(1) tal-Artikolu 9 kif irreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni għandu jingħata biss jekk dik id-data kienet mitluba espliċitament f’talba motivata u approvata minn verifika indipendenti. [Em. 219]

Artikolu 22o

Aċċess għall-VIS għall-identifikazzjoni ta’ persuni f’ċirkostanzi speċifiċi

B’deroga mill-Artikolu 22n(1), l-awtoritajiet maħtura ma għandhomx ikunu obbligati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu biex jaċċessaw il-VIS għall-fini ta’ identifikazzjoni ta’ persuni, b'mod partikolari tfal, li sfaw neqsin, maħtufa jew identifikati bħala vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin u li fir-rigward tagħhom hemm raġunijiet motivati serji biex jiġi kkunsidrat li l-konsultazzjoni tad-data tal-VIS se tappoġġa l-identifikazzjoni tagħhom, u/jew u tikkontribwixxi fl-investigazzjoni ta’ każijiet speċifiċi tat-traffikar ta’ bnedmin. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-awtoritajiet maħtura jistgħu jfittxu fil-VIS bil-marki tas-swaba’ ta’ dawk il-persuni. [Em. 220]

Fejn il-marki tas-swaba’ ta’ dawk il-persuni ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq billi tintuża d-data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 9(4) jew fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 22c(2). [Em. 221]

Fil-każ ta' hit, il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tagħti aċċess għal kwalunkwe mid-data fl-Artikolu 9, fl-Artikolu 22c jew fl-Artikolu 22d, kif ukoll għad-data fl-Artikolu 8(3) u (4) jew fl-Artikolu 22a(3). [Em. 222]

Artikolu 22p

Proċeduri u kundizzjonijiet għall-aċċess għall-VIS mill-Europol

1.  Il-Europol għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta l-VIS meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

   (a) il-konsultazzjoni tkun meħtieġa u proporzjonata biex tiġi appoġġata u msaħħa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra li jaqgħu taħt il-mandat tal-Europol;
   (b) il-konsultazzjoni tkun meħtieġa u proporzjonata f’każ speċifiku;
   (c) jeżistu raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-data tal-VIS tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor taqa’ taħt kategorija koperta b’dan ir-Regolament;
   (d) fejn tnediet tfittxija fis-CIR f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)], it-tweġiba riċevuta kif imsemmija fil-paragrafu 22(3) ta’ dak ir-Regolament tiżvela li d-data tkun maħżuna fil-VIS.

2.  Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22n(2), (3) u (4) għandhom japplikaw kif adatt.

3.  L-awtorità maħtura tal-Europol tista’ tippreżenta talba elettronika motivata għall-konsultazzjoni tad-data kollha jew għal sett speċifiku ta’ data maħżun fil-VIS lill-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol imsemmi fl-Artikolu 22k(3) 22l(2). Wara riċevuta ta’ talba għall-aċċess il-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol għandu jivverifika jekk ikunux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-aċċess imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-aċċess huma sodisfatti, il-persunal debitament awtorizzat tal-punt ċentrali ta’ aċċess għandhom jipproċessaw it-talbiet. Id-data tal-VIS aċċessata għandha tintbagħat lill-unitajiet operattivi msemmijin fl-Artikolu 22l(1) b'tali mod biex ma tkunx kompromessa s-sigurtà tad-data. [Em. 223]

4.  L-ipproċessar tal-informazzjoni miksuba mill-Europol permezz ta’ konsultazzjoni tad-data tal-VIS għandu jkun suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tinkiseb permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 22q

Ir-reġistrazzjoni u d-dokumentazzjoni

1.  Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data li jirriżultaw minn talbiet għall-aċċess għad-data tal-VIS skont il-Kapitolu IIIc IIIb jiġu rreġistrati jew dokumentati għall-finijiet tal-verifika tal-ammissibbiltà ta' monitoraġġ tal-ammissibilità tat-talba, il-monitoraġġ tal-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u tal-integrità u tas-sigurtà tad-data u s-sigurtà, u l-impatti possibbli fuq id-drittijiet fundamentali, u għall-awtomonitoraġġ.

Dawn ir-rekords jew dokumenti għandhom ikunu protetti b'miżuri xierqa kontra l-aċċess mhux awtorizzat u mħassra sentejn wara l-ħolqien tagħhom, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' kontroll diġà mibdija. [Em. 224]

2.  Ir-reġistrazzjoni jew id-dokumentazzjoni għandha turi, fil-każijiet kollha:

   (a) il-fini preċiż tat-talba għall-aċċess għad-data tal-VIS, inkluż ir-reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor ikkonċernat u, għall-Europol, il-fini preċiż tat-talba għall-aċċess;
   (b) ir-referenza tal-fajl nazzjonali;
   (c) id-data u l-ħin preċiż tat-talba għall-aċċess mill-punt ta’ aċċess ċentrali lis-Sistema Ċentrali tal-VIS;
   (d) l-isem tal-awtorità li tkun talbet aċċess għal konsultazzjoni;
   (e) fejn applikabbli, id-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-verifika ex post;
   (f) id-data użata għall-konsultazzjoni;
   (g) f'konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794 jew, meta applikabbli, ir-Regolament (KE) 2018/1725, l-identità unika tal-utent li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li jkun ordna t-tfittxija. [Em. 225]

3.  Il-logs u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, il-monitoraġġ tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali u sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. Għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintużaw biss logs li ma fihomx data personali. L-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, li hija responsabbli biex tivverifika l-ammissibbiltà tat-talba u l-monitoraġġ għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollha aċċess għal dawn lil-logs fuq talba tagħha għall-fini li taqdi dmirijietha. [Em. 226]

Artikolu 22r

Kundizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin ta’ Stat Membru li fir-rigward tiegħu r-Regolament (KE) Nru 767/2008 għadu ma daħalx fis-seħħ

1.  Aċċess għall-VIS għal konsultazzjoni minn awtoritajiet maħturin ta’ Stat Membru li fir-rigward tiegħu dan ir-Regolament għadu ma daħalx fis-seħħ għandu jseħħ fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) l-aċċess huwa fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat tagħhom;
   (b) l-aċċess huwa suġġett għall-istess kondizzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 22n(1);
   (c) l-aċċess huwa preċedut minn talba bil-miktub jew elettronika motivata debitament lil awtorità maħtura ta’ Stat Membru li għalih japplika dan ir-Regolament; dik l-awtorità għandha mbagħad titlob lill-punt(i) ċentrali ta’ aċċess nazzjonali biex jikkonsultaw il-VIS.

2.  Stat Membru li għalih dan ir-Regolament għadu ma daħalx fis-seħħ għandu jagħmel l-informazzjoni tiegħu dwar il-viża disponibbli għal Stati Membri li għalihom japplika dan ir-Regolament, abbażi ta’ talba bil-miktub jew elettronika motivata debitament, soġġetta għal konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22n(1).

_____________

* Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).”.

Artikolu 22ra

Protezzjoni tad-data personali aċċessata f'konformità mal-Kapitolu IIIb

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu applikabbli wkoll għall-aċċess għall-VIS mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu skont dan il-kapitolu, inkluż b'rabta mad-drittijiet tal-persuni li d-data tagħhom tiġi aċċessata b'dan il-mod.

2.  L-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandha twettaq monitoraġġ tal-legalità tal-aċċess għad-data personali mill-Istati Membri f'konformità ma' dan il-Kapitolu, inkluż meta tintbagħat lejn u mill-VIS. L-Artikolu 41(3) u (4) ta' dan ir-Regolament għandu japplika skont dan.

3.  L-ipproċessar ta' data personali mill-Europol skont dan ir-Regolament għandu jsir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u għandu jiġi ssorveljat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

4.  Id-data personali aċċessata fil-VIS f'konformità ma' dan il-Kapitolu għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni tal-każ speċifiku li għalih id-data tkun intalbet minn Stat Membru jew mill-Europol.

5.  L-eu-LISA, l-awtoritajiet maħtura, il-punti ta' aċċess ċentrali u l-Europol għandhom iżommu logs kif imsemmi fl-Artikolu 22q tat-tfittxijiet sabiex l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformità tal-ipproċessar tad-data mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. Bl-eċċezzjoni tad-data miżmuma għal dik il-fini, id-data personali u r-rekords tat-tfittxijiet għandhom jitħassru mill-fajls kollha nazzjonali u tal-Europol wara 30 jum, ħlief jekk dawk id-data u r-rekords ikunu meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja li għaliha jkunu ntalbu minn Stat Membru jew mill-Europol. [Em. 227]

"

Artikolu 2

Emendi għad-Deċiżjoni Tħassir tad-Deċiżjoni 2004/512/KE [Em. 228]

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Id-Deċiżjoni 2004/512/KE jinbidel b'dan li ġej: hija mħassra. Ir-referenzi għal dik Deċiżjoni għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness 2."

“2. Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża għandha tkun ibbażata fuq arkitettura ċċentralizzata u tikkonsisti:

   (a) fir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità kif imsemmi fl-[Artikolu 17(2)(a) tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità],
   (b) f’sistema ta’ informazzjoni ċentrali, minn hawn ’il quddiem imsejħa s-“Sistema Ċentrali ta’ Informazzjoni dwar il-Viża” (VIS),
   (c) interfaċċa f’kull Stat Membru, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Interface Nazzjonali” (Ni-VIS) li għandha tipprovdi l-konnessjoni bejn l-awtorità nazzjonali ċentrali rilevanti tal-Istati Membru rispettiv, jew Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f’kull Stat Membru abbażi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identiċi għall-Istati Membri kollha biex is-Sistema Ċentrali tkun konnessa mal-infrastrutturi nazzjonali fl-Istati Membri,
   (d) infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS u l-Interfaces Nazzjonali;
   (e) kanal ta’ komunikazzjoni sigur bejn il-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-EES;
   (f) infrastruttura ta’ komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-infrastrutturi ċentrali tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija stabbilit mill-[Artikolu 6 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità], is-servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku stabbilit mill-[Artikolu 12 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità], ir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-[Artikolu 17 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità] u d-detettur ta’ identitajiet multipli (MID) stabbilit mill-[Artikolu 25 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità];
   (g) mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni dwar applikazzjonijiet u skambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet ċentrali tal-viża (“VISMail”);
   (h) portal tat-trasportaturi;
   (i) servizz web sigur għal komunikazzjoni bejn il-VIS, min-naħa l-waħda u l-portal tat-trasportaturi, u s-sistemi internazzjonali (sistemi/bażijiet tad-data tal-Interpol), min-naħa l-oħra;
   (j) repożitorju tad-data għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika.

Is-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi , is-servizz web, il-portal tat-trasportaturi u l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni tal-VIS għandhom jaqsmu ma' xulxin u jużaw mill-ġdid kemm ikun teknikament possibbli il-komponenti tal-ħardwer u s-softwer tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi tal-EES, il-portal tat-trasportaturi tal-ETIAS, is-servizz web tal-EES u l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni tal-EES rispettivament.”. [Em. 229]

"

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 810/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 10(3), il-punt (c) jiġi sostitwit b’dan li ġej:"

“(c) jippreżenta ritratt skont l-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1683/95 jew, jippermetti t-teħid dak il-ħin ta' immaġni tal-wiċċ mal-ewwel applikazzjoni u sussegwentement mill-inqas kull 59 xahar wara dan, skont l-istandards mniżżlin fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.”; [Em. 230]

"

(2)  L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, l-ewwel inċiż jinbidel b'dan li ġej:"

“- ritratt meħud immaġni tal-wiċċ meħuda dak il-ħin u miġbur diġitalment meta ssir l-applikazzjoni.”; [Em. 231]

"

(b)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

“- Fejn il-marki Meta l-marki tas-swaba’ u ritratt meħud dak il-ħin ta’ kwalità suffiċjenti ġew miġbura mill-applikant u mdaħħla fil-VIS bħala parti minn applikazzjoni ppreżentata inqas minn 59 xahar qabel id-data tal-applikazzjoni l-ġdida, din [id-data] tista’ għandha tiġi kkupjata fl-applikazzjoni sussegwenti.”; [Em. 232]

"

(c)  fil-paragrafu 7, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:"

“(a) tfal li jkollhom anqas minn sitt snin u persuni li jkollhom aktar minn 70 sena;”; [Em. 253]

"

(d)  jitħassar il-paragrafu 8;

(3)  L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

“2. Fir-rigward ta' kull applikazzjoni, il-VIS għandha tiġi kkonsultata skont l-Artikoli 8(2), 15 u 9a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir użu sħiħ tal-kriterji kollha tat-tfittxija skont dawk l-artikoli sabiex jiġi evitat li jsiru ċaħdiet u identifikazzjonijiet foloz.

"

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:"

“3a. Għall-fini li jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet tad-dħul stipulati fil-paragrafu 3, il-konsulat għandu jqis ir-riżultat tal-verifiki skont l-Artikolu 9c tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-bażijiet tad-data li ġejjin:

   (a) SIS u SLTD biex jiġi vverifikat jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar li huwa rrappurtat mitluf, misruq jew invalidat u jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar f’fajl fit-TDAWN tal-Interpol; [Em. 233]
   (b) is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jiġi vverifikat jekk l-applikant jikkorrispondix ma’ applikazzjoni rifjutata, revokata jew annullata għal awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar;
   (c) il-VIS biex jiġi vverifikat jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni dwar id-dokument tal-ivvjaġġar tikkorrispondix ma’ applikazzjoni oħra għal viża assoċjata ma’ data tal-identità differenti, kif ukoll jekk l-applikant kienx soġġett għal deċiżjoni biex tiġi rifjutata, revokata jew annullata viża għal soġġorn qasir;
   (d) l-EES biex jiġi ċċekkjat jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta, jekk ġiex irrappurtat bħala persuna b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta fil-passat jew jekk l-applikant ġie rrifjutat dħul fil-passat;
   (e) il-Eurodac biex jiġi vverifikat jekk l-applikant kienx soġġett għal irtirar jew rifjut tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali;
   (f) id-data tal-Europol biex jiġi vverifikat jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni tikkorrispondix mad-data rreġistrata f’din il-bażi tad-data;
   (g) Is-sistema ECRIS-TCN biex jiġi vverifikat jekk l-applikant jikkorrispondix ma’ persuna li d-data tagħha ġiet irreġistrata f’din il-bażi tad-data għal reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra; [Em. 234]
   (h) is-SIS biex jiġi vverifikat jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni.

Il-konsulat għandu jkollu aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u l-fajl(s) tal-applikazzjoni konness(i), jekk hemm, kif ukoll għar-riżultati kollha tal-verifiki skont l-Artikolu 9c tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

3b.  L-awtorità tal-viża għandha tikkonsulta d-detettur ta’ identitajiet multipli flimkien mar-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità msemmija fl-Artikolu 4(37) tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] jew is-SIS jew it-tnejn li huma biex tivvaluta d-differenzi fl-identitajiet illinkjati u għandha tagħmel kwalunkwe verifika addizzjonali meħtieġa biex tieħu deċiżjoni dwar l-istatus u l-kulur tal-link kif ukoll biex tieħu deċiżjoni dwar il-ħruġ jew ir-rifjut tal-viża tal-persuna kkonċernata.

F’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)], dan il-paragrafu għandu japplika biss malli jibda jopera d-detettur ta’ identitajiet multipli.”;

"

(c)  il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:"

“4. Il-konsulat għandu jivverifika, permezz tal-informazzjoni miksuba mill-EES, jekk bis-soġġorn intenzjonat l-applikant hux se jaqbeż it-tul tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri, irrispettivament mis-soġġorni potenzjali awtorizzati minn viża nazzjonali għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru ieħor.”;

"

(4)  jiżdied dan l-Artikolu 21a li ġej:"

“Artikolu 21a

Indikaturi speċifiċi tar-riskju

-1.  L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom ikunu algoritmu li jippermetti t-tfassil tal-profil kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 permezz tat-tqabbil tad-data rreġistrata f'fajl tal-applikazzjoni mal-indikaturi speċifiċi tar-riskju li jindikaw riskji ta' sigurtà, ta' immigrazzjoni illegali jew riskji epidemiċi għoljin. L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom jiġu rreġistrati fil-VIS. [Em. 235]

1.  Il-valutazzjoni Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 51a biex tiċċara r-riskji tas-sigurtà jew tal-immigrazzjoni illegali jew ta’ riskji epidermali għoljin għandha tkun ibbażata fuq abbażi ta': [Em. 236]

   (a) statistika ġġenerata mill-EES li tindika rati anormali ta’ persuni b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta u rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi li għandhom viża;
   (b) statistika ġġenerata mill-VIS skont l-Artikolu 45a li tindika rati anormali ta’ rifjuti ta’ applikazzjonijiet tal-viża minħabba riskju ta’ migrazzjoni irregolari jew għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika assoċjat ma’ grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi applikant; [Em. 237]
   (c) statistika ġġenerata mill-VIS skont l-Artikolu 45a u l-EES li tindika korrelazzjonijiet bejn informazzjoni miġbura permezz tal-formola tal-applikazzjoni u persuni b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta u rifjuti ta’ dħul;
   (d) informazzjoni sostanzjata b'elementi bbażati fuq fatti u evidenza pprovduta mill-Istati Membri dwar indikaturi speċifiċi ta’ riskju tas-sigurtà jew theddidiet identifikati minn dak l-Istat Membru;
   (e) informazzjoni sostanzjata b'elementi bbażati fuq fatti u evidenza pprovduta mill-Istati Membri dwar rati anormali ta’ persuni b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta u rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi għal dak l-Istat Membru;
   (f) Informazzjoni dwar riskji epidemiċi speċifiċi għoljin ipprovduti mill-Istati Membri kif ukoll mill-informazzjoni dwar sorveljanza epidemijoloġika u valutazzjonijiet tar-riskju pprovduti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u tfaqqigħ ta’ mard irrappurtat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-riskji msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2). [Em. 238]

3.  Abbażi tar-riskji speċifiċi ddeterminati skont dan ir-Regolament u l-att delegat imsemmi il-paragrafu 2 fil-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi speċifiċi tar-riskju, li jikkonsistu f’kombinament ta’ data inkluż waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: [Em. 239]

   (a) firxa tal-età, sess, nazzjonalità;
   (b) il-pajjiż u l-belt ta’ residenza;
   (c) Stat(i) Membru/i tad-destinazzjoni;
   (d) Stat Membru tal-ewwel dħul;
   (e) l-għan tal-vjaġġ;
   (f) l-impjieg attwali.

4.  L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom ikunu mmirati u proporzjonati. F’ebda ċirkostanza ma għandhom ikunu bbażati biss fuq is-sess jew l-età ta’ persuna. F’ebda ċirkostanza ma għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni li tiżvela r-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiki ġeneriċi, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew xort’oħra, ir-reliġjon jew twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità jew orjentazzjoni sesswali ta’ persuna.

5.  L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

6.  L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom jintużaw mill-awtoritajiet tal-viża meta jiġi vvalutat jekk l-applikant jippreżentax riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju tas-sigurtà għas-sigurtà tal-Istati Membri, jew riskju epidemiku għoli skont l-Artikolu 21(1). [Em. 240]

7.  Ir-riskji speċifiċi u l-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom ikunu riveduti mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.”; [Em. 241]

"

(4a)  L-Artikolu 39 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 39

Imġiba tal-persunal u rispett għad-drittijiet fundamentali

1.  Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu b'korteżija. Il-persunal konsulari għandu jirrispetta b'mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem meta jwettaq id-dmirijiet tiegħu.

2.  Il-persunal konsulari għandu jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rrikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea meta jwettaq id-dmirijiet tiegħu. Kwalunkwe miżura meħuda għandha tkun proporzjonata għall-objettivi segwiti minn dawn il-miżuri.

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-persunal konsulari m'għandu, għall-ebda raġuni, jiddiskrimina kontra persuni, inkluż minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, il-kulur, l-oriġini soċjali, il-karatteristiċi ġeneriċi, il-lingwa, l-opinjoni politika jew xort'oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom; L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija."; [Em. 242]

"

(4b)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 39a

Drittijiet Fundamentali

Meta japplikaw dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu f'konformità sħiħa mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati magħmula f'Ġinevra fit-28 ta' Lulju 1951, l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement, u d-drittijiet fundamentali. F'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija."; [Em. 243]

"

(5)  L-Artikolu 46 għandu jinbidel b’dan li ġej:"

“Artikolu 46

Ġbir ta’ statistika

Sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ġbir tal-istatistika annwali li ġejja dwar viżi għal kull konsulat u post ta’ qsim tal-fruntiera fejn Stati Membri individwali jipproċessaw applikazzjonijiet tal-viża:

   (a) l-għadd ta’ viżi ta’ transitu tal-ajruport li saret applikazzjoni għalihom, li nħarġu u li ġew irrifjutati;
   (b) l-għadd ta’ viżi uniformi ta’ dħul waħdieni, u viża ta’ dħul multiplu li saret applikazzjoni għalihom, li nħarġu diżaggregati skont it-tul tal-validità: 1, 2, 3, 4 u 5 snin) u li ġew irrifjutati;
   (c) l-għadd ta’ viżi maħruġa b’validità territorjali limitata.

Din l-istatistika għandha tinġabar abbażi tar-rapporti ġġenerati mir-repożitorju ċentrali tad-data tal-VIS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”;

"

(5a)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 51a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 21a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux opponew tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 21a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."; [Em. 244]

"

(6)  Fl-Artikolu 57, jitħassru l-paragrafi 3 u 4.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2226

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2226 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 9(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“L-EES għandha tipprovdi l-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata ta’ din il-lista. Ir-regoli dettaljati dwar l-immaniġġjar ta’ din il-funzjonalità għandhom jiġu stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2) ta’ dan ir-Regolament.”;

"

(2)  fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:"

“3. Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-punt (b) tal-Artikolu 26(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, it-trasportaturi għandhom jużaw is-servizz web biex jivverifikaw jekk viża għal soġġorn qasir hijiex valida, inkluż jekk l-għadd ta’ dħul awtorizzat intużax diġà jew jekk id-detentur laħaqx it-tul ta’ żmien massimu tas-soġġorn awtorizzat jew, skont il-każ, jekk il-viża hijiex valida għat-territorju tal-port tad-destinazzjoni ta’ dak il-vjaġġ. It-trasportaturi għandhom jipprovdu d-data mniżżla fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dan, is-servizz web għandu jipprovdi lit-trasportaturi bi tweġiba OK/NOT OK. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u r-risposta li waslet skont il-liġi applikabbli. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu skema ta’ awtentikazzjoni biex jiżguraw li persunal awtorizzat biss ikun jista’ jidħol fis-servizz web. Mhux se jkun possibbli li tweġiba OK/NOT OK titqies bħala deċiżjoni li dħul jiġi awtorizzat jew irrifjutat skont ir-Regolament (UE) 2016/399. F'każijiet fejn il-passiġġieri ma jkunux awtorizzati li jimbarkaw fuq talba tal-VIS, it-trasportaturi għandhom jinformaw lill-passiġġieri bis-sitwazzjoni u bil-mezzi li bihom jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' aċċess, rettifika u tħassir ta' data personali maħżuna fil-VIS."; [Em. 245]

"

(2a)  Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:"

"3. Fejn ikun hemm il-ħtieġa li tiddaħħal jew tiġi aġġornata d-data tar-rekord tad-dħul/ħruġ ta' detentur ta' viża, l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jiksbu mill-VIS u jimportaw lejn l-EES id-data prevista mill-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u mill-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008"; [Em. 246]

"

(2b)  Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"

"1. Fejn ikun meħtieġ li jinħoloq fajl individwali jew li tiġi aġġornata l-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1), l-immaġni tal-wiċċ għandha tittieħed fuq il-post."; [Em. 247]

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“1a. L-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) għandha tinkiseb mill-VIS u tiġi importata fl-EES."; [Em. 248]

"

(c)  paragrafu 5 huwa mħassar. [Em. 249]

(3)  fl-Artikolu 35(4) titħassar l-espressjoni “permezz tal-infrastruttura tal-VIS”.

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/399

Ir-Regolament (UE) 2016/399 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 8(3), jiżdied il-punt (ba) li ġej:"

“(ba) jekk ċittadin ta’ pajjiż terz għandu viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, il-verifiki estensivi mad-dħul għandhom jinkludu verifika tal-identità tad-detentur tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza u l-awtentiċità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza billi tiġi kkonsultata s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) skont l-Artikolu 22g tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

f’ċirkostanzi fejn ma tirnexxix il-verifika tad-detentur tad-dokument jew tad-dokument skont l-Artikolu 22g ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli, jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur, l-awtentiċità tad-dokument u/jew tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-persunal debitament awtorizzat ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproċedu għal verifika taċ-ċipp tad-dokument.";

"

(2)  fl-Artikolu 8(3), jitħassru l-punti (c) sa (f).

Artikolu 7

Emendi għar-Regolament (UE) XXX dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-interoperabilità bejn is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE (fruntieri u viżi) [ir-Regolament dwar l-interoperabilità]

Ir-Regolament (UE) XXX dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-interoperabilità bejn is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE (fruntieri u viżi) [ir-Regolament dwar l-interoperabilità] huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 13(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:"

“(b) id-data msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 22c(2)(f) u (g) u l-Artikolu 22d(f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”

"

(2)  Fl-Artikolu 18(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:"

“(b) id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b) u (cc) sa (cc), l-Artikolu 9(5) u (6), l-Artikolu 22c(2)(a) sa (cc), (f) u (g), l-Artikolu 22d(a), (b), (c), (f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;” [Em. 250]

"

(3)  fl-Artikolu 26(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:"

“(b) l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 meta joħolqu jew jaġġornaw fajl ta’ applikazzjoni jew fajl individwali fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 8 jew l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”;

"

(4)  L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:"

“b) jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl ta’ applikazzjoni jew fajl individwali fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 8, jew l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”;

"

(b)  fil-paragrafu 3, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:"

“(b) kunjom (isem tal-familja); l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja)); id-data tat-twelid, is-sess u n-nazzjonalità(jiet) kif imsemmija fl-Artikolu 9(4)(a), fl-Artikolu 22c(2)(a) u fl-Artikolu 22d(a) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”;

"

(5)  fl-Artikolu 29(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:"

“(b) l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 għal hits li seħħew meta joħolqu jew jaġġornaw fajl ta’ applikazzjoni jew fajl individwali fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 8 jew l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”.

"

Artikolu 8

Tħassir tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI

Id-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI hija mħassra. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness 2”.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ] bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-atti delegati previsti mill-punti (6), (7), (26), (27), (33) u (35) tal-Artikolu 1, fil-punt (4) tal-Artikolu 3 u fil-punt (1) tal-Artikolu 4, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-proċedimenti tat-tħejjija tal-implimentazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż sostnuti u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista' jkollu impatt fuq l-ispejjeż ġenerali. [Em. 251]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS 2

Tabella ta’ korrelazzjoni

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI

Regolament (KE) Nru 767/2008

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Artikolu 3

Awtoritajiet maħturin u punti ċentrali ta' aċċess

Artikolu 22k

Awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri

Artikolu 22l

Europol

Artikolu 4

Proċedura għal aċċess għall-VIS

Artikolu 22m

Proċedura għall-aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

Artikolu 5

Kondizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin tal-Istati Membri

Artikolu 22n

Kundizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin tal-Istati Membri

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin ta' Stat Membru li fir-rigward tiegħu r-Regolament (KE) Nru 767/2008 għadu ma daħalx fis-seħħ

Artikolu 22r

Kundizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin ta' Stat Membru li fir-rigward tiegħu dan ir-Regolament għadu ma daħalx fis-seħħ

Artikolu 7

Kondizzjonijiet għal aċċess għad-data tal-VIS mill-Europol

Artikolu 22p

Proċeduri u kundizzjonijiet għall-aċċess għal data tal-VIS mill-Europol

Artikolu 8

Protezzjoni ta’ data personali

Kapitolu VI

Drittijiet u sorveljanza tal-protezzjoni tad-data

Artikolu 9

Sigurtà tad-data

Artikolu 32

Sigurtà tad-data

Artikolu 10

Responsabbiltà

Artikolu 33

Responsabbiltà

Artikolu 11

Awtomonitoraġġ

Artikolu 35

Awtomonitoraġġ

Artikolu 12

Pieni

Artikolu 36

Sanzjonijiet

Artikolu 13

Żamma tad-data tal-VIS f’fajls nazzjonali

Artikolu 30

Żamma tad-data tal-VIS f’fajls nazzjonali

Artikolu 14

Dritt ta’ aċċess, korrezzjoni u tħassir

Artikolu 38

Dritt ta’ aċċess, korrezzjoni u tħassir

Artikolu 15

Spejjeż

Mhux disponibbli

Artikolu 16

Żamma ta’ reġistri

Artikolu 22q

Reġistrazzjoni u dokumentazzjoni

Artikolu 17

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 50

Sorveljanza u evalwazzjoni

(1)ĠU C , , p. .
(2)ĠU C , , p. .
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.
(4)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).
(5)Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).
(6)Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), (ĠU L 243, 15.9.2009, p.1).
(7)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).
(8)Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/636/UE tal-21 ta' Settembru 2011 deċiżjoni dwar id-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fl-ewwel reġjun (ĠU L 249, 27.9.2011, p. 18).
(9)Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).
(10)COM(2016)0205.
(11) "Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM) – Studju tal-Fattibbiltà biex jiġu inklużi f'repożitorju dokumenti għal Viżi għal Soġġorni Twal, Permessi ta' Residenza u Permessi tat-Traffiku Lokali tal-Fruntiera" (2017).
(12) "Analiżi legali dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) biex tinkludi data dwar viżi għal soġġorn twil u dokumenti ta' residenza" (2018).
(13)Pjan Direzzjonali għat-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni inklużi soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (9368/1/16 REV 1).
(14)Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-triq ’il quddiem għat-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni u li tiġi żgurata l-interoperabilità ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (10151/17);
(15)“Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM) – Studju tal-Fattibbiltà biex jiġu inklużi f'repożitorju dokumenti għal Viżi għal Soġġorni Twal, Permessi ta’ Residenza u Permessi tat-Traffiku Lokali tal-Fruntiera” (2017).
(16)“Analiżi legali dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) biex tinkludi data dwar viżi għal soġġorn twil u dokumenti ta’ residenza” (2018).
(17)COM(2017)0558, p.15.
(18)COM(2018)0251.
(19)Għarfien tal-Marki tas-Swaba’ għat-Tfal (2013 - EUR 26193).
(20)“Għarfien awtomatiku tal-marki tas-swaba’: mit-tfal għall-anzjani” (2018 – JRC).
(21)“Il-fattibbiltà u l-implikazzjonijiet jekk titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba’ għat-tfal u li fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) tinħażen kopja skennjata tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant għal viża” (2018).
(22)Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(23) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).
(24)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(25)Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(26)Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(27)Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [titlu sħiħ] (ĠU L ..., ..., p. ...).
(28)Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (UE2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 200023 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' individwu persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1). tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(29)Id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b’viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 9).
(30)Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(31)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(32)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tad-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(33)ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(34)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(35)ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(36)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.
(37)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).
(38)ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(39)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(40)Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).
(41)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 39).

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza