Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-UE (2018-2024) ***
118k
49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10858/2018),
– wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10856/2018),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0387/2018),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta’ Frar 2019(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0030/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju.
Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-UE (2018–2024) (riżoluzzjoni)
131k
51k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267M(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10858/2018),
– wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10856/2018),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0387/2018),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta’ Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0034/2019),
A. billi l-Kummissjoni u l-Gvern tal-Kosta tal-Avorju nnegozjaw ftehim ta' sħubija ġdid dwar is-sajd sostenibbli (Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju) u protokoll ta' implimentazzjoni għal perjodu ta' sitt snin;
B. billi l-għan ġenerali tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju huwa li jżid il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju, fl-interess taż-żewġ partijiet, billi jippromwovi politika tas-sajd sostenibbli u sfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) tal-Kosta tal-Avorju;
C. billi l-assorbiment tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli preċedenti bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju ammonta, bħala medja, għal 79 %, ċifra meqjusa bħala waħda tajba b'mod ġenerali; billi matul dak il-perjodu, madankollu, il-bastimenti tas-sajd bil-konz ma għamlux użu mill-opportunitajiet tas-sajd disponibbli;
D. billi l-fatt li l-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju ġew konklużi wieħed wara l-ieħor kien qed jgħin lill-ekonomija tal-Kosta tal-Avorju sal-punt li ġew utilizzati l-baħħara lokali u l-port ta' Abidjan u l-faċilitajiet tat-tqegħid fil-laned, il-qabdiet aċċessorji tal-bastimenti tal-UE li jistadu għat-tonn bit-tartarun ittieħed kont tagħhom, u ġew imsaħħa l-kapaċitajiet ta' monitoraġġ lokali (għalkemm dawn huma meqjusa bħala ġeneralment modesti);
E. billi l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju għandu jippromwovi żvilupp sostenibbli aktar effettiv tal-komunitajiet tas-sajd Avorjani u tal-industriji u l-attivitajiet relatati; billi l-appoġġ li għandu jiġi pprovdut skont il-Protokoll irid ikun konsistenti mal-pjanijiet ta' żvilupp nazzjonali – b'mod partikolari l-Pjan Strateġiku għall-Iżvilupp tat-Trobbija tal-Bhejjem, is-Sajd, u l-Akkwakultura (PSDEPA) – u l-Pjan ta' Azzjoni dwar it-Tkabbir Blu, imfassal man-Nazzjonijiet Uniti biex iżid il-produzzjoni fis-settur, u jipprofessjonalizzah, sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni f'dawk li huma ikel u impjiegi; billi, skont il-Pjan Strateġiku msemmi hawn fuq, l-ilħuq ta' dawk l-għanijiet teħtieġ baġit ta' aktar minn EUR 140 miljun;
F. billi l-UE, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, qed tikkontribwixxi baġit pluriennali ta' EUR 273 miljun għall-Kosta tal-Avorju, li jiffoka fuq, fost l-oħrajn, l-infrastruttura, is-saħħa, u l-għajnuna umanitarja;
1. Huwa tal-fehma li l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju għandu jkollu żewġ għanijiet importanti ndaqs: (1) li jipprovdi opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE fiż-ŻEE tal-Kosta tal-Avorju, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u mingħajr ma jinterferixxi fil-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-organizzazzjonijiet reġjonali li għalihom tappartieni l-Kosta tal-Avorju – primarjament l-ICCAT – jew jaqbeż l-eċċess disponibbli; u (2) li jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju bil-ħsieb li tinħoloq politika tas-sajd sostenibbli u jsir sfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd Avorjan permezz tal-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika, mingħajr ma jimmina l-għażliet u l-istrateġiji sovrani tal-Kosta tal-Avorju fir-rigward ta' dak l-iżvilupp;
2. Jiġbed l-attenzjoni għas-sejbiet tal-valutazzjoni retrospettiva u prospettiva tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju, prodotta f'Settembru 2017, li ddikjarat li l-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli tal-2013-2018 b'mod ġenerali kien wera li kien effikaċi, effiċjenti, xieraq għall-interessi involuti, u konsistenti mal-politika settorjali Avorjana u kellu grad għoli ta' aċċettabbiltà għall-partijiet ikkonċernati, u li rrakkomandat l-għażla li jiġi konkluż protokoll ġdid;
3. Isostni li l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju u l-Protokoll tiegħu, meta jiġu implimentati u jekk dawn jiġu riveduti u/jew imġedda, iridu jipprevedu u jkunu allinjati mal-PSDEPA u mal-Pjan ta' Tkabbir Blu għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, u b'mod speċifiku għandhom:
–
Itejbu l-governanza: l-abbozzar u l-validazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-użu ta' pjanijiet ta' ġestjoni bħala bażi;
–
Isaħħu l-kontroll u s-sorveljanza fiż-ŻEE tal-Kosta tal-Avorju;
–
Isaħħu l-miżuri biex jiġi miġġieled is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), inkluż fl-ilmijiet interni;
–
Jippermettu li jinbnew u/jew jiġu rinnovati mollijiet għall-ħatt l-art u portijiet, inkluż – iżda mhux biss – fil-Port ta' Abidjan;
–
Itejbu l-kundizzjonijiet fil-kmamar tal-affumikar, b'mod partikolari għan-nisa, biex b'hekk ikun hemm sistema ta' preservazzjoni iktar effettiva;
–
Jappoġġaw it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għan-nisa, li huma primarjament responsabbli mit-trattament tal-qabdiet inċidentali;
–
Jistabbilixxu żoni protetti tal-baħar;
–
Issaħħu s-sħubiji ma' pajjiżi terzi fis-sura ta' ftehimiet dwar is-sajd, filwaqt li jiżguraw it-trasparenza permezz tal-pubblikazzjoni tal-kontenut ta' dawn il-ftehimiet, u wkoll billi jistabbilixxu programm reġjonali għat-taħriġ u l-użu tal-osservaturi;
–
Jippermettu li jinbnew pixkeriji;
–
Jippermettu li jissaħħu l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-irġiel u lin-nisa fl-industrija tas-sajd, speċjalment dawk involuti fis-sajd artiġjanali, u b'hekk jgħinu biex jissaħħu l-kapaċitajiet tekniċi, ta' ġestjoni u ta' negozjar;
–
Iservu biex jiġu stabbiliti u/jew jiġu mmodernizzati ċentri ta' taħriġ bażiku u vokazzjonali, biex b'hekk jgħollu l-livelli tal-ħiliet tas-sajjieda u tal-baħħara;
–
Isaħħu l-kapaċitajiet ta' riċerka xjentifika u l-abbiltà li jiġu mmonitorjati r-riżorsi tas-sajd;
–
Itejbu s-sostenibbiltà tar-riżorsi tal-baħar b'mod ġenerali;
4. Iqis li r-regoli rigward ir-reklutaġġ ta' baħħara mill-AKP għall-bastimenti tas-sajd tal-UE, li jammontaw għal 20 % tal-ekwipaġġ, jistgħu jkunu aktar ambizzjużi; itenni l-ħtieġa li jkun hemm konformità mal-prinċipji tal-ILO u, b'mod partikolari, jirrakkomanda l-iffirmar tal-Konvenzjoni Nru 188 tal-ILO, li jimplika l-obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ġenerali tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' negozjar kollettiv ħieles għall-ħaddiema u tan-nondiskriminazzjoni fl-impjiegi u fuq il-post tax-xogħol; jitlob ukoll li tingħata kunsiderazzjoni lit-talbiet tal-junjins tal-baħħara lokali li s-sigurtà soċjali, is-saħħa u l-kopertura tal-irtirar għall-baħħara tal-AKP jiġu tradotti f'applikazzjoni aħjar;
5. Iqis li għandha tinġabar informazzjoni dwar il-benefiċċji li l-implimentazzjoni tal-Protokoll iġġib għall-ekonomiji lokali (impjiegi, infrastruttura, titjibiet soċjali);
6. Iqis li huwa mixtieq li tittejjeb il-kwantità u l-preċiżjoni tad-data dwar il-qabdiet kollha (speċijiet fil-mira u qabdiet inċidentali) u dwar l-istatus ta' konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-appoġġ settorjali sabiex ikun jista' jiġi evalwat b'mod aktar preċiż l-impatt li jkollu l-Ftehim fuq l-ekosistema tal-baħar u fuq il-komunitajiet tas-sajd; jistieden lill-Kummissjoni tgħin biex jiġi żgurat li l-korpi responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim, inkluż kumitat xjentifiku konġunt li għandu jiġi stabbilit għal dak il-għan, ikunu jistgħu joperaw b'mod regolari u trasparenti, bl-involviment tal-assoċjazzjonijiet tas-sajjieda artiġjanali u tan-nisa affumikaturi, it-trejdjunjins, ir-rappreżentanti tal-komunitajiet kostali, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Avorjani;
7. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fil-kooperazzjoni tagħhom u fil-politiki tagħhom tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp li jiffokaw fuq il-Kosta tal-Avorju, iżommu f'moħħhom li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-appoġġ settorjali stabbilit f'dan il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli għandhom jikkumplementaw lil xulxin bil-għan li jikkontribwixxu b'mod aktar rapidu u effettiv għar-responsabbilizzazzjoni tal-komunitajiet tas-sajd lokali u għall-eżerċizzju sħiħ tas-sovranità tal-Kosta tal-Avorju fuq ir-riżorsi ta' dak il-pajjiż;
8. Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju tuża l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-protokoll biex issaħħaħ b'mod sostenibbli l-industrija nazzjonali tas-sajd tagħha, tinkoraġġixxi d-domanda għal investiment lokali u proġetti industrijali, u toħloq impjiegi lokali;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament u tagħmel pubblikament disponibbli l-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, kif ukoll il-programm settorjali pluriennali previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll, u l-eżiti tal-evalwazzjonijiet annwali; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-attendenza tar-rappreżentanti tal-Parlament, bħala osservaturi, fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tas-setgħat tagħhom, jgħarrfu lill-Parlament immedjatament u bis-sħiħ dwar kull stadju tal-proċeduri relatati mal-Protokoll u, jekk applikabbli, it-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern
Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Marokk ***
117k
47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim (14367/2018 – C8-0033/2019 – 2018/0349(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14367/2018),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim (12983/2018),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0033/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0027/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.
Ftehim għall-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fl-ibħra miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali ***
118k
49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali (10784/2018 – C8-0431/2018 – 2018/0239(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10784/2018),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali (10788/2018),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0431/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0016/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-partijiet oħra tal-ftehim.
Protokoll tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn l-UE u l-Messiku (l-adeżjoni tal-Kroazja) ***
120k
48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (15383/2017 – C8-0489/2018 – 2017/0319(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15383/2017),
– wara li kkunsidra l-abbozz tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (15410/2017),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 211, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0489/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0066/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti Messikani.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi (COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0386),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 325 u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0236/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-15 ta' Novembru 2018(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0064/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat f'din il-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi ffissat sakemm jintlaħaq ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta 'Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 325 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) L-Artikolu 325 Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri jikkumbattu l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-attivitajiet f'dawn l-oqsma.
(2) Appoġġ li ngħata fil-passat għal tali attivitajiet permezz tad-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) (il-programm Hercule), emedata u estiża bid-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) (il-programm Hercule II), imħassra u sostitwita bir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) (il-programm Hercule III), għamilha possibbli li l-attivitajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri jissaħħu f’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li għandha impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
(3) L-appoġġ għar-rappurtar, mill-Istati Membri u mill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, tal-irregolaritajiet u l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (Irregularity Management System, IMS) hija rekwiżit tal-leġiżlazzjoni settorjali għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali(7), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd(8), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet(9), il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn(10) kif ukoll l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni(11) rigward il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u ’l quddiem. L-IMS hija għodda elettronika sigura ta’ komunikazzjoni li tiffaċilita l-obbligu tal-Istati Membri, kif ukoll tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jirrappurtaw l-irregolaritajiet li jiskopru u li tappoġġa l-ġestjoni u l-analiżi tal-irregolaritajiet.
(3a) Jeħtieġ li d-diversità fis-sistemi ġuridiċi u amministrattivi fl-Istati Membri tiġi kkumpensata bil-għan li jingħelbu l-irregolaritajiet u jiġu miġġielda l-frodi; Il-varjazzjoni fl-għadd ta' irregolaritajiet tista' tkun marbuta mal-progressjoni taċ-ċikli ta' programmazzjoni pluriennali u ma' rappurtar tard. Dan kollu jirrikjedi l-istabbiliment, mill-Istati Membri, ta' sistema uniformi għall-ġbir ta' data dwar irregolaritajiet u każijiet ta' frodi, bil-għan li jiġi standardizzat il-proċess ta' rapportar u jiġu garantiti l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta;[Em. 1]
(3b) L-importanza tal-attivitajiet ta' prevenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) hija inkontestabbli, l-istess bħat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES), u tas-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS) u bħall-ikkompletar tal-istrateġiji nazzjonali kontra l-frodi; Fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet, jeħtieġ li jitfassal qafas għad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi kollha fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni (inklużi s-sejħiet għall-proposti, l-applikazzjoni, l-evalwazzjoni, l-implimentazzjoni u l-pagamenti) li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri kollha; [Em. 2]
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97(12) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI(13) jipprevedu li l-Unjoni għandha tagħti appoġġ lill-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikolu.
(5) Dan l-appoġġ jingħata lil għadd ta’ attivitajiet operazzjonali. Dan jinkludi s-Sistema ta’ Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (Anti-Fraud Information System, AFIS), pjattaforma tat-teknoloġija tal-informazzjoni li tikkonsisti f’sett ta’ applikazzjonijiet imħaddma f’sistema komuni ta’ informazzjoni ġestita mill-Kummissjoni. L-IMS hija mħaddma anki fil-pjattaforma tal-AFIS. Sistema bħal din teħtieġ finanzjament stabbli u prevedibbli matul is-snin biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħha.
(6) L-appoġġ tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ta’ rappurtar ta’ irregolaritajiet, u ta’ assistenza u kooperazzjoni amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli jeħtieġjenħtieġ li jiġu integrati fi programm wieħed, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-“Programm”), bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji u l-flessibbiltà baġitarja, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni mingħajr preġudizzju għal kontroll effettiv tal-koleġiżlaturi għall-implimentazzjoni tal-programm. [Em. 3]
(7) Il-Programm għalhekk jikkombina komponent fuq il-linji tal-programm Hercule, komponent ieħor li jiżgura l-finanzjament ta’ IMS, u t-tielet komponenti li jiffinanzja attivitajiet fil-kompitu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, inkluża l-pjattaforma AFIS.
(7a) Jenħtieġ li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tolqot l-aspetti kollha tal-baġit tal-Unjoni, kemm mil-lat tad-dħul kif ukoll mil-lat tan-nefqa.F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa tal-fatt li l-Programm huwa l-unika wieħed li jipproteġi speċifikament il-lat tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni. [Em. 4]
(8) Il-pjattaforma tal-AFIS tinkludi ħafna sistemi ta’ informazzjoni, inkluża s-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (SID) Is-SID hija sistema ta' informazzjoni awtomatizzata li għandha l-għan li tassisti lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' operazzjonijiet li jkunu qed jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola, billi żżid, permezz ta' disseminazzjoni rapida ta' informazzjoni, l-effettività tal-kooperazzjoni u tal-proċeduri ta' kontroll tal-amministrazzjonijiet doganali tagħhom. Is-SID tkopri każijiet kemm amministrattivi kif ukoll tal-pulizija f’infrastruttura unika. Għal skopijiet ta’ koperazzjoni amministrattiva, is-SID hija stabbilita permezz tar-Regolament 515/97, adottat fuq il-bażi tal-Artikoli 33 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Għal finijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija, is-SID hija stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI, adottata fuq il-bażi tal-Artikoli 30(1) (a) u 34(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Id-dimensjoni ta’ kooperazzjoni tal-pulizija li l-SID tista’ teknikament ma tkunx ddiżassoċjata minn dik amministrattiva billi ż-żewġ aspetti huma mħaddma taħt sistema waħda ta’ teknoloġija tal-informazzjoni. Meta wieħed iqis li l-SID nnifisha hija biss waħda minn diversi sistemi tal-informazzjoni operati fl-AFIS u li l-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija huwa inqas mill-għadd tal-każi ta’ kooperazzjoni amministrattiva fis-SID, id-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-pulizija ta’ AFIS hija meqjusa bħala aċċessorju għal dak amministrattiv tagħha.
(9) Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal durata sħiħa tal-Programm, li se jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens ta’ [reference to be updated as appropriate according to the new inter-institutional agreement: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(14)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
(10) Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' sovvenzjonijiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Għaldaqstant il-kuntratti ffinanzjati, kemm kompletament jew parzjalment, mill-baġit tal-Unjoni taħt il-Programm huma soġġetti, fost l-oħrajn, għall-prinċipji ta' trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni, filwaqt li s-sovvenzjonijiet huma, barra minn hekk, soġġetti għall-prinċipji ta' kofinanzjament, ta' għotja mhux kumulattiva u ta' ebda finanzjament doppju, ta' nonretroattività u ta' projbizzjoni tal-profitt. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' defiċjenzi ġeneralizzati f'dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett tal-Istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament mill-UE effettiv. [Em. 5]
(11) It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jeħtieġ li jintgħażlu skont kemm jistgħu jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u jagħtu riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mistenni. Dan jenħtieġ li jkun jinkludi li jitqies l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(11a) Ir-rati massimi ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet taħt il-Programm jenħtieġ li ma jaqbżux it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli.F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, iddefiniti fil-programmi ta' ħidma, bħall-każijiet li jikkonċernaw Stati Membri esposti għal riskju għoli fir-rigward tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ir-rata ta' konfinanzjament massima jenħtieġ li tkun stabbilita fil-livell ta' 90 % tal-ispejjeż eliġibbli. [Em. 6]
(12) Sabiex tkun żgurata l-kontinwità, skont il-Programm, fil-finanzjament ta’ l-attivitajiet kollha fil-kompitu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, inkluż tal-pjattaforma AFIS, l-Anness I jipprovdi lista indikattiva ta’ attivitajiet li jridu jiġu ffinanzjati.
(12a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta l-programmi ta' ħidma b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma jinkludu deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull tip ta' azzjoni, skeda indikattiva ta' implimentazzjoni kif ukoll rata massima ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet. Jenħtieġ li fit-tħejjija tal-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni tikkunsidra l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew kif espressi fi ħdan il-qafas tal-evalwazzjoni annwali tiegħu dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni u trażmess lill-Parlament Ewropew. [Em. 7]
(12b) Jenħtieġ li l-azzjonijiet jkunu eliġibbli abbażi tal-kapaċità tagħhom biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-Programm kif stipulati fl-Artikolu 2.Dawn jistgħu jinkludu d-dispożizzjoni ta' assistenza teknika speċjali għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħall-pereżempju l-forniment ta' għarfien speċifiku, tagħmir speċjalizzat u teknikament avvanzat, u l-għodod effettivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT);jiġi żgurat l-appoġġ meħtieġ u jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet, b'mod partikolari fil-ħolqien ta' gruppi konġunti ta' investigazzjoni u fl-operazzjonijiet transkonfinali;jew jiġu msaħħa l-iskambji tal-persunal għal proġetti speċifiċi.Barra minn hekk, l-azzjonijiet eliġibbli jistgħu jinkludu wkoll l-organizzazzjoni ta' taħriġ speċjalizzat immirat, gruppi ta' ħidma dwar l-analiżi tar-riskju, kif ukoll, konferenzi u studji fejn xieraq. [Em. 8]
(13) Ix-xiri ta' tagħmir permezz ta' strument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju rigward tagħmir ta' kontroll doganali(15) jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. Hemm responsabbiltà konġunta dwar l-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta' kontroll doganali u l-Programm biex tiġi evitata kull duplikazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm essenzjalment jiffoka fuq li jingħata sostenn lill-akkwist ta' tipi ta' tagħmir li ma jaqgħuxjaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta' kontroll fid-dwana, jew għal tagħmir li għalihomgħalih il-benefiċjarji huma l-awtoritajietjkunu awtoritajiet li mhumiex l-awtoritajiet immiraw mill-Unjoni l-istrumentfil-mira tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta' kontroll fid-dwana. Fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma annwaliBarra minn hekk, jenħtieġ li jkun hemm rabta ċara bejn l-impatt ta' tagħmir iffinanzjat u l-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi lil-evitar tad-duplikazzjonijiet, kif ukoll l-istabbiliment ta' sinerġiji bejn il-Programm u programmi rilevanti oħrajn f'oqsma bħall-ġustizzja, id-dwana u l-affarijiet interni, jiġu partikolarment evitat li jkun hemm trikkib żgurati, b'mod partikolari, fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma. [Em. 9]
(13a) Il-Programm jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi u ta' nfurzar tal-liġi tal-Istati Membri, u bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, kif ukoll korpi u aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Se jappoġġja wkoll, f'dan ir-rigward, il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), darba li dan l-uffiċċju jassumi l-kompiti tiegħu. [Em. 10]
(14) Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association - EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Jenħtieġ li jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, kif ukoll il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili. Jenħtieġ li l-Programm ikun ukoll miftuħ għal pajjiżi terzi oħra sakemm dawn ikollhom ftehim ta' assoċjazzjoni jew jidħlu fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni. [Em. 11]
(15) Filwaqt li jitqiesu l-evalwazzjonijiet tal-programmi Hercule preċedenti u sabiex jissaħħaħ il-Programm, jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li ma jkunx assoċjat ma’ dan il-Programm tkun eċċezzjonalment possibbli mingħajr il-ħtieġa li dawk l-entitajiet iħallsu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.
(15a) B'mod partikolari, jenħtieġ li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi li għandhom fis-seħħ ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni, bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-kooperazzjoni b'rabta mad-dwana u mal-iskambju tal-aħjar prattiki, partikolarment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fir-rigward tat-trattament tal-isfidi relatati ma' żviluppi teknoloġiċi ġodda. [Em. 12]
(16) Jenħtieġ li l-Programm jiġi implimentat filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri elenkati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2013 bit-titlu “L-intensifikar tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u forom oħra ta’ kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk - Strateġija komprensiva tal-UE”(16), kif ukoll ir-rapport ta’ progress tat-12 ta’ Mejju 2017 dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni(17).
(17) L-Unjoni rratifikat il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (il-Protokoll) fl-2016. Jenħtieġ li l-Protokoll iservi biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni sa fejn jirrigwarda l-ġlieda transfruntiera kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk, li jikkawża telf fid-dħul. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk fil-funzjonijiet tiegħu relatati ma’ dan il-Protokoll. Jenħtieġ ukoll jappoġġa attivitajiet oħra organizzati mis-Segretarjat b’konnessjoni mal-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk.
(18) B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, KE) Nru 2988/95(19) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(20) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939(21), jeħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi.
B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22). B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera kompletament fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(19) Pajjiżi terzi li huma membri taż-ŻEE jistgħu jieħdu sehem fi programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ programmi minn deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF kif ukoll il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
(20)
(21) Skont [reference to be updated as appropriate according to a new decision on OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE(23)], persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.
(22) Skont il-paragrafuil-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(24), hemm bżonnjeħtieġ li dan il-programm jiġi evalwat abbażi fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċitar-rapportar, partikolarment dwar ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni, monitoraġġ, u evalwazzjoni, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejdajiġu evitati ir-regolamentazzjoni u l-piżijiet amministrattivi żejda, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi miżurabbli, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni titwettaq minn evalwatur indipendenti. [Em. 13]
(23) Is-setgħaSabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa dispożizzjonijiet għal qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Programmtadotta l-programmi ta' ħidma. Barra minn hekk, sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.Hu partikolarment importanti li matul ix-xogħol preparatorju tagħha, il-Kummissjoni tagħmeltwettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikularipartikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 14]
(24) L-Artikolu 42a(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 jipprevedi l-bażi ġuridika għall-finanzjament tal-AFIS. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jissostitwixxi din il-bażi ġuridika u jipprevedi oħra ġdida. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Artikolu 42a(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 jitħassar.
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 li jistabbilixxi l-programm Hercule III kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal 31 ta’ Diċembru 2020. Dan ir-regolament jipprevedi segwitu għall-programm Hercule III, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2021. Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 jenħtieġ li jitħassar.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-“Programm”).
Huwa jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli biex jingħata ’ dan it-tip ta’ finanzjament.
Artikolu 2
Għanijiet tal-programm
1. Il-Programm għandu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:
(b) is-sostenn għall-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun iggarantita l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli.
2. Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
(a) il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
(b) l-appoġġ għar-rapportar tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi, fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża u tal-fondi ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni;
(c) il-forniment ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-appoġġ ta’ attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli.
Artikolu 3
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta’ EUR 181.207321 314 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR362 414 000 miljun fi prezzijiet kurrenti. [Em. 15]
2. It-tqassim indikattiv tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun:
(c) EUR 60106 390 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 120 miljun fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(c); [Em. 18]
2a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirriloka fondi bejn l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2(2). Jekk rilokazzjoni tinvolvi t-tibdil ta' 10 % jew aktar ta' wieħed mill-ammonti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ir-rilokazzjoni għandha ssir b'att delegat adottat b'konformità mal-Artikolu 14. [Em. 19]
3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva. Barra minn hekk, l-allokazzjoni indikattiva fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tikkunsidra b'mod xieraq il-fatt li l-Programm huwa l-unika wieħed tat-tip tiegħu li jindirizza l-aspett ta' nefqa tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. [Em. 20]
Artikolu 4
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:
(a) Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;
(b) pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(c) pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(d) pajjiżi terzi oħra, b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz għal kull programm tal-Unjoni, sakemm il-ftehim;
(a) jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji ta’ pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni; [Em. 21]
(b) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;
(c) ma jagħtix lill-pajjiż terz is-setgħa li jiddeċiedi dwar il-programmi;
(d) jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja tajba u jkunu protetti l-interessi finanzjarji tagħha.
Artikolu 5
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-Unjoni
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament f’kull waħda mill-forom stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari sovvenzjonijiet skont it-Titolu VIII u akkwist skont it-Titolu VII, kif ukoll ir-rimborż ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ sussistenza kif previst mill-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 22]
3. Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament għal azzjonijiet imwettqa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari biex ikopri t-tipi ta’ spejjeż li hemm referenza għalihom fil-lista indikattiva fl-Anness I.
4. Jekk l-azzjoni appoġġata tinvolvi l-akkwist ta’ tagħmir, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza u l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ ta’ Programmi tal-Unjoni.
Artikolu 6
Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Jekk pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew permezz ta’ xi strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ biex l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, previsti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.
KAPITOLU II
SOVVENZJONIJIET [Em. 23]
Artikolu 7
Sovvenzjonijiet li huma fil-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.Ir-rata ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet mogħtija skont il-Programm m'għandhiex taqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, definiti fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 10, ir-rata ta' kofinanzjament m'għandhiex taqbeż id-90 % tal-ispejjeż eliġibbli. [Em. 24]
Artikolu 8
Azzjonijiet eliġibbli
Huma biss l-azzjonijietL-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:
(a) il-forniment ta' għarfien tekniku, tagħmir speċjalizzat u teknikament avvanzat u għodod effettivi tal-IT li jtejbu l-kooperazzjoni transnazzjonali u multidixxiplinarja u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni;
(b) jiġu mtejba l-iskambji tal-persunal għal proġetti speċifiċi, jiġi żgurat l-appoġġ meħtieġ u jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet, b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' timijiet ta' investigazzjoni konġunta u ta' operazzjonijiet transfruntiera;
(c) jiġi fornut appoġġ tekniku u operazzjonali lill-investigazzjonijiet nazzjonali, b'mod partikolari lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra;
(d) tinbena l-kapaċità tal-IT fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi kollha, jiżdied l-iskambju tad-data, jiġi żviluppat u jiġu fornuti għodod tal-IT għall-investigazzjoni u għall-monitoraġġ tal-ħidma tal-intelligence;
(e) jiġu organizzati taħriġ speċjalizzat, sessjonijiet ta' ħidma rigward l-analiżi tar-riskju, konferenzi u studji li għandhom l-għan li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost is-servizzi kkonċernati mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
(f) jiġi ffinanzjat sett ta' applikazzjonijiet tal-IT relatati mad-dwana u operati taħt sistema ta' informazzjoni komuni ġestita mill-Kummissjoni, mibnija biex twettaq kompiti fdati lill-Kummissjoni mir-Regolament (KE) Nru 515/97;
(g) jiġu ffinanzjati għodda sikurigħall-komunikazzjonijiet elettroniċi li tiffaċilita l-obbligu tal-Istati Membri li jirrapportaw irregolaritajiet identifikati, inklużi frodi, u li tappoġġja l-ġestjoni u l-analiżijiet tagħhom;
(h) kwalunkwe azzjoni oħra, ipprovduta mill-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 10, li hija meħtieġa għall-ilħuq tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi previsti fl-Artikolu 2. [Em. 25]
Meta l-azzjoni appoġġjata tinvolvi l-akkwist ta' tagħmir, il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tagħmir iffinanzjat jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni. [Em. 26]
Artikolu 9
Entitajiet eliġibbli
1. Il-kriterji tal-eliġġibiltà stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.
2. Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:
(a) l-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 u li huma stabbiliti f’xi wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
(a) Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;
(b) pajjiż terz assoċjat mal-Programm;
(c) pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3;
(b) l-istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2, sakemm ikunu ġew stabbiliti u jkunu ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm, jew pajjiż terz elenkat fi programm ta’ ħidma bil-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3;
(c) kull entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kull organizzazzjoni internazzjonali kif definiti fl-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 27]
3. L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.
4. L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-programm, fil-prinċipju għandu jħallas l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.
KAPITOLU III
PROGRAMMAR, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
Artikolu 10
Programm ta’ Ħidma
Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta' ħidma permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 14. [Em. 28]
Il-Kummissjoni għandha tesplora s-sinerġiji bejn il-Programm u programmi rilevanti oħrajn f'oqsma bħall-ġustizzja, id-dwana u l-affarijiet interni, u għandha tiżgura l-evitar ta' duplikazzjonijiet fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma. [Em. 29]
Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni u jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, li għandu jivvaluta l-kontenut u r-riżultati tagħhom fil-qafas tal-evalwazzjoni annwali tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. [Em. 30]
Artikolu 11
Monitoraġġ u rapportar
1. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm biex jinkisbu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.
2. Biex tkun garantita valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni li tadotta atti delegati, li b’konformità mal-Artikolu 14 temenda l-Anness II, li tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn tqis meħtieġ u li tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. [Em. 31]
2a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 32]
3. Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta’ monitoraġġ tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati u,fejn rilevanti, fuq l-Istati Membri.
Artikolu 12
Evalwazzjoni
1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom minn evalwatur indipendenti sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. [Em. 33]
2. L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha ssir ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-programm.
3. Fl-aħħar tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’tliet snin wara li jkun intemm il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Programm. [Em. 34]
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha dwarhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u tippubblikahom fuq is-sit web tal-Kummissjoni. [Em. 35]
Artikolu 13
Delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 14 sabiex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u implimentazzjonibiex tadotta l-programmi ta' ħidma kif previst fl-Artikolu 11 10 u biex temenda l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament. [Em. 44]
Artikolu 14
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta atti delegati msemmijin fl-Artikolu 13 sal-31 ta’ Diċembru 2028.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. hija tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5a. Att delegat adottat skont l-Artikoli 10 u 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 36]
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 15
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Il-benefiċjarji ta’ finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiggarantixxu l-viżibbiltà massima tal-finanzjament tal-Unjoni (partikolarment meta jkunu qed jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata li hija koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-medial-midja u l-pubbliku in ġenerali. Ma għandhomx ikunu meħtieġa r-rikonoxximent tal-oriġini, u l-iżgurar tal-viżibbiltà, tal-finanzjament tal-Unjoni fejn ikun hemm riskju li tiġi kompromessa l-prestazzjoni effettiva ta’ attivitajiet operazzjonali kontra l-frodi u doganali. [Em. 37]
2. Il-Kummissjoni għandha regolarment, timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni rigward il-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, safejn dawn ikunu jirrigwardaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2. [Em. 38]
Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 18
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 u skont l-Artikolu 42a tar-Regolament Nru 515/97, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
2. Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati bir-Regolament (UE) Nru 250/2014 u bl-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
Lista indikattiva tat-tipi ta’ kostijiet li l-Programm se jiffinanzja għal azzjonijiet imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97:
(a) il-kostijiet kollha tal-istallazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura teknika permanenti li tagħmel disponibbli lill-Istati Membri r-riżorsi loġistiċi, tal-awtomatizzazzjoni tal-uffiċċji u r-riżorsi tal-IT biex jiġu kkoordinati operazzjonijiet doganali u attivitajiet operazzjonali oħrajn;
(b) ir-rimborż ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, kif ukoll kumpens ieħor fejn xieraq, tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u, fejn xieraq, rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, li jkunu qed jieħdu sehem fil-missjonijiet tal-Komunità, f’operazzjonijiet doganali konġunti organizzati mill-Kummissjoni jew flimkien magħha, u korsijiet ta’ taħriġ, laqgħat ad hoc u laqgħat ta’ tħejjija u ta’ evalwazzjoni għal investigazzjonijiet amministrattivi jew azzjonijiet operazzjonali mwettqa mill-Istati Membri, meta dawn ikunu organizzati mill-Kummissjoni jew flimkien magħha;
(c) in-nefqa marbuta mal-akkwist, l-istudju, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-kompjuters (il-hardware), is-software u l-konnessjonijiet dedikati tan-networks, u ma' servizzi relatati ta' produzzjoni, appoġġ u taħriġ għall-finijiet li jitwettqu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;
(d) in-nefqa relatata mal-provvediment ta’ informazzjoni u n-nefqa fuq azzjonijiet relatati li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni, id-data u sorsi tad-data għall-għan li jitwettqu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;
(e) in-nefqa relatata mal-użu tas-Sistema’ ta’ Informazzjoni Doganali prevista fl-istrumenti adottati skont l-Artikolu 87 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari fid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijet doganali, sa fejn dawn l-istrumenti jipprevedu li n-nefqa għandha tiġġarrab mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;
(f) in-nefqa relatata mal-akkwist, l-istudju, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-komponenti tal-Unjoni tan-netwerk ta’ komunikazzjoni komuni użat għall-finijiet tal-punt (c).
ANNESS II
INDIKATURI GĦALL-MONITORAĠĠ TAL-PROGRAMM
Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-kostijiet amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:
Għan Speċifiku 1: Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Indikatur 1: Appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif imkejla bi:
1.1: Ir-rata ta’ sodisfazzjoni ta’ attivitajiet organizzati u (ko)finanzjati permezz tal-programm.
(a) L-għadd u t-tip ta' attivitajiet organizzati u (ko)finanzjati permezz tal-programm; [Em. 39]
1.2: Il-perċentwalIl-lista ta’ Stati Membri li jirċievu l-appoġġ kull sena tal-programm u s-sehem ta' finanzjament rispettiv tagħhom. [Em. 40]
Għan Speċifiku 2: Appoġġ għar-rappurtar tal-irregolaritajiet, inkluż il-frodi, fir-rigward tal-fondi tal-ġestjoni kondiviża u l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni.
Indikatur 2: Ir-rata ta’ sodisfazzjoni tal-utenti għall-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet.
(a) L-għadd ta' rapporti ta' irregolaritajiet; [Em. 41]
Indikatur 2a: Ir-rata ta' sodisfazzjon tal-utenti rigward l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni Kontra l-Frodi. [Em. 42]
Għan Speċifiku 3: L-għoti ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u appoġġ għal attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.
Indikatur 3: Ammont ta’ informazzjoni ta’ assistenza reċiproka li saret disponibbli u numru ta’ attivitajiet appoġġati relatati ma’ assistenza reċiproka.
Indikatur 3a:Għadd u tip ta' attivitajiet relatati mal-assistenza reċiproka. [Em. 43]
Id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jippromwovi Attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole) (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 9).
Id-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi d-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole II) (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 18).
Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1975 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 6).
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet, fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 1).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet; u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1977 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u ġestjoni tal-kriżijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 15).
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1972 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1976 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn fir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 11).
L-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2014 dwar ir-regoli speċifiċi tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 32).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, kif emendat l-aħħar mir-Regolament 2015/1525 (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
Referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Il-ftehim jinsab fuq: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ:C:2013:373:TOC.
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) 509/2007 u (KE) 1300/2008 (COM(2018)0149– C8-0126/2018– 2018/0074(COD)
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0149),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0126/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra n-notifika uffiċjali tad-29 ta' Marzu 2017 mill-gvern tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0310/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament u l-Kunsill annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu pubblikati fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/472.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEGISLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom l-intenzjoni li jirrevokaw l-għoti tas-setgħat għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament meta jadottaw regolament ġdid dwar miżuri tekniċi li jinkludi għoti ta' setgħa li jkopri l-istess miżuri.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2017)0772/2 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0772/2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0409/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Kamra tad-Deputati Ċeka, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018(2),
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0180/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
4. Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lura milli tuża riallokazzjonijiet sabiex tiffinanzja prijoritajiet ta' politika ġodda li jiżdiedu matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jinsab għaddej, peress li dan żgur li se jkollu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ewlenin oħra tal-Unjoni;
5. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi biżżejjed finanzjament għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li jibda fl-2021, li jibni fuq ir-riforma preżenti tal-UCPM;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2019/420.)
ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kumissjoni
Il-pakkett finanzjarju addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fl-2019 u fl-2020 ġie ffissat għal EUR 205,6 miljun. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtorità baġitarja, parti miż-żieda totali tal-baġit ta' rescEU jenħtieġ li ssir disponibbli permezz ta' riallokazzjonijiet fl-ambitu tal-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u tal-Intestatura 4 (Ewropa globali) tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. It-tliet istituzzjonijiet ifakkru li parti mir-riallokazzjonijiet diġà hi inkluża fil-baġit 2019 u li EUR 15,34-il miljun diġà huma inklużi fil-programmazzjoni finanzjarja għall-2020.
Fil-qafas tal-proċedura baġitarja għall-2020, il-Kummissjoni hija mistiedna tipproponi EUR 18,24-il miljun oħra f'riallokazzjonijiet biex tilħaq il-50 % għall-2019 u għall-2020 fl-ambitu tal-istess intestaturi.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (COM(2018)0337 – C8-0220/2018 – 2018/0169(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0337),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0220/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0044/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),
Billi:
(1) Ir-riżorsi tal-ilma tal-Unjoni qed ikunu dejjem iktar taħt pressjoni, li qed iwassal għall-iskarsezza tal-ilma u d-deterjorament tal-kwalità tiegħu. B’mod partikolari, it-tibdil fil-klima, ix-xejriet tat-temp imprevedibbli u n-nixfa qed jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-istrapazzgħall-pressjoni fuq id-disponibbiltà tal-ilma ħelu li qed jinħoloq mill-iżvilupp urban u l-agrikoltura. [Em. 1]
(2) Il-kapaċità tal-Unjoni li twieġeb għall-pressjonigħall-pressjonijiet li dejjem qed tiżdiedjiżdiedu fuq ir-riżorsi tal-ilma tista’ tissaħħaħ permezz tal-użu mill-ġdid mifrux tal-ilma mormi trattat, billi tiġi limitata l-estrazzjoni mill-korpi tal-ilma u mill-ilma ta' taħt l-art, jitnaqqas l-impatt tar-rimi tal-ilma mormi trattat f'korpi tal-ilma, u jiġi promoss l-iffrankar tal-ilma permezz tal-użu multiplu tal-ilma urban mormi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali. Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) issemmi l-użu mill-ġdid tal-ilma, flimkien mal-promozzjoni ta' teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma fl-industrija u tekniki tat-tisqija li jiffrankaw l-ilma bħala wieħedwaħda mill-miżuri supplimentari li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw sabiex jiksbu l-għanijiet tad-Direttiva għal status kwalitattiv u kwantitattiv tajjeb tal-ilma għall-ilmijiet tal-wiċċ u l-ilmijiet tal-pjan. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE(7) teħtieġ li l-ilma mormi trattat jiġi użat mill-ġdid kull meta jkun xieraq. [Em. 2]
(2a) Problema partikolari f'diversi oqsma hija ż-żmien u l-kundizzjoni ħażina tal-infrastruttura għad-distribuzzjoni tal-ilma mormi trattat li twassal għal telf kbir ta' dak l-ilma mormi trattat u l-ħela relatata tar-riżorsi finanzjarji investiti f'dak it-trattament. Għalhekk jenħtieġ li t-titjib ta' tali infrastrutturi bil-katusi kollha jkun prijorità.[Em. 3]
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa”(8)enfasizzat l-użu mill-ġdid tal-ilma għal finijiet ta’ tisqija jew dawk industrijali bħalarrimarkat dwar il-ħtieġa li jinħoloq strument biex jiġu regolati standards fil-livell tal-Unjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma, sabiex jiġu eliminati l-ostakoli għal użu mifrux ta' tali għażla alternattiva għall-forniment tal-ilma li teħtieġ l-attenzjoni tal-Unjoni, jiġifieri waħda li tista' tgħin tnaqqas l-iskarsezza tal-ilma u tnaqqas il-vulnerabbiltà tas-sistemi tal-provvista. [Em. 4]
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Li tindirizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea”(9) tistabbilixxi l-ġerarkija ta’ miżuri li l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu fl-immaniġġjar tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa. Għall-istess fini, ikun xieraq li, fid-Direttiva 2000/60/KE, tkun prevista ġerarkija vinkolanti ta' miżuri għal ġestjoni xierqa tal-ilma. Hija Ttgħid li r-reġjuni fejn ġew implimentati l-miżuri preventivi kollha skont il-ġerarkija tal-ilma u fejn id-domanda tal-ilma tkun għadha ikbar milli jkun disponibbli, f’xi ċirkostanzi u meta titqies id-dimensjoni kost-benefiċċji, infrastruttura addizzjonali ta’ forniment tal-ilma addizzjonali tista’ sservi bħala approċċ alternattiv għall-mitigazzjoni tal-impatti ta’ nixfa kbira. [Em. 5]
(4a) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-indirizzar tal-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa fl-Unjoni Ewropea1a(10) tfakkar li, fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, jenħtieġ li tingħata preferenza lil approċċ min-naħa tad-domanda u temmen li l-Unjoni jenħtieġ li tadotta approċċ olistiku fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, billi tikkombina miżuri tal-ġestjoni tad-domanda, miżuri li jottimizzaw ir-riżorsi eżistenti fi ħdan iċ-ċiklu tal-ilma, u miżuri li joħolqu riżorsi ġodda, u li l-approċċ jeħtieġ li jiġi integrat f'kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. [Em. 6]
(5) Fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għal Ekonomija Ċirkolari(11), il-Kummissjoni impenjat ruħha li tieħu sensiela ta’ azzjonijiet biex tippromwovi l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat, inkluż l-iżvilupp ta’ proposta leġiżlattiva dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma. Il-Kummissjoni jenħtieġ li taġġorna l-Pjan ta' Azzjoni tagħha u żżomm ir-riżorsi tal-ilma bħala qasam ta' prijorità li fih għandha tintervjeni. [Em. 7]
(6) L-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat kif xieraq, pereżempju mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi jew l-installazzjonijiet industrijali, jitqies li għandu impatt ambjentali iktar baxx minn metodi ta’ forniment tal-ilma alternattivi oħra, bħat-trasferimenti tal-ilma jew id-disalinizzazzjoni. Iżda dan l-użu mill-ġdid, li jista' jnaqqas il-ħela tal-ilma u jiffranka l-ilma, iseħħ b’mod limitat ħafna fl-Unjoni. Dan jidher li hu parzjalment minħabba l-ispiża sinifikanti tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma mormi u n-nuqqas ta’ standards ambjentali u tas-saħħa komuni fl-Unjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma, u b’mod partikolari fir-rigward tal-prodotti agrikoli, l-ostakli potenzjali għas-saħħa u ambjentali u l-ostakoli potenzjali għall-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti msoqqija bl-ilma reklamatrkuprat. Fl-istess ħin, wieħed jenħtieġ li jżomm f'moħħu li f'ċerti Stati Membri, l-infrastruttura tal-irrigazzjoni hija inadegwata jew ma teżistix. [Em. 8]
(6a) L-użu mill-ġdid tal-ilma jista' jikkontribwixxi għall-irkupru tan-nutrijenti li jinsabu fl-ilma mormi trattat, u l-użu tal-ilma rkuprat għal skopijiet ta' tisqija fil-qasam agrikolu jew forestali jista' jkun fil-fatt mod biex in-nutrijenti, bħal pereżempju n-nitroġenu, il-fosforu u l-potassju, jingħataw lura liċ-ċikli bijoġeokimiċi naturali. [Em. 9]
(6b) L-użu mill-ġdid tal-ilma rkuprat trattat kif suppost għal finijiet ta' tisqija skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jsir bir-rispett dovut għall-ambjent. Għaldaqstant dan l-użu mill-ġdid jenħtieġ li ma jirriżultax f'rilaxx akbar ta' nitroġenu u fosforu, peress li l-eċċess ta' dawn in-nutrijenti jikkawża l-ewtrofikazzjoni tal-ħamrija u ta' korpi tal-ilma tal-wiċċ u tal-pjan, li tagħmel ħsara lill-ekosistemi u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-bijodiversità. [Em. 10]
(6c) Sabiex jiġi ggarantit l-użu mill-ġdid effettiv tar-riżorsi tal-ilma urban mormi, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li mhux it-tipi kollha ta' ilma rriċiklat jistgħu jintużaw għall-għelejjel kollha.Għalhekk il-bdiewa jenħtieġ li jitħarrġu jużaw id-diversi tipi ta' ilma rriċiklat b'mod ottimali għall-għelejjel li għalihom il-kwalità tal-ilma użat ma jkollha l-ebda implikazzjoni għas-saħħa pubblika. [Em. 11]
(7) L-istandards ekwivalenti tas-saħħa marbuta mal-iġjene alimentari għall-prodotti agrikoli msoqqija bl-ilma reklamatrkuprat jistgħu jinkisbu biss jekk ir-rekwiżiti tal-kwalità fl-Istati Membri għall-ilma reklamat rkuprat maħsub għat-tisqija agrikola ma jkunux differenti ħafna minn xulxin. L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti se tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern fir-rigward ta’ dawn il-prodotti. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi introdotta armonizzazzjoni minima billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma, għall-frekwenza tal-monitoraġġ tal-ilma u għall-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju. Dawk ir-rekwiżiti minimi jenħtieġ li jkollhom parametri minimi għall-ilma reklamatrkuprat u rekwiżiti tal-kwalità addizzjonali jew iktar stretti imposti, jekk meħtieġ, mill-awtoritajiet kompetenti flimkien ma’ kwalunkwe miżura preventiva rilevanti. Sabiex jiġu identifikati rekwiżiti iktar stretti jew addizzjonali għall-kwalità tal-ilma, jenħtieġ li l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni jwettqu l-kompitiL-operatur tal-faċilità ta' rkupru jenħtieġ li jabbozza Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-ġdid tal-Ilma f'kooperazzjoni mal-atturi rilevanti involuti u jenħtieġ li jitħalla jidentifika rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali għall-kwalità tal-ilma rkuprat. L-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu jwettaq il-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju, f'kooperazzjoni mill-inqas mal-operatur ta' distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u l-operatur ta' ħżin tal-ilma rkuprat. Il-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-ġdid tal-Ilma jenħtieġ li jkun aġġornat kontinwament u abbozzat skont proċeduri standardizzati rikonoxxuti internazzjonalment. Il-parametri huma bbażati fuq rapport tekniku taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u jirriflettu l-istandards internazzjonali dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni jenħtieġ li jiżviluppa parametri u metodi ta' kejl biex jiddetermina l-preżenza ta' mikroplastiks u residwi farmaċewtiċi fl-ilma ttrattat. [Em. 12]
(7a) Il-preżenza ta' mikroplastiks tista' tirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għal din ir-raġuni, bħala parti minn eżami fil-fond tas-sorsi, tad-distribuzzjoni, id-destin u l-effetti tal-mikroplastiks fil-kuntest tat-trattament tal-ilma mormi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa metodoloġija biex tkejjel il-mikroplastiks fl-ilma urban mormi trattat skont id-Direttiva 91/271/KEE u rkuprat bi qbil ma' dan ir-Regolament. [Em. 13]
(7b) L-użu ta' ilma mormi li ma jkunx nadif biżżejjed għas-servizzi pubbliċi bħat-tindif tat-toroq jew it-tisqija tal-parks u tal-korsijiet tal-golf, jista' jkun ta' detriment għas-saħħa. Bil-ħsieb li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll il-kwalità tal-ilma ta' taħt l-art u tal-wiċċ, jenħtieġ li għalhekk il-Kummissjoni tistabbilixxi objettivi ta' kwalità dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma għas-servizzi pubbliċi. [Em. 14]
(7c) Ir-rekwiżiti tal-kwalità għall-ilma li jintuża għat-tisqija jenħtieġ li jqisu l-progress xjentifiku, b'mod partikolari fir-rigward ta' testijiet għall-mikroinkwinanti u sustanzi "emerġenti" ġodda, sabiex jiġi żgurat l-użu sikur tal-ilma u jitħarsu l-ambjent u s-saħħa pubblika. [Em. 15]
(7d) Ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma jenħtieġ li jqisu t-testijiet li jkunu twettqu, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu fl-agrikoltura ta' ħama tad-drenaġġ kif ukoll ta' effluwenti tal-metanizzazzjoni. [Em. 16]
(8) L-adeżjoni mar-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma jenħtieġ li jgħinu biex jappoġġaw il-kisbatkun konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-ilma u tgħin tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Għan 6, libiex jiġi żgurat l-aċċess għall-ilma u s-sanitazzjoni għal kulħadd, kif ukoll iż-żieda sostanzjali fir-riċiklaġġ tal-ilma u l-użu mill-ġdid sikur tal-ilma globalment bil-ħsieb li jingħata kontribut għall-kisba tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 12 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 dwar il-ħarsien tal-ambjent tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 17]
(8a) Ir-rekwiżiti ta' kwalità għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fid-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12). L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li r-riżorsi tal-ilma użati għal skopijiet ta' xorb ma jkunux ikkontaminati bl-ilma rkuprat, sabiex jiġi evitat li jkun hemm deterjorament fil-kwalità tal-ilma tax-xorb. [Em. 18]
(8b) F'xi każijiet, l-operaturi tal-faċilità ta' rkupru xorta waħda jittrasportaw u jaħżnu l-ilma rkuprat lil hinn mill-iżbokk tal-faċilità ta' rkupru, qabel ma jfornu l-ilma rkuprat lill-atturi sussegwenti fil-katina, bħall-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat, l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, jew l-utent aħħari. Jeħtieġ li jiġi ddefinit il-punt tal-konformità sabiex jiġi kkjarifkat fejn tieqaf ir-responsabbiltà tal-operatur tal-faċilità ta' rkupru u fejn tibda r-responsabbiltà tal-attur sussegwenti fil-katina. [Em. 19]
(9) Il-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li tinvolvi l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji b’mod proattiv u tinkorpora l-kunċett tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ħażna u tal-użu ta’ ilma reklamatrkuprat ta’ kwalità meħtieġa għal użi partikolari. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tar-riskju tkun ibbażata fuq il-kompiti ta’ ġestjoni tar-riskju u fuq applikazzjoni bir-reqqa tal-prinċipju prekawzjonarju, fost l-oħrajn, u jenħtieġ li jiġi identifikat kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall-kwalità tal-ilma neċessarju biex jiġi żgurat biżżejjed ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Il-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li tkun responsabbiltà kondiviża bejn l-atturi rilevanti kollha involuti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-ġdid tal-Ilma. Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi involuti jentieġ li jkunu speċifikati b'mod ċar fil-Pjan għall-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. Meta tagħti permess, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista' titlob li jitwettqu aktar miżuri ta' ġestjoni tar-riskju mill-atturi rilevanti involuti fil-Pjan għall-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 20]
(9a) Jenħtieġ li l-kollaborazzjoni u l-interazzjoni fost id-diversi partijiet involuti fil-proċess ta' rkupru tal-ilma jkunu kundizzjoni meħtieġa biex it-trattamenti tal-irkupru jkunu jistgħu jiġu stabbiliti skont ir-rekwiżiti meħtieġa għall-użi speċifiċi u biex tkun tista' tiġi ppjanata l-provvista tal-ilma rkuprat skont id-domanda tal-utenti finali. [Em. 21]
(10) Sabiex jitħarsu b’mod effikaċi l-ambjent inkluża l-kwalità tal-ħamrija, u s-saħħa tal-bniedem, l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjonital-faċilitajiet ta' rkupru jenħtieġ li jkunu primarjament responsabbli għall-kwalità tal-ilma reklamatrkuprat fil-punt ta' konformità. Għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti minimi u kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali stabbiliti mill-awtorità kompetenti, l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjonital-faċilitajiet ta' rkupru jenħtieġ li jimmonitorjaw il-kwalità tal-ilma reklamatrkuprat skont ir-rekwiżiti minimi u kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ li jikkonsistu fil-frekwenza ta’ monitoraġġ tar-rutina, u l-iskedar u l-miri ta’ prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-validazzjoni. Uħud mir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tar-rutina huma speċifikati skont id-Direttiva 91/271/KEE. [Em. 22]
(11) Huwa neċessarju li jiġi żguratjiġu żgurati l-provvista, il-ħażna u l-użu sikur tal-ilma reklamatrkuprat, u b’hekk jitħeġġeġ l-użul-iżvilupp tal-użu mill-ġdid tal-ilma fil-livell tal-Unjoni, u biex il-bdiewa tal-Unjoni jitħeġġu b'mod partikolari biex jadottaw din il-prattika u tissaħħaħ il-kunfidenza tal-pubbliku fih. Il-kwantitajiet tal-ilma mormi trattat, in-natura, it-trattamenti u l-karatteristiċi ta' dawn tal-aħħar, ikun x'ikun l-użu, jenħtieġ li jkunu tali li l-immaniġġjar tagħhom, l-użu tagħhom, il-ħżin tagħhom, inklużi l-bexx, it-tisqija bil-qatra, il-ħżin jew le tagħhom, ma jaffettwawx, direttament jew indirettament, is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew il-kwalità tal-ħamrija u l-ambjenti akkwatiċi fuq perjodu qasir, medju u twil. Għaldaqstant, il-forniment u l-ħażna tal-ilma reklamatrkuprat għal użi partikolari jenħtieġ li jiġi permess biss abbażi ta’ permess mogħti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Sabiex jiġi żgurat l-approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni, it-traċċabilità u t-trasparenza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli sostantivi għal dak il-permess fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, id-dettalji tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi jenħtieġ li jiġu ddeterminati mill-Istati Membri, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom stess huma responsabbli għall-valutazzjoni tar-riskji marbuta mal-użu mill-ġdid tal-ilma. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi japplikaw il-proċeduri eżistenti għall-għoti tal-permessi li jenħtieġ li jiġu adattati biex iqisu r-rekwiżiti introdotti minn dan ir-Regolament. [Em. 23]
(11a) Il-forniment u l-ħażna tal-ilma rkuprat kif ukoll l-użu tiegħu mill-utenti aħħarin jikkostitwixxu parti integrali tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Fil-proċess tal-forniment u tal-ħażna, l-ilma rkuprat jista' jsofri tibdiliet li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv il-kwalità kimika u bijoloġika tiegħu. L-ilma rkuprat jenħtieġ li jintuża b'mod xieraq fir-rigward tal-klassijiet tal-ilma rkuprat, il-karatteristiċi tal-għelejjel u l-metodi tat-tisqija. Il-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li jqisu l-effetti negattivi potenzjali fuq il-matriċi tas-saħħa u ambjentali assoċjati mal-provvista, mal-ħażna u mal-użu maħsub tal-ilma rkuprat. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi dokumenti ta' gwida biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kontroll u l-monitoraġġ tal-provvista, tal-ħażna u tal-użu tal-ilma rkuprat. [Em. 24]
(11b) Jekk operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat ikunu meħtieġa, kwalunkwe tali operatur jenħtieġ li jkun soġġett għal permess. Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għall-permess, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru jenħtieġ li tagħti permess li jenħtieġ li jkun fih il-kundizzjonijiet u l-miżuri kollha neċessarji stabbiliti fil-valutazzjoni tar-riskju għall-finijiet tad-distribuzzjoni u l-ħażna sikuri tal-ilma rkuprat lill-utent aħħari. [Em. 25]
(12) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma komplementari għar-rekwiżiti ta’ leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji possibbli għas-saħħa u għall-ambjent. Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat approċċ olistiku biex jiġu indirizzati r-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent, l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni utal-pjanti, minbarra dawk relatati mal-ħarsien tal-ambjent, fejn ikun il-każ, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu r-rekwiżitigħaldaqstant jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 86/278/KEE(13), 91/676/KEE(14) u 98/83/KE(15), id-Direttivi 91/271/KEE u 2000/60/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002(16), (KE) Nru 852/2004(17), (KE) Nru 183/2005(18), (KE) Nru 396/2005(19) u (KE) Nru 1069/2009(20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2006/7/KE(21), 2006/118/KE(22), 2008/105/KE(23) u 2011/92/UE(24) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005(25), (KE) Nru 1881/2006(26) u (UE) Nru 142/2011(27). [Em. 26]
(12a) Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operazzjonijiet ta' trattament u l-operazzjonijiet ta' rkupru tal-ilma mormi urban iseħħu fl-istess post fiżiku, bl-użu tal-istess faċilità jew faċilitajiet differenti u separati. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-istess attur ikun kemm l-operatur tal-impjant tat-trattament kif ukoll l-operatur tal-faċilità ta' rkupru. [Em. 27]
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-operaturi fin-negozju tal-ikel u jkopri l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dak ir-Regolament jindirizza l-kwalità tas-saħħa tal-ikel u wieħed mill-prinċipji ewlenin tiegħu hu li l-operatur fin-negozju tal-ikel għandu r-responsabbiltà ewlenija għas-sigurtà tal-ikel. Dak ir-Regolament huwa wkoll soġġett għal gwida dettaljata, b’rilevanza partikolari għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba (2017/C 163/01). Il-miri ta’ prestazzjoni għall-ilma reklamat stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jwaqqfux lill-operaturi fin-negozju tal-ikel milli jiksbu l-kwalità tal-ilma meħtieġa li tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 billi fi stadju sussegwenti jużaw diversi għażliet għat-trattament tal-ilma individwalment jew flimkien ma’ għażliet oħra li ma jittrattawx l-ilma.
(13a) Bil-ħsieb ta' promozzjoni aħjar tal-operazzjonijiet għall-użu mill-ġdid tal-ilma, jenħtieġ li l-indikazzjoni ta' użi speċifiċi f'dan ir-Regolament ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jippermettu l-użu ta' ilma rkuprat għal skopijiet ulterjuri, inkluż l-użu mill-ġdid għal skopijiet industrijali, ambjentali u ta' servizzi ta' konvenjenza, sakemm l-Istati Membri jiżguraw konformità mal-obbligu li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent. [Em. 28]
(14) Sabiex titħeġġeġ il-kunfidenza fl-użu mill-ġdid tal-ilma, jenħtieġ li tingħata informazzjoni lill-pubbliku. Id-disponibbiltà tal-informazzjonita' informazzjoni ċara, kompluta u aġġornata dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma jenħtieġ li tippermetti żieda fit-trasparenza u t-traċċabilità, u tista’ tkun ukoll ta’ interess partikolari għal awtoritajiet rilevanti oħra li jintlaqtu mill-użu mill-ġdid tal-ilma speċifiku. Sabiex jitħeġġeġ l-użu mill-ġdid tal-ilma, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jiġi żviluppati kampanji informattivi ta' sensibilizzazzjoni li jkunu speċifiċi u adattati għall-atturi differenti kkonċernati, bil-ħsieb li dawn l-attur jsiru konxji taċ-ċiklu tal-ilma urban, tal-ħtieġa tal-użu mill-ġdid tal-ilma u tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid tal-ilma, u b'hekk jiġu promossi l-aċċettazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fi prattiki ta' użu mill-ġdid tal-ilma. [Em. 29]
(14a) L-edukazzjoni u t-taħriġ tal-utenti aħħarin involuti fit-tisqija agrikola huma ta' importanza primarja bħala komponenti tal-implimentazzjoni u taż-żamma ta' miżuri ta' prevenzjoni. L-utenti aħħarin jenħtieġ li jiġu infurmati bis-sħiħ dwar l-użu xieraq tal-ilma rkuprat, peress li dawn huma partikolarment vulnerabbli. Jenħtieġ li tiġi implimentata firxa ta' miżuri ta' prevenzjoni għall-esponiment tal-bniedem, bħall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali, il-ħasil tal-idejn u l-iġjene personali. Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni xierqa ta' tali miżuri jenħtieġ li jkun parti mill-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju. [Em. 30]
(15) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28) għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt tal-aċċess għal informazzjoni ambjentali fl-Istati Membri f’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali(29) (Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus). Id-Direttiva 2003/4/KE tistabbilixxi obbligi estensivi marbuta mad-disponibbilità tal-informazzjoni ambjentali fuq talba, kif ukoll mat-tixrid b’mod attiv ta’ dik l-informazzjoni. Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30) tkopri l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ġeografika, inkluż settijiet ta’ data dwar suġġetti ambjentali differenti. Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament marbuta mal-aċċess għall-informazzjoni u l-arranġamenti għall-kondiviżjoni tas-settijiet tad-data jikkomplementaw lil dawk id-Direttivi u ma joħolqux reġim legali separat. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-informazzjoni lill-pubbliku u dwar l-informazzjoni fir-rigward tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.
(16) Sabiex jiġu adattati r-rekwiżiti minimi u l-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju eżistenti fir-rigward tal-progress xjentifiku u tekniku, jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda r-rekwiżiti minimi u l-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju, mingħajr ma jiġu kompromessi l-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat kif xieraq. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun kapaċi wkoll tadotta l-atti delegati li jissupplimentaw il-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju billi tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-fażi tal-ħidma ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(31). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 31]
(17) Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti s-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni tar-regoli dettaljati fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata lill-pubbliku mill-Istati Membri, fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li trid tingħata mill-Istati Membri, u fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni mfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32).
(18) L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jivverifikaw il-konformità tal-ilma reklamatrkuprat mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li jitolbu lill-operatur tal-impjant tar- reklamazzjoni biextal-faċilità ta' rkupru jieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità. Jenħtieġ li l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni iwaqqfutal-faċilitajiet ta' rkupru jwaqqfu mill-ewwel kwalunkwe forniment ta’ ilma reklamatrkuprat meta n-nuqqas ta’ konformità jaqbeż valuri massimi speċifikati, bir-riżultat li joħloq riskju sinifikanti lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jaħdmu f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-utenti aħħarin biex jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat kif xieraq. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkontrollaw u jimmonitorjaw il-provvista, il-ħażna u l-użu tal-ilma rkuprat billi jqisu r-riskji rilevanti għas-saħħa u l-ambjent. [Em. 32]
(19) Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tikkoopera ma’ awtoritajiet rilevanti oħra billi taqsam l-informazzjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali.
(20) Id-data mogħtija mill-Istati Membri hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni fir-rigward tal-għanijiet li jridu jintlaħqu.
(21) Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effikaċja, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ulterjuri possibbli.
(22) Skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-ħarsien tad-dritt li jgħixu f’ambjent xieraq għas-saħħa u l-benessri tal-individwi.
(23) Jenħtieġ li l-Istati Membri jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proprozjonati u dissważivi.
(24) Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba raġunijiet ta’ skala u effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformita’ mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropa. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.
(25) Huwa meħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll biex l-operaturi jippreparaw għall-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda.
(25a) Bil-ħsieb li jiġi żviluppat u promoss kemm jista' jkun l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat, l-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam permezz tal-programm Orizzont Ewropa sabiex ikun hemm titjib sinifikanti fl-affidabbiltà tal-ilma mormi trattat b'mod xieraq u f'metodi vijabbli ta' użu. [Em. 33]
(25b) Sabiex jipproteġu b'mod effettiv l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li jistabbilixxu kontroll tal-kwalità tal-ħamrija fuq perjodu qasir, medju u twil. [Em. 34]
(25c) Dan ir-Regolament ifittex li jħeġġeġ l-użu sostenibbli tal-ilma. Fid-dawl ta' dik il-mira, il-Kummissjoni jenħtieġ li timpenja ruħha sabiex tuża l-programmi tal-Unjoni, inkluż il-Programm LIFE, biex tappoġġja inizjattivi lokali li jinvolvu l-użu mill-ġdid ta' ilma mormi trattat kif xieraq. [Em. 35]
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u għan
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma rkuprat u l-monitoraġġ, u l-obbligu li jitwettqu l-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju speċifikati, għall-użu mill-ġdid sikur tal-ilma urban mormi trattat fil-kuntest tal-immaniġġjar tal-ilma integrat, u jikkontribwixxi għall-għanijiet indikati fid-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 36]
2. L-għan ta’ dan ir-Regolament hu li jiġi garantit li l-ilma reklamatrkuprat ikun sikur għall-użu maħsub tiegħu, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll tal-ambjent, filwaqt li fl-istess ħin jiġu indirizzati l-effetti ħżiena tal-użu tar-riżorsi tal-ilma u tittejjeb l-effiċjenza tagħhom, jiġu indirizzati l-iskarsezza tal-ilma, kwistjonijiet ta' tibdil tal-klima u l-objettivi ambjentali tal-Unjoni, u l-pressjoni li tirriżulta fuq ir-riżorsi tal-ilma, b’mod koordinat madwar l-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għall-funzjonamentgħall-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' użu ta' ilma sostenibbli, jappoġġja t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, jiżgura l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-funzjonament effiċjenti tas-suq intern. [Em. 37]
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżorsi tal-ilma użati għal skopijiet ta' ilma tax-xorb ma jkunux ikkontaminati bl-ilma rkuprat. [Em. 38]
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ilma reklamatrkuprat għal użu speċifiku fit-taqsima 1 tal-Anness I.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal proġetti pilota li jiffukaw fuq l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-impjanti ta' rkupru. [Em. 39]
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. “awtorità kompetenti” tfisser awtorità jew korp maħtura minn Stat Membru biex iwettqu l-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament;
2. “awtorità tal-ilma” tfisser awtorità jew awtoritajiet identifikati skont l-Artikolu 3(2) jew (3) tad-Direttiva 2000/60/KE;
3. “utent aħħari” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew entità pubblika jew privata, li tuża l-ilma reklamatrkuprat għall-użu maħsub tiegħu; [Em. 40]
4. “ilma urban mormi” tfisser ilma urban mormi kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/271/KEE;
4a. "ilma mormi trattat" tfisser ilma urban mormi li jkun ġie trattat f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE; [Em. 41]
5. “ilma reklamatrkuprat” tfisser ilma urban mormi li ġie trattat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE u li jirriżulta minn trattament ulterjuri f’impjant tar-reklamazzjonif'faċilità ta' rkupru li tagħmel il-kwalità tiegħu adatta għall-użu maħsub tiegħu; [Em. 42]
5a. "użu mill-ġdid tal-ilma" tfisser l-użu ta' ilma rkuprat ta' kwalità speċifika xierqa għal użu speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, permezz ta' sistema ta' distribuzzjoni, biex b'hekk parzjalment jew kompletament jissostitwixxi l-użu tal-ilma tal-wiċċ jew ta' taħt l-art; [Em. 43]
6. “impjant tar-reklamazzjonifaċilità ta' rkupru” tfisser parti minn impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi jew impjant ieħorfaċilità oħra li jittratta titratta ulterjorment l-ilma urban mormi f’konformitàli preċedentement ikun ġie trattat bi qbil mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE sabiex jiġi prodott ilma rkuprat li huwa tajjeb għal użu speċifikat fit-taqsima 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u li jinkludi kwalunkwe infrastruttura ta' ħażna u kwalunkwe infrastruttura maħsuba biex tipprovdi l-ilma rkuprat lill-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat, jew lill-utent aħħari; [Em. 44]
7. “operatur tal-impjant tar-reklamazzjonita' faċilità ta' rkupru” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla impjant tar-reklamazzjoni; faċilità ta' rkupru; [Em. 45]
7a. "infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat" tfisser sistema ta' katusi u pompi dedikata, jew faċilitajiet oħrajn għat-trasport iddedikati, maħsuba biex jipprovdu l-ilma rkuprat lill-utent aħħari, inkluż kwalunkwe faċilità għall-ekwalizzazzjoni, trattament ulterjuri u l-ħażna, barra mill-faċilità ta' rkupru; [Em. 46]
7b. "operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tmexxi jew tikkontrolla l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat; [Em. 47]
7c. "infrastruttura għall-ħażna tal-ilma rkuprat" tfisser sistema ta' faċilitajiet għall-ħażna ddedikati maħsuba biex taħżen l-ilma rkuprat; [Em. 48]
7d. "operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tmexxi jew tikkontrolla l-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat; [Em. 49]
8. “periklu” tfisser aġent bijoloġiku, kimiku, fiżiku jew radjoloġiku li għandu l-potenzjal li jikkawża dannu lill-bnedmin, lill-annimali, lill-għelejjel jew lill-pjanti, lil bijota terrestri u lil bijoti akkwatiċi oħra, lill-ħamrija jew lill-ambjent ġenerali;
9. “riskju” tfisser il-probabbiltà ta’ perikli identifikati li jikkawżaw dannu f’medda ta’ żmien speċifiku, inkluż is-severità tal-konsegwenzi;
10. “ġestjoni tar-riskju” hija ġestjoni sistematika li b’mod konsistenti tiżgura s-sikurezza tal-użu mill-ġdid tal-ilma f’kuntest speċifiku;
11. “miżura preventiva” tfisser kwalunkwe azzjoni jew attività xierqa li tista’ tintuża għall-prevenzjoni jew l-eliminazzjoni ta’ riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, jew tnaqqsu għal livell aċċettabbli; [Em. 50]
11a. "punt ta' konformità" tfisser il-punt fejn operatur ta' faċilità ta' rkupru jipprovdi l-ilma rkuprat lill-attur sussegwenti fil-katina; [Em. 51]
11b. "mikroinkwinant" tfisser sustanza mhux mixtieqa li tinstab fl-ambjent f'konċentrazzjonijiet baxxi ħafna, skont l-Anness VIII tad-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 52]
Artikolu 4
Obbligi tal-operaturi tal-impjanti ta’ reklamazzjonital-faċilitajiet ta' rkupru fir-rigward tal-kwalità tal-ilma [Em. 53]
1. L-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni tal-faċilitajiet ta' rkupru għandhom jiżguraw li l-ilma reklamatrkuprat iddestinat għal użu speċifikuspeċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, fl-iżbokk tal-impjant tar-reklamazzjoni (punt ta’ konformità)fil-punt ta' konformità, għandu jkun konformi ma’ dan li ġej:
(a) ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I;
(b) kwalunkwe kundizzjoni ulterjuri stabbiliti mill-awtorità kompetenti fil-permess rilevanti skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(3), fir-rigward tal-kwalità tal-ilma. [Em. 54]
2. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni għandu jimmonitorja l-kwalità tal-ilma skont dan li ġej:
(a) it-Taqsima 2 tal-Anness I;
(b) kwalunkwe kundizzjoni ulterjuri stabbiliti mill-awtorità kompetenti fil-permess rilevanti skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(3), fir-rigward tal-monitoraġġ.
2a. L-operaturi tal-faċilitajiet ta' rkupru għandhom jiżguraw ukoll li tal-anqas il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 5 jiġu implimentati bis-sħiħ fil-faċilità ta' rkupru. [Em. 55]
2b. Wara l-punt ta' konformità, il-kwalità tal-ilma m'għandhiex tibqa' r-responsabbiltà tal-operatur tal-faċilità ta' rkupru u għandha ssir ir-responsabbiltà tal-attur sussegwenti fil-katina. [Em. 56]
3. Il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa li tadotta atti delegati li jemendaw lil dan ir-Regolament skont l-Artikolu 14 sabiex ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku. [Em. 57]
Artikolu 4a
L-obbligi tal-operaturi tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat, tal-operaturi tal-ħażna tal-ilma rkuprat u tal-utenti finali
1. l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat għandu jżomm il-livell tal-kwalità tal-ilma rkuprat fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat tal-anqas fl-istess livell ta' kwalità bħal dak stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I. L-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat għandu jiżgura wkoll li tal-anqas il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 5 jiġu implimentati bis-sħiħ fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat.
Meta tagħti permess skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti tista' titlob li jittieħdu aktar miżuri ta' ġestjoni tar-riskju fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u tispeċifika ir-rekwiżiti addizzjonali u l-miżuri preventivi meħtieġa skont il-punti (b) u (c) tal-Anness II.
2. L-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandu jżomm il-livell tal-kwalità tal-ilma rkuprat fl-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat tal-anqas fl-istess livell ta' kwalità bħal dak stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I. L-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandu jiżgura wkoll li tal-anqas il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 5 jiġu implimentati bis-sħiħ fl-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat.
Meta tagħti permess skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti tista' titlob li jittieħdu aktar miżuri ta' ġestjoni tar-riskju fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat u tispeċifika ir-rekwiżiti addizzjonali u l-miżuri preventivi meħtieġa skont il-punti (b) u (c) tal-Anness II.
3. L-ilma rkuprat użat mill-utenti aħħarin għandu jkun tal-anqas tal-livell ta' kwalità stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I. L-awtorità kompetenti tista' tipprovdi rekwiżiti ulterjuri fir-rigward tal-obbligi fuq l-utenti finali flimkien ma' dawk stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dokumenti ta' gwida biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti relatati mal-kontroll u l-monitoraġġ tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ħażna u tal-użu tal-ilma rkuprat. [Em. 58]
Artikolu 5
Ġestjoni tar-riskju
-1. L-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu, f'kooperazzjoni mal-atturi rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ifassal Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. Il-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma għandu jkun ibbażat fuq il-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-punt (a) tal-Anness II, jistabbilixxi kwalunkwe rekwiżiti apparti dawk speċifikati fl-Anness I skont il-punt (b) tal-Anness II, u għandu jidentifika l-perikli, ir-riskji u l-miżuri preventivi xierqa skont il-punt (c) tal-Anness II. [Em. 59]
1. Għall-finijiet tal-produzzjoni u l-fornimentli jiġu żgurati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-użu sikuri tal-ilma reklamat, il-ġestjoni tar-riskju għandha titwettaq mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni b’konsultazzjonirkuprat, l-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-ġestjoni tar-riskju f'konsultazzjoni mal-atturi li ġejjin: [Em. 60]
(a) l-operatur tal-impjanti tal-impjant jew tal-impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi li jforni l-ilma lill-impjant tar-reklamazzjonilill-faċilità ta' rkupru b'ilma mormi trattat skont ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE, jekk ikun differenti mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru; [Em. 61]
(c) kwalunkwe parti oħra li titqies rilevanti mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonimill-awtorità kompetenti. [Em. 65]
2. L-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni għandu jfassal Pjantal-faċilità ta' rkupru, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandhom iwettqu tal-anqas il-kompiti ta' mmaniġġjar tar-riskju definiti fil-Pjan ta’ Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma bbażat fuq il-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness II. Il-Pjan ta’ Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma għandu jipproponi rekwiżiti addizzjonali ma’ dawn speċifikati fl-Anness I, meħtieġa għall-mitigazzjoni ulterjuri ta’ kwalunkwe riskju, u fost l-oħrajn, għandu jidentifika l-perikli, ir-riskji u l-miżuri preventivi xierqamsemmi fil-paragrafu -1. Il-metodi tal-immaniġġjar tar-riskju użati mill-operatur tal-faċilità ta' rkupru, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandhom ikunu bbażati fuq metodoloġiji rikonoxxuti internazzjonalment. [Em. 66]
2a. Fil-permess rilevanti mogħti skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika kompiti u responsabbiltajiet differenti għall-atturi differenti involuti fil-Pjan għall-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 67]
2b. Jekk it-tip ta' għalla li għandha tissaqqa se tiġi kummerċjalizzata f'diversi forom differenti u taqa' f'diversi klassijiet tal-kwalità ta' ilma rkuprat, l-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu jkun meħtieġ jipprovdi lill-bidwi ilma li jikkorrispondi mal-ogħla klassi tal-kwalità fost dawk ikkonċernati. [Em. 68]
3. Il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa biex skont l-Artikolu 14, tadotta atti delegati li jemendaw lil dan ir-Regolament sabiex il-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness II jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku. [Em. 69]
Il-Kummissjoni ingħatat ukoll is-setgħa biex skont l-Artikolu 14, tadotta atti delegati li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament sabiex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjoni tekniċi tal-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju stipulati fl-Anness II. [Em. 70]
Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 14 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tintroduċi metodoloġija għall-kejl tal-preżenza ta' mikroplastika fl-ilma rkuprat li tista' tkun soġġetta għal rekwiżiti addizzjonali abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 4 tal-Anness II. [Em. 133]
3a. Meta utent aħħari jissuspetta li l-ilma maħżun kif previst fl-Artikolu 4a(2) ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament, huwa għandu:
(a) jinforma minnufih lill-awtorità tas-saħħa kkonċernata, u jipprovdilha, meta jkun xieraq, l-informazzjoni kollha disponibbli;
(b) jikkoopera bis-sħiħ mal-awtorità kompetenti kkonċernata sabiex jiġu vverifikati u ddeterminati r-raġunijiet għas-suspett u l-preżenza possibbli ta' sustanzi jew valuri mhux awtorizzati kif imsemmi fit-Tabelli 2 u 4 tat-Taqsima 2 tal-Anness I. [Em. 71]
Artikolu 6
Applikazzjoni għal permess tal-fornimentgħall-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-ħażna ta’ ilma reklamatrkuprat [Em. 72]
1. Kwalunkwe provvista tal-ilma reklamat iddestinataproduzzjoni, distribuzzjoni jew ħażna ta' ilma rkuprat iddestinat għal użu speċifikuspeċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, għandha tkun soġġetta għal permess. [Em. 73]
2. Operatur ta' faċilità ta' rkupru jista’ jippreżenta applikazzjoni għall-permess imsemmi fil-paragrafu 1, jew għal modifika ta’ permess eżistenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jopera l-impjant tar-reklamazzjonitopera l-faċilità ta' rkupru jew fejn hu ppjanat li joperatopera [Em. 74].
3. L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
(a) Pjan tal-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma mfassal skont l-Artikolu 5(2)il-paragrafu -1 tal-Artikolu 5; [Em. 75]
(aa) id-data disponibbli l-aktar riċenti biex tintwera l-konformità tal-ilma mormi trattat skont id-Direttiva 91/271/KEE fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi li minnu ġej l-ilma li għandu jiġi rkuprat; [Em. 76]
(b) deskrizzjoni ta’ kif l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru se jikkonforma fil-punt ta' konformità mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I; [Em. 77]
(c) deskrizzjoni ta’ kif l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru se jikkonforma fil-punt ta' konformità mar-rekwiżiti addizzjonali proposti fil-Pjan tal-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 78]
3a. Operatur tad-distribuzzjoni ta' ilma rkuprat għandu jippreżenta applikazzjoni għall-permess imsemmi fil-paragrafu 1, jew għal modifika ta' permess eżistenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-infratsruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat topera jew fejn hu ppjanat li topera. L-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kif l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat għandu jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4a. [Em. 79]
3b. Operatur tal-ħażna ta' ilma rkuprat għandu jippreżenta applikazzjoni għall-permess imsemmi fil-paragrafu 1, jew għal modifika ta' permess eżistenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat topera jew fejn hu ppjanat li topera. L-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kif l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandu jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 4a. [Em. 80]
Artikolu 7
Għotja tal-permess
1. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni, jekk xieraq, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta u taqsam l-informazzjoni rilevanti ma’ dawn li ġejjin:
(a) awtoritajiet rilevanti oħra tal-istess Stat Membru, b’mod partikolari l-awtorità tal-ilmal-awtoritajiet tal-ilma u tas-saħħa, jekk din hijadawn ikunu differenti mill-awtorità kompetenti; [Em. 81]
(b) il-punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri li huma potenzjalment milquta, maħtura skont l-Artikolu 9(1).
2. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni kompluta, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artiklu 6(3)fil-paragrafi 2, 3, 3a u 3b tal-Artiklu 6, l-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-applikazzjoni, bl-użu ta' appoġġ xjentifiku adegwat, u tiddeċiedi jekk tagħtix jew tiċħadx il-permess. Meta l-awtorità kompetenti jkollha bżonn iktar żmien minħabba l-kumplessità tal-applikazzjoni, hija għandha mingħajr dewmien tinforma b’dan lill-applikant u , filwaqt li tindika d-data mistennija tal-għoti jew tar-rifjut tal-permess u tipprovdi r-raġunijiet għall-estensjoni. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tasal l-applikazzjoni sħiħa msemmija fil-paragrafi 2, 3, 3a u 3b tal-Artiklu 6. [Em. 82]
3. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti permess, għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni, li fejn applikabbli, għandhom jinkludu dan li ġej:
(a) il-kundizzjonijiet marbuta mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I;
(b) il-kundizzjonijiet marbuta mar-rekwiżiti addizzjonali proposti fil-Pjan ta’ Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma;
(c) kwalunkwe kundizzjoni oħra meħtieġa għall-mitigazzjoni ulterjuri ta’biex telimina ulterjorment kwalunkwe riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll għall-ambjent. [Em. 83]
3a. Jekk il-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 3 ma jkunux diġà inklużi fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fl-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-pjan mingħajr dewmien. [Em. 84]
4. Il-permess għandu jiġu rieżaminat regolarment u mill-inqas kull ħames snin, u modifikat jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 8
Kontroll tal-konformità
1. Fl-istadju ta’ konformità, L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-ilma reklamatrkuprat mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessfil-permessi mogħtija skont l-Artikolu 7. Il-kontroll tal-konformità għandu jitwettaq permezz tal-mezzi li ġejjin: [Em. 85]
(a) verifiki fuq il-post;
(b) l-użu tad-data ta’ monitoraġġ miksuba skont dan ir-Regolament u d-Direttivi 91/271/KEE u 2000/60/KE;
(c) kwalunkwe mezz ieħor xieraq.
2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru, lill-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat jew lill-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, kif applikabbli, biex jiġu l-miżuri neċessarjijieħu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex minnufih jerġa' jiġi konformi mingħajr dewmienu jinforma minnufih lill-utenti finali affettwati. [Em. 86]
3. Meta n-nuqqas ta’ konformità toħloq riskju sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedeml-valur individwali ta' kwalunkwe parametru jkun ogħla mir-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità tal-ilma stipulati fil-punt (a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I, l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru għandu jwaqqaf minnufih kwalunkwe provvista ulterjuri tal-ilma reklamat sakemmrkuprat. L-awtorità kompetenti tiddetermina li reġgħet ġiet stabbilita l-konformitàtista' tistabbilixxi li l-konformità tkun reġgħet ġiet stabbilita biss wara li l-valur individwali tal-parametru jew tal-parametri li jaqbeż jew jaqbżu r-rekwiżiti ta' kwalità tal-ilma nstab li huwa anqas mill-valur massimu permess f'tal-anqas tliet kontrolli konsekuttivi. [Em. 87]
4. Jekk jiġri inċident li jaffettwa l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess, l-operatur tal-impjant ta’ reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat jew l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, kif applikabbli, għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti u lill-utenti aħħarin li jistgħu jkunu potenzjalment milquta, u jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa lill-awtorità kompetenti għall-valutazzjoni tal-impatti ta’ dan l-inċident. [Em. 88]
4a. Wara l-għoti ta' permess skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika b'mod regolari l-konformità tal-operatur tal-faċilità ta' rkupru, tal-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u tal-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, mal-miżuri stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 89]
4b. F'każ li l-ilma rkuprat ma jkunx konformi fil-punt ta' konformità u li sseħħ kontaminazzjoni sussegwenti tal-ħamrija jew ta' prodotti agrikoli permezz tad-distribuzzjoni u l-ħżin ta' dak l-ilma rkuprat mhux konformi, li tirriżulta f'perikli għas-saħħa u għall-ambjent, l-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu jinżamm responsabbli u jrid jagħmel tajjeb għad-danni. [Em. 134]
Artikolu 9
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt biex jikkoopera kif xieraq mal-punti ta’ kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Ir-rwol tal-punti ta’ kuntatt għandu jkun li jagħtu assistenza fuq talba u jikkoordinaw l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. B’mod partikolari, il-punti ta’ kuntatt għandhom jirċievu u jibagħtu t-talbiet għall-assistenza.
2. L-Istati Membri għandhom iwieġbu t-talbiet għall-assistenza mingħajr dewmien.
Artikolu 9a
Kampanji informattivi ta' sensibilizzazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn utenti finali potenzjali, inklużi ċ-ċittadini, u dwar is-sikurezza tal-użu mill-ġdid tal-ilma u l-iffrankar tar-riżorsi tal-ilma li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid tal-ilma.
2. L-Istati Membri għandhom iwaqqfu wkoll kampanji ta' informazzjoni għall-bdiewa biex jiġi żgurat li dawn jużaw ilma rkuprat fuq l-għelejjel b'mod ottimali, u b'hekk jiġi evitat kwalunkwe effett negattiv fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent minn dan l-użu. [Em. 91]
Artikolu 10
Informazzjoni għall-pubbliku
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE u għall-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni xierqa u aġġornata u aċċessibbli dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma tkun disponibbli online għall-pubbliku , jew fuq mezzi oħrajn faċli biex jintużaw, filwaqt li jiġu rrispettati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej: [Em. 92]
(a) il-kwantità u l-kwalità tal-ilma reklamat fornut f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(aa) l-użu tal-ilma rkuprat bħala perċentwal tat-total ta' ilma ħelu użat għall-iskopijiet ikkunsidrati f'dan ir-Regolament; [Em. 93]
(b) il-persentaġġ tal-ilma reklamat fl-Istat Membru fornut skont dan ir-Regolament, meta mqabbel mal-ammont totali tal-ilma urban mormi trattat;
(ba) il-perċentwal tal-ilma rkuprat fl-Istat Membru fornut bi qbil ma' dan ir-Regolament, meta mqabbel mal-ammont totali tal-ilma urban mormi trattat; [Em. 94]
(c) il-permess mogħti jew emendat skont dan ir-Regolament, inklużi l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 7(3);
(d) l-eżitu tal-kontroll tal-konformità mwettaq skont l-Artikolu 8(1);
(e) il-punti ta’ kuntatt maħtura skont l-Artikolu 9(1).
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun aġġornata mill-inqas darba fis-sena.
2a. B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 li jistabbilixxi regoli ġenerali applikabbli għall-operaturi fis-settur tal-ikel, li jkopri l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-utenti dwar il-kontenut massimu ta' nutrijenti fl-ilma mormi trattat kif xieraq li jiġi pprovdut, sabiex l-utenti, inklużi l-bdiewa, ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom li jkun konformi mal-livelli ta' nutrijenti stabbiliti fir-regoli rilevanti tal-Unjoni. [Em. 95]
3. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li jeħtieġ tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15. [Em. 96]
Artikolu 11
Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE, kull Stat Membru assistit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandu:
(a) iwaqqaf u jippubblika sa ... [tlieterba' snin wara d-data mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u wara dan, jaġġorna kull sitt snin, is-sett ta’ data li jkun fih l-informazzjoni dwar l-eżitu tal-kontroll tal-konformità mwettaq skont l-Artikolu 8(1) u informazzjoni oħra li trid tkun disponibbli online għall-pubbliku skont l-Artikolu 10; [Em. 97]
(b) jistabbilixxi, jippubblika u jaġġorna kull sena wara dan, is-sett ta’ data li fih l-informazzjoni dwar il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess, miġbura skont l-Artikolu 8(1), u l-informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu skont l-Artikolu 8(2) u (3).
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikollhom aċċess għas-settijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1.
3. Abbażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tfassal, tippubblika taġġorna regolarment jew fuq talba mill-Kummissjoni, ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni li kif xieraq, għandha tinkludi l-indikaturi għall-outputs, ir-riżultati u l-impatti ta’ dan ir-Regolament, il-mapep u r-rapporti tal-Istati Membri.
4. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont il-paragrafu 1, kif ukoll ir-regoli dettaljati fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15.
Artikolu 12
Aċċess għall-ġustizzja
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għall-proċedura ta’ rieżami quddiem qorti jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 4 sa 8, meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) ikollhom interess suffiċjenti;
(b) iżommu l-indeboliment ta’ dritt, fejn il-liġi proċedurali amministrattiva tal-Istat Membru rilevanti teħtieġ dan bħala prekundizzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet.
3. Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt għandu jiġi stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja mifrux lill-pubbliku kkonċernat.
Għal dan l-għan, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien ambjentali u li tissodisfa r-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-finijiet tal-paragrafu 1(a).
Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li huma kapaċi li jiġu indeboliti għall-finijiet tal-paragrafu 1(b).
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rieżami preliminari quddiem awtorità amministrattiva u ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri tar-rieżami amministrattivi qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rieżami ġudizzjarju, meta jeżisti dan ir-rekwiżit taħt il-liġi nazzjonali.
5. Kwalunkwe proċedura ta’ rieżami msemmija fil-paragrafi 1 u 4 għandha tkun ġusta, ekwa, f’waqtha u mhux għalja wisq.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-aċċess għall-proċeduri ta' rieżami amministrattivi u ġudizzjarji tkun disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 13
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa . . . [sittħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas l-elementi li ġejjin: [Em. 98]
(a) l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(b) is-settijiet ta’ data mwaqqfa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(1) u l-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni mfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont l-Artikolu 11(3);
(c) data xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti;
(d) għarfien tekniku u xjentifiku;
(e) Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, meta disponibbli.
(ea) esperimenti li twettqu, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu fl-agrikoltura tal-ħama tad-drenaġġ u l-effluwenti ta' metanizzazzjoni. [Em. 99]
2. Fil-kuntest tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-aspetti li ġejjin:
(a) ir-rekwiżiti minimi stipulati fl-Anness I;
(b) il-kompiti ewlenin għall-ġestjoni tar-riskju stipulati fl-Anness II;
(c) ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti skont il-punt (b) u (c) tal-Artikolu 7(3);
(d) l-impatti tal-użu mill-ġdid tal-ilma fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem;
(da) il-preżenza dejjem tikber ta' mikroinkwinanti li jniġġsu u sustanzi "emerġenti" ġodda fl-ilma li jintuża mill-ġdid. [Em. 100]
2a. Bħala parati mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li:
(a) twessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ilma rkuprat maħsub għal użi speċifiċi oħrajn, inkluż l-użu mill-ġdid għal skopijiet industrijali;
(b) testendi r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għall-użu indirett ta' ilma mormi trattat;
(c) tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi applikabbli għall-kwalità tal-ilma mormi trattat għall-finijiet ta' mili mill-ġdid tal-ilma ta' taħt l-art. [Em. 101]
2b. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bi proposta leġiżlattiva. [Em. 102]
Artikolu 14
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħa li tadotta atti delegati ġiet konferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3) u 5(3) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 5(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti magħżula minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 15
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2000/60/KE. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 16
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom, sa . . . [tlieterba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 103]
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn ... [senasentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 104]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
UŻI U REKWIŻITI MINIMI
Taqsima 1. Użi tal-ilma reklamatrkuprat kif imsemmi fl-Artikolu 2
(a) Tisqija agrikola
Tisqija agrikola tfisser it-tisqija tat-tipi ta’ għelejjel li ġejjin:
– għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin, jiġifieri għelejjel maħsuba għall-konsum mill-bniedem biex jittieklu nejjin jew mhux ipproċessati;
– għelejjel tal-ikel ipproċessati, jiġifieri maħsuba għall-konsum mill-bniedem li ma jridux jittieklu nejjin iżda jittieklu wara proċess ta’ trattament (jiġifieri, imsajrin, proċessati industrijalment);
– għelejjel mhux tal-ikel, jiġifieri għelejjel mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (jiġifieri għelejjel tal-bur, tal-foraġġ, tal-fibra, ornamentali, taż-żerriegħa, tal-enerġija u tat-terf).
Mingħajr preġudizzju għal-liġi rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent u s-saħħa, l-Istati Membri jistgħu jużaw ilma rkuprat għal użi ulterjuri bħal użu mill-ġdid tal-ilma industrijali u għal skopijiet ambjentali u ta' servizzi ta' konvenjenza. [Em. 105]
Taqsima 2. Rekwiżiti minimi
2.1. Rekwiżiti minimi applikabbli għall-ilma reklamat destinati biex jintużawrkuprat maħsub għat-tisqija agrikola [Em. 106]
Il-klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu u l-metodi ta’ tisqija permessi għal kull klassi huma stabbiliti fit-Tabella 1. Ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma huma stabbiliti fil-punt (a), Tabella 2. Il-frekwenzi minimi u l-miri ta’ prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-ilma reklamat huma stabbiliti fil-punt (b), Tabella 3 (monitoraġġ tar-rutina) u fit-Tabella 4 (monitoraġġ tal-validazzjoni).
Tabella 1 Klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu agrikolu u l-metodu ta’ tisqija permessi
Klassi tal-kwalità minima tal-ilma reklamat
Kategorija tal-għalla
Metodu ta’ tisqija
A
L-għelejjel tal-ikel kollha, inkluż l-għelejjel bl-għeruq ikkunsmati nejjin u l-għelejjel tal-ikel fejn il-parti li tittiekel tinsab f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat
Metodi kollha ta’ tisqija
B
L-għelejjel tal-ikel ikkunsmati nejjin fejn il-parti li tittiekel hija prodotta fuq l-art u mhijiex f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat, l-għelejjel tal-ikel ipproċessati u l-għelejjel mhux tal-ikel inklużi l-għelejjel biex jingħalfu annimali li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam
Metodi kollha ta’ tisqija
C
Tisqija bil-qatra* biss Il-metodi ta' tisqija biss li ma jwasslux għal kuntatt dirett bejn l-għalla u l-ilma rkuprat. Pereżempju, it-tisqija bil-qatra*. [Em. 107]
D
L-għelejjel industrijali, enerġetiċi u li jinżergħu
Metodi kollha ta’ tisqija
(*) It-tisqija bil-qatra hija sistema ta’ mikrotisqija li kapaċi twassal qtar tal-ilma jew flussi żgħar ħafna lill-pjanti u tinvolvi t-taqtir tal-ilma fil-ħamrija jew direttament taħt is-superfiċe tagħha b’rati baxxi ħafna (2-20 litru/siegħa) minn sistema ta’ pajpijiet tal-plastik b’dijametru żgħir imwaħħlin bi żbokkijiet imsejħa emittenti jew qattara.
L-ilma reklamat se jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2 jekk il-kejl jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
– Il-valuri indikati għall-E. coli, l- Legionella spp u n-nematodi intestinali jinsabu fid-90 % jew aktar tal-kampjuni. L-ebda mill-valuri massimi tal-kampjuni ma jista’ jaqbeż il-limitu ta’ devjazzjoni massimu tal-unità logaritmika mill-valur indikat għall-E. coli u l-Legionella u 100 % tal-valur indikat għan-nematodi intestinali. Ir-rekwiżit biex jiġi żgurat li jkun hemm nuqqas ta' salmonella għandu japplika għal 100 % tal-kampjuni. [Em. 109]
– Il-valuri indikati għall-BOD5, t-TSS u t-turbidità fil-Klassi A jinsabu fid-90 % jew aktar tal-kampjuni. L-ebda mill-valuri massimi tal-kampjuni ma jista’ jaqbeż il-limitu ta’ devjazzjoni massimu ta’ 100 % tal-valur indikat. [Em. 110]
b) Rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ
L-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjonital-faċilitajiet ta' rkupru għandhom iwettqu monitoraġġ tar-rutina biex jivverifikaw li l-ilma reklamatrkuprat ikun konformi mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma stabbiliti fil-punt (a). Il-monitoraġġ tar-rutina għandu jiġi inkluż fil-proċeduri ta’ verifika tas-sistematal-proġett tal-użu mill-ġdid tal-ilma. [Em. 111]
Il-kampjuni li għandhom jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità mal-parametri mikrobijoloġiċi fil-punt ta' konformità għandhom jittieħdu skont l-istandard EN ISO 19458. [Em. 112]
Tabella 3 Frekwenzi minimi għall-monitoraġġ tar-rutina tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola
Frekwenzi tal-monitoraġġ minimi
Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat
E. coli
BOD5
TSS
Turbidità
Legionella spp.
(meta applikabbli)
Nematodi intestinali
(meta applikabbli)
A
Darba
fil-ġimgħa
Darba
fil-ġimgħa
Darba
fil-ġimgħa
Kontinwament
Darba
fil-ġimgħa
Darbtejn fix-xahar jew frekwenza determinata mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni skont in-numru ta’ bajd fl-ilma mormi li jidħlu fl-impjant tar-reklamazzjoni
B
Darba
fil-ġimgħa
Skont id-Direttiva 91/271/KEE
(Anness I, Taqsima D)
Skont id-Direttiva 91/271/KEE
((Anness I, Taqsima D)
-
C
Darbtejn fix-xahar
-
D
Darbtejn fix-xahar
-
Il-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jitwettaq qabel ma jibda’ jopera l-impjant tar-reklamazzjonitibda' topera l-faċilità ta' rkupru, meta t-tagħmir jiġi aġġornat u meta jiżdiedu tagħmir jew proċessi ġodda u kull darba li jinħareġ permess ġdid jew jinbidel wieħed eżistenti. [Em. 113]
Il-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jsir għall-iktar klassi stretta tal-kwalità tal-ilma reklamatrkuprat, il-Klassi A, sabiex jiġi vvalutat jekk hux qed ikun hemm konformità mal-miri ta’ prestazzjoni (tnaqqis ta’ log10). Il-monitoraġġ tal-valutazzjoni jinkludi l-monitoraġġ tal-mikroorganiżmi indikaturi assoċjati ma kull grupp ta’ patoġeni (batterji, virus u protozoa). Il-mikroorganiżmi indikaturi magħżula huma l-E. coli għall-batterji patoġeniċi, il-kolifaġi F-speċifiċi, il-kolifaġi somatiċi jew il-kolifaġi għall-viruses patoġeniċi, u l-ispori ta’ Clostridium perfringens jew il-batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori għall-protozoa. Il-miri ta’ prestazzjoni (tnaqqis ta’ log10 ) għall-monitoraġġ tal-validazzjoni għall-mikroorganiżmi indikaturi magħżula, huma stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jintlaħqu fl-iżbokk tal-impjant tar-reklamazzjoni (punt ta’ konformità)tal-faċilità ta' rkupru, filwaqt li jitqiesu l-konċentrazzjonijiet tal-effluwent tal-ilma mormi mhux ipproċessat li jidħlu fl-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi. Mill-inqas 90 % tal-kampjuni ta' validazzjoni għandhom jilħqu jew jaqbżu l-mira ta' prestazzjoni. [Em. 114]
Jekk indikatur bijoloġiku ma jkunx preżenti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-ilma mormi mhux ipproċessat biex jinkiseb it-tnaqqis ta' log10, in-nuqqas ta' tali indikatur bijoloġiku fl-effluwent għandu jfisser li għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' validazzjoni. Il-konformità mal-mira ta' prestazzjoni tista' tiġi stabbilita b'kontroll analitiku, biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta' evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew, bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar, studji ta' każijiet, eċċ., jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv. [Em. 115]
Spori ta’ Clostridium perfringens / batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori(***)
≥ 5.0
(*) Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-validazzjoni, jistgħu jintużaw ukoll il-patoġeni ta’ referenza Campylobacter, Rotavirus u Cryptosporidium minflok il-mikroorganiżmi indikaturi proposti. Għalhekk, jenħtieġ li japplikaw il-miri ta’ prestazzjoni bi tnaqqis ta’ log10 li ġejjin: Campylobacter (≥ 5.0), Rotavirus (≥ 6.0) u Cryptosporidium (≥ 5.0). L-awtorità nazzjonali tas-saħħa tista' tistabbilixxi indikaturi addizzjonali bbażati fuq il-każ speċifiku, meta jkun hemm evidenza ta' ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent. [Em. 116]
(**) It-total ta’ kolifaġi intagħżel bħala l-iktar indikatur virali xieraq. Madankollu, jekk l-analiżi tat-total ta’ kolifaġi mhijiex fattibbli, irid jiġi analizzat mill-inqas wieħed minnhom (kolifaġi F-speċifiċi jew somatiċi). Jekk il-kolifaġi, fit-total tagħhom, ma jkunx preżenti fi kwantità suffiċjenti fl-effluwent tal-ilma mormi mhux ipproċessat, il-konformità mal-mira ta' prestazzjoni tista' tiġi stabbilita biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta' evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew (bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar, studji ta' każijiet, eċċ.), jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv. [Em. 117]
(***) L-ispori ta’ Clostridium perfringens intagħżlu bħala l-iktar indikatur tal-protozoa xieraq. Madankollu, il-batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori huma alternattiva jekk il-konċentrazzjoni tal-ispori ta’ Clostridium perfringens ma tippermettix li jiġi vvalidat it-tnaqqis ta’ log10 mitlub. Jekk il-Clostridium perfringens ma jkunx preżenti fi kwantità suffiċjenti fl-effluwent tal-ilma mormi mhux ipproċessat, il-konformità mal-mira ta' prestazzjoni tista' tiġi stabbilita biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta' evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew (bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar, studji ta' każijiet, eċċ.), jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv. [Em. 118]
Il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ għandhom jiġu vvalidati u dokumentati mill-operatur skont l-EN ISO/IEC-17025 jew standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw kwalità ekwivalenti. L-operatur tal-impjant ta' rkupru għandu jiżgura li l-laboratorji magħżula għall-monitoraġġ tal-validazzjoni japplikaw prattiki ta' ġestjoni tal-kwalità konformi ma' dawk previsti mill-istandard ISO/IEC 17025. [Em. 119]
ANNESS II
(a) Kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju [Em. 120]
-1. It-twettiq ta' analiżi tal-fattibbiltà tal-faċilità ta' rkupru ppjanata li tikkunsidra tal-anqas l-ispejjeż ta' żvilupp tal-faċilità meta mqabbla mad-domanda reġjonali għall-ilma rkuprat, l-utenti finali potenzjali, il-ħtiġijiet ta' ilma mormi trattat tal-faċilità, u tivvaluta l-kwalità tal-ilma mormi trattat li jidħol fil-faċilità. [Em. 121]
1. Id-deskrizzjoni tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, mill-ilma mormi li jidħol fl-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi sal-punt tal-użu, inkluż is-sorsi tal-ilma mormi, l-istadji ta’ trattament u t-teknoloġiji fl-impjant tar-reklamazzjoni, l-infrastruttura tal-provvista u tal-ħżin, l-użu maħsub, il-post tal-użu, u l-kwantitajiet ta’ ilma reklamat li jridu jiġu fornuti. L-għan ta’ dan il-kompitu huwa li tingħata deskrizzjoni dettaljata tas-sistema sħiħa tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
2. L-identifikazzjoni tal-perikli potenzjali, b’mod partikolari l-preżenza ta’ inkwinanti u patoġeni, u l-potenzjal ta’ avvenimenti perikolużi, bħal falliment tat-trattament, it-tnixxija aċċidentali jew il-kontaminazzjoni fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma deskritta.
3. L-identifikazzjoni tal-ambjenti, tal-popolazzjonijiet u tal-individwi fir-riskju b’esponiment dirett jew indirett għal perikli potenzjali identifikati, filwaqt li jitqiesu l-fatturi ambjentali speċifiċi, bħall-idroġeoloġija, it-topoloġija, it-tip ta’ ħamrija u l-ekoloġija lokali, u l-fatturi marbuta mat-tipi ta’ għelejjel u prattiki agrikoli. Il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa inklużi l-identifikazzjoni tal-perikli, ir-rispons għad-doża, il-valutazzjoni tal-esponiment u l-karatterizzazzjoni tar-riskju għandhom jiġu kkunsidrati matul l-istadji tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma mormi. Iridu jitqiesu wkoll l-effetti negattivi irriversibbli ambjentali jew fuq is-saħħa jew fuq terminu twil possibbli għall-operazzjoni tar-reklamazzjoni, inklużi l-impatti negattivi potenzjali fuq il-flussi ekoloġiċi, tal-operazzjoni tal-irkupru tal-ilma, bħad-distribuzzjoni, il-ħażna u l-użu tal-ilma. [Em. 122]
4. It-twettieq ta’ valutazzjoni tar-riskju li tkopri kemm ir-riskji ambjentali, kif ukoll ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, filwaqt li jitqiesu l-periklu potenzjali identifikati, l-ambjenti, il-popolazzjonijiet u l-individwi identifikati bir-riskju ta’ esponiment għal dawk il-perikli u s-severità tal-effetti possibbli tal-perikli, kif ukoll il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali rilevanti, id-dokumenti ta’ gwida u r-rekwiżiti minimi fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel, tal-għalf u tal-ħaddiema u l-objettivi ambjentali. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju jistgħu jintużaw studji kwalitattivi. L-inċertezza xjentifika fil-karatterizzazzjoni tar-riskju għandha tiġi indirizzata skont il-prinċipju ta’ prekawzjoni. [Em. 123]
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tikkonsisti fl-elementi li ġejjin:
(a) valutazzjoni tar-riskji ambjentali, inklużi dawn kollha li ġejjin:
i. konferma tan-natura tal-perikli, inkluż il-livell ta’ bla effett imbassar, meta rilevanti;
ii. valutazzjoni tal-medda ta’ esponiment potenzjali;
iii. karatterizzazzjoni tar-riskju.
(b) valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, inklużi dawn kollha li ġejjin:
i. konferma tan-natura tal-perikli, inkluża r-relazzjoni bejn id-doża u r-reazzjoni, meta rilevanti, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa; [Em. 124]
ii. valutazzjoni tal-firxa tad-doża jew tal-esponiment potenzjali;
iii. karatterizzazzjoni tar-riskju.
Ir-rekwiżiti u l-obbligi li ġejjin għandhomgħandu mill-inqas jitqiesujkun hemm konformità magħhom fil-valutazzjoni tar-riskju: [Em. 125]
(c) ir-rekwiżit li jitnaqqas u jiġi evitat it-tniġġis fl-ilma minn nitrati skont id-Direttiva 91/676/KEE;
(e) ir-rekwiżit li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE;
(f) ir-rekwiżit li jiġi evitat it-tniġġis fl-ilma ta’ taħt l-art skont id-Direttiva 2006/118/KE;
(g) ir-rekwiżit li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji u ċerti inkwinanti oħra stabbiliti fid-Direttiva 2008/105/KE;
(h) ir-rekwiżit li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità ambjentali għall-inkwintanti ta’ tħassib nazzjonali (jiġifieri l-inkwinanti speċifiċi għall-baċiri idrografiċi) stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE;
(j) ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura skont id-Direttiva 86/278/KEE;
(k) ir-rekwiżiti dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-gwida mogħtija mill-Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba;
(b) Kundizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti addizzjonali [Em. 126]
5. Meta meħtieġ u xieraq biex jiġi żgurat biżżejjed ħarsien adegwat tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, iridu jiġu speċifikati r-rekwiżiti għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ li huma addizzjonali għal dawk speċifikati fl-Anness I, u/jew iktar stretti minnhom.
Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali jistgħu jikkonċernaw b’mod partikolari lil:
(a) metalli tqal;
(b) pestiċidi;
(c) prodotti sekondarji ta’ diżinfezzjoni;
(d) prodotti mediċinalifarmaċewtiċi;
(da) il-preżenza ta' mikroplastiks;
(e) sustanzi oħra ta’ tħassib ġdidinkwinanti oħrajn li rriżultaw bħala sinifikanti minn analiżijiet ambjentali u tas-saħħa pubblika li saru fil-livell lokali;
(f) reżistenza għall-antimikrobiċi. [Em. 127]
(c) Miżuri preventivi [Em. 128]
6. L-identifikazzjoni tal-miżuri preventivi li diġà qegħdin fis-seħħ jew li jenħtieġ li jittieħdu biex jiġu limitati r-riskji sabiex ir-riskji identifikati kollha jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati b’mod adegwat.
Dawn il-miżuri preventivi jistgħu jinkludu:
(a) kontroll tal-aċċess;
(b) miżuri addizzjonali ta’ diżinfezzjoni jew ta’ tneħħija tal-inkwinanti;
(e) stabbiliment ta’ distanzi ta’ sikurezza minimi.
Il-miżuri preventivi speċifiċi li jistgħu jkunu rilevanti huma stabbiliti fit-Tabella 1.
Tabella 1: Miżuri preventivi speċifiċi
Klassi
tal-kwalità tal-ilma
reklamat
Miżuri preventivi speċifiċi
A
— Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu mmaniġġjati.
B
— Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija, anki bil-qatra.
— L-esklużjoni mill-bur tal-bhejjem tal-ħalib li jreddgħu sakemm jinxef il-bur.
— L-għalf għandu jkun imnixxef jew maħżun f’silos qabel l-imballaġġ.
— Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu mmaniġġjati.
C
— Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija, anki bil-qatra.
— L-esklużjoni mill-bur ta’ annimali li jirgħu għal ħamest ijiem wara l-aħħar tisqija.
— L-għalf għandu jkun imnixxef jew maħżun f’silos qabel l-imballaġġ.
— Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu mmaniġġjati.
D
— Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija, anki bil-qatra.
7. L-iżgurar li hemm sistemi ta’ kontroll tal-kwalità u l-proċeduri adegwati fis-seħħ, inkluż il-monitoraġġ tal-ilma reklamat għall-parametri rilevanti, u li jiġu stabbiliti l-programmi ta’ manutenzjoni għat-tagħmir.
8. L-iżgurar li hemm sistemi ta’ monitoraġġ ambjentali fis-seħħ li jidentifikaw kwalunkwe effett negattiv tal-użu mill-ġdid tal-ilma, kif ukoll l-iżgurar li jingħata r-rispons mill-monitoraġġ u li l-proċessi u l-proċeduri kollha jiġu validati u dokumentati kif xieraq.
Huwa rakkomandat li l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni jistabbilixxi u jżomm sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità skont ISO 9001 jew l-ekwivalenti tiegħu.
8a. L-iżgurar li l-faċilità ta' rkupru tkun mgħammra b'mezzi alternattivi biex tarmi l-ilma mormi trattat li ma jerġax jintuża. [Em. 129]
9. L-iżgurar li hemm sistema xierqa fis-seħħ għall-ġestjoni ta’ inċidenti jew ta’ urġenzi, inkluż proċeduri biex il-partijiet rilevanti kollha jiġu informati b’dan l-avveniment b’mod xieraq, u biex il-pjan ta’ reazzjoni għal emerġenza jiġi aġġornat regolarment.
9a. L-iżgurar li l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat tkun separata u mibnija b'tali mod li tevita riskji ta' kontaminazzjoni tas-sistema tal-provvista u tad-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 130]
9b. L-iżgurar li l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat tkun immarkata b'mod adegwat u, meta tkun mibnija b'kanali fil-miftuħ, li tkun mgħammra b'mod adegwat b'sinjali viżibbli biżżejjed, inkluż fejn l-ilma mormi jitħallat ma' ilma minn sorsi oħrajn. [Em. 131]
9c. L-iżgurar li jkunu stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni fost l-atturi differenti biex jiggarantixxu l-produzzjoni u l-użu sikuri tal-ilma rkuprat. [Em. 132]
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1)
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37).
Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tad-19 ta’ Diċembru 2005 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 22.12.2006, p. 5).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2018)0289 – C8-0183/2018 – 2018/0142(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0289),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0183/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tas-16 ta’ Jannar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0318/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 (COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0441),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikoli 114, 173 u 338 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0254/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0052/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta 'Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikoli 114, 173 u 338 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),
Billi:
(1) Is-suq intern huwa pedament tal-Unjoni Ewropea. Sa mill-bidu tiegħu, kien kontributur ewlieni għat-tkabbir, għall-kompetittività u għall-impjiegi. Huwa ġġenera opportunitajiet ġodda u ekonomiji ta' skala għan-negozji Ewropej, b'mod partikolari għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u saħħaħ il-kompetittività industrijali tagħhom, u jenħtieġ li jkompli jibbenefika liċ-ċittadini kollha b'mod ugwali. Is-suq intern ikkontribwixxa għall-ħolqien ta' impjiegi u offra għażla akbar bi prezzijiet orħos lill-konsumaturi filwaqt li ggarantixxa l-kwalità għolja għall-prodotti u s-servizzi offruti. Qed ikompli jkun magna għall-bini ta' suq aktar intergrat u ekonomija aktar b'saħħitha, aktar bilanċjata u aktar ġusta. Huwa waħda mill-akbar kisbiet tal-UE u l-aħjar assi tagħha f'dinja li kulma tmur qed tkun dejjem aktar globalizzata, kif ukoll hu element prinċipali sabiex tinkiseb it-trasformazzjoni f'ekonomija sostenibbli, effiċjenti fir-riżorsi u fl-enerġija sabiex tiġi indirizzata l-pressjoni dejjem tiżdied tat-tibdil fil-klima. [Em. 1]
(2) Is-suq intern irid kontinwament jadatta għal ambjent li jinbidel veloċement ta' rivoluzzjoni diġitali u globalizzazzjoni. Era ġdida ta' innovazzjoni diġitali tkompli tipprovdi opportunitajiet u benefiċċji lill-ekonomija u l-ħajja ta' kuljum, speċjalment għan-negozji u għall-individwi, toħloq prodotti u mudelli ta' negozju ġodda iżda tikkostitwixxi wkoll sfida għar-regolamentazzjoni u għall-infurzar u għas-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumaturi. [Em. 2]
(3) Il-korp sostanzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq u r-regolamentazzjoni tal-katina alimentari iżda wkoll regoli li jirrigwardaw tranżazzjonijiet tan-negozju, kummerċjali u finanzjarji u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta li tipprovdi kundizzjonijiet ekwi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tan-negozji. [Em. 3]
(4) Madankollu, għad fadal ostakli mhux ġustifikati, diskriminatorji u sproporzjonati għall-funzjonament xieraq tas-suq intern jew u qed jitfaċċaw ostakoliostakli ġodda. L-istabbiliment tar-regoli huwa biss l-ewwel pass iżda li jirnexxielhom jaħdmu huwa daqstant importanti. Infurzar inadegwat tar-regoli eżistenti, ostakli għall-moviment ħieles tal-prodotti u s-servizzi, u livelli baxxi ta' akkwist pubbliku transfruntier jillimitaw l-opportunitajiet għan-negozji u l-konsumaturi. Li jiġu indirizzati dawn l-ostakli, fl-aħħar mill-aħħar din hija kwistjoni ta' fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni, fil-kapaċità tagħha li tagħti riżultati, u l-abbiltà tagħha li toħloq impjiegi ta' kwalità u tkabbir filwaqt li tipproteġi l-interess pubbliku. [Em. 4]
(5) Jeżistu bosta programmi għall-azzjoni tal-Unjoni bħalissa fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi inklużi l-SMEs, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u l-katina alimentari. Xi attivitajiet addizzjonali huma ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Huwa neċessarju li jiġu simplifikati u sfruttati s-sinerġiji bejn diversi azzjonijiet u jiġi previst qafas ta’ finanzjament aktar flessibbli, trasparenti, simplifikat u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern li jiffunzjona tajjeb bl-aktar mod kosteffiċjentiu sostenibbli. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti li jisiltu lezzjonijiet mill-programmi li jeżistu. Jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern, iżda jenħtieġ li jiġu evitati duplikazzjoni ma' programmi u azzjonijiet relatati tal-Unjoni. [Em. 5]
(6) L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea huma soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47. Sabiex tiġi provduta kontinwità tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew eżistenti billi jiġi provdut qafas għall-ġbir tad-data kif ukoll għall-iżvilupp, il-produzzjoni, l-użu korrett, l-applikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Il-Programm il-ġdid jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ statistika Ewropea ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli, anki dwar l-Ewropakwistjonijiet bħalma huma l-kummerċ u l-migrazzjoni, sabiex tirfed it-tfassiljintridfu t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-UE b'konformità mal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). [Em. 6]
(7) Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit Programmil-Programm għas-suq Uniku, biex jissaħħaħ is-suq intern, u jitjieb il-funzjonament tiegħu, fl-oqsma tal-kompetittività u tas-sostenibbiltà għall-kompetittività tal-intrapriżi, inklużspeċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u għall-istatistikal-istandardizzazzjoni, is-sorveljanza tas-suq, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-katina tal-provvista tal-ikel u l-istatistika Ewropea (il-“Programm”). Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal tul ta’ żmien ta’ seba’ snin mill-2021 sal-2027. [Em. 7]
(8) Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirfed il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajbin biex jagħti s-setgħa lill-atturi kollha tas-suq intern: lin-negozji, liċ-ċittadini inklużi l-konsumaturi u l-impjegati, lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet pubbliċi. Għal dan l-għan, il-Programm jenħtieġ li jimmira li jiżgura l-kompetittività kemm il-kompetittività u s-sostenibbiltà tan-negozji, b'mod partikolari tal-SMEs tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, iżda wkoll lilivell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur billi jappoġġa l-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumatur u r-regoli ta' sikurezza, kif ukoll l-istandards ambjentali u soċjali u jissensibilizza n-negozji u l-individwi billi jipprovdilhom l-għodod ġusti, l-informazzjoni u l-assistenza xierqa, l-għarfien u l-kompetenza biex jagħmlu deċiżjonijiet informati u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja u amministrattiva, b'mod partikolari permezz tal-programmi ta' taħriġ, tal-iskambju tal-aħjar prattiki, il-bini ta' bażijiet ta' għarfien u kompetenza, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku strateġiku. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jappoġġa l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja li jirfdu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jinkludi wkoll l-iffissar ta' standards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar, li jikkontribwixxu għat-trasparenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-kapital tal-Unjoni u jtejbu l-protezzjoni tal-investitur. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa t-tfassil tar-regoli u l-iffissar ta' standards ukoll billi jiżgura l-involviment l-aktar wiesa' possibbli tal-partijiet ikkonċernati. L-objettiv tal-Programm jenħtieġ li jkun ukoll li jappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u t-titjib tal-benessri tal-annimali. [Em. 8]
(9) Suq intern modern li huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-ġustizzja, tat-trasparenza u tal-fiduċja reċiproka, jippromwovi l-kompetizzjoni u huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi, għan-negozji u għall-impjegati. L-użu aħjar tas-suq intern għas-servizzi li dejjem jevolvi huwa mistenni li jgħin lin-negozji Ewropej joħolqu l-impjiegi u jespandu lil hinn mill-fruntieri tagħhom, joffru għażla usa' ta' servizzi bi prezzijiet aħjar, filwaqt li jżommu standards għoljin għall-konsumaturi u l-ħaddiema. Biex jiksbujinkiseb dan, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tneħħija għal monitoraġġ aħjar tal-iżviluppi tas-suq intern, inkluż tal-impatt ta' żvilupp teknoloġiku ġdid, l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-ostakli mhux ġustifikati, diskriminatorji u sproporzjonati li fadal, u jiżgura qafas li l-qafas regolatorju li jista' jakkomoda mudelli ta' negozju innovattivi ġodda , inklużi mudelli ta' ekonomija kollaborattiva u intraprenditorija soċjali, filwaqt li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni soċjali, inkluż għall-imprendituri. [Em. 9]
(10) L-ostakli regolatorji fuq is-suq intern tneħħew għal ħafna prodotti industrijali permezz ta' mekkaniżmi ta' prevenzjoni, l-adozzjoni ta' regoli komuni u, fejn ma jeżistux dawn it-tipi ta' regoli tal-Unjoni, permezz tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Għal ċerti oqsma F'oqsma fejn ma teżistix teżisti l-ebda leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jfisser li l-prodotti l-oġġetti li huma kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru jgawdu d-dritt tal-moviment liberu u jistgħu jinbiegħu fi Stat Membru ieħor, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux raġunijiet biex jopponi l-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti, sakemm tali restrizzjoni ma tkunx diskriminatorja, ġustifikata minn objettivi leġittimi ta' interess pubbliku, kif stabbilit fl-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jew rikonoxxuta mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, u proporzjonata mal-għan mixtieq. Iżda meta r-rikonoxximent reċiproku ma jiġix applikat kif xieraq, bħal restrizzjonijiet mhux ġustifikati jew sproporzjonati, il-kumpaniji jsibuha ferm aktar diffiċli biex jaċċessaw is-swieq fi Stati Membri oħra. Minkejja l-livell għoli ta' integrazzjoni tas-suq fil-qasam tal-prodottital-oġġetti, dan iwassal biex jintilfu l-opportunitajiet għall-ekonomija b'mod ġenerali. Ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru xxx/2018 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku se tgħin biex tingħata spinta lill-benefiċċji ekonomiċi f'dan il-qasam. Għaldaqstant, Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb l-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-oġġetti, filwaqt li jirrealizza l-potenzjal sħiħ tiegħu u li jnaqqas l-għadd ta' oġġetti illegali u mhux konformi li jidħlu fis-suq, permezz ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ immirati, ta' appoġġ għall-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti u ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti għal rikonoxximent reċiproku u bit-tisħiħ tas-sorveljanza tas-suq. [Em. 10]
(11) L-isfidi regolatorji u ta' infurzar ġodda huma relatati mat-tibdil rapidu fl-ambjent tar-rivoluzzjoni diġitali, fir-rigward ta' kwistjonijiet bħaċ-ċibersigurtà, il-politika ta' privatezza u l-protezzjoni tad-data, l-Internet tal-Oġġetti jew l-Intelliġenza Artifiċjali u l-istandards etiċi relatati. Jekk issir il-ħsara, ir-regoli stretti dwar is-sikurezza tal-prodotti u r-responsabbiltà ċ-ċarezza fir-rigward tar-responsabbiltà għalihom, kif ukoll ta' infurzar strett tar-regoli, huma essenzjali biex jiġi żgurat rispons politiku li jippermetti liċ-ċittadini Ewropej, inkluż il-konsumaturi u n-negozji li jibbenefikaw minn regoli bħal dawn. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-adattament rapidu u l-infurzar rapidiaħjar tal-iskema ta' responsabbiltà għall-prodotti tal-Unjoni li trawwem l-innovazzjoni, filwaqt li jiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tal-utenti. [Em. 11]
(12) It-tqegħid fis-suq ta' prodotti li mhumiex konformi mad-dritt tal-Unjoni jqiegħed lil dawk li jikkonformaw fi żvantaġġirrispettivament minn jekk dawn il-prodotti jitqegħdux fis-suq b'mezzi tradizzjonali jew elettroniċi u jista' jipperikolairrispettivament minn jekk jiġux prodotti fl-Unjoni jew jidħlu fiha minn pajjiżi terzi, iqiegħed liċ-ċittadini u lill-konsumaturi Ewropej f'riskju. Ħafna intraprendituri jinjoraw ir-regoli, L-operaturi ekonomiċi li jbigħu prodotti konformi jiffaċċjaw kompetizzjoni distorta minn dawk li ma jikkonformawx mar-regoli jew minħabba nuqqas ta' għarfien, jew apposta, biex jiksbu vantaġġ kompetittiv. Spiss l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suqtas-sorveljanza tas-suq ma jkollhomx fondi biżżejjed u jkunu limitati mill-fruntieri nazzjonali, filwaqt li l-intraprendituri jinnegozjaw fil-livell tal-Unjoni jew saħansitra anki dinji. B'mod partikolari, fil-każ tal-kummerċ elettroniku, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibuha ferm diffiċli biex jittraċċaw prodotti mhux konformi li jiġu importati minn pajjiżi terzi u, biex jidentifikaw l-entità responsabbli fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom jew biex iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju jew testijiet tas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' aċċess fiżiku għall-prodotti. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-konformità tal-prodotti billi jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq, jipprovdi l-inċentivi t-tajba lill-intraprendituri regoli ċari, trasparenti u komprensivi lill-operaturi ekonomiċi, iqajjem kuxjenza dwar ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, isaħħaħ il-kontrolli tal-konformità, inkluż permezz tal-użu sistematiku tal-kontrolli fuq il-kampjuni ta' prodotti li jirrappreżentaw perċentwali sinifikanti ta' kull tip ta' prodotti mqiegħda fis-suq u xiri simulat li jsir mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif ukoll jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera msaħħa fost l-awtoritajiet tal-infurzar. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-konsolidazzjoni tal-qafas eżistenti għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, iħeġġeġ azzjonijiet konġunti tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suqtas-sorveljanza tas-suq minn Stati Membri differenti, itejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u jippromwovi l-konverġenza u integrazzjoni aktar mill-qrib tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, b'mod partikolari billi jiżgura li r-rekwiżiti ġodda introdotti mir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) jiġu implimentati b'mod strett sabiex jiġi evitat il-bejgħ ta' prodotti mhux konformi liċ-ċittadini Ewropej.Il-programm jenħtieġ li għalhekk isaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni u jikkontribwixxi għal aktar omoġeneità bejn l-Istati Membri, li jibbenefikaw ugwalment mis-Suq Intern f'termini ta' prosperità ekonomika u tkabbir sostenibbli, filwaqt li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom b'mod imfassal apposta. [Em. 12]
(13) Is-sikurezza tal-prodotti hija tħassib komuni. Il-korpi li jivvalutaw il-konformità jivverifikaw jekk il-prodotti jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-sikurezza qabel jitqiegħdu fis-suq. Għaldaqstant huwa importanti ferm li l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jkunu affidabbli u kompetenti. L-Unjoni daħħlet sistema ta' akkreditament tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, li tivverifika l-kompetenza, l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) ġie implimentat b'ħafna modi differenti fil-livell nazzjonali. Dawn id-differenzi jikkonċernaw id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni interna fil-livell nazzjonali, il-livell ta' riżorsi finanzjarji allokati ddedikati għas-sorveljanza tas-suq u l-istrateġiji u l-approċċi tas-sorveljanza tas-suq, kif ukoll is-setgħat fir-rigward ta' prodotti mhux konformi u l-livell ta' penali għal ksur, li jirriżultaw fl-infurzar frammentat tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni. Din il-frammentazzjoni wasslet biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar rigoruża f'xi Stati Membri milli f'oħrajn, li potenzjalment iddgħajjef l-effett deterrenti tal-leġiżlazzjoni, fejn toħloq kundizzjonijiet mhux ekwi bejn in-negozji f'xi Stati Membri u tirriżulta fi żbilanċi fil-livell ta' sikurezza tal-prodotti fl-Unjoni. Issa l-isfida ewlenija hi li tinżamm is-sistema ta' akkreditament allinjata mal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u li jkun żgurat li tiġi applikata bl-istess mod strett fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-miżuri biex jiżgura li l-korpi li jivvalutaw il-konformità jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji, speċjalment bl-użu ta' valutazzjoni ta' parti terza bil-għan li jissaħħu l-proċeduri imparzjali u indipendenti u biex tissaħħaħ is-sistema ta' akkreditament Ewropea, b'mod partikolari f'oqsma ġodda tal-politika, billi tiġi appoġġata l-kooperazzjonil-uniformità tal-kontrolli u tal-penali, kif ukoll il-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditament msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. [Em. 13]
(14) L-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku jista' joħloq ċerti kwistjonijiet rigward il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti finali minn prodotti mhux konformi. Barra minn hekk, peress li s-swieq tal-konsumaturi ma għandhomx fruntieri bl-iżvilupp tal-kummerċ online u s-servizzi tal-ivvjaġġar, huwa importanti li jkun żgurat li l-konsumaturi residenti fl-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni adegwataekwivalenti meta jimportaw oġġetti u servizzi mingħand operaturi ekonomiċi bbażati f'pajjiżi terzi. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jippermetti li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni mal-korpi rilevanti li jinsabu f'pajjiżi terzi sħab kummerċjali ewlenin tal-Unjoni fejn meħtieġ fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar prodotti mhux konformi, dwar l-iżviluppi xjentifiċi reċenti u t-teknoloġiji ġodda, dwar ir-riskji emerġenti u dwar aspetti oħra relatati ma' attivitajiet tal-kontroll. [Em. 14]
(15) L-akkwist pubbliku jintuża mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw valur għall-flejjes pubbliċi minfuqa u biex jikkontribwixxu għal suq intern aktar innovattiv, sostenibbli, inklużiv u kompetittiv, inkluż, fejn dan ikun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni, billi jiġu applikati kriterji oħrajn għajr sempliċement l-aktar prezz baxx jew il-kosteffettività, filwaqt li jitqiesu, fost oħrajn, aspetti kwalitattivi, ambjentali, ta' kummerċ ġust u soċjali u billi tiġi faċilitata d-diviżjoni tal-offerti f'lottijiet għal infrastruttura kbira. Id-DirettivI 2014/23/UE(8), 2014/24/UE(9) u 2014/25/UE(10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdu l-qafas legali għall-integrazzjoni u l-funzjonament effettiv tas-swieq tal-akkwist pubbliku li jirrappreżentaw 14 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet pubbliċi, tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini, inkluż l-konsumaturi. Ir-regoli tal-akkwist pubbliku implimentati b'mod korrett huma għodda kruċjali biex jissaħħaħ is-suq uniku u biex tingħata spinta lit-tkabbir tal-kumpaniji tal-Unjoni u l-impjiegi tal-Unjoni. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jiżguraw adozzjoni usa’ tal-akkwist pubbliku strateġiku, il-professjonalizzazzjoni ta’ xerrejja pubbliċi, aċċess imtejjebsabiex jiġi ffaċilitat u mtejjeb l-aċċess għas-swieq tal-akkwist għall-SMEs, u l-intrapriżi mikro, b'mod partikolari permezz ta' servizzi ta' konsulenza u taħriġ, aktar trasparenza, integrità u data mtejba, it-titjib tat-trasformazzjoni diġitali tal-akkwist u l-promozzjoni ta’ akkwist konġunt, permezz tat-tisħiħ tal-approċċ ta’ sħubija mal-Istati Membri, it-titjib tal-ġbir tad-data u tal-analiżi tad-data, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ għodod tal-IT iddedikati, l-appoġġ għall-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajbin, ir-referenzjar tal-istandards Ewropej u internazzjonali, l-għoti ta’ gwida, it-tiftix ta’ ftehimiet kummerċjali ta’ benefiċċju, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali u t-tnedija ta’ proġetti pilota. [Em. 15]
(16) Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u biex jiġu ffaċilitati l-ħajjiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iridu jiġu stabbiliti servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja ċċentrati fuq l-utent, li jkunu dejjem iżjed diġitalment orjentati u aċċessibbli kompletament u l-isforzi tal-amministrazzjoni elettronika u tal-gvern elettroniku jridu jissaħħu aktar filwaqt li jiżguraw protezzjoni tad-data u tal-privatezza xierqa. Dan jimplika li l-amministrazzjonijiet pubbliċi se jkollhom jibdew jaħdmu b'modi ġodda u aktar innovattivi, sabiex iwaqqgħu s-sajlos bejn il-partijiet differenti tal-amministrazzjonijiet tagħhom, u jinvolvu ruħhom fil-ħolqien konġunt ta' dawn is-servizzi pubbliċi maċ-ċittadini u man-negozji. Barra minn hekk, iż-żieda kontinwa u kostanti tal-attivitajiet transfruntiera fis-suq intern tirrikjedi l-provvedimentd-disponibbiltà ta' informazzjoni aġġornata, preċiża u faċli biex tinftiehem dwar id-drittijiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iżda wkoll informazzjoni li tispjega l-formalitajiet amministrattivi, kif ukoll li is-simplifikazzjoni tagħhom. Isir ukoll essenzjali li jingħataw pariri legali u għajnuna biex jissolvew problemi li jinqalgħu bejn il-fruntieri. Minbarra dan, huwa meħtieġ li ssir konnessjoni sempliċi u effiċjenti bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, li tappoġġa l-awtoritajiet pubbliċi fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, kif ukoll li jiġi evalwat kif is-suq intern jaħdem fuq il-post. L-għodod ta' governanza tas-suq intern eżistenti diġà għandhom rwol importanti biex jagħmluha aktar faċli li jintlaħqu dawn l-objettivi. Għal dan il-għan, u sabiex jinżamm il-pass mal-iżviluppi tat-teknoloġija u tas-suq, kif ukoll mal-isfidi regolatorji u tal-infurzar il-ġodda, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-titjib tal-kwalità, il-viżibbiltà u t-trasparenza u tal-affidabbiltà tal-għodod ta' governanza tas-suq intern. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa, fost oħrajn, l-għodod eżistenti ta' governanza tas-suq intern, jiġifieri: il-Portal l-Ewropa Tiegħek li jenħtieġ li jkun is-sinsla tal-Portal Diġitali Uniku li ġej, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, is-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku biex titjieb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-kapaċità tan-negozji li jinnegozjaw bejn il-fruntieri. [Em. 16]
(17) Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp tal-qafas regolatorju tal-Unjoni fil-qasam tad-dritt soċjetarju u l-governanza korporattiva, kif ukoll il-liġi kuntrattwali, bl-għan li n-negozju jsirn-negozji, speċjalment l-SMEs, isiru aktar effiċjenti u kompetittivkompetittivi filwaqt li tingħata protezzjoni lill-partijiet ikkonċernati affettwati mill-operazzjonijiet tal-kumpaniji, u li jkun hemm reazzjoni għall-isfidi ta’ politiki emerġenti. Jenħtieġ ukoll li jiżgura evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar xierqa tal-acquis rilevanti, jinforma u jassisti lill-partijiet ikkonċernati u jippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa aktar l-inizjattivi tal-Kummissjoni favur qafas legali ċar u adattat għall-ekonomija tad-data u għall-innovazzjoni. Dawk l-inizjattivi huma neċessarji biex tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-liġi kuntrattwali u extra kuntrattwali, b’mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà u l-etika fil-kuntest tat-teknoloġiji emerġenti, bħal pereżempju l-internet tal-oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-istampar 3D. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jiġi stimulat l-iżvilupp tan-negozju mmexxi mid-data, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-privatezza, minħabba li dan se jkun deċiżiv għall-pożizzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni f’kompetizzjoni dinjija. [Em. 17]
(18) Jenħtieġ li l-Programm jippromwovi wkoll l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretti u sħaħ tal-qafas legali tal-Unjoni għall-finanzjament kontra l-ħasil tal-flus u kontra t-terroriżmu mill-Istati Membri u l-iżvilupp ta’ politiki futuri biex jiġu indirizzati sfidi ġodda fil-qasam. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-attivitajiet rilevanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ interess Ewropew, bħal pereżempju l-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni ta’ Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-Kunsill tal-Ewropa.
(19) L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, l-istabbiltà finanzjarja u l-unjoni tas-swieq tal-kapital inklużi l-finanzi sostenibbli, jiddependu ħafna mill-miżuri ta’ politika li tieħu l-Unjoni bbażati fuq l-evidenza. Biex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha rwol attiv fil-monitoraġġ kontinwu tas-swieq finanzjarji u tal-istabbiltà finanzjarja, fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mill-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta’ jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti hijiex idonea għall-iskop tagħha u fl-identifikazzjoni tal-oqsma potenzjali ta’ azzjoni fejn jitfaċċaw riskji ġodda, bl-involviment kontinwu tal-partijiet ikkonċernati matul iċ-ċiklu tal-politika. Attivitajiet bħal dawn jiddependu fuq il-produzzjoni ta’ analiżijiet, studji, materjal ta’ taħriġ, stħarriġ, valutazzjonijiet ta’ konformità, evalwazzjonijiet u statistika u huma appoġġati minn sistemi tal-IT u għodod ta’ komunikazzjoni.
(20) Peress li s-suq intern kif stipulat fl-Artikolu 3 tat-Trattat it-TFUE jinkludi sistema ta' regoli li tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx imxekkla fis-suq intern, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jappoġġa l-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, in-netwerksbilli jtejjeb u l-kooperazzjonijsaħħaħ il-kooperazzjoni man-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali u l-qrati kif ukoll jilħaq grupp usa' ta' partijiet ikkonċernati fil-komunikazzjoni u l-ispjegazzjoni tad-drittijiet, l-benefiċċji, inkluż billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali kif ukoll billi jikkomunika u jispjega d-drittijiet, il-benefiċċji u l-obbligi tal-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm jgħin b'mod partikolari lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-analiżi u l-valutazzjoni tagħha tal-iżviluppi tas-suq, anke permezz ta' użu estensiv tal-inkjesti settorjali u permezz ta' kondiviżjoni sistematika tar-riżultati u tal-aħjar prattiki fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.Jenħtieġ li dan jikkontribwixxi għal kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi, ukoll fil-livell internazzjonali, u jagħti lin-negozji, partikolarment lill-SMEs, u lill-konsumaturi l-mezzi li bihom jiksbu l-benefiċċji tas-Suq Uniku. [Em. 18]
(21) B'mod partikolari l-Programm irid jindirizza l-implikazzjonijiet radikali għall-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-suq intern li jirriżultaw mit-trasformazzjoni kontinwa tal-ekonomija u tal-ambjent tan-negozju, b'mod partikolari permezz tat-tkabbir esponenzjali u l-użu tad-data, waqt li jiġi kkunsidrat l-użu dejjem jikber tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-big data u l-algoritmi u ta' għodod oħrajn u l-għarfien espert tal-IT mill-kumpaniji u l-konsulenti tagħhom. Huwa wkoll essenzjali li l-Programm jappoġġa n-netwerks u l-kooperazzjoni l-involviment usa' u aktar profond mal-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri, minħabba li l-kompetizzjoni mhux imxekkla u l-funzjonament tas-suq intern jiddependu ferm mill-azzjoni ta' dawn l-entitajiet. Fid-dawl tar-rwol partikolari tal-politika dwar il-kompetizzjoni fil-prevenzjoni tal-ħsara lis-suq intern li tirriżulta mill-imġiba antikompetittiva lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, kif xieraq. Finalment, it-twessigħ tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni huwa meħtieġ sabiex jippermetti li aktar ċittadini u negozji jiksbu l-benefiċċji sħaħ ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li jintwerew il-benefiċċji tanġibbli tal-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni liċ-ċittadini Ewropej permezz tal-involviment ma' gruppi tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati milquta b'mod dirett. Minħabba li għadd ta' inizjattivi fil-Programm huma ġodda u li l-parti tal-kompetizzjoni tal-Programm hija partikolarment affettwata mill-iżviluppi dinamiċi u rapidi fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, l-aktar f'dak li jirrigwarda l-iżviluppi diġitali, l-Intelliġenza Artifiċjali, l-algoritmi, il-big data, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġija forensika, li l-pass u d-daqs tagħhom huma diffiċli li jiġu stmati, huwa antiċipat li se tkun meħtieġa flessibbiltà biex jiġu ffaċċjati l-ħtiġijiet li qed jevolvu taħt din il-parti tal-Programm. [Em. 19]
(22) Huwa importanti ferm li tissaħħaħ il-kompetittività tal-impriżiu s-sostenibbiltà tal-intrapriżi Ewropej waqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi effettivi u suq intern miftuħ u kompetittiv. L-SMEs huma l-mutur tal-ekonomija Ewropea li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-Ewropa, jipprovdu żewġ terzi tal-impjiegi u jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda ta' kwalità fis-setturi kollha b'dimensjoni reġjonali u lokali, u għalhekk b'koeżjoni soċjali. L-SMEs huma strumentali biex tiġi segwita t-tranżizzjoni tal-enerġija u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-Ftehim ta' Pariġi. Il-Programm jenħtieġ għalhekk li jtejjeb il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw prodotti u servizzi ta' kwalità għolja u favur l-ambjent u li jappoġġa l-isforzi tagħhom biex iżidu l-effiċjenza fir-riżorsi, f'konformità mal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel". B'hekk, il-Programm jikkontribwixxi wkoll biex itejjeb il-kompetittività tal-SMEs tal-Unjoni fis-suq globali.[Em. 20]
(23) L-SMEs jikkondividu sfidi komuni li ma jaffettwawx ditti akbar bl-istess mod biex jiksbu finanzjament, biex isibu forza tax-xogħol bl-aqwa ħiliet, biex itaffu l-piż amministrattiv, biex jadottaw il-kreattività u l-innovazzjoni, biex jaċċessaw is-swieq u biex irawmu attivitajiet ta' internazzjonalizzazzjoni. Jenħtieġ li l-Programm jindirizza t-tali fallimentinuqqasijiet tas-suq b'mod proporzjonat, filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn. B'mod partikolari, il-programm jenħtieġ li joħloq kundizzjonijiet xierqa biex tiġi introdotta l-innovazzjoni teknoloġika u organizzattiva fil-proċessi ta' produzzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni lil forom speċifiċi ta' SMEs bħal mikrointrapriżi, intrapriżi involuti f'attivitajiet artiġjanali, dawk li jaħdmu għal rashom, professjonijiet liberali u intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni lil intraprendituri potenzjali, ġodda, żgħażagħ u nisa, kif ukoll lil gruppi fil-mira speċifiċi oħra, bħall-anzjani, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħall-persuni b'diżabbiltà. [Em. 21]
(23a) Il-programm jenħtieġ li jappoġġa u jippromwovi kultura tal-innovazzjoni, filwaqt li jiżviluppa ekosistema li tkun kapaċi tiffavorixxi l-ħolqien u t-tkabbir tal-intrapriżi, b'mod partikolari l-intrapriżi mikro u l-SMEs innovattivi li jkunu kapaċi jappoġġaw l-isfidi ta' ambjent dejjem aktar kompetittiv u mgħaġġel. Il-bidla kbira fil-proċessi tal-innovazzjoni teħtieġ l-iżvilupp ta' mudell ta' innovazzjoni miftuħ biż-żieda tar-riċerka kollaborattiva u tal-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-proprjetà intellettwali bejn organizzazzjonijiet differenti. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa l-proċess tal-innovazzjoni li jinkorpora mudelli kummerċjali kollaborattivi ġodda ċċentrati fuq l-iżvilupp tan-netwerks u fuq l-integrazzjoni tal-għarfien u tar-riżorsi fi ħdan il-komunitajiet interorganizzattivi. [Em. 22]
(23b) Il-Programm jenħtieġ li jindirizza dawn in-nuqqasijiet tas-suq b'mod proporzjonat, filwaqt li jagħti attenzjoni speċjali lill-azzjonijiet li huma ta' benefiċċju dirett għall-SMEs u għan-netwerks tal-intrapriżi, u filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn. [Em. 23]
(24) Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex jiksbu l-aċċess għall-finanzi minħabba li jkollhom nuqqas ta' informazzjoni, jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u, ma jkollhomx biżżejjed kollateral jew sempliċement minħabba li jkollhom ftit għarfien dwar mekkaniżmi eżistenti li jappoġġaw l-attivitajiet tagħhom fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew lokali. Sfidi addizzjonali ta' finanzjament jirriżultaw mid-daqs iżgħar tal-intrapriżi mikro u mill-ħtieġa tal-SMEs li jibqgħu kompetittivi billi jinvolvu ruħhom eż. fl-attivitajiet ta' diġitalizzazzjoni, internazzjonalizzazzjoni u innovazzjoni u jtejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom. L-aċċess limitat għall-finanzjament għandu effett negattiv fuq il-ħolqien, it-tkabbir u r-rati ta' sopravivenza tan-negozji, kif ukoll fuq ir-rieda ta' intraprendituri ġodda li jidħlu responsabbli għal kumpaniji vijabbli fil-kuntest ta' suċċessjoni ta' negozju. [Em. 24]
(25) Sabiex jingħelbu dawn il-fallimentiin-nuqasijiet tas-suq u biex tiġijiġi żgurat li l-SMEs ikomplu jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-pedament tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, u bħala xprunatur għal ekonomija sostenibbli, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jeħtieġu aktar appoġġ permezz ta’ strumenti ta’ dejn u ta’ ekwità li jridu jiġu stabbiliti taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU stabbilit fir-Regolament [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). Il-faċilità tal-garanzija għal self stabbilita fir-Regolamentskont il-programm COSME stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) uriet li għandha valur miżjud u hija mistennija li tagħti kontribut pożittiv għal mill-inqas 500 000 SME; se jiġi stabbilit suċċessur taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU. Jenħtieġ li tingħata aktar attenzjoni lil komunikazzjoni aħjar u lill-kampanji pubbliċi sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni għal benefiċjarji potenzjali dwar id-disponibbiltà tal-Programm għall-SMEs. Biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni li jappoġġaw l-SMEs, l-azzjonijiet li huma kompletament jew parzjalment iffinanzjati minn dan il-Programm, inklużi l-intermedjarji, jenħtieġ li jinkorporaw l-emblema Ewropea (il-bandiera) assoċjata ma' sentenza li tirrikonoxxi l-appoġġ riċevut minn dan il-Programm. [Em. 25]
(26) L-objettivi ta’ politika ta’ dan il-Programm se jiġu indirizzati wkoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU. It-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU jenħtieġ li jkollha punt ġenerali ċentrali li jipprovdi informazzjoni dwar il-Programm f'kull Stat Membru, sabiex jiżdiedu l-aċċessibbiltà u s-sensibilizzazzjoni dwar il-fondi għall-SMEs. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern, u jenħtieġ li b'mod ċar joffri addizzjonalità u jtejjeb is-sinerġiji mal-programmi Ewropej l-oħra. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. [Em. 26]
(26a) L-azzjonijiet appoġġati mill-Fond InvestEU permezz tal-industrija tal-UE jew l-industrija tal-Istati Membri jenħtieġ li ma jidduplikawx il-finanzjamenti privati jew jissostitwixxuhom, u lanqas ma għandhom ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern iżda, b'referenza għall-iskemi ta' garanzija pubbliċi u privati lokali li diġà huma stabbiliti, għandhom jiffavorixxu l-integrazzjoni ma' dawn is-sistemi bil-għan prinċipali li jsaħħu u jżidu l-benefiċċji reali għar-riċevituri finali, li huma l-SMEs fir-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(13), bil-għan li jkun hemm addizzjonalità reali tal-interventi. [Em. 27]
(26b) Minbarra l-aċċess għall-finanzjament, l-aċċess għall-ħiliet huwa kruċjali wkoll, fosthom il-ħiliet maniġerjali u l-għarfien huma fatturi kritiċi għall-SMEs biex jaċċessaw fondi eżistenti, jinnovaw, jikkompetu u jikbru. Għalhekk, it-twassil ta' strumenti finanzjarji kif previst taħt il-Fond InvestEU jenħtieġ li jkun akkumpanjat mill-iżvilupp ta' skemi xierqa ta' mentoraġġ u ta' kkowċjar u bl-għoti ta' servizzi kummerċjali bbażati fuq l-għarfien. [Em. 28]
(27) Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ effettiv għall-SMEs tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, jipprovdi assistenza li tvarja mit-tħejjija tal-proġetti għall-kummerċjalizzazzjoni u l-aċċess għas-suq, u jħeġġeġ il-ħolqien ta' netwerks tal-intrapriżi. Jenħtieġ li jibni fuq l-għarfien u l-kompetenza esperta uniċi żviluppati fir-rigward tal-SMEs u s-setturi industrijaliekonomiċi u intraprenditorjali u fuq esperjenza twila ta' ħidma ma' partijiet ikkonċernati Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jibni fuq l-esperjenza ta' suċċess tan-Netwerk Enterprise Europe bħala punt uniku ta' servizz biex tittejjeb il-kompetittività tal-SMEs u jiġi żviluppat in-negozju tagħhom fis-Suq Uniku u lil hinn minnu. In-Netwerk qed jippjana li jkompli jagħti servizzi f'isem programmi oħra tal-Unjoni bħall-programm Orizzont 2020, permezz tar-riżorsi finanzjarji ta' dawn il-programmi. Dan għandu jappoġġa wkoll parteċipazzjoni msaħħa tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs fl-iżvilupp tal-inizjattivi ta' Politika tas-Suq Uniku, bħall-akkwist pubbliku, il-proċessi ta' standardizzazzjoni u l-iskemi ta' proprjetà intellettwali. In-Netwerk jenħtieġ li jżid ukoll l-għadd ta' azzjonijiet, filwaqt li jipprovdi pariri aktar immirati lejn l-SMEs, fl-abbozzar tal-proġetti u l-appoġġ għan-netwerking u t-tranżizzjoni teknoloġika u organizzattiva. In-Netwerk jenħtieġ li jtejjeb ukoll il-kooperazzjoni u l-kollegament ma' Ċentri ta' Konsulenza oħra stabbiliti fil-programm Diġitali u l-Fond InvestEU fir-rigward tal-aċċess għall-finanzi. L-azzjonijiet għall-SMEs fin-Netwerk jenħtieġ li jkollhom l-għan ukoll li jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja madwar l-Ewropa, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari għal oqsma ta' attivitajiet u partijiet ġeografiċi tal-Unjoni fejn in-Netwerks u l-partijiet ikkonċernati intermedjarji ma jiksbux ir-riżultati mistennija. L-iskema ta' mentoraġġ ta' suċċess għall-intraprendituri ġodda - Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ - jenħtieġ li tibqa' l-għodda biex tgħin lill-intraprendituri ġodda jew aspiranti jiksbu esperjenza ta' negozju u maniġerjali billi tlaqqagħhom ma' intraprenditur tal-esperjenza minn pajjiż ieħor u b'hekk tippermettilhom isaħħu t-talenti intraprenditorjali tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jagħmel ħiltu biex jikber u jestendi l-kopertura ġeografika tiegħu u b'hekk joffri firxa usa' ta' possibilitajiet ta' tqabbil lill-intraprendituri f'komplementarjetà ma inizjattivi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti. Sabiex jiżdied il-valur miżjud mill-promozzjoni ta' inizjattivi tal-intraprenditorija, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-intraprendituri tal-intrapriżi mikro u għal dawk li jkunu bbenefikaw l-anqas mill-programm eżistenti, u fejn il-kultura tal-intraprenditorija għadha f'livell bażiku ħafna u tiffaċċja aktar ostakli. Jenħtieġ li jsir kull sforz biex tinkiseb distribuzzjoni tal-fondi ġeografikament u raġonevolment ibbilanċjata. [Em. 29]
(27a) Jenħtieġ li jsir aktar sforz biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex tiżdied l-aċċessibbiltà tal-programmi sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż li jiffaċċjaw l-SMEs u l-intrapriżi mikro minħabba l-proċess ta' applikazzjoni kkumplikat u r-rekwiżiti ta' parteċipazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu wkoll li jistabbilixxu punt uniku ta' informazzjoni għall-intrapriżi interessati li jużaw fondi tal-Unjoni, li jiffunzjona bħala punt uniku ta' servizz. Il-proċedura ta' evalwazzjoni jenħtieġ li tkun sempliċi u rapida kemm jista' jkun sabiex ikun jista' jsir użu f'waqtu tal-benefiċċji li joffri l-Programm. [Em. 30]
(28) Ir-raggruppamenti huma għodda strateġika għall-appoġġ tal-kompetittività u t-tkabbir tal-SMEs minħabba li joffru ambjenti tan-negozju favorevoli, iżidu l-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli tal-industrija u tas-servizzi u jsaħħu l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni bil-ħolqien ta' impjiegi. L-Inizjattivi ta’ Raggruppamenti Konġunti jenħtieġ li jiksbu massa kritika biex jitħaffef it-tkabbir tal-SMEs. Permezz tal-konnessjoni ta’ ekosistemi speċjalizzati, ir-raggruppamenti joħolqu opportunitajiet tan-negozju ġodda għall-SMEs u jintegrawhom aħjar fil-ktajjen ta’ valur strateġiċi Ewropej u dinjija. Jenħtieġ li jiġi provdut appoġġ għall-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ sħubija transnazzjonali u għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet konġunti, appoġġati mill-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti. Jenħtieġ li titħeġġeġ is-sħubija sostenibbli b’finanzjament kontinwu jekk jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni u parteċipazzjoni. L-appoġġ dirett għall-SMEs jenħtieġ li jgħaddi mill-organizzazzjonijiet tar-raggruppamenti għal dan li ġej: l-adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati, mudelli ta’ negozju ġodda, soluzzjonijiet b’użu baxx ta’ karbonju u użu effiċjenti tar-riżorsi, il-kreattività u t-tfassil, l-aġġornament tal-ħiliet, l-attrazzjoni tat-talent, l-aċċellerazzjoni tal-intraprenditorija u l-internazzjonalizzazzjoni. Atturi ta’ appoġġ għall-SMEs speċjalizzati oħra jenħtieġ li jiġu assoċjati biex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni industrijali u l-implimentazzjonijiet ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tkabbirgħal żvilupp ekonomiku sostenibbli u jibni rabtiet maċ-ċentri ta’ innovazzjoni (diġitali) tal-Unjoni u mal-investimenti taħt il-Politika ta’ Koeżjoni u Orizzont Ewropa. Jistgħu wkoll jiġu esplorati s-sinerġiji mal-programm Erasmus. [Em. 31]
(28a) Il-Programm jista' jikkontribwixxi biex iżid u/jew itejjeb ir-relazzjoni bejn intrapriżi mikro, żgħar u medji ma' Universitajiet, ċentri ta' riċerka u istituzzjonijiet oħra relatati mal-ħolqien u t-tixrid tal-għarfien. Din il-konnessjoni tista' tgħin biex ittejjeb il-kapaċitajiet tal-intrapriżi li jindirizzaw l-isfidi strateġiċi li joħloq l-ambjent internazzjonali l-ġdid. [Em. 32]
(28b) L-SMEs, minħabba d-daqs iżgħar tagħhom, iħabbtu wiċċhom ma' ostakli speċifiċi għat-tkabbir u għandhom diffikultajiet kbar biex ikabbru u jiżviluppaw xi wħud mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-Unjoni ilha tipprovdi appoġġ biex jiżdiedu l-attivitajiet li jiffukaw fuq l-innovazzjoni fir-riċerka, prinċipalment permezz tal-Istrument għall-SMEs u l-proġett pilota reċenti tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni fi ħdan il-programm Orizzont 2020. Abbażi tal-metodi ta' ħidma u l-esperjenzi tal-Istrument għall-SMEs, il-Programm tas-Suq Uniku jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ għal attivitajiet ta' espansjoni mill-SMEs li jikkumplimentaw l-EIC il-ġdid bl-enfasi speċifika tiegħu fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja taħt Orizzont Ewropa. L-azzjonijiet ta' espansjoni għall-SMEs taħt dan il-programm għandhom jiffukaw, pereżempju, fuq l-għajnuna permezz tal-kummerċjalizzazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni u l-opportunitajiet immexxija mis-suq. [Em. 33]
(29) Il-kreattività u l-innovazzjoni, it-trasformazzjoni teknoloġika u organizattiva, is-sostenibbiltà msaħħa f'termini tal-proċessi tal-produzzjoni, b'mod partikolari l-effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija, huma kruċjali għall-kompetittività tal-ktajjen tal-valur industrijali tal-Unjoni. Dawn jirrappreżentaw katalizzaturi għall-modernizzazzjoni industrijalitas-setturi tan-negozji u tal-industrija u jikkontribwixxu għat-tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Madankollu, l-adozzjoni mill-SMEs għadha lura. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet immirati, in-netwerks u s-sħubiji għall-innovazzjoni mmexxija mill-kreattività tul il-katina tal-valur industrijali. [Em. 34]
(29a) Jirrikonoxxi li l-Istrument għall-SMEs taħt l-Orizzont 2020 kellu suċċess kbir għall-intraprendituri kemm fl-għotjiet tal-fażi 1 kif ukoll f'dawk tal-fażi 2 biex javvanzaw l-idea kummerċjali ġdida tagħhom u biex jittestjaw u jiżviluppaw prototip. Filwaqt li l-proċess tal-għażla huwa diġà rigoruż ħafna, xorta waħda għadd kbir ta' proġetti tajbin ħafna ma jistgħux jiġu ffinanzjati minħabba riżorsi finanzjarji limitati. L-implimentazzjoni fil-qafas tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) kienet qiegħda taħdem b'mod effiċjenti ħafna. Filwaqt li l-fokus ta' dak il-programm huwa fuq proġetti b'teknoloġija avvanzata, dan il-Programm jenħtieġ li jestendi l-metodoloġija għal kwalunkwe tip ta' SME li qed tespandi. [Em. 35]
(29b) L-azzjonijiet għall-SMEs jenħtieġ li jiffokaw ukoll fuq is-setturi kkaratterizzati minn potenzjal sinifikanti ta' tkabbir u soċjali u li jkollhom proporzjon għoli ta' SMEs. It-turiżmu huwa settur wieħed tal-Ekonomija tal-Unjoni li jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-PDG tal-Unjoni u primarjament jitmexxa mill-SMEs. L-Unjoni jenħtieġ li tkompli u żżid l-azzjonijiet li jappoġġaw l-ispeċifiċitajiet ta' dan is-settur. [Em. 36]
(30) L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti fis-suq intern. Huma ta' interess vitali għall-kompetittività tal-impriżi, u speċjalment tal-SMEs. Huma wkoll għodda kruċjali biex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni f'għadd ta' oqsma ewlenin bħall-enerġija bħat-tranżizzjoni tal-enerġija, it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-użu u r-riċiklaġġ sostenibbli tar-riżorsi, l-innovazzjoni, is-sikurezza tal-prodotti, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-popolazzjoni li qed tixjiħ, u b'hekk jikkontribwixxu għas-soċjetà kollha. Madankollu, l-esperjenza wriet li l-ħeffa u l-puntwalità tal-elaborazzjoni tal-istandards jeħtieġ li jittejbu u jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex jiġu involuti aħjar il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi dawk li jirrappreżentaw lill-konsumaturi. [Em. 37]
(31) L-attivitajiet Ewropej ta’ standardizzazzjoni huma rregolati mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) u implimentati permezz ta’ Sħubija-Pubblika-Privata fit-tul li hija fundamentali biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti f’dak ir-Regolament kif ukoll fil-politiki tal-Unjoni ta’ standardizzazzjoni ġenerali u settorjali.
(32) Qafas ta' rappurtar finanzjarju komuni li jaħdem sew huwa essenzjali għas-suq intern, għall-funzjonament effikaċi tas-swieq tal-kapital finanzjarji u għall-ħolqien ta' suq integrat għas-servizzi finanzjarji fil-kuntest tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq tal-KapitalKapitali. [Em. 38]
(33) F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-interpretazzjonijiet relatati mill-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS iridu jiġu inkorporati fid-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu applikati mill-kumpaniji b’titoli elenkati f’suq regolat fl-Unjoni, biss jekk l-IFRS jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dak ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżit li l-kontijiet jagħtu “stampa vera u ġusta” kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) u jekk iwasslu għall-ġid pubbliku Ewropew. Tali standards internazzjonali tal-kontabbiltà jridu jiġu żviluppati fi proċess trasparenti u demokratikament responsabbli. L-IFRS, għalhekk, għandhom rwol ewlieni fil-funzjonament tas-suq intern u għaldaqstant l-Unjoni għandha interess dirett li tiżgura li l-proċess li permezz tiegħu l-IFRS jiġu żviluppati u approvati jirriżulta fi standards li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti tal-qafas ġuridiku tas-suq intern. Għalhekk huwa importanti li jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ finanzjament xierqa għall-Fondazzjoni tal-IFRS.
(34) B’kont meħud tar-rwol tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) li jivvaluta jekk l-IFRS jikkonformawx mar-rekwiżit tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar il-kumpaniji, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, huwa meħtieġ ukoll li l-Unjoni tiżgura finanzjament stabbli għall-EFRAG u għalhekk tikkontribwixxi għall-finanzjament tiegħu. Ix-xogħol tekniku tal-EFRAG jenħtieġ li jkun iffukat fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-IFRS, kif ukoll dwar il-parteċipazzjoni xierqa fil-proċess ta’ żvilupp ta’ tali IFRS, u għandu jiżgura li l-interessi tal-Unjoni jitqiesu b’mod adegwat fil-proċess tal-iffissar ta’ standards internazzjonali. Dawk l-interessi jenħtieġ li jinkludu l-kunċett ta’ “prudenza” u ż-żamma tar-rekwiżit dwar “stampa vera u ġusta” kif stabbilit fid-Direttiva 2013/34/UE, u tal-ġid pubbliku Ewropew kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, filwaqt li jitqies l-impatt tal-IFRS fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll Laboratorju ta’ Rappurtar Korporattiv Ewropew bħala parti mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), li jippromwovi l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-aqwa prattiki fir-rappurtar korporattiv, bħall-kontabbiltà ambjentali. F’dan il-forum, il-kumpaniji u l-investituri jistgħu jikkondividu l-aħjar prattiki b’mod partikolari fil-qasam tar-rappurtar mhux finanzjarju u dwar is-sostenibbiltà.
(35) Fil-qasam tal-awditjar statutorju, il-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) inħoloq fl-2005 mill-Grupp ta’ Monitoraġġ, organizzazzjoni internazzjonali responsabbli mill-monitoraġġ tar-riforma tal-governanza tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC). L-irwol tal-PIOB huwa li jissorvelja l-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs) u attivitajiet oħra ta’ interess pubbliku tal-IFAC. Huwa possibbli li l-ISAs jiġu adottati għall-applikazzjoni tagħhom fl-Unjoni dment li, b’mod partikolari, ikunu ġew żviluppati bi proċess, sorveljanza pubblika u trasparenza dovuti, kif meħtieġ mill-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17). Fid-dawl tal-introduzzjoni tal-ISAs fl-Unjoni u r-rwol ewlieni tal-PIOB biex jiġi żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/43/KE, huwa importanti li jiġu żgurati arranġamenti xierqa ta’ finanzjament għall-PIOB.
(36) L-Unjoni tikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tqiegħdhom fil-qalba tas-suq intern billi tappoġġa u tikkumplimenta l-politiki tal-Istati Membri b’mod li tiżgura li meta jaġixxu bħala konsumaturi ċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu b’mod sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern u li, b’hekk, is-sikurezza u l-interessi legali u ekonomiċi tagħhom jiġu protetti sew permezz ta’ azzjonijiet konkreti. L-Unjoni trid tiżgura wkoll li l-liġijiet dwar il-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti jkunu infurzati kif xieraq u b’mod ugwali fuq il-post u li n-negozji jgawdu kundizzjonijiet ekwi b’kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tingħata s-setgħa lill-konsumaturi u jiġu mħeġġa u assistiti biex jagħmlu għażliet sostenibbli u infurmati, u b’hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal ekonomija ċirkolari, sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi. [Em. 39]
(37) Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jissensibilizza l-konsumaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet rigward il-liġijiet tal-Unjoni dwar il-konsumatur u s-sikurezza u li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni l-aktar billi jappoġġa lill-Bureau Européen des Unions de Consommateurs (BEUC - Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi) li huwa NGO li ilha stabbilita u rikonoxxuta għal żmien twil u li tħares l-interessi tal-konsumaturi b’rabta mal-politiki kollha tal-UE, u lill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Konsumaturi fl-Istandardizzazzjoni (ANEC) li tirrappreżenta l-interess tal-konsumaturi b’rabta ma’ kwistjonijiet ta’ standardizzazzjoni. Waqt li jsir dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet ġodda tas-suq rigward il-promozzjoni ta' konsum sostenibbli u b'mod partikolari ta' azzjonijiet li jindirizzaw il-kwistjoni tal-obsolexxenza ppjanata tal-prodotti u l-prevenzjoni ta' vulnerabbiltajiet kif ukoll sfidi maħluqa mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, il-prodotti konnessi, l-Internet tal-Oġġetti, l-Intelliġenza Artifiċjali u l-użu ta' algoritmi jew l-iżvilupp ta' tendenzi ta' konsum u mudelli ta' negozju ġodda, bħall-ekonomija kollaborattiva u l-intraprenditorija soċjali. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' informazzjoni rilevanti dwar is-swieq, inklużi azzjonijiet bil-għan li titjieb it-traċċabbiltà tal-prodott matul il-katina ta' provvista, l-istandards ta' kwalità madwar l-Unjoni, u l-indirizz ta' kwistjonijiet dwar il-kwalità doppja tal-prodotti, l-isfidi politiċi, kwistjonijiet u mġiba emerġenti, u l-pubblikazzjoni tat-tabelli ta' valutazzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni. [Em. 40]
(38) Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż dawk responsabbli għall-monitoraġġ tas-sikurezza tal-prodotti, li jikkooperaw b’mod partikolari permezz tas-sistema ta’ twissija rapida tal-Unjoni għall-prodotti perikolużi. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-infurzar tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, u n-netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżfil-pajjiżi terzi u fl-Unjoni. Il-programm jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jiżgura aċċess għall-konsumaturi u n-negozjanti kollha għal riżoluzzjoni ta’ tilwim barra l-qorti u għal riżoluzzjoni ta’ tilwim online ta’ kwalità u għal informazzjoni dwar il-possibilitajiet ta’il-proċess għall-parteċipazzjoni f'azzjonijiet li jfittxu rimedju, bl-inqas spiża. [Em. 41]
(39) Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll in-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi qed li jgħin lill-konsumaturi jiksbu l-benefiċċju tad-drittijiet tal-konsumatur tal-Unjoni meta jixtru oġġetti u servizzi bejn il-fruntieri fis-Suq Intern u fiż-ŻEE, kemm online kif ukoll meta jkunu qed jivvjaġġaw. In-netwerk li jikkonsisti fi 30 ċentru u li ilu ffinanzjat b’mod konġunt mill-programmi tal-Unjoni għall-konsumaturi għal aktar minn 10 snin wera l-valur miżjud tiegħu biex isaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fis-Suq Intern. Huwa jindirizza t-talbiet ta’ aktar minn 100 000 konsumatur fis-sena u jilħaq miljuni ta’ ċittadini permezz tal-attivitajiet ta’ informazzjoni tiegħu fuq il-ġurnali u online. Huwa wieħed mill-aktar netwerks ta’ assistenza liċ-ċittadini apprezzati tal-Unjoni u ħafna miċ-ċentri tiegħu jospitaw punti ta’ kuntatt għal-liġi dwar is-suq intern bħad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) u l-evalwazzjoni tiegħu tenfasizza l-importanza li jkompli jopera. In-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi jista' jkun ukoll sors importanti ta' informazzjoni dwar l-isfidi u l-problemi li l-konsumaturi jiffaċċjaw fil-livell lokali, li huma rilevanti għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jippermetti l-bini u t-tisħiħ ta' sinerġiji bejn ir-rappreżentazzjoni tal-konsumaturi fil-livell lokali u tal-Unjoni sabiex isaħħaħ ir-rappreżentanza tal-konsumaturi. In-netwerk għandu wkoll l-intenzjoni li jiżviluppa arranġamenti ta’ reċiproċità ma’ korpi simili f’pajjiżi terzi. [Em. 42]
(40) Il-kontroll tal-idoneità tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni li sar mill-Kummissjoni f’Mejju 2017 wera l-ħtieġa li r-regoli jiġu infurzati aħjar u li jiġi ffaċilitat ir-rimedju meta l-konsumaturi jġarrbu ħsara minħabba ksur tal-liġijiet dwar il-konsumatur. B’riżultat ta’ dan il-Kummissjoni adottat “Patt ġdid għall-Konsumaturi” f’April 2018 sabiex tiżgura, fost l-oħrajn, trattament ugwali għall-konsumaturi fis-suq intern b’rabta mal-istandardsmal-każijiet transfruntiera, bħall-bejgħ ta' prodotti mhux konformi fis-settur tal-vetturi bil-mutur, standards ta' kwalità doppja ta' prodotti jew il-problemi ta' passiġġieri li jitħallew l-art bħala riżultat tal-kanċellazzjoni ta' għadd kbir ta' titjiriet, kapaċitajiet ta’ infurzar aqwa tal-Istati Membri, sikurezza tal-prodotti mtejba, kooperazzjoni internazzjonali msaħħa u possibilitajiet ġodda ta’ rimedju l-aktar permezz ta’ azzjonijiet rappreżentattivi minn entitajiet kwalifikati. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa din l-inizjattiva permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-bini tal-għarfien, il-bini tal-kapaċità u l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, in-netwerking u l-iżvilupp tal-intelliġenza tas-suq, billi jsaħħaħ fost l-oħrajn il-bażi tal-evidenza dwar il-funzjonament tas-suq intern għall-konsumaturi, is-sistemi tal-IT u l-għodod ta’ komunikazzjoni. [Em. 43]
(41) Iċ-ċittadini huma partikolarment affettwati mill-funzjonament tas-swieq tas-servizzi finanzjarji.finanzjarji u għalhekk jenħtieġ li jiġu infurmati aktar dwar id-drittijiet, ir-riskji u l-benefiċċji rilevanti. Dawn huma komponent ewlieni tas-suq intern u jirrikjedu qafas solidu għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni li jiżgura mhux biss stabbiltà finanzjarja u ekonomija sostenibbli, iżda jipprovdi wkoll livell għoli ta' ħarsien lill-konsumaturi u lil utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-investituri individwali, dawk li jfaddlu, id-detenturi tal-poloz ta' assigurazzjoni, il-membri u l-benefiċjarji ta' fondi ta' pensjoni, l-azzjonisti individwali, il-mutwatarji u l-SMEs. Huwa importanti Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex titjieb il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fit-tfassil ta' politiki għas-settur finanzjarju, anke permezz tal-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni ċara, kompluta u faċli għall-utent dwar il-prodotti kummerċjalizzati fis-swieq finanzjarji. [Em. 44]
(42) Għaldaqstant il-Programm jenħtieġ li jkompli jappoġġa l-attivitajiet speċifiċi koperti mill-Programm tal-Bini tal-Kapaċità 2017-2020 filwaqt li isaħħaħjsaħħaħ l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20) li kompla l-programm pilota u l-azzjoni preparatorja tas-snin 2012-2017. Dan huwa meħtieġ biex jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika b’opinjonijiet mill-partijiet ikkonċernati apparti professjonisti tas-settur finanzjarju u jiżgura rappreżentanza aħjar tal-interessi tal-konsumaturi u ta’ utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji. Dan huwa mistenni li jwassal għal politiki aqwa għas-servizziIl-Programm għandu jiżviluppa b'mod kontinwu l-metodoloġija tiegħu u l-aħjar prattiki dwar kif iżid il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u l-utenti aħħarin tas-servizzi finanzjarji sabiex jidentifika kwistjonijiet rilevanti għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u sabiex jiżgura l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Dan jenħtieġ li jtejjeb il-politiki dwar is-servizzi finanzjarji, l-aktar bis-saħħa ta’ fehim aqwa mill-pubbliku tal-kwistjonijiet involuti fir-regolamentazzjoni finanzjarja u ta’ litteriżmu finanzjarju msaħħaħ. Ir-riżorsi pubbliċi ta' dan il-Programm jenħtieġ li jiffukaw fuq dak li huwa essenzjali għall-utenti aħħarin u jevitaw kull forma ta' appoġġ finanzjarju dirett jew indirett għall-attivitajiet kummerċjali proposti minn operaturi finanzjarji privati. [Em. 45]
(43) Bħala parti minn proġett pilota, bejn l-2012 u l-2013, u ta’ azzjoni preparatorja, bejn l-2014 u l-2016, il-Kummissjoni tat għotjiet lil żewġ organizzazzjonijiet wara sejħa annwali miftuħa għal proposti. Iż-żewġ organizzazzjonijiet huma Finance Watch, stabbilita b’għotjiet tal-Unjoni fl-2011 bħala assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ skont il-liġi Belġjana, u Better Finance, li hija l-prodott ta’ riorganizzazzjonijiet u rebranding suċċessivi ta’ federazzjonijiet u azzjonisti Ewropej preeżistenti sa mill-2009. Il-Programm tal-Bini tal-Kapaċità stabbilit taħt ir-Regolament (UE) 2017/826, jidentifika dawn l-istess żewġ organizzazzjonijiet bħala l-uniċi benefiċjarji. Għalhekk huwa meħtieġ li jitkompla l-kofinanzjament ta’ dawn l-organizzazzjonijiet bħala parti mill-Programm. Madankollu, dan il-finanzjament jenħtieġ li jkun soġġett għal rieżami. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitfakkar li fl-eventwalità li l-Programm tal-Bini tal-Kapaċità u l-fondi korrispondenti jiġu estiżi lil hinn mill-2020 u jitfaċċaw benefiċjarji potenzjali oħrajn, is-sejħa għall-applikanti jenħtieġ li tkun miftuħa għal kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tissodisfa l-kriterji, u li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Programm, f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/826. [Em. 46]
(44) Huwa meħtieġ livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa permezz tal-katina tal-provvista tal-ikel u l-għalf biex jiġu protetti kemm il-konsumaturi kif ukoll biex is-suq intern ikun jista' jopera b'mod effiċjenti u mingħajr intoppi. Katina tal-provvista agrikola u tal-ikel sikura u sostenibbli hija prerekwiżit għas-soċjetà u għas-suq intern. Kif intwera minn inċidenti reċenti bħal każ tal-bajd ikkontaminat bil-fipronil fl-2017 u l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel fl-2013, il-kriżijiet tas-saħħa transfruntiera, bħall-influwenza avjarja jew id-deni Afrikan tal-ħnieżer, u l-biża' dwar l-ikel ifixklu l-funzjonament tas-suq intern billi jillimitaw il-moviment tal-persuni u tal-oġġetti u jfixklu l-produzzjoni. Il-prevenzjoni ta' kriżijiet tas-saħħa transfruntiera u ta' allarmi dwar l-ikel hija ta' importanza kbira. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet konkreti, bħat-twaqqif ta' miżuri ta' emerġenza fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżijiet u avvenimenti imprevedibbli li jaffettwaw is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, il-ħolqien ta' mekkaniżmu għal aċċess dirett għar-riżerva ta' għajnuna f'emerġenza sabiex dawn is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza jiġu indirizzati b'mod aktar rapidu, effettiv u effiċjenti. [Em. 47]
(45) L-objettiv ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-katina alimentari huwa li jikkontribwixxi għaljiggarantixxi livell għoli ta’ saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, li jappoġġa t-titjib tal-benessri tal-annimali, li jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ protezzjoni u informazzjoni għall-konsumaturi u livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, inkluża l-preservazzjoni tal-bijodiversità, filwaqt li jtejjeb is-sostenibbiltà tal-produzzjonijiet Ewropej tal-ikel u l-għalf, jaqta' l-ħela tal-ikel, iżid l-istandards tal-kwalità tal-prodotti fl-Unjoni kollha, itejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-ikel u tal-għalf u jiffavorixxi l-ħolqien tal-impjiegi. [Em. 48]
(46) Minħabba n-natura speċifika tal-azzjonijiet li jirrigwardaw livell għoli ta’ saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, iridu jiġu stipulati kriterji ta’ eliġibbiltà speċjali rigward il-provvista ta’ għotjiet u l-użu tal-akkwist pubbliku f’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, b’deroga mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21) (ir-“Regolament Finanzjarju”), bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ nonretroattività, l-ispejjeż għall-miżuri ta’ emerġenza, minħabba n-natura urġenti u mhux prevedibbli tagħhom, jenħtieġ li jkunu eliġibbli u jinkludu wkoll l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat ta’ okkorrenza suspettata ta’ marda jew organiżmu ta’ ħsara bil-kundizzjoni li sussegwentement din l-okkorrenza tiġi kkonfermata u nnotifikata lill-Kummissjoni. L-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli jenħtieġ li jsiru mill-Kummissjoni, wara l-firma tal-impenji legali u wara l-valutazzjoni tat-talbiet għall-ħlas ippreżentati mill-Istati Membri. L-ispejjeż jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll għall-miżuri ta’ protezzjoni meħuda fil-każ ta’ theddida diretta għall-istatus tas-saħħa fl-Unjoni b’riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz, Stat Membru jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ta’ ċertu mard tal-annimali u ċerti żoonożi kif ukoll fir-rigward ta’ miżuri ta’ protezzjoni, jew attivitajiet rilevanti oħra, meħuda b’appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni. [Em. 49]
(47) Fid-dawl tal-fatt li l-katina alimentari qed issir dejjem aktar globalizzata, il-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-Istati Membri huma għodda essenzjali biex jiġi vverifikat u ssorveljat li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni qed jiġu implimentati, imħarsa u infurzati L-effettività, b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti impurtati minn pajjiżi terzi. L-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll uffiċjali huma vitali sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, kif ukoll il-fiduċja tal-konsumaturi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li jkun disponibbli appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tali miżuri ta' kontroll. B’mod partikolari, jenħtieġ li tkun disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja għal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni sabiex tgħinhom isostnu l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma approvati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, billi l-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali tiddependi wkoll mid-disponibbiltà għall-awtoritajiet ta’ kontroll ta’ persunal imħarreġ tajjeb li jkollu konoxxenza adegwata tad-dritt tal-Unjoni, l-Unjoni jenħtieġ li tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-taħriġ tagħhom kif ukoll għall-programmi ta’ skambju rilevanti organizzati mill-awtoritajiet kompetenti. [Em. 50]
(48) Statistika Ewropea ta’ kwalità għolja żviluppata, prodotta u disseminata taħt il-Programm Statistiku Ewropew hija essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza. L-istatistika Ewropea jenħtieġ li tkun disponibbli fil-waqt u jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni kif rifless fit-TFUE, b’mod partikolari governanza ekonomika msaħħa u integrata, il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, l-iżvilupp sostenibbli, il-politika agrikola, id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa u l-globalizzazzjoni.
(49) L-istatistika Ewropea hija indispensabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u għall-kejl tal-prestazzjoni u tal-impatt tal-inizjattivi tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu żgurati l-provvediment u l-iżvilupp kontinwi tal-istatistika Ewropea, li jieħdu approċċ mifrux mal-Unjoni kollha u li jmorru lil hinn minn perspettiva tas-suq intern, sabiex ikopru l-attivitajiet u l-oqsma politiċi kollha tal-Unjoni, inkluż l-għoti tas-setgħa lin-negozji u liċ-ċittadini sabiex jieħdu deċiżjonijiet infurmati.
(50) Minħabba l-karattru orizzontali tiegħu, il-Programm Statistiku Ewropew huwa soġġett għal rekwiżiti speċifiċi u b’mod partikolari dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22), b’mod partikolari fir-rigward tar-rispett tal-prinċipji tal-istatistika, il-funzjonament tas-sistema Ewropea tal-Istatistika u l-governanza tagħha, inklużi r-rwol u l-kompiti assenjati lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u lill-Kummissjoni (EUROSTAT), it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-ipprogrammar tal-attivitajiet ta’ statistika.
(51) Il-Programm ġie sottomess għal eżami minn qabel lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u jenħtieġ li jiġi implimentat billi jiġi żgurat skrutinju parlamentari effettiv. [Em. 51]
(52) L-Unjoni u l-Istati Membri huma impenjati li jagħtu riżultati biex ikunu fuq quddiem fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Billi jikkontribwixxu biex l-Aġenda 2030 tirnexxi, l-Unjoni u l-Istati Membri se jrawmu Ewropa aktar b'saħħitha, aktar sostenibbli, inklużiva, sikura u prospera. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, inkluż billi jibbilanċja d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, billi għal dak il-għan isir impenn ċar u viżibbli fir-Regolament QFP, u jiġu integrati l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif mitlub mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu u t-30 ta' Mejju 2018 dwar il-QFP 2021-2027. [Em. 52]
(53) Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta’ mira ġenerali fejn 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġa l-objettivi relatati mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.
(54) Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm li jrid jikkostitwixxi l-ammont primarju ta’ referenza, fis-sens ta’ [referenza li trid tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(23)], għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
(55) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprevedi kooperazzjoni fl-oqsma soġġetti għall-Programm bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li qed jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea, min-naħa l-oħra. Jenħtieġ li jsir provvediment biex il-Programm jinfetaħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi oħra, inklużi l-pajjiżi tal-viċinat tal-Unjoni u pajjiżi li qed japplikaw għal sħubija fl-Unjoni jew li huma kandidati għaliha jew li qegħdin fil-proċess ta’ adeżjoni. Barra minn hekk fil-qasam tal-istatistika Ewropea l-Programm jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Isvizzera skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika(24).
(56) Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.
(57) Ir-Regolament Finanzjarju japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi regoli dwar għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku.
(58) L-azzjonijiet implimentati taħt il-programmi preċedenti u l-linji baġitarji wrew li huma adegwati u jenħtieġ li jinżammu. L-azzjonijiet il-ġodda introdotti taħt dan il-Programm għandhom l-għan li jsaħħu b'mod partikolari s-suq intern li qed jiffunzjona tajjeb. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkunu definiti biss f'termini ta' kategoriji globali u ġeneriċi sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jilħaq l-objettivi tiegħu. Jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fil-Programm listi ta'attivitajiet indikattivi li jikkonċernaw l-objettivi speċifiċi fil-qasam tal-kompetittività, il-protezzjoni tal-konsumatur, jew attivitajiet speċifiċi li ġejjin mir-rekwiżiti regolatorji, bħal fil-qasam tal-istandardizzazzjoni, is-sorveljanza tas-suq, ir-regolamentazzjoni tal-katina alimentari u l-Istatistika Ewropea. [Em. 53]
(59) Huwa wkoll neċessarju li jiġu definiti ċerti kategoriji ta’ entitajiet eliġibbli għall-finanzjament kif ukoll dawk l-entitajiet li jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-finanzjament mingħajr sejħa għal proposti.
(60) B'kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, inkluża l-ekonomija diġitali, il-Programm jenħtieġ li jkompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal uffiċjali ta' pajjiżi terzi, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f'ċerti attivitajiet. [Em. 54]
(61) Huwa meħtieġ li jiġu indikati kriterji speċjali rigward ir-regoli ta’ kofinanzjament u l-ispejjeż eliġibbli.
(62) B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Ottubru 2010 bl-isem “ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE”(25), u sabiex jiġu previsti l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament, ir-riżorsi jenħtieġ li jiġu kondiviżi ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom objettivi li huma komuni għal diversi strumenti ta’ finanzjament bl-esklużjoni, madankollu, tal-finanzjament doppju.
(63) Dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-appoġġ ġenerali li jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-integrazzjoni tagħhom fis-suq intern, kif ikkonfermat mill-ġdid reċentement fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”(26).
(64) Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji filwaqt li jevita x-xogħol doppju b’rabta mal-programmi u l-azzjonijiet tal-Unjoni relatati. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm jenħtieġ li jikkomplementaw lil dawk tal-Programmi Dwana u Fiscalis stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(27) u r-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28) li wkoll għandhom l-għan li jappoġġaw u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern. [Em. 55]
(65) Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u, komplementarjetajiet uaddizzjonalità fir-rigward tal-appoġġ għall-SMEs u għall-intraprenditorija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29). Barra minn hekk, it-tieqa għall-SMEs tal-InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30)seser jiggarantixxi appoġġ għad-dejn u għall-ekwità biex jissaħħu l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għall-SMEs u għall-intrapriżi mikro. Il-Programm jenħtieġ li jfittex ukoll sinerġiji mal-Programm Spazjali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31) fir-rigward tal-inkoraġġiment tal-SMEs biex jibbenefikaw minn innovazzjoni rivoluzzjonarja u soluzzjonijiet oħrajn żviluppati taħt dawk il-programmi. [Em. 56]
(66) Dan il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32) li għandu l-għan li jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni. B’mod partikolari dan jenħtieġ li jikkonċerna l-komplementarjetà mal-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni futur għall-kumpaniji innovattivi, kif ukoll l-appoġġ tas-servizzi għall-SMEs.
(67) Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(33) li għandhom l-għan li jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tas-settur pubbliku tal-Unjoni u taż-żieda fiċ-ċibersigurtà. [Em. 57]
(68) Barra minn hekk, il-Programm, jenħtieġ li jfittex sinerġiji mal-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34) li għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri ta’ żona Ewropea ta’ ġustizzja għall-effettività tas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja, li hija fattur ewlieni li tippermetti ekonomija Ewropea ġusta u kosteffettiva.
(69) Dan il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji mal-programm Erasmus stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(35) u l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(36) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus stabbilit bir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(37) fil-qasam tax-xogħol u l-mobbiltà taż-żgħażagħ li huwa essenzjali għas-suq intern li jiffunzjona tajjeb.
(70) Finalment, l-azzjonijiet dwar il-katina alimentari bħall-miżuri veterinarji u fitosanitarji fil-każ ta’ kriżijiet tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti jistgħu jiġu kkomplementati minn interventi bbażati fis-suq mill-ipprogrammar tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(38).
(71) Fejn rilevanti l-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li jintużaw biexjkollhom valur miżjud Ewropew ċar u jindirizzaw il-fallimentiin-nuqqasijiet tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat, mingħajr ma jsirssir duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat u jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. [Em. 58]
(72) Is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma li jimplimentaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(39).[Em. 59]
(73) It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li, b'mod partikolari, jitqiesu l-valur miżjud tal-Unjoni, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi l-konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 60]
(74) Biex ikun żgurat monitoraġġ u rappurtar regolari dwar il-progress miksub u dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm, jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-bidu nett qafas xieraq għall-monitoraġġ tal-azzjonijiet u tar-riżultati tal-Programm. Dawn il-monitoraġġ u r-rappurtar jenħtieġ li jkunu bbażati fuq indikaturi, li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet taħt il-Programm skont linji bażiċi definiti minn qabel. [Em. 61]
(75) Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(40), hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal rapport ta' evalwazzjoni interim dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-azzjonijiet appoġġati taħt il-Programm, dwar ir-riżultati u l-impatti, dwar l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u dwar il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu, kif ukoll rapport ta' evalwazzjoni finali dwar l-impatt aktar fit-tul, ir-riżultati u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet, u s-sinerġiji ma' Programmi oħra. [Em. 62]
(75a) Sabiex jiġu supplimentati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adozzjoni ta' programm(i) ta' ħidma. [Em. 63]
(76) Il-listaLista miftuħa ta’ mard tal-annimali u żoonożi li jikkwalifikaw għall-finanzjament taħt il-miżuri ta’ emerġenza u għall-finanzjament taħt il-programmi ta’ eradikazzjoni, kontroll u sorveljanza jenħtieġ li tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-mard tal-annimali msemmi fil-Kapitolu 2 tal-Parti I tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(41), ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(42) u r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(43). [Em. 64]
(77) Sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati bil-mardminn mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ tal-bhejjem, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżviluppi xjentifiċi jew epidemjoloġiċi ġodda, kif ukoll il-mard tal-annimal li aktarx jikkostitwixxu theddida ġdida għall-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE tingħata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-emenda tal-lista ta’ mard tal-annimali u żoonożi. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami jew biex jiġu komplementati l-indikaturi għall-kejl tal-kisba tal-objettivi speċifiċi fejn jitqies meħtieġ u biex jiġi supplimentat dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari,Jenħtieġ li l-partijiet ikkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jiġu kkonsultati wkoll. biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 65]
(78) Skont [referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-deċiżjoni l-ġdida dwar il-Pajjiżi u territorji extra-Ewropej: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE(44)], persuni u entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għall-finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.
(79) Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(45), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95(46) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(47) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (48), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(49). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(80) Għall-azzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament fil-qafas ta' dan il-Programm, bla preġudizzju għal derogi speċifiċi, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażiabbażital-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolamentu, b'mod partikolari, ir-Regolament Finanzjarju u b'mod partikolari jiddeterminaw li jistabbilixxi l-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedujipprevedi t-twettiq ta' verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUEtat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għaliex ir-rispett lejn l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament tal-Unjoni effettiv. [Em. 66]
(81) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill90 jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-kuntest ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill91 jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Kummissjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti irid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment tad-data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 u fir-Regolament XXX [ir-Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika] u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-Kummissjoni jrid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. [Em. 67]
(82) Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transfruntiera tal-kwistjonijiet involuti, iżda pjuttost jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-potenzjal akbar tal-azzjoni tagħha, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(83) Il-Programm jenħtieġ ukoll li jiżgura aktar viżibbiltà u koerenza tal-azzjonijietfl-azzjonijiet tas-suq intern tal-Unjoni, tal-kompetittivitàil-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi inkluż l-SMEs u tal-istatistika speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju – u l-istatistika Ewropea lejnquddiem iċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet. [Em. 68]
(84) Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013, ir-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(50), ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(51), ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (52), ir-Regolament (UE) 2017/826, jenħtieġ li jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
(85) Huwa xieraq li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bla xkiel u mingħajr interruzzjoni bejn il-programmi fl-oqsma tal-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi u tal-SMEs,speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil ta’ politiki fis-servizzi finanzjarji, il-katina alimentari u l-istatistika Ewropea, stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1287/2013, ir-Regolament (UE) Nru 254/2014, ir-Regolament (UE) 2017/826, ir-Regolament (UE) Nru 258/2014, ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 u dan il-Programm, b’mod partikolari rigward il-kontinwazzjoni tal-miżuri pluriennali u l-evalwazzjoni tas-suċċessi tal-programmi preċedenti,.[Em. 69]
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm għat-titjib tal-funzjonamenttas-Suq Uniku għat-tisħiħ tas-suq intern u l-kompetittivitàt-titjib tal-funzjonament tiegħu fl-oqsma tal-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, inklużspeċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, l-istandardizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq, il-katina tal-provvista tal-ikel u l-qafas għall-finanzjament tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea fit-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (il-“Programm”). [Em. 70]
Jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu mill-2021 sal-2027, il-forom ta’ finanzjament mill-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan il-faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta’ appoġġ li mhux rimborżabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli mingħand l-istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand l-istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;
(2) “Statistika Ewropea” tfisser statistika żviluppata, prodotta u disseminata fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri skont ir-Regolamentl-Artikolu 3 TUEu r-Regolament (KE) Nru 223/2009; [Em. 71]
(3) “entità legali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika f’konformità mal-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 (ir-“Regolament Finanzjarju”); [Em. 72]
(4) “intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-verżjoni tas-6 ta’ Mejju 2003;
(4a) "intrapriża tal-ekonomija soċjali" tfisser intrapriża li l-objettiv ewlieni tagħha jkun li jkollha impatt soċjali minflok ma tagħmel profitt għas-sidien jew għall-azzjonisti tagħha, topera billi tipprovdi oġġetti u servizzi għas-suq u tkun amministrata b'mod miftuħ u responsabbli bl-involviment tal-impjegati, il-konsumaturi u l-partijiet ikkonċernati; [Em. 73]
(4b) "intrapriża pubblika lokali" tfisser intrapriża lokali żgħira li tipprovdi servizzi pubbliċi, tissodisfa l-kriterji ta' SME u twettaq kompiti importanti għall-komunitajiet lokali;[Em. 74]
(4c) "netwerks ta' intrapriżi" tfisser grupp ta' intraprendituri li jingħaqdu flimkien sabiex iwettqu proġett kondiviż bl-involviment ta' żewġ SMEs jew aktar li jwettqu attività ekonomika waħda jew aktar b'mod konġunt sabiex iżidu l-kompetittività tagħhom fis-suq. [Em. 75]
(5) “pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni.
Artikolu 3
Objettivi tal-programm
1. Il-Programm għandu l-objettivi ġenerali li ġejjin:
(a) li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern, u b'mod speċjali li jipproteġi u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lin-negozji, b'mod partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), permezz tal-infurzar tad-dritttal-qafas legali,soċjali u ambjentali tal-Unjoni, l-iffaċilitar tal-aċċess; li jiffaċilita l-aċċess għas-suq u għall-finanzi, jippromwovi, l-iffissar ta' standards, u bil-promozzjoni tas-saħħau kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji, jiżgura protezzjoni tal-konsumatur uniformi uta' livell għoli, isaħħaħ is-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni, itejjeb ir-rikonoxximent reċiproku u jippromwovi s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u tal-benessril-benessri tal-annimali; kif ukoll li jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni; [Em. 76]
(b) li jipprovdijiżviluppa, jipproduċi u jiddissemina statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar l-Ewropa li tirfed it-tfassil, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-Unjoni, inklużi l-kummerċ u l-migrazzjoni, u jgħin liċ-ċittadini, lil dawk li jfasslu l-politika u lir-regolaturi, l-awtoritajiet superviżorji, in-negozji, l-akkademji, iċ-ċittadiniis-soċjetà ċivili u l-midja sabiex jieħdu deċiżjonijiet informati u jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess demokratiku. [Em. 77]
2. Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a) li jagħmel is-suq intern aktar effettiv billi:
(i) jiffaċilita l-prevenzjoni u t-tneħħija tal-ostakli u jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tas-suq intern għall-oġġetti u s-servizzi u l-akkwist pubbliku, is-sorveljanza tas-suq kif ukoll fl-oqsma tad-dritt soċjetarju u l-liġi kuntrattwali u extra-kuntrattwali, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-moviment liberu tal-kapital, is-servizzi finanzjarji u l-kompetizzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ għodod ta’ governanza;
(ii) jappoġġa s-sikurezza tal-prodotti u sorveljanza tas-suq effettiva fl-Unjoni kollha u jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-prodotti, bl-għan li jiżgura li fis-suq tal-Unjoni jitqiegħdu biss prodotti sikuri u konformi li joffru livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur – inklużi dawk li jinbiegħu online – kif ukoll omoġeneità u kapaċità akbar fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni.
(b) li jtejjebjsaħħaħ kemm il-kompetittività kif ukoll is-sostenibbiltà tal-intrapriżi b'enfasi speċjali fuq l-SMEs u li jikseb l-addizzjonalità permezz tal-provvediment ta' miżuri li jipprovdu(objettivi għall-SMEs), b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, billi:
(i) jipprovdi diversi forom diversi ta' appoġġ lill-SMEs, l-aċċessirawwem it-tkabbir, il-promozzjoni u l-ħolqien ta' SMEs, kif ukoll ta' netwerks ta' intrapriżi, l-iżvilupp ta' ħiliet maniġerjali u t-trawwim ta' miżuri ta' espansjoni li jippermettulhomaċċess aħjar għas-swieq u inkluż l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs,għall-proċessi ta' internazzjonalizzazzjoni, kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom;
(ii) irawwem ambjent tan-negozju u qafas favorevoli għall-SMEs, inaqqas il-piż amministrattiv, itejjeb il-kompetittività tas-setturi, il-modernizzazzjonijiżgura l-modernizzazzjoni tal-industrija inkluża t-trasformazzjoni diġitali tagħhom, li tikkontribwixxi għal ekonomija reżiljenti u effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi; u l-promozzjoni tal-intraprenditorija;
(iii) jippromwovi kultura intraprenditorjali u jikkontribwixxi għal taħriġ ta' kwalità għolja għall-persunal tal-SMEs;
(iv) jippromwovi opportunitajiet kummerċjali ġodda li permezz tagħhom l-SMEs jegħlbu l-bidliet strutturali bis-saħħa ta' miżuri mmirati, u forom innovattivi oħra ta' azzjonijiet bħal akkwiżizzjonijiet mill-ħaddiema li jiffaċilitaw il-ħolqien tax-xogħol u l-kontinwità tan-negozju fit-territorji affettwati minn dawn il-bidliet. [Em. 79]
(c) li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern permezz ta’ proċessi ta’ standardizzazzjoni li:
(i) jippermettu l-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropeatal-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej u l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha fl-iffissar ta’ standards Ewropej; [Em. 80]
(ii) jappoġġaw l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja ta' rappurtar finanzjarju u ta' awditjar, jiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom fid-dritt tal-Unjoni u/jew jippromwovi l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki fir-rappurtar korporattiv kemm għall-kumpaniji ż-żgħar kif ukoll għall-kumpaniji l-kbar; [Em. 81]
(d) li jippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u jiżgurawjiżgura livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumatur u sikurezza tal-prodotti billi: [Em. 82]
(i) jagħti s-setgħa, jassisti u jeduka lill-konsumaturi, lin-negozji u lis-soċjetà ċivili; jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, konsum sostenibbli u sikurezza tal-prodotti b'mod partikolari billipartikolarment għall-aktar konsumaturi vulnerabbli sabiex jissaħħu l-korrettezza, it-trasparenza u l-fiduċja fis-suq uniku; jappoġġa lill-awtoritajiet ta' infurzar kompetenti u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u, kif ukoll lill-azzjonijiet ta' kooperazzjoni;, billi jindirizza, fost l-oħrajn, kwistjonijiet imqajma minn teknoloġiji eżistenti u emerġenti, inklużi azzjonijiet li jkollhom l-għan li jtejbu t-traċċabbiltà tal-prodott tul il-katina tal-provvista,l-istandards ta' kwalità fl-Unjoni kollha, u jindirizza l-kwistjoni tal-kwalità dupliċi tal-prodotti; jissensibilizza lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni u jiżgura li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess għar-rimedjugħal mekkaniżmi ta' rimedju effiċjenti u; jipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-swieq u l-konsumaturi,kif ukoll jippromwovi konsum sostenibbli billi titjieb l-informazzjoni li tingħata lill-konsumaturi dwar il-karatteristiċi speċifiċi u l-impatt ambjentali tal-oġġetti u s-servizzi; [Em. 83]
(ii) isaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u ta' utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki; jippromwovi fehim aħjar tas-settur finanzjarju u tal-kategoriji differenti ta' prodotti finanzjarji kkummerċjalizzati u jiżgura l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; [Em. 84]
(e) li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' saħħa u sikurezza għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari tal-provvista tal-ikel u l-għalf u f'oqsma relatati, inkluż billi jiġu pprevenuti u meqruda l-mard u l-organiżmi ta' ħsara, u jappoġġa t-titjib tal-benessri tal-annimalil-pesti, inkluż permezz ta' miżuri ta' emerġenza f'każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi fuq skala kbira u avvenimenti imprevedibbli li jaffettwaw is-saħħa tal-pjanti jew tal-annimali, kif ukoll il-produzzjonijappoġġa titjib fil-benessri tal-annimali u jiżviluppal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel bi prezzijiet għall-but ta' kulħadd, minbarra li jistimula r-riċerka l-innovazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-partijiet ikkonċernati f'dawk l-oqsma;. [Em. 85]
(f) li jiżviluppa, jipproduċi, jiddissemina u jikkomunika statistika Ewropea ta’ kwalità għolja f’waqtha, imparzjalib'tempestività, imparzjalità u kosteffiċjenti dwar l-Ewropa kosteffiċjenza, permezz ta’ sħubiji mtejbasħubijiet imtejba fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u mal-partijiet rilevanti u esterni kollha, bl-użu ta’ diversi sorsi ta’ data, metodi avvanzati ta’ analiżi tad-data, sistemi intelliġenti u teknoloġiji diġitali, u jipprovdi diżaggregazzjoni fil-livell nazzjonali u, meta jkun possibbli, fil-livell reġjonali. [Em. 86]
Artikolu 4
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 4 088 580 0006 563 000 000 fi prezzijiet kurrenti. [Em. 87]
2. Fl-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammonti indikattivi li ġejjin għandhom jiġu allokati għall-objettivi li ġejjin:
3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, rigward b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni u għall-użu ta’ netwerks ta’ teknoloġija tal-informatika li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, u l-użu u l-iżvilupp ta’ għodod ta’ teknoloġija tal-informatika korporattivi. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà massima tal-Programm għall-finanzjament ta' azzjonijiet koperti mill-objettivi tal-Programm, l-ispejjeż totali tal-appoġġ amministrattiv u tekniku ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-valur tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1. [Em. 93]
4. Għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2)(e), l-impenji baġitarji li jestendu fuq aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.
5. B’deroga mill-Artikolu 111(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-impenn baġitarju għall-għotja mogħtija għall-miżuri ta’ emerġenza veterinarji u fitosanitarji taħt l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament wara li tivvaluta t-talbiet għall-ħlas sottomessi mill-Istati Membri.
5a. Għandu jiġi introdott mekkaniżmu speċifiku li jippermetti l-aċċess dirett tal-katina tal-ikel għar-riżerva tal-Kummissjoni għall-kriżijiet f'każ ta' emerġenzi fuq skala kbira, sabiex ikun żgurat il-finanzjament għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(e) [Em. 94]
6. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta’ dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 5
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:
(a) Il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;
(b) il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(c) il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(d) il-pajjiżi terzi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:
(i) jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;
(ii) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom;
(iii) ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;
(iv) jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.
Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (ii) għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 6
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta flimkien mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Jista’ jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji fi ħdan l-operazzjonijiet ta’ taħlit.
3. Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-[Artikolu X tar-] Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija](53).
KAPITOLU II
GĦOTJIET
Artikolu 7
Għotjiet
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 8
Azzjonijiet eliġibbli
1. L-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
2. B’mod partikolari l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 għandhom ikunu eliġibbli:
(a) il-ħolqien tal-kundizzjonijiet tajbin biex l-atturi kollha tas-suq intern, inklużi n-negozji, iċ-ċittadini u l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw is-setgħa permezz ta' kampanji trasparenti ta' skambju ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, partikolarment fir-rigward tar-regoli applikabbli tal-Unjoni u d-drittijiet tal-konsumaturi u n-negozji, l-iskambju tal-aħjar prattika, il-promozzjoni ta' prattiki tajbin u soluzzjonijiet innovattivi, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' kompetenza esperta u għarfien u l-organizzazzjoni ta' taħriġ għall-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali taċ-ċittadini u n-negozji; [Em. 95]
(b) il-provvista ta' mekkaniżmi għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-utenti aħħarin, għas-soċjetà ċivili, għat-trade unions u għar-rappreżentanti tan-negozju mill-Unjoni, b'mod partikolari dawk li jirrappreżentaw lill-SMEs, biex tingħata kontribuzzjoni lid-diskussjonijiet politiċi, lill-politiki u lill-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi jiġi appoġġat il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni; [Em. 96]
(c) il-bini ta’ kapaċità u l-iffaċilitar u l-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti bejn l-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi u, b'mod aktar partikolari, azzjonijiet konġunti li jkollhom l-għan li jsaħħu s-sikurezza tal-prodotti, l-infurzar tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti; [Em. 97]
(d) l-appoġġ għall-infurzar effettiv u l-immodernizzarmin-naħa tal-Istati Membriu għall-modernizzazzjoni tal-qafas legali tal-UE u l-adattament rapidu tiegħu għall-ambjentgħal ambjent li l-ħin kollu jinbidel, kif ukoll appoġġ biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imqajma mid-diġitalizzazzjoni, inkluż permezz tal-ġbir u l-analiżijiet ta’ data; studji, evalwazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta’ politika; l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u proġetti pilota; attivitajiet ta’ komunikazzjoni; l-iżvilupp ta’ għodod tal-IT dedikati li jiżguraw it-trasparenza, il-korrettezza u l-funzjonament effiċjenti tas-suq intern. [Em. 98]
2a. L-azzjonijiet li ġejjin, li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a)(ii), għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament:
(a) il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk tal-Unjoni dwar il-Konformità tal-Prodotti;
(b) l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' għodod tal-IT sabiex isir skambju ta' informazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli fil-fruntieri esterni;
(c) l-appoġġ għall-iżvilupp ta' ttestjar u azzjonijiet konġunti fil-qasam tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti, inkluż b'rabta ma' prodotti konnessi u prodotti li jinbiegħu online;
(d) il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattiki u proġetti konġunti bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u korpi rilevanti minn pajjiżi terzi;
(e) l-appoġġ għal strateġiji ta' sorveljanza tas-suq, ġbir ta' għarfien u intelligence, kapaċitajiet u faċilitajiet ta' ttestjar, evalwazzjonijiet bejn il-pari, programmi ta' taħriġ, assistenza teknika u bini ta' kapaċità għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
(f) il-valutazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u l-verifika tal-konformità tal-vetturi bil-mutur min-naħa tal-Kummissjoni. [Em. 99]
3. L-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:
(a) li jipprovdu forom diversi ta’ appoġġ għall-SMEs; [Em. 100]
(b) li jiffaċilitaw l-aċċess tal-mikrointrapriżi, tal-SMEs u ta' netwerks ta' intrapriżi għas-swieq, inklużi swieq barra l-Unjoni, jappoġġawhom fl-indirizzar ta' sfidi globali, ambjentali, ekonomiċi u soċjetali u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji, jiffaċilitaw l-appoġġ tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jsaħħu t-tmexxija intraprenditorjali u industrijali tal-Unjoni fil-ktajjen tal-valur globali, inkluż in-Netwerk Enterprise Europe; [Em. 101]
(c) li jindirizzaw l-ostakli tas-swieq, il-piżinaqqsu l-piż amministrattiv u jnaqqsu l-ostakli biex titwaqqaf intrapriża u jinbeda negozju u joħolqu ambjent tan-negozju favorevoli biex jagħtu s-setgħa jippermettu lill-SMEs jibbenefikaw mis-suq intern, inkluż aċċess għall-finanzi, u joffru gwida xierqa, skemi ta' mentoraġġ u coaching, kif ukoll servizzi għan-negozji msejsa fuq l-għarfien; [Em. 102]
(d) li jiffaċilitaw it-tkabbir tan-negozji l-iżvilupp u t-tkabbir ta' negozji sostenibbli, iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp ta' ħiliet id-dritt tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-enerġija, jaġġornaw il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom, u t-trasformazzjonijiffaċilitaw mudelli ta' negozjuġoddaukatini tal-valur effiċjenti fir-riżorsi li jrawmu trasformazzjoni industrijali, teknoloġika u organizzattiva sostenibbli fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi; [Em. 103]
(e) li jappoġġaw il-kompetittività jsaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi u ta' setturi sħaħ tal-ekonomija, u li jappoġġaw tal-adozzjoni mill-SMEs tal-innovazzjonil-adozzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika, organizzattiva u soċjali min-naħa tal-mikrointrapriżi u l-SMEs filwaqt li jtejbu r-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-kollaborazzjoni fil-katina tal-valur permezz tal-konnessjoni strateġika tal-ekosistemi u r-raggruppamenti, inkluż l-inizjattiva tar-raggruppamenti konġunti; [Em. 104]
(f) li jrawmu ambjent tan-negozju intraprenditorjali u kultura intraprenditorjali, inkluż iwessgħu l-iskema ta' mentoraġġ għall-intraprendituri ġodda u li jappoġġaw lin-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu, is-sostenibbiltà tan-negozju u n-negozji li jkunu jridu jespandu b'attenzjoni partikolari għal intraprendituri potenzjali ġodda (pereżempjuż-żgħażagħ, in-nisa), kif ukoll gruppi fil-mira speċifiċi oħra, bħal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli. [Em. 105]
3a. Fl-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b), il-Kummissjoni tista', minbarra l-azzjonijiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (f) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, tappoġġa l-azzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
(a) taċċelera, tappoġġa u tespandi s-servizzi ta' konsulenza permezz tan-Netwerk Enterprise Europe sabiex tipprovdi servizzi kummerċjali integrati permezz ta' servizz ta' appoġġ fl-għamla ta' one-stop-shop għall-SMEs tal-Unjoni li jkunu qed ifittxu li jesploraw opportunitajiet fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi, u twettaq monitoraġġ biex tara li dawn is-servizzi jkollhom livell komparabbli ta' kwalità fl-Istati Membri kollha;
(b) tappoġġa l-ħolqien ta' netwerks ta' intrapriżi;
(c) tappoġġa u tespandi l-programmi ta' mobbiltà għal intraprendituri ġodda ('Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ') sabiex ittejjeb il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet intraprenditorjali tagħhom u ttejjeb il-kapaċità teknoloġika u l-maniġment intraprenditorjali tagħhom;
(d) tappoġġa l-espansjoni tal-SMEs permezz ta' proġetti ta' estensjoni kummerċjali sinifikanti bbażati fuq opportunitajiet immexxija mis-suq (strument għall-espansjoni tal-SMEs);
(e) tappoġġa attivitajiet speċifiċi għas-settur f'oqsma kkaratterizzati minn proporzjon għoli ta' intrapriżi mikro u SMEs u kontribut kbir għall-PDG tal-Unjoni, bħas-settur tat-turiżmu. [Em. 106]
3b. L-azzjonijiet imwettqa permezz tan-Netwerk Enterprise Europe msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3a ta' dan l-Artikolu jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:
(a) il-faċilitazzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-identifikazzjoni ta' sħab kummerċjali fis-suq intern, il-kooperazzjoni kummerċjali transfruntiera fir-R&Ż, is-sħubijiet ta' trasferiment tat-teknoloġija, l-għarfien u l-innovazzjoni;
(b) l-għoti ta' informazzjoni, gwida u pariri personalizzati dwar id-dritt tal-Unjoni, l-opportunitajiet ta' fondi u finanzjament mill-Unjoni kif ukoll dwar l-inizjattivi tal-Unjoni li jħallu impatt fuq in-negozju, inklużi t-tassazzjoni, id-drittijiet tal-proprjetà, l-obbligi relatati mal-ambjent u mal-enerġija, ix-xogħol u aspetti tas-sigurtà soċjali;
(c) il-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-SMEs għal għarfien espert dwar l-ambjent, il-klima, l-effiċjenza fl-enerġija u l-kompetenza;
(d) it-tisħiħ tan-netwerk ma' netwerks oħra ta' informazzjoni u konsulenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-EURES, iċ-Ċentri ta' Innovazzjoni tal-Unjoni u ċ-Ċentru ta' Konsulenza InvestEU.
Is-servizzi mogħtija min-Netwerk f'isem programmi oħra tal-Unjoni għandhom ikunu ffinanzjati minn dawk il-programmi.
Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-azzjonijiet fin-Netwerk biex ittejjeb partijiet jew elementi tiegħu li ma jkunux konformi mal-istandard minimu sabiex jingħata appoġġ omoġenu lill-intrapriżi mikro u lill-SMEs fl-Unjoni kollha.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu indikaturi u standards minimi bl-għan li jitkejjel l-impatt tan-Netwerk fir-rigward tal-objettivi speċifiċi u l-effikaċja tal-azzjonijiet għall-SMEs.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 biex tistabbilixxi forom addizzjonali ta' appoġġ għall-SMEs mhux previsti f'dan il-paragrafu.[Em. 107]
4. L-azzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
5. L-azzjonijiet li jipprovdu appoġġ għall-attivitajiet bl-għan li jiżviluppaw, japplikaw, jivvalutaw u jimmonitorjaw l-istandards internazzjonali fl-oqsma tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar u li jissorveljaw il-proċessi tagħhom għall-iffissar ta’ standards u li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
5a. L-azzjonijiet li ġejjin, li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(d)(i), għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament:
(a) titjib fis-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumaturi permezz ta' edukazzjoni tul il-ħajja dwar id-drittijiet tal-konsumatur, u l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi biex jiffaċċjaw kwistjonijiet ġodda mqajma mill-iżvilupp teknoloġiku u d-diġitalizzazzjoni, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi ta' konsumaturi vulnerabbli;
(b) aċċess garantit u faċli għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, soluzzjoni ta' tilwim online u informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju għall-konsumaturi u n-negozjanti kollha;
(c) appoġġ għal infurzar aktar b'saħħtu tal-liġijiet tal-konsumatur, b'attenzjoni partikolari għal każijiet transfruntiera jew li jinvolvu partijiet terzi, koordinazzjoni u kooperazzjoni effikaċi bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u kooperazzjoni fl-infurzar ma' pajjiżi terzi;
(d) it-trawwim ta' konsum sostenibbli billi jiżdied l-għarfien tal-konsumaturi dwar id-durabbiltà u l-impatt ambjentali tal-prodotti, il-karatteristiċi tal-ekodisinn, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur f'dan ir-rigward u l-possibbiltà ta' rimedju f'każ ta' prodotti li ssirilhom ħsara malajr; [Em. 108]
6. L-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness I li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:
7. L-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness II li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:
Artikolu 9
Entitajiet eliġibbli
1. Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.
2. Minbarra l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 7, l-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli taħt il-Programm:
(a) l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::
(i) Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;
(ii) pajjiż terz assoċjat mal-Programm skont l-Artikolu 5;
(b) kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;
(c) l-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm eċċezzjonalment huma eliġibbli li jipparteċipaw, sakemm l-azzjoni ssegwi l-objettivi tal-Unjoni u l-attivitajiet barra l-Unjoni jikkontribwixxu għall-effettività tal-interventi mwettqa fit-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati.
3. L-entitajietIl-Kummissjoni tista' tippermetti lill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet li ġejjin: [Em. 109]
(a) l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b);
(b) l-azzjonijiet li jappoġġaw il-protezzjoni tal-konsumatur li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i).
L-entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjonijiet imsemmija fil-punti a) u b) ma għandhomx ikunu intitolati li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni, speċjalment meta jkun hemm riskju ta' trasferiment ta' teknoloġija innovattiva ,ħlief meta jkun essenzjali għall-Programm, b’mod partikolari f’termini ta’ kompetittività u aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni jew f’termini ta’ protezzjoni tal-konsumaturi residenti fl-Unjoni. Dik l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għall-entitajiet li għandhom skop ta’ qligħ. [Em. 110]
4. Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu eliġibbli l-entitajiet speċifikati fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
5. Għall-azzjonijiet li jappoġġaw il-protezzjoni tal-konsumatur li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i) u relatati man-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, għandhom ikunu eliġibbli l-korpi li ġejjin:
(a) korp maħtur minn Stat Membru jew pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 5 li huwa mingħajr skop ta’ qligħ magħżul permezz ta’ proċedura trasparenti.
(b) korp pubbliku.
6. Pajjiżi terzi, assoċjati jew mhux assoċjati mal-Programm għandhom ikunu eliġibbli għall-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e):
(a) miżuri ta’ protezzjoni meħuda fil-każ ta’ theddida diretta għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni b’riżultat tal-okkorrenza jew tal-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz jew ta’ Stat Membru, ta’ waħda mill-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III jew organiżmi ta’ ħsara elenkati fil-programm ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 16;
(b) miżuri ta’ protezzjoni, jew attivitajiet oħra rilevanti, meħuda biex jappoġġaw l-istatus tas-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness III fejn ikun meħtieġ sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati b’dak il-mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżvilupp xjentifiku jew epidemjoloġiku ġdid, kif ukoll il-mard tal-annimal li aktarx jikkostitwixxi theddida ġdida għall-Unjoni.
Ħlief fil-każ tal-mard tal-annimali u l-organiżmi ta’ ħsara li jkollhom impatt sostanzjali fuq l-Unjoni, fil-prinċipju, il-pajjiżi mhux assoċjati jenħtieġ li jiffinanzjaw il-parteċipazzjoni tagħhom huma stess fl-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).
7. Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli dawn l-entitajiet ġuridiċi li ġejjin:
(a) l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;
(b) għall-azzjonijiet li jappoġġaw lin-netwerks kollaborattivi, korpi oħrajn li joperaw fil-qasam tal-istatistika li mhumiex l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu;
(c) entitajiet li ma jkunux jagħmlu profitt, li jkunu independenti mill-industrija u mill-interessi kummerċjali jew tan-negozju jew interessi kunfliġġenti oħra, u li jkollhom bħala objettivi u attivitajiet prinċipali tagħhom, il-promozzjoni u l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Prattika tal-Istatistika Ewropea msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u l-implimentazzjoni ta’ metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea li jimmiraw lejn żieda fl-effiċjenza u titjib fil-kwalità, fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 10
Benefiċjarji deżinjati
Dawn l-entitajiet li ġejjin jistgħu jingħataw għotja taħt il-Programm mingħajr sejħa għal proposti:
(a) għall-azzjonijiet fil-qasam tas-sorveljanza tas-suq li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u fl-Artikolu 11 tal-[Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha](54); [Em. 111]
(b) għall-azzjonijiet fil-qasam tal-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)3(2)(a)(i) ta' dan ir-Regolament, il-korp rikonoxxut taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex iwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; [Em. 112]
(c) għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
(d) għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii), il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), il-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju u l-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB);
(e) għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i) b’rabta mar-rappreżentazzjoni tal-interess tal-konsumaturi fil-livell tal-Unjoni, il-Bureau Européen des Unions de Consommateurs (BEUC - l-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi) u l-European Association for the Coordination of Consumer Representation in Standardisation (ANEC - l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Konsumaturi fl-Istandardizzazzjoni) sakemm ma jkollhomx interessi kunfliġġenti u jirrappreżentaw permezz tal-membri tagħhom l-interessi tal-konsumaturi tal-Unjoni f’mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri.
(f) għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(ii), Finance Watch u Better Finance taħt dawn il-kundizzjonijiet, li għandhom jiġu vvalutati kull sena:
(i) l-entitajiet jibqgħu entitajiet mhux governattivi u mingħajr skop ta’ qligħ, indipendenti mill-industrija, mill-kummerċ jew min-negozju;
(ii) ma jkollhomx interessi kunfliġġenti u jirrappreżentaw permezz tal-membri tagħhom l-interessi tal-konsumaturi tal-Unjoni u ta’ utenti aħħarin oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji;
(g) għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament:
(i) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-entitajiet affiljati tagħhom, l-Laboratorji ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentri ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikoli 92, 95 u 97 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(55) u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;
(ii) fil-każ biss tal-azzjonijiet deskritti fl-Artikolu 9(6)(a) u (b) ta’ dan ir-Regolament, il-pajjiżi terzi, assoċjati jew mhux assoċjati mal-Programm;
(h) għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Fir-rigward tal-punt (e) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 biex tadatta l-lista ta' entitajiet li jistgħu jingħataw għotja fil-qafas tal-Programm, għal azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i). [Em. 113]
Artikolu 11
Evalwazzjoni u kriterji tal-għotji
Il-kumitat(i) ta’ evalwazzjoni għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2) jista’/jistgħu jkun(u) magħmul(in) kollu/kollha jew parzjalment minn esperti esterni. Il-ħidma tal-kumitat(i) ta' evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tat-trasparenza, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni. [Em. 114]
Artikolu 12
Ir-regoli tal-kofinanzjament
1. Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament b’referenza għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm u b’referenza għall-faċilitajiet ta’ ttestjar tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 20 tal-[Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha], il-Programm jista’ jiffinanzja sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli ta’ azzjoni, sakemm il-prinċipju ta’ kofinanzjament kif definit fir-Regolament Finanzjarju ma jinkisirx. [Em. 115]
2. Għall-għotjiet mogħtija lill-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii), jekk il-finanzjament mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) f’sena partikolari jammonta għal aktar minn żewġ terzi tal-finanzjament totali annwali, il-kontribuzzjoni annwali għal dik is-sena għandha tkun limitata għal ammont massimu speċifikat fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16.
3. Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament, il-Programm jista’ jiffinanzja sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, bil-kundizzjoni li l-prinċipju ta’ kofinanzjament kif definit fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju ma jinkisirx.
4. Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, il-Programm jista’ jiffinanzja sa 95 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjonijiet li jappoġġaw in-netwerks kollaborattivi kif imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Artikolu 13
Spejjeż eliġibbli
Minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju, il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-ispejjeż li ġejjin għandhom japplikaw għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament:
(a) kif imsemmi fl-Artikolu 193(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju l-ispejjeż għandhom ikunu eliġibbli qabel id-data tat-tnedija tal-azzjoni;
(b) dawn l-ispejjeż jistgħu jkunu eliġibbli wkoll bħala riżultat tal-miżuri meħuda b’rabta mas-suspett ta’ okkorrenza ta’ marda jew il-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara, bil-kundizzjoni li dik l-okkorrenza jew preżenza tkun sussegwentement ikkonfermata.
L-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu għandhom ikunu eliġibbli mid-data tan-notifika tal-okkorrenza tal-marda jew il-preżenza tal-organiżmu ta’ ħsara lill-Kummissjoni.
Artikolu 14
Finanzjament kumulattiv, komplementari u kkombinat
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. Ir-regoli ta’ kull programm tal-Unjoni li jagħmel il-kontribuzzjoni għandhom japplikaw lill-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi pro-rata skont id-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
2. L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni tas-Siġill ta’ Eċċellenza, jew li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi:
(a) ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt il-Programm;
(b) jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;
(c) ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji
jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], jew ir-Regolament (UE) XX [li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali] b'mod partikolari l-objettiv dwar il-Ħiliet Diġitali Avvanzati, bil-kundizzjoni li t-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-objettivi tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jkun qed jipprovdi l-appoġġ. [Em. 116]
3. Operazzjoni tista’ tirċievi appoġġ minn programm tal-Unjoni wieħed jew aktar. Fit-tali każijiet, in-nefqa ddikjarata f’talba għall-ħlas ma għandhiex tiġi ddikjarata f’talba għall-ħlas għal programm ieħor.
4. L-ammont tan-nefqa li għandu jiddaħħal f’talba għall-ħlas jista’ jiġi kkalkulat għal kull programm kkonċernat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokument li jistipula l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
KAPITOLU III
OPERAZZJONIJIET TA’ TAĦLIT
Artikolu 15
Operazzjonijiet ta’ taħlit
L-operazzjonijiet ta’ taħlit deċiżi taħt dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b’konformità mar-[regolament dwar l-InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
KAPITOLU IV
IPPROGRAMMAR, MONITORAĠĠ, IMPLIMENTAZZJONI U KONTROLL
Artikolu 16
Implimentazzjoni tal- Programm
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programm(i)Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bl-għan li tadotta l-programm(i) ta' ħidma msemmi(ja) fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom ikunu annwali jew pluriennali u għandhom, b'mod partikolari, jistabbilixxu l-objettivi li għandhom jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Għandhom ukoll jistabbilixxu fid-dettall deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u kalendarju indikattiv għall-implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit. [Em. 117]
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-programmiatti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 u tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta programmi ta' ħidma li jimplimentawskont l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) kif stipulat fl-Anness I, permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). [Em. 118]
3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu implimentati l-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikoli 14 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Artikolu 17
Monitoraġġ u rappurtar
1. L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm lejn il-kisbafil-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) huma stabbiliti fl-Anness IV. [Em. 119]
2. Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 biex tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fl-Anness IV fejn jitqies neċessarju u biex tissuplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.
3. Is-sistema ta’ rappurtar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u, fejn rilevanti fuq l-Istati Membri.
Artikolu 18
Evalwazzjoni
1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2. L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwarMhux aktar tard minn ... [erba' snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-Programm], il-Kummissjoniiżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjonigħandhatfassal rapport ta' evalwazzjoni interim tal-Programm dwar il-kisba tal-objettivi tal-azzjonijiet appoġġati minnu,ir-riżultati u l-impatti,l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud li jġib għall-Unjoni. [Em. 120]
3. Fir-rigward tal-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii), il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar l-attività tal-Fondazzjoni tal-tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju fir-rigward tal-iżvilupp tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, tal-PIOB u tal-EFRAG. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika għall-parti tal-evalwazzjonijiet li jirrigwardaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, qabel ma dawn jiġu adottati u ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Mhux aktar tard minn erba'[tliet snin fi wara t-tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, ], il-Kummissjoni għandha titwettaqtfassal rapport ta' evalwazzjoni finali dwar l-impatt fit-tul tal-Programm mill-Kummissjoni, dwar ir-riżultati u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet u dwar is-sinerġiji bejn il-programmi ta' ħidma differenti. [Em. 121]
6. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet,tippreżenta r-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 5, akkumpanjati mill-osservazzjonijietmill-konklużjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u tqegħidhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.Jekk ikun xieraq, ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti li jimmodifikaw il-Programm. [Em. 122]
Artikolu 19
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa għall-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, drittijiet bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar l-investigazzjonijiet imwettqa mill-(OLAF).
2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolufl-Artikoli8(3b), 9, 10, 16 u 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028. [Em. 123]
3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħaId-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 8(3b), 9, 10, 16 u 17 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħinmument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revokali tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħatta' setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effettGħandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjonil-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fihafih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun diġà fis-seħħ. [Em. 124]
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti deżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 8(3b), 9, 10, 16 u 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalihma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bihmin-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsilll-Kunsill ikunu għarrfut-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sesejrin joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 125]
Artikolu 21
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(56). Dak il-kumitat għandu jkunminn kumitat skont it-tifsirafis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(57). [Em. 126]
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Meta l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi tterminata mingħajr riżultat meta, fil-perjodu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi ta’ membri tal-kumitat jitolbu hekk.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 22
Informazzjoni, komunikazzjoni u reklamar
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltàit-trasparenza u l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku. [Em. 127]
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-azzjonijietta' natura sempliċi, sabiex tinsensibilizza lill-konsumaturi, iċ-ċittadini, in-negozji – speċjalment l-SMEs–ul-amministrazzjonijiet pubbliċi dwar ir-riżorsi pprovduti permezz tal-istrumenti finanzjarji ta' dan ir-Regolament, kif ukoll dwar l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi imsemmijamsemmija fl-Artikolu 3. [Em. 128]
3. Il-Kummissjoni (l-EUROSTAT) għandha timplimenta attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f), l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu meta dawn jirrigwardaw il-ġbir ta' data u l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, b’konformità mal-prinċipji dwar l-istatistika kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. [Em. 129]
Artikolu 23
Tħassir
Ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 24
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
2. Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont il-programmi preċedenti tiegħu stabbiliti permezz tal-atti elenkati fil-paragrafu 1.
3. Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(3), sabiex jippermettu l-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
Azzjonijiet eliġibbli li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e)
L-azzjonijiet li ġejjin – l-aktar implimentati permezz ta’ għotjiet u akkwist – li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:
1. Miżuri ta’ emerġenza veterinarji u fitosanitarji
1.1. Miżuri ta’ emerġenza veterinarji u fitosanitarji li għandhom jittieħdu bħala riżultat tal-konferma tal-okkorrenza ta’ waħda mill-mard tal-annimali jew żoonożi elenkati fl-Anness III jew tal-konferma tal-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara wieħed jew aktar jew ta’ jekk ikun hemm theddida diretta għall-istatus tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti tal-Unjoni.
Il-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu implimentati immedjatament u l-applikazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-dritt tal-Unjoni rilevanti.
1.2. Fir-rigward tal-emerġenzi fitosanitarji, il-miżuri li ġejjin meħuda mill-Istati Membri kontra l-ewwel tifqigħa ta’ organiżmi ta’ ħsara f’żona partikolari:
(a) miżuri li jipprevjenu, irażżnu u/jew jeqirdu organiżmu ta’ ħsarapest ta’ kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(58) jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament; [Em. 130]
(b) miżuri li jipprevjenu, irażżnu u/jew jeqirdu organiżmu ta’ ħsarapest, mhux elenkat bħala organiżmu ta’ ħsarapest ta’ kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u li jista’ jikkwalifika bħala organiżmu ta’ ħsarapest ta’ kwarantina fl-Unjoni skont il-kriterji msemmija f’dak l-Artikolu jew fl-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament; [Em. 131]
(c) miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta' organiżmu ta' ħsara pest, kontra liema jkunu ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri ta' qerda msemmija fil-punt (a) ta' dan il-punt u l-miżuri ta' trażżin imsemmija fil-puntfil-punti (a) u (b) ta' dan il-punt, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontraminn aktar tixrid ta' dak l-organiżmu ta' ħsarail-pest, bir-restrizzjoni tal-moviment liberu tat-trasportaturi fl-Istati Membri tal-madwar, jekk ikun hemm bżonn. [Em. 132]
(ca) miżuri biex jinqered pest li jitfaċċa f'salt, anki jekk ma jkunx ikkunsidrat pest ta' kwarantina tal-Unjoni iżda r-riżultat ta' avvenimenti klimatiċi estremi jew tibdil fil-klima fi Stat Membru. [Em. 133]
1.3. Jista’ jiġi provdut ukoll finanzjament mill-Unjoni għall-miżuri li ġejjin:
1.3.1. Il-miżuri ta’ protezzjoni meħuda f’każ ta’ theddida diretta għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni b’riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz, Stat Membru jew PTEE, ta’ waħda mill-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III kif ukoll il-miżuri ta’ protezzjoni, jew attivitajiet rilevanti oħrajn, meħuda b’appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti tal-Unjoni;
1.3.2. Il-miżuri msemmija f’dan l-Anness imwettqa minn żewġ Stati Membri jew aktar li jikkollaboraw mill-qrib biex jikkontrollaw l-epidemija;
1.3.3. L-istabbiliment ta’ ħażniet ta’ prodotti bijoloġiċi maħsuba għall-kontroll tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III, fejn il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru, tqis li l-istabbiliment ta’ ħażniet bħal dawn huma meħtieġa f’dak l-Istat Membru;
1.3.4. L-istabbiliment ta’ ħażniet ta’ prodotti bijoloġiċi jew l-akkwist ta’ dożi ta’ vaċċin jekk l-okkorrenza jew l-iżvilupp f’pajjiż terz jew fi Stat Membru ta’ waħda mill-mard tal-annimali u taż-żoonożi elenkati fl-Anness III tista’ tikkostitwixxi theddida għall-Unjoni.
1.3.4a. Jekk ikun hemm suspett ta' tifqigħa ta' marda tal-annimali u/jew jitfaċċaw organiżmi li jagħmlu l-ħsara, dan ikun jirrikjedi verifiki u monitoraġġ ferm aktar intensivi fl-UE kollha, kemm fit-territorju u kemm fil-fruntieri esterni tagħha; [Em. 134]
1.3.4b. Miżuri għall-monitoraġġ tad-dehra ta' mard u pesti magħrufa u mhux magħrufa fil-preżent. [Em. 135]
2. Programmi veterinarji u fitosanitarji annwali u pluriennali
2.1. Programmi veterinarji u fitosanitarji annwali u pluriennali għall-qerdagħall-prevenzjoni, il-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III u tal-organiżmi ta’ ħsaratal-pesti tal-pjanti jridu jiġu implimentati f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-dritt tal-Unjoni rilevanti. [Em. 136]
Il-kundizzjonijiet biex l-azzjonijiet jikkwalifikaw għall-finanzjament għandhom jiġu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16.
Il-programmi għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel il-perjodu tal-implimentazzjoni ppjanat.
Wara l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji intermedji mill-benefiċjarji, il-Kummissjoni tista’, jekk meħtieġ, temenda l-ftehimiet tal-għotjiet fir-rigward tal-perjodu kollu tal-eliġibbiltà.
Dawn il-programmi għandhom jirriflettu r-realtajiet ġodda kkawżati mit-tibdil fil-klima u d-diversità tagħhom fil-livell Ewropew; dawn għandhom jgħinu wkoll biex tiġi evitata l-erożjoni tal-bijodiversità Ewropea. [Em. 137]
2.2. Jekk l-okkorrenza jew l-iżvilupp ta’ waħda mill-mard tal-annimali jew iż-żoonożi elenkati fl-Anness III x’aktarx li jkunu ta’ theddida għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni u sabiex l-Unjoni titħares mill-introduzzjoni ta’ waħda minn dawn il-mard jew iż-żoonożi jew jekk ikunu meħtieġa miżuri ta’ protezzjoni b’appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-programmi nazzjonali tagħhom miżuri li jridu jiġu implimentati fit-territorji ta’ pajjiżi terzi b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi. Fl-istess ċirkostanzi u għall-istess objettiv, il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jingħata direttament lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi.
2.3. Fir-rigward tal-programmi fitosanitarji, il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jingħata lill-Istati Membri għall-miżuri li ġejjin:
(a) stħarriġ, tul perjodi speċifiċi ta’ żmien, li mill-inqas jeżamina l-preżenza ta’ kwalunkwe organiżmu ta’ ħsara ta’ kwarantina fl-Unjoni, u s-sinjali jew is-sintomi ta’ kwalunkwe organiżmu ta’ ħsara soġġett għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew il-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament;
(b) stħarriġ, tul perjodu speċifiku ta’ żmien, li mill-inqas jeżamina l-preżenza ta’ kwalunkwe organiżmu ta’ ħsara, għajr l-organiżmi ta’ ħsara msemmija fil-punt (a), li jista’ jirrappreżenta riskju emerġenti għall-Unjoni, u li d-dħul jew it-tixrid ta’ dawk l-organiżmi ta’ ħsara jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-agrikoltura jew il-foresti tal-Unjoni;
(c) miżuri li jipprevjenu, irażżnu jew jeqirdu organiżmu ta’ ħsara pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament; [Em. 138]
(d) miżuri li jipprevjenu, irażżnu jew jeqirdu organiżmu ta’ ħsarapest, mhux elenkat bħala organiżmu ta’ ħsarapest ta’ kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u li jista’ jikkwalifika bħala organiżmu ta’ ħsarapest ta’ kwarantina fl-Unjoni skont il-kriterji msemmija f’dak l-Artikolu jew fl-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament; [Em. 139]
(e) miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta' organiżmu ta' ħsara, pest kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri ta' qerda msemmija fil-puntfil-punti (c) u ta' dan il-punt u l-miżuri ta' trażżin imsemmija fil-punt (d) ta' dan il-punt, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontraminn aktar tixrid ta' dak l-organiżmu ta' ħsarail-pest. [Em. 140]
(f) miżuri għat-trażżin ta’ organiżmu ta’ ħsara, kontra liema ġew adottati miżuri tat-trażżin tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew l-Artikolu 30(3) ta’ dak ir-Regolament, f’żona infestata li l-organiżmu ta’ ħsara ma jistax jinqered minnha, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara.
Il-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16 għandu jiddetermina l-lista ta’ organiżmi ta’ ħsara li jridu jiġu koperti taħt dawn il-miżuri.
3. L-attivitajietAttivitajiet ta’ appoġġ għat-titjib tal-benessri tal-annimali inklużi miżuri sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tal-benessri tal-annimali u t-traċċabbiltà anki waqt it-trasport tal-annimali. [Em. 141]
4. Il-Laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, imsemmija fl-Artikoli 92, 95 u 97 tar-Regolament (UE) 2017/625.
5. Programmi ta’ kontroll ikkoordinati u ġbir ta’ informazzjoni u data, imsemmija fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 2017/625.
6. Attivitajiet għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u għall-ġlieda kontra l-frodi alimentari.
7. Attivitajiet li jappoġġaw produzzjoni uil-produzzjoni agroekoloġika, konsum sostenibbli tal-ikel, li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u lill-bijodiversità, u l-promozzjoni tal-bejgħ dirett u ktajjen tal-provvista qosra. [Em. 142]
8. Il-bażijiet tad-dataDatabases u s-sistemi kompjuterizzati ta’ ġestjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni relatata mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u li għandhom valur miżjud mixhud bi prova għall-Unjoni kollha kemm hi;implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda biex titjieb it-traċċabbiltà tal-prodotti, bħall-kodiċi QR fuq l-imballaġġ tal-prodotti. [Em. 143]
9. It-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali u partijiet oħrajn involuti fil-ġestjoni u/jew fil-prevenzjoni tal-mard tal-annimali jew tal-organiżmi ta’ ħsara tal-pjanti, kif imsemmija fl-Artikolu 130 tar-Regolament (UE) 2017/625.
10. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u tas-sussistenza ta’ kuljum imġarrba mill-esperti tal-Istati Membri b’riżultat tal-ħatra tagħhom mill-Kummissjoni biex jgħinu lill-esperti tagħha kif previst fl-Artikoli 116(4) u 120(4) tar-Regolament (UE) Nru 2017/625.
11. Xogħol tekniku u xjentifiku, inklużi studji u attivitajiet ta’ koordinazzjoni, meħtieġa biex jissalvagwardaw il-prevenzjoni tad-dehra ta' pesti u mard ġodda u mhux magħrufa u biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni fil-qasam relatat mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u l-adattament ta’ din il-leġiżlazzjoni għal żviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjetali. [Em. 144]
12. L-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali li joperaw bl-għan li jilħqu l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) b’appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli relatati ma’ dak l-objettiv.
13. Il-proġetti organizzati minn Stat Membru wieħed jew aktar bl-għan li tittejjeb, permezz tal-użu ta’ tekniki u protokolli innovattivi, l-implimentazzjoni effiċjenti tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e).
14. L-appoġġAppoġġ għall-inizjattivi ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni mill-Unjoni u l-Istati Membri bl-għan li jiġu żgurati produzzjoni u konsum tal-ikel imtejba, konformi u sostenibbli, inkluż l-attivitajiet għall-prevenzjonifosthom il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel – li tikkontribwixxi għall-ekonomija ċirkolari – u l-frodil-attivitajiet ta' prevenzjoni tal-frodi alimentari, fl-implimentazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e). [Em. 145]
15. Il-miżuri mwettqa biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u l-benessri tal-annimali, implimentati fuq l-annimali, il-prodotti tal-annimali, il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li jaslu minn pajjiżi terzi fil-fruntiera tal-Unjoni.
ANNESS II
Azzjonijiet eliġibbli li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f)
L-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni tirrikjedi informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali, territorjali u ambjentali fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-istatistika Ewropea tippermetti liċ-ċittadini Ewropej jifhmu u jieħdu sehem fil-proċess demokratiku u fid-dibattitu dwar l-istat preżenti u dak futur tal-Unjoni.
Flimkien mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea, il-Programm jipprovdi l-qafas globali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea għall-2021-2027. L-istatistika Ewropea hija żviluppata, prodotta u disseminata skont dak il-qafas u f’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika tal-Istatistika Ewropea permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS).
L-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u disseminata taħt dan il-qafas tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni kif stabbilit fit-TFUE u kif rifless ulterjorment fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni.
Fl-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f), għandhom jitwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:
L-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Globalizzazzjoni u l-Kummerċ
– il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja li tirfed il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv, il-Programm ta’ Appoġġ għar-Riforma u ċ-ċiklu annwali tal-Unjoni tal-monitoraġġ u l-gwida ekonomiċi;
– il-provvista, u fejn meħtieġ, it-titjib tal-Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali (IEEP);
– il-provvista ta’ statistika u gwida metodoloġika dwar it-trattament statistiku tal-istrumenti ta’ investiment u tal-baġit b’appoġġ għall-konverġenza ekonomika, għall-istabbiltà finanzjarja u għall-ħolqien tal-impjiegi;
– il-provvista tal-istatistika għall-iskopijiet ta’ riżorsi proprji u r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-persunal tal-UE;
– il-kejl aħjar tal-kummerċ fl-oġġetti u fis-servizzi, tal-investiment dirett barrani, tal-ktajjen ta’ valur mondjali u tal-impatt tal-globalizzazzjoni fuq l-ekonomiji tal-Unjoni. [Em. 146]
Is-Suq Uniku, l-Innovazzjoni u t-Tranżizzjoni Diġitali
– il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja u affidabbli għas-Suq Uniku, il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża u oqsma ewlenin tal-innovazzjoni u r-riċerka;
– il-provvista ta’ aktar statistika u statistika aktar fil-ħin dwar l-ekonomija kollaborattiva u l-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej.
Id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa
– il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja, tempestiva u affidabbli għall-appoġġ tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u Politikal-Politika tal-Ħiliet tal-Unjoni, inklużli tinkludi– iżda mhux biss statistika dwar is-suq tax-xogħol, l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-introjtu, il-kundizzjonijiet tal-għajxien, il-faqar, l-inugwaljanza, il-protezzjoni soċjali, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-kontijiet satellita fuq il-ħiliet; [Em. 147]
– il-provvista ta’ statistika relatata mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà;
– it-titjib tal-istatistika dwar il-migrazzjoni b’mod partikolari dwar is-sitwazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti u l-ħtiġijiet ta’ edukazzjoni u l-livelli ta’ kwalifika tal-applikanti għall-ażil;
– l-iżvilupp ta’ programmi modernizzati għaċ-Ċensiment dwar il-Popolazzjoni u l-Abitazzjoni ta’ wara l-2021 u statistika dwar il-popolazzjoni;
– il-provvista ta’ projezzjonijiet tal-popolazzjoni u l-aġġornamenti annwali tagħhom.
L-Iżvilupp Sostenibbli, ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent
– il-monitoraġġ tal-progress lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs);
– l-iżvilupp ulterjuri tal-istatistika b’appoġġ għall-Istrateġija tal-Enerġija, l-ekonomija ċirkolari u l-istrateġija tal-plastik;
– il-provvista ta’ statistika u indikaturi ambjentali ewlenin inkluż dwar l-iskart, l-ilma, il-bijodiversità, il-foresti, l-użu tal-art u l-kopertura tal-art kif ukoll statistika relatata mal-klima u kontijiet ekonomiċi tal-ambjent;
– il-provvista ta’ statistika fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri biex tappoġġa l-politiki tal-Unjoni u
– l-iżvilupp ta’ indikaturi oħrajn biex jiġu monitorjati l-intermodalità u l-bidla modali lejn mezzi ta’ trasport li jirrispettaw aktar l-ambjent;
– il-provvista ta’ data tempestiva u rilevanti għall-ħtiġijiet tal-Politika Agrikola Komuni u tal-politika Komuni tas-Sajd kif ukoll politiki relatati mal-ambjent, is-sigurtà alimentari u l-benessri tal-annimali.
Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali
– il-provvista ta’ indikaturi statistiċi tempestivi u komprensivi dwar ir-reġjuni, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, il-bliet u ż-żoni rurali għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-effettività tal-politiki dwar l-iżvilupp territorjali, u għall-evalwazzjoni tal-impatti territorjali tal-politiki settorjali;
– l-appoġġ tal-iżvilupp ta’ indikaturi dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; u l-iżvilupp ta’ statistika dwar il-pulizija u is-sigurtà;
– iż-żieda fl-użu tad-data ġeospazjali u l-integrazzjoni u l-inklużjoni sistematiċi tal-ġestjoni tal-informazzjoni ġeospazjali fil-produzzjoni tal-istatistika.
Komunikazzjoni aħjar tal-istatistika Ewropea u l-promozzjoni tagħha bħala sors affidabbli fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni online
– il-promozzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea bħala sors affidabbli ta’ evidenza u jiġu ffaċilitati l-verifikaturi tal-fatti, ir-riċerkaturi u l-awtoritajiet pubbliċi biex jużawha fl-indirizzar tad-diżinformazzjoni online;
– ikun aktar faċli għall-utenti biex jaċċessaw u jifhmu l-istatistika, inkluż bil-provvista ta’ viżwalizzazzjonijiet attraenti u interattivi, servizzi aktar speċjalizzati bħal pereżempju data fuq talba u analitika self-service;
– l-iżvilupp ulterjuri u l-monitoraġġ tal-qafas tal-assigurazzjoni tal-kwalità għall-istatistika Ewropea, inkluż permezz ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-konformità tal-Istati Membri mal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea;
– il-provvista tal-aċċess għall-mikrodata għall-iskopijiet ta’ riċerka filwaqt li jiġu salvagwardjati l-ogħla standards possibbli fil-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità tal-istatistika.
Jinkisbu l-benefiċċji tar-revoluzzjoni tad-data u ċ-ċaqliq lejn statistika intelliġenti fdata
– it-tisħiħ tal-użu ta’ sorsi ta’ data diġitali ġodda u l-istabbiliment tal-pedamenti ta’ statistika intelliġenti fdata biex tiġi prodotta statistika ġdida kważi fil-ħin reali permezz ta’ algoritmi fdati;
– l-iżvilupp ta’ approċċi ġodda sabiex tintuża d-data miżmuma privatament permezz tal-adozzjoni tal-komputazzjoni li jippreserva l-privatezza u ta’ metodi ta’ komputazzjoni sikura ta’ diversi partijiet;
– il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni l-aktar avvanzati fil-qasam tal-istatistika uffiċjali, inkluż bl-użu tan-netwerks kollaborattivi u l-provvista ta’ Programmi Ewropej ta’ Taħriġ Statistiku.
Sħubiji u kooperazzjoni statistika estiżi
– it-tisħiħ tas-sħubija tal-ESS u tal-kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali;
– it-trawwim ta’ sħubijiet mad-detenturi tad-data privata u pubblika u mas-settur tat-teknoloġija biex jiġu ffaċilitati l-aċċess għad-data għall-iskopijiet statistiċi, l-integrazzjoni tad-data minn sorsi multipli u l-użu tal-aħħar teknoloġiji;
– it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mar-riċerka u l-akkademja, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ sorsi ġodda ta’ data, l-analitika tad-data u l-promozzjoni tal-litteriżmu statistiku;
– il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi għall-benefiċċju tal-istatistika uffiċjali dinjija.
1 - L-għadd ta’ lmenti u każijiet ġodda ta’ nonkonformità fil-qasam tal-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi, kif ukoll Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku.
3 - L-għadd ta’ żjarat fil-portal l-Ewropa Tiegħek.
4 - L-għadd ta’ kampanji konġunti ta’ sorveljanza tas-suq.
L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a)(ii)
1 - L-għadd ta' lmenti u każijiet ġodda ta' nonkonformità fil-qasam tal-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi u l-bejgħ online.
2 - L-għadd ta' kampanji konġunti ta' sorveljanza tas-suq u sikurezza tal-prodotti.
L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(b)
1 - L-għadd ta’ SMEs li qed jirċievu appoġġ mill-programm u min-Netwerk.
2 - L-għadd ta’ kumpaniji appoġġati li kkonkludew sħubijisħubijiet kummerċjali.
2a - L-għadd ta' imprendituri li jibbenefikaw minn skemi ta' mentoraġġ u mobbiltà.
2b - It-tnaqqis fl-ispejjeż u l-ħin biex titwaqqaf SME.
2c - L-għadd ta' netwerks ta' intrapriżi maħluqa meta mqabbel max-xenarju bażi.
2d - L-għadd ta' Stati Membri li jużaw it-test tal-SME.
2e - Iż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' Stati Membri b'one-stop-shop għan-negozji l-ġodda.
2f - Iż-żieda fil-proporzjon ta' SMEs li jesportaw u ż-żieda fil-proporzjon ta' SMEs li jesportaw barra l-Unjoni meta mqabbel max-xenarju bażi.
2g - Iż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' Stati Membri li jimplimentaw soluzzjonijiet intraprenditorjali li għandhom fil-mira tagħhom intraprendituri potenzjali, żgħażagħ, ġodda u nisa, kif ukoll gruppi fil-mira speċifiċi oħra meta mqabbel max-xenarju bażi.
2h - Iż-żieda fil-proporzjon taċ-ċittadini tal-Unjoni li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom meta mqabbel mal-linja bażi.
2i - Il-prestazzjoni tal-SMEs fir-rigward tas-sostenibbiltà li għandha titkejjel, fost l-oħrajn, miż-żieda fil-proporzjon tal-SMEs fl-Unjoni li jiżviluppaw prodotti u servizzi tal-ekonomija blu u prodotti u servizzi ekoloġiċi1a u mit-titjib tagħhom fl-effiċjenza fir-riżorsi (li jistgħu jinkludu l-enerġija, il-materjal jew l-ilma, ir-riċiklaġġ, eċċ.) meta mqabbel max-xenarju bażi.
*l-indikaturi kollha għandhom jitqabblu mas-sitwazzjoni attwali fl-2018.
__________________
1a Prodotti u servizzi ekoloġiċi huma dawk b'funzjoni predominanti li jnaqqsu r-riskju ambjentali u jimminimizzaw it-tniġġis u r-
r-riżorsi. Prodotti b'karatteristiċi ambjentali (b'ekodisinn, ekotikketta, prodotti b'mod organiku, u b'kontenut riċiklat importanti) huma inklużi wkoll. Sors: Flash Ewrobarometru 342, "SMEs, Resource Efficiency and Green Markets
L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(c)
(i)
(ii)
1 - Il-kondiviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ standards Ewropej bħala standards nazzjonali mill-Istati Membri f’ammont totali ta’ standards Ewropej attivi.
2 - Il-perċentwal ta’ standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju u standards ta’ awditjar approvati mill-Unjoni.
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).
Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).
Ir-Regolament (UE) 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 17).
[żieda]Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
Ir-referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.Il-ftehim huwa disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32013Q1220(01)
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ( Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali ) ( ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1)
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered. (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea ) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.96, p. 2).
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
Ir-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 42).
Ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE (ĠU L 105, 8.4.2014, p. 1).
Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 031, 01.02.2002, p. 1).
Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u ta’ l-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).
VAT: Sistema definittiva għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri *
220k
63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' miżuri tekniċi dettaljati għat-tħaddim ta' sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2018)0329 – C8-0317/2018 – 2018/0164(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0329),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0317/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0028/2019),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) Meta fl-1967 il-Kunsill adotta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 62/227/KEE1 u 67/228/KEE2, sar impenn biex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn Stati Membri li topera bl-istess mod daqslikieku fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kundizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta' dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżitorji tal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE3, li hija attwalment fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżitorji jridu jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi bbażati fil-prinċipju fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini tal-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi.
(1) Meta fl-1967 il-Kunsill adotta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 67/227/KEE1 u 67/228/KEE2, sar impenn biex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn Stati Membri li topera bl-istess mod daqslikieku fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kundizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta' dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżitorji tal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE3, li hija attwalment fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżitorji jridu jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi bbażati fil-prinċipju fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini tal-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi. Madankollu, dawk ir-regoli tranżitorji ilhom fis-seħħ għal diversi għexieren ta' snin u wasslu għal sistema ta' VAT kumplessa u tranżitorja suxxettibbli għal frodi tal-VAT transfruntiera intra-Unjoni. Dawk ir-regoli tranżitorji fihom bosta nuqqasijiet, u jwasslu biex is-sistema tal-VAT la tkun kompletament effiċjenti u lanqas kompatibbli mar-rekwiżiti ta' suq uniku veru. Il-vulnerabbiltà tas-sistema tranżitorja tal-VAT saret ovvja biss ftit snin wara l-introduzzjoni tagħha. Minn dak iż-żmien ʼl hawn ittieħdu bosta azzjonijiet leġiżlattivi (it-titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva, skadenzi iqsar għad-dikjarazzjonijiet rikapitulattivi, reverse charge settorjali) u mhux leġiżlattivi. Madankollu, l-istudji riċenti dwar id-diskrepanza fil-VAT juru li ċ-ċifri tal-VAT mhux miġbura għadhom enormi. Din hija l-ewwel proposta leġiżlattiva mill-introduzzjoni tar-regoli attwali dwar il-VAT fl-1992 li għandha l-għan li tindirizza l-għeruq tal-frodi transfruntiera. Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-28 ta' Ottubru 2015 intitolata "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji", il-Kummissjoni identifikat il-kumplessità tar-regolamenti kurrenti dwar il-VAT bħala wieħed mill-ostakli maġġuri għat-tlestija tas-suq uniku. Fl-istess ħin, id-diskrepanza fil-VAT, iddefinita bħala d-differenza bejn l-ammont ta' dħul mill-VAT attwalment miġbur u l-ammont teoretiku li huwa mistenni li jinġabar, kienet qed tiżdied, u fl-2015 laħqet EUR 151,5 biljun fl-UE-28. Din turi l-bżonn ta' riforma urġenti u komprensiva tas-sistema tal-VAT li twassal għal sistema definittiva tal-VAT li tiffaċilita u tissimplifika l-kummerċ intra-Unjoni transfruntier u tagħmel is-sistema aktar reżiljenti għall-frodi.
__________________
__________________
1 L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).
1 L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).
2 It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud [traduzzjoni mhux uffiċjali]. (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).
2 It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud [traduzzjoni mhux uffiċjali]. (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).
3 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
3 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida)
(1a) Barra minn hekk, fil-passat il-Kummissjoni, appoġġjata mill-Parlament Ewropew, dejjem irrimarkat li sistema tal-VAT ibbażata fuq it-tassazzjoni fl-oriġini kienet ir-risposta korretta biex is-sistema tal-VAT tal-Unjoni ssir aktar reżistenti għall-frodi, u aktar konformi mal-funzjonament tajjeb tas-suq uniku. L-inizjattiva kurrenti, madankollu, hija bbażata fuq l-approċċ preferut tal-Istati Membri tat-tassazzjoni fid-destinazzjoni bil-għan li l-Istati Membri jkun jista' jkollhom ċerta flessibbiltà fl-iffissar tar-rati tal-VAT.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) Il-Kunsill, sostnut mill-Parlament Ewropew1 u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali2, ikkonferma li sistema bbażata fuq l-oriġini ma setgħetx tintlaħaq, u stieden lill-Kummissjoni biex tkompli b'ħidma teknika fil-fond u bi djalogu wiesa' mal-Istati Membri sabiex teżamina fid-dettall il-modi differenti possibbli biex jiġi implimentat il-prinċipju tad-destinazzjoni3.
(2) Il-Kunsill, sostnut mill-Parlament Ewropew1 u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali2, ikkonferma li sistema bbażata fuq l-oriġini ma setgħetx tintlaħaq, u stieden lill-Kummissjoni biex tkompli b'ħidma teknika fil-fond u bi djalogu wiesa' mal-Istati Membri sabiex teżamina fid-dettall il-modi differenti possibbli biex jiġi implimentat il-prinċipju tad-destinazzjoni3, sabiex jiġi żgurat li l-provvista tal-oġġetti minn Stat Membru għal ieħor tiġi intaxxata bħallikieku ġew ipprovduti u akkwistati fi Stat Membru wieħed. Il-ħolqien ta' żona unika tal-VAT tal-Unjoni huwa kruċjali biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità għan-negozji, partikolarment l-SMEs li jaħdmu b'mod transfruntier, biex jitnaqqsu r-riskji ta' frodi transfruntiera tal-VAT u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri relatati mal-VAT. Is-sistema definittiva tal-VAT se ssaħħaħ is-suq uniku u toħloq kundizzjonijiet ta' negozju aħjar għall-kummerċ transfruntier. Jenħtieġ li tqis il-bidliet meħtieġa minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u d-diġitalizzazzjoni. Din id-Direttiva tistipula l-miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-hekk imsejħa "elementi fundamentali" kif stabbiliet il-Kummissjoni fil-proposta tagħha tat-18 ta' Jannar 20183a. L-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu deċiżjonijiet dwar "l-elementi fundamentali" msemmija qabel sabiex jipproċedu bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
__________________
__________________
1 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT (P7_TA(2011)0436) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=EN&reference=P7-TA-2011-0436
1 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT (P7_TA(2011)0436) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=EN&reference=P7-TA-2011-0436
2 Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2011 dwar il-"Green Paper dwar il-futur tal-VAT - Lejn sistema tal-VAT aktar sempliċi, aktar soda u aktar effiċjenti" http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52011AE1168&from=EN
2 Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2011 dwar il-"Green Paper dwar il-futur tal-VAT - Lejn sistema tal-VAT aktar sempliċi, aktar soda u aktar effiċjenti" http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52011AE1168&from=EN
3 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-VAT - it-3167 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Brussell, il-15 ta' Mejju 2012 (ara b'mod partikolari l-punt B 4) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/130257.pdf
3 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-VAT - it-3167 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Brussell, il-15 ta' Mejju 2012 (ara b'mod partikolari l-punt B 4) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/130257.pdf
3a Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud, COM(2018)0020, 2018/0005(CNS).
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) Il-Kummissjoni, fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT1, tippreżenta l-emendi għas-sistema tal-VAT li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żviluppata tali sistema bbażata fuq id-destinazzjoni għall-kummerċ intra-Unjoni permezz tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntieri. Sussegwentement, il-Kunsill afferma mill-ġdid il-konklużjonijiet ta' dak il-Pjan ta' Azzjoni u indika, fost l-oħrajn, li fil-fehma tiegħu, il-prinċipju ta' tassazzjoni fl-oriġini kif maħsub għas-sistema definittiva tal-VAT jenħtieġ li jiġi sostitwit b’dan il-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni2.
(3) Il-Kummissjoni, fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT1, tippreżenta l-emendi għas-sistema tal-VAT li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żviluppata tali sistema bbażata fuq id-destinazzjoni għall-kummerċ intra-Unjoni permezz tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntieri. Sussegwentement, il-Kunsill afferma mill-ġdid il-konklużjonijiet ta' dak il-Pjan ta' Azzjoni u indika, fost l-oħrajn, li fil-fehma tiegħu, il-prinċipju ta' tassazzjoni fl-oriġini kif maħsub għas-sistema definittiva tal-VAT jenħtieġ li jiġi sostitwit b’dan il-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni2. Skont l-istimi, dik il-bidla jenħtieġ li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-frodi transfruntiera relatati mal-VAT b'EUR 50 biljun fis-sena.
__________________
__________________
1 Pjan ta' azzjoni dwar il-VAT - Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)0148 tas-7 ta' April 2016).
1 Pjan ta' azzjoni dwar il-VAT - Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)0148 tas-7 ta' April 2016).
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida)
(4a) Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiggarantixxi t-trasparenza tas-sistema, partikolarment bil-pubblikazzjoni obbligatorja fuq bażi annwali tal-frodi mwettqa f'kull Stat Membru. It-trasparenza hija importanti wkoll sabiex tinftiehem l-iskala tal-frodi, biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku ġenerali u biex issir pressjoni fuq l-Istati Membri.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdida)
(5a) Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew adottati fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569 – C8-0363/2017 – 2017/0251(CNS)) u dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2018)0020 – C8-0023/2018 – 2018/0005(CNS)) u fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-3 ta' Lulju 2018 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2017)0706 – C8-0441/2017 – 2017/0248(CNS)).
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) Jenħtieġ li r-regola ġenerali għall-provvisti tal-merkanzija, inkluż il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, u għall-provvisti tas-servizzi, tkun li l-fornitur ikun obbligat iħallas il-VAT.
(13) Jenħtieġ li r-regola ġenerali għall-provvisti tal-merkanzija, inkluż il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, u għall-provvisti tas-servizzi, tkun li l-fornitur ikun obbligat iħallas il-VAT. Dawk il-prinċipji l-ġodda jippermettu lill-Istati Membri jiġġieldu aħjar il-frodi tal-VAT, speċjalment il-Frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes (MTIC), li huwa stmat li tammonta għal tal-anqas EUR 50 biljun fis-sena.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 14a (ġdida)
(14a) Sabiex jiġi determinat liema intrapriżi jistgħu jibbenefikaw mill-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata jeħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji stretti, applikati b'mod armonizzat mill-Istati Membri kollha, u jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u dispożizzjonijiet komuni li jwasslu għal multi u penali għal dawk li ma jikkonformawx magħhom.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 14b (ġdida)
(14b) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għall-preżentazzjoni ta' aktar linji gwida u tivverifika l-applikazzjoni korretta mill-Istati Membri ta' dawn il-kriterji armonizzati fl-Unjoni kollha.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) Ir-regoli dwar l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu ta' reverse charge għall-merkanzija mobbli jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex tiġi żgurata l-koerenza tagħhom mal-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-persuna obbligata tħallas il-VAT fuq provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija.
(15) Ir-regoli dwar l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu ta' reverse charge għall-merkanzija mobbli jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex tiġi żgurata l-koerenza tagħhom mal-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-persuna obbligata tħallas il-VAT fuq provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija. Bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge tista' ma tkunx meħtieġa aktar. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza fi żmien xieraq il-ħtieġa li tirrevoka l-proposta għal applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-obbligi tar-rappurtar tal-VAT għall-intrapriżi kbar, il-frekwenza li biha jippreżentaw id-denunzji tal-VAT skont din l-iskema speċjali jenħtieġ li tiġi riveduta biex jiżdied li l-persuni taxxabbli li jużaw l-iskema jenħtieġ li jippreżentaw id-denunzji tal-VAT kull xahar skont l-iskema meta l-fatturat annwali tagħhom ikun aktar minn EUR 2 500 000.
(23) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-obbligi tar-rappurtar tal-VAT għall-intrapriżi kbar, il-frekwenza li biha jippreżentaw id-denunzji tal-VAT skont din l-iskema speċjali jenħtieġ li tiġi riveduta biex jiżdied li l-persuni taxxabbli li jużaw l-iskema jenħtieġ li jippreżentaw id-denunzji tal-VAT kull xahar skont l-iskema meta l-fatturat tal-VAT annwali tagħhom fl-Unjoni jkun aktar minn EUR 2 500 000.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 25a (ġdida)
(25a) Livell għoli ta' nuqqas ta' konformità ma jiġġenerax biss telf ekonomiku għal persuni taxxabbli li jirrispettaw il-leġiżlazzjoni fiskali iżda jhedded ukoll il-koeżjoni u l-koerenza tas-sistema fiskali u joħloq sens ġeneralizzat ta' inġustizzja permezz tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Sistema effiċjenti u li tinftiehem hija essenzjali għall-ġenerazzjoni tad-dħul pubbliku u għas-sjieda kemm miċ-ċittadini kif ukoll mill-kumpaniji.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 26a (ġdida)
(26a) L-istatistika turi li l-frodaturi jieħdu vantaġġ mid-dgħufija tas-sistema u jsegwu l-iżvilupp tal-ekonomija kif ukoll it-tkabbir dinamiku tad-domanda għal ċerti provvisti. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi stabbilita sistema dinamika biżżejjed biex tlaħħaq mal-prattiki dannużi u biex tnaqqas il-livell kemm tan-nuqqas ta' konformità volontarju (frodi) kif ukoll dak involontarju.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 26b (ġdida)
(26b) B'enfasi partikolari fuq il-ħtiġijiet tal-SMEs involuti f'kummerċ transfruntier intra-Komunitarju u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt fis-suq uniku, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li tistabbilixxi, għan-negozji, portal web tal-Unjoni ta' informazzjoni dwar il-VAT li jkun komprensiv u aċċessibbli għall-pubbliku. Dan il-portal multilingwi jenħtieġ li jipprovdi aċċess malajr, aġġornat u preċiż għal informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tas-sistema tal-VAT fl-Istati Membri differenti u, b'mod partikolari, dwar ir-rati tal-VAT korretti għal oġġetti u servizzi differenti fl-Istati Membri differenti, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rata żero. Tali portal jista' jgħin ukoll biex jiġi indirizzat id-distakk attwali fir-rigward tal-VAT.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 26c (ġdida)
(26c) Il-Punt Uniku ta' Servizz huwa l-qalba tas-sistema l-ġdida bbażata fuq id-destinazzjoni li mingħajrha l-kumplessità tas-sistema tal-VAT u l-piż amministrattiv jiżdiedu b'mod sinifikanti. Biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà, il-faċilità tal-użu u l-prevenzjoni futura tal-frodi, il-Punti Uniċi ta' Servizz għan-negozji jenħtieġ li joperaw b'sistema transfruntiera u armonizzata tal-IT ibbażata fuq standards komuni u li tippermetti l-irkupru u l-input awtomatiċi ta' data, pereżempju permezz tal-użu ta' formoli standard unifikati.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 28
(28) Minħabba l-introduzzjoni ta' provvista intra-Unjoni ta' merkanzija bħala kunċett ġdid, huwa xieraq li t-terminu "Komunità" jiġi sostitwit ma' "Unjoni" biex jiġi żgurat l-użu koerenti u aġġornat tat-terminu.
(28) Minħabba l-introduzzjoni ta' provvista intra-Unjoni ta' merkanzija bħala kunċett ġdid, huwa xieraq li t-terminu "Komunità" jiġi sostitwit b'"Unjoni" fid-Direttiva kollha biex jiġi żgurat l-użu koerenti u aġġornat tat-terminu.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 30a (ġdida)
(30a) Miżuri leġiżlattivi biex tiġi riformata s-sistema tal-VAT, biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT u biex titnaqqas id-Diskrepanza tal-VAT jistgħu jirnexxu biss jekk l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri jikkooperaw aktar mill-qrib fi spirtu ta' fiduċja reċiproka, u jiskambjaw informazzjoni rilevanti biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 8
(4a) L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 8
"Artikolu 8
Jekk il-Kummissjoni tqis li d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 m'għadhomx iġġustifikati, b'mod partikolari rigward kompetizzjoni ġusta jew riżorsi proprji, għandha tippreżenta proposti xierqa lill-Kunsill."
Jekk il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 m'għadhomx iġġustifikati, b'mod partikolari rigward kompetizzjoni ġusta jew riżorsi proprji, għandha tippreżenta proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."
Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali, għandu jitqies li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati.
Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali, għandu jitqies li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati għall-fini ta' din id-Direttiva.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa) in-nuqqas ta' kwalunkwe rekord ta' reati kriminali serji relatati mal-attività ekonomika tal-applikant, bħal, iżda mhux limitati għal:
(i) ħasil tal-flus;
(ii) evażjoni u frodi tat-taxxa;
(iii) abbuż tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni;
(iv) falliment jew insolvenza frawdolenti
(v) frodi tal-assigurazzjoni jew frodi finanzjarju ieħor;
(x) involviment dirett jew indirett f'attivitajiet terroristiċi
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt c
(c) prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant, li għandha titqies bħala li ġiet pruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b'konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta' garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni, minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli.
(c) prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant matul l-aħħar tliet snin, li għandha titqies bħala li ġiet pruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b'konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta' garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni, minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli. L-applikant jeħtieġlu jkollu fil-pussess tiegħu kont bankarju f'istituzzjoni finanzjarja stabbilita fl-Unjoni.
2a. Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni armonizzata fl-għoti tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, aktar linji gwida għall-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni ta' dawk il-kriterji, li għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. L-ewwel att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
3a. Sabiex tinkoraġġixxi l-applikazzjonijiet għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, il-Kummissjoni għandha tintroduċi proċedura mfassla apposta għall-Intrapriżi Żgħar u Medji.
Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni.
Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni rilevanti kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jipproċessaw l-applikazzjoni mingħajr dewmien u jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kriterji armonizzati fl-Istati Membri kollha dwar l-għoti ta' informazzjoni.
4a. Meta jingħata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tas-Sistema tal-iskambju ta' informazzjoni tal-VAT. Bidliet f'dak l-istatus għandhom jiġu aġġornati fis-sistema mingħajr dewmien.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 13a – paragrafu 5
5. Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta' appell kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni.
5. Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni li tistipula b'mod ċar ir-raġunijiet għar-rifjut. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta' appell f'perjodu ta' żmien raġonevoli kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni.
5a. Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, id-deċiżjoni kif ukoll ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stati Membri oħra.
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 13a – paragrafu 6
6. Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, mingħajr dewmien, rigward kwalunkwe fattur li jista' jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista' taffettwa l-kontinwazzjoni ta' dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus fiskali meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.
6. Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, fi żmien xahar, rigward kwalunkwe fattur li jista' jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista' taffettwa l-kontinwazzjoni ta' dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus fiskali meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri li jkunu taw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandhom jirrevedu dik id-deċiżjoni, mill-inqas kull sentejn, biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għadhom qed jiġu ssodisfati. Jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx informat lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar kwalunkwe fattur li possibbilment ikun qed jaffettwa l-istatus tal-persuna taxxabbli ċertifikata kif stabbilit fl-att ta' implimentazzjoni jew tkun ħbietu bi skop, din għandha tkun soġġetta għal sanzjonijiet proporzjonati, effiċjenti u dissważivi, inkluż it-telf tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.
6a. Persuna taxxabbli li tkun ġiet rifjutata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, jew li tkun infurmat lill-awtorità tat-taxxa, fuq l-inizjattiva tagħha stess, li hi ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2, tista' terġa' tapplika għal status ta' persuna taxxabbli ċertifikata, mhux aktar kmieni minn sitt xhur mid-data tar-rifjut jew l-irtirar ta' dak l-istatus, dment li jkunu ssodisfati l-kriterji rilevanti kollha.
6b. Sabiex tiżgura standards uniformi għall-monitoraġġ ta' eliġibbiltà kontinwa għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata u l-irtirar tal-istatus tat-taxxa fl-Istati Membri u bejniethom, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida rilevanti.
6c. Jekk l-applikant ikun ġie miċħud l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat f'konformità mal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni matul l-aħħar tliet snin, huwa ma għandux jingħata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 13a – paragrafu 7
7. L-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata fi Stat Membru wieħed għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kollha.";
7. L-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata fi Stat Membru wieħed għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kollha."; Il-mekkaniżmi nazzjonali se jkomplu japplikaw għal tilwim tat-taxxa intern relatat mal-VAT bejn il-kontribwent ikkonċernat u l-awtorità nazzjonali tat-taxxa;
(56a) Fl-Artikolu 145, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikoli 143 u 144 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.
"1. Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikoli 143 u 144 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.
(59a) fl-Artikolu 150, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"1. Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikolu 148 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.
"1. Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikolu 148 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 68a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 166
(68a) L-Artikolu 166 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 166
Artikolu 166
"Il-Kummissjoni għandha, fejn hu xieraq, tippreżenta lill-Kunsill proposti li jikkonċernaw arranġamenti komuni għall-applikazzjoni tal-VAT għat-transazzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 1 u 2."
"Il-Kummissjoni għandha, fejn hu xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti li jikkonċernaw arranġamenti komuni għall-applikazzjoni tal-VAT għat-transazzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 1 u 2."
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 123a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 293 - paragrafu 1 - parti introduttorja
(123a) Fl-Artikolu 293(1), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:
"Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:"
"Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:"
(166a) Fl-Artikolu 395, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.
"3. Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.
(166b) Fl-Artikolu 396, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"3. Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.
"3. Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 169a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 404a (ġdid)
(169a) Jiddaħħal l-Artikolu ġdid li ġej wara l-Artikolu 404:
"Artikolu 404a
Fi żmien erba' xhur mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../...* +, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda ta' din id-Direttiva, fejn hu xieraq [u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali], flimkien ma' proposti."
_______________
Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... li temenda ... (ĠU …).
+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE-CONS ... (2018/0164(CNS)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 169b (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 404b (ġdid)
(169b) Jiddaħħal l-Artikolu ġdid li ġej wara l-Artikolu 404a:
"Artikolu 404b
Fi żmien sentejn mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../...* +, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effettività tal-iskambju tal-informazzjoni rilevanti bejn l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa tal-Istati Membri, minħabba l-importanza tal-fiduċja reċiproka biex tirnexxi s-sistema definittiva tal-VAT."
________________
Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... li temenda ... (ĠU …).
+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li jinsab fid-dokument PE-CONS ... (2018/0164(CNS)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota ta' qiegħ il-paġna.
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 173a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 411a (ġdid)
(173 a) Jiddaħħal l-Artikolu 411a l-ġdid li ġej:
"Artikolu 411a
Sal-1 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi Portal Web tal-Unjoni ta' Informazzjoni dwar il-VAT li jkun komprensiv, multilingwi u aċċessibbli għall-pubbliku, li fih l-intrapriżi u l-konsumaturi jistgħu jiksbu informazzjoni preċiża, malajr u b'mod effikaċi dwar ir-rati tal-VAT – fosthom liema oġġetti jew servizzi jibbenefikaw minn rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet – u l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tas-sistema definittiva tal-VAT fl-Istati Membri differenti."
B'mod komplementari għall-Portal, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' notifika awtomatizzat. Dak il-mekkaniżmu għandu jiżgura li l-kontribwenti jirċievu notifiki awtomatiċi dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fir-rati tal-VAT tal-Istati Membri. Tali notifiki awtomatiċi għandhom jiġu attivati qabel ma l-bidla ssir applikabbli u mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni."
Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 34
Artikolu 34
1. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fl-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc tal-għażla tagħhom u jistgħu wkoll jiddeċiedu li jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom.
1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Eurofisc bl-appoġġ tekniku u loġistiku meħtieġ. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, li tista' tiġi skambjata fil-Eurofisc, fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 55(2).
2. L-Istati Membri li jkunu għażlu li jieħdu sehem f’qasam ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fl-iskambju multilaterali ta' informazzjoni mmirata bejn l-Istati Membri parteċipanti kollha.
2. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fl-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc u għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fl-iskambju multilaterali ta' informazzjoni.
3. L-informazzjoni skambjata għandha tkun kunfidenzjali, kif previst fl-Artikolu 55.
3. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba, jgħaddu informazzjoni rilevanti dwar l-aktar reati transfruntiera serji fir-rigward tal-VAT lill-Europol u lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ("OLAF").
3a. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc jistgħu jsaqsu lill-Europol u lill-OLAF għal informazzjoni rilevanti. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom iqiegħdu l-informazzjoni li tasal mingħand il-Europol u l-OLAF għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti l-oħra tal-Eurofisc; din l-informazzjoni għandha tiġi skambjata b'mezzi elettroniċi."
(2) Jiżdied l-Artikolu 49a ġdid li ġej:
"Artikolu 49a
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu sistema komuni tal-ġbir tal-istatistika dwar frodi tal-VAT intra-Komunitarju u nuqqas ta' konformità involontarju u għandhom jippubblikaw kull sena stimi nazzjonali tat-telf tal-VAT minħabba din il-frodi, kif ukoll stimi għall-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti prattiċi għal din is-sistema statistika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2)."
Strateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom
135k
55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu (2019/2509(RSP))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata "Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020" (COM(2011)0173) u r-rapporti sussegwenti ta' implimentazzjoni u evalwazzjoni,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,
– wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem rigward ir-rikonoxximent tar-Rom bħala grupp li jeħtieġ protezzjoni speċjali kontra d-diskriminazzjoni,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa 2153 (2017) dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Rom u tat-Travellers,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità(1),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri(2) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2016 dwar l-aċċellerar tal-proċess ta' integrazzjoni tar-Rom u tat-13 ta' Ottubru 2016 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 14/2016,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 fil-Jum Internazzjonali tar-Rom – l-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta' tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija(5),
– wara li kkunsidra r-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2016 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) kif ukoll l-istħarriġ EU-MIDIS I u II u diversi rapporti u stħarriġiet oħrajn tal-FRA dwar ir-Rom,
– wara li kkunsidra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Minority SafePack", irreġistrata fit-3 ta' April 2017,
– wara li kkunsidra r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili Rom, l-NGOs u l-istituzzjonijiet tar-riċerka,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-anti-Żingariżmu(6) huwa forma speċifika ta' razziżmu, ideoloġija bbażata fuq is-superjorità razzjali, forma ta' diżumanizzazzjoni u razziżmu istituzzjonali li tieħu s-saħħa tagħha minn diskriminazzjoni storika, li hija espressa, fost l-oħrajn, permezz tal-vjolenza, id-diskors ta' mibegħda, l-isfruttament, l-istigmatizzazzjoni u l-aktar forma sfaċċata ta' diskriminazzjoni(7);
B. billi r-Rom(8) għadhom qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem bażiċi tagħhom fl-Ewropa;
C. billi s-sejbiet tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tal-Qafas tal-UE tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020 (COM(2018)0785) jenfasizzaw li "l-qafas kien kruċjali għall-iżvilupp tal-istrumenti u strutturi tal-UE u dawk nazzjonali li għandhom l-għan li jippromwovu l-inklużjoni tar-Rom, iżda l-ambizzjoni ta' 'tasal fi tmiemha l-esklużjoni tar-Rom' ma ntlaħqitx";
D. billi l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni turi li l-istrateġiji ta' inklużjoni jridu jindirizzaw l-għanijiet differenti b'mod simultanju u f'approċċ komprensiv b'enfasi aktar qawwija fuq il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu; billi mal-erba' għanijiet ta' inklużjoni tar-Rom (l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, l-impjiegi u s-saħħa) għandhom jiżdiedu għan speċifiku ta' nondiskriminazzjoni u għanijiet fil-qasam tal-inklużjoni tar-Rom;
E. billi l-progress miksub fl-inklużjoni tar-Rom huwa globalment limitat; billi ġie osservat titjib fit-tluq bikri mill-iskola u fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal, iżda kien hemm deterjorament fis-segregazzjoni skolastika; billi kien hemm titjib fil-perċezzjoni li r-Rom għandhom tal-istatus tas-saħħa tagħhom, iżda dawn għad għandhom kopertura medika limitata; billi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ġie osservat l-ebda titjib fl-aċċess għall-impjiegi, u s-sehem tar-Rom żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ saħansitra żdied; billi hemm tħassib serju dwar l-akkomodazzjoni u ftit li xejn sar progress rigward il-faqar; billi l-anti-Żingariżmu u l-manifestazzjonijiet tiegħu, bħar-reati ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda, kemm online u offline, qed ikomplu jqajmu tħassib serju; billi ġie kkunsidrat li l-azzjoni tal-UE tipprovdi valur miżjud importanti lill-politiki nazzjonali dwar ir-Rom u lill-implimentazzjoni tagħhom f'oqsma politiċi, ta' governanza u finanzjarji;
F. billi l-evalwazzjoni tirrapporta n-nuqqasijiet fit-tfassil inizjali tal-qafas u l-effettività limitata tiegħu matul l-implimentazzjoni;
G. billi l-evalwazzjoni tixħet dawl fuq il-ħtieġa li l-emanċipazzjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom jiġu żgurati permezz ta' miżuri speċifiċi; billi l-emanċipazzjoni u l-bini tal-kapaċitajiet tar-Rom u tal-NGOs huma kruċjali;
H. billi l-evalwazzjoni turi li l-qafas tal-UE ma qagħadx biżżejjed attent biex ikun immirat lejn gruppi speċifiċi fost ir-Rom, li d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali għandha tiġi indirizzata u li hemm bżonn li l-istrateġiji jinkludu dimensjoni qawwija tas-sessi u approċċ iċċentrat fuq it-tfal;
I. billi il-qafas tal-UE fil-preżent ma għandux objettivi ċari u miri li jistgħu jitkejlu; billi ma hemmx biżżejjed proċeduri ta' monitoraġġ kwalitattivi u kwantitattivi, filwaqt li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi ma humiex vinkolanti; billi ma huwiex qed isir sforz biżżejjed biex tiġi indirizzata l-parteċipazzjoni limitata ta' individwi u komunitajiet Rom fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-qafas u fl-evalwazzjoni tal-miżuri, il-programmi u l-proġetti dwar ir-Rom;
J. billi l-biċċa l-kbira tal-programmi prinċipali ma humiex inklużivi fil-konfront tar-Rom, u billi l-azzjonijiet fil-mira koperti mill-Fondi Strutturali naqsu milli jagħmlu bidliet pożittivi sostenibbli fil-ħajja tal-aktar Rom żvantaġġati;
K. billi l-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċara li jieħdu miżuri korrettivi kontra prattiki li jiddiskriminaw kontra r-Rom;
L. billi l-kwistjoni tal-bini tal-fiduċja bejn ir-Rom u dawk li ma humiex Rom hija essenzjali biex ittejjeb il-ħajja u l-opportunitajiet fil-ħajja tar-Rom; billi l-fiduċja hija essenzjali għas-soċjetà kollha kemm hi;
1. Itenni l-pożizzjoni, is-sejħiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu mressqa u adottati fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu; jiddispjaċih li ttieħdet azzjoni limitata dwar ir-rakkomandazzjonijiet imressqa f'din ir-riżoluzzjoni;
2. Jistieden lill-Kummissjoni:
i.
taġixxi fuq is-sejħiet magħmula mill-Parlament, mill-Kunsill u minn bosta NGOs u esperti u tipproponi Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom għall-perjodu ta' wara l-2020 b'sett usa' ta' oqsma ta' prijorità, b'miri, skedi ta' żmien u indikaturi ċari u vinkolanti maħsuba biex jissorveljaw u jindirizzaw l-isfidi speċifiċi u jirriflettu d-diversità tal-komunitajiet Rom, u bl-allokazzjoni ta' fondi pubbliċi sostanzjali għal dan il-għan;
ii.
tinvolvi biżżejjed ir-rappreżentanti tar-Rom, l-NGOs u n-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (Equinet) fit-tfassil tal-Qafas Strateġiku tal-UE, inkluż permezz ta' proċedura ta' konsultazzjoni viżibbli u aċċessibbli, u tippermetti l-parteċipazzjoni sinifikanti tagħhom fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tiegħu, u b'hekk issaħħaħ is-sjieda tagħhom;
iii.
tqiegħed il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu fil-qalba tal-Qafas Strateġiku tal-UE, inkluż billi żżid għan speċifiku kontra d-diskriminazzjoni, flimkien ma' għanijiet oħra, bħall-inklużjoni tar-Rom f'soċjetà ambjentalment sostenibbli u diġitali, u r-rappreżentanza ekwa tagħhom fl-isferi kollha tal-ħajja, u tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji speċifiċi u azzjonijiet konkreti għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu, flimkien ma' waħda mill-manifestazzjonijiet tiegħu, l-esklużjoni soċjali u ekonomika;
iv.
tiżgura li d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi u approċċ sensittiv għat-tfal jiġu indirizzati kif xieraq fil-Qafas Strateġiku tal-UE;
v.
tiżgura li talloka riżorsi umani u finanzjarji adegwati sabiex ikun hemm il-kapaċitajiet meħtieġa għall-monitoraġġ, l-appoġġ u l-għoti ta' gwida f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom, inkluża gwida għall-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għar-Rom;
vi.
issaħħaħ l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) f'termini tal-mandat, il-kapaċità istituzzjonali, ir-riżorsi umani u l-baġit tagħha sabiex tkun tista' tgħin fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom;
vii.
tadotta strateġija ta' diversità u inklużjoni tal-ħaddiema biex tiffavorixxi l-parteċipazzjoni tar-Rom fil-forza tax-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-UE;
viii.
toqgħod attenta għal gruppi speċifiċi fi ħdan il-popolazzjoni Rom fil-Qafas Strateġiku tal-UE, bħar-Rom tal-UE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' moviment, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u r-Rom fil-pajjiżi fil-fażi tal-adeżjoni;
ix.
tinkludi proċess ta' verità, rikonoxximent u rikonċiljazzjoni fil-Qafas Strateġiku tal-UE għal raġunijiet ta' bini tal-fiduċja u tenfasizza miżuri u inizjattivi kulturali u strutturali konkreti, appoġġjati mill-fondi tal-UE;
x.
tkompli tiċċekkja l-inklużività tal-politiki pubbliċi prinċipali tal-Istati Membri fl-ambitu tas-Semestru Ewropew fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020, u żżomm rabta b'saħħitha bejn ir-riformi strutturali inklużivi, it-twettiq tal-għanijiet tal-inklużjoni tar-Rom u l-użu tal-fondi tal-UE fl-Istati Membri;
3. Jistieden lill-Istati Membri:
i.
iħejju l-Istrateġiji Nazzjonali Strateġiċi għall-Inklużjoni tar-Rom tagħhom għall-perjodu ta' wara l-2020 b'sett wiesa' ta' oqsma ta' prijorità u b'miri, skedi ta' żmien u indikaturi ċari u vinkolanti maħsuba biex jissorveljaw u jindirizzaw l-isfidi speċifiċi u jirriflettu d-diversità tal-komunitajiet Rom, u jallokaw fondi pubbliċi sostanzjali għal dan il-għan;
ii.
isegwu approċċ minn isfel għal fuq u jinvolvu r-rappreżentanti tar-Rom, il-komunitajiet, l-NGOs u l-korpi tal-ugwaljanza fit-tfassil tal-Istrateġiji Nazzjonali Strateġiċi għall-Inklużjoni tar-Rom tagħhom (minn hawn 'il quddiem "l-Istrateġiji"), u jippermettu l-parteċipazzjoni sinifikanti tagħhom fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dawn l-Istrateġiji;
iii.
iqiegħdu l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu fil-qalba tal-Istrateġiji tagħhom, flimkien ma' waħda mill-manifestazzjonijiet tal-anti-Żingariżmu, l-esklużjoni soċjali u ekonomika; jiżviluppaw strateġiji speċifiċi u azzjonijiet konkreti għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu, bħall-investigazzjoni ta' attakki razzisti li qed isiru bħalissa jew li saru fil-passat kontra r-Rom; u jinkoraġġixxu r-rappreżentanza ekwa tar-Rom fl-isferi kollha tal-ħajja, inkluż fil-midja, fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fil-korpi politiċi;
iv.
jiżguraw li d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi u approċċ sensittiv għat-tfal jiġu indirizzati kif xieraq fl-Istrateġiji tagħhom;
v.
jikkunsidraw b'mod espliċitu t-tfal bħala prijorità meta jipprogrammaw u jimplimentaw l-istrateġiji ta’ integrazzjoni Nazzjonali Strateġiċi tagħhom għar-Rom; itenni l-importanza tal-ħarsien u l-promozzjoni ta' aċċess ugwali għad-drittijiet kollha għat-tfal Rom;
vi.
isaħħu l-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għar-Rom f'termini tal-mandat, il-kapaċità istituzzjonali, ir-riżorsi umani u l-baġit tagħhom u jiżguraw il-pożizzjonament xieraq ta' tali Punti ta' Kuntatt Nazzjonali fi ħdan l-istruttura tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom permezz ta' koordinament transsettorjali effettiv;
vii.
joqogħdu attenti għal gruppi speċifiċi fi ħdan il-popolazzjoni Rom fl-Istrateġiji tagħhom, bħar-Rom tal-UE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' moviment u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi r-Rom mill-pajjiżi fil-fażi tal-adeżjoni;
viii.
jinkludu proċess ta' verità, rikonoxximent u rikonċiljazzjoni fl-Istrateġiji tagħhom għal raġunijiet ta' bini tal-fiduċja u jenfasizzaw miżuri u inizjattivi kulturali u strutturali konkreti, appoġġjati mill-fondi pubbliċi;
viiii.
jiżguraw u jissalvagwardaw l-inklużività effettiva tal-politiki pubbliċi prinċipali tagħhom u jużaw il-Fondi Strutturali tal-UE disponibbli biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-opportunitajiet tal-ħajja tar-Rom b'mod trasparenti u responsabbli; jinvestigaw l-użu ħażin li sar u li qed isir mill-fondi rilevanti u jieħdu azzjoni legali kontra l-awturi tar-reati; jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw l-assorbiment tal-fondi kollha mmirati lejn il-komunitajiet Rom, inkluż sa tmiem il-QFP attwali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-Kumitat tar-Reġjuni, biex iqassamha lill-parlamenti u lill-kunsilli sottonazzjonali, lill-Kunsill tal-Ewropa u lin-Nazzjonijiet Uniti.
Ir-rakkomandazzjoni ta' politika ġenerali nru 13 tal-ECRI (Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza) dwar il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom.
Il-kelma "Rom" tintuża bħala terminu ġenerali li jinkludi gruppi relatati differenti fl-Ewropa kollha, kemm jekk sedentarji u kemm jekk ma humiex, bħalma huma l-komunitajiet Rom, Traveller, Sinti, Manouche, Kalé, Romanichel, Boyash, Ashkali, Eġizzjani, Yéniche, Dom u Lom, li jistgħu jkunu differenti f'dawk li huma kultura u stil ta' ħajja.
Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati maċ-Ċittadinanza tal-UE
190k
61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati maċ-ċittadinanza tal-UE (2018/2111(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 9, 10, 11, 12, 21, 23 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u l-Artikoli 8, 9, 10, 15, 18, 20, 21, 22, 23, 24, 26, 45, 46, 47, 48, 153, 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-TUE, u d-dikjarazzjoni fl-Artikolu 10(3) li "kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni",
– wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) tat-TUE li jistipula d-dritt tal-moviment liberu tal-persuni,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2020-2027,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(1),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini"(3) għall-perjodu 2014-2020,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013(5),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali(6),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern(7),
– wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/CFSP (COM(2018)0358),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta' April 2015 dwar il-miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 95/553/KE(8),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2009 dwar gwida għal traspożizzjoni u applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (COM(2009)0313),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Jannar 2017 bit-titolu "It-tisħiħ tad-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku - Rapport tal-2017 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE" (COM(2017)0030),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar in-netwerks ta' kooperazzjoni għall-elezzjonijiet, it-trasparenza onlajn, il-protezzjoni kontra l-inċidenti ċibernetiċi u l-ġlieda kontra l-kampanji ta' diżinformazzjoni fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew (C(2018)5949),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej(10) u l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (COM(2017)0482),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2014 dwar "Iċ-ċittadinanza tal-UE għall-bejgħ"(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar "It-tagħlim tal-UE fl-iskejjel"(12),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2017 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2014-2020(13),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-suq intern(14),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Jannar 2013 dwar "Insaħħu ċ-ċittadinanza tal-UE: il-promozzjoni tad-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-UE",
– wara li kkunsidra l-istudji li ġew ippubblikati fl-2016 mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament bit-titolu "Obstacles to the right of free movement and residence for EU citizens and their families" (L-ostakli għad-dritt tal-moviment liberu u r-residenza għaċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2018 tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu "Making EU citizens' rights a reality: national courts enforcing freedom of movement and related rights" (Nagħmlu d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE realtà: il-qrati nazzjonali jinfurzaw il-libertà ta' moviment u drittijiet relatati),
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-Ewrobarometru 89/2018,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew(15),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976 (l-"Att Elettorali")(16),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tas-7 ta' Frar 2018 dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(17),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji(18),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb li jkun hemm qbil(19).
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Għal kisba ta' elezzjonijiet Ewropej liberi u ġusti" (COM(2018)0637),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0041/2019),
A. billi ċ-ċittadinanza tal-UE u d-drittijiet relatati tagħha ġew introdotti għall-ewwel darba fl-1992 bit-Trattat ta' Maastricht u ssaħħew aktar bit-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ f'Diċembru 2009, iżda ġew implimentati biss b'mod parzjali;
B. billi l-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, li ġew enfasizzati fl-Artikoli 2 u 6 tat-TUE, ipoġġu liċ-ċittadin fil-qalba tal-proġett Ewropew; billi għalhekk id-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa jimplika wkoll riflessjoni dwar il-qawwa tal-identità komuni tagħna;
C. billi l-prinċipji tat-trasparenza, l-integrità u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, kif derivati mill-Artikoli 10 u 11 tat-TUE u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huma elementi sostantivi tal-kunċett ta' ċittadinanza u huma essenzjali għall-bini u t-tisħiħ tal-kredibbiltà u l-fiduċja fl-Unjoni kollha kemm hi; billi r-rikors għal arranġamenti u strumenti ad hoc u intergovernattivi f'diversi oqsma ta' politika tal-UE, kif ukoll il-korpi informali ta' teħid ta' deċiżjonijiet, l-evitar u d-deistituzzjonalizzazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jirriskjaw li jdgħajfu tali prinċipji b'mod serju;
D. billi l-UE kellha diffikultajiet biex tiffaċċja diversi kriżijiet b'konsegwenzi soċjoekonomiċi importanti li rriżultaw fl-emerġenza ta' ideoloġiji populisti u nazzjonalisti abbażi ta' identitajiet esklussivi u kriterji li jappoġġjaw is-supremazija li jikkontradixxu l-valuri Ewropej;
E. billi l-ġestjoni insodisfaċenti tad-diversi kriżijiet żiedet id-diżappunt taċ-ċittadini f'xi wħud mir-riżultati tal-proġett ta' integrazzjoni tal-UE; billi huwa kruċjali li jiġi żgurat li ċ-ċittadinanza tal-UE titqies bħala privileġġ fost iċ-ċittadini, inkluż billi terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja fil-proġett tal-UE, filwaqt li tingħata prijorità lill-promozzjoni tad-drittijiet kollha taċ-ċittadini, inklużi d-drittijiet ċivili, politiċi u soċjali fost oħrajn, it-titjib tal-kwalità tad-demokrazija fi ħdan l-Unjoni, it-tgawdija prattika tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-opportunità li kull ċittadin jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, filwaqt li jiġi pprovdut involviment akbar tas-soċjetà ċivili fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ta' implimentazzjoni;
F. billi r-reviżjoni kurrenti tal-ECI għandha l-għan li ttejjeb l-effikaċja tagħha u ssaħħaħ id-demokrazija parteċipattiva u ċ-ċittadinanza attiva;
G. billi l-aċċess għaċ-ċittadinanza tal-UE jinkiseb permezz tal-pussess taċ-ċittadinanza ta' Stat Membru, li huwa rregolat minn liġijiet nazzjonali; billi fl-istess ħin, id-drittijiet u d-dmirijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE huma stabbiliti mil-liġi tal-UE u ma jiddependux fuq l-Istati Membri, għalhekk ma jistgħux jiġu limitati b'mod mhux ġustifikat minnhom;
H. billi fil-kuntest ta' aċċess għaċ-ċittadinanza nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji tad-dritt tal-UE, bħall-proporzjonalità, l-istat tad-dritt u n-nondiskriminazzjoni, li ġew elaborati bir-reqqa fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
I. billi l-prospett tal-Brexit enfasizza l-importanza tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE, speċjalment fost iż-żgħażagħ Ewropej, u r-rwol tagħhom fil-ħajjiet ta' miljuni ta' ċittadini tal-UE, u qajjem ukoll sensibilizzazzjoni fl-UE dwar it-telf potenzjali ta' tali drittijiet fuq iż-żewġ naħat;
J. billi l-parteċipazzjoni medja fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-2014 kienet ta' 42,6 %; billi skont l-aktar stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru ppubblikat f'Mejju 2018, 19 % biss tal-Ewropej li ġew intervistati kienu jafu d-data tal-elezzjonijiet Ewropej li jmiss;
K. billi ċ-ċittadini tal-UE kważi mhumiex konxji tal-eżistenza tal-uffiċċji tal-Europe Direct minkejja r-rwol ewlieni tagħhom li jipprovdu l-informazzjoni;
L. billi hemm aktar minn 400 Ċentru ta' Informazzjoni "Europe Direct" madwar l-UE li jikkontribwixxu għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-politiki tal-Unjoni Ewropea ta' interess dirett għaċ-ċittadini bl-għan li jkun hemm involviment maċ-ċittadini fil-livell lokali u reġjonali;
M. billi l-kunċett taċ-ċittadinanza jiddefinixxi r-relazzjoni taċ-ċittadini ma' komunità politika, inklużi d-drittijiet, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom; billi l-Artikolu 20 tat-TFUE ta liċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt li jivvutaw u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom, bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta' dak l-istat;
N. billi ċ-ċittadini Ewropej huma direttament rappreżentati fil-Parlament Ewropew u kull ċittadin jeħtieġlu jingħata attenzjoni ugwali mill-istituzzjonijiet tal-UE; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri billi jistipula li, "fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u tinkoraġġixxi ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa";
O. billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) stabbiliet f'għadd ta' kawżi li d-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE jistgħu jiġu invokati wkoll minn ċittadini ta' Stat Membru vis-à-vis dak l-istess stat(20);
P. billi diversi Stati Membri joffru l-hekk imsejħa "programmi tal-viżi tad-deheb" u skemi għall-investituri bħala mezz biex jiksbu ċ-ċittadinanza tagħhom;
Q. billi l-libertà ta' moviment tipprovdi liċ-ċittadini tal-UE b'opportunitajiet biex jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jgħixu f'pajjiżi oħra tal-UE; billi aktar minn 16-il miljun Ewropew igawdu mid-dritt tagħhom li jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE;
R. billi d-dritt għal-libertà ta' moviment huwa ċentrali għaċ-ċittadinanza tal-UE u jikkomplementa l-libertajiet l-oħra tas-suq intern tal-UE; billi ż-żgħażagħ Ewropej huma partikolarment marbuta mal-moviment liberu, li huwa meqjus bħala l-aktar kisba pożittiva tal-UE wara l-iżgurar tal-paċi fl-Ewropa;
S. billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE ltaqgħet ma' diffikultajiet prattiċi u l-Ewropej jafu xorta waħda jsibuha diffiċli biex jiċċaqilqu jew jgħixu fi Stat Membru ieħor minħabba d-diskriminazzjoni li tirriżulta miċ-ċittadinanza, mir-rekwiżiti ta' dħul u dawk ta' residenza; billi hemm ammont konsiderevoli ta' ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja maħsuba biex tikkjarifika l-kunċetti ewlenin għaċ-ċittadini mobbli tal-UE;
T. billi d-dritt għal protezzjoni konsulari huwa ggarantit fl-Artikoli 20 u 23 tat-TFUE, u ċ-ċittadini tal-UE huma għalhekk, fit-territorju ta' pajjiż terz li fih l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom mhuwiex irrappreżentat, intitolati għal protezzjoni minn kwalunkwe Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta' dak l-istat; billi l-emerġenzi, id-diżastri naturali jew l-avvenimenti bħal attakki terroristiċi jistgħu jaffettwaw liċ-ċittadini Ewropej li ġejjin minn Stat Membru mingħajr l-ebda rappreżentanza fil-pajjiż terz ikkonċernat;
U. billi l-Kummissjoni wriet impenn fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017 li torganizza kampanja ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni mal-UE kollha dwar iċ-ċittadinanza tal-UE sabiex tgħin liċ-ċittadini jifhmu aħjar id-drittijiet tagħhom; billi din ir-responsabbiltà biex iċ-ċittadini tal-UE jiġu infurmati aħjar dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom jeħtieġ li tiġi kondiviża bejn l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili;
V. billi, skont ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017 tal-Kummissjoni, mill-2012 'il hawn, għadd dejjem akbar ta' nies irrappurtaw li ġarrbu xi sura ta' diskriminazzjoni;
W. billi l-ħolqien taż-żona Schengen u l-integrazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-UE saħħew ħafna l-libertà ta' moviment fl-UE u jikkostitwixxu wieħed mill-akbar kisbiet tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea;
X. billi l-introduzzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea hija kisba tal-proġett Ewropew li għadha trid twettaq il-potenzjal sħiħ tagħha; jenfasizza li din hija kostruzzjoni unika li ma tidher imkien ieħor fid-dinja;
1. Iqis li mhux id-dispożizzjonijiet kollha li jikkonċernaw iċ-ċittadinanza tal-UE ġew implimentati biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, minkejja li dan jippermetti li tiġi kkonsolidata l-identità Ewropea; jenfasizza li l-ħolqien ta' ċittadinanza tal-Unjoni wera li tista' teżisti forma ta' ċittadinanza li ma tkunx iddeterminata minn nazzjonalità u li tifforma l-bażi ta' qasam politiku li minnu jirriżultaw id-drittijiet u d-dmirijiet, li jiġu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni Ewropea u mhux mill-Istat; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejbu l-implimentazzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni u l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jikkonċernaw iċ-ċittadinanza kif ukoll tad-dispożizzjonijiet korrispondenti minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jirrimarka li ċ-ċittadini Ewropej mhumiex għal kollox konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni,
2. Ifakkar li ċ-ċittadinanza tal-UE tissupplimenta ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru; jissottolinja li ċ-ċittadinanza tal-UE tippermetti l-komplementarjetà ta' identitajiet differenti għaċ-ċittadini, u li l-ideoloġiji nazzjonalisti u populisti jdgħajfu dik il-kapaċità; huwa tal-opinjoni li l-eżerċitar ta' ċittadinanza attiva u l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni ċivika huma essenzjali għat-tisħiħ tas-sens ta' appartenenza għal proġett politiku biex jitrawwem l-iżvilupp ta' sens kondiviż ta' identità Ewropea, fehim reċiproku, djalogu interkulturali u kooperazzjoni transnazzjonali u biex jinbnew soċjetajiet miftuħa, inklużivi, koeżivi u reżiljenti;
3. Iqis li l-implimentazzjoni sħiħa, mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-promozzjoni attiva tad-drittijiet u l-prinċipji minquxa fiha, jirrappreżentaw lieva essenzjali għall-garanzija ta' involviment effettiv taċ-ċittadini fil-proċess demokratiku tal-UE u biex tagħti sens ta' konkretezza lid-dispożizzjonijiet minquxa fl-Artikolu 20 tat-TFUE;
4. Jenfasizza li l-korp ta' drittijiet u obbligi li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni ma jistax jiġi limitat b'mod mhux iġġustifikat; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-prerogattiva tagħhom li jagħtu ċ-ċittadinanza fi spirtu ta' kooperazzjoni ġusta, inkluż f'każijiet ta' tfal ta' ċittadini tal-UE li jiffaċċjaw diffikultajiet biex jissodisfaw il-kriterji għaċ-ċittadinanza skont ir-regoli nazzjonali; jenfasizza li l-eżerċitar b'suċċess tad-drittijiet taċ-ċittadinanza jippresupponi li d-drittijiet u l-libertajiet kollha minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jiġu protetti u promossi, inkluż għal persuni b'diżabbiltà li għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom bl-istess mod bħal kwalunkwe ċittadin ieħor, u li tiġi implimentata l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi sabiex jiġi żgurat li n-nisa jkunu jistgħu jgawdu b'mod sħiħ mid-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;
5. Ifakkar li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni estendiet ukoll l-implikazzjonijiet u tagħti drittijiet fil-qasam tal-parteċipazzjoni demokratika kif derivat mill-Artikoli 10 u 11 tat-TUE; jenfasizza li għall-eżerċizzju tad-dritt ta' parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin, u li għalhekk huwa fundamentali li jingħataw il-garanziji rilevanti dwar it-trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
6. Jiddispjaċih dwar in-nonparteċipazzjonijiet eżistenti minn partijiet tat-Trattati minn xi Stati Membri, li jdgħajfu u jiġġeneraw de facto differenzi fid-drittijiet taċ-ċittadini li huma maħsuba biex ikunu ugwali skont it-Trattati;
7. Jinnota li l-programm Erasmus+, il-programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, u l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" jagħtu liċ-ċittadini tal-UE u b'mod partikolari liż-żgħażagħ, benefiċċji kbar billi jqajmu sensibilizzazzjoni dwar l-istatus tagħhom bħala ċittadini tal-UE u jtejbu l-għarfien tagħhom dwar id-drittijiet li jirriżultaw minn dak l-istatus u l-valuri sottostanti tiegħu; huwa tal-opinjoni li l-programmi volontarji Ewropej bħas-Servizz Volontarju Ewropew u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jaqdu wkoll parti integrali biex tinbena ċ-ċittadinanza Ewropea; jissottolinja l-importanza kruċjali ta' tali programmi, speċjalment fost iż-żgħażagħ, u jitlob li dawn jissaħħu finanzjarjament;
Drittijiet politiċi
8. Jinsab imħasseb dwar it-tendenza ta' tnaqqis fl-għadd ta' votanti kemm fl-elezzjonijiet nazzjonali kif ukoll f'dawk tal-Parlament Ewropew, speċjalment fost iż-żgħażagħ; jinsab konvint li t-tisħiħ tal-isfera pubblika tal-UE u l-implimentazzjoni sħiħa taċ-ċittadinanza Ewropea għandhom il-potenzjal li jgħinu biex ireġġgħu lura dan it-tnaqqis billi jiżdied is-sens ta' appartenenza taċ-ċittadini f'komunità Ewropea u billi tingħata spinta lid-demokrazija rappreżentattiva;
9. Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tippromwovi programmi li jrawmu ċ-ċittadinanza Ewropea u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini fir-rigward tad-drittijiet politiċi tagħhom; josserva, madankollu, il-progress limitat li sar fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 165 tat-TFUE bħala bażi ġuridika biex tiġi promossa d-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni taċ-ċittadini; iqis essenzjali li tiġi promossa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-UE u jemmen li l-iżvilupp tal-kurrikuli tal-UE fis-sistemi edukattivi għandu jkun prijorità biex ikompli jiġi żviluppat il-potenzjal taċ-ċittadinanza tal-UE;
10. Jiddeplora għal darba oħra l-fatt li xi ċittadini tal-UE huma mċaħħda mid-drittijiet tagħhom fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom u ma jistgħux jipparteċipaw fl-elezzjonijiet parlamentari nazzjonali fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom; jissottolinja l-fatt li t-telf tad-drittijiet elettorali li jirriżulta minn residenza fi Stat Membru ieħor jista' jiskoraġġixxi liċ-ċittadini milli jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor u għalhekk jista' jikkostitwixxi ksur potenzjali tal-Artikolu 18 tat-TFUE;
11. Iqis li, f'sistema ta' demokrazija rappreżentattiva, huwa essenzjali li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiġu protetti d-drittijiet politiċi kollha taċ-ċittadini tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE u d-drittijiet miksuba mill-pussess tagħha fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea biex jissaħħaħ il-kunċett taċ-ċittadinanza tal-UE; jiddeplora l-fatt li mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Artikolu 15(3) tat-TFUE, li sar il-bażi legali għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti u li jestendi r-regoli dwar l-aċċess għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji u l-uffiċċji kollha tal-Unjoni, għadu ma ġiex implimentat b'mod sħiħ; iqis li l-progress fl-adozzjoni tar-regolament il-ġdid ġie konsistentement ostakolat mill-Istati Membri;
Il-libertà ta' moviment
12. Jilqa' l-benefiċċji li l-moviment liberu jġib miegħu għaċ-ċittadini tal-UE u għall-ekonomiji tal-Istati Membri; jirrimarka li d-drittijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-familji tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri mhux dejjem huma rikonoxxuti u rrispettati, u dan iwassal għal ostakli għall-moviment liberu u r-residenza taċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom kif ukoll għal diskriminazzjoni kontrihom; ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jipproteġu l-libertà ta' moviment, inkluża r-riunifikazzjoni tal-familja, għal konjuġi tal-istess sess;
13. Jinsab imħasseb li l-interpretazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet u termini tad-Direttiva 2004/38/KE mill-qrati nazzjonali tvarja mhux biss fl-Istati Membri, iżda xi kultant anki fl-istess ġurisdizzjoni; jinnota bi tħassib li l-awtoritajiet nazzjonali mhux dejjem ikunu kompletament konxji mid-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont id-Direttiva 2004/38/KE;
14. Jenfasizza l-problema tan-nuqqas ta' informazzjoni jew l-għoti ta' informazzjoni li ma tkunx korretta jew li toħloq konfużjoni dwar ir-rekwiżiti tal-viża għall-membri tal-familja jew dwar id-drittijiet ta' residenza; jinsisti li l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tneħħija ta' ostakli bla bżonn għad-dritt ta' dħul/residenza, b'mod partikolari għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE;
15. Jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini biex jiksbu rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tagħhom madwar l-Ewropa; jemmen li d-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għenu jiffaċilitaw ir-rikonoxximent bejn l-Istati Membri; jemmen ukoll li r-rikonoxximent professjonali huwa essenzjali biex jiġi żgurat grad ogħla ta' mobbiltà kemm għall-istudenti kif ukoll għall-professjonisti; jistieden lill-Kummissjoni tkompli t-tendenza li tiffaċilita kemm jista' jkun ir-rikonoxximent professjonali;
16. Jinsab imħasseb ferm dwar is-sejbiet tar-riċerka li twettqet mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, li identifikat id-diskriminazzjoni fit-tfittxija għal impjieg, fl-aċċess ta' servizzi varji bħall-kiri ta' karozza jew appartament jew ċerti servizzi bankarji, u fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-tassazzjoni; jenfasizza li d-diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza tista' toħloq ostakli għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari biex jimmonitorjaw tali każijiet ta' diskriminazzjoni u jieħdu azzjonijiet deċiżivi biex jipprevenuhom;
17. Jissottolinja r-rwol tal-mobbiltà fl-iżvilupp personali taż-żgħażagħ permezz tat-titjib fit-tagħlim u l-iskambju kulturali u tat-titjib fl-għarfien taċ-ċittadinanza attiva u l-prattika tagħha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw il-programmi tal-UE li jippromwovu l-mobbiltà;
18. Japprezza l-importanza tal-kultura, l-arti u x-xjenza bħala aspetti integrali taċ-ċittadinanza attiva tal-UE; jisħaq fuq ir-rwol tagħhom fit-tisħiħ tas-sens ta' appartenenza komuni taċ-ċittadini għall-Unjoni, li jagħti spinta lill-fehim reċiproku u jistimula d-djalogu interkulturali;
Il-protezzjoni konsulari
19. Jinnota li kważi 7 miljun ċittadin tal-UE bħalissa jgħixu f'pajjiżi barra mill-UE, u li dan in-numru mistenni jiżdied għal mill-inqas 10 miljuni sal-2020;
20. Iqis li d-dritt għal protezzjoni konsulari huwa ta' benefiċċju għaċ-ċittadini tal-UE kollha, u jfakkar li d-Direttiva tal-Kunsill(UE) 2015/637 dwar il-protezzjoni konsulari tinterpreta l-protezzjoni konsulari fl-aktar sens wiesa' possibbli, jiġifieri bħala kwalunkwe tip ta' assistenza konsulari; jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni dwar dawk id-drittijiet għadha limitata;
21. Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/637 u tniedi proċedimenti ta' ksur fejn applikabbli; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw protokolli ta' emerġenza, billi jqisu ċ-ċittadini mhux rappreżentati, sabiex jittejbu l-komunikazzjonijiet f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza f'koordinazzjoni ma' rappreżentanzi ta' Stati Membri u delegazzjonijiet tal-UE oħra; ifakkar fit-talba li għamel żmien twil ilu għat-tisħiħ tar-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi u jenfasizza l-valur miżjud mogħti min-netwerk diplomatiku tal-UE preżenti fil-post;
Petizzjoni lill-Parlament Ewropew u lment lill-Ombudsman Ewropew
22. Jenfasizza l-importanza tad-dritt għal petizzjoni, kif stipulat mill-Artikolu 227 tat-TFUE u mill-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, rispettivament, u d-dritt li wieħed jirrikorri għand l-Ombudsman kif minqux fl-Artikolu 228 tat-TFUE u fl-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; ifaħħar il-ħidma tal-Ombudsman Ewropew fil-ġlieda kontra l-amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet, fil-korpi u fl-aġenziji tal-Unjoni, u b'mod partikolari fil-qasam tat-trasparenza; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza għal funzjonament demokratiku u parteċipazzjoni demokratika xierqa fi ħdan l-Unjoni li jiġġeneraw il-fiduċja fost iċ-ċittadini; japprova f'dan ir-rigward ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman fir-Rapport Speċjali reċenti tagħha dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill;
Rakkomandazzjonijiet
23. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżerċita l-prerogattivi tagħha skont l-Artikolu 258 tat-TFUE biex titlob lill-QĠUE tiddeċiedi jekk it-tneħħija tad-drittijiet tal-vot minħabba residenza fi Stat Membru tal-UE ieħor għandhiex titqies bħala ksur tal-libertà ta' moviment u residenza; jistieden għal darb'oħra lill-Istati Membri jimplimentaw il-Kodiċi ta' Prattika Tajba fi Kwistjonijiet Elettorali tal-Kummissjoni ta' Venezja, inkluża l-abolizzjoni tat-tneħħija tad-drittijiet għall-vot tal-espatrijati fl-elezzjonijiet għall-parlamenti nazzjonali;
24. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni, permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25 tat-TFUE, testendi d-drittijiet elenkati fl-Artikolu 20(2) tat-TFUE sabiex tippermetti liċ-ċittadini tal-UE jagħżlu jekk jivvutawx fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza jew tar-residenza tagħhom u li dan jiġi estiż biex jinkludi l-elezzjonijiet kollha, f'konformità mal-possibbiltajiet kostituzzjonali ta' kull Stat Membru;
25. Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu għodod tad-demokrazija elettronika fil-livell lokali u nazzjonali, u jintegrawhom b'mod xieraq fil-proċess politiku, billi jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni demokratika kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għar-residenti;
26. Iqis li r-reviżjoni tal-qafas legali li jirregola l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) tippreżenta opportunità biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika tal-UE billi l-istrument isir inqas burokratiku u aktar aċċessibbli;
27. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa prattiki aktar robusti fir-rigward tas-segwitu politiku u legali mogħti lill-ECIs ta' suċċess;
28. Jinsisti fuq aktar riżorsi investiti fil-ħolqien ta' programmi u inizjattivi addizzjonali, u fuq l-istess ħolqien, li għandhom l-għan li jrawmu spazju pubbliku Ewropew fejn it-tgawdija tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, il-benessri soċjali u t-twettiq tal-valuri Ewropej isiru l-mudell għall-identità taċ-ċittadini; jilqa' l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri bħala eżempju siewi tal-appoġġ attiv tal-Unjoni għall-valuri u d-drittijiet tagħha li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE u minquxa fit-Trattati, inkluż permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu u jipproteġu dawn id-drittijiet u l-valuri; jisħaq fuq l-importanza li jinżamm il-baġit kurrenti għall-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri; jopponi bil-qawwa t-tnaqqis fid-daqs tiegħu fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-2021-2027 kif propost mill-Kummissjoni;
29. Iħeġġeġ bil-qawwa lill-partiti politiċi Ewropej u lill-membri tal-partit tagħhom jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi ta' kandidati permezz ta' zipped lists jew metodi ekwivalenti oħrajn;
30. Jipproponi li l-viżibbiltà tal-uffiċċji Europe Direct tiżdied b'mod sinifikanti; jissottolinja li dawn l-uffiċċji għandhom joperaw bħala intermedjarji li jikkooperaw mal-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri u s-soċjetà ċivili (inklużi trejdunjins, assoċjazzjonijiet kummerċjali u korpi pubbliċi u privati) biex jinfurmaw b'mod attiv liċ-ċittadini Ewropej dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u jrawmu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell lokali fil-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-entitajiet fil-livell reġjonali u lokali biex jikkooperaw b'mod attiv ma' dawn l-uffiċċji; jissottolinja l-fatt li dawn l-uffiċċji għandhom joħolqu sinerġiji ma' programmi bħal "L-Ewropa għaċ-Ċittadini"; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li dawn l-uffiċċji jiċċentralizzaw l-informazzjoni rilevanti li tippermetti liċ-ċittadini tal-UE jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE; jemmen li s-servizz SOLVIT għandu jiġi integrat ulterjorment u jaġixxi b'mod aktar effettiv fil-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE qabel ma dawn tal-aħħar ifittxu xi rimedju ġudizzjarju jew amministrattiv;
31. F'dan is-sens, jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta li ssaħħaħ kemm ir-rwol tal-Uffiċċji Europe Direct, kif ukoll l-eżerċizzju taċ-ċittadinanza tal-UE li tibni fuq id-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/54/UE, inklużi d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE għal protezzjoni mid-diskriminazzjoni, l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot tagħhom skont l-Artikolu 22 tat-TFUE, u d-drittijiet tagħhom ta' moviment liberu skont l-Artikolu 21 tat-TFUE u d-Direttiva 2004/38/KE, u d-dritt għal-libertà ta' moviment li jgawdu l-membri tal-familji tagħhom;
32. Jistieden lill-Kummissjoni taġixxi b'mod sistematiku fir-rigward tal-ksur tad-Direttiva 2004/38/KE mill-Istati Membri u jitlob li l-gwida tal-UE għall-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni li taffettwa liċ-ċittadini tal-UE tiġi mġedda sabiex tinkludi l-iżviluppi reċenti mill-QĠUE, u b'hekk jiġi żgurat li d-dritt tal-Unjoni jkun effettiv bis-sħiħ;
33. Jitlob għall-implimentazzjoni konsistenti tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-UE, b'mod partikolari meta tiġi adottata leġiżlazzjoni jew meta jiġu implimentati politiki marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;
34. Ifakkar li l-Parlament ilu mill-2014, u f'okkażjonijiet varji, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li kwalunkwe skema nazzjonali li tinvolvi l-bejgħ dirett jew indirett taċ-ċittadinanza tal-UE ddgħajjef il-kunċett proprju taċ-ċittadinanza Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja tali skemi u tipproduċi rapport dwar l-iskemi nazzjonali li jagħtu ċ-ċittadinanza tal-UE lill-investituri, kif ġie previst fir-rapport dwar iċ-Ċittadinanza; tal-2017
35. Jiddispjaċih li r-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-2017 tal-Kummissjoni ma jagħmel l-ebda referenza għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt ta' petizzjoni, id-dritt li wieħed jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew, id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti jew id-dritt ta' appoġġ għal ECI; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni sħiħa lid-dispożizzjonijiet tal-Karta u tindirizza dawn in-nuqqasijiet fl-evalwazzjoni li jmiss;
36. Jissottolinja li għadd dejjem akbar ta' ċittadini Ewropej sofrew attakki terroristiċi f'pajjiż li mhuwiex pajjiżhom, u għalhekk jitlob b'urġenza li jiġu stabbiliti protokolli fl-Istati Membri sabiex, f'każ ta' attakk terroristiku, jiġu megħjuna ċ-ċittadini Ewropej ta' pajjiż ieħor, f'konformità mad-Direttiva (UE) 2017/541 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu;
37. Jipproponi lill-Istati Membri li huma jistabbilixxu vaganza pubblika Ewropea fid-9 ta' Mejju sabiex jissaħħaħ is-sens ta' appartenenza Ewropew u jinħoloq spazju għal movimenti u attivitajiet ċiviċi;
38. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament dwar mekkaniżmu tal-UE rigward id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;
39. Jemmen b'mod qawwi li l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni huwa pedament taċ-ċittadinanza Ewropea u huwa kemm prinċipju ġenerali kif ukoll valur fundamentali tal-liġi tal-UE skont l-Artikolu 2 tat-TUE; iħeġġeġ lill-Kunsill jikkonkludi l-adozzjoni tad-Direttiva orizzontali tal-UE kontra d-diskriminazzjoni, sabiex jiġu żgurati aktar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni permezz tal-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni konkreta tal-UE li timplimenta bis-sħiħ l-Artikoli 18 u 19 tat-TFUE f'approċċ orizzontali; jiddispjaċih dwar il-fatt li d-Direttiva Kontra d-Diskriminazzjoni għadha imblukkata mill-Kunsill, deċennju wara l-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni;
40. Jinnota l-obbligu, stabbilit fit-Trattati, ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB); jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex tiffinalizza l-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB, u għall-adeżjoni mal-Karta Soċjali Ewropea;
41. Jenfasizza li edukazzjoni ċivika ta' kwalità għall-etajiet kollha (formali u informali) hija kruċjali għall-eżerċizzju kunfidenti tad-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadini u l-funzjonament xieraq ta' soċjetà demokratika; jinnota li huwa biss l-isforz edukattiv kontinwu li jista' jiżgura parteċipazzjoni akbar fl-elezzjonijiet fil-livell Ewropew u jsaħħaħ il-fehim interkulturali u s-solidarjetà fl-Ewropa, kif ukoll jegħleb id-diskriminazzjoni, il-preġudizzju u l-inugwaljanza bejn is-sessi; jirrakkomanda l-użu tal-Artikoli 165, 166 u 167 tat-TFUE bħala bażi ġuridika għall-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-politiki tal-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u ż-żgħażagħ;
42. Ifakkar fil-kontribut tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew "għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni" (l-Artikolu 10(4) tat-TUE); jitlob, għalhekk, li ċ-ċittadini individwali tal-UE jingħataw l-opportunità li japplikaw direttament għal sħubija f'partiti politiċi fil-livell Ewropew;
43. Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi promossa d-dimensjoni Ewropea tal-elezzjonijiet parlamentari Ewropej bil-ħsieb li jingħata kontribut għall-ħidma futura potenzjali tal-Parlament billi jiġi eżerċitat id-dritt tiegħu għal inizjattiva leġiżlattiva skont l-Artikolu 225 tat-TFUE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu d-drittijiet taċ-ċittadini fost iċ-ċittadini Ewropej, inklużi dawk relatati mad-drittijiet tal-vot; jissottolinja li informazzjoni aħjar u aktar iffokata dwar il-politiki Ewropej u l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini ttejjeb il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi promossa l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej billi tiżdied il-viżibbiltà tal-partiti politiċi Ewropej; itenni li l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej hija responsabbiltà kondiviża taċ-ċittadini, l-Istati Membri u l-UE; jenfasizza l-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu infurmati dwar ir-riforma riċenti tal-liġi elettorali u l-proċess Spitzenkandidat; jissottolinja l-importanza politika u s-simboliżmu ta' din il-figura f'termini ta' tisħiħ taċ-ċittadinanza tal-UE;
44. Ifakkar li l-Parlament Ewropew huwa l-parlament tal-Unjoni kollha kemm hi, u li għandu rwol essenzjali biex jiżgura l-leġittimità tal-istituzzjonijiet politiċi tal-UE billi jagħmilhom responsabbli billi jiżgura skrutinju parlamentari xieraq; jinsisti għalhekk, li s-setgħat leġiżlattivi u d-drittijiet ta' kontroll tal-Parlament iridu jiġu ggarantiti, ikkonsolidati u msaħħa;
45. Ifakkar fil-gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data fil-kuntest elettorali u l-komunikazzjoni tagħha tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-iżgurar ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti fl-Ewropa (COM(2018)0637); jitlob li jsir kull sforz sabiex jiġu żgurati elezzjonijiet ħielsa minn kwalunkwe interferenza abbużiva; jissottolinja l-ħtieġa għal politika tal-UE definita sabiex tittratta l-propaganda anti-Ewropea u tindirizza l-informazzjoni falza;
46. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika billi tintensifika d-djalogu tagħha maċ-ċittadini, issaħħaħ il-fehim taċ-ċittadini dwar ir-rwol tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, u tenfasizza d-dritt tagħhom li jivvutaw u joħorġu għall-elezzjoni fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew;
47. Jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta, f'dan ir-rigward, il-mezzi tax-xandir soċjali u l-għodod diġitali b'enfasi speċjali fuq iż-żieda tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u tal-persuni b'diżabbiltà; jitlob l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' għodod ta' demokrazija elettronika, bħalma huma l-pjattaformi online, biex iċ-ċittadini jkunu involuti b'mod aktar dirett fil-ħajja demokratika tal-UE, u b'hekk titrawwem il-parteċipazzjoni tagħhom;
48. Jappoġġja l-produzzjoni u t-tixrid ta' materjal multimedjali u tal-istampa bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE li jiffukaw fuq it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet tagħhom u t-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jinfurzaw dawn id-drittijiet b'mod effikaċi f'kull Stat Membru;
49. Iqis li, minħabba l-impatt dejjem akbar tal-midja soċjali fuq il-ħajja taċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom ikomplu jiżviluppaw mekkaniżmi ġodda u politiki pubbliċi mfassla biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-individwi fl-ambjent diġitali; jenfasizza l-ħtieġa ta' kondiviżjoni sigura, ġusta u trasparenti tad-data taċ-ċittadini; jenfasizza li l-midja ħielsa u l-aċċess għal pluralità ta' opinjonijiet huma parti indispensabbli ta' demokrazija b'saħħitha u li l-litteriżmu medjatiku huwa kruċjali u għandu jiġi żviluppat minn età bikrija;
50. Iħeġġeġ l-użu tal-Artikolu 25 tat-TFUE biex jittieħdu miżuri li jistgħu jiffaċilitaw l-eżerċizzju taċ-ċittadinanza Ewropea ta' kuljum;
51. Jistieden lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 25 tat-TFUE, biex tqis l-iżvilupp tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE fil-leġiżlazzjoni sekondarja u l-ġurisprudenza fir-rapport dwar iċ-Ċittadinanza li jmiss, u biex tipproponi pjan direzzjonali biex tiġbor flimkien dawn l-avvanzi kollha ħalli jitqies b'mod formali l-iżvilupp tal-Unjoni f'dan il-qasam;
52. Jissottolinja li l-objettiv finali ta' dan l-eżerċizzju, skont il-proċedura tal-Artikolu 25 tat-TFUE, ikun li jittieħdu inizjattivi konkreti favur il-konsolidazzjoni ta' drittijiet u libertajiet speċifiċi għaċ-ċittadini stabbiliti fl-Istatut taċ-Ċittadinanza tal-UE, simili għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inklużi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, flimkien mad-drittijiet soċjali stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-valuri stabbiliti mill-Artikolu 2 tat-TUE bħala elementi li jiddefinixxu l-"ispazju pubbliku" Ewropew, inkluż fost l-oħrajn il-mudell ta' governanza rilevanti għal dak l-ispazju pubbliku, id-dinjità, il-libertà, l-istat tad-dritt, id-demokrazija, il-pluraliżmu, it-tolleranza, il-ġustizzja u s-solidarjetà, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, li jiġu kkunsidrati f'riforma futura jew eventwali tat-Trattati;
o o o
53. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill,
Pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Marzu 2011, Gerardo Ruiz Zambrano vs Office national de l'emploi (ONEM), C-34/09, ECLI:EU:C:2011:124, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Marzu 2010, Janko Rottman vs Freistaat Bayern, C-135/08, ECLI:EU:C:2010:104, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Mejju 2011, Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department, C-434/09, ECLI:EU:C:2011:277 u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2011, Murat Dereci u Oħrajn v Bundesministerium für Inneres, C-256/11, ECLI:EU:C:2011:734.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-kooperazzjoni msaħħa (2018/2112(INI))
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-kooperazzjoni msaħħa, u b'mod partikolari l-Artikoli 20, 42(6), 44, 45 u 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u l-Artikoli 82, 83, 86, 87, 187, 188, 326, 327, 328, 329, 330, 331, 332, 333 u 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar forom eżistenti oħra ta' integrazzjoni differenzjata, u b'mod partikolari l-Artikoli 136, 137 u 138 tat-TFUE dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-ewro,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG),
– wara li kkunsidra l-Protokoll 10 dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll 14 dwar il-Grupp tal-Euro u l-Protokoll 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli fl-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni: possibilitajiet offruti mit-Trattat ta' Lisbona(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-integrazzjoni differenzjata(5),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0038/2019),
A. billi l-Unjoni għandha interess partikolari fl-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni msaħħa f'ċerti oqsma ta' kompetenzi mhux esklussivi tal-UE, sabiex tmexxi 'l quddiem il-proġett Ewropew u tiffaċilita l-ħajja taċ-ċittadini;
B. billi, skont l-Artikolu 20(2) tat-TUE, il-kooperazzjoni msaħħa hija intenzjonata li tkun miżura tal-aħħar istanza, meta l-objettivi ta' tali kooperazzjoni ma jistgħux jintlaħqu fi żmien raġonevoli mill-Unjoni kollha kemm hi;
C. billi l-kooperazzjoni msaħħa m'għandhiex titqies bħala strument ta' esklużjoni jew ta' diviżjoni tal-Istati Membri, iżda bħala soluzzjoni prammatika għall-avvanz tal-integrazzjoni Ewropea;
D. billi n-natura sensittiva ta' ċerti oqsma ta' politika tagħmilha diffiċli li tiġi segwita l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, mhux biss minħabba r-rekwiżit ta' unanimità iżda wkoll minħabba l-prattika stabbilita fil-Kunsill li dejjem ifittex kunsens fost l-Istati Membri, anke meta maġġoranza kwalifikata tkun biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni;
E. billi, għajr għat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-inizjattivi kollha ta' integrazzjoni msaħħa setgħu ġew adottati mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata (VMK), kieku din kienet ir-regola applikabbli minflok l-unanimità;
F. billi jeżistu għadd ta' każijiet ta' sottogruppi ta' Stati Membri li jwettqu kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali bejniethom barra mill-qafas tat-Trattat, pereżempju f'oqsma bħad-difiża; billi l-pressjoni eżerċitata mill-kriżi ekonomika u monetarja biex jittieħdu deċiżjonijiet b'rapidità u biex jingħeleb ir-rekwiżit ta' unanimità f'ċerti oqsma wasslet għall-adozzjoni ta' strumenti intergovernattivi lil hinn mill-qafas legali tal-UE, bħall-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG jew il- "Patt Fiskali");
G. billi l-kooperazzjoni msaħħa hija proċedura li permezz tagħha minimu ta' disa' Stati Membri jitħallew jistabbilixxu kooperazzjoni avvanzata f'qasam fi ħdan l-istrutturi tal-UE, iżda mingħajr l-involviment tal-Istati Membri l-oħrajn; billi l-kooperazzjoni msaħħa tippermetti lill-Istati Membri parteċipanti jiksbu għan jew inizjattiva komuni u jegħlbu ffriżar fin-negozjati jew imblukkar minn Stat Membru ieħor jew iktar minn wieħed meta tkun meħtieġa l-unanimità; billi skont l-Artikolu 20(4) tat-TUE l-atti adottati fil-qafas tal-kooperazzjoni msaħħa għandhom jorbtu biss lill-Istati Membri parteċipanti; billi l-kooperazzjoni msaħħa hija limitata għal oqsma li fihom l-UE m'għandhiex kompetenzi esklużivi;
H. billi skont l-Artikolu 328(1) tat-TFUE, "il-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti f'koperazzjoni msaħħa għandhom jassiguraw li jippromwovu l-parteċipazzjoni mill-ikbar għadd possibbli ta' Stati Membri";
I. billi l-esperjenza turi li l-kooperazzjoni msaħħa wasslet għal riżultati sodisfaċenti fil-liġi tad-divorzju(6), u toffri prospetti interessanti fir-rigward tar-regoli tar-reġim tal-proprjetà(7), il-privattiva unitarja Ewropea u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;
J. billi l-esperjenzi inizjali tal-kooperazzjoni msaħħa enfasizzaw id-diffikultajiet assoċjati mal-applikazzjoni ta' dan il-kunċett, minħabba d-dispożizzjonijiet limitati disponibbli fit-Trattati dwar l-implimentazzjoni prattika tiegħu u n-nuqqas ta' segwitu suffiċjenti mwettaq mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
K. billi l-analiżi ta' mudelli federali differenti użati fl-Istati Membri tal-UE u l-federazzjonijiet barra mill-Unjoni żvelat li l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni flessibbli sikwit jintużaw minn entitajiet subfederali f'oqsma ta' interess komuni;
L. billi mingħajr ir-rikors għal klawsoli passerelle biex tgħaddi mill-unanimità għall-VMK fil-Kunsill, u fin-nuqqas ta' riforma profonda tat-Trattati, jidher possibbli li fil-futur, l-Istati Membri jkollhom jirrikorru għad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni msaħħa sabiex jindirizzaw problemi komuni u jilħqu għanijiet komuni;
M. billi huwa importanti għall-applikazzjoni bla xkiel tal-kooperazzjoni msaħħa li tiġi stabbilita lista ta' mistoqsijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati u li jiġi pprovdut pjan direzzjonali għall-funzjonament effettiv tal-kooperazzjoni msaħħa fl-ittra u fl-ispirtu tat-Trattati;
Osservazzjonijiet prinċipali
1. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li għalkemm il-kooperazzjoni msaħħa toffri soluzzjoni għal problema komuni, billi tieħu vantaġġ mill-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni u b'hekk tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi għall-Istati Membri parteċipanti, xorta waħda ma eliminatx għalkollox il-ħtieġa ta' rikors għal forom ta' soluzzjonijiet ta' sottogruppi intergovernattivi barra mit-Trattati, li għandhom impatt negattiv fuq kemm huwa applikat b'mod konsistenti l-qafas legali tal-UE u għalhekk iwasslu għal nuqqas ta' skutinju demokratiku xieraq;
2. Jemmen li l-qafas istituzzjonali uniku tal-UE għandu jiġi ppreservat sabiex jinkisbu l-objettivi komuni tagħha u jiġi ggarantit il-prinċipju ta' ugwaljanza taċ-ċittadini kollha; jinsisti li għandu jinżamm il-metodu Komunitarju jew tal-Unjoni;
3. Jenfasizza li għall-kuntrarju tat-Trattati intergovernattivi, il-kooperazzjoni msaħħa tipprovdi għodda għas-soluzzjoni tal-problemi li mhux biss hija legali iżda hija wkoll konvenjenti, għax hi bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u topera fi ħdan l-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni;
4. Jirrimarka li għalkemm il-kooperazzjoni msaħħa, minħabba n-natura tagħha ta' miżura tal-aħħar istanza, ma ntużatx b'mod estensiv mill-bidu tagħha fit-Trattat ta' Amsterdam, jidher li qed issir aktar importanti u tagħti riżultati tanġibbli;
5. Jinnota li, abbażi tal-esperjenza eżistenti, il-kooperazzjoni msaħħa sikwit titfaċċa f'oqsma regolati minn proċedura leġiżlattiva speċjali li teħtieġ l-unanimità, u b'mod predominanti intużat fil-qasam tal-ġustizzja u affarijiet interni;
6. Jirrimarka li s'issa, il-proċedura għall-bidu u l-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni msaħħa kienet pjuttost twila, partikolarment minħabba d-definizzjoni mhux ċara ta' perjodu raġonevoli biex jiġi aċċertat li l-limitu ta' voti meħtieġ ma jistax jintlaħaq u n-nuqqas ta' rieda politika b'saħħitha biex timxi 'l quddiem b'rata aktar mgħaġġla;
7. Jinnota li n-nuqqas ta' linji gwida operattivi ċari għall-ħolqien u l-amministrazzjoni ta' kooperazzjoni msaħħa, pereżempju l-liġi applikabbli għall-istituzzjonijiet komuni jew proċeduri għall-irtirar minn kooperazzjoni li diġà teżisti, seta' għamel il-konklużjoni ta' kooperazzjoni msaħħa inqas probabbli;
8. Ifakkar li għalkemm il-kooperazzjoni msaħħa tibbenefika mill-ordinament istituzzjonali u ġuridiku tal-Unjoni, l-integrazzjoni awtomatika tagħha fl-acquis mhijiex prevista;
9. Jemmen li għalkemm il-kooperazzjoni msaħħa hija meqjusa bħala t-tieni l-aħjar xenarju, xorta waħda għadha għodda vijabbli biex jissolvew il-problemi fil-livell tal-Unjoni u għodda biex jingħelbu wħud mis-sitwazzjonijiet ta' staġnar istituzzjonali;
10. Huwa tal-opinjoni li l-istess sett ta' mistoqsijiet jeħtieġ li jitwieġbu sabiex il-kooperazzjoni msaħħa tiġi implimentata u organizzata b'mod effettiv, irrispettivament mill-qasam ta' politika li tikkonċerna jew il-forma li tieħu;
Rakkomandazzjonijiet
11. Jipproponi, għalhekk, li jeħtieġ li jitwieġbu għadd ta' mistoqsijiet u li jiġi segwit pjan direzzjonali kif stabbilit hawn taħt sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u effettiva ta' kooperazzjoni msaħħa;
Proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet
12. Jirrimarka li l-ispinta politiku għall-kooperazzjoni msaħħa għandha tiġi mill-Istati Membri, iżda d-diskussjonijiet dwar il-kontenut tagħha għandhom ikunu bbażati fuq proposta tal-Kummissjoni;
13. Ifakkar li l-Artikolu 225 tat-TFUE jagħti lill-Parlament id-dritt ta' inizjattiva kważi leġiżlattiva, li għandha tiġi interpretata bħala l-possibbiltà għall-Parlament li jagħti bidu għal kooperazzjoni msaħħa abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni li ma jirnexxilhiex tilħaq ftehim permezz tal-proċedura regolari tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan il-mandat ta' żewġ presidenzi konsekuttivi tal-Kunsill;
14. Jemmen li l-objettivi ta' każ ta' kooperazzjoni għandhom jitqiesu li ma jistgħux jintlaħqu mill-Unjoni kollha kemm hi, f'konformità mar-rekwiżit fl-Artikolu 20 tat-TUE, jekk matul perjodu li jkopri żewġ presidenzi konsekuttivi tal-Kunsill, ma jkun sar l-ebda progress sostanzjali fil-Kunsill;
15. Jirrakkomanda li t-talbiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom għandhom, fil-prinċipju, ikunu bbażati fuq objettivi li huma tal-inqas ambizzjużi daqs dawk ippreżentati mill-Kummissjoni, qabel ma jiġi stabbilit li l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu mill-Unjoni kollha kemm hi f'perjodu ta' żmien raġonevoli;
16. Jirrakkomanda bil-qawwa li l-klawsola passerelle speċjali minquxa fl-Artikolu 333 tat-TFUE tiġi attivata biex tinbidel minn unanimità għal VMK, u minn proċedura leġiżlattiva speċjali għal waħda ordinarja, immedjatament wara li l-Kunsill japprova ftehim dwar il-bidu ta' kooperazzjoni msaħħa, sabiex jiġu evitati imblokki ġodda jekk l-għadd ta' Stati Membri parteċipanti jkun sinifikanti;
17. Iqis li huwa meħtieġ li d-deċiżjoni li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa għandha tispeċifika l-qafas għar-relazzjonijiet mal-Istati Membri li ma jipparteċipawx; iqis li l-Istati Membri li ma jipparteċipawx f'tali kooperazzjoni msaħħa għandhom madankollu jkunu involuti bis-sħiħ fid-deliberazzjonijiet dwar is-suġġett ta' din il-kooperazzjoni msaħħa;
18. Ifakkar li kemm il-Kummissjoni kif ukoll is-segretarjati tal-Kunsill għandhom rwol importanti fl-iżgurar li l-Istati Membri li ma jipparteċipawx f'kooperazzjoni msaħħa ma jitħallewx barra b'mod li jrendi diffiċli l-parteċipazzjoni tagħhom fi stadju aktar tard;
Amministrazzjoni
19. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni jkollha rwol attiv fl-istadji kollha ta' kooperazzjoni msaħħa mill-proposta permezz tad-deliberazzjonijiet sal-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa;
20. Jafferma li l-unità tal-istituzzjonijiet tal-UE għandha tinżamm u li l-kooperazzjoni msaħħa m'għandhiex twassal għall-ħolqien ta' arranġamenti istituzzjonali paralleli, iżda tista' tippermetti li jiġu stabbiliti korpi speċifiċi fejn xieraq fi ħdan il-qafas legali tal-UE u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u r-rwol tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni;
Skrutinju Parlamentari
21. Ifakkar li l-Parlament huwa responsabbli għall-kontroll parlamentari tal-kooperazzjoni msaħħa; jitlob involviment aktar b'saħħtu mill-parlamenti nazzjonali, u f'dawk l-Istati Membri fejn dan ikun rilevanti, mill-parlamenti reġjonali, flimkien mal-Parlament Ewropew fl-iskrutinju demokratiku tal-kooperazzjoni msaħħa jekk tikkonċerna oqsma ta' politika ta' kompetenza kondiviża; jenfasizza l-possibbiltà li jiġi stabbilit forum interparlamentari simili, pereżempju, għall-Konferenza Interparlamentari fis-sens tal-Artikolu 13 tat-TSKG u l-Konferenza Interparlamentari għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), fejn ikun meħtieġ u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament;
22. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri li jipparteċipaw f'kooperazzjoni msaħħa jinkludu dawk ir-reġjuni li għandhom setgħat leġiżlattivi fi kwistjonijiet li jaffettwawhom, bil-ħsieb li tiġi rispettata d-diviżjoni interna tas-setgħat u tissaħħaħ il-leġittimità soċjali ta' tali kooperazzjoni msaħħa;
23. Jirrakkomanda li l-Parlament ikollu rwol aktar b'saħħtu fil-kooperazzjoni msaħħa billi jissuġġerixxi lill-Kummissjoni forom ġodda ta' kooperazzjoni permezz tal-Artikolu 225 tat-TFUE, u permezz ta' proposti ta' monitoraġġ jew kooperazzjoni eżistenti; jesprimi l-konvinzjoni li l-Parlament għandu jkun involut f'kull stadju tal-proċedura, aktar milli sempliċiment ikun mistenni jagħti l-approvazzjoni tiegħu, u li għandu jirċievi rapporti regolari u jkun jista' jikkummenta dwar l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa;
24. Jistieden lill-Kunsill jimpenja ruħu mal-Parlament fi proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa futura possibbli qabel it-talba għall-approvazzjoni tal-Parlament dwar it-test finali, sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni massima bejn il-koleġiżlaturi tal-Unjoni;
25. Jiddispjaċih, madankollu, li minkejja l-approċċ kostruttiv u meqjus tal-Parlament għall-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa, il-Kunsill ma tantx wera interess li jinvolvi ruħu formalment mal-Parlament qabel ma ssir it-talba għall-approvazzjoni tal-Parlament dwar it-test innegozjat finali;
26. Iqis li huwa neċessarju li l-Parlament itejjeb l-organizzazzjoni interna tiegħu fir-rigward tal-kooperazzjoni msaħħa; jemmen, għal dan l-għan, li kull każ ta' kooperazzjoni msaħħa għandu jiġi segwit mill-kumitat permanenti rilevanti u jirrakkomanda li r-regoli ta' proċedura tal-Parlament għandhom għalhekk jawtorizzaw it-twaqqif ta' sottokumitati ad hoc li fihom is-sħubija sħiħa tingħata primarjament lil dawk il-Membri tal-PE eletti fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw f'tali kooperazzjoni msaħħa;
Baġit
27. Huwa tal-fehma li n-nefqa operattiva marbuta mal-kooperazzjoni msaħħa għandha titħallas mill-Istati Membri parteċipanti, u jekk din l-ispiża tinġarr mill-baġit tal-UE, l-Istati Membri mhux parteċipanti għandhom jiġu rimborżati, sakemm il-Kunsill, wara konsultazzjoni mal-Parlament, ma jiddeċidix, skont l-Artikolu 332 tat-TFUE li tali kooperazzjoni għandha tiġi ffinanzjata mill-baġit tal-UE, u b'hekk din in-nefqa ssir parti minn dan tal-aħħar u għalhekk tkun soġġetta għall-proċedura baġitarja annwali;
28. Iqis li jekk l-attività regolata mill-kooperazzjoni msaħħa tiġġenera dħul, dan id-dħul għandu jiġi assenjat biex ikopri n-nefqa operattiva marbuta mal-kooperazzjoni msaħħa;
Ġurisdizzjoni
29. Jemmen li l-kooperazzjoni msaħħa għandha taqa' taħt il-ġurisdizzjoni diretta tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tiġi stabbilita proċedura ta' arbitraġġ jew qorti ta' prim'istanza għas-soluzzjoni ta' tilwim li tista' tkun meħtieġa għall-funzjonament ta' każ partikolari ta' kooperazzjoni msaħħa, sakemm it-Trattat ma jipprevedix mod ieħor, li f'dan il-każ għandu jiġi indikat fl-att legali li jistabbilixxi l-kooperazzjoni msaħħa;
30. Jirrimarka li jekk każ ta' kooperazzjoni msaħħa jirrikjedi l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' arbitraġġ speċjali jew qorti speċjali, il-korp ta' arbitraġġ finali dejjem għandu jkun il-QĠUE;
Aġġustamenti għall-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni
31. Jipproponi l-ħolqien ta' unità speċjali tal-kooperazzjoni msaħħa fil-Kummissjoni, taħt it-tmexxija ta' Kummissarju responsabbli għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, biex tikkoordina u tissimplifika l-istabbiliment istituzzjonali ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni msaħħa;
32. Iqis li huwa neċessarju li r-rwol tas-segretarjati kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Kunsill ikun aktar proattiv fil-kuntest tal-kooperazzjoni msaħħa, u għalhekk jipproponi li huma jfittxu b'mod attiv, flimkien mal-Kumitat tar-Reġjuni u, b'mod partikolari, mal-pjattaforma tiegħu tar-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT), oqsma fejn il-kooperazzjoni msaħħa tista' tkun utli għall-avvanz tal-proġett Ewropew jew oqsma li jmissu ma' forom eżistenti ta' kooperazzjoni msaħħa sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet jew il-kontradizzjonijiet;
Irtirar jew tkeċċija ta' Stati Membri
33. Jirrimarka li m'hemm l-ebda dispożizzjoni fit-Trattati dwar il-possibbiltajiet għall-Istati Membri li jirtiraw, jew li jiġu mkeċċija, minn każijiet eżistenti ta' kooperazzjoni msaħħa, bl-eċċezzjoni tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO);
34. Jemmen li għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari fil-każijiet kollha ta' kooperazzjoni msaħħa dwar l-irtirar ta' Stat Membru li ma jkunx jixtieq ikompli jipparteċipa u dwar it-tkeċċija ta' Stat Membru li ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kooperazzjoni msaħħa; jirrakkomanda li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-irtirar jew it-tkeċċija possibbli ta' Stat Membru għandhom jiġu speċifikati fl-att li jistabbilixxi l-kooperazzjoni msaħħa;
35. Iqis li jeħtieġ li titfassal proċedura għall-awtorizzazzjoni rapida tal-kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma ta' interess politiku kbir, li għandha titwettaq f'perjodu ta' żmien iqsar mit-tul ta' żewġ presidenzi konsekuttivi tal-Kunsill;
36. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa biex jaħdmu biex il-kooperazzjoni msaħħa tiġi integrata fl-acquis communautaire;
37. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi regolament, abbażi tal-Artikolu 175, it-tielet subparagrafu, jew l-Artikolu 352 tat-TFUE, sabiex tissimplifika u tgħaqqad il-qafas legali rilevanti għall-kooperazzjoni msaħħa (pereżempju, il-prinċipji ta' gwida dwar il-liġi applikabbli għall-istituzzjonijiet komuni jew l-irtirar ta' Membru), u b'hekk tiġi ffaċilitata l-konklużjoni ta' tali kooperazzjoni;
38. Jissuġġerixxi li r-reviżjoni li jmiss tat-Trattati għandha tesplora l-possibbiltà li reġjuni jew entitajiet subnazzjonali jkollhom rwol fil-kooperazzjoni msaħħa meta din tal-aħħar tkun relatata ma' qasam ta' kompetenza esklużiva tal-livell inkwistjoni, b'rispett xieraq għall-kostituzzjonijiet nazzjonali;
o o o
39. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, ĠU L 343, 29.12.2010, p. 10.
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali, ĠU L 183, 8.7.2016, p. 1.
Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-setgħa ta' kontroll politiku tal-Parlament fuq il-Kummissjoni
156k
52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-setgħa ta' kontroll politiku tal-Parlament fuq il-Kummissjoni (2018/2113(INI))
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-sorveljanza politika tal-Parlament Ewropew fuq il-Kummissjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 14, 17 u 25 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 121, 159, 161, 175, 190, 225, 226, 230, 233, 234, 249, 290, 291, 319 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tat-TUE, li jafda f'idejn il-Kummissjoni l-promozzjoni tal-interess ġenerali tal-Unjoni u monopolju fuq it-teħid ta' inizjattivi "għal dak l-għan",
– wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-ftehim interistituzzjonali (FII) dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tal-2016 u l-ftehim interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba tal-2013,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli fl-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea(2),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, u b'mod speċjali l-paragrafi 2 u 8 tiegħu, li jerġgħu jaffermaw b'mod ulterjuri li l-proċess ta' Spitzenkandidaten huwa prattika kostituzzjonali u politika ta' suċċess li tirrifletti l-bilanċ interistituzzjonali previst fit-Trattati(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew u li jibdel id-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni(4), u n-negozjati interistituzzjonali li għaddejjin;
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Ombudsman Ewropew dwar il-Laqgħat u l-Ispezzjoni tad-Dokumenti – Ilmenti Konġunti 488/2018/KR u 514/2018/KR dwar il-ħatra mill-Kummissjoni ta' Segretarju Ġenerali ġdid, u r-rakkomandazzjoni tagħha dwar dawn il-każijiet,
– wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu, inkluż l-Artikolu 52, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0033/2019),
A. billi l-qafas istituzzjonali tal-Unjoni kif minqux fit-Trattati jikkonferixxi lill-Parlament, bħala korp leġiżlattiv tal-Unjoni, ir-responsabbiltà tas-sorveljanza politika fuq il-Kummissjoni;
B. billi l-Parlament għandu għad-dispożizzjoni tiegħu sett ta' strumenti li jżommu lill-Kummissjoni responsabbli, bħal pereżempju l-mozzjoni ta' ċensura (l-Artikoli 17 tat-TUE u 234 tat-TFUE), il-ħila li jitlob lill-President tal-Kummissjoni jirtira l-fiduċja tiegħu f'membru individwali tal-Kummissjoni (l-Artikolu 118(10) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament), id-dritt ta' inkjesta (l-Artikolu 226 tal-TFUE), il-kompetenza ta' skrutinju fuq l-atti delegati u ta' implimentazzjoni (l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE), id-dritt li jagħmel mistoqsijiet orali u bil-miktub (l-Artikolu 230(2) tat-TFUE), u d-dritt li jibda proċedimenti legali kontra l-Kummissjoni dwar kwistjoni ta' legalità (l-Artikolu 263 tat-TFUE) jew fil-każ ta' nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni;
C. billi, apparti dawk l-istrumenti, il-Parlament għandu firxa ta' għodod għas-sorveljanza, li bis-saħħa tagħhom jista' jfassal b'mod proattiv l-aġenda politika Ewropea;
D. billi l-baġit huwa l-aktar għodda importanti tal-Unjoni Ewropea għall-kisba tal-objettivi u l-istrateġiji tagħha, u għalhekk il-kontroll baġitarju huwa tal-akbar importanza;
E. billi l-proċess ta' Spitzenkandidaten jirrifletti l-bilanċ interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, u b'hekk ikkonsolida u saħħaħ b'mod sostanzjali r-rabta bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, u dan wassal għal politiċizzazzjoni akbar tal-Kummissjoni, li għandha tissarraf f'aktar skrutinju parlamentari tal-funzjonijiet eżekuttivi tagħha;
F. billi l-Artikolu 17 tat-TUE jipprevedi li l-President tal-Kummissjoni jiġi elett mill-Parlament fuq proposta mill-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-UE, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej u l-konsultazzjonijiet mal-Parlament; billi l-Artikolu 17 tat-TUE jipprevedi wkoll li l-istess proċedura għandha tiġi segwita f'każ li l-Parlament jirrifjuta l-kandidat propost, inkluża l-konsultazzjoni tal-Parlament;
G. billi l-kummissarji nnominati huma soġġetti għal seduta ta' smigħ qabel l-investitura tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, u billi matul il-mandat tiegħu l-Parlament jista' jagħmel rieżami tal-impenji u l-prijoritajiet espressi mill-kummissarji nnominati waqt is-seduti ta' smigħ tal-ħatra tagħhom, inkluża evalwazzjoni ta' jekk l-isfondi personali tagħhom jikkwalifikawhomx biex iwettqu r-rekwiżiti tal-kariga;
H. billi t-Trattati jagħtu lill-Parlament id-dritt li jivvota fuq mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni kollha kemm hi iżda mhux li jirtira l-fiduċja f'Kummissarju individwali;
I. billi minkejja r-responsabbiltà kollettiva tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, il-Parlament għandu jiżgura sorveljanza politika effettiva tal-ħidma individwali ta' kull Kummissarju;
J. billi l-ħatra reċenti tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Kummissjoni qajmet tħassib serju dwar ir-rwol u l-influwenza politika eżerċitata mill-uffiċjali anzjani tal-Kummissjoni;
K. billi meta jinħatru l-President il-ġdid tal-Kummissjoni u l-Kummissarji l-ġodda fl-2019 għandha tintuża proċedura ġdida u li tosserva r-regoli biex timtela l-kariga tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni;
L. billi l-Kummissjoni għandha obbligi legali msejsa fuq it-Trattati li tirrapporta regolarment lill-Parlament: kull sena dwar l-attivitajiet ġenerali tal-Unjoni (l-Artikolu 249 tat-TFUE); kull tliet snin dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' nondiskriminazzjoni u ċittadinanza tal-Unjoni (l-Artikolu 25 tat-TFUE); dwar ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali fil-politika ekonomika (l-Artikolu 121(5) tat-TFUE); kull tliet snin dwar il-progress li jkun sar fil-politika soċjali (l-Artikoli 159 u 161 tat-TFUE); kull tliet snin dwar il-progress li jkun sar fil-politika soċjali (l-Artikoli 159 u 175 tat-TFUE); kull sena dwar l-attivitajiet ta' riċerka fl-Unjoni (l-Artikoli 190 tat-TFUE); kull sena dwar il-ġlieda kontra l-frodi (l-Artikolu 325 tat-TFUE); u meta jsiru negozjati ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali (l-Artikolu 207 tat-TFUE);
M. billi, barra minn hekk, f'dak li għandu x'jaqsam mal-leġiżlazzjoni sekondarja, il-Kummissjoni għandha struzzjonijiet biex tagħmel rieżami u tevalwa diversi direttivi u regolamenti, u tirrapporta dwar is-sejbiet tagħha;
N. billi bl-adozzjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament kiseb influwenza addizzjonali fit-tfassil tal-aġenda leġiżlattiva kif propost mill-Kummissjoni kull sena fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni
O. billi mill-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona l-Parlament sar koleġiżlatur ġenwin fil-qasam baġitarju u għandu r-responsabbiltà li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;
P. billi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona l-Parlament wessa' l-influwenza tiegħu fuq l-iskrutinju tal-politiki esterni tal-UE, billi kiseb is-setgħa ta' approvazzjoni fuq il-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali u, għalhekk, id-dritt li jkun infurmat immedjatament u għalkollox mill-Kummissjoni fl-istadji kollha tan-negozjati ta' tali ftehimiet (l-Artikolu 218 tat-TFUE, l-Artikolu 50 tat-TUE);
Q. billi l-kundizzjonijiet li bihom saru n-negozjati mar-Renju Unit dwar il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea kienu eżemplari f'termini tat-trasparenza tagħhom u tal-involviment tal-Parlament;
R. billi l-livell tad-drittijiet ta' skrutinju tal-Parlament ivarjaw ħafna bejn l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni; billi l-Parlament għandu d-dritt ta' veto fuq att delegat u/jew li jirrevoka d-delega, iżda fil-każ ta' atti ta' implimentazzjoni, l-involviment tiegħu mhuwiex daqstant wiesa';
S. billi l-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni u n-nuqqas ta' definizzjoni preċiża tal-eżekuttiv fit-Trattati jagħmlu l-kunċett tal-eżekuttiv tal-UE kumpless u mferrex fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali;
T. billi kooperazzjoni aktar qawwi bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali u reġjonali, skont il-kompetenzi kostituzzjonali rispettivi tagħhom u f'konformità mal-Artikolu 10(2) tat-TUE, hi kruċjali biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-kontroll parlamentari tal-funzjonijiet eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea;
U. billi t-trasparenza u l-involviment qawwi tal-Parlament fin-negozjati mar-Renju Unit kellhom impatt pożittiv fuq ir-riżultat tagħhom, u ħolqu klima ta' fiduċja u għaqda, u għalhekk għandhom iservu ta' ispirazzjoni għal prattiki ta' negozjati internazzjonali ġejjiena;
Konklużjonijiet prinċipali
1. Ifakkar li l-iskrutinju fuq il-korpi tal-UE huwa wieħed mir-rwoli ewlenin tal-Parlament Ewropew u li l-obbligu ta' rendikont tal-Kummissjoni lejn il-Parlament huwa prinċipju bażiku tal-funzjonament tal-UE u tal-kontroll demokratiku intern;
2. Jemmen li l-Parlament mhux qed jagħmel użu sħiħ mill-istrumenti kollha tiegħu ta' kontroll politiku fuq l-eżekuttiv, għal diversi raġunijiet, li wħud minnhom huma inerenti għall-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni u oħrajn huma, pereżempju, ir-riżultati tad-dinamiki interistituzzjonali li qed jinbidlu, li għamlu wħud mill-istrumenti diffiċli biex jiġu applikati jew mhux effettivi biżżejjed;
3. Jirrikonoxxi l-potenzjal u l-implimentazzjoni b'suċċess tal-proċess ta' Spitzenkandidaten, fejn iċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom vuċi diretta fl-għażla tal-President tal-Kummissjoni permezz ta' votazzjoni għal lista mmexxija mill-kandidat preferut tagħhom; għalhekk jappoġġja bil-qawwa t-tkomplija ta' din il-prattika għall-elezzjonijiet Ewropej futuri, u jħeġġeġ lill-forzi politiċi kollha jipparteċipaw f'dan il-proċess;
4. Ifakkar li r-rabta politika aktar b'saħħitha maħluqa bejn il-Parlament u l-Kummissjoni bħala riżultat tal-proċess ta' Spitzenkandidaten m'għandhiex tagħmel lill-Kummissjoni soġġetta għal sorveljanza parlamentari anqas stretta;
5. Ifakkar li l-intenzjoni tas-soll stabbilit fit-Trattati għal mozzjoni ta' ċensura hi li jiġi ppreservat l-użu effettiv ta' dan l-istrument għal każijiet serji; jirrikonoxxi li, bħal f'ħafna demokraziji parlamentari, il-possibilità ta' mozzjoni ta' ċensura taħdem fil-parti l-kbira bħala deterrent; jipproponi, madankollu, fil-kuntest ta' tibdil fit-Trattati fil-futur, li jiġu studjati possibiltajiet biex is-soll jitnaqqas b'mod imkejjel, filwaqt li jinżamm il-bilanċ istituzzjonali maħsub mit-Trattati;
6. Jirrimarka li l-politiċizzazzjoni tal-Kummissjoni hija konsegwenza diretta tal-bidliet introdotti mit-Trattat ta' Lisbona; jinnota li dawn il-bidliet ma jinkludux l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet li jippermettu li kummissarji individwali jinżammu responsabbli/jintalbu jagħtu rendikont;
7. Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li fi kliem l-Ombudsman, il-Kummissjoni naqset milli tikkonforma la mal-kelma u lanqas mal-ispirtu tar-regoli rilevanti meta ħatret is-Segretarju Ġenerali tagħha;
8. Jirrimarka li t-Trattati ma jipprovdux definizzjoni ċara tal-eżekuttiv tal-UE u li l-istituzzjonijiet responsabbli jvarjaw bejn id-diversi oqsma ta' politika, skont jekk humiex ikkunsidrati li jappartjenu għall-kompetenzi kondiviżi jew esklużivi tal-Unjoni;
9. Iqis li huwa meħtieġ li tiġi stabbilita sistema leġiżlattiva ġenwinament bikamerali li tinvolvi lill-Kunsill u lill-Parlament, bil-Kummissjoni taġixxi bħala l-eżekuttiv;
10. Jirrimarka li r-rwol ta' sorveljanza tal-Parlament fir-rigward tal-eżekuttiv huwa kumplimentat b'kompetenzi simili tal-parlamenti nazzjonali fuq l-eżekuttivi tagħhom meta jittrattaw affarijiet Ewropej; huwa tal-fehma li dan l-obbligu ta' rendikont huwa l-element ċentrali tar-rwol tal-kmamar parlamentari nazzjonali fl-Unjoni Ewropea;
11. Iqis li l-eżerċizzju ta' kontroll mill-Parlament fuq l-eżekuttiv skont l-Artikolu 14 tat-TUE qed jiġi ostakolat, jekk mhux kultant impossibbli, minħabba n-nuqqas ta' katalgu ċar tal-kompetenzi u l-politiki tal-Unjoni u l-attribuzzjoni b'diversi saffi tal-kompetenzi bejn l-eżekuttivi Ewropej, nazzjonali u reġjonali;
12. Ifakkar li t-Trattati ma jagħtu l-ebda funzjoni leġiżlattiva jew dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva lill-Kunsill Ewropew; jinsab imħasseb li f'dawn l-aħħar snin il-Kunsill Ewropew, kontra l-ispirtu u l-kelma tat-Trattati, ħa għadd ta' deċiżjonijiet politiċi importanti barra mill-qafas tat-Trattat, u b'hekk de facto eskluda dawk id-deċiżjonijiet mis-sorveljanza tal-Parlament u dgħajjef ir-responsabilità demokratika li hija essenzjali fir-rigward ta' politiki Ewropej bħal dawn;
13. Ifakkar li t-Trattat jipprovdi lill-Parlament setgħat sinifikanti ta' kontroll politiku permezz tal-proċeduri annwali baġitarji u ta' kwittanza;
14. Ifakkar li l-kwittanza hija proċedura politika annwali li tiggarantixxi kontroll demokratiku ex-post tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u b'kooperazzjoni mal-Istati Membri;
15. Jirrimarka li l-proċedura ta' kwittanza wriet li hija għodda b'saħħitha u li kellha impatt fuq l-evoluzzjoni tas-sistema baġitarja tal-UE, fuq il-ġestjoni finanzjarja, fuq it-tfassil tal-aġenda u fuq il-mod li bih il-politiki tal-UE huma definiti u implimentati, u li tikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir tal-influwenza politika tal-Parlament;
16. Jisħaq li l-Artikolu 318 tat-TFUE jżid strument ġdid mas-sett ta' għodod tal-kwittanza baġitarja: l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba.
17. Jinnota bi tħassib li ebda sanzjoni legali reali ma hija disponibbli jekk il-Parlament jiddeċiedi li ma jagħtix il-kwittanza lill-Kummissjoni; iqis, madankollu, li n-nuqqas ta' għoti tal-kwittanza jagħti sinjal politiku qawwi, peress li jimplika li l-Parlament ma għandux kunfidenza biżżejjed fil-kontabilità tal-Kummissjoni, u għalhekk il-Kummissjoni ma għandhiex tibqa' bla reazzjoni iżda tirreaġixxi permezz ta' azzjoni ta' segwitu definittiva mfassla biex ittejjeb is-sitwazzjoni;
18. Jiddispjaċih dwar il-fatt li fin-nuqqas ta' kooperazzjoni sinċiera min-naħa tal-Kunsill, mhuwiex possibbli li jiġi skrutinizzat il-baġit tal-Kunsill permezz tal-prattika istituzzjonali ta' kwittanza baġitarja mill-Parlament, u li din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi nuqqas serju ta' konformità mal-obbligi tat-Trattat li jistipulaw li l-Parlament għandu jeżamina l-baġit kollu tal-Unjoni;
19. Jissuġġerixxi, bil-għan li s-setgħa ta' kontroll baġitarju tal-Parlament tiġi estiża għall-baġit kollu tal-Unjoni, li jiġu varati negozjati bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament sabiex jiġi żgurat li l-Parlament ikollu d-dritt ta' aċċess għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit min-naħa tal-Kunsill, jew direttament jew permezz tal-Kummissjoni, u li l-Kunsill iwieġeb il-mistoqsijiet bil-miktub mill-Parlament u jattendi seduti ta' smigħ u dibattiti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu; huwa tal-fehma li, jekk dawn in-negozjati jfallu, il-Parlament għandu jagħti kwittanza lill-Kummissjoni biss u jinkludi, fil-kwittanza ġenerali, riżoluzzjonijiet separati dwar id-diversi istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni, biex b'hekk jiġi żgurat li l-ebda taqsima tal-baġit tal-UE ma tiġi implimentata mingħajr skrutinju xieraq;
20. Ifakkar li l-istituzzjonijiet għadhom ma wettqux l-impenn tagħhom li jistabbilixxu kriterji għad-delinjazzjoni tal-użu ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni, għalkemm permezz tal-FII dwar tfassil aħjar tal-liġijiet tejbu t-trasparenza tal-proċedura tal-atti delegati;
21. Ifakkar li skont l-Artikolu 247 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni trid tikkomunika lill-Parlament, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara, sett integrat ta' rapporti finanzjarji u l-obbligu ta' rendikont inklużi, b'mod partikolari, il-kontijiet konsolidati finali, ir-rapport annwali ta' ġestjoni u ta' prestazzjoni kif ukoll l-evalwazzjoni fuq il-finanzi tal-Unjoni bbażata fuq ir-riżultati miksuba kif imsemmi fl-Artikolu 318 tat-TFUE; jinsisti li r-rapport annwali tal-ġestjoni u tal-prestazzjoni għandu jinkludi valutazzjoni tal-miżuri preventivi u korrettivi kollha meħuda kontra finanzjament li jisfa vittma ta' korruzzjoni jew kunflitti ta' interess;
Rakkomandazzjonijiet
22. Jissuġġerixxi li l-istrumenti biex il-Kummissjoni tinżamm responsabbli u dawk għall-orjentazzjoni tal-iskrutinju għandhom ikunu kkombinati sabiex tiġi massimizzata l-effettività tat-tnejn li huma;
23. Jinsisti li s-setgħat leġiżlattivi u d-drittijiet ta' sorveljanza tal-Parlament għandhom jiġu ggarantiti, ikkonsolidati u msaħħa, fosthom permezz ta' ftehimiet interistituzzjonali u bl-użu tal-bażi legali korrispondenti mill-Kummissjoni;
24. Iqis li jeħtieġ li l-Parlament jirriforma l-metodi ta' ħidma tiegħu sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta' kontroll politiku fuq il-Kummissjoni;
25. Jistieden lill-Kummissjoni tqis b'aktar serjetà l-inizjattivi leġiżlattivi varati mill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-TFUE; jistieden lill-President li jmiss tal-Kummissjoni jimpenja ruħu għal dan l-objettiv u jilqa' d-dikjarazzjonijiet rispettivi tas-Spitzenkandidaten f'dan ir-rigward; jixtieq jara aktar inizjattivi jirriżultaw fi proposti leġiżlattivi; ifakkar li skont l-Artikolu 10 tal-FII dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, il-Kummissjoni hija marbuta li tqis minnufih u b'mod dettaljat it-talbiet għal proposti għal atti tal-Unjoni;
26. Ifaħħar lill-Kummissjoni għas-segwitu pożittiv tagħha għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona;
27. Iqis li għalkemm il-Parlament m'għandux dritt formali ta' inizjattiva leġiżlattiva taħt it-Trattati attwali, il-possibilità li jingħata d-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva fil-kuntest ta' tibdil fit-Trattati fil-futur għandha titqies b'serjetà;
28. Jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aqwa prassi fl-iskrutinju parlamentari bejn il-parlamenti nazzjonali, bħall-organizzazzjoni ta' dibattiti regolari bejn il-ministri rispettivi u l-kumitati speċjalizzati fil-parlamenti nazzjonali qabel u wara l-laqgħat tal-Kunsill, u mal-Kummissarji f'ambjent u qafas ta' żmien xierqa, kif ukoll laqgħat bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' skambji regolari ta' uffiċjali tal-istituzzjonijiet u l-persunal tal-gruppi politiċi bejn l-amministrazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u r-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom kompetenzi leġiżlattivi;
29. Jemmen li l-istabbiliment ta' ġimgħa Ewropea annwali tippermetti lill-MPE u lill-Kummissarji, partikolarment il-Viċi Presidenti inkarigati mir-Raggruppamenti, li jidhru quddiem l-assemblej parlamentari nazzjonali kollha sabiex jiddiskutu u jispjegaw l-aġenda Ewropea flimkien mal-Membri Parlamentari u r-rappreżentanti mis-soċjetà ċivili; jissuġġerixxi li din l-inizjattiva jaf issaħħaħ l-obbligu ta' rendikont demokratiku tal-Kummissjoni meħtieġ mit-Trattat ta' Lisbona;
30. Jistieden lill-Parlament isaħħaħ il-kapaċità tiegħu għall-iskrutinju tat-tħejjija u tal-implimentazzjoni tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni;
31. Jilqa' l-isforzi li qed jittieħdu fil-preżent mit-tliet istituzzjonijiet biex jistabbilixxu kriterji ċari biex jiddelinjaw kif għandhom jintużaw l-atti delegati u ta' implimentazzjoni; jitlob li dawn il-kriterji jiġi applikati malajr kemm jista' jkun;
32. Iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali, kif ukoll lill-parlamenti reġjonali fejn xieraq, biex iżidu l-kapaċità tagħhom li jiskrutinizzaw lill-eżekuttivi tagħhom meta jieħdu deċiżjonijiet jew jipproponu regolamenti sabiex jimplimentaw jew jiddelegaw il-leġiżlazzjoni Ewropea;
33. Iqis li jeħtieġ, f'bidla futura fit-Trattat, li jiġu mtejba l-istrumenti biex il-kummissarji individwali ikunu obbligati jagħtu rendikont lill-Parlament matul il-mandat tagħhom, billi jiġu żviluppati id-dispożizzjonijiet pjuttost limitati li jeżistu diġà fil-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea;
34. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, f'konformità mal-prinċipju ta' kooperazzjoni ġusta, biex jistabbilixxu djalogu politiku dwar il-proposta tal-Parlament għal regolament dwar id-dritt ta' inkjesta, sabiex il-Parlament jingħata setgħat effettivi li jippermettulu li jeżerċita dan l-istrument parlamentari bażiku ta' kontroll fuq l-eżekuttiv, li hu assolutament indispensabbli fis-sistemi parlamentari mad-dinja kollha;
35. Jinsab konvint mis-siwi tal-mistoqsijiet parlamentari bħala għodda ta sorveljanza; iqis, għalhekk, li jeħtieġ li ssir valutazzjoni fil-fond tal-kwalità tat-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni għall-mistoqsijiet tal-Membri kif ukoll tal-kwantità u l-kwalità tal-mistoqsijiet magħmula mill-Membri;
36. Iqis il-ħin għall-mistoqsijiet bħala element importanti tal-iskrutinju parlamentari fuq l-eżekuttiv; jitlob lill-Konferenza tal-Presidenti biex terġa' ddaħħal il-ħin għall-mistoqsijiet fuq l-aġenda tal-plenarja, b'konformità mal-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura;
37. Jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-proċeduri amministrattivi tagħha għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali, Diretturi-Ġenerali u Diretturi tagħha, bil-għan li tiżgura għalkollox li jintgħażlu l-aħjar kandidati f'qafas ta' trasparenza massima u opportunitajiet indaqs;
o o o
38. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE
180k
58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE (2017/2089(INI))
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 7, 9, 10, 11, 21, 23 u 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 9, 10, 11, 12, 15, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 67(1), 258, 263, 267 u 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),
– wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Opinjonijiet u l-Lista ta' Kontroll tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni ta' Venezja,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-konformità tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali: metodoloġija għal monitoraġġ strett u sistematiku(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE(5),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(6),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(7),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2005 bit-titolu "Ir-rispett tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-proposti ta' liġi tal-Kummissjoni – Metodoloġija għal kontroll sistematiku u rigoruż" (COM(2005)0172),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-29 ta' April 2009 dwar it-tħaddim fil-prattika tal-metodoloġija għal monitoraġġ sistematiku u rigoruż tal-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (COM(2009)0205),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata "Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea" (COM(2010)0573),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2011, bit-titolu "Operational Guidance on taking account of Fundamental rights in Commission Impact Assessments" (Gwida Operazzjonali dwar il-kunsiderazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt tal-Kummissjoni)(SEC(2011)0567),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2011 bit-titolu "Id-Drittijiet tal-bniedem u demokrazija fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE – Lejn approċċ aktar effettiv" (COM(2011)0886),
– wara li kkunsidra l-"Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija" tal-25 ta' Ġunju 2012,
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-20 ta' Jannar 2015 dwar passi metodoloġiċi li għandhom jittieħdu biex tiġi vverifikata l-kompatibilità tad-drittijiet fundamentali fil-korpi preparatorji tal-Kunsill",
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-korpi preparatorji tal-Kunsill intitolati "kompatibilità mad-drittijiet fundamentali",
– wara li kkunsidra r-rapport tas-seminar tal-Presidenza tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2016 dwar l-applikazzjoni ta' politika nazzjonali tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2015 dwar l-analiżi tal-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi politiċi marbuta mal-kummerċ,
– wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Kollokji Annwali tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet Fundamentali,
– wara li kkunsidra s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tal-20 ta' Settembru 2016, fil-Kawżi Magħquda C‑8/15 P sa C‑10/15 P, Ledra Advertising Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)(8),
– wara li kkunsidra s-Sentenza tal-QĠUE tas-6 ta' Novembru 2018, fil-Kawżi Magħquda C-569/16 u C-570/16, Stadt Wuppertal vs Maria Elisabeth Bauer u Volker Willmeroth vs Martina Broßonn(9),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/13 tal-QĠUE tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali(10),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 4/2018 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tat-24 ta' Settembru 2018 bit-titlu "Sfidi u opportunitajiet għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali",
– wara li kkunsidra r-rapporti annwali dwar id-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,
– wara li kkunsidra l-Manwal tal-FRA ta' Ottubru 2018 bit-titlu "L-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-dritt u t-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali - Gwida",
– wara li kkunsidra l-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar, b'mod partikolari l-Għodda Nru 28 "Drittijiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem",
– wara li kkunsidra l-Artikolu 38 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa tat-2 ta' Diċembru 2016 dwar l-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea biex jiġi stabbilit Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra d-dokument tad-delegazzjoni Netherlandiża tal-COSAC dwar it-trasparenza tal-UE ta' Novembru 2017 bit-titlu "Niftħu l-bibien magħluqa: Biex l-UE ssir aktar trasparenti għaċ-ċittadini tagħha", u l-ittra tad-Delegazzjonijiet tal-COSAC lill-Istituzzjonijiet tal-UE fl-20 ta' Diċembru 2017 dwar it-trasparenza tal-proċess deċiżjonali politiku fi ħdan l-UE,
– wara li kkunsidra l-istudji bl-isem "L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE", "L-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: id-dilemma ta' applikazzjoni aktar stretta jew usa' tal-Karta għal miżuri nazzjonali", u "Il-Karta Soċjali Ewropea fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE", ippubblikati mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fit-22 ta' Novembru 2016, fil-15 ta' Frar 2016 u fit-12 ta' Jannar 2016 rispettivament(11),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0051/2019),
A. billi t-Trattat ta' Lisbona ta l-istatus ta' dritt primarju lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "il-Karta") fi ħdan il-qafas legali tal-UE, u b'hekk din għandha l-istess saħħa ġuridika tat-Trattati;
B. billi dan ir-rapport ma jevalwax kull dritt individwali li jinsab fil-Karta, iżda, pjuttost janalizza l-implimentazzjoni tal-Karta bħala strument tal-liġi primarja;
C. billi d-dispożizzjonijiet soċjali huma parti kruċjali mill-Karta u mill-istruttura legali tal-Unjoni; billi huwa importanti li jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni u li tiġi enfasizzata l-importanza tagħhom;
D. billi, skont il-QĠUE, id-drittijiet fundamentali rikonoxxuti mill-Karta huma fil-qalba tal-istruttura ġuridika tal-UE, u r-rispett għalihom huwa prekundizzjoni neċessarja għal-legalità ta' kwalunkwe att tal-UE;
E. billi l-Karta tinkludi, f'konformità mar-rekwiżiti tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Artikolu 51 tagħha, kemm obbligi negattivi (mhux ksur) kif ukoll pożittivi (promozzjoni attiva) li għandhom jiġu ssodisfati ugwalment sabiex jingħata karattru operattiv sħiħ lid-dispożizzjonijiet tagħha;
F. billi l-Artikolu 51 tal-Karta jiċċirkoskrivi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, filwaqt li jqis il-kompetenzi tal-Istati Membri u tal-Unjoni, u tar-rispett tal-limiti tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati;
G. billi l-Artikolu 51(2) tal-Karta jagħmilha ċara li l-Karta ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi tal-Unjoni u ma tistabbilixxi ebda setgħa jew kompitu ġdid għall-Unjoni, u ma timmodifikax il-kompetenzi u l-kompiti ddefiniti fit-Trattati;
H. billi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni huma kontinwament marbuta mill-Karta, anke meta dawn jaġixxu barra l-qafas legali tal-UE;
I. billi, bis-saħħa tal-Artikolu 51, id-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni; billi, madankollu, il-limiti inċerti ta' tali rekwiżit jagħmluha diffiċli biex jiġi ddeterminat jekk il-Karta tapplikax b'mod konkret u kif tapplika b'mod konkret;
J. billi l-potenzjal tad-drittijiet soċjali u ekonomiċi stabbiliti fil-Karta ma ġiex sfruttat biżżejjed s'issa; billi, filwaqt li jfakkar fl-opinjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-rispett tad-drittijiet soċjali mhux biss huwa imperattiv etiku u obbligu ġuridiku, iżda wkoll ħtieġa ekonomika;
K. billi l-Artikolu 6 tat-TUE jenfasizza wkoll li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB, iridu jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;
L. billi l-Artikolu 151 tat-TFUE jirreferi għad-drittijiet soċjali fundamentali bħal dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea;
M. billi l-istudju tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titlu "L-Implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-qafas istituzzjonali tal-UE"(12) jikkunsidra, inter alia, ir-rilevanza tal-Karta għall-attivitajiet tal-Kummissjoni fl-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (it-Trattat dwar il-MES) u fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; billi ftit li xejn qed tingħata attenzjoni lid-drittijiet soċjali stabbiliti fil-Karta fil-governanza ekonomika tal-Unjoni; billi dawn id-drittijiet għandhom jitqiesu bħala drittijiet fundamentali ġenwini;
N. billi l-impenn fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tat-twassil ta' drittijiet ġodda u iktar effettivi għaċ-ċittadini fl-oqsma ta' opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u protezzjoni u inklużjoni soċjali tkompli ttejjeb id-drittijiet minquxa fil-Karta;
O. billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri huwa valur fundamentali tal-UE, u huwa minqux fit-Trattati tal-UE u fil-Karta; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u jistipula li, "Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u tinkoraġġixxi ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa";
P. billi t-trasparenza tal-proċessi leġiżlattivi u deċiżjonali tal-UE toriġina mid-dritt għal amministrazzjoni tajba, kif stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta, u prekundizzjoni essenzjali biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jivvalutaw u jimmonitorjaw kif xieraq l-implimentazzjoni tal-Karta mill-istituzzjonijiet tal-UE;
Q. billi l-promozzjoni mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni tal-firxa wiesgħa ta' drittijiet previsti fil-Karta – li jvarjaw minn drittijiet ċivili u politiċi għal dawk soċjali, ekonomiċi u tat‑-tielet ġenerazzjoni – tikkostitwixxi impetu kruċjali għall-iżvilupp ta' sfera pubblika Ewropea u għall-espressjoni konkreta tal-kunċett ta' ċittadinanza Ewropea u tad-dimensjoni parteċipattiva tal-UE minquxa fit-Trattati;
R. billi l-FRA ifformulat għadd ta' rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Karta fl-opinjonijiet tagħha "Improving access to remedy in the area of business and human rights at the EU level" (It-titjib tal-aċċess għal rimedju fil-qasam tad-drittijiet tan-negozju u tal-bniedem fil-livell tal-UE)(13) u "Challenges and opportunities for the implementation of the Charter of Fundamental Rights"(L-isfidi u l-opportunitajiet għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)(14);
S. billi l-Artikolu 24 tal-Karta jistabbilixxi d-drittijiet tat-tfal, filwaqt li jobbliga lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-istituzzjonijiet privati jpoġġu l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja;
T. billi l-Artikolu 14 tal-Karta jenfasizza d-dritt ta' kull tifel/tifla għal edukazzjoni b’xejn;
It-tisħiħ tal-integrazzjoni tal-Karta fil-proċess leġiżlattiv u l-proċess deċiżjonali
1. Jemmen bil-qawwa li l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea (COM(2010)0573) kienet sforz inizjali wara d-dħul fis-seħħ tal-Karta, iżda jeħtieġ li tiġi aġġornata b'mod urġenti; jilqa' r-rapporti annwali dwar l-applikazzjoni tal-Karta mill-Kummissjoni, u jitlob li ssir reviżjoni ta' din l-istrateġija, li tfasslet fl-2010, sabiex tiġi aġġornata biex tqis l-isfidi l-ġodda u r-realtà istituzzjonali, b'mod partikolari wara l-Brexit;
2. Jirrikonoxxi d-diversi passi importanti li saru mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jintegraw il-Karta fil-proċessi leġiżlattivi u deċiżjonali tal-UE; jinnota li r-rwol prinċipali tal-Karta huwa li tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun għalkollox konformi mad-drittijiet u l-prinċipji minquxin fiha, u jirrikonoxxi d-diffikultajiet involuti fil-promozzjoni attiva tagħhom u fl-iżgurar tat-twettiq tagħhom;
3. Jenfasizza li huwa importanti li l-proposti kollha għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jridu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta;
4. Ifakkar li l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jivvalutaw il-kompatibilità tal-proposti leġiżlattivi mal-Karta huma prinċipalment ta' natura interna; jitlob l-opportunità li jiġu pprovduti forom msaħħa ta' konsultazzjoni, valutazzjonijiet tal-impatt, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi għall-ġeneru, u skrutinju legali bl-involviment ta' esperti indipendenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi kooperazzjoni strutturata u regolata ma' korpi tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-FRA, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u l-korpi rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-Nazzjonijiet Uniti, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam, kull meta fajl leġiżlattiv potenzjalment jippromwovi jew jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali;
5. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament jirrevedu r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 biex il-FRA tkun tista' tagħti opinjonijiet mhux vinkolanti dwar l-abbozz ta' leġiżlazzjoni tal-UE fuq inizjattiva tagħha stess, u biex jippromwovu konsultazzjonijiet sistematiċi mal-Aġenzija;
6. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri jikkonsultaw l-FRA meta jkunu involuti d-drittijiet fundamentali;
7. Jirrikonoxxi r-rwol vitali tal-FRA fil-valutazzjoni tal-konformità mal-Karta u jilqa' l-ħidma li wettqet l-Aġenzija; iħeġġeġ lill-FRA tkompli tagħti pariri u tappoġġa lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tat-titjib tal-kultura tad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni; jilqa' l-Istrateġija tal-FRA 2018-2022, li ġiet adottata reċentement;
8. Jieħu nota tal-għodda interattiva online CLARITY żviluppata mill-FRA sabiex tkun tista' ssir identifikazzjoni faċli tal-aktar korp mhux ġudizzjarju xieraq b'mandat tad-drittijiet tal-bniedem għal kwistjoni partikolari dwar id-drittijiet fundamentali;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi permezz ta' evalwazzjoni bbilanċjata tal-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali u reviżjoni tad-deċiżjoni tagħha li taqsam il-kunsiderazzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet fundamentali fit-tliet kategoriji attwali– effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali – u toħloq żewġ kategoriji speċifiċi bit-titli "Effetti fuq id-drittijiet fundamentali" u "Valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sessi", sabiex tiżgura li l-aspetti kollha tad-drittijiet fundamentali jiġu evalwati;
10. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni sistematika fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu rispettati u ssodisfati d-dispożizzjonijiet tal-Karta, u biex jiġi żgurat li d-dritt tal-Unjoni huwa adattat biex iqis l-iżviluppi ġuridiċi u ġurisprudenzjali tad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; itenni wkoll, f'dan ir-rigward, l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta li tagħti effett lir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(15) li jippermetti l-iskrinjar sistematiku tal-iżviluppi fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u fl-Istati Membri li jeħtieġu azzjoni biex jiġu protetti u ssodisfati d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji tal-Karta; jissuġġerixxi, b'mod partikolari, li l-kundizzjonijiet stipulati fil-kriterji ta' Copenhagen dwar id-drittijiet fundamentali ma għandhomx jintużaw sempliċement darba bħala prekundizzjonijiet għall-adeżjoni, iżda li l-Istati Membri jiġu vvalutati minn żmien għal żmien biex titkejjel il-konformità magħhom;
11. Jinnota li l-Ombudsman għandha wkoll rwol rilevanti x'taqdi fl-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-Karta, mhux biss b'rabta mal-Artikolu 41 dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala tali, iżda billi jitqies ukoll il-fatt li tali amministrazzjoni tajba hija pedament f'termini ta' garanzija ta' drittijiet fundamentali oħra; ifakkar il-ħidma eżemplari tal-Ombudsman, fost l-oħrajn fil-qasam tat-trasparenza u tal-libertà tal-informazzjoni, kif ukoll ir-Rapport Speċjali dwar il-Frontex(16) matul din il-leġiżlatura parlamentari b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta' lment mill-persuni li jfittxu asil u mill-migranti;
12. Jifhem li l-ġurisprudenza se jkollha impatt fuq il-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta u li dan irid jittieħed inkunsiderazzjoni;
13. Jitlob lil-leġiżlaturi tal-UE jirrikonoxxu l-konklużjonijiet tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Marzu 2018 (Kawża T-540/15) dwar l-aċċess għad-dokumenti tat-trilogi(17) , u biex jaġixxu skont dan; jinsisti dwar in-neċessità li jissaħħu t-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, sabiex tkun żviluppata kooperazzjoni interistituzzjonali iktar effikaċi, inkluża r-responsabbiltà dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jindirizza malajr it-tħassib imqajjem fir-rigward tat-trasparenza tal-proċess deċiżjonali tiegħu u l-aċċess għad-dokumenti b'mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Ombudsman Ewropew;
L-integrazzjoni tal-Karta fil-politiki tal-UE
14. Ifakkar li t-tfassil tal-politika tal-UE jiddependi fuq il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6 tat-TUE, filwaqt li jsostni u japplika bis-sħiħ ir-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet b'applikazzjoni ġenerali tat-Titolu II, Parti I tat-TFUE;
15. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jsaħħu l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perpettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet kollha tal-UE sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
16. Jafferma mill-ġdid li l-atti legali kollha adottati mill-Unjoni jridu jikkonformaw b'mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-Karta, inklużi d-dispożizzjonijiet soċjali tagħha; jenfasizza l-importanza li jiġu inkorporati referenzi espliċiti għall-Karta fi ħdan il-qafas legali li jirregola l-politika ekonomika u monetarja tal-UE; jenfasizza li r-rikors għal arranġamenti intergovernattivi ma jeħlisx lill-istituzzjonijiet tal-UE mill-obbligi tagħhom li jivvalutaw il-kompatibilità ta' tali strumenti mad-dritt tal-UE, inkluża l-Karta;
17. Iqis li huwa kruċjali li l-Unjoni tieħu passi deċiżi sabiex issaħħaħ l-impenji tagħha stess biex tiżgura t-tgawdija tad-drittijiet kollha ta-Karta, inklużi d-drittijiet soċjali;
18. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proċess tas-Semestru Ewropew, inklużi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, u r-rakkomandazzjonijiet annwali tal-istħarriġ dwar it-tkabbir, jikkonformaw mal-komponenti normattivi tad-drittijiet soċjali tal-Karta;
19. Jappoġġa l-introduzzjoni ta' klawżoli b'saħħithom u konsistenti relatati mad-drittijiet fundamentali fit-testi operattivi tal-abbozzi ta' regolamenti li jistabbilixxu l-fondi tal-UE.
20. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħmlu d-deċiżjonijiet makroekonomiċi wara li jikkunsidraw kif xieraq il-valutazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, ibbażati fuq il-firxa sħiħa ta' drittijiet ċivili, politiċi u soċjali ggarantiti mill-istrumenti tad-dritt Ewropew u dak internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;
21. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina x'passi huma meħtieġ għall-adeżjoni mill-Unjoni Ewropea għall-Karta Soċjali Ewropea, u tipproponi qafas ta' żmien biex jinkiseb dak l-objettiv;
22. Ifakkar li, fuq il-bażi tas-setgħat stabbiliti fit-Trattati, hija primarjament ir-responsabilità tal-Istati Membri li jqiegħdu l-politika soċjali fil-prattika, u għalhekk li jagħtu effettività u espressjoni tanġibbli lid-dispożizzjonijiet soċjali minquxa fil-Karta; itenni, madankollu, il-proposta tiegħu, fil-kuntest ta' reviżjoni possibbli tat-Trattati, biex jiġi inkorporat fihom protokoll soċjali sabiex jissaħħu d-drittijiet soċjali fundamentali fir-rigward tal-libertajiet ekonomiċi;
23. Jieħu nota tar-rwol, de facto kruċjali, iżda informali, tal-Grupp tal-Euro fil-governanza ekonomika taż-żona tal-euro, u tal-impatt li d-deċiżjonijiet tiegħu jista' jkollhom biex jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika, mingħajr ma jiġi kkontrobilanċjat minn mekkaniżmi xierqa ta' responsabilità demokratika u kontroll ġudizzjarju; ifakkar lill-membri tiegħu dwar l-obbligi orizzontali tagħhom li jirriżultaw mill-Artikoli 2 u 6 tat-TUE u mill-Karta;
24. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew jikkonformaw bis-sħiħ mal-Karta fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, inklużi l-prattiki ta' self fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QĠUE.
25. Ifakkar li l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata mill-prinċipji minquxa fl-Artikolu 21(1) tat-TUE; huwa konvint li r-rispett sħiħ u l-promozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Karta fl-UE jirrappreżentaw punt ta' riferiment għall-valutazzjoni tal-leġittimità u l-kredibilità tal-imġiba tal-Unjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali tagħha, inkluż fil-qafas tal-proċess ta' tkabbir skont l-Artikolu 49 tat-TUE;
26. Jinnota l-ġurisdizzjoni limitata tal-QĠUE fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), u jwissi kontra kwalunkwe limitazzjoni potenzjali tad-drittijiet għal rimedju effettiv kif stabbilit fil-Karta;
27. Ifakkar lill-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-obbligi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta, anki fil-qasam tal-politika kummerċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi fuq id-drittijiet tal-bniedem qabel il-konklużjoni ta' kwalunkwe negozjar kummerċjali, billi tagħmel referenza għall-Prinċipji Gwida tan-NU dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment;
28. Ifakkar li kemm it-Trattati kif ukoll il-Karta jagħmlu referenza għall-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-lingwa; jitlob li jittieħdu passi amministrattivi konkreti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex il-gvernijiet nazzjonali jiġu mħeġġa jsibu soluzzjonijiet sostenibbli u jippromwovu l-kultura tad-diversità lingwistika fl-Istati Membri tagħhom, lil hinn mil-lingwi uffiċjali tal-UE;
29. Ifakkar fl-obbligu ta' adeżjoni mal-KEDB stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi meħtieġa biex telimina l-ostakli legali li jipprevjenu l-konklużjoni tal-proċess ta' adeżjoni, u biex tippreżenta abbozz ta' ftehim ġdid għall-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB li jipprovdi soluzzjonijiet pożittivi għall-oġġezzjonijiet imqajma mill-QEDB fl-Opinjoni 2/13 tat-18 ta' Diċembru 2014; jikkunsidra li t-tlestija tiegħu tintroduċi salvagwardji ulterjuri li jipproteġu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u tar-residenti tal-Unjoni u tipprovdi mekkaniżmu addizzjonali għall-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri l-possibilità ta' tressiq ta' lment quddiem il-QEDB fir-rigward ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżulta minn min-naħa ta' istituzzjoni tal-UE jew ta' Stat Membru fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, li jaqa' fil-mandat tal-KEDB; huwa tal-fehma, barra minn hekk, li l-każistika tal-QEDB għalhekk ser tipprovdi kontribut għall-azzjoni attwali u futura tal-UE għar-rispett għal, u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fl-oqsma tal-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern, minbarra l-każistika tal-QĠUE f'dan il-qasam;
30. Jitlob li l-adozzjoni tad-Direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni(18) tiġi konkluża mingħajr dewmien, sabiex jiġu ggarantiti ulterjorment id-drittijiet fundamentali fl-UE permezz ta' leġiżlazzjoni konkreta tal-UE;
Il-Karta u l-Aġenziji tal-UE
31. Jenfasizza l-potenzjal ta' ċerti aġenziji tal-UE li joffru appoġġ lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-Karta, billi spiss jaġixxu bħala rabta operazzjonali bejn l-isferi tal-UE u dawk nazzjonali; jirrimarka li dan il-kompitu jista' jitwettaq biss bl-iżvilupp ta' prattika sħiħa tad-drittijiet fundamentali fl-aġenziji li joperaw fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u/jew f'dawk li l-attivitajiet tagħhom jista' jkollhom impatt fuq id-drittijiet u l-prinċipji derivati mill-Karta, filwaqt li jitqiesu d-dimensjonijiet interni u esterni tal-protezzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;
32. Jistieden lill-aġenziji tal-UE rilevanti jintensifikaw il-ħidma biex jimplimentaw il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri minquxa fil-Karta, inkluż billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE kollha jsegwu politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-forom kollha ta' vjolenza sessista u fastidju fiżiku jew psikoloġiku; jitlob lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-UE kollha sabiex jimplimentaw bis-sħiħ ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE(19);
33. Jieħu nota tal-firxa differenzjata ta' politiki u strumenti żviluppati mid-diversi aġenziji biex iwettqu l-obbligi tagħhom fil-qasam tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, b'livelli differenti ta' implimentazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-UE kif ukoll djalogi strutturati ma' esperti indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, u li l-aħjar prattiki eżistenti jintużaw bħala bażi, sabiex jiġi żviluppat qafas komuni u msaħħaħ tad-drittijiet tal-bniedem;
34. Jistieden lill-aġenziji tal-UE li joperaw fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u/jew dawk li l-attivitajiet tagħhom jista' jkollhom impatt fuq id-drittijiet u l-prinċipji li ġejjin mill-Karta sabiex jadottaw strateġiji interni tad-drittijiet fundamentali u sabiex jippromwovu sessjonijiet regolari ta' taħriġ dwar id-drittijiet fundamentali u dwar il-Karta għall-persunal tagħhom fil-livelli kollha;
35. Jiddispjaċih min-nuqqas, f'ħafna regolamenti fundaturi tal-aġenziji tal-UE, ta' referenza espliċita għall-Karta; jistieden lill-koleġiżlaturi biex jimlew dan in-nuqqas, fejn meħtieġ, kull meta r-regolamenti jew id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu aġenziji jiġu abbozzati jew riveduti, u jipprovdu mekkaniżmi operattivi addizzjonali li jiżguraw konformità mal-Karta, filwaqt li jqisu l-mandat u l-ispeċifiċitajiet ta' kull aġenzija individwali;
Appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Karta fil-livell nazzjonali
36. Ifakkar li d-dimensjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali tal-Karta huma marbuta b'mod inseparabbli u jikkumplimentaw lil xulxin biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tal-Karta jiġu applikati b'mod konsistenti fi ħdan il-qafas legali ġenerali tal-UE;
37. Jenfasizza n-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni persistenti rigward il-Karta, il-kamp ta' applikazzjoni u l-livell ta' applikazzjoni tagħha kemm fost id-detenturi tad-drittijiet li jibbenefikaw mill-protezzjoni tagħha kif ukoll fost l-esperti legali u tad-drittijiet tal-bniedem, u jiddeplora l-iskarsezza ta' azzjoni nazzjonali intiża biex tirrimedja nuqqas bħal dan;
38. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tagħha dwar il-Karta, bl-involviment sħiħ ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u tippromwovi u tiffinanzja moduli ta' taħriġ immirati lejn il-Karta għall-imħallfin nazzjonali, għall-prattikanti legali kif ukoll għall-impjegati taċ-ċivil, immirati wkoll biex itejbu l-għarfien tal-politiki tal-Unjoni u tad-dritt tal-Unjoni, inklużi inter alia d-dritt sostantiv u proċedurali, l-użu ta' strumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja, il-każistika rilevanti tal-QĠUE, il-lingwa legali u d-dritt komparattiv; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tipprovdi lill-Istati Membri b'linji gwida prattiċi li jappoġġjawhom fl-implimentazzjoni tal-Karta fil-livell nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tagħti viżibilità lill-Manwal tal-FRA, li għadu kemm ġie ppubblikat, dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-dritt u t-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali,
39. Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiskambjaw informazzjoni u esperjenza b'mod regolari dwar l-użu, l-applikazzjoni u s-sorveljanza tal-Karta, u biex jintegraw l-eżempji tal-aqwa prattika diġà żviluppati fil-livell nazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrevedu r-regoli proċedurali tagħhom dwar l-iskrutinju legali u l-valutazzjonijiet tal-impatt ta' abbozzi ta' liġi mill-perspettiva tal-Karta; jinnota li tali proċeduri għandhom jirreferu b'mod espliċitu għall-Karta, bl-istess mod kif jirreferu għal strumenti nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex jonqos ir-riskju li l-Karta tiġi injorata;
40. Jinnota li l-lakuni fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-liġi tal-UE fl-Istati Membri jista' jkollhom impatt ġenwin fuq it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tal-UE; ifakkar, f'dan il-kuntest, fir-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, u li b'hekk finalment – jekk mhux primarjament – jagħmilha responsabbli għas-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluż permezz ta' proċeduri ta' ksur, jekk ikun meħtieġ; jitlob f'dan ir-rigward tmexxija aktar determinata biex tiġi żgurata implimentazzjoni adegwata tal-leġiżlazzjoni tal-UE;
Lejn interpretazzjoni aktar konsistenti tal-Karta
41. Huwa konvint li l-interpretazzjonijiet differenti li jirrigwardaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Karta mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE u tal-Istati Membri, huma ta' detriment għall-valur miżjud li ġġib magħha l-Karta, li tirrappreżenta serje ta' standards minimi komuni ta' protezzjoni li għandhom jiġu applikati b'mod orizzontali għall-atturi istituzzjonali u l-politiki u l-attivitajiet kollha marbuta mal-isfera tal-UE;
42. Jenfasizza li l-inkorporazzjoni tal-Karta fil-liġi primarja tal-UE, filwaqt li ma testendix il-kompetenzi tal-Unjoni u hi konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif definit fl-Artikolu 51 tagħha, toħloq responsabilitajiet ġodda għall-istituzzjonijiet ta' implimentazzjoni u teħid ta' deċiżjonijiet, kif ukoll għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali, u li d-dispożizzjonijiet tal-Karta għalhekk saru infurzabbli direttament mill-qrati Ewropej u nazzjonali;
43. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jippermettu applikazzjoni aktar sempliċi tal-Karta inġenerali;
44. Jiddispjaċih li sal-lum, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju Unit għadhom ma ddeċidewx li jirtiraw mill-Protokoll Nru 30 tat-Trattati;
o o o
45. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill,
Studju bit-titlu "L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE", il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment tal-Politika C, 22 ta' Novembru 2016; studju bit-titlu "L-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: id-dilemma ta' applikazzjoni aktar stretta jew usa' tal-Karta għal miżuri nazzjonali" id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment Tematiku C, il-15 ta' Frar 2016 u studju bit-titlu "Il-Karta Soċjali Ewropea fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE" tat-12 ta' Jannar 2016.
"The Implementation of the Charter of Fundamental Rights in the EU institutional framework", (L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment tal-Politika C – Id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, it-22 ta' Novembru 2016.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew dwar l-istħarriġ fuq inizjattiva proprja OI/5/2012/BEH-MHZ dwar il-Frontex, ĠU C 399, 24.11.2017, p. 2.
Proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom (2018/2080(INL) – 2019/0900(APP))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 228(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 41 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0050/2019),
1. Jadotta l-abbozz ta' Regolament anness;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-abbozz ta' Regolament anness lill-Kunsill u lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 228(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jorganizza, ladarba l-Kummissjoni tkun tat l-opinjoni tagħha u l-Kunsill ikun ta l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz tar-Regolament anness, il-pubblikazzjoni tar-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS GĦAL RIŻOLUZZJONI:
Abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom
IL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 228(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b'mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Kunsill,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 20(2), il-punt (d) u l-Artikolu 228, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(2) B'mod partikolari, l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini Ewropej. Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 43 tal-Karta jirrikonoxxi d-dritt li wieħed jirreferi lill-Ombudsman Ewropew każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. Sabiex dawn id-drittijiet ikunu effettivi u sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ombudsman biex iwettaq inkjesti bir-reqqa u b’mod imparzjali, jenħtieġ li l-Ombudsman jingħata l-għodod kollha li huma meħtieġa biex iwettaq b'suċċess id-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament.
(3) Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew(1) ġiet emendata l-aħħar fl-2008. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, ġie stabbilit qafas legali ġdid għall-Unjoni. B'mod partikolari, l-Artikolu 228(4) tat-TFUE jippermetti lill-Parlament Ewropew, wara li jitlob opinjoni mill-Kummissjoni u bil-kunsens tal-Kunsill, li jadotta regolamenti li jistabbilixxu r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman. Għaldaqstant huwa mixtieq li d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiġi mħassra u sostitwita b'Regolament f’konformità mal-bażi ġuridika applikabbli fil-preżent.
(4) L-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li bihom ilment jista' jitressaq quddiem l-Ombudsman jenħtieġ li jikkonforma mal-prinċipju ta' aċċess sħiħ, liberu u faċli, minkejja r-restrizzjonijiet speċifiċi relatati mal-konkorrenza ta' proċedimenti legali u amministrattivi ġodda jew pendenti.
(5) L-Ombudsman għandu d-dritt li jagħmel rakkomandazzjonijiet meta l-Ombudsman jara li istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni ma jkunux qed japplikaw deċiżjoni tal-qorti b'mod xieraq.
(6) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fejn l-inkjesti tal-Ombudsman jiżvelaw każijiet ta' amministrazzjoni ħażina. Jenħtieġ li tkun prevista l-preżentazzjoni ta' rapport komprensiv mill-Ombudsman lill-Parlament Ewropew fl-aħħar ta' kull sessjoni annwali.
(7) Sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-Ombudsman, huwa mixtieq li mingħajr preġudizzju għad-dmir primarju tal-Ombudsman, li huwa li jittratta l-ilmenti, l-Ombudsman jitħalla jwettaq inkjesti fuq inizjattiva proprja bl-għan li jidentifika każijiet ripetuti jew partikolarment serji ta' amministrazzjoni ħażina u jippromwovi l-aqwa prattiki amministrattivi fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni.
(8) Sabiex tiżdied l-effikaċja tal-azzjoni tal-Ombudsman, jenħtieġ li l-Ombudsman ikun intitolat li, fuq l-inizjattiva proprja tal-Ombudsman jew wara li jkun sar ilment, iwettaq inkjesti li jsegwu inkjesti preċedenti sabiex jiġi aċċertat jekk, u sa liema punt, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati jkunux ikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet magħmula. Jenħtieġ li l-Ombudsman ikun intitolat ukoll li jinkludi, fir-rapport annwali tal-Ombudsman lill-Parlament Ewropew, valutazzjoni tar-rata ta' konformità tar-rakkomandazzjonijiet magħmula, u valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi magħmula disponibbli għall-Ombudsman għat-twettiq tad-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament.
(9) Jenħtieġ li l-Ombudsman ikollu aċċess għall-elementi kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom ikunu obbligati jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe informazzjoni li jitlobhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Ombudsman fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2). L-aċċess għal informazzjoni jew dokumenti klassifikati jenħtieġ li jkun soġġett għall-konformità mar-regoli dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji li jipprovdu informazzjoni jew dokumenti klassifikati għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman dwar tali klassifikazzjoni. Għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Ombudsman ikun laħaq ftehim minn qabel mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' informazzjoni jew dokumenti klassifikati jew ta' informazzjoni oħra koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza mitluba ma tkunx qed tingħata, jenħtieġ li l-Ombudsman jinforma lill-Parlament Ewropew, li jenħtieġ li jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa.
(10) L-Ombudsman u l-persunal tal-Ombudsman huma obbligati li jittrattaw b'kunfidenzjalità kull informazzjoni li jkunu kisbu fil-qadi ta' dmirijiethom. Madankollu, jenħtieġ li l-Ombudsman jinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-fatti li l-Ombudsman jqis li jistgħu jkunu relatati mal-liġi kriminali u li jkun sar jaf dwarhom waqt inkjesta. Jenħtieġ li l-Ombudsman ikun jista' jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni dwar il-fatti li jqajmu dubju dwar l-imġiba ta' membru tal-persunal tagħhom.
(11) Jenħtieġ li jitqiesu l-bidliet riċenti li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra reati kriminali, b'mod partikolari l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939(3), sabiex l-Ombudsman ikun jista' jinnotifikah bi kwalunkwe informazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Bl-istess mod, sabiex tiġi rispettata b’mod sħiħ il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża stabbiliti fl-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa mixtieq li, fejn l-Ombudsman jinnotifika lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew b'informazzjoni li taqa' fil-kompetenza ta' dan tal-aħħar, l-Ombudsman jirrapporta dik in-notifika lill-persuna konċernata u lill-ilmentatur.
(12) Jenħtieġ li tkun prevista l-possibilità ta' kooperazzjoni bejn l-Ombudsman u l-awtoritajiet tal-istess tip fl-Istati Membri, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli. Huwa mixtieq ukoll li jittieħdu passi sabiex l-Ombudsman jkun jista’ jikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, peress li tali kooperazzjoni tista' żżid l-effikaċja tat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman.
(13) Huwa l-Parlament Ewropew li għandu s-setgħa li jaħtar lill-Ombudsman fil-bidu tal-leġiżlatura parlamentari u għat-tul ta' żmien tagħha, u jagħżel lill-Ombudsman minn fost il-persuni li huma ċittadini tal-Unjoni u li joffru kull garanzija rekwiżita ta' indipendenza u kompetenza. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-waqfien tad-dmirijiet tal-Ombudsman, kif ukoll għas-sostituzzjoni tiegħu.
(14) Id-dmirijiet tal-Ombudsman jenħtieġ li jitwettqu b'indipendenza sħiħa. Jenħtieġ li l-Ombudsman jintrabat solennement quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta jieħu l-kariga. L-inkompatibbiltajiet, ir-remunerazzjoni, il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Ombudsman jenħtieġ li jiġu stabbiliti.
(15) Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar is-sede tal-Ombudsman, li jenħtieġ li tkun is-sede tal-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li jiġu adottati wkoll dispożizzjonijiet mhux biss dwar l-uffiċjali u aġenti oħra tas-segretarjat li se jassisti lill-Ombudsman, iżda wkoll dwar il-baġit ta' dan is-segretarjat.
(16) Għandu jkun l-Ombudsman li jadotta d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament. Sabiex tiġi garantita ċ-ċertezza tad-dritt u l-ogħla standards fil-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman, jenħtieġ li l-kontenut minimu tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati jiġi stabbilit f'dan ir-Regolament,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew).
2. L-Ombudsman għandu jaġixxi b'mod indipendenti mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, f’konformità mas-setgħat konferiti lill-Ombudsman mit-Trattati, u b'qies xieraq tal-Artikolu 20(2), il-punt (d) u l-Artikolu 228 tat-TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba.
3. Fit-twettiq ta' dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament, l-Ombudsman ma jistax jintervjeni f'kawżi quddiem il-qrati u lanqas ma jista' jikkontesta s-solidità ta' deċiżjoni ta' qorti jew il-kompetenza ta' qorti li tieħu deċiżjoni.
Artikolu 2
1. L-Ombudsman għandu jgħin fl-iskoperta ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja tagħha, u fejn ikun xieraq, għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet bil-għan li l-amministrazzjoni ħażina tintemm. L-ebda azzjoni minn xi awtorità jew persuna oħra ma tista' tkun is-suġġett ta' lment lill-Ombudsman.
2. Kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jirrisjedu jew għandhom uffiċċju reġistrat fi Stat Membru jistgħu, direttament jew permezz ta' Membru tal-Parlament Ewropew, jirreferu lment lill-Ombudsman rigward każ ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rwol ġudizzjarju tagħha. Malli l-ilment jiġi riferut lill-Ombudsman, l-Ombudsman għandu jgħarraf lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, filwaqt li jirrispetta l-istandards tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data.
3. L-ilment għandu jagħmel referenza ċara għas-suġġett tiegħu u għall-identità tal-ilmentatur. L-ilmentatur jista' jitlob li l-ilment, jew partijiet minnu, jibqgħu kunfidenzjali.
4. Ilment għandu jsir fi żmien tliet snin mid-data meta l-ilmentatur ikun sar jaf bil-fatti li fuqhom hu bbażat l-ilment, u għandu jkun preċedut bil-passi amministrattivi xierqa fir-rigward tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji konċernati.
5. L-Ombudsman għandu jiddetermina jekk ilment ikunx fi ħdan il-mandat tiegħu u, jekk iva, jekk huwiex ammissibbli. Meta lment ikun barra mill-mandat jew inammissibbli, l-Ombudsman, qabel ma jagħlaq il-fajl, jista' jagħti parir lill-ilmentatur biex jindirizzah lil awtorità oħra.
6. L-ilmenti ppreżentati lill-Ombudsman m’għandhomx jolqtu l-limiti ta' żmien sabiex jiġu ppreżentati appelli fi proċeduri amministrattivi jew legali.
7. Meta l-Ombudsman, minħabba proċeduri legali li jkunu għaddejjin jew ikunu ġew konklużi rigward il-fatti ppreżentati, ikollu jiddikjara li lment ikun inammissibbli jew li ma jkunx jista' jkompli jikkunsidrah, l-eżitu ta' kwalunkwe inkjesta li jkun għamel sa dak iż-żmien għandu jiġi arkivjat b'mod definittiv.
8. Bl-eċċezzjoni ta’ lmenti relatati ma' każijiet ta' fastidju sesswali, l-ebda lment ma għandu jsir lill-Ombudsman dwar relazzjonijiet ta' xogħol bejn l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u uffiċjali jew aġenti oħra tagħhom sakemm il-possibbiltajiet kollha għall-preżentazzjoni ta' talbiet u lmenti amministrattivi interni, b'mod partikolari l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68(4) ("ir-Regolamenti tal-Persunal"), ikunu ġew eżawriti mill-persuna konċernata u l-limiti ta' żmien għar-risposti mingħand l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati jkunu skadew.
9. L-Ombudsman għandu jinforma malajr kemm jista' jkun lill-ilmentatur dwar l-azzjoni meħuda dwar l-ilment.
Artikolu 3
1. L-Ombudsman għandu, fuq inizjattiva proprja jew wara li jkun tressaq ilment, iwettaq l-inkjesti kollha, inklużi dawk li jsegwu inkjesti preċedenti, li jikkunsidra li jkunu ġustifikati biex jiġi ċċarat kwalunkwe suspett ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. L-Ombudsman għandu jaġixxi mingħajr ma jirrikjedi ebda awtorizzazzjoni minn qabel u għandu jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati fi żmien xieraq dwar tali azzjoni. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati jistgħu jissottomettu kwalunkwe kumment jew evidenza siewja lill-Ombudsman. L-Ombudsman jista' wkoll jitlob lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati biex jissottomettu tali kummenti jew evidenza.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dmir primarju tal-Ombudsman, li huwa li jittratta l-ilmenti, l-Ombudsman jista' jwettaq inkjesti fuq inizjattiva proprja, ta' natura aktar strateġika biex jidentifika sitwazzjonijiet ripetuti jew partikolarment serji ta' amministrazzjoni ħażina, biex jippromwovi l-aqwa prattiki amministrattivi fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u biex jindirizza b'mod proattiv il-kwistjonijiet strutturali ta' interess pubbliku li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ombudsman.
3. L-Ombudsman jista' jinvolvi ruħu fi djalogu strutturat u regolari mal-istituzzjonijiet korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni u jorganizza konsultazzjonijiet pubbliċi qabel ma jipprovdi rakkomandazzjonijiet jew fi kwalunkwe stadju minn hemm 'il quddiem, L-Ombudsman jista’ wkoll janalizza u jivvaluta b'mod sistematiku l-progress tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni konċernati, u joħroġ rakkomandazzjonijiet ulterjuri.
4. L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe informazzjoni li jkun talabhom u jagħtu lill-Ombudsman aċċess għall-fajls konċernati. L-aċċess għal informazzjoni jew dokumenti klassifikati għandu jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni konċernati.
L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li jipprovdu informazzjoni jew dokumenti klassifikati kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman minn qabel dwar tali klassifikazzjoni.
Għall-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu, l-Ombudsman għandu jkun laħaq ftehim minn qabel mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' informazzjoni jew dokumenti klassifikati.
L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji konċernati għandhom jagħtu aċċess għal dokumenti li joriġinaw fi Stat Membru u li jkunu klassifikati bħala sigrieti bil-liġi unikament wara li s-servizzi tal-Ombudsman ikunu stabbilixxew miżuri u salvagwardji xierqa biex jittrattaw id-dokumenti li jiżguraw livell ekwivalenti ta' kunfidenzjalità, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u f'konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni.
L-uffiċjali u aġenti oħra tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom, fuq talba tal-Ombudsman, jagħtu xhieda tal-fatti li jkollhom x'jaqsmu ma' inkjesta li jkun qed jagħmel l-Ombudsman. Huma għandhom jitkellmu f'isem l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tagħhom. Huma għandhom jibqgħu marbuta mal-obbligi li jirriżultaw mir-regoli rispettivi tagħhom. Meta jkunu marbuta bi dmir ta' segretezza professjonali, dan m'għandux jiġi interpretat bħala li jkopri informazzjoni rilevanti għall-ilmenti jew inkjesti dwar fastidju jew amministrazzjoni ħażina.
5. L-Ombudsman għandu jeżamina perjodikament il-proċeduri relatati mal-azzjoni amministrattiva tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u għandu jivvaluta jekk dawn humiex kapaċi jipprevjenu b'mod effettiv il-kunflitti ta' interess, jiggarantixxu l-imparzjalità u jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-dritt għal amministrazzjoni tajba. L-Ombudsman jista' jidentifika u jivvaluta każijiet possibbli ta' kunflitti ta' interess fil-livelli kollha li jistgħu jikkostitwixxu sors ta' amministrazzjoni ħażina, u f'dak il-każ l-Ombudsman għandu jfassal konklużjonijiet speċifiċi u jinforma l-Parlament Ewropew dwar is-sejbiet rigward is-suġġett.
6. Safejn il-liġi nazzjonali tagħhom tippermetti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq it-talba tal-Ombudsman jew fuq inizjattiva proprja tagħhom, jibagħtu urġentement lill-Ombudsman kwalunkwe informazzjoni jew dokument li jistgħu jgħinu biex jiġu ċċarati każijiet ta' amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni. Meta tali informazzjoni jew dokument ikunu koperti mil-liġi nazzjonali dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali jew minn dispożizzjonijiet li jipprevjenu l-komunikazzjoni tagħhom, l-Istat Membru konċernat jista' jippermetti lill-Ombudsman ikollu aċċess għal din l-informazzjoni jew dokument, dment li l-Ombudsman jimpenja ruħu li jittrattahom bi qbil mal-awtorità kompetenti li toriġinahom. Fi kwalunkwe każ, għandha tingħata deskrizzjoni tad-dokument.
7. Jekk l-Ombudsman ma jingħatax l-għajnuna mitluba, l-Ombudsman għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa.
8. Meta wara inkjesta jinstabu każijiet ta' amministrazzjoni ħażina, l-Ombudsman għandu jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, u fejn xieraq jagħmel rakkomandazzjonijiet. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li tingħata din l-informazzjoni għandha tibgħat opinjoni dettaljata lill-Ombudsman fi żmien tliet xhur. L-Ombudsman jista', fuq talba motivata tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, jagħti estensjoni ta’ dik l-iskadenza, li m'għandhiex tkun itwal minn xahrejn. Meta ma tingħata l-ebda opinjoni mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati sal-iskadenza ta' tliet xhur jew sal-iskadenza estiża, l-Ombudsman jista' jagħlaq l-inkjesta mingħajr tali opinjoni.
9. Wara dan, l-Ombudsman għandu jibgħat rapport lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati u, notevolment fejn in-natura jew l-iskala tal-każ ta' amministrazzjoni ħażina li jkun skopra tirrikjedi dan, lill-Parlament Ewropew. L-Ombudsman jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rapport. L-ilmentatur għandu jiġi infurmat mill-Ombudsman dwar l-eżitu tal-inkjesta, l-opinjoni mogħtija mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati u kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula mill-Ombudsman fir-rapport.
10. Fejn ikun xieraq fir-rigward ta' inkjesta dwar l-attivitajiet ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni, l-Ombudsman jista' jidher quddiem il-Parlament Ewropew, fuq l-inizjattiva tal-Ombudsman stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, fl-aktar livell xieraq.
11. Sa fejn ikun possibbli, l-Ombudsman għandu jfittex soluzzjoni mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, sabiex il-każ ta' amministrazzjoni ħażina jiġi eliminat u l-ilment jiġi sodisfat. L-Ombudsman għandu jinforma lill-ilmentatur dwar is-soluzzjoni proposta flimkien mal-kummenti, jekk ikun hemm, tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati. Jekk l-ilmentatur jixtieq dan, l-ilmentatur għandu jkun intitolat li jressaq kummenti, jew informazzjoni addizzjonali li ma kinitx magħrufa fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-ilment, lill-Ombudsman, fi kwalunkwe stadju.
12. Fi tmiem kull sessjoni annwali, l-Ombudsman għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew dwar l-eżitu tal-inkjesti mwettqa mill-Ombudsman. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi disponibbli għat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman. Dawn il-valutazzjonijiet jistgħu jkunu wkoll is-suġġett ta' rapporti separati.
Artikolu 4
L-Ombudsman u l-persunal tiegħu għandhom jittrattaw it-talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1), f’konfomità mal-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Fir-rigward tal-ilmenti dwar id-dritt ta' aċċess pubbliku għal dokumenti mfassla jew rċevuti minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija , l-Ombudsman għandu, wara analiżi xierqa u wara l-kunsiderazzjoni kollha meħtieġa, joħroġ rakkomandazzjoni rigward l-aċċess għal dawk id-dokumenti. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati għandhom jwieġbu fi żmien il-perjodi previsti mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Jekk l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati ma jsegwux ir-rakkomandazzjoni mill-Ombudsman biex jagħtu aċċess għal dokumenti, għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom. F'każ bħal dan, l-Ombudsman għandu jinforma lill-ilmentatur dwar ir-rimedji legali disponibbli, inklużi l-proċeduri disponibbli biex il-każ jiġi riferut lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
L-Ombudsman għandu jwettaq valutazzjonijiet regolari tal-politiki u rieżamijiet tal-proċeduri stabbiliti fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal (‘whistleblowing’) u għandu, fejn ikun xieraq, jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti għal titjib bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni sħiħa għal uffiċjali u aġenti oħra li jirrapportaw fatti f'konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal.
L-Ombudsman jista', meta mitlub, jipprovdi informazzjoni kunfidenzjali, pariri imparzjali u gwida esperta lill-uffiċjali jew aġenti oħra dwar l-imġieba xierqa li għandha tittieħed fil-preżenza ta’ fatti msemmija fl-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal, inkluż dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Ombudsman jista' wkoll jiftaħ inkjesti abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn uffiċjali jew aġenti oħra li jirrapportaw fatti f’konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal, li jistgħu jirrapportaw b’mod kunfidenzjali u anonimu, fejn il-fatti deskritti jistgħu jikkostitwixxu amministrazzjoni ħażina fl-instituzzjoni, korp, uffiċju jew aġenzija tal-Unjoni. Sabiex dan l-għan ikun jista' jitwettaq, ir-regolamenti tal-persunal applikabbli li jirrigwardaw is-segretezza jistgħu jiġu rinunzjati.
Artikolu 6
1. L-Ombudsman u l-persunal tiegħu, li għalihom għandhom japplikaw l-Artikolu 339 tat-TFUE l-Artikolu 194 tal-Euratom, għandhom ikunu marbuta li ma jiżvelawx informazzjoni jew dokumenti li jiksbu matul l-inkjesti tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, huma għandhom, b'mod partikolari, ikunu meħtieġa li ma jiżvelaw ebda informazzjoni jew dokument klassifikati provduti lill-Ombudsman jew dokumenti li jaqgħu fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ħarsien tad-data personali, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni li tista' tagħmel ħsara lill-ilmentatur jew lil kwalunkwe persuna oħra involuta.
2. Jekk l-Ombudsman iqis li fatti li jsir jaf matul inkjesta jistgħu jkunu relatati mal-liġi kriminali, l-Ombudsman għandu jinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, safejn il-każ ikun jaqa' fl-ambitu tas-setgħat tagħhom, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Jekk ikun xieraq, l-Ombudsman għandu jinnotifika wkoll lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni li jkollhom awtorità fuq l-uffiċjal jew aġent ieħor konċernat, li jistgħu japplikaw it-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
L-Ombudsman jista' jinnotifika wkoll lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni dwar il-fatti li jqajmu dubju dwar l-imġiba ta' membru tal-persunal tagħhom, kif ukoll dwar kwalunkwe attività persistenti li jkollha l-effett li xxekkel l-inkjesta li tkun għaddejja.
L-Ombudsman għandu jirrapporta tali notifiki lill-ilmentatur u lill-persuni l-oħra konċernati li l-identità tagħhom hija magħrufa.
Artikolu 7
1. L-Ombudsman jista' jikkoopera mal-awtoritajiet tal-istess tip fl-Istati Membri sakemm l-Ombudsman jikkonforma mal-liġi nazzjonali applikabbli.
2. Fl-ambitu tad-dmirijiet tal-Ombudsman, l-Ombudsman għandu jikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra, filwaqt li jevita kwalunkwe duplikazzjoni mal-attivitajiet tagħhom.
Artikolu 8
1. L-Ombudsman għandu jkun elett, u eliġibbli għal ħatra mill-ġdid, skont l-Artikolu 228(2) tat-TFUE.
2. L-għażla tal-Ombudsman għandha ssir minn fost persuni li huma ċittadini tal-Unjoni, li jgawdu d-drittijiet ċivili u politiċi kollha, li jagħtu kull garanzija ta' indipendenza, li ma kinux Membri ta' gvernijiet nazzjonali jew Membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għal dawn l-aħħar tliet snin, li jissodisfaw kundizzjonijiet ta' imparzjalità ekwivalenti għal dawk meħtieġa għal kariga ġudizzjarja f'pajjiżhom u li jkollhom il-kompetenza u l-esperjenza rikonoxxuti sabiex iwettqu d-dmirijiet tal-Ombudsman.
Artikolu 9
1. L-Ombudsman għandu jieqaf milli jeżerċita d-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament jew fl-aħħar tal-mandat tiegħu jew meta jirriżenja jew jitkeċċa.
2. Għajr fil-każ ta' tkeċċija, l-Ombudsman għandu jibqa' fil-kariga sakemm jinħatar Ombudsman ġdid.
3. F'każ ta' tmiem antiċipat tal-funzjoni ta' Ombudsman, is-suċċessur għandu jinħatar fi żmien tliet xhur minn meta l-kariga ssir vakanti, għall-bqija ta' dik il-leġiżlatura tal-Parlament Ewropew. Sakemm jinħatar Ombudsman ġdid, l-uffiċjal prinċipali msemmi fl-Artikolu 13(2) għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet urġenti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ombudsman.
Artikolu 10
Meta l-Parlament Ewropew ikollu l-intenzjoni li jitlob it-tkeċċija tal-Ombudsman skont l-Artikolu 228(2) tat-TFUE, huwa għandu jisma' lill-Ombudsman qabel ma jagħmel talba bħal din.
Artikolu 11
1. Fit-twettiq tad-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament, l-Ombudsman għandu jaġixxi f'konformità mal-Artikolu 228(3) tat-TFUE. L-Ombudsman m'għandux jagħmel atti li jkunu inkompatibbli man-natura tad-dmirijiet imsemmija.
2. Meta jieħu l-kariga, l-Ombudsman għandu jagħmel impenn solenni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bħala Qorti sħiħa li se jwettaq id-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament b'indipendenza u imparzjalità kompluti u li se jirrispetta għalkollox l-obbligi li jirriżultaw matul u wara l-mandat. L-impenn solenni għandu b'mod partikolari jinkludi d-dmir li jġib ruħu b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji wara t-tmiem tal-mandat.
Artikolu 12
1. Tul iż-żmien tal-Ombudsman fil-kariga, l-Ombudsman ma jista' jeżerċita l-ebda funzjoni politika jew amministrattiva oħra, jew kwalunkwe kariga oħra, la bi ħlas u lanqas mingħajru.
2. L-Ombudsman għandu jkollu l-istess rimunerazzjoni, allowances u pensjoni bħal dawk tal-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja.
3. L-Artikoli 11 sa14 u l-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 għandhom japplikaw għall-Ombudsman u għall-uffiċjali u aġenti oħra tas-segretarjat tiegħu.
Artikolu 13
1. L-Ombudsman għandu jingħata baġit adegwat, biżżejjed biex jiżgura l-indipendenza tal-Ombudsman u biex jipprovdi għat-twettiq tad-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament.
2. L-Ombudsman għandu jiġi assistit minn segretarjat, li l-uffiċjal prinċipali tiegħu għandu jinħatar mill-Ombudsman.
3. Għandu jsir sforz mill-Ombudsman biex tintlaħaq parità bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ombudsman.
4. L-uffiċjali u l-aġenti oħra tas-segretarjat tal-Ombudsman għandhom ikunu soġġetti għar-regoli u r-regolamenti li japplikaw għall-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni. L-għadd tagħhom għandu jiġi adottat kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u jkun adegwat għat-twettiq xieraq tad-dmirijiet u l-ammont ta' xogħol tal-Ombudsman.
5. L-uffiċjali u l-aġenti oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri maħtura fis-segretarjat tal-Ombudsman għandhom jiġu sekondati fl-interess tas-servizz u garantiti li jingħataw lura l-kariga tagħhom b'mod awtomatiku fl-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fejn kienu jaħdmu qabel.
6. Fi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-persunal tiegħu, l-Ombudsman għandu jkollu l-istess status bħall-istituzzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 1a tar-Regolamenti tal-Persunal.
Artikolu 14
L-Ombudsman għandu jivvaluta l-proċeduri fis-seħħ għall-prevenzjoni ta' fastidju ta' kwalunkwe tip u xorta fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll il-mekkaniżmi li jippenalizzaw lil dawk responsabbli. L-Ombudsman għandu jfassal konklużjonijiet xierqa dwar jekk dawk il-proċeduri humiex konsistenti mal-prinċipji tal-proporzjonalità, adegwatezza u azzjoni enerġetika, u jekk jipprovdux protezzjoni u appoġġ effettivi lill-vittmi.
L-Ombudsman għandu jeżamina fi żmien xieraq jekk l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jittrattawx b'mod adegwat il-każijiet ta' fastidju ta' kwalunkwe tip u xorta billi japplikaw korrettament il-proċeduri previsti fir-rigward tal-ilmenti f’dak il-qasam. L-Ombudsman għandu jfassal konklużjonijiet xierqa dwar is-suġġett.
L-Ombudsman għandu jaħtar, fi ħdan is-segretarjat, persuna jew struttura b'għarfien espert fil-qasam tal-fastidju li tkun kapaċi tivvaluta fi żmien xieraq jekk każijiet ta’ fastidju ta’ kwalunkwe tip u xorta, inkluż il-fastidju sesswali, huma trattati b’mod adegwat fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u, fejn xieraq, tipprovdi pariri lill-uffiċjali u aġenti oħra tagħhom.
Artikolu 15
Is-sede tal-Ombudsman għandha tkun dik tal-Parlament Ewropew.
Artikolu 16
Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha ssir permezz tar-Rappreżentanzi Permanenti tal-Unjoni.
Artikolu 17
L-Ombudsman għandu jadotta d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament u jinkludu mill-inqas dispożizzjonijiet dwar:
(a) id-drittijiet proċedurali tal-ilmentatur u tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati;
(b) l-iżgurar tal-protezzjoni ta’ uffiċjali u aġenti oħra li jirrapportaw każijiet ta' fastidju sesswali u ta' ksur tad-dritt tal-Unjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal ("whistleblowing") ;
(c) il-wasla, l-ipproċessar u l-għeluq ta' lment;
(d) l-inkjesti fuq inizjattiva proprja;
(e) l-inkjesti ta' segwitu; u
(f) azzjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni.
Artikolu 18
Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom hija mħassra.
Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 fuq ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15).
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
Politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika
249k
86k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika (2018/2088(INI))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Regoli ta' Dritt Ċivili dwar ir-Robotika(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar is-sistemi ta' armi awtonomi(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar l-ugwaljanza tal-lingwi fl-era diġitali(4),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0019/2019),
A. billi l-intelliġenza artifiċjali (IA) u r-robotika trasparenti u inkorporati fl-etika għandhom il-potenzjal li jarrikkixxu 'l ħajjitna u jsaħħu l-kapaċitajiet tagħna, kemm għall-individwi kif ukoll għall-ġid komuni;
B. billi l-iżviluppi fl-IA qed isiru b'rata mgħaġġla, u billi l-IA diġà kellha rwol fil-ħajja tagħna ta' kuljum għal għadd ta' snin; billi l-IA u r-robotika qed jagħtu spinta lill-innovazzjoni, iwasslu għal mudelli kummerċjali ġodda u jkollhom rwol ewlieni biex jittrasformaw is-soċjetajiet tagħna u jiddiġitalizzaw l-ekonomiji tagħna f'ħafna setturi, bħall-industrija, il-kura tas-saħħa, il-bini u t-trasport;
C. billi ż-żieda fl-integrazzjoni tar-robotika fis-sistemi tal-bniedem tirrikjedi gwida politika b'saħħitha dwar il-massimizzazzjoni tal-benefiċċji u l-minimizzazzjoni tar-riskji għas-soċjetà kif ukoll l-iżgurar ta' żvilupp sikur u ekwu tal-intelliġenza artifiċjali;
D. billi l-intelliġenza artifiċjali hija waħda mit-teknoloġiji strateġiċi għas-seklu 21 kemm globalment kif ukoll fl-Ewropa, filwaqt li ġġib bidla pożittiva għall-ekonomija Ewropea, tiffaċilita l-innovazzjoni, il-produttività, il-kompetittività u l-benessri;
E. billi madwar kwart tar-robots industrijali kollha u nofs ir-robots relatati ma' servizz professjonali fid-dinja huma prodotti minn kumpaniji Ewropej, u għalhekk l-UE diġà għandha assi importanti li fuqhom għandha tibbaża l-politika industrijali Ewropea tagħha;
F. billi l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika għandhom il-potenzjal li jsawru mill-ġdid industriji multipli u jwasslu għal effiċjenzi akbar fil-produzzjoni u jagħmlu lill-industrija u lill-SMEs Ewropej aktar kompetittivi fuq livell globali; billi d-disponibbiltà ta' settijiet ta' data u ta' faċilitajiet ta' ttestjar u ta' esperimentazzjoni fuq skala kbira huma ta' importanza ewlenija għall-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali;
G. billi approċċ komuni se jiffaċilita l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-IA għall-benefiċċju tas-soċjetà, filwaqt li jindirizza wkoll l-isfidi ppreżentati minn dawn it-teknoloġiji sabiex tingħata spinta lill-innovazzjoni, tissaħħaħ il-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi attivati bl-IA, jitjiebu l-esperjenza u l-fiduċja tal-konsumaturi fit-teknoloġiji tal-IA u tar-robotika, u tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern;
H. billi l-prestazzjoni tal-computing trid tinżamm f'livell ewlieni fl-Unjoni, li għandha tipprovdi opportunitajiet għall-industrija tal-provvista tal-UE u żżid l-effikaċja tagħha biex tibdel l-iżviluppi teknoloġiċi fi prodotti u servizzi orjentati lejn id-domanda u xprunati mill-applikazzjonijiet, li jwasslu biex dawn jiġu adottati f'applikazzjonijiet fuq skala kbira u emerġenti sostnuti mill-intelliġenza artifiċjali;
I. billi huwa meħtieġ b'mod urġenti approċċ ikkoordinat fil-livell Ewropew biex l-UE tkun kapaċi tikkompeti mal-investimenti kbar li jsiru minn pajjiżi terzi speċjalment l-Istati Uniti u ċ-Ċina;
J. billi fil-25 ta' April 2018(6) il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipproponi approċċ Ewropew għall-intelliġenza artifiċjali billi tiżviluppa abbozz ta' linji gwida dwar l-IA f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fi ħdan l-alleanza tal-IA, grupp ta' esperti tal-intelliġenza artifiċjali, sabiex tingħata spinta lill-applikazzjonijiet u lin-negozji li jaħdmu bl-intelliġenza artifiċjali fl-Ewropa;
K. billi għandhom jiġu riveduti, u jekk ikun meħtieġ immodifikati, ir-regoli u l-proċessi eżistenti biex jitqiesu l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika;
L. billi l-qafas Ewropew għall-IA jrid jiġi żviluppat b'rispett sħiħ għad-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u b'mod partikolari b'rispett lejn il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà;
M. billi l-iżviluppi fl-intelliġenza artifiċjali jistgħu u għandhom jitfasslu b'tali mod li jippreservaw id-dinjità, l-awtonomija u l-awtodeterminazzjoni tal-individwu;
N. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Regoli ta' Dritt Ċivili dwar ir-Robotika, il-Parlament stieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas legali koerenti dwar l-iżvilupp tar-robotika, inklużi sistemi awtonomi u robots awtonomi intelliġenti;
O. billi l-iżvilupp tal-IA u tar-robotika jeħtieġ li jinkludi s-soċjetà inġenerali; billi, madankollu, fl-2018, iż-żoni rurali fil-parti l-kbira tagħhom baqgħu jiġu esklużi mill-benefiċċji tal-IA, peress li 8 % tad-djar ma kienu koperti minn ebda netwerk fiss, u 53 % ma kienu koperti minn ebda teknoloġija ta' 'aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss' (VDSL, Cable Docsis 3.0 jew FTTP);
P. billi l-iżvilupp ta' servizzi u prodotti attivati bl-IA jirrikjedi l-konnettività, il-fluss ħieles tad-data u l-aċċessibbiltà tad-data fi ħdan l-UE; billi l-użu ta' tekniki avvanzati tal-estrazzjoni tad-data fil-prodotti u fis-servizzi jista' jgħin iżid il-kwalità tat-teħid ta' deċiżjonijiet, u b'hekk l-għażla tal-konsumaturi, u jtejjeb il-prestazzjoni tan-negozji;
Q. billi l-iżviluppi teknoloġiċi fil-prodotti u fis-servizzi intelliġenti jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-għarfien, li hija bbażata fuq il-kwantità, il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni disponibbli, u li b'hekk tista' twassal għal adattament aħjar għall-ħtiġijiet tal-konsumaturi;
R. billi ċ-ċibersigurtà hija vitali sabiex jiġi żgurat li d-data ma tiġix korrotta jew użata ħażin b'mod malizzjuż biex l-IA tiffunzjona b'mod li jagħmel ħsara liċ-ċittadini jew lill-kumpaniji, li jxekkel lill-industrija u lill-fiduċja tal-konsumaturi fl-IA; billi l-iżviluppi fl-IA jżidu d-dipendenza fuq dawk is-sistemi għal azzjonijiet u deċiżjonijiet, li min-naħa tagħhom jeħtieġu standards għoljin ta' reżiljenza ċibernetika fl-UE għal protezzjoni kontra ksur u nuqqasijiet fiċ-ċibersigurtà;
S. billi x-xejra lejn l-awtomatizzazzjoni tirrikjedi li dawk involuti fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali jinkorporaw mill-bidu nett is-sigurtà u l-etika, u b'hekk jiġi rikonoxxut il-fatt li dawn jeħtiġilhom ikunu ppreparati biex jaċċettaw ir-responsabbiltà legali għall-kwalità tat-teknoloġija li jipproduċu;
T. billi l-bini ta' ekosistema affidabbli għall-iżvilupp tat-teknoloġija tal-IA għandu jkun ibbażat fuq l-istruttura tal-politika tad-data; billi dan jimplika l-ħolqien ta' programmi ta' ġbir u ta' ġestjoni tad-data bla xkiel u ssimplifikati għall-finijiet ta' riċerka edukattiva sabiex l-intelliġenza artifiċjali tkun tista' tiġi żviluppata f'bosta setturi: is-settur mediku, finanzjarju, bijoloġiku, tal-enerġija, industrijali, tal-kimika jew dak pubbliku; billi ekosistema tal-IA xprunata mid-data tista' tinkludi inizjattivi pan-Ewropej li jitnedew abbażi ta' standards miftuħa u bbażati fuq ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati u regoli trasparenti dwar l-interoperabbiltà;
U. billi l-intelliġenza artifiċjali waħedha ma tiżgurax il-verità jew il-ġustizzja, peress li jista' jwassal għal preġudizzju fil-mod li bih tinġabar id-data u l-mod li bih jinkiteb l-algoritmu u jista' jirriżulta mill-preġudizzju li jeżisti fis-soċjetà; billi l-kwalità tad-data, flimkien mad-disinn algoritmiku u l-proċessi kostanti ta' evalwazzjoni mill-ġdid, għandhom jipprevjenu l-preġudizzju;
V. billi l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika għandhom jiġu żviluppati u implimentati permezz ta' approċċ iċċentrat fuq il-bniedem bil-għan li jappoġġjaw lill-bnedmin fuq il-post tax-xogħol tagħhom u fi djarhom; billi l-intelliġenza artifiċjali tista' jintuża wkoll biex jiġi evitat li l-persuni jagħmlu xogħlijiet perikolużi;
W. billi żvilupp ulterjuri u żieda fl-użu ta' teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat u algoritmiku indubbjament għandhom impatt fuq l-għażliet li individwu (bħal negozjant jew utent tal-internet) u awtorità amministrattiva, ġudizzjarja jew pubblika oħra jagħmlu biex jaslu għal deċiżjoni finali tagħhom meta din tkun ta' natura awtorevoli, kummerċjali jew relatata mal-konsumatur; billi s-salvagwardji u l-possibilità ta' kontroll u verifika mill-bniedem jeħtieġ li jiġu inkorporati fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat u algoritmiku;
X. billi t-tagħlim awtomatiku jqajjem ukoll sfidi f'termini tal-iżgurar tan-nondiskriminazzjoni, il-proċess ġust, it-trasparenza u l-komprensibbiltà fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
Y. billi l-intelliġenza artifiċjali tikkostitwixxi għodda sinifikanti fl-indirizzar tal-isfidi globali tas-soċjetà, u billi għalhekk, l-Istati Membri permezz tal-politika pubblika tagħhom, għandhom jippromwovu l-investimenti, jagħmlu fondi disponibbli għar-R&Ż u jindirizzaw l-ostakoli fl-iżvilupp u fl-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali;
Z. billi l-pjattaformi kummerċjali tal-intelliġenza artifiċjali mxew mill-ittestjar għal applikazzjonijiet reali fis-saħħa, fl-ambjent, fl-enerġija u fit-trasport; billi t-tekniki tat-tagħlim awtomatiku jinsabu fil-qalba tal-pjattaformi tal-web u tal-applikazzjonijiet tal-big data ewlenin kollha;
AA. billi r-riċerkaturi u l-kumpaniji tal-Ewropa huma involuti f'varjetà wiesgħa ta' suġġetti dwar il-blockchain, li jvarjaw mill-katina tal-provvista, is-servizzi tal-gvern, il-finanzi, l-internet tal-oġġetti (IoT), il-kura tas-saħħa, il-midja, il-bliet intelliġenti, l-enerġija u t-trasport; billi l-Ewropa hija parteċipant b'saħħtu f'oqsma importanti relatati mal-blockchain bħall-IA; billi l-blockchain jista' jkollu rwol importanti fit-tisħiħ tal-innovazzjoni Ewropea;
AB. billi t-teknoloġiji taċ-ċibersigurtà bħall-identitajiet diġitali, il-kriptografija jew is-sejbien ta' intrużjoni, u l-applikazzjoni tagħhom f'oqsma bħall-finanzi, l-industrija 4.0, l-enerġija, it-trasport, il-kura tas-saħħa u l-gvern elettroniku, huma essenzjali biex jiġu salvagwardjati s-sigurtà u l-fiduċja fl-attività u fit-tranżazzjonijiet online kemm miċ-ċittadini, mill-amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll mill-kumpaniji bl-istess mod;
AC. billi l-estrazzjoni ta' test u ta' data sservi bħala pedament għall-applikazzjonijiet tal-IA u tat-tagħlim awtomatiku, u hija essenzjali għall-SMEs u għan-negozji l-ġodda peress li din tippermettilhom jaċċessaw kwantitajiet kbar ta' data biex iħarrġu l-algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali;
AD. billi l-IA tista' tkun intensiva ħafna fl-użu tal-enerġija; billi, fid-dawl ta' dan, huwa importanti li l-użu tal-IA javvanza skont il-miri eżistenti tal-UE dwar l-effiċjenza enerġetika u l-ekonomija ċirkolari;
AE. billi l-intelliġenza artifiċjali għandha tappoġġa bis-sħiħ il-lingwi Ewropej kollha biex tipprovdi lill-Ewropej kollha opportunitajiet indaqs biex jibbenefikaw minn żviluppi tal-intelliġenza artifiċjali moderni fi ħdan is-soċjetà tal-informazzjoni Ewropea multilingwi;
AF. billi fl-industrija u s-servizzi assoċjati ma' teknoloġija avvanzata, l-intelliġenza artifiċjali hi ċ-ċavetta biex l-Ewropa ssir "kontinent start-up" billi tisfrutta l-aħħar teknoloġiji sabiex tiġġenera t-tkabbir fl-Ewropa, partikolarment f'oqsma bħat-teknoloġija tas-saħħa, is-servizzi u l-programmi tal-kura tas-saħħa, l-iżvilupp ta' mediċina ġdida, ir-robotika u l-kirurġija assistita mir-robots, it-trattament ta' mard kroniku u t-teħid tal-immaġini medika u tar-reġistri mediċi, kif ukoll biex jiġu żgurati ambjent sostenibbli u produzzjoni sikura tal-ikel; billi attwalment l-Ewropa qed taqa' lura apparagun tal-Amerka ta' Fuq u l-Asja f'termini ta' riċerka u privattivi fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali;
AG. billi l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali jista' jgħin biex itejjeb il-ħajja tal-persuni b'mard kroniku u diżabilitajiet u jindirizza l-isfidi soċjali bħat-tixjieħ tal-popolazzjoni billi jwassal għal teknoloġija tas-saħħa aktar preċiża u effettiva fl-għoti tal-kura tas-saħħa;
AH. billi hemm katalogu wiesa' ta' applikazzjonijiet possibbli tal-IA u tar-robotika fil-kura medika, bħalma huma l-ġestjoni tad-data u r-rekords mediċi, it-twettiq ta' xogħlijiet ripetittivi (analiżi ta' testijiet, Raġġi X, CT scans, dħul ta' data), tfassil ta' trattamenti, konsultazzjonijiet diġitali (bħal pereżempju konsultazzjoni medika bbażata fuq l-istorja medika personali u l-għarfien mediku komuni), infermiera virtwali, ġestjoni tal-medikazzjoni, ħolqien ta' mediċini, mediċini preċiżi (bħall-ġenetika u l-ġenomika li jfittxu mutazzjonijiet u rabtiet mal-mard billi jħarsu lejn l-informazzjoni fid-DNA), il-monitoraġġ tas-saħħa u l-analiżi tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, fost applikazzjonijiet oħra;
AI. billi l-aċċessibilità ma tfissirx l-istess servizzi u tagħmir għal kulħadd; billi l-aċċessibilità tal-intelliġenza artifiċjali u r-robotika hija bbażata fuq tfassil u ppjanar inklużiv; billi l-ħtiġijiet, ix-xewqat u l-esperjenzi tal-utent jeħtieġ li jkunu l-punt ta' tluq għall-proġettazzjoni;
AJ. billi hemm tħassib etiku, psikoloġiku u ġuridiku qawwi dwar l-awtonomija tar-robots, in-nuqqas ovvju tas-sens ta' empatija u l-impatt tagħhom fuq ir-relazzjoni bejn it-tabib u l-pazjent li għadhom ma ġewx indirizzati b'mod xieraq fil-livell tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali tal-pazjenti, ir-responsabilità u r-relazzjonijiet ekonomiċi u ta' imjieg ġodda li se jirriżultaw; billi "awtonomija" bħala tali tista' biss tkun attribwita b' mod sħiħ lill-bnedmin; billi hemm il-ħtieġa ta' qafas ġuridiku robust u etiku għall-intelliġenza artifiċjali;
AK. billi l-introduzzjoni tal-intelliġenza artifiċjali, b'mod partikolari, fil-qasam tas-saħħa, trid tkun dejjem ibbażata fuq il-prinċipju ta' responsabilità li hu "l-bniedem jikkontrolla l-magna";
1.Soċjetà appoġġjata mill-intelliġenza artifiċjali u mir-robotika
1.1.Ix-xogħol fl-era tal-intelliġenza artifiċjali u r-robotika
1. Jenfasizza li l-awtomatizzazzjoni flimkien mal-intelliġenza artifiċjali se żżid il-produttività u għalhekk iżżid l-output; jinnota li, bħal f'rivoluzzjonijiet teknoloġiċi preċedenti, xi impjiegi se jiġu sostitwiti iżda se jinħolqu wkoll impjiegi ġodda li se jittrasformaw il-ħajja u l-prattiki tax-xogħol; jenfasizza li ż-żieda fl-użu tar-robotika u tal-IA għandha tnaqqas ukoll l-esponiment tal-bniedem għal kundizzjonijiet ta' ħsara u perikolużi u għandha tgħin ukoll biex jinħolqu aktar impjiegi ta' kwalità u deċenti u tittejjeb il-produttività;
2. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffukaw fuq it-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fl-industriji l-aktar affettwati mill-awtomatizzazzjoni tal-kompiti; jenfasizza li programmi edukattivi ġodda għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema sabiex dawn ikunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet ta' xogħol f'impjiegi ġodda maħluqa mill-intelliġenza artifiċjali; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' programmi ta' litteriżmu diġitali fl-iskejjel, l-iżvilupp ta' apprendistati u l-prijoritajiet tat-taħriġ vokazzjonali biex jgħinu lill-ħaddiema jadattaw għat-tibdil teknoloġiku;
3. Jirrakkomanda li l-Istati Membri, flimkien mal-atturi tas-settur privat, jidentifikaw ir-riskji u jiżviluppaw strateġiji biex jiżguraw li jiġu żviluppati programmi ta' taħriġ mill-ġdid rilevanti; jissottolinja li l-kumpaniji stess iridu jinvestu fit-taħriġ u fit-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol eżistenti tagħhom sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tagħhom;
4. Jenfasizza li l-iżvilupp tar-robotika fl-UE se jkollu impatt qawwi fuq ir-relazzjonijiet industrijali; jemmen li dan l-impatt għandu jiġi indirizzat b'mod ibbilanċjat sabiex tiġi promossa r-riindustrijalizzazzjoni u anke l-ħaddiema jkunu jistgħu jgawdu miż-żieda fil-produttività;
5. Jinnota li fix-xenarju industrijali attwali hemm bilanċ delikat bejn is-sidien u l-ħaddiema; iqis li l-avvanzi fl-implimentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-industrija għandhom isiru b'konsultazzjoni wiesgħa mas-sħab soċjali, peress li l-bidla potenzjali fl-għadd ta' persuni li jaħdmu fl-industrija tirrikjedi politiki proattivi biex jgħinu lill-ħaddiema jadattaw għad-domandi l-ġodda u biex jiġi żgurat li l-qligħ jiġi kondiviż b'mod wiesa'; jinnota li dan jirrikjedi kunsiderazzjoni mill-ġdid u tfassil mill-ġdid tal-politiki dwar is-suq tax-xogħol, tal-iskemi tas-sigurtà soċjali u tat-tassazzjoni;
6. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw l-ostakoli għad-dħul fil-forza tax-xogħol bħal kwalifiki eċċessivi;
7. Jemmen li l-litteriżmu diġitali huwa wieħed mill-aktar fatturi importanti għall-iżvilupp tal-IA fil-ġejjieni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw taħriġ fil-ħiliet diġitali u strateġiji ta' taħriġ mill-ġdid; jinnota li l-litteriżmu diġitali jista' jappoġġja parteċipazzjoni wiesgħa u inklussiva fis-soluzzjonijiet tal-ekonomija tad-data u jiffaċilita komunikazzjoni u kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha;
8. Jinnota li, minħabba li dan se jaffettwa ċ-ċittadini ta' kull età, il-kurrikuli edukattivi jridu jiġu adattati, inkluż bl-istabbiliment ta' modi ta' tagħlim ġodda u l-użu ta' teknoloġiji ta' twassil ġodda; jenfasizza li l-aspetti edukattivi għandhom jiġu indirizzati kif xieraq; iqis b'mod partikolari l-ħtieġa għal ħiliet diġitali, inkluż l-ikkowdjar, li għandhom jiġu inklużi fit-tagħlim u fit-taħriġ mis-snin bikrin tal-iskola sat-tagħlim tul il-ħajja;
1.2.L-użu malizzjuż tal-intelliġenza artifiċjali u d-drittijiet fundamentali
9. Jenfasizza l-fatt li użu malizzjuż jew negliġenti tal-IA jista' jhedded is-sigurtà diġitali u s-sikurezza fiżika u pubblika, peress li tista' tintuża biex jitwettqu attakki fuq skala kbira, b'miri speċifiċi u effiċjenti ħafna fuq is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u fuq makkinarju konness, kif ukoll kampanji ta' diżinformazzjoni, u b'mod ġenerali tnaqqas id-dritt tal-individwi għall-awtodeterminazzjoni; jenfasizza li l-użu malizzjuż jew negliġenti tal-IA jista' joħloq ukoll riskju għad-demokrazija u għad-drittijiet fundamentali;
10. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas li jippenalizza prattiki li jimmanipulaw il-perċezzjoni meta kontenut jew news feeds ippersonalizzati jwasslu għal sentimenti negattivi u jxekklu l-perċezzjoni tar-realtà li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi negattivi (pereżempju l-eżiti tal-elezzjonijiet, jew perċezzjonijiet żbaljati dwar kwistjonijiet soċjali bħall-migrazzjoni);
11. Jenfasizza l-importanza li jiġu rikonoxxuti, identifikati u mmonitorjati l-iżviluppi ta' tfixkil fl-iżvilupp tal-IA u dawk relatati magħha; iħeġġeġ biex ir-riċerka fl-IA tiffoka wkoll fuq l-identifikazzjoni ta' IA u robotika korrotta b'mod aċċidentali jew malizzjuż;
12. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu nota tal-isfidi soċjali li jinħolqu mill-prattiki li jirriżultaw mill-ikklassifikar taċ-ċittadini; jenfasizza li ċ-ċittadini ma għandhomx jiġu soġġetti għal diskriminazzjoni abbażi tal-ikklassifikar tagħhom u li dawn għandhom ikunu intitolati għal "opportunità oħra";
13. Jesprimi tħassib kbir dwar l-użu tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali, inkluż ir-rikonoxximent tal-wiċċ u tal-vuċi, fi programmi ta' "sorveljanza emozzjonali", jiġifieri l-monitoraġġ ta' kundizzjonijiet mentali ta' ħaddiema u ċittadini sabiex tiżdied il-produttività u tiġi ppreservata l-istabbiltà soċjali, xi kultant flimkien ma' sistemi ta' "kreditu soċjali", pereżempju bħalma diġà jiġri fiċ-Ċina; jenfasizza li minnhom infushom tali programmi jmorru kontra l-valuri u n-normi Ewropej li jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi;
2.Il-perkors teknoloġiku lejn l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika
2.1.Riċerka u żvilupp
14. Ifakkar il-fatt li l-Ewropa għandha komunità ta' riċerka dwar l-IA fuq quddiem nett fil-livell dinji, li tammonta għal 32 % tal-istituzzjonijiet ta' riċerka dwar l-IA madwar id-dinja;
15. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-programm Ewropa diġitali u l-baġit ta' EUR 2.5 biljun impenjat għall-intelliġenza artifiċjali kif ukoll iż-żieda fil-finanzjament taħt il-programm Orizzont 2020; jifhem l-importanza tal-finanzjament tal-UE li jikkomplementa l-baġits tar-riċerka tal-Istati Membri u tal-industrija għall-intelliġenza artifiċjali u l-ħtieġa għal kollaborazzjoni bejn il-programmi ta' riċerka pubbliċi, privati u tal-UE;
16. Jappoġġja l-objettivi operazzjonali tal-Programm Ewropa Diġitali biex jibni u jsaħħaħ il-kapaċitajiet ewlenin tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni, biex jagħmilhom aċċessibbli għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha u biex isaħħaħ u jgħaqqad flimkien il-faċilitajiet eżistenti ta' ttestjar u ta' esperimentazzjoni fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali fl-Istati Membri;
17. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw sħubiji bejn bosta partijiet ikkonċernati fl-industrija u fl-istituti tar-riċerka kif ukoll ċentri konġunti ta' eċċellenza fl-IA;
18. Jenfasizza li r-riċerka fl-IA ma għandhiex tinvestix biss fit-teknoloġija u fl-iżviluppi fl-innovazzjoni tal-IA iżda wkoll f'oqsma soċjali, etiċi u ta' responsabbiltà relatati mal-IA; jemmen li kwalunkwe mudell tal-IA li jintuża għandu jkollu etika mid-disinn;
19. Jenfasizza li, filwaqt li jinkoraġġixxi l-progress għall-benefiċċju tas-soċjetà u tal-ambjent, ir-riċerka fl-IA u attivitajiet oħra relatati għandhom jitwettqu skont il-prinċipju ta' prekawzjoni u d-drittijiet fundamentali; jenfasizza li kull min hu involut fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tixrid u l-użu tal-IA għandu jikkunsidra u jirrispetta d-dinjità tal-bniedem kif ukoll l-awtodeterminazzjoni u l-benessri – kemm fiżika kif ukoll psikoloġika – tal-individwu u tas-soċjetà b'mod ġenerali, jantiċipa l-impatti potenzjali fuq is-sikurezza u jieħu l-prekawzjonijiet xierqa proporzjonati għal-livell ta' protezzjoni, inkluż l-iżvelar fil-pront ta' fatturi li jistgħu jipperikolaw lill-pubbliku jew lill-ambjent;
20. Jenfasizza li ambjent ta' riċerka kompetittiv huwa wkoll essenzjali sabiex tiġi żviluppata l-intelliġenza artifiċjali; jissottolinja l-importanza li tiġi appoġġjata riċerka eċċellenti, inklużi x-xjenza fundamentali u l-proġetti b'riskju u rendiment għoli, u li titrawwem żona Ewropea tar-riċerka b'kundizzjonijiet attraenti għall-finanzjament, il-mobbiltà u l-aċċess għall-infrastruttura u għat-teknoloġija madwar l-Unjoni, abbażi tal-prinċipju tal-ftuħ għall-pajjiżi terzi u l-għarfien espert minn barra l-Unjoni, sakemm din ma ddgħajjifx iċ-ċibersigurtà tal-UE;
21. Jissottolinja l-fatt li r-riċerkaturi tal-UE għad għandhom paga ferm aktar baxxa mill-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Uniti u fiċ-Ċina, li huwa magħruf li hija r-raġuni primarja għaliex dawn jitilqu mill-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffokaw biex jattiraw l-aqwa talenti lejn il-kumpaniji Ewropej, u jistieden lill-Istati Membri joħolqu kundizzjonijiet attraenti;
22. Jenfasizza li l-Ewropa jeħtiġilha tiddedika l-inizjattiva ġdida tal-FET(7) għall-intelliġenza artifiċjali, b'enfasi partikolari fuq approċċ iċċentrat fuq il-bniedem u teknoloġiji lingwistiċi;
23. Jemmen li l-intelliġenza artifiċjali, it-tagħlim awtomatiku u ż-żieda esponenzjali fid-disponibbiltà tad-data u l-cloud computing isaħħu l-inizjattivi ta' riċerka bil-għan li tiġi mifhuma l-bijoloġija fil-livelli molekulari u ċellulari, jiggwidaw l-iżvilupp ta' kura medika u jiġu analizzati l-flussi tad-data biex jiġi identifikat theddid għas-saħħa, jiġu mbassra tifqigħat ta' mard u jingħataw pariri lill-pazjenti; jinnota li t-tekniki tal-estrazzjoni tad-data u tan-navigazzjoni tad-data jistgħu jintużaw biex jiġu identifikati nuqqasijiet, riskji, xejriet u mudelli fir-rigward tal-kura;
24. Jenfasizza li, fejn ir-riskji jirriżultaw bħala element inevitabbli u integrali tar-riċerka dwar l-IA, għandhom jiġu żviluppati u rispettati protokolli robusti ta' valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju, filwaqt li jitqies ir-riskju ta' ħsara ma għandux ikun akbar minn dak li wieħed jiltaqa' miegħu fil-ħajja ordinarja, (jiġifieri n-nies ma għandhomx ikunu esposti għal riskji ikbar jew addizzjonali għal dawk li huma esposti għalihom fl-istili ta' ħajja normali tagħhom);
2.2.Investimenti
25. Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza ta' investiment akbar f'dan il-qasam sabiex jibqa' wieħed kompetittiv; jirrikonoxxi li filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-investiment u l-innovazzjoni f'dan il-qasam ġejjin minn impriżi tas-settur privat, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jitħeġġu wkoll biex ikomplu jinvestu fir-riċerka f'dan is-settur u jfasslu l-prijoritajiet ta' żvilupp tagħhom; jilqa' l-proposta dwar InvestEU u sħubiji pubbliċi privati oħra li se jrawmu l-finanzjament privat; iqis li għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni tal-investiment privat u pubbliku biex jiġi żgurat li l-iżvilupp ikun iffukat;
26. Jenfasizza li l-investimenti fl-IA, li jistgħu jkunu karatterizzati minn inċertezza sinifikanti, għandhom ikunu kkomplementati minn finanzjament mill-UE, pereżempju mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jew mil-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), jew permezz ta' InvestEU u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIs), skemi li jistgħu jgħinu fir-rigward tal-kondiviżjoni tar-riskji;
27. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ma tippermettix finanzjament mill-UE għall-intelliġenza artifiċjali li tiġi adattata biex tintuża bħala arma; iħeġġeġ lill-Kummissjoni teskludi mill-finanzjament tal-UE kumpaniji li qed iwettqu riċerka u qed jiżviluppaw kuxjenza dwar l-intelliġenza artifiċjali;
28. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżgura li l-proprjetà intellettwali tar-riċerka li titwettaq bil-finanzjament tal-UE tibqa' fl-UE u fl-universitajiet Ewropej;
2.3.Innovazzjoni, aċċettazzjoni soċjetali u responsabbiltà
29. Jinnota li l-avvanzi teknoloġiċi ewlenin kollha jirrikjedu perjodu tranżitorju, wieħed fejn il-maġġoranza tas-soċjetà teħtieġ li tikseb fehim aħjar tat-teknoloġija u tintegraha fil-ħajja ta' kuljum tagħha;
30. Jinnota li l-futur ta' din it-teknoloġija jiddependi mill-aċċettazzjoni soċjetali u trid issir enfasi akbar fuq il-komunikazzjoni adegwata tal-benefiċċji tagħha biex jiġi żgurat fehim akbar tat-teknoloġija u tal-applikazzjonijiet tagħha; jinnota wkoll li jekk is-soċjetà ma tkunx infurmata dwar it-teknoloġija tal-IA, se jkun hemm inqas spinta favur l-innovazzjoni f'dan is-settur;
31. Iqis li l-aċċettazzjoni pubblika tiddependi fuq kif il-pubbliku jiġi infurmat dwar l-opportunitajiet, l-isfidi u l-iżviluppi tal-intelliġenza artifiċjali; jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni kredibbli u jindirizzaw it-tħassib ewlieni dwar l-IA u r-robotika bħall-privatezza, is-sikurezza u t-trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet;
32. Jilqa' l-użu ta' sandboxes regolatorji biex jiġu introdotti, f'kooperazzjoni mar-regolaturi, ideat ġodda innovattivi, li jippermettu li sa mill-bidu jiġu żviluppati salvagwardji fit-teknoloġija, u b'hekk jiġi ffaċilitat u jitħeġġeġ id-dħul tagħha fis-suq; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu introdotti sandboxes regolatorji speċifiċi għall-IA biex jiġi ttestjat l-użu sikur u effettiv tat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali f'ambjent ta' dinja reali;
33. Jinnota li sabiex ikun hemm aċċettazzjoni akbar mis-soċjetà tal-intelliġenza artifiċjali, irid ikun hemm assigurazzjonijiet li s-sistemi li qed jintużaw huma sikuri;
34. Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġija lingwistika jistgħu jipprovdu applikazzjonijiet importanti biex titrawwem l-unità fid-diversità tal-Ewropa: traduzzjoni awtomatizzata, aġenti ta' konversazzjoni u assistenti personali, interfaċċi ta' lingwa mitkellma għar-robots u l-internet tal-oġġetti, analitika intelliġenti, l-identifikazzjoni awtomatizzata ta' propaganda online, aħbarijiet foloz, diskors ta' mibegħda;
2.4.Kundizzjonijiet ta' appoġġ: il-konnettività, l-aċċessibbiltà tad-data u l-informatika ta' prestazzjoni għolja, u l-infrastruttura tal-cloud
35. Jenfasizza li l-integrazzjoni tar-robotika u tat-teknoloġija tal-IA fi ħdan l-ekonomija u s-soċjetà tirrikjedi infrastruttura diġitali li tipprovdi konnettività minn kullimkien;
36. Jenfasizza li l-konnettività hija prekundizzjoni għall-Ewropa biex issir parti mis-soċjetà tal-gigabits u li l-IA hija eżempju ċar tat-tkabbir esponenzjali ta' domanda għal konnettività ta' kwalità għolja, rapida, sikura u pervażiva; jemmen li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jrawmu miżuri biex jistimolaw l-investiment u l-adozzjoni ta' netwerks b'kapaċità għolja ħafna fl-UE;
37. Jissottolinja li żvilupp rapidu u sikur tal-5G huwa essenzjali biex jiġi garantit li l-Unjoni tista' tisfrutta l-benefiċċji kollha tal-IA u tipproteġi kontra t-theddid għaċ-ċibersigurtà, filwaqt li jagħmel possibbli t-tiġdid u l-iżvilupp tal-industriji u s-servizzi, li huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea, u biex jappoġġja l-ħolqien ta' servizzi, produzzjoni u swieq ġodda, li huwa essenzjali sabiex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi ġodda u livell għoli ta' impjieg;
38. Ifakkar li d-disponibbiltà ta' data ta' kwalità għolja u sinifikanti hija essenzjali għall-kompetittività reali fl-industrija tal-intelliġenza artifiċjali, u jitlob li l-awtoritajiet pubbliċi jiżguraw modi li bihom jipproduċu, jikkondividu u jiġġestixxu d-data billi jagħmlu d-data pubblika beni komuni filwaqt li jissalvagwardjaw il-privatezza u d-data sensittiva;
39. Jenfasizza l-importanza tal-kwalità tad-data li tintuża fit-tagħlim profond; jinnota li l-użu ta' data ta' kwalità baxxa, antika, mhux kompluta jew mhux korretta jista' jwassal għal tbassir mhux affidabbli u konsegwentement diskriminazzjoni u preġudizzju;
40. Jemmen li s-sett il-ġdid ta' regoli li jirregolaw il-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni jagħmilha possibbli biex dejjem aktar data ssir disponibbli għal innovazzjoni xprunata bid-data, li tagħmilha aktar faċli biex l-SMEs u n-negozji ġodda jiżviluppaw servizzi innovattivi attivati bl-IA u jidħlu fi swieq ġodda, filwaqt li tippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji jibbenefikaw minn prodotti u servizzi aħjar;
41. Jinnota li l-IA għandha l-potenzjal li żżid l-effiċjenza, il-kumdità u l-benessri f'diversi setturi, jekk il-partijiet ikkonċernati industrijali stabbiliti jikkooperaw mal-iżviluppaturi tal-IA; jinnota, barra minn hekk, li attwalment il-partijiet ikkonċernati għandhom volum kbir ta' data, li mhijiex ta' natura personali, u permezz ta' sħubiji tista' tintuża biex tiżdied l-effiċjenza tagħhom; iqis li, sabiex dan isir realtà, il-kooperazzjoni bejn l-utenti u l-iżviluppaturi tal-IA hija prerekwiżit;
42. Jenfasizza l-importanza tal-interoperabbiltà u tal-veraċità tad-data, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' affidabbiltà u ta' standards tas-sigurtà fit-teknoloġiji ġodda;
43. Jemmen li s-suċċess tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali, imfassla apposta għall-utenti madwar l-UE, spiss jirrikjedi għarfien estensiv dwar is-swieq lokali, kif ukoll l-aċċess għal data lokali xierqa u l-użu tagħha għat-taħriġ dwar is-settijiet tad-data, l-ittestjar u l-validazzjoni tas-sistema, speċjalment f'setturi relatati mal-ipproċessar ta' lingwa naturali; jitlob lill-Istati Membri jħeġġu d-disponibbiltà ta' data ta' kwalità għolja, interoperabbli u miftuħa tas-settur pubbliku kif ukoll dik ta' sjieda privata;
44. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata koerenza sħiħa mal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-big data;
45. Jilqa' l-miżuri li jiffaċilitaw u jappoġġjaw l-iskambju u l-kondiviżjoni tad-data bejn il-fruntieri;
46. Jinnota li attwalment il-kondiviżjoni tad-data għadha ferm lura biex tilħaq il-potenzjal tagħha u li kwantitajiet kbar ta' data mhumiex qed jintużaw biżżejjed;
47. Jirrikonoxxi l-fatt li hemm riluttanza għall-kondiviżjoni tad-data u jissottolinja l-ħtieġa għal azzjoni biex din tiġi mħeġġa; jinnota li n-nuqqas ta' standards komuni għandu wkoll rwol kbir x'jaqdi fil-kapaċità għall-kondiviżjoni tad-data;
48. Jilqa' r-regolamenti bħar-Regolament dwar il-Fluss Liberu tad-Data u l-importanza li għandu fl-oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali biex ikun hemm proċessi aktar effettivi u effiċjenti;
49. Jirrikonoxxi l-fatt li jeħtieġ li jiġu implimentati inċentivi akbar ibbażati fuq is-suq biex iħeġġu l-aċċess għad-data u l-kondiviżjoni tagħha; jinnota r-riskju li l-ftuħ tad-data joħloq għall-investiment fid-data fl-ewwel lok;
50. Jitlob kjarifika aħjar tar-regoli relatati mas-sjieda tad-data u l-oqfsa legali fis-seħħ; jinnota li l-inċertezza regolatorja wasslet għal risponsi prudenti żżejjed mill-industrija;
51. Jenfasizza s-sinifikanza ta' inizjattivi Ewropej dwar il-cloud computing u l-computing ta' prestazzjoni għolja, li kollha se jtejbu aktar l-iżvilupp ta' algoritmi ta' tagħlim fil-fond u l-ipproċessar tal-big data; jemmen bil-qawwa li biex dawn l-inizjattivi jirnexxu u jkunu rilevanti għall-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, l-infrastruttura jeħtieġ li tkun miftuħa kemm għall-entitajiet pubbliċi kif ukoll għall-entitajiet privati bbażati fl-Unjoni u f'postijiet oħra, u jkunu regolati mill-inqas kriterji ta' aċċess ristrettivi;
52. Jilqa' l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew; jissottolinja li s-supercomputing u l-infrastruttura tad-data huma essenzjali biex tiġi żgurata ekosistema tal-innovazzjoni kompetittiva għall-iżvilupp tat-teknoloġiji u tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali;
53. Jenfasizza li l-cloud computing għandu rwol ewlieni x'jaqdi biex jixpruna l-adozzjoni tal-IA; jenfasizza li l-aċċess għas-servizzi tal-cloud jippermetti lill-kumpaniji privati, lill-istituzzjonijiet pubbliċi, lill-istituzzjonijiet tar-riċerka u dawk akkademiċi, u lill-utenti jiżviluppaw u jużaw l-intelliġenza artifiċjali b'mod effiċjenti u ekonomikament vijabbli;
3.Politika industrijali
54. Ifakkar li filwaqt li l-IA u r-robotika diġà għandhom applikazzjonijiet industrijali li ilhom żmien twil stabbiliti, l-avvanzi fil-qasam qed jespandu u qed jipprovdu applikazzjonijiet mifruxa u diversi fl-attivitajiet kollha tal-bniedem; jemmen li kwalunkwe qafas regolatorju jrid jinkludi flessibbiltà li tippermetti l-innovazzjoni u l-iżvilupp liberu ta' teknoloġiji u użi ġodda għall-intelliġenza artifiċjali;
55. Jissottolinja li l-identifikazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u l-applikazzjonijiet għall-IA għandhom ikunu r-riżultat ta' proċess ta' tfassil immexxi mill-ħtiġijiet u ggwidat minn prinċipji li jqisu r-riżultat maħsub u l-aħjar mezz biex jinkiseb, minn perspettiva ekonomika u soċjali; jemmen li l-eżistenza ta' politiki ċari fl-istadji kollha ta' żvilupp se twassal għal implimentazzjoni adatta għall-iskop tagħha u jiġu indirizzati r-riskji u l-iżvantaġġi;
56. Jirrakkomanda l-użu u l-promozzjoni ta' sħubiji pubbliċi-privati biex jiġu esplorati soluzzjonijiet għall-isfidi ewlenin bħall-bini ta' ekosistema tad-data u l-promozzjoni tal-aċċess, il-kondiviżjoni u l-fluss tad-data filwaqt li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-persuni għall-privatezza;
57. Jenfasizza li sfida sinifikanti għall-futur tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali hija l-kwalità inkonsistenti tat-teknoloġija li tipproduċi s-softwer, u għalhekk jissottolinja l-bżonn kbir ta' standardizzazzjoni fil-bini u fl-użu tas-sistemi tal-IA;
58. Jinnota l-ħidma li qed issir globalment u jirrikonoxxi l-ħtieġa li ssir ħidma proattiva mas-sħab speċjalment fl-OECD u fil-G20, biex tissawwar id-direzzjoni li din l-industrija tieħu biex tiżgura li l-UE tibqa' kompetittiva u tissalvagwardja l-aċċess ugwali fost in-nazzjonijiet kif ukoll taqsam il-benefiċċji tal-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali bl-aktar mod mifrux possibbli;
59. Jinnota bi tħassib li għadd ta' kumpaniji u entitajiet mhux Ewropej minn pajjiżi terzi qed jużaw dejjem aktar mudelli prevedibbli bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali biex jipprovdu servizzi u jieħdu l-valur miżjud mis-swieq tal-UE, speċjalment fil-livell lokali, u biex jimmonitorjaw u possibbilment jinfluwenzaw is-sentiment politiku, u b'hekk jimponu theddid potenzjali għas-sovranità teknoloġika taċ-ċittadini tal-UE;
60. Jenfasizza li l-appoġġ pubbliku għall-IA għandu jkun iffukat fuq dawk is-setturi strateġiċi li fihom l-industrija tal-UE għandha l-akbar opportunitajiet biex taqdi rwol ewlieni fuq livell globali u li għandhom valur miżjud fl-interess pubbliku ġenerali;
3.1.Setturi prijoritarji
3.1.1.Is-settur pubbliku
61. Jenfasizza li hemm għadd ta' benefiċċji li għandhom jinkisbu mill-intelliġenza artifiċjali u r-robotika fis-settur pubbliku, u jilqa' investiment akbar fir-riċerka u l-iżvilupp biex jiġi żgurat li dan jirnexxi;
62. Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jinvestu wkoll fi programmi edukattivi u ta' taħriġ fl-IA sabiex jassistu lill-impjegati tas-settur pubbliku biex jadottaw l-użu tal-intelliġenza artifiċjali u tar-robotika; jinnota li għandu jkun hemm ukoll kampanji ta' informazzjoni immirati lejn iċ-ċittadini li se jużaw is-servizzi tas-settur privat ipprovduti permezz tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali u tar-robotika sabiex jiġi eliminat it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li ma jibqgħux jikkontrollaw id-data personali tagħhom u sabiex tiġi stabbilita l-fiduċja;
63. Jenfasizza li l-informazzjoni tas-settur pubbliku tirrappreżenta sors ta' data straordinarju li jista' jikkontribwixxi għall-progress rapidu u l-ħolqien ta' strateġija ġdida biex jiġu adottati teknoloġiji diġitali ġodda, speċjalment l-intelliġenza artifiċjali;
64. Jemmen li l-adozzjoni ta' intelliġenza artifiċjali affidabbli mis-settur pubbliku tista' tappoġġja ferm ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u ttejjeb is-servizzi pubbliċi, kif ukoll tingħata spinta lill-adozzjoni aktar mifruxa tal-IA f'industriji oħra;
65. Jirrikonoxxi l-użu tal-awtomatizzazzjoni tal-proċess robotiku u l-impatt li kellu fit-titjib tal-proċessi tas-settur pubbliku; jinnota l-interoperabilità tagħha ma' sistemi ta' legat;
66. Jitlob lill-Istati Membri jmexxu din it-trasformazzjoni diġitali billi jippożizzjonaw lilhom infushom bħala utenti u xerrejja primarji responsabbli tat-teknoloġija tal-IA; jenfasizza f'dan il-kuntest li l-Istati Membri jeħtiġilhom jadattaw il-politiki tad-data tagħhom li jittrattaw il-ġbir, l-użu, ir-repożitorji jew l-annotazzjoni tad-data pubblika, fost temi relatati oħra, biex jippermettu l-implimentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fis-setturi pubbliċi kollha;
67. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi inkluż il-pubbliku fil-proċess ta' żvilupp tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tippubblika kwalunkwe algoritmu, għodda jew teknoloġija li huma ffinanzjati jew kofinanzjati mill-pubbliku bħala sors miftuħ;
68. Jemmen li l-IA se tkun ta' għajnuna kbira f'dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' "darba biss", billi se tippermetti l-kombinazzjoni ta' bażijiet tad-data u ta' informazzjoni minn sorsi differenti, u b'hekk se tiffaċilita l-interazzjonijiet taċ-ċittadini mal-amministrazzjonijiet pubbliċi;
69. Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-protezzjoni taċ-ċittadini minn kwalunkwe sistema tal-intelliġenza artifiċjali ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-ikklassifikar fl-amministrazzjonijiet pubbliċi, simili għal dawk ippjanati li jiġu użati fiċ-Ċina;
3.1.2.Is-saħħa
70. Jenfasizza li l-kuntatt uman huwa aspett kruċjali tal-kura tal-bniedem;
71. Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika għandhom benefiċċji potenzjali fis-settur tal-għoti tal-kura hekk kif l-istennija tal-għomor qed tiżdied, pereżempju billi jgħinu lit-tobba u lill-infermiera jkollhom aktar ħin għal attivitajiet ta' valur għoli (pereżempju interazzjoni mal-pazjenti);
72. Jinnota l-impatt li diġà kellha l-intelliġenza artifiċjali fuq il-benessri, il-prevenzjoni, id-dijanjożi u r-riċerka u l-potenzjal kbir tagħha għat-tfassil ta' kura personalizzata; iqis li fl-aħħar mill-aħħar dan iwassal għal ekosistema tal-kura tas-saħħa aktar sostenibbli, effiċjenti u bbażata fuq l-eżiti;
73. Jinnota li meta l-IA tingħaqad ma' dijanjożi umana, ir-rata ta' żball għandha tendenza li tkun ferm inqas minn dijanjożi mit-tobba biss(8);
74. Jenfasizza li l-użu tad-data fis-settur tas-saħħa jrid ikun sorveljat b'attenzjoni u etikament u bl-ebda mod ma għandu jostakola l-aċċess għall-protezzjoni soċjali jew għall-assigurazzjoni;
75. Jemmen li meta l-IA qed tintuża f'apparat mediku impjantat, id-detentur għandu jkollu d-dritt li jispezzjona u jimmodifika l-kodiċi tas-sors użat fl-apparat;
76. Għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-rigward tal-użu tal-"big data" fis-saħħa bil-għan li jiġu massimizzati l-opportunitajiet li dan jista' jġib – bħat-titjib kemm tas-saħħa tal-pazjenti individwali kif ukoll tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri – mingħajr ma jitnaqqsu l-istandards etiċi u mingħajr ma tiġi mhedda l-privatezza jew is-sikurezza taċ-ċittadini;
77. Jenfasizza, madankollu, li hemm il-possibbiltà li s-sistema eżistenti għall-approvazzjoni ta' apparat mediku mhijiex adegwata għat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib il-progress ta' dawn it-teknoloġiji u tipproponi bidliet għall-qafas regolatorju fejn meħtieġ bil-għan li tistabbilixxi l-qafas għad-determinazzjoni tar-responsabilità rispettiva tal-utent (it-tabib/il-professjonist), il-produttur tas-soluzzjoni teknoloġika, u l-faċilità tal-kura tas-saħħa li toffri t-trattament; jindika li r-responsabbiltà ġuridika għad-danni hija kwistjoni ċentrali fis-settur tas-saħħa f'dak li jikkonċerna l-użu tal-intelliġenza artifiċjali; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, li jiġi żgurat li l-utenti ma jiġux immexxija b'mod invarjabbli biex jappoġġaw is-soluzzjoni jew it-trattament dijanjostiku li jkun issuġġerixxa strument teknoloġiku minħabba biża' li jiġu mfittxija għad-danni jekk, fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali infurmat tagħhom, huma kellhom jaslu għal konklużjonijiet differenti anke jekk parzjalment;
78. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu l-fondi favur teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali relatati mas-saħħa, fis-setturi pubbliċi u privati; jilqa' f'dan il-kuntest, id-dikjarazzjoni ta' kooperazzjoni ffirmata minn 24 Stat Membru tal-UE u min-Norveġja bil-għan li jissaħħaħ l-impatt tal-investimenti fl-intelliġenza artifiċjali fil-livell Ewropew; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkunsidraw jekk il-programmi ta' taħriġ għall-persunal mediku u tal-kura tas-saħħa għandhomx jiġu aġġornati u standardizzati fuq bażi mifruxa mal-Ewropa kollha sabiex jiġu żgurati livelli għoljin ta' għarfien espert u kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri fir-rigward tal-għarfien u l-użu tal-aktar strumenti teknoloġiċi avvanzati fil-kirurġija robotika, il-bijomediċina u l-immaġni bijomedika bbażata fuq l-IA;
79. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem fuq strateġiji u politiki li jistgħu jippożizzjonaw lill-UE bħala mexxejja dinjija fil-qasam dejjem akbar tat-teknoloġija tal-kura tas-saħħa, filwaqt li tiżgura li l-pazjenti jkollhom aċċess għal kura medika bla xkiel u effettiva;
80. Jirrikonoxxi li dijanjostika aħjar tista' ssalva miljuni ta' ħajjiet peress li, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 89 % tal-imwiet prematuri madwar l-Ewropa huma kkawżati minn mard li ma jitteħidx;
81. Jenfasizza l-kontribut li l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika jagħtu fl-innovazzjoni ta' prattiki u tekniki kliniċi, ta' prevenzjoni u ta' riabilitazzjoni fil-qasam tas-saħħa, b'referenza partikolari għall-benefiċċju li jiksbu l-pazjenti b'diżabilità;
82. Jirrikonoxxi li ż-żieda fl-użu ta' sensuri fil-qasam tar-robotika tejbet il-kamp ta' applikazzjoni tal-għoti tal-kura u tippermetti li l-pazjenti jkollhom kura u servizzi aktar personalizzati u li jirċievu kura mill-bogħod fi djarhom stess, filwaqt li jiġġeneraw data aktar sinifikanti;
83. Jirrikonoxxi li, skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru ta' Mejju 2017(9), fil-preżent iċ-ċittadini tal-UE xorta għadhom iħossuhom skomdi bl-idea tal-użu tar-robots fil-kura tas-saħħa ta' kuljum; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji u kampanji ta' komunikazzjoni biex iqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu ta' kuljum tar-robots; jinnota b'mod partikolari l-ambizzjoni tal-Istrateġija tal-Ġappun dwar l-użu tar-Robots;
3.1.3.L-enerġija
84. Jinnota li l-IA tippermetti lill-fornituri tal-enerġija jimxu minn manutenzjoni tal-assi preventiva għal dik ta' previżjoni u biex il-produzzjoni tagħhom tkun aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija permezz ta' titjib fl-affidabbiltà b'mod partikolari, għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u billi jidentifikaw il-postijiet l-aktar effettivi għal installazzjonijiet ġodda, u b'hekk jiżguraw ġestjoni aħjar tar-rispons għad-domanda;
85. Jirrikonoxxi l-fatt li data aktar preċiża ġġenerata permezz tal-intelliġenza artifiċjali dwar il-potenzjal tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli se toħloq ċertezza ta' investiment akbar għan-negozji u l-individwi, u b'hekk se taċċellera t-tranżizzjoni tal-enerġija lejn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u se tikkontribwixxi għall-istrateġija fit-tul tal-Unjoni għal ekonomija newtrali f'termini ta' impatt fuq il-klima;
86. Jinnota li s-soluzzjonijiet li jinvolvu s-sensuri diġà qed jintużaw għall-ġestjoni tal-użu tal-enerġija fid-djar u li dan wassal għal iffrankar konsiderevoli tal-enerġija u fi flus;
87. Jilqa' l-potenzjal tal-IA fl-immudellar, fl-identifikazzjoni u fil-mitigazzjoni tal-impatt tal-attività tal-bniedem fuq il-klima; jinnota li, filwaqt li ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni ġġib ukoll ħtiġijiet ġodda tal-enerġija, din tista' ġġib ukoll effiċjenza akbar f'setturi intensivi fl-użu tal-enerġija u tipprevedi fehim aħjar tal-proċessi, filwaqt li twassal għat-titjib tagħhom;
88. Jenfasizza li b'settur tal-enerġija aktar diġitalizzat, in-netwerks tal-enerġija se jikbru u se jkunu esposti aktar għat-theddid ċibernetiku; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jakkumpanjaw it-trasformazzjoni diġitali fis-setturi tal-enerġija b'miżuri, bħall-intelliġenza artifiċjali, li jtejbu ċ-ċibersigurtà;
3.1.4.It-trasport
89. Jilqa' l-kapaċità tal-IA u tar-robotika li jtejbu ferm is-sistemi tat-trasport tagħna bl-introduzzjoni ta' ferroviji u vetturi bil-mutur awtonomi; jitlob aktar riċerka u investiment f'dan il-qasam sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp sigur u effettiv tiegħu; jenfasizza l-opportunitajiet kbar kemm għall-kumpaniji tat-teknoloġija akbar kif ukoll għall-SMEs;
90. Jinnota li bit-tnaqqis tal-iżbalji umani fis-settur tat-trasport is-sistema tista' potenzjalment issir aktar effiċjenti, b'inqas inċidenti, grazzi għal evalwazzjonijiet aktar ċari u n-natura ta' previżjoni tat-teknoloġija, inqas dewmien, bil-kapaċità li jiġu identifikati xejriet tat-traffiku u servizzi mmexxija fuq l-iskeda, kif ukoll tfaddil akbar, b'inqas ħsarat ikkawżati mis-sewwieq u bi proċessi interni ssimplifikati;
91. Jinnota li l-prevalenza ta' vetturi awtonomi fil-futur timponi riskji għall-privatezza tad-data u ħsarat tekniċi u se titrasferixxi r-responsabbiltà mis-sewwieq għal fuq il-manifattur, u dan jirrikjedi li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jibdlu l-mod li bih jinkorporaw ir-riskju fis-sottoskrizzjoni tagħhom;
92. Jinnota li l-komunikazzjoni bil-vuċi qed tintuża dejjem aktar fl-interazzjoni ma' vetturi u sistemi tat-trasport iżda dawn il-karatteristiċi huma disponibbli biss għal ftit lingwi Ewropej, u għalhekk għandu jiġi żgurat li l-Ewropej kollha jkunu jistgħu jużaw dawn il-possibbiltajiet fil-lingwa materna tagħhom;
3.1.5.L-agrikoltura u l-katina alimentari
93. Jinnota li l-IA għandha l-potenzjal li tikkatalizza trasformazzjoni disturbanti tas-sistema alimentari attwali lejn mudell aktar divers, reżiljenti, adattat għar-reġjun u san għall-futur;
94. Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali tista' taqdi rwol fl-isforzi biex tgħin jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mas-sikurezza tal-ikel, jiġu mbassra l-karestija u t-tifqigħat ta' mard li jinġarr fl-ikel, jitnaqqsu t-telf u l-ħela tal-ikel u tittejjeb il-ġestjoni sostenibbli tal-art, tal-ilma u ta' riżorsi ambjentali oħra kritiċi għas-saħħa tal-ekosistema;
95. Jenfasizza li l-intelliġenza artifiċjali tista' tintervjeni f'punti kritiċi tul il-katina tal-valur tas-sistema alimentari mill-produzzjoni sal-konsum u ttejjeb il-kapaċità tagħna biex inbiddlu b'mod fundamentali l-mod ta' kif aħna nipproduċu, nipproċessaw u nixtru l-ikel billi nkunu infurmati aħjar dwar il-prattiki ta' ppjanar tal-użu tal-art;
96. Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali tista' ttejjeb il-ġestjoni tar-riżorsi u l-effiċjenza tal-input, tgħin sabiex ikun hemm tnaqqis fl-iskart ta' wara l-ħsad u tinfluwenza l-għażliet tal-konsum;
97. Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali fil-forma ta' biedja ta' preċiżjoni għandha l-potenzjal għal trasformazzjoni disturbanti tal-produzzjoni agrikola, kif ukoll il-ġestjoni tal-art usa', billi ttejjeb l-ippjanar tal-użu tal-art, tbassar tibdil fl-użu tal-art u timmonitorja s-saħħa tal-għelejjel, filwaqt li għandha wkoll il-potenzjal li tittrasforma t-tbassir ta' avvenimenti estremi tat-temp;
98. Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali tista' tbiddel radikalment it-twassil tal-inputs, il-kontroll tal-pesti u l-ġestjoni tal-irziezet, filwaqt li tinfluwenza l-prattiki tal-biedja, tbiddel il-mod li bih jitwasslu l-prodotti tal-assigurazzjoni u tgħin biex jiġu mbassra u evitati tifqigħat futuri ta' karestija u ta' malnutrizzjoni akuta gravi;
99. Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali tista' twassal biex jittieħdu deċiżjonijiet aħjar dwar kif għandhom jiġu ġestiti s-sistemi tal-irziezet u tistimola l-iżvilupp ta' sistemi ta' appoġġ tad-deċiżjonijiet u ta' rakkomandazzjoni billi ttejjeb l-effiċjenzi tal-irziezet u s-saħħa tal-irziezet;
3.1.6.Iċ-ċibersigurtà
100. Jinnota li ċ-ċibersigurtà hija aspett importanti tal-intelliġenza artifiċjali, speċjalment minħabba l-isfidi għat-trasparenza fl-intelliġenza artifiċjali ta' livell għoli; iqis li l-perspettiva teknoloġika, inkluż l-awditjar tal-kodiċi tas-sors, u r-rekwiżiti għat-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont għandhom jiġu kkomplementati minn approċċ istituzzjonali li jindirizza l-isfidi relatati mal-introduzzjoni tal-intelliġenza artifiċjali żviluppata f'pajjiżi oħra fis-suq uniku tal-UE;
101. Jitlob li l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jiġi implimentat mill-iktar fis possibbli; jinnota li l-iżvilupp ta' skemi ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandu jiżgura żvilupp u implimentazzjoni aktar reżiljenti ta' sistemi sikuri tal-intelliġenza artifiċjali u tar-robotika;
102. Iqis li fl-istess ħin l-intelliġenza artifiċjali tista' tkun theddida għaċ-ċibersigurtà u l-għodda biex jiġu miġġielda l-attakki ċibernetiċi; jemmen li l-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għandha tħejji pjan ta' azzjoni dwar iċ-ċibersigurtà fil-qasam tal-IA, li għandu jivvaluta u jindirizza t-theddid u n-nuqqasijiet speċifiċi għall-IA;
103. Jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ il-bażi industrijali bħala komponent strateġiku tal-iżvilupp sikur tal-intelliġenza artifiċjali; jenfasizza li sabiex jiġi żgurat livell ambizzjuż ta' ċibersigurtà, protezzjoni tad-data u servizzi tal-ICT affidabbli, l-Ewropa trid tinvesti fl-indipendenza teknoloġika tagħha; jenfasizza l-ħtieġa urġenti għall-UE biex tiżviluppa infrastruttura, ċentri tad-data, sistemi tal-cloud u l-komponenti tagħhom, bħal proċessuri tal-grafika u ċipep;
104. Jinnota li hekk kif l-intelliġenza artifiċjali qed tevolvi u l-hackers qed isiru aktar sofistikati, se jkun imperattiv li jkun hemm soluzzjonijiet b'saħħithom dwar iċ-ċibersigurtà;
105. Jirrikonoxxi l-fatt li l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali fiċ-ċibersigurtà se jagħmlu possibbli t-tbassir, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tat-theddid;
106. Jenfasizza li filwaqt li l-intelliġenza artifiċjali se tkun tista' tipprovdi kopertura akbar għall-identifikazzjoni tat-theddid, huwa imperattiv li tingħata interpretazzjoni mill-bniedem ta' dan it-theddid sabiex jiġi identifikat jekk dan ikunx ġenwin;
107. Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-użu ta' applikazzjonijiet taċ-ċibersigurtà bbażati fuq il-blockchain li jtejbu r-reżiljenza, il-fiduċja u s-sodezza tal-infrastrutturi tal-intelliġenza artifiċjali permezz ta' mudelli mingħajr intermedjarji tal-kriptaġġ tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tuża tokens biex tippremja liċ-ċittadini għad-data tagħhom;
108. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kapaċità taċ-ċibersigurtà tal-EU billi tkompli tikkombina u tikkoordina l-isforzi madwar l-Ewropa;
3.1.7.SMEs
109. Jirrikonoxxi l-importanza tal-SMEs għas-suċċess tal-intelliġenza artifiċjali; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tinħoloq pjattaforma tal-intelliġenza artifiċjali fuq talba li se ttejjeb it-trasferiment tat-teknoloġija u tikkatalizza t-tkabbir tan-negozji ġodda u tal-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi hubs ta' innovazzjoni diġitali għall-intelliġenza artifiċjali li ma jwasslux għall-ħolqien ta' livelli addizzjonali ta' amministrazzjoni iżda minflok jiffukaw fuq l-aċċellerazzjoni ta' investimenti fi proġetti li wrew li huma effiċjenti;
110. Jinnota li l-ispejjeż tal-investiment fl-intelliġenza artifiċjali jwasslu għal ostakoli akbar għad-dħul għall-SMEs; jirrikonoxxi l-fatt li l-adozzjoni mifruxa tal-intelliġenza artifiċjali mill-konsumaturi tagħmel dan l-investiment inqas riskjuż għall-SMEs;
111. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi kemm l-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali mill-SMEs kif ukoll l-użu tagħha mill-konsumaturi;
112. Jenfasizza l-importanza ta' miżuri mmirati biex jiġi żgurat li l-SMEs u n-negozji ġodda jkunu jistgħu jadottaw u jibbenefikaw mit-teknoloġiji tal-IA; jemmen li l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-effetti ta' leġiżlazzjoni ġdida tal-UE dwar l-iżvilupp teknoloġiku tal-intelliġenza artifiċjali għandhom ikunu obbligatorji u li tali valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jitqiesu wkoll fil-livell nazzjonali;
113. Jissottolinja li l-intelliġenza artifiċjali tista' tkun faċilitatur għall-SMEs iżda żżid ukoll l-ingranaġġ ta' utenti u żviluppaturi kbar bikrin; jindika, għalhekk, il-ħtieġa li d-distorsjonijiet ġodda jiġu evalwati u indirizzati kif xieraq, minn perspettiva ta' kompetizzjoni;
4.Qafas legali għall-intelliġenza artifiċjali u għar-robotika
114. Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li jitrawwem ambjent regolatorju favorevoli għall-iżvilupp tal-IA u b'mod konformi mal-prinċipju ta' regolamentazzjoni aħjar, tevalwa mill-ġdid b'mod regolari l-leġiżlazzjoni attwali sabiex tiżgura li tkun xierqa għall-iskop fir-rigward tal-IA filwaqt li tirrispetta wkoll il-valuri fundamentali tal-UE, u tfittex li temenda jew tissostitwixxi proposti ġodda fejn jintwera li dan ma jkunx il-każ;
115. Jilqa' t-twaqqif ta' pjattaformi parteċipattivi bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali li jippermettu liċ-ċittadini jinstemgħu u jinteraġixxu b'suċċess mal-gvernijiet billi jressqu proposti, inkluż permezz ta' baġits parteċipatorji u strumenti oħra ta' demokrazija diretta; jenfasizza li l-proġetti minn isfel għal fuq jistgħu jrawmu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u jgħinu lill-persuni jieħdu deċiżjonijiet infurmati b'mod aktar effettiv u demokratiku;
116. Jinnota li l-IA hija kunċett li jkopri firxa wiesgħa ta' prodotti u applikazzjonijiet, mill-awtomatizzazzjoni, l-algoritmi u l-intelliġenza artifiċjali limitata sal-intelliġenza artifiċjali ġenerali; iqis li liġi jew regolamentazzjoni komprensiva dwar l-IA għandha tintuża b'kawtela, peress li r-regolamentazzjoni settorjali tista' tipprovdi politiki li huma ġenerali biżżejjed iżda anke rfinuti sal-livell fejn ikunu sinifikanti għas-settur industrijali;
117. Jenfasizza li l-qafas ta' politika għandu jitfassal biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' kull tip ta' IA u mhux biss sistemi ta' tagħlim fil-fond, li jirrikjedu ammont kbir ta' data;
4.1.Suq intern għall-intelliġenza artifiċjali
118. Jissottolinja l-importanza tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fl-użu transkonfinali tal-oġġetti intelliġenti, inklużi r-robots u s-sistemi robotiċi; ifakkar li, meta jkun meħtieġ, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u s-sigurtà tal-prodotti għandhom jiżguraw li ċerti oġġetti jkunu siguri mid-disinn u b'mod awtomatiku; jinnota, f'dan il-kuntest, l-importanza li ssir ħidma wkoll fuq l-aspetti etiċi tal-IA;
119. Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali għandha tneħħi l-ostakli għall-użu tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa fejn huwa meħtieġ jiġu aġġornati l-oqfsa regolatorji u ta' politika sabiex jinbena suq uniku Ewropew għall-IA;
120. Jirrikonoxxi li r-robotika u t-teknoloġija tal-IA qed jintużaw dejjem aktar fil-vetturi awtonomi, bħal karozzi awtonomi u drones ċivili; jinnota li xi Stati Membri diġà qed jimplimentaw jew jikkunsidraw leġiżlazzjoni f'dan il-qasam b'mod partikolari, li jista' jirriżulta fi frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li xxekkel l-iżvilupp tal-vetturi awtonomi; jitlob, għalhekk, li jkun hemm sett wieħed ta' regoli tal-Unjoni li jilħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn l-interessi u r-riskji potenzjali għall-utenti, in-negozji jew il-partijiet ikkonċernati l-oħra, filwaqt li jevita regolamentazzjoni żejda fir-robotika u fis-sistemi tal-IA;
121. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimmodernizzaw is-sistemi professjonali tat-taħriġ u tal-edukazzjoni tagħhom sabiex jitqiesu l-progress u l-iżviluppi xjentifiċi fil-qasam tal-IA, f'konformità mad-Direttiva dwar it-Test tal-Proporzjonalità(10) u mad-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali(11), u biex is-servizzi professjonali tal-UE jsiru globalment kompetittivi fid-deċennji li ġejjin;
122. Jenfasizza li l-IA tapplika għal varjetà ta' setturi fejn l-istandardizzazzjoni għandha rilevanza kbira, bħall-manifattura intelliġenti, ir-robotika, il-vetturi awtonomi, ir-realtà virtwali, il-kura tas-saħħa u l-analiżi tad-data, u jemmen li standardizzazzjoni madwar l-UE għall-IA se trawwem l-innovazzjoni u tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi; jirrikonoxxi li, filwaqt li jeżisti għadd sinifikanti ta' standards dwar kwistjonijiet bħas-sikurezza, l-affidabbiltà, l-interoperabbiltà u s-sigurtà, il-promozzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' standards komuni għar-robotika u għall-IA huma neċessarji u għandhom ikunu parti mill-prijoritajiet tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-korpi tal-istandardizzazzjoni tal-UE, tkompli tinvolvi ruħha b'mod proattiv mal-korpi tal-istandardizzazzjoni internazzjonali biex ittejjeb l-istandards f'dan il-qasam;
123. Ifakkar li ħafna aspetti tal-politika rilevanti għal servizzi attivati bl-IA, inklużi regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-politika dwar l-etika u r-responsabbiltà, huma koperti mil-qafas regolatorju eżistenti dwar is-servizzi, jiġifieri d-Direttiva dwar is-Servizzi(12), id-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali u d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku(13); jissottolinja, f'dan il-kuntest, li fl-aħħar mill-aħħar, il-bnedmin dejjem jeħtiġilhom ikunu responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet, speċjalment għal servizzi professjonali bħall-professjonijiet mediċi, legali u kontabilistiċi; jikkunsidra li hija meħtieġa riflessjoni dwar jekk hijiex meħtieġa superviżjoni minn professjonist ikkwalifikat, bl-għan li jiġu protetti l-objettivi leġittimi ta' interess pubbliku u jiġu pprovduti servizzi ta' kwalità għolja;
124. Jirrikonoxxi l-importanza ta' servizzi diġitali mtejba bħal assistenti virtwali, chatbots u aġenti virtwali, li jġibu effiċjenza operazzjonali mingħajr preċedent, filwaqt li jirrikonoxxu b'mod xieraq il-ħtieġa li tiġi żviluppata IA ċċentrata fuq il-bniedem u xprunata mis-suq biex jittieħdu deċiżjonijiet aħjar u aktar affidabbli fid-dawl tal-limitazzjonijiet għall-awtonomija tal-IA u tar-robotika;
4.2.Id-data personali u l-privatezza
125. Jenfasizza li jrid jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza, ta' sigurtà u ta' privatezza fir-rigward tad-data użata għall-komunikazzjoni bejn in-nies u r-robots u l-intelliġenza artifiċjali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jintegraw il-prinċipji tas-sigurtà u tal-privatezza mid-disinn fil-politiki tagħhom relatati mar-robotika u mal-intelliġenza artifiċjali;
126. Itenni li d-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali kif stipulat fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għall-oqsma kollha tar-robotika u tal-intelliġenza artifiċjali u li l-qafas legali tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data jrid jiġi osservat bis-sħiħ; jissottolinja r-responsabbiltà tad-disinjaturi tars-sistemi robotiċi u tal-intelliġenza artifiċjali biex jiżviluppaw prodotti b'tali mod li jkunu sikuri, siguri u adatti għall-iskop tagħhom u jsegwu proċeduri għall-ipproċessar tad-data konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti, il-kunfidenzjalità, l-anonomità, it-trattament ġust u l-proċess ġust;
127. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali tinkludi miżuri u regoli li jqisu l-evoluzzjoni teknoloġika rapida f'dan il-qasam, sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tlaħħaq mal-kurva tal-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġija; jenfasizza l-ħtieġa għal tali leġiżlazzjoni biex tkun konformi mar-regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data; jitlob li jiġu riveduti r-regoli, l-prinċipji u l-kriterji dwar l-użu ta' kameras u sensuri fir-robots u fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali f'konformità mal-qafas legali tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data;
128. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe qafas regolatorju futur tal-UE dwar l-IA jiggarantixxi l-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, il-protezzjoni tad-data personali, inklużi l-prinċipji tal-legalità, il-ġustizzja u t-trasparenza, il-protezzjoni tad-data bid-disinn u b'mod awtomatiku, il-limitazzjoni tal-iskop, il-limitazzjoni tal-ħżin, il-preċiżjoni, u l-minimizzazzjoni tad-data, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, kif ukoll is-sigurtà, is-sikurezza personali u drittijiet fundamentali oħra, bħad-dritt għal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni;
129. Jenfasizza li d-dritt għall-privatezza jrid dejjem jiġi rispettat u li l-individwi ma għandhomx ikunu personalment identifikabbli; jissottolinja li żviluppatur tal-IA għandu dejjem ikollu kunsens infurmat ċar u mhux ambigu u li d-disinjaturi tal-intelliġenza artifiċjali għandhom ir-responsabbiltà li jiżviluppaw u jsegwu l-proċeduri għall-kunsens validu, il-kunfidenzjalità, l-anonimità, it-trattament ġust u l-proċess xieraq; jenfasizza li d-disinjaturi jeħtiġilhom jikkonformaw ma' kwalunkwe talba biex kwalunkwe data relatata tinqered u titneħħa minn kwalunkwe ġabra ta' data;
130. Ifakkar li r-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar il-qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropea(14) jiddikjara li 'jekk l-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li d-data anonimizzata tinbidel f'data personali, tali data għandha tiġi ttrattata bħala data personali, u ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (RĠPD)(15) għandu japplika skont kif ikun meħtieġ';
4.3.Responsabbiltá
131. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex toħloq il-Grupp ta' Esperti dwar ir-Responsabbiltà u t-Teknoloġiji Ġodda bil-għan li jipprovdi lill-UE b'għarfien espert dwar l-applikabilità tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti(16) għal prodotti tradizzjonali, it-teknoloġiji ġodda u l-isfidi soċjetali ġodda (formazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà tal-Prodott) u jassisti lill-UE fl-iżvilupp ta' prinċipji li jistgħu jservu bħala linji gwida għal adattamenti possibbli tal-liġijiet applikabbli fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali relatati ma' teknoloġiji ġodda (formazzjoni ta' Teknoloġiji Ġodda);
132. Jiddispjaċih, madankollu, li ma tressqet l-ebda proposta leġiżlattiva matul din il-leġiżlatura, u b'hekk dan dewwem l-aġġornament tar-regoli dwar ir-responsabbiltà fil-livell tal-UE u li kienet ta' theddida għaċ-ċertezza legali madwar l-UE f'dan il-qasam kemm għan-negozjanti kif ukoll għall-konsumaturi;
133. Jinnota li l-inġiniera tal-intelliġenza artifiċjali jew il-kumpaniji li jimpjegawhom għandhom jibqgħu responsabbli għall-impatti soċjali, ambjentali u fuq is-saħħa tal-bniedem li s-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali jew ir-robotika jista' jkollhom fuq il-ġenerazzjonijiet attwali u dawk futuri;
4.4.Il-protezzjoni u l-awtonomizzazzjoni tal-konsumatur
134. Jissottolinja li l-fiduċja tal-konsumaturi hija essenzjali għall-iżvilupp tal-IA u li s-sistemi bbażati fuq l-IA jittrattaw dejjem aktar data tal-konsumaturi, li tagħmilhom miri ewlenin għal attakki ċibernetiċi; jenfasizza wkoll il-fatt li l-IA trid tiffunzjona b'mod li ma jagħmilx ħsara liċ-ċittadini u lill-konsumaturi, u jikkunsidra li għalhekk trid tiġi żgurata l-integrità tad-data u tal-algoritmi li tiddependi fuqhom;
135. Jikkunsidra li t-teknoloġiji tal-IA żviluppati kemm għall-manifattura kif ukoll għall-użu individwali għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tas-sigurtà tal-prodotti mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u mir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi sabiex, fejn ikun xieraq, jiġu żgurati standards minimi ta' sigurtà u jiġi indirizzat ir-riskju ta' aċċidenti li jirriżultaw mill-interazzjoni mal-bnedmin, jew mill-ħidma fil-qrib tal-bnedmin; jemmen li fi kwalunkwe politika dwar l-IA, għandhom jitqiesu kwistjonijiet etiċi u kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data, inkluża data ta' partijiet terzi u data personali, kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà ċivili u maċ-ċibersigurtà;
4.5.Drittijiet ta' proprjetà intellettwali
136. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-16 ta' Frar 2017 li fiha nnota li m'hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tapplika speċifikament għar-robotika, iżda li s-sistemi u d-duttrini legali eżistenti jistgħu jiġu applikati faċilment għar-robotika, għalkemm jidher li xi aspetti jitolbu kunsiderazzjoni speċifika; itenni l-appell li sar f'dik ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja approċċ orizzontali u teknoloġikament newtrali fir-rigward tal-proprjetà intellettwali applikabbli għad-diversi setturi fejn jaf tintuża r-robotika;
137. Jilqa' f'dan ir-rigward il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istituzzjonijiet dwar Gwida dwar ċerti aspetti tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali(17) (COM(2017)0708) iżda jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mmonitorjati r-rilevanza u l-effiċjenza tar-regoli dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali biex jiġi rregolat l-iżvilupp tal-IA; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' kontrolli tal-idoneità;
5.Aspetti etiċi
138. Jemmen li l-azzjonijiet u l-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u mad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti;
139. Jitlob il-ħolqien ta' karta tal-etika tal-aħjar prattika għall-intelliġenza artifiċjali u r-robotika li l-kumpaniji u l-esperti għandhom isegwu;
140. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu kooperazzjoni b'saħħitha u trasparenti bejn is-setturi pubbliċi u privati u s-settur akkademiku li ssaħħaħ il-kondiviżjoni tal-għarfien u jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ għad-disinjaturi dwar l-implikazzjonijiet etiċi, is-sikurezza u r-rispett għad-drittijiet fundamentali kif ukoll għall-konsumaturi dwar l-użu tar-robotika u l-intelliġenza artifiċjali, b'enfasi partikolari fuq is-sikurezza u l-privatezza tad-data;
141. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali ma għandhomx jużaw data li tinġabar minn diversi sorsi mingħajr ma l-ewwel jingħata l-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-data; jistieden lill-Kummissjoni toħloq qafas li jiżgura li l-kunsens mogħti mis-suġġett tad-data jiġġenera data biss għall-għanijiet intiżi;
142. Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta d-dritt taċ-ċittadini għal ħajja offline u tiżgura li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni kontra ċittadini li dwarhom ma hemm l-ebda data rreġistrata;
5.1.Teknoloġija ċċentrata fuq il-bniedem
143. Jenfasizza li jridu jiġu stabbiliti regoli etiċi biex jiġu żgurati l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali ċċentrat fuq il-bniedem, l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tas-sistemi tat-teħid ta' deċiżjonijiet algoritmiċi, regoli ċari dwar ir-responsabbiltà u l-ġustizzja;
144. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, kif ukoll in-netwerk ta' alleanza tal-UE dwar l-intelliġenza artifiċjali, bil-għan li jipprovdu linji gwida etiċi għall-intelliġenza artifiċjali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-akbar użu possibbli ta' dawk il-linji gwida etiċi mill-industrija, mis-settur akkademiku u mill-awtoritajiet pubbliċi; jirrakkomanda li l-Istati Membri jinkorporaw il-linji gwida fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-intelliġenza artifiċjali u jiżviluppaw strutturi ta' obbligu ta' rendikont reali għall-industriji u l-gvernijiet meta jfasslu u jimplimentaw l-intelliġenza artifiċjali;
145. Iqis li s-segwitu kontinwu tal-implimentazzjoni tal-linji gwida etiċi dwar l-intelliġenza artifiċjali u tal-impatt tagħha fuq l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem huwa essenzjali; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza jekk il-linji gwida etiċi volontarji humiex biżżejjed biex jiġi żgurat li l-użu inklużiv, inkorporat mil-lat etiku tal-intelliġenza artifiċjali ma jiġġenerax firdiet ekonomiċi u soċjali fis-soċjetajiet tal-UE, u tissuġġerixxi miżuri regolatorji u ta' politika jekk meħtieġ;
146. Jinnota l-iżviluppi reċenti fil-monitoraġġ tal-analitika tal-imġiba u l-adattament għaliha; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas etiku li jillimita l-użu tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq sensibilizzazzjoni u tniedi kampanja ta' informazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali u l-użu tagħha fir-rigward tal-analitika tal-imġiba;
147. Jirrimarka li l-qafas etiku ta' gwida għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tal-benefiċjenza, in-nonkrudeltà, l-awtonomija u l-ġustizzja, u fuq il-prinċipji u l-valuri stipulati fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, bħad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza, il-ġustizzja u l-ekwità, in-nondiskriminazzjoni, il-kunsens infurmat, il-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll fuq prinċipji u valuri sottostanti oħra tad-dritt tal-Unjoni, bħan-nonstigmatizzazzjoni, it-trasparenza, l-awtonomija, ir-responsabbiltà individwali u r-responsabbilta soċjali, u fuq prattiki u kodiċijiet etiċi eżistenti;
148. Jemmen li l-Ewropa għandha tkun fuq quddiem nett fuq livell globali billi timplimenta biss intelliġenza artifiċjali inkorporata mil-lat etiku; jissottolinja li, biex dan jintlaħaq, il-governanza tal-etika fl-IA trid tiġi żgurata fuq diversi livelli; jirrakkomanda li l-Istati Membri jwaqqfu korpi ta' monitoraġġ u ta' sorveljanza tal-etika tal-intelliġenza artifiċjali u jħeġġu lill-kumpaniji jiżviluppaw l-intelliġenza artifiċjali biex iwaqqfu bordijiet tal-etika u jfasslu linji gwidi dwar l-etika għall-iżviluppaturi tal-intelliġenza artifiċjali tagħhom;
149. Jenfasizza li l-istandards Ewropej għall-IA jridu jkunu bbażati fuq il-prinċipji tal-etika diġitali, id-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data, u b'hekk jikkontribwixxu biex tinbena l-fiduċja fost l-utenti; jenfasizza l-importanza li jittieħed vantaġġ mill-potenzjal tal-UE għall-ħolqien ta' infrastruttura b'saħħitha għal sistemi tal-IA li jkunu msejsa fuq standards għoljin ta' data u fuq ir-rispett għall-bnedmin; jinnota li l-iżvilupp tal-IA jrid jinkorpora fih it-trasparenza u l-ispjegabilità;
150. Jinnota li s-sistemi ta' armi awtomatizzati għandhom ikomplu jkollhom approċċ ta' human-in-command (kontroll uman) fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali;
5.3.Teħid ta' deċiżjonijiet – il-limiti tal-awtonomija tal-intelliġenza artifiċjali u r-robotika
151. Jenfasizza d-diffikultà u l-kumplessità tat-tbassir tal-imġiba futura ta' bosta sistemi tal-intelliġenza artifiċjali kumplessi u l-imġiba emerġenti ta' sistemi tal-intelliġenza artifiċjali interattivi; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa jekk hemmx bżonn ta' regolamenti speċifiċi relatati mat-teħid ta' deċiżjonijiet li jsir permezz tal-intelliġenza artifiċjali;
152. Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali se tibqa' għodda utli ta' kollaborazzjoni fl-azzjoni tal-bniedem biex tittejjeb il-prestazzjoni tagħha u jitnaqqsu l-iżbalji;
153. Jitlob li l-persuni jkollhom id-dritt ta' informazzjoni, id-dritt ta' appell u d-dritt ta' appell meta l-intelliġenza artifiċjali tintuża għal deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-individwi li jġorru riskju sinifikanti għad-drittijiet jew għal-libertajiet ta' individwu jew li jistgħu jikkawżawlhom ħsara;
154. Jenfasizza li l-algoritmi fis-sistemi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ma għandhomx jużaw mingħajr valutazzjoni tal-impatt algoritmiku (AIA) minn qabel, sakemm ma jkunx ċar li dawn ma għandhom l-ebda impatt sinifikanti fuq il-ħajja tal-individwi;
155. Jemmen li l-intelliġenza artifiċjali, speċjalment sistemi b'awtonomija inkorporata, inkluża l-kapaċità li tislet, tiġbor u taqsam b'mod indipendenti informazzjoni sensittiva ma' diversi partijiet ikkonċernati, u l-possibbiltà ta' awtotagħlim jew saħansitra li tevolvi biex twettaq awtomodifiki, għandha tkun soġġetta għal prinċipji sodi; jenfasizza li s-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali ma għandhomx iżommu jew jiżvelaw informazzjoni personali kunfidenzjali mingħajr l-approvazzjoni espliċita mis-sors ta' dik l-informazzjoni;
5.4.It-trasparenza, il-preġudizzju u l-ispjegabilità tal-algoritmi
156. Jirrimarka li filwaqt li l-intelliġenza artifiċjali ġġib benefiċċji kbar fl-awtomatizzazzjoni u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, hija ġġorr ukoll riskju inerenti meta l-algoritmi jkunu statiċi u opaki; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa għal aktar trasparenza fir-rigward tal-algoritmi;
157. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jidentifikaw u jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jipprevjenu jew jimminimizzaw id-diskriminazzjoni u l-preġudizzju algoritmiċi u jiżviluppaw qafas etiku b'saħħtu u komuni għall-ipproċessar trasparenti ta' data personali u t-teħid awtomatizzat ta' deċiżjonijiet li jista' jiggwida l-użu tad-data u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni;
158. Jissottolinja li kwalunkwe sistema tal-IA trid tiġi żviluppata b'rispett għall-prinċipji tat-trasparenza u r-responsabbiltà algoritmika, filwaqt li tippermetti l-fehim tal-azzjonijiet tagħha mill-bnedmin; jinnota li sabiex tinbena l-fiduċja u jkun jista' jsir progress fl-IA, l-utenti jridu jkunu konxji kif tintuża d-data tagħhom, kif ukoll data oħra u data dedotta mid-data tagħhom, meta jkunu qegħdin jikkomunikaw jew jinteraġixxu ma' sistema tal-IA jew ma' bnedmin appoġġjati minn sistema tal-IA; jemmen li dan se jikkontribwixxi għal fehim u fiduċja aħjar fost l-utenti; jenfasizza li l-intelleġibbiltà tad-deċiżjonijiet trid tkun standard tal-UE f'konformità mal-Artikoli 13, 14 u 15 tar-RĠPD, ifakkar li l-RĠPD diġà jipprevedi d-dritt li wieħed jiġi infurmat dwar il-loġika involuta fl-ipproċessar tad-data; jenfasizza li, skont l-Artikolu 22 tal-RĠPD, l-individwi għandhom id-dritt jiksbu intervent uman meta deċiżjoni bbażata fuq l-ipproċessar awtomatizzat taffettwahom b'mod sinifikanti;
159. Jenfasizza li l-Kummissjoni, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data u awtoritajiet superviżorji indipendenti oħra minn issa 'l quddiem għandu jkollhom rwol kruċjali biex jippromwovu t-trasparenza u l-proċess xieraq, iċ-ċertezza legali b'mod ġenerali u, b'mod aktar speċifiku, standards konkreti li jipproteġu d-drittijiet fundamentali u l-garanziji assoċjati mal-użu tal-ipproċessar tad-data u l-analitika; jitlob li jkun hemm kollaborazzjoni aktar mill-qrib fost l-awtoritajiet inkarigati li jissorveljaw jew jirregolaw il-kondotta fl-ambjent diġitali; jitlob li jkun hemm finanzjament u numru ta' persunal xieraq għal tali awtoritajiet;
160. Jirrikonoxxi l-fatt li l-algoritmi tat-tagħlim awtomatiku huma mħarrġa biex jitgħallmu waħedhom, filwaqt li jkunu ta' benefiċċju għall-awtomatizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet; jitlob li jitfasslu linji gwida dwar l-etika tal-intelliġenza artifiċjali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mat-trasparenza, l-ispjegabilità, l-obbligu ta' rendikont u l-ġustizzja algoritmiċi;
161. Jenfasizza l-importanza tal-ispjegabilità tal-outputs tas-sistemi, tal-proċessi u tal-valuri tal-IA, sabiex dawn ikunu jistgħu jinftiehmu minn udjenza mhux teknika u jingħataw informazzjoni sinifikanti, li huwa meħtieġ biex tiġi evalwata l-ġustizzja u tintrebaħ il-fiduċja;
162. Jirrimarka li n-nuqqas ta' trasparenza fir-rigward ta' dawn it-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tagħhom iqajjem għadd ta' kwistjonijiet etiċi;
163. Jinnota li s-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali għandhom ikunu jistgħu jiġu spjegati lill-bnedmin u għandhom jipprovdu informazzjoni sinifikanti sabiex ikun jista' jingħata feedback; jirrikonoxxi l-fatt li s-saħħa tal-mudelli tal-intelliġenza artifiċjali tiddependi fuq il-feedback u l-valutazzjoni mill-ġdid u jħeġġeġ dan il-proċess;
164. Jinnota li ċ-ċittadini huma mħassba dwar il-fatt li ma jkunux jafu meta tkun qed tintuża l-intelliġenza artifiċjali u liema informazzjoni se tiġi pproċessata; jirrakkomanda żvelar ċar dwar meta l-intelliġenza artifiċjali tkun qed tintuża miċ-ċittadini; jisħaq li huwa importanti li d-data trażmessa tibqa' sikura, sabiex tinżamm il-fiduċja tal-konsumaturi;
165. Iqis li r-responsabbiltà algoritmika għandha tiġi regolata minn dawk li jfasslu l-politika permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt ibbażati fuq parametri stabbiliti;
166. Jinnota li l-iżvelar tal-kodiċi tal-kompjuter innifsu mhuwiex se jsolvi l-kwistjoni ta' trasparenza tal-intelliġenza artifiċjali, peress li ma jiżvelax il-preġudizzji inerenti li jeżistu u ma jispjegax il-proċess ta' tagħlim awtomatizzat; jissottolinja li t-trasparenza ma tfissirx biss it-trasparenza tal-kodiċi, iżda wkoll tad-data u tat-teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzati;
167. Jirrikonoxxi l-fatt li l-iżvelar tal-kodiċi tas-sors jista' jwassal għall-użu ħażin u l-manipulazzjoni tal-algoritmi;
168. Jenfasizza l-importanza li jiġi indirizzat il-preġudizzju tal-iżviluppatur, u għalhekk il-ħtieġa għal forza tax-xogħol diversa fil-fergħat kollha tas-settur tal-IT, kif ukoll mekkaniżmi ta' salvagwardja, biex tiġi evitata l-integrazzjoni ta' preġudizzji bbażati fuq il-ġeneru u fuq l-età fis-sistemi tal-IA;
169. Jirrikonoxxi li l-iżvelar tal-kodiċi jew tas-sigrieti kummerċjali jiskoraġġixxi wkoll il-kumpaniji R&Ż ta' kodiċi ġdid, peress li l-proprjetà intellettwali tagħhom tista' tkun f'riskju; jinnota li l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali minflok għandu jħeġġeġ l-interoperabbiltà tal-mudelli u l-interazzjoni tagħhom mad-data tal-input u tat-taħriġ;
170. Jirrikonoxxi l-fatt li għalkemm it-trasparenza u l-ispjegabilità jistgħu jiżvelaw nuqqasijiet, dawn ma jiggarantixxux affidabbiltà, sigurtà u ġustizzja; iqis, għalhekk, li l-obbligu ta' rendikont huwa integrali għall-kisba ta' intelliġenza artifiċjali affidabbli, li tista' tinkiseb b'diversi mezzi, bħal AIAs, awditjar u ċertifikazzjoni;
171. Jenfasizza l-ħtieġa għall-iżvilupp ta' protokolli għall-monitoraġġ u l-identifikazzjoni kontinwi tal-preġudizzju algoritmiku;
172. Jirrimarka li d-disinjaturi tal-algoritmi għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti essenzjali bħall-ġustizzja u l-ispjegabilità jiġu osservati mill-bidu tal-fażi tat-tfassil u matul iċ-ċiklu tal-iżvilupp;
173. Jinnota l-ħtieġa għal linji gwida li jiddeskrivu l-prattiki tajba ta' żvilupp;
174. Jenfasizza l-importanza li jintwera n-nisel sabiex tkun tista' tiġi traċċata l-istorja tal-mudell tal-intelliġenza artifiċjali; iqis li dan se jtejjeb il-fehim tal-mudelli u jgħin sabiex tiġi stabbilita fiduċja abbażi tal-istorja tagħhom;
175. Jenfasizza li fl-interazzjonijiet mal-utenti l-użu ta' sistemi tal-IA jrid ikun identifikat b'mod ċar;
176. Jenfasizza li t-tixrid tal-intelliġenza artifiċjali u tar-robotika għandu jsir b'rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u li fl-ebda każ ma għandu jirriproduċi sterjotipi kontra n-nisa fil-magni u fir-robots; u lanqas xi forma oħra ta' diskriminazzjoni;
177. Jirrimarka li anke data ta' taħriġ ta' kwalità għolja tista' twassal għall-kontinwazzjoni ta' diskriminazzjoni u inġustizzja eżistenti meta ma tintużax b'attenzjoni u b'mod konxju; jinnota li l-użu ta' data ta' kwalità baxxa, skaduta, mhux kompluta jew mhux korretta fi stadji differenti tal-ipproċessar tad-data jista' jwassal għal previżjonijiet u valutazzjonijiet ħżiena li mbagħad jista' jwassal għal preġudizzju, li eventwalment jista' jirriżulta fi ksur tad-drittijiet fundamentali tal-individwi jew konklużjonijiet purament żbaljati jew eżiti foloz; jemmen, għalhekk, li huwa importanti fl-età tal-big data li jiġi żgurat li l-algoritmi jiġu mħarrġa fuq kampjuni rappreżentattivi ta' data ta' kwalità għolja sabiex tinkiseb parità statistika; jenfasizza li anke jekk tintuża data ta' kwalità għolja preċiża, l-analiżi ta' previżjoni bbażata fuq l-IA tista' toffri biss probabbiltà statistika; ifakkar li, skont ir-RĠPD, l-ipproċessar ulterjuri tad-data personali għal skopijiet ta' statistika jista' jirriżulta biss f'data aggregata li ma tistax terġa' tiġi applikata għall-individwi;
178. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kull min jipproduċi materjal deepfake jew vidjows sintetiċi, jew kwalunkwe vidjow sintetiku ieħor magħmul b'mod realistiku, jiddikjara b'mod espliċitu li dawn mhumiex oriġinali;
179. Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali tiddependi b'mod inerenti fuq il-ġbir ta' ammonti kbar ta' data, u spiss fuq il-ħolqien ta' bażijiet tad-data ġodda li jintużaw biex isiru preżunzjonijiet dwar il-persuni; jemmen li għandha ssir enfasi fuq l-identifikazzjoni u l-bini ta' mekkaniżmi ta' rispons għal theddid potenzjali biex jiġi żgurat it-tnaqqis ta' effetti negattivi;
180. Itenni li s-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali ma għandhomx joħolqu jew isaħħu l-preġudizzju; jissottolinja li, meta jiġu żviluppati u jintużaw l-algoritmi, iridu jiġu inklużi kunsiderazzjonijiet relatati mal-preġudizzju u l-ġustizzja fl-istadji kollha, mit-tfassil sal-implimentazzjoni; jissottolinja li s-sett tad-data u l-algoritmu jridu jiġu vvalutati u ttestjati b'mod regolari biex jiġi żgurat teħid ta' deċiżjonijiet bir-reqqa;
6.Governanza
6.1.Koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni
181. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem lejn l-iżvilupp ta' tmexxija tal-UE b'saħħitha sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-frammentazzjoni tal-isforzi u tiżgura politiki koerenti fil-livell nazzjonali u l-iskambju tal-aħjar prattiki għal użu usa' tal-intelliġenza artifiċjali;
182. Jilqa' b'sodisfazzjon l-istrateġiji nazzjonali differenti żviluppati mill-Istati Membri; jilqa' b'sodisfazzjon il-Pjan Koordinat tal-Kummissjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, ippubblikat fis-7 ta' Diċembru 2018; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f'dan ir-rigward;
183. Jinnota li għadd ta' Stati Membri diġà għandhom l-istrateġiji nazzjonali propji dwar l-IA u jilqa' l-fatt li l-Istati Membri kollha ffirmaw Dikjarazzjoni ta' Kooperazzjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali f'April 2018; jilqa' wkoll il-pjan ikkoordinat imminenti dwar l-IA bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, iżda jistieden lill-partijiet kollha involuti biex jistinkaw għall-ogħla livell possibbli ta' kooperazzjoni;
184. Jemmen li hija meħtieġa kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jiġu ggarantiti regoli transfruntiera koerenti fl-Unjoni li jħeġġu kollaborazzjoni bejn l-industriji Ewropej u jippermettu l-użu tal-intelliġenza artifiċjali madwar l-Unjoni kollha li huwa konsistenti mal-livelli meħtieġa ta' sikurezza u sigurtà, kif ukoll mal-prinċipji etiċi stipulati fid-dritt tal-Unjoni;
185. Jenfasizza li qafas tal-politika tad-data tal-UE armonizzat, ibbażat fuq ir-riskju u progressiv se jżid il-fiduċja u se jappoġġja l-perkors tal-intelliġenza artifiċjali fl-Ewropa, u b'hekk jiżgura t-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali u tiżdied il-produttività tan-negozji bbażati fl-Ewropa;
186. Jirrakkomanda li inizjattivi u proġetti pilota eżistenti u futuri relatati mal-intelliġenza artifiċjali mwettqa mill-Kummissjoni ma għandhomx ikunu kkoordinati mill-qrib, possibilment taħt il-gwida tal-mekkaniżmu ta' sorveljanza propost, sabiex jinkisbu effetti ta' sinerġija u jiġi żgurat il-ħolqien ta' valur miżjud reali filwaqt li jiġu evitati strutturi doppji li jiswew ħafna flus;
187. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-ħolqien ta' aġenzija regolatorja Ewropea għall-intelliġenza artifiċjali u t-teħid tad-deċiżjonijiet algoritmiku bil-kompitu li:
–
Tistabbilixxi matriċi tal-valutazzjoni tar-riskju biex jiġu kklassifikati t-tipi ta' algoritmi u d-dominji tal-applikazzjoni skont il-potenzjal tagħhom għal impatt negattiv sinifikanti fuq iċ-ċittadini;
–
Tinvestiga l-użu tas-sistemi algoritmiċi f'każ ta' suspett (pereżempju, b'evidenza mogħtija minn informatur) ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
–
Tagħti pariri lil aġenziji regolatorji oħra dwar sistemi algoritmiċi li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom;
–
Issaħħaħ l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta' responsabbiltà fir-rigward ta' delitti bħala mezz biex jiġi rregolat l-obbligu ta' rendikont tas-sistemi algoritmiċi billi jiġi pprovdut punt ta' kuntatt għaċ-ċittadini li mhumiex familjari mal-proċeduri legali;
–
Tivverifika l-AIAs ta' sistemi b'impatt ta' livell għoli biex tapprova jew tirrifjuta l-użi proposti tat-teħid tad-deċiżjonijiet algoritmiku f'dominji ta' applikazzjonijiet sensittivi ħafna u/jew kritiċi għas-sigurtà (pereżempju l-kura tas-saħħa privata); l-AIA għall-applikazzjonijiet tas-settur privat tista' ssegwi proċess simili ħafna bħal dak propost għas-settur pubbliku, bid-differenza possibbli li d-diversi stadji tad-divulgazzjoni pubblika jkunu jistgħu jiġu ttrattati bħala komunikazzjoni kunfidenzjali għall-aġenzija regolatorja (skont ftehim ta' kunfidenzjalità) sabiex jiġu ssalvagwardjati s-sigrieti kummerċjali essenzjali;
–
Tinvestiga l-każijiet issuspettati ta' ksur tad-drittijiet mis-sistemi tat-teħid tad-deċiżjonijiet algoritmiċi, kemm għall-każijiet ta' deċiżjonijiet individwali (pereżempju eżiti anormali uniċi) kif ukoll għall-mudelli ta' deċiżjonijiet tal-istatistika (pereżempju preġudizzju diskriminatorju); l-investigazzjonijiet jistgħu jinbdew wara li jitressqu lmenti, jew fuq il-bażi ta' evidenza mogħtija minn informaturi, ġurnalisti investigattivi jew riċerkaturi indipendenti (inklużi NGOs u akkademiċi);
188. Jinnota l-ħidma li għaddejja fuq l-IA mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkoordinaw lill-membri tal-ISO tagħhom biex jiżguraw li l-interessi Ewropej ikunu rappreżentati kif suppost fl-iżvilupp tal-istandards f'dan il-qasam;
6.2.Il-governanza internazzjonali
189. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Osservatorju tal-Politika tal-OECD dwar l-intelliġenza artifiċjali u jitlob li jkun hemm ambizzjoni akbar fl-iżvilupp ta' pjan direzzjonali għal aktar kooperazzjoni;
190. Jenfasizza l-mudelli differenti li qed jiġu żviluppati f'pajjiżi terzi, speċifikament fl-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Iżrael, u jenfasizza l-approċċ ibbażat fuq il-valuri użat fl-Ewropa u l-ħtieġa li ssir ħidma mas-sħab internazzjonali f'ambjenti bilaterali u multilaterali, sabiex l-intelliġenza artifiċjali tiġi żviluppata u adottata b'mod etiku; jirrikonoxxi li din it-teknoloġija ma għandhiex fruntieri u tirrikjedi kooperazzjoni lil hinn minn dik tal-Istati Membri tal-UE waħedhom;
191. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem fuq livell internazzjonali biex tiżgura l-akbar konsistenza bejn l-atturi internazzjonali u biex tippromwovi l-prinċipji etiċi tal-UE madwar id-dinja;
192. Jissottolinja l-fatt li l-intelliġenza artifiċjali hija teknoloġija b'impatt globali, li tipprovdi benefiċċji komuni u tippreżenta sfidi simili; jindika l-ħtieġa għal approċċ globali, bħal fil-każ tas-sistema ekonomika, u speċjalment fil-każ ta' teknoloġija li għandha impatt sinifikanti fuq is-swieq; jenfasizza l-ħtieġa li l-IA titpoġġa fuq l-aġenda ta' istituzzjonijiet u ta' organizzazzjonijiet eżistenti, u jitlob li ssir valutazzjoni tal-ħtieġa għal fora addizzjonali, li għandhom jinħolqu jekk ikun meħtieġ;
o o o
193. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Id-Direttiva (UE) 2018/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta' regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet, ĠU L 173, 9.7.2018, p. 25.
Id-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ('ir-Regolament tal-IMI'), (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132).
Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ('Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku'), ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta, u li tħassar id-Direttiva 95/46/KE, ĠU L 119, tal-4.5.2016, p. 1.
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi, ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (2017/2284(INI))
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (Regolament ta’ Livell Massimu ta’ Residwu)(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE(5),
– wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea dwar ir-Regolament u għall-annessi rilevanti tiegħu, kif ippubblikata mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) f'April 2018,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009(6),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma' aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol(7), u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol(8),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar il-Ħabitats)(9) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (id-Direttiva dwar l-Għasafar Selvaġġi)(10),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem(11),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma(12),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta' Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma(13),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/127/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward ta' makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi(14),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/39/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma(15),
– wara li kkunsidra l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0392),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "L-Agrikoltura u l-Immaniġġjar Sostenibbli tal-Ilma fl-UE" (SWD(2017)0153),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tat-12 ta' Lulju 2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, bit-titolu "Strateġija tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi" (COM(2006)0373 - SEC(2006)0894 - SEC(2006)0895 - SEC(2006)0914),(16)
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej(17),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli fl-UE(18),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika(19),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz tar-regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011(20),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar prospettivi u sfidi għas-settur tal-apikultura tal-UE(21),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (KE) Nru 1107/2009(22),
– wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea kontinwa tad-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi u r-rapport ippubblikat mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (ERPS) fil-15 ta' Ottubru 2018,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi(23),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (COM(2017)0109),
– wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-2014 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri "Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali",
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2017 dwar il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Istati Membri u dwar il-progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (COM(2017)0587),
– wara li kkunsidra r-rapport ġenerali ta' Ottubru 2017 mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (DĠ SANTE) tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Istati Membri biex jinkiseb l-użu sostenibbli tal-pestiċidi skont id-Direttiva 2009/128/KE(24),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli: Azzjoni Ewropea għal Sostenibbiltà" (COM(2016)0739),
– wara li kkunsidra s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali(25),
– wara li kkunsidra r-rapport tan-NU tal-2017 tar-Rapporteur Speċjali dwar id-Dritt għall-Ikel abbozzat skont ir-riżoluzzjonijiet 6/2, 31/10 u 32/8 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU(26),
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Implimentazzjoni biex tiżdied id-disponibbiltà tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara fl-Istati Membri, żviluppat mill-Grupp ta' Esperti dwar il-protezzjoni sostenibbli tal-pjanti u approvat mill-Kunsill fit-28 ta' Ġunju 2016(27),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-Senat Franċiż tad-19 ta' Mejju 2017 biex jiġi limitat l-użu tal-pestiċidi fl-Unjoni Ewropea(28),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi(29),
– wara li kkunsidra l-istudju xjentifiku dwar il-bijomassa tal-insetti li jtiru ppubblikat fit-18 ta' Ottubru 2017(30),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0045/2019),
A. billi d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva") tipprevedi firxa ta' azzjonijiet biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi fl-UE, billi jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u billi jiġi promoss l-użu ta' Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara (IPM) u ta' approċċi jew tekniki alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti, bħall-alternattivi mhux kimiċi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx (PPPs), kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bil-għan li titnaqqas id-dipendenza fuq il-pestiċidi u tkun imħarsa s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent;
B. billi d-Direttiva hija għodda siewja biex jiġi żgurat li l-ambjent, l-ekosistemi, u s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jiġu protetti tajjeb minn sustanzi perikolużi fil-pestiċidi, filwaqt li jiġu pprovduti soluzzjonijiet sostenibbli u ekoloġiċi għal sett ta' għodod akbar u aktar varjat biex jiġu eliminati u evitati telf mir-rendiment ikkawżat minn organiżmi ta' ħsara, mard, ħaxix ħażin u speċijiet aljeni invażivi u biex jiġi miġġieled il-bini tar-reżistenza għall-patoġeni; billi implimentazzjoni sħiħa u komprensiva tad-Direttiva hija prerekwiżit biex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni u titwettaq tranżizzjoni lejn agrikoltura sostenibbli, il-produzzjoni ta' ikel sigur u tajjeb għas-saħħa, u ambjent mhux tossiku li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali;
C. filwaqt li l-IPM tista' tgħin biex jiġi evitat telf ta' rendiment ikkawżat mill-pesti, l-għanijiet ewlenin tagħha huma li tippermetti lil dawk li jużaw il-pestiċidi jduru għal prattiki u prodotti bl-aktar riskju baxx għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, kif deskritt fl-Artikolu 14 tad-Direttiva; jinnota li, fi kwalunkwe każ, bosta studji wrew li l-użu tal-pestiċidi jista' jitnaqqas b'mod sinifikanti mingħajr ebda impatt negattiv fuq ir-rendiment;
D. billi d-Direttiva trid tinqara flimkien ma' żewġ leġiżlazzjonijiet ewlenin oħra li jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja komplut ta' pestiċida, li jibda mit-tqegħid tiegħu fis-suq (ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009) u jispiċċa bl-istabbiliment ta' livelli massimi ta' residwu (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005); billi huwa għalhekk impossibbli li jinkiseb l-objettiv tad-Direttiva li huwa li jiġu mħarsa s-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent mir-riskji assoċjati mal-użu ta' pestiċidi mingħajr ma jiġi implimentat b'mod sħiħ u infurzat kif suppost il-"pakkett tal-pestiċidi" kollu;
E. billi, sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw il-kwistjoni ta' pestiċidi foloz u illegali, kif ukoll il-problema inkwetanti ta' prodotti agrikoli importati li ġew ittrattati b'sustanzi kimiċi li huma jew ipprojbiti jew ristretti fl-UE;
F. billi l-prattiki attwali mill-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni ta' sustanzi attivi u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mhumiex kompatibbli mal-objettivi u l-għan tad-Direttiva; billi dawn il-prattiki attwali jimpedixxu l-kisba tal-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni u tranżizzjoni lejn settur agrikolu sostenibbli u ambjent mhux tossiku;
G. billi l-evidenza disponibbli turi b'mod ċar li l-implimentazzjoni tad-direttiva mhijiex allinjata biżżejjed ma' politiki relatati tal-UE fil-qasam tal-pestiċidi, l-agrikoltura u l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari iżda mhux esklussivament il-politika agrikola komuni (PAK) u r-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti; billi d-direttiva, flimkien ma' azzjonijiet relatati fil-livell tal-UE, għandha potenzjal kbir biex tkompli ssaħħaħ u żżid il-valur lill-isforzi u l-azzjonijiet nazzjonali fis-settur agrikolu u ssaħħaħ il-protezzjoni għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem;
H. billi l-qafas regolatorju attwali, inklużi r-rekwiżiti tad-data, kien imfassal għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-PPPs kimiċi, u għaldaqstant mhuwiex adattat għal sustanzi u prodotti attivi bijoloġiċi b'riskju baxx; billi dan il-qafas mhux adattat qed inaqqas b'mod sinifikanti r-ritmu tad-dħul fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-PPPs, li ħafna drabi jiskoraġġixxi lill-applikanti; billi dan ifixkel l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-agrikoltura tal-UE; billi dan iwassal ukoll biex aktar minn 60 sustanza attiva jiġu identifikati mill-Kummissjoni Ewropea bħala kandidati għal sostituzzjoni li mhux qed jiġu sostitwiti minħabba n-nuqqas ta' alternattivi aktar sikuri, inklużi sustanzi attivi bijoloġiċi b'riskju baxx;
I. billi hemm nuqqas ta' disponibbiltà ta' PPPs b'riskju baxx, inklużi dawk bijoloġiċi; billi 13-il sustanza biss huma approvati bħala sustanzi attivi b'riskju baxx, 12 minnhom bijoloġiċi, minn total ta' kważi 500 li huma disponibbli fis-suq tal-UE; billi l-implimentazzjoni insuffiċjenti tad-direttiva ħolqot de facto kundizzjonijiet li mhumiex ekwi fl-Ewropa bi prattiki nazzjonali diverġenti li jimpedixxu l-aħjar adozzjoni ta' alternattivi sostenibbli fis-suq; billi din is-sitwazzjoni għamlitha diffiċli biex prodotti alternattivi b'riskju baxx u mhux kimiċi jippenetraw b'mod suffiċjenti s-suq tal-UE li jnaqqsu l-attraenza tagħhom għall-bdiewa, li minflok jistgħu jagħżlu alternattivi aktar kosteffikaċi fuq terminu qasir; billi n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' PPPs b'riskju baxx inklużi dawk bijoloġiċi, jfixkel l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (IPM);
J. billi l-agrikoltura organika għandha rwol importati bħala sistema b'użu ta' pestiċidi baxx u jenħtieġ li tkompli tiġi inkoraġġita;
K. billi hemm evidenza akbar ta' tnaqqis enormi kontinwu fil-popolazzjoni tal-insetti fl-Ewropa, li qed tintrabat mal-livelli attwali tal-użu tal-pestiċidi; billi t-tnaqqis qawwi osservat fl-għadd tal-insetti għandu impatti negattivi fuq l-ekosistema u d-diversità bijoloġika kollha, iżda anke fuq is-settur agrikolu u l-benessri u l-produzzjoni ekonomiċi futuri tiegħu;
L. billi l-Ewropa attwalment tinsab f'salib it-toroq li se jiddetermina l-futur tas-settur agrikolu u l-possibbiltà tal-Unjoni li tikseb użu sostenibbli tal-pestiċidi, b'mod partikolari permezz tar-riforma tal-PAK; billi r-riforma tal-PAK iġġib magħha potenzjal sostanzjali biex jissaħħu s-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-politiki kif ukoll l-implimentazzjoni tad-direttiva u biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn prattiki agrikoli aktar sostenibbli għall-ambjent;
M. billi l-użu ta' PPPs konvenzjonali huwa dejjem aktar suġġett għal dibattitu pubbliku, minħabba r-riskji potenzjali li dawn jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent;
N. billi huwa importanti li jiġi promoss l-iżvilupp ta' proċeduri jew tekniki alternattivi biex titnaqqas id-dipendenza fuq pestiċidi konvenzjonali u biex tiġi indirizzata r-reżistenza dejjem tikber għal PPPs konvenzjonali;
O. billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jobbliga lill-Kunsill jiżgura li r-rekwiżit statutorju ta' ġestjoni skont l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa(31) jinkludi l-prinċipji ta' IPM, inkluża prattika tajba rigward il-protezzjoni tal-pjanti u metodi mhux kimiċi ta' protezzjoni tal-pjanti u ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara u tal-għelejjel;
P. billi l-implimentazzjoni tal-IPM hija obbligatorja fl-UE b'mod konformi mad-direttiva; billi l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali jenħtieġ li jpoġġu aktar enfasi fuq l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, inklużi alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx;
Q. billi l-"użu sostenibbli" tal-pestiċidi ma jistax jitwettaq mingħajr ma jitqies l-esponiment tal-bniedem għal kombinazzjonijiet ta' sustanzi attivi u koformulanti, kif ukoll l-effetti kumulattivi u possibbilment aggregati u sinerġistiċi tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem;
Konklużjonijiet prinċipali
1. Ifakkar l-objettivi speċifiċi tal-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, bħal, fost l-oħrajn, il-minimizzazzjoni tal-perikli u r-riskji għas-saħħa u l-ambjent mill-użu tal-pestiċidi; kontrolli mtejba fuq l-użu u d-distribuzzjoni tal-pestiċidi; it-tnaqqis fil-livelli ta' sustanzi attivi ta' ħsara inkluż permezz tas-sostituzzjoni ta' dawk l-aktar perikolużi b'alternattivi mhux kimiċi aktar sikuri; l-inkoraġġiment ta' kultivazzjoni mingħajr pestiċidi jew b'użu baxx ta' pestiċidi; u l-istabbiliment ta' sistema trasparenti għar-rapportar u l-monitoraġġ tal-progress lejn it-twettiq tal-objettivi tal-istrateġija inkluż permezz tal-iżvilupp ta' indikaturi xierqa;
2. Jikkunsidra li huwa essenzjali li tiġi evalwata l-implimentazzjoni tad-Direttiva flimkien mal-politika ġenerali tal-UE dwar il-pestiċidi, inklużi r-regoli stabbiliti mir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti, ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 (ir-Regolament dwar il-Bijoċidi)(32), ir-Regolament dwar il-Livell Massimu ta' Residwu, u r-Regolament (KE) Nru 178/2002 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel)(33);
3. Jiddispjaċih li, minkejja sforzi li saru, il-grad ġenerali tal-progress fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri huwa insuffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tad-Direttiva u biex jinfetaħ il-potenzjal sħiħ tagħha sabiex jitnaqqsu r-riskji ġenerali li jirriżultaw mill-użu tal-pestiċidi filwaqt li titnaqqas ukoll id-dipendenza fuq il-pestiċidi, tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn tekniki għall-protezzjoni tal-pjanti aktar ekoloġikalment sostenibbli u siguri, u sabiex tinkiseb il-ħtieġa urġenti għat-titjib ambjentali u tas-saħħa li għalihom id-Direttiva ġiet imfassla speċifikament; jiddeplora d-dewmien ta' tliet snin fis-sottomissjoni tar-rapport ta' implimentazzjoni dwar id-direttiva mill-Kummissjoni;
4. Jenfasizza li l-implimentazzjoni tad-Direttiva trid tkun komprensiva u tkopri l-aspetti meħtieġa kollha, u li l-implimentazzjoni parzjali, jiġifieri ta' ċerti elementi iżda mhux ta' oħrajn hija insuffiċjenti biex jintlaħaq l-iskop ġenerali tad-Direttiva li jinkiseb l-użu sostenibbli tal-pestiċidi; jissottolinja l-fatt li l-implimentazzjoni tal-prattiki IPM, bħall-alternattivi mhux kimiċi u PPPs b'riskju baxx, għandha rwol partikolarment importanti fl-isforzi biex jintlaħaq dan l-objettiv;
5. Jinnota li r-rapport ta' progress tal-2017 tal-Kummissjoni jidentifika lakuni sinifikanti fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali (NAPs) tal-Istati Membri, li jissuġġerixxi impenn aktar baxx għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa f'xi pajjiżi li possibbilment jirriżulta f'kompetizzjoni inġusta fis-suq u theddid għas-suq uniku; jirriżerva d-dritt li jirreferi lil Stati Membri mhux konformi lill-Kummissarju responsabbli mill-Kompetizzjoni;
6. Jesprimi tħassib dwar il-fatt li madwar 80 % tal-NAPs tal-Istati Membri ma fihom l-ebda informazzjoni speċifika dwar kif jiġi kkwantifikat l-ilħuq ta' ħafna mill-objettivi u l-miri, b'mod partikolari fir-rigward tal-miri għall-IPM u l-miżuri ta' protezzjoni akkwatika; jenfasizza li dan jikkumplika ħafna l-proċess biex jitkejjel il-progress li jkun sar mill-Istati Membri fit-twettiq tal-objettivi ewlenin u l-għan tad-Direttiva;
7. Jinsab imħasseb mill-fatt li l-NAPs huma inkonsistenti fir-rigward tal-istabbiliment ta' objettivi, miri, miżuri u skedi taż-żmien kwantitattivi għad-diversi oqsma ta' azzjoni, li jagħmluha impossibbli li jiġi vvalutat il-progress li jkun sar; jiddispjaċih li ħames NAPs biss stabbilixxew miri li jistgħu jitkejlu ta' livell għoli, li erba' minnhom jirrigwardjaw it-tnaqqis tar-riskju u waħda biss it-tnaqqis tal-użu; jiddispjaċih dwar il-fatt li s'issa 11-il Stat Membru biss pproduċew NAP rivedut, għalkemm l-iskadenza għar-reviżjoni kienet fl-aħħar tal-2017;
8. Jiddispjaċih dwar il-fatt li f'ħafna Stati Membri ma hemmx impenn biżżejjed għall-prattiki IPM ibbażati fuq it-tmien prinċipji tagħha bil-prijoritizzazzjoni ta' alternattivi mhux kimiċi għal pestiċidi; jiddispjaċih li waħda mill-isfidi ewlenin rigward l-implimentazzjoni tal-IPM, li hija l-pedament tad-Direttiva, tidher li hija n-nuqqas attwali ta' strumenti u metodi xierqa ta' kontroll biex tiġi vvalutata l-konformità fl-Istati Membri, kif ukoll regoli u gwida ċari; jissottolinja l-fatt li implimentazzjoni komprensiva tal-IPM hija waħda mill-miżuri ewlenin biex titnaqqas id-dipendenza fuq l-użu tal-pestiċidi fl-agrikoltura sostenibbli, li hija favorevoli għall-ambjent, ekonomikament vijabbli u soċjalment responsabbli u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa filwaqt li ssaħħaħ il-bijodiversità u s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, tagħti spinta lill-ekonomija rurali u tnaqqas l-ispejjeż għall-bdiewa billi tiffaċilita l-adozzjoni fis-suq ta' alternattivi mhux kimiċi u PPPs b'riskju baxx fiż-żoni Ewropej differenti; jenfasizza li l-inċentivi finanzjarji u l-miżuri edukattivi addizzjonali huma meħtieġa biex jissaħħaħ l-użu tal-prattiki IPM mill-farms individwali;
9. Iqis li l-IPM tirrappreżenta għodda siewja għall-bdiewa biex jiġġieldu kontra l-organiżmi ta' ħsara u l-mard u biex jiżguraw rendimenti ta' produzzjoni; jinnota li żieda fl-adozzjoni ta' IPM isservi l-għan doppju li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità, kif ukoll li tnaqqas l-ispejjeż għall-bdiewa biex jibdlu għal alternattivi aktar sostenibbli u jnaqqsu l-użu ta' pestiċidi konvenzjonali; jemmen li huwa meħtieġ sforz akbar biex tiġi inkoraġġita l-adozzjoni ta' IPM, permezz ta' riċerka u korpi konsultattivi tal-Istati Membri; ifakkar li l-IPM jista' jkollha rwol importanti fit-tnaqqis tal-kwantitajiet u l-varjetajiet ta' pestiċidi użati;
10. Jinnota li fi ħdan is-sett ta' għodod tal-IPM, il-kontroll bijoloġiku jinvolvi l-għoti ta' spinta jew l-introduzzjoni ta' speċijiet ta' benefiċċju li jeqirdu u għalhekk jirregolaw popolazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara, u jikkontrollawhom; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jiġu ppreferuti metodi bijoloġiċi, fiżiċi u mhux kimiċi oħrajn sostenibbli għall-pestiċidi kimiċi jekk dawn jipprovdu kontroll sodisfaċenti tal-organiżmi ta' ħsara; jisħaq għalhekk l-importanza li jiġu applikati pestiċidi kimiċi b'mod selettiv u mmirat, minħabba li nkella hemm ir-riskju li dawk l-aġenti ta' kontroll ta' organiżmi ta' ħsara ta' benefiċċji jiġu eliminati, u jħallu l-għelejjel aktar suxxettibbli għal attakki futuri;
11. Huwa mħasseb li ftit sar progress fil-promozzjoni u l-inċentivar fl-innovazzjoni, l-iżvilupp u l-użu ta' alternattivi b'riskju baxx u mhux kimiċi għall-pestiċidi konvenzjonali; jinnota li huma biss ftit l-NAPs li fihom inċentivi għar-reġistrazzjoni ta' tali prodotti u metodi alternattivi; jenfasizza li l-użu minuri huwa partikolarment vulnerabbli minħabba l-iskarsezza tas-sustanzi attivi rilevanti;
12. Jenfasizza li l-użu sostenibbli u responsabbli tal-pestiċidi huwa prekondizzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi għall-PPPs;
13. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' disponibbiltà ta' sustanzi attivi u PPPs b'riskju baxx, ikkawżat prinċipalment mill-proċess fit-tul tal-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni parzjalment minħabba l-fatt li l-perjodu iqsar ta' awtorizzazzjoni ta' 120 jum għal każijiet bħal dawn rarament jiġi ssodisfat fil-livell tal-Istati Membri; jenfasizza li s-sitwazzjoni attwali mhijiex konformi mal-prinċipji tal-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-IPM, u jenfasizza l-importanza tad-disponibbiltà ta' pestiċidi b'riskju baxx, riċerka adegwata u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri u bejniethom sabiex jiġi utilizzat bis-sħiħ il-potenzjal tal-IPM; jikkunsidra li proċess ta' approvazzjoni aktar mgħaġġel jistimola r-riċerka tal-industrija fl-iżvilupp ta' ingredjenti attivi ġodda b'riskju baxx, inklużi sustanzi b'riskju baxx innovattivi, u b'hekk jiżgura li l-bdiewa jkollhom biżżejjed għodod għall-protezzjoni tal-pjanti għad-dispożizzjoni tagħhom u jkunu jistgħu jibdlu b'mod aktar rapidu għal PPPs sostenibbli u jżidu l-effikaċja tal-IPM;
14. Ifakkar li reżistenza akbar għall-pestiċidi toħloq użu u dipendenza akbar; jinnota li l-użu akbar tal-pestiċidi u d-dipendenza fuqhom jiġu bi spiża għolja għall-bdiewa kemm permezz tal-ispejjeż għolja tal-użu u minħabba t-telf fir-rendiment li jirriżultaw mit-telf tal-ħamrija u t-tnaqqis fil-kwalità tal-ħamrija;
15. Jinnota li d-disponibbiltà akbar ta' PPPs b'riskju baxx fis-suq tnaqqas ir-riskju ta' reżistenza għal ingredjenti attivi kif ukoll l-effetti fuq l-ispeċijiet mhux fil-mira marbuta ma' PPPs li jintużaw b'mod komuni;
16. Jinnota f'dan ir-rigward li r-reżistenza għal sustanzi attivi ta' pestiċidi hija inevitabbiltà bijoloġika f'organiżmi ta' ħsara li jirriproduċu malajr u mard u hija problema dejjem tikber; jenfasizza, għalhekk, li metodi sostenibbli bijoloġiċi, fiżiċi u mhux kimiċi oħrajn għandhom ikunu ppreferuti minn pestiċidi kimiċi jekk dawn jipprovdu kontroll sodisfaċenti tal-organiżmi ta' ħsara; ifakkar li l-pestiċidi kimiċi jenħtieġ li jintużaw b'mod selettiv u mmirat,; jenfasizza li nkella dawn l-aġenti ta' kontroll ta' organiżmi ta' ħsara ta' benefiċċju jirriskjaw li jiġu eliminati, u dan iħalli l-għelejjel aktar suxxettibbli għal attakki futuri;
17. Jinnota wkoll li l-aħjar tnaqqis fil-volum tal-pestiċidi aktarx jirriżulta minn bidliet sistemiċi li jnaqqsu s-suxxettibbiltà għal attakk minn organiżmi ta' ħsara, jiffavorixxu d-diversità strutturali u bijoloġika fuq is-sistemi fardgħalla u l-kultivazzjoni kontinwa, u jnaqqsu r-reżistenza tal-organiżmi ta' ħsara għal ingredjenti attivi; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa ta' enfasi fuq, il-finanzjament u l-integrazzjoni ta' metodi agroekoloġiċi li jagħmlu s-sistema tal-biedja kollha aktar reżiljenti għall-organiżmi ta' ħsara;
18. Jenfasizza li l-PAK fil-forma attwali tagħha ma tinkoraġġix u ma tinċentivax biżżejjed it-tnaqqis tad-dipendenza tal-farms fuq il-pestiċidi u l-użu ta' tekniki ta' produzzjoni organika; iqis li l-istrumenti ta' politika speċifiċi fil-PAK ta' wara l-2020 huma meħtieġa sabiex tinbidel l-imġiba tal-bdiewa fir-rigward tal-użu tal-pestiċidi;
19. Jiddeplora l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-PAK ta' wara l-2020 ma tinkorporax il-prinċipju tal-IPM ta' ħsara fir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni msemmija fl-Anness III ta' dik il-proposta; jenfasizza li n-nuqqas ta' rabta bejn din id-direttiva u l-mudell tal-PAK il-ġdid se jfixkel b'mod effettiv it-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-pestiċidi;
20. Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jużaw indikaturi tar-riskju nazzjonali biex jivvalutaw, kompletament jew parzjalment, l-impatt negattiv tal-użu tal-pestiċidi; ifakkar li minkejja l-obbligu espliċitu stabbilit fl-Artikolu 15 tad-Direttiva, l-indikaturi tar-riskju armonizzati madwar l-UE, għadhom ma ġewx miftiehma mill-Istati Membri, li jagħmluha kważi impossibbli li jitqabbel il-progress li jkun sar fi Stati Membri differenti u madwar l-Unjoni kollha kemm hi; jilqa' l-adozzjoni, fil-25 ta' Jannar 2019, tal-indikaturi tar-riskju armonizzati, mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (Kumitat PAFF);
21. Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-bijodiversità u l-ekosistemi robusti, l-aktar fil-każ tan-naħal u insetti oħra tad-dakra, li huma essenzjali sabiex jiġi żgurat settur agrikolu tajjeb għas-saħħa u sostenibbli; jissottolinja li l-protezzjoni tal-bijodiversità mhijiex esklussivament kwistjoni tal-protezzjoni tal-ambjent, iżda anke mezz kif tiġi żgurata s-sigurtà sostnuta tal-ikel fl-Ewropa fil-futur;
22. Huwa mħasseb ħafna dwar it-telfien kontinwu u potenzjalment irriversibbli tal-bijodiversità fl-Ewropa u dwar it-tnaqqis allarmanti ta' insetti bil-ġwienaħ, inklużi l-pollinaturi, kif muri mis-sejbiet ta' studju xjentifiku f'Ottubru 2017 dwar il-bijomassa tal-insetti li jtiru,(34) skont liema studju l-popolazzjoni ta' insetti li jtiru f'63 żona ta' protezzjoni tan-natura fil-Ġermanja naqset drastikament b'aktar minn 75 % f'27 sena; jenfasizza wkoll it-tnaqqis importanti fl-ispeċijiet komuni ta' għasafar madwar l-Ewropa, possibbilment minħabba t-tnaqqis fil-popolazzjoni tal-insetti; jinnota, barra minn hekk, l-effetti mhux intenzjonati ta' pestiċidi fuq il-ħamrija u l-organiżmi tal-ħamrija(35) u speċijiet oħra mhux fil-mira; iqis li l-pestiċidi huma wieħed mill-fatturi ewlenin responsabbli għat-tnaqqis tal-insetti, l-ispeċijiet tal-għasafar tal-art agrikola u organiżmi oħra mhux fil-mira u jissottolinja wkoll il-ħtieġa li l-Ewropa taqleb għal użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi u żżid l-għadd ta' alternattivi mhux kimiċi u PPPs b'riskju baxx għall-bdiewa;
23. Isostni li l-pestiċidi bbażati fuq in-neonikotinojdi qed ikollhom rwol partikolari fit-tnaqqis inkwetanti tal-popolazzjoni tan-naħal madwar l-Ewropa, kif jidher minn firxa ta' studji internazzjonali li ffurmaw il-bażi għal petizzjonijiet minn ċittadini li jkollhom mijiet ta' eluf ta' firem minn madwar il-kontinent kollu;
24. Jirrikonoxxi l-importanza tal-NAPs u l-IPM fit-tnaqqis sinifikanti tal-użu tal-pestiċidi biex jiġi evitat it-telfien irriversibbli tal-bijodiversità filwaqt li jiġu ffavoriti miżuri agroekoloġiċi u l-biedja organika kull fejn possibbli;
25. Jenfasizza wkoll li l-iżvilupp ta' għażliet agrikoli sostenibbli huwa neċessarju biex jitnaqqsu l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq is-sigurtà tal-ikel;
26. Jesprimi tħassib partikolari dwar l-użu kontinwu tal-pestiċidi b'sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, jew li għandhom karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u jagħmlu ħsara lill-bnedmin jew lill-annimali; jenfasizza li l-użu ta' tali pestiċidi huwa inkompatibbli mal-objettivi u mal-għan tad-Direttiva;
27. Jenfasizza li l-ambjent akkwatiku huwa b'mod partikolari sensittiv għall-pestiċidi; jilqa' l-fatt li l-Istati Membri ħadu firxa ta' miżuri biex jipproteġuh minnhom; jiddispjaċih, madankollu, li ħafna Stati Membri ma stabbiliewx miri u skedi taż-żmien għal miżuri sabiex l-ambjent akkwatiku jiġi protett mill-pestiċidi, u dawk li għamlu dan ma speċifikawx kif se jitkejjel l-ilħuq tal-miri jew tal-objettivi; jemmen li l-monitoraġġ tal-pestiċidi użati bħalissa fl-ambjent akkwatiku għandu jittejjeb;
28. Jinnota li l-agrikoltura hija wieħed mis-sorsi ewlenin li minħabba fiha l-korpi tal-ilma jonqsu milli jiksbu status kimiku tajjeb, billi din twassal għal tniġġis mill-pestiċidi; jenfasizza li l-prevenzjoni tad-dħul tal-pestiċidi fis-sistemi tal-ilma ħelu hija iktar kosteffettiva mit-teknoloġiji tat-tneħħija, u li l-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi xierqa f'dan ir-rigward lill-bdiewa; jirrikonoxxi wkoll, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma għat-titjib tal-kwalità tal-ilma; jilqa' l-progress li sar mill-Istati Membri fl-indirizzar ta' sustanzi prijoritarji, li wassal biex anqas korpi tal-ilma jonqsu milli jissodisfaw standards għal sustanzi, bħal kadmju, ċomb u nikil, kif ukoll pestiċidi;
29. Jiddispjaċih mill-fatt li d-deterjorament tar-riżorsi tal-ilma wassal dejjem aktar għal trattament addizzjonali minn operaturi tal-ilma tajjeb għax-xorb biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jikkonforma ma' limiti għal pestiċidi kif minqux fid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u li l-ispejjeż ikunu mġarrba minn min iniġġes u mhux mill-konsumaturi;
30. Jenfasizza li xi pestiċidi huma internazzjonalment magħrufa bħala sustanza niġġiesa organiċi persistenti (POPs) minħabba l-potenzjal tagħhom għal trasport fuq medda twila, il-persistenza tagħhom fl-ambjent, u l-kapaċità tagħhom ta' bijomagnifikazzjoni fil-katina tal-ikel kollha u ta' bijoakkumulazzjoni f'ekosistemi, kif ukoll l-effetti negattivi sinifikanti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem;
31. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Istati Membri kollha stabbilixxew skemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni rigward l-użu tal-PPPs, iżda jiddispjaċih li f'xi Stati Membri l-obbligi ta' taħriġ mhumiex milħuqa għas-suġġetti kollha meħtieġa elenkati fl-Anness I; jissottolinja l-importanza tat-taħriġ tal-utenti biex jiżguraw l-użu sikur u sostenibbli tal-PPPs; iqis li huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn utenti professjonali u dilettanti, minħabba li mhumiex soġġetti għall-istess obbligi; jenfasizza li kemm l-utenti professjonali kif ukoll dawk mhux professjonali tal-pestiċidi għall-PPPs għandhom jingħataw taħriġ adegwat;
32. Jinnota l-potenzjal fl-użu tat-teknoloġija intelliġenti u l-biedja ta' preċiżjoni bħala mezz kif jiġu amministrati aħjar il-PPPs, u sabiex tiġi prevenuta d-dispersjoni tagħhom f'żoni fejn ma jkunux meħtieġa, pereżempju permezz ta' drones u teknoloġija ta' preċiżjoni bil-GPS; Jenfasizza, barra minn hekk, li l-adozzjoni ta' dawn is-soluzzjonijiet tista' tittejjeb fl-Istati Membri jekk jiġu inkorporati aħjar f'korsijiet ta' taħriġ u skemi ta' ċertifikazzjoni għal utenti ta' pestiċidi fl-NAPs;
33. Jenfasizza li l-PPPs jintużaw mhux biss fl-agrikoltura iżda wkoll għall-kontroll tal-ħaxix ħażin u tal-organiżmi ta' ħsara f'żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew gruppi vulnerabbli kif definiti fl-Artikolu 12a tad-Direttiva, inklużi ġonna pubbliċi u ferroviji; billi l-użu tal-PPPs f'żoni bħal dawn mhuwiex xieraq; jilqa' l-fatt li diversi Stati Membri u ħafna gvernijiet reġjonali u lokali ħadu azzjoni biex jillimitaw jew jipprojbixxu l-użu tal-pestiċidi f'żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi vulnerabbli; jinnota, madankollu, in-nuqqas ta' miri miżurabbli fil-maġġoranza tal-Istati Membri;
34. Jesprimi tħassib li ħafna Stati Membri ma interpretawx ir-rekwiżit tal-Artikolu 12(a) b'mod korrett billi interpretawh bħala li jirreferi biss għal użu mhux agrikolu, filwaqt li fil-fatt gruppi vulnerabbli bħal dawk definiti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jinkludu residenti soġġetti għal esponiment għoli ta' pestiċidi fuq terminu twil; jinnota wkoll li l-Kummissjoni kkonfermat li ma hemm l-ebda raġuni legali għaliex l-applikazzjoni agrikola jenħtieġ li tiġi eskluża mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12;
35. Jinnota l-appoġġ kontinwu tal-Istati Membri għal agrikoltura organika bħala sistema tal-użu baxx tal-pestiċidi; jilqa' l-fatt li l-għadd ta' farms agrikoli organiċi kompla jiżdied fl-Unjoni, iżda jinnota li l-progress għadu jvarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri;
36. Jinnota li l-bdiewa organiċi jsofru telf ekonomiku meta l-ħamrija u l-prodotti organiċi tagħhom jiġu kontaminati mill-użu tal-pestiċidi f'farms agrikoli tal-madwar permezz, pereżempju, deriva mill-isprejjar tal-pestiċidi u l-moviment ta' sustanzi attivi persistenti fl-ambjent; jindika konsegwentement, minħabba azzjonijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom, il-bdiewa organiċi jistgħu jiġu sfurzati jbigħu l-prodotti tagħhom bħala konvenzjonali, u jitilfu fuq il-primjum tal-prezz tagħhom, jew anke titneħħilhom iċ-ċertifikazzjoni;
37. Jinnota li, filwaqt li l-Istati Membri ġeneralment għandhom sistemi biex jiġbru informazzjoni dwar l-avvelenament akut mill-pestiċidi, hemm xi dubji dwar il-preċiżjoni ta' din id-data u l-użu tagħha; jenfasizza l-fatt li s-sistemi biex tinġabar tali informazzjoni dwar l-avvelenament kroniku għadhom ma ġewx implimentati b'mod mifrux;
38. Jenfasizza l-fatt li l-aħħar rapport tal-EFSA dwar ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel wera li 97.2 % tal-kampjuni fl-Ewropa kienu fi ħdan il-limiti legali tal-leġiżlazzjoni tal-UE, li jixhed sistema tal-produzzjoni tal-ikel rigoruża u sigura ferm;
Rakkomandazzjonijiet
39. Jistieden lill-Istati Membri jlestu l-implimentazzjoni tad-Direttiva mingħajr aktar dewmien;
40. Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jiġu inklużi fi kwalunkwe attività tal-partijiet ikkonċernati dwar il-pestiċidi, inkluż il-pubbliku, kif previst fid-Direttiva 2003/35/KE u fil-Konvenzjoni ta' Aarhus;
41. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu rwol proattiv fl-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva sabiex jidentifikaw lakuni u oqsma speċifiċi li jirrikjedu attenzjoni partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, u biex ma jillimitawx lilhom infushom għall-mekkaniżmi nazzjonali ta' traspożizzjoni u ta' kontroll tas-soltu;
42. Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-UE jeħtiġilha taġixxi mingħajr dewmien għal tranżizzjoni lejn użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi, u li r-responsabbiltà prinċipali għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prattiki hija tal-Istati Membri; jenfasizza li azzjoni rapida hija essenzjali;
43. Jistieden lill-Istati Membri jaderixxu mal-iskedi taż-żmien stabbiliti għat-twettiq tal-NAPs riveduti; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux hekk, biex jagħmlu dan mingħajr aktar dewmien, din id-darba b'miri kwantitattivi ċari u objettiv ġenerali li jistgħu jitkejlu ta' tnaqqis effettiv immedjat u fit-tul tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi, inklużi miri ta' tnaqqis annwali ddefiniti b'mod ċar u b'attenzjoni speċjali għall-effetti possibbli fuq il-pollinaturi u t-trawwim u l-adozzjoni ta' alternattivi mhux kimiċi sostenibbli u PPPs b'riskju baxx, f'konformità mal-prinċipji IPM;
44. Jappella lill-Kummissjoni tipproponi mira vinkolanti ambizzjuża għall-UE kollha sabiex jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi;
45. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa gwida dwar il-prinċipji IPM u l-implimentazzjoni tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex tistabbilixxi linji gwida dwar l-istabbiliment ta' kriterji għall-kejl u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-IPM fl-Istati Membri;
46. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippromwovu pestiċidi b'riskju baxx, u biex jipprijoritizzaw għażliet u metodi mhux kimiċi li jikkawżaw l-inqas riskju ta' ħsara lis-saħħa u lill-ambjent naturali, filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni tal-għelejjel effettiva u effiċjenti; jenfasizza li biex dan jirnexxi, jeħtieġ li jissaħħu l-inċentivi ekonomiċi għall-bdiewa biex jagħżlu dawn l-opzjonijiet;
47. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jpoġġu aktar enfasi fuq il-promozzjoni tal-iżvilupp, tar-riċerka, tar-reġistrazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' alternattivi b'riskju baxx u bijoloġiċi, inkluż billi jżidu opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan Orizzont Ewropa u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027; ifakkar fl-importanza li jkunu ppreferuti metodi bijoloġiċi, fiżiċi u mhux kimiċi sostenibbli oħrajn għal pestiċidi kimiċi jekk dawn jipprovdu kontroll sodisfaċenti tal-organiżmi ta' ħsara; ifakkar fl-importanza tal-valur miżjud ta' tekniki ekoloġikament sostenibbli u siguri għall-protezzjoni tal-pjanti;
48. Jistieden lill-Kummissjoni, biex mingħajr aktar dewmien, twettaq l-impenn tagħha skont is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali biex tressaq strateġija tal-Unjoni għal ambjent mhux tossiku li jwassal għall-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' sostituti sostenibbli inklużi soluzzjonijiet mhux kimiċi; jistenna li l-Kummissjoni tqis b'mod partikolari f'din l-istrateġija l-impatti tal-pestiċidi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem;
49. Jinkoraġġixxi aktar enfasi fuq it-tnaqqis tar-riskju, bħall-użu estensiv ta' sustanzi b'riskju baxx li jistgħu jkunu aktar ta' ħsara mill-użu limitat ta' sustanzi b'riskju għoli;
50. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw koerenza aħjar tad-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha ma' leġiżlazzjoni u politiki relatati tal-UE, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet skont il-PAK u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u b'mod partikolari biex jintegraw il-prinċipji IPM bħala rekwiżiti legali skont il-PAK, f'konformità mal-Artikolu 14 tad-direttiva;
51. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jillimitaw strettament in-numru ta' derogi għall-użu essenzjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u jaġġornaw id-dokumenti rilevanti ta' gwida sabiex jiżguraw li l-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tirrifletti l-esponiment u l-kundizzjonijiet tal-ħajja reali u tqis l-impatti possibbli kollha fuq is-saħħa u l-ambjent;
52. Jirrakkomanda li tingħata lill-Istati Membri l-flessibbiltà biex l-IPM tiġi applikata bħala parti mill-miżuri ekoloġiċi skont il-PAK;
53. Jilqa' l-adozzjoni reċenti tal-indikaturi tar-riskju armonizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (Kumitat PAFF) u jappella lill-Istati Membri jimxu 'l quddiem bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' indikaturi tar-riskju armonizzati kif reċentement propost mill-Kummissjoni, sabiex jiġi mmonitorjat kif xieraq it-tnaqqis tal-impatti tal-pestiċidi;
54. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema kompletament operattiva u trasparenti għall-ġbir regolari ta' data statistika dwar l-użu tal-pestiċidi, l-impatti ta' esponiment okkupazzjonali u mhux okkupazzjonali għall-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u l-annimali, u l-preżenza ta' residwi ta' pestiċidi fl-ambjent, speċjalment fil-ħamrija u fl-ilma;
55. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu programmi ta' riċerka mmirati lejn id-determinazzjoni tal-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jqisu l-firxa sħiħa ta' effetti tossikoloġiċi u fit-tul, inkluża l-immunotossiċità, it-tfixkil endokrinali u t-tossiċità tal-iżvilupp newroloġiku, u filwaqt li ssir enfasi fuq l-effetti tal-esponiment għal pestiċidi qabel it-twelid fuq is-saħħa tat-tfal;
56. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-ġestjoni u l-użu tal-PPPs l-aktar użati li jkunu ġġustifikati permezz ta' evidenza xjentifika indipendenti u rieżaminata bejn il-pari;
57. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta qabel it-tmiem tal-mandat attwali tagħha proposta leġiżlattiva speċifika li temenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009, barra mir-reviżjoni ġenerali f'konnessjoni mal-inizjattiva REFIT, bil-għan li żżid definizzjoni u kategorija separata għal "sustanzi li jinsabu fin-natura" u "sustanzi identiċi għal dawk naturali", li l-kriterju tagħhom għandu jkun il-preżenza eżistenti u l-esponiment tas-sustanza fin-natura, kif ukoll li tistabbilixxi proċedura ta' evalwazzjoni, awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni rapida u rigoruża għal pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx, f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx u mar-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (KE) Nru 1107/2009;
58. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligi tal-Unjoni skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni fuq it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini fuq Distanza Kbira tal-1979 u l-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes tal-2004, b'hekk iżidu l-isforzi tagħhom biex jiġu eliminati l-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-pestiċidi tal-POPs, flimkien mal-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet dwar ir-rimi tal-iskart li jkun fih jew li jkun ikkontaminat minn kwalunkwe waħda minn dawn is-sustanzi;
59. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li servizzi konsultattivi professjonalment ikkwalifikati u indipendenti jkunu disponibbli biex jiġi pprovdut parir u taħriġ lill-utenti finali dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, u b'mod partikolari dwar l-IPM;
60. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar enfasi fuq aktar investiment u riċerka fl-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji ta' preċiżjoni u biedja diġitali sabiex il-PPPs isiru aktar effiċjenti u b'hekk inaqqsu b'mod sinifikanti d-dipendenza fuq il-pestiċidi, skont l-għanijiet tad-direttiva, u b'hekk jitnaqqas l-esponiment kemm tal-utenti professjonali kif ukoll tal-pubbliku ġenerali; iqis li l-użu tad-diġitizzazzjoni jew il-biedja bi preċiżjoni m'għandux iwassal għal dipendenza fuq l-inputs jew id-dejn finanzjarju għall-bdiewa;
61. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jibqgħux jippermettu l-użu ta' PPPs f'żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi vulnerabbli kif definit fl-Artikolu 3(14) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
62. Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli, kif definit mill-Artikolu 3(14) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, filwaqt li jikkunsidraw b'mod speċjali n-nuqqas eżistenti ta' protezzjoni ta' residenti rurali li jgħixu fil-viċinanza tal-għelejjel; jappella għaldaqstant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu projbizzjonijiet immedjati fuq l-użu ta' pestiċidi minn distanzi sostanzjali mid-djar tar-residenti, skejjel, playgrounds, nurseries u sptarijiet;
63. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestu f'aktar riċerka dwar l-impatt tal-pestiċidi fuq speċijiet mhux fil-mira u biex jieħdu azzjoni immedjata biex dan jiġi imminimizzat;
64. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu mudell ta' agrikoltura, li tiddependi fuq strateġiji għall-protezzjoni tal-pjanti preventivi u indiretti mmirati lejn it-tnaqqis tal-użu ta' inputs esterni, u fuq sustanzi multifunzjonali li jinsabu fin-natura; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar riċerka u żvilupp ta' strateġiji tal-kura tas-saħħa tal-pjanti agroekoloġiċi preventivi u indiretti;
65. Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-investiment tagħhom fi prattiki ta' adattament li jipprevjenu lis-sustanzi agrokimiċi milli jilħqu l-ilma tal-wiċċ u tal-fond, kif ukoll f'miżuri mmirati lejn it-trażżin ta' lissija possibbli ta' dawn is-sustanzi fil-korsiji tal-ilma, ix-xmajjar u l-ibħra; jirrakkomanda li l-użu tagħhom ikun ipprojbit fil-ħamrija li potenzjalment tiskula fl-ilma ta' taħt l-art;
66. Jenfasizza l-ħtieġa essenzjali għal valutazzjoni regolari tal-proporzjonalità bejn il-kwantità ta' pestiċidi mibjugħa u ż-żona agrikola ta' applikazzjoni, abbażi ta' bażijiet tad-data tal-utenti u r-rekords tal-bejgħ;
67. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa u uniformi tal-kriterji ta' limitu bbażati fuq il-periklu għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi, jew tossiċi għar-riproduzzjoni, jew li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali;
68. Jistieden lill-Istati Membri jsegwu b'mod strett il-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' pestiċidi pprojbiti fl-UE minn pajjiżi terzi, u biex iżidu l-kontrolli fuq l-ikel importat;
69. Jistieden lill-Kummissjoni tqis b'attenzjoni l-miżuri kollha disponibbli sabiex tiżgura konformità, inkluż il-varar ta' azzjonijiet għal ksur kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jimplimentaw id-Direttiva bis-sħiħ;
70. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni b'saħħitha kontra l-Istati Membri li qed jabbużaw b'mod sistematiku d-derogi kontra pestiċidi pprojbiti li fihom in-neonikotinojdi;
71. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-prinċipju "min iniġġes iħallas" jiġi implimentat b'mod sħiħ u infurzat b'mod effettiv fir-rigward tal-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma;
72. Jistieden lill-Orizzont Ewropa jipprovdi finanzjament suffiċjenti biex jippromwovi l-iżvilupp ta' strateġiji tal-kura tas-saħħa tal-pjanti abbażi ta' approċċ sistematiku li jikkombina tekniki agroekoloġiċi innovattivi u miżuri preventivi biex jitnaqqas għal livell minimu l-użu ta' inputs esterni;
73. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma pan-Ewropea dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi li ġġib flimkien partijiet ikkonċernati settorjali u rappreżentanti f'livell lokali u reġjonali sabiex ikunu ffaċilitati l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fit-tnaqqis tal-użu tal-pestiċidi;
o o o
74. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u
Caspar A. Hallmann et al., "More than 75 % decline over 27 years in total flying insect biomass in protected areas" (Tnaqqis ta' aktar minn 75 % fuq perjodu ta' 27 sena fil-bijomassa totali ta' insetti li jtiru f'żoni protetti), PLOS, 18 ta' Ottubru 2017 - https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0185809
Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali(1),
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 114 u 168 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali(2),
— wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u tħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(3),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-6 ta' Ġunju 2011 dwar il-mixja lejn sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli(4),
– wara li kkunsidra l-programmi pluriennali tas-saħħa għall-perjodi 2003-2008(5), 2008-2013(6) u 2014-2020(7) rispettivament,
– wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni tal-4 ta' Settembru 2015 u tal-21 ta' Settembru 2018 dwar l-operat tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (COM(2015)0421, COM(2018)0651),
– - wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' April 2018 dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali; l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u l-bini ta' soċjetà aktar b'saħħitha (COM(2018)0233),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2018 dwar id-data tal-Istati Membri dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali tal-pazjenti fis-sena 2016(8),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/890/UE tat-22 ta' Diċembru 2011 li tipprovdi r-regoli għall-istabbiliment, għall-ġestjoni u għall-funzjonament tan-Netwerk ta' awtoritajiet nazzjonali responsabbli mis-Saħħa elettronika(9),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa" (COM(2015)0192),
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020, b'mod partikolari d-dimensjoni transkonfinali espliċita (COM(2012)0736),
– wara li kkunsidra l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 (COM(2017)0586),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2008 dwar mard rari (COM(2008)0679) u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar azzjoni fil-qasam tal-mard rari(10),
– wara li kkunsidra r-rapport ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2014 dwar il-komunikazzjoni tagħha dwar mard rari (COM(2014)0548),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjonijiet dwar in-Netwerks Ewropej ta' Referenza għall-Mard Rari tal-Kumitat ta' Esperti tal-UE dwar il-Mard Rari (EUCERD) tal-31 ta' Jannar 2013 u l-addendum tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2015,
– wara li kkunsidra d-dokument ta' sfond tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali fl-UE ta' Mejju 2018(11),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2017 bit-titolu "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE" (COM(2017)0534),
– wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(12),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0046/2019),
A. billi sistemi tas-saħħa affordabbli għal kulħadd fl-UE u fl-Istati Membri tagħha huma kruċjali biex jiġi żgurat livell għoli ta' saħħa pubblika, protezzjoni soċjali, koeżjoni soċjali u ġustizzja soċjali, billi jiġi ppreservat u ggarantit l-aċċess universali, u billi l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti hija rikonoxxuta bħala komponent importanti tal-valutazzjoni tal-kosteffikaċja tal-kura tas-saħħa;
B. billi d-Direttiva 2011/24/UE (minn issa 'l quddiem "id-direttiva"), skont l-Artikolu 168(7) tat-TFUE tirrispetta l-libertà ta' kull Stat Membru li jieħu d-deċiżjonijiet xierqa dwar il-kura tas-saħħa u ma tfixkilx jew timmina l-għażliet etiċi fundamentali tal-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri; billi hemm differenzi fis-servizzi rispettivi pprovduti mill-Istati Membri kif ukoll fil-mod kif inhuma ffinanzjati; billi d-direttiva tipprovdi għażliet oħra ta' kura tas-saħħa liċ-ċittadini Ewropej minbarra dawk disponibbli f'pajjiżhom stess;
C. billi s-saħħa tista' titqies bħala dritt fundamentali skont l-Artikolu 2 (dwar id-dritt għall-ħajja) u l-Artikolu 35 (dwar il-kura tas-saħħa) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
D. billi s-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-UE qed jiffaċċjaw sfidi minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni, ir-restrizzjonijiet baġitarji, iż-żieda fl-inċidenza ta' mard kroniku u rari, diffikultajiet biex tiġi żgurata kura tas-saħħa bażika f'żoni rurali u l-prezzijiet għoljin tal-mediċini; billi l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżviluppaw u jżommu katalgu aġġornat tal-iskarsezzi tal-mediċini u jiskambjaw informazzjoni f'dan ir-rigward minn naħa għal oħra tal-fruntiera sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' mediċini essenzjali;
E. billi l-kura tas-saħħa li ċ-ċittadini jeħtieġu kultant tista' tiġi pprovduta bl-aħjar mod fi Stat Membru ieħor, minħabba l-prossimità, il-faċilità tal-aċċess, in-natura speċjalizzata tal-kura jew in-nuqqas ta' kapaċità, bħan-nuqqas ta' mediċini essenzjali, fl-Istat Membru tagħhom stess;
F. billi r-riżultati tar-rapport dwar it-tħaddim tad-direttiva juru li fl-2015 mhux l-Istati Membri kollha implimentaw id-direttiva b'mod komplut jew korrett;
G. billi s-settur tas-saħħa huwa parti vitali mill-ekonomija tal-UE, u jammonta għal 10 % tal-PDG tagħha - ċifra li minħabba fatturi soċjoekonomiċi tista' titla' għal 12,6 % sal-2060;
H. billi, skont l-Artikolu 20 tad-direttiva, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li kull tliet snin tippreżenta rapport ta' implimentazzjoni dwar it-tħaddim tad-direttiva; billi l-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod kostanti u regolarment tippreżenta informazzjoni dwar il-flussi tal-pazjenti, dwar id-dimensjonijiet amministrattivi, soċjali u finanzjarji tal-mobilità tal-pazjenti u dwar il-funzjonament tan-Netwerks ta' Referenza Ewropej (ERNs) u l-punti ta' kuntatt nazzjonali;
I. billi, skont ir-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2018 dwar it-tħaddim tad-direttiva, għadu diffiċli għaċ-ċittadini li jiskopru kif jistgħu jużaw id-drittijiet tagħhom f'termini tal-kura tas-saħħa transkonfinali; billi hemm bżonn ta' aktar ċarezza u trasparenza dwar il-kundizzjonijiet li taħthom joperaw il-fornituri tal-kura tas-saħħa sabiex tiġi żgurata l-mobilità sikura tal-pazjenti;
J. billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Saħħa elettronika tal-25 ta' April 2018 tinnota li s-sistemi tas-saħħa u tal-kura jirrikjedu riformi u soluzzjonijiet innovattivi biex isiru aktar reżiljenti, aċċessibbli u effettivi; billi għalhekk l-użu ta' teknoloġiji ġodda u għodod diġitali għandu jissaħħaħ sabiex jittejbu l-kwalità u s-sostenibbiltà tas-servizzi tal-kura tas-saħħa;
K. billi d-direttiva tipprovdi bażi legali ċara għall-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni Ewropea fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA), is-Saħħa elettronika, il-mard rari u l-istandards ta' sikurezza u kwalità tas-servizzi u l-prodotti tal-kura tas-saħħa;
L. billi ċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li jaċċessaw kura speċjalizzata fl-Istat Membru tagħhom stess; billi, madankollu, l-għadd ta' pazjenti li jibbenefikaw mid-dritt tagħhom għal kura transkonfinali, kif previst skont id-direttiva, inklużi testijiet mediċi, skens u kontrolli tas-saħħa preventivi, qed jiżdied bil-mod ħafna;
M. billi l-programmi tat-tilqim mhumiex koperti mid-direttiva, anke jekk jingħaddu fost il-politiki l-aktar effettivi tal-UE u billi jitqiesu d-diffikultajiet li n-nies f'xi Stati Membri għandhom biex jaċċessawhom;
N. billi mhux l-Istati Membri kollha setgħu jfornu data jew informazzjoni dwar pazjenti li jkunu qed jivvjaġġaw barra mill-pajjiż, u billi l-ġbir tad-data mhux dejjem jista' jitqabbel minn Stat Membru għal ieħor;
O. billi 83 % tan-nies mistħarrġa f'konsultazzjoni riċenti tal-Kummissjoni approvaw l-iżvelar ta' data medika bil-għan li ssir riċerka u jittejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-pazjenti(13); billi kwalunkwe integrazzjoni futura tas-sistemi tas-saħħa trid, mill-aspett diġitali, tiggarantixxi li s-sistemi tas-saħħa u l-pazjenti jkunu l-gwardjani aħħarin u l-ġestjonarji ta' din l-informazzjoni kkonċernata, sabiex tiġi żgurata l-ekwità, is-sostenibbiltà u s-sikurezza tal-pazjenti;
P. billi l-mobilità tal-pazjenti fl-UE koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva għadha relattivament baxxa u ma kellhiex impatt baġitarju sinifikanti fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali;
Q. billi l-Istati Membri huma responsabbli biex jipprovdu l-aċċess għall-kura tas-saħħa li jeħtieġu n-nies u jiżguraw li l-ispejjeż rilevanti kollha jiġu rimborżati; billi s-servizzi tal-kura tas-saħħa nazzjonali tal-Istati Membri huma responsabbli għall-istabbiliment tal-kriterji li jippermettu li ċ-ċittadini jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor; billi f'numru konsiderevoli ta' Stati Membri, l-ostakli li l-pazjenti jiltaqgħu magħhom meta jittrattaw is-sistemi tas-saħħa jibqgħu sinifikanti; billi l-piżijiet amministrattivi jistgħu joħolqu dewmien fir-rimborżi; billi dan iżid biss il-frammentazzjoni tal-aċċess għas-servizzi, u għalhekk għandu jittejjeb permezz ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri;
R. billi l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) hija rregolata mir-regolament dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u l-implimentazzjoni tagħha tvarja ħafna bejn Stat Membru u ieħor; billi implimentazzjoni uniformi tal-EHIC u koordinazzjoni akbar bejn l-Istati Membri hija essenzjali biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi eżistenti u biex jiġi ggarantit rimborż rapidu u mingħajr diskriminazzjoni għall-pazjenti, filwaqt li jiġi ggarantit il-moviment liberu għaċ-ċittadini tal-UE;
S. billi l-pazjenti għadhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet prattiċi u legali meta jużaw ir-riċetti mediċi fl-Istati Membri kollha;
T. billi r-rwol tal-punti ta' kuntatt nazzjonali (NCPs) huwa li jiżguraw li l-pazjenti jirċievu l-informazzjoni korretta biex jieħdu deċiżjoni infurmata;
U. billi l-NCPs għadhom mhumiex magħrufa biżżejjed mill-pubbliku, fatt li għandu impatt fuq l-effettività tagħhom; billi l-effiċjenza u l-ħidma ta' sensibilizzazzjoni tal-NCPs jiddependu fuq l-appoġġ li jirċievu kemm mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri, fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni, l-iskambju ta' prattiki tajba u ta' informazzjoni, inkluża informazzjoni ta' kuntatt, u l-linji gwida għar-riferiment tal-pazjenti;
V. billi hemm varjazzjonijiet kbar bejn id-diversi NCPs fir-rigward tal-funzjonament, l-aċċessibbiltà, il-viżibbiltà u l-allokazzjoni tar-riżorsi, kemm f'termini ta' kwalità kif ukoll ta' kwantità;
W. billi, skont Stħarriġ tal-Ewrobarometru ta' Mejju 2015(14), il-pazjenti mhumiex infurmati biżżejjed dwar id-drittijiet transkonfinali tagħhom fil-qasam tal-kura tas-saħħa, b'inqas minn 20 % taċ-ċittadini jħossuhom infurmati tajjeb;
X. billi l-kura tas-saħħa transkonfinali se tkun effettiva biss jekk il-pazjenti, il-persuni li jieħdu ħsieb, il-professjonisti fil-kura tas-saħħa u partijiet interessati oħra jkunu infurmati tajjeb dwarha u r-regoli li jirregolawha jkunu faċilment disponibbli u jkunu jinftiehmu faċilment;
Y. billi l-pazjenti, il-persuni li jieħdu ħsieb u l-professjonisti fil-kura tas-saħħa għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma' nuqqas kbir ta' informazzjoni rigward id-drittijiet tal-pazjenti inġenerali u b'mod partikolari dawk previsti mid-direttiva;
Z. billi l-professjonisti fil-kura medika jittrattaw kwistjonijiet ta' pazjenti sensittivi ħafna, li jeħtieġu komunikazzjoni ċara u li tinftiehem; billi l-ostakli lingwistiċi jistgħu jfixklu t-trasferiment ta' informazzjoni bejn il-professjonisti tal-kura medika u l-pazjenti tagħhom;
AA. billi hemm lok konsiderevoli għal titjib u simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' rimborż f'għadd ta' Stati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tar-riċetti mediċi, mediċini orfni, prodotti mediċinali farmaċewtikalment komposti u terapija u proċeduri ta' segwitu;
AB. billi, attwalment, sitt Stati Membri u n-Norveġja ma għandhom fis-seħħ l-ebda sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel, li tagħti lill-pazjenti l-libertà tal-għażla u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi;
AC. billi hemm għadd ta' ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u r-reġjuni ġirien li jistgħu jservu ta' bażi għall-aħjar prattiki eċċellenti biex tkompli tiġi żviluppata l-kura tas-saħħa transkonfinali fl-UE kollha;
L-implimentazzjoni
1. Jilqa' l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk l-Istati Membri ttrasponewx id-Direttiva b'mod korrett;
2. Jinnota l-benefiċċji tad-direttiva biex jiġu ċċarati r-regoli dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali u biex jiġi żgurat l-aċċess għal kura tas-saħħa transkonfinali sigura u ta' kwalità għolja fl-Unjoni, kif ukoll biex tinkiseb il-mobilità tal-pazjenti f'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja; jesprimi d-diżappunt tiegħu li għadd sinifikanti ta' Stati Membri ma implimentawx b'mod effettiv ir-rekwiżiti li jiggarantixxu d-drittijiet tal-pazjenti; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tagħha, u jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika li tikkontribwixxi għat-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tal-moviment ħieles tal-persuni fi ħdan is-suq intern;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi bir-rapporti ta' evalwazzjoni ta' kull tliet snin tagħha dwar it-tħaddim tad-Direttiva u tissottomettihom lill-Parlament u lill-Kunsill kif xieraq; jenfasizza l-importanza li tinġabar informazzjoni, għal skopijiet ta' statistika, dwar pazjenti li jkunu qed jivvjaġġaw barra mill-pajjiż għal trattament u li jiġu analizzati r-raġunijiet li għalihom il-pazjenti jiċċaqalqu minn pajjiż għal ieħor; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika, kull meta jkun fattibbli u fuq bażi annwali, it-tqassim tas-servizzi pprovduti u l-ammonti totali mħallsa minn kull Stat Membru għall-għoti ta' kura tas-saħħa transkonfinali;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-kwalità tal-ħajja għall-pazjenti u r-riżultati tal-kura fl-evalwazzjoni tagħha tal-kosteffiċjenza tal-implimentazzjoni tad-direttiva;
5. Ifakkar lill-Istati Membri fl-impenn tagħhom li jipprovdu lill-Kummissjoni assistenza u l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħhom, sabiex twettaq il-valutazzjoni tagħha u t-tħejjija r-rapporti msemmija qabel;
6. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida għall-implimentazzjoni, speċjalment f'dawk l-oqsma fejn id-direttiva u r-regolament dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali jinteraġixxu, u tiżgura koordinazzjoni aħjar, f'dak ir-rigward, fost il-partijiet interessati rilevanti kollha fi ħdan l-istituzzjonijiet;
7. Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jittrasponu d-direttiva b'mod korrett sabiex jiżguraw kura tas-saħħa transkonfinali ta' kwalità għolja u aċċessibbli għall-pazjenti, f'konformità sħiħa tal-iskadenzi tal-implimentazzjoni stabbiliti fil-leġiżlazzjoni; jirrikonoxxi li jista' jsir titjib speċifiku fir-rigward tal-aċċess għal mediċini preskritti u l-kontinwità tat-trattament; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva biex tinkludi l-programmi tat-tilqim;
8. Jinnota b'sodisfazzjon l-impatt pożittiv ta' inizjattivi bħall-EHIC, li tingħata mingħajr ħlas u tippermetti lil kull min huwa assigurat minn skema tas-sigurtà soċjali statutorja jew li jkun kopert minn waħda, li jirċievi trattament mediku fi Stat Membru ieħor mingħajr ħlas jew bi spiża mnaqqsa; jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni ta' suċċess bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tal-EHIC;
9. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza u t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw il-fornituri tal-kura tas-saħħa; jissottolinja l-importanza li l-fornituri u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa jkollhom assigurazzjoni professjonali tar-responsabbiltà ċivili, kif previst fid-direttiva kif ukoll fid-Direttiva 2005/36/KE, sabiex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi tas-saħħa u tiżdied il-protezzjoni tal-pazjenti;
Il-finanzjament
10. Ifakkar li l-finanzjament tal-kura tas-saħħa transkonfinali jaqa' fuq l-Istati Membri, li jħallsu lura l-ispejjeż skont ir-regolament stabbilit; ifakkar li l-Kummissjoni permezz tal-programmi tas-saħħa tappoġġa l-kooperazzjoni li tinsab fil-kapitolu IV tad-direttiva;
11. Jesprimi tħassib serju, f'dan ir-rigward, dwar it-tnaqqis propost fil-finanzjament għall-programm tas-saħħa; itenni s-sejħa tiegħu biex il-programm tas-saħħa jerġa' jsir programm awtonomu robust b'aktar finanzjament fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss (2021-2027), sabiex jiġu implimentati l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) dwar is-saħħa pubblika, is-sistemi tas-saħħa u l-problemi marbuta mal-ambjent, u tiġi żgurata politika tas-saħħa ambizzjuża, li tiffoka fuq l-isfidi transkonfinali, inklużi, b'mod partikolari, żieda konsiderevoli fl-isforzi komuni tal-UE fil-ġlieda kontra l-kanċer, il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni bikrija u l-ġestjoni ta' mard kroniku u rari, inklużi mard ġenetiku u pandemiku u l-kanċer rari, fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u fl-iżgurar ta' aċċess aktar faċli għall-kura tas-saħħa transkonfinali;
12. Jenfasizza l-importanza tal-Fond Soċjali Ewropew, tal-Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropew għas-saħħa u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, inkluż il-Programm Interreg, biex jittejbu s-servizzi tas-saħħa u jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa bejn ir-reġjuni u l-gruppi soċjali madwar l-Istati Membri; jitlob li l-fondi strutturali u ta' koeżjoni jintużaw ukoll biex tittejjeb u tiġi ffaċilitata l-kura tas-saħħa transkonfinali fil-QFP li jmiss;
Il-mobilità tal-pazjenti
13. Jinnota li r-raġunijiet għall-mobilità baxxa tal-pazjenti huma erbgħa: i) xi Stati Membri kienu pjuttost tard biex jimplimentaw id-direttiva; ii) l-għarfien taċ-ċittadini dwar id-drittijiet ġenerali tagħhom għar-rimborż huwa verament baxx, iii) ċerti ostakli li jillimitaw il-kura tas-saħħa transkonfinali, bħall-piżijiet amministrattivi, inbnew minn xi Stati Membri, u iv) informazzjoni dwar pazjenti li jkunu qed ifittxu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor