Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu
L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ***I
 Il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa ***I
 Il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet ***I
 Programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021- 2027 (il-programm Pericles IV) ***I
 Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Singapore ***
 Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Singapore (riżoluzzjoni)
 Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Singapore ***
 Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Singapore (riżoluzzjoni)
 Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore ***
 Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore (riżoluzzjoni)
 It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport ***
 Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina
 Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom ***I
 Il-programm Ġustizzja ***I
 L-istat tad-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: livelli ta 'tqassim ġeografiku
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: l-istandards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklirjar biex jestendu d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: id-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: id-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP
 Kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali ***I
 In-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali ***I
 Regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward talħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ***I
 Regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ***I
 Aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ***I
 GATS: l-aġġustamenti ta' kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea ***
 Ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport ***I
 L-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur ***I
 Rigressjoni attwali tad-Drittijiet tan-Nisa u tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-UE
 Sfidi politiċi u strateġiji kontra il-kanċers tan-nisa u l-komorbiditajiet relatati
 L-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
 Deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2018

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ***I
PDF 130kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (kodifikazzjoni) (COM(2018)0499 – C8-0313/2018 – 2018/0263(COD))
P8_TA(2019)0084A8-0037/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0499),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0313/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2018(1)

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0037/2019),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (kodifikazzjoni)

P8_TC1-COD(2018)0263


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2019/743.)

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa ***I
PDF 95kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019 li tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għan-negozjati interistituzzjonali abbażi tal-proposta għal deċiżjoni mhux emendatatal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0341 – C8-0215/2018 – 2018/0187(COD))(1)
P8_TA(2019)0085A8-0010/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(1) Deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 59(4), raba’ subparagrafu, tar-Regoli ta’ Proċedura (A8-0010/2019).


Il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet ***I
PDF 236kWORD 65k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet (COM(2018)0096 – C8-0109/2018 – 2018/0044(COD))
P8_TA(2019)0086A8-0261/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0096),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0109/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0261/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Frar2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet

P8_TC1-COD(2018)0044


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikulari, l-Artikolu 81(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(5),

Billi:

(1)  L-Unjoni stabbilixxiet l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit gradwalment, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transfruntiera, sal-punt meħtieġ biex is-suq intern jaħdem sew.

(2)  Skont l-Artikolu 81 tat-Trattat, dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk immirati sabiex jiżguraw il-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt tal-liġijiet.

(3)  Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jirrikjedi li, sabiex tittejjeb il-prevedibbiltà tar-riżultati tal-litigazzjoni, għandu jkun hemm ċertezza iċ-ċertezza legali dwar il-liġi applikabbli u l-moviment kif ukoll il-moviment liberu u tas-sentenzi u r-rikonoxximent tagħhom - sabiex ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet fl-Istati Membri jagħżlu bħala l-liġi applikabbli l-istess liġi nazzjonali, irrispettivament mill-Istat Membru tal-qorti li fiha tinfetaħ il-kawża. [Em. 1]

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) ma tkoprix kwistjonijiet dwar l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet. Madankollu, l-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tissottometti quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar il-kwistjoni tal-effettività ta’ ċessjoni jew surroga ta’ pretensjoni fil-konfront ta' partijiet terzi u l-prijorità tal-pretensjoni ċeduta jew surrogata fuq id-dritt ta’ persuna oħra, li jenħtieġ li jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposta sabiex jiġi emendat dak ir-Regolament, u l-valutazzjoni tal-impatt tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu introdotti.

(5)  Fit-18 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar il-Bini ta’ Unjoni ta’ Swieq Kapitali li kienet tiddikjara li l-kisba ta’ aktar ċertezza legali f’każijiet ta’ trasferiment ta’ pretensjonijiet transfruntiera u l-ordni tal-prijorità ta' dawn it-trasferimenti, b'mod partikolari f'każijiet ta’ insolvenza, huma aspett importanti fl-iżvilupp ta’ suq pan-Ewropew fit-titolizzazzjoni u fl-arranġamenti kollaterali finanzjarji, u anki f'attivitajiet oħrajn bħall-fatturament.

(6)  Fit-30 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni bi Pjan ta' Azzjoni dwar il-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali juri li d-differenzi fit-trattament nazzjonali tal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet ta’ debitu jikkumplikaw l-użu ta’ dawn l-istrumenti bħala kollateral transfruntier, u kkonkluda li din l-inċertezza legali toħloq frustrazzjoni għal operazzjonijiet finanzjarji ekonomikament sinifikanti, bħat-titolizzazzjonijiet. Fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali hemm imħabbar li l-Kummissjoni se tipproponi regoli uniformi biex jiġi determinat b’ċertezza legali liema liġi nazzjonali jenħtieġ li tapplika rigward l-effetti fuq parti terza fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet.

(7)  Fid-29 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-adegwatezza tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) dwar l-arranġamenti kollaterali finanzjarji fejn iffukat fuq il-kwistjoni dwar jekk din id-Direttiva taħdimx b'mod effettiv u effiċjenti fir-rigward tal-atti formali meħtieġa sabiex il-pretensjonijiet ta’ kreditu jiġu pprovduti bħala kollateral. Ir-rapport ikkonkluda li l-proposta għal regoli uniformi rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet tippermetti d-determinazzjoni b’ċertezza legali ta’ liema liġi nazzjonali jenħtieġ li tapplika rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet, u dan jikkontribwixxi għal ċertezza legali akbar f’każijiet ta’ mobilizzazzjoni transfruntiera tal-pretensjonijiet ta’ kreditu bħala kollateral.

(8)  Fid-29 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni adottat rapport dwar il-kwistjoni tal-effettività ta’ ċessjoni jew surroga ta’ pretensjoni fil-konfront ta' partijiet terzi, u l-prijorità tal-pretensjoni ċeduta jew surrogata fuq id-dritt ta’ persuna oħra Ir-rapport ikkonkluda li regoli uniformi dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jirregolaw l-effettività taċ-ċessjonijiet fil-konfront ta' partijiet terzi kif ukoll kwistjonijiet ta’ prijorità bejn ċessjonarji f’kompetizzjoni bejniethom jew bejn ċessjonarji u detenturi oħrajn tad-drittijiet itejbu ċ-ċertezza legali u jnaqqsu l-problemi prattiċi u l-ispejjeż ġuridiċi marbuta mal-approċċi differenti attwalment fl-Istati Membri.

(9)  Il-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,(8) ir-Regolament (KE) Nru 593/2008, u r-Regolamenti (UE) Nru 1215/2012,(9) u (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10). Jenħtieġ kemm jista' jkun li l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament tevita lakuni regolatorji bejn iż-żewġ strumenti.

(10)  Dan ir-Regolament jimplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Huwa jissodisfa wkoll ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament Ruma I li l-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika rapport u, jekk ikun xieraq, proposta dwar l-effettività ta’ ċessjoni ta’ pretensjoni fil-konfront ta' partijiet terzi u l-prijorità taċ-ċessjonarju fuq id-dritt ta’ persuna oħra.

(11)  Attwalment fil-livell tal-Unjoni ma ma jeżistux regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jirregolawteżisti l-ebda ġabra ta' regoli armonizzati dwar l-effetti fuq partijiet terzi (jew proprjetarji) fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijietfiċ-ċessjonijiet ta' pretensjonijiet. Dawn ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet huma stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri, iżda huma inkonsisteni inkonsistenti - peress li huma bbażati fuq fatturi ta' konnessjoni differenti sabiex tiġi determinata l-liġi applikabbli - u ħafna drabi għalhekk mhumiex ċari, b'mod partikolari f'dawk il-pajjiżi fejn tali regoli mhumiex ċariirregolati minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi separati. F’ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet transfruntiera, l-inkonsistenza tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet twassal għal inċertezza legali dwar liema liġi tapplika għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni. In-nuqqas ta’ ċertezza legali joħloq riskju legali fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet transfruntierta li ma jeżistix f’ċessjonijiet domestiċi nazzjonali minħabba li regoli nazzjonali sostantivi differenti jistgħu jiġu applikati skont l-Istat Membru, li l-qrati jew l-awtoritajiet tiegħu jistgħu jiġġudikaw tilwima dwar it-titolu legali fuq il-pretensjonijiet; b'mod impliċitu, l-eżitu ta' kunflitt prijoritarju dwar min hu t-titolari ta' pretensjoni insegwitu ta' ċessjoni transfruntiera se jvarja, skont il-liġi nazzjonali applikata. [Em. 2]

(12)  Jekk iċ-ċessjonarji ma jkunux konxji mir-riskju legali jew jagħżlu li jinjorawh, jistgħu jaffaċċjaw telf finanzjarju mhux mistenni. L-inċertezza dwar min għandu t-titolu fuq il-pretensjonijiet ċeduti fuq bażi transfruntiera jista’ jkollha effetti sekondarji u l-impatt tal-kriżi finanzjarja jista' jiggrava u jittawwal. Jekk iċ-ċessjonarji jiddeċiedu li jimmitigaw ir-riskju legali billi jfittxu parir legali speċifiku, jispiċċaw sabiex iġarrbu kostijiet tat-tranżazzjonijiet ogħla li mhumiex meħtieġa għaċ-ċessjonijiet domestiċi. Jekk iċ-ċessjonarji jiġu skoraġġuti mir-riskju legali u jagħżlu li jevitawh, jistgħu jitilfu opportunitajiet ta’ negozju u l-integrazzjoni tas-suq tista’ titnaqqas. [Em. 3]

(12a)   Dan ir-riskju ġuridiku jista' jkollu effett dissważiv. Iċ-ċessjonarji u ċ-ċedenti jistgħu jagħżlu li jevitawh, u b'hekk ma jiħdux l-opportunitajiet ta' negozju. Dan in-nuqqas ta' ċarezza għalhekk ma jidhirx li huwa konformi mal-objettiv tal-integrazzjoni tas-suq u l-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital imnaqqax fl-Artikoli 63 sa 66 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. [Em. 4]

(13)  L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jipprovdi ċertezza legali billi jistabbilixxi regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jiddeterminaw liema liġi nazzjonali tapplika rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, bil-ħsieb li jżid it-tranżazzjonijiet tal-pretensjonijiet transfruntiera, ħalli jinkoraġġixxi l-investiment transfruntier fl-UE u jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament għall-kumpanniji - inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) - u għall-konsumaturi. [Em. 5]

(14)  Pretensjoni tagħti lill-kreditur id-dritt għall-pagament ta' somma flus jew it-twettiq ta’ obbligu mid-debitur. Iċ-ċessjoni ta’ pretensjoni tippermetti lill-kreditur (ċedent) li jittrasferixxi d-dritt tiegħu li jitlob id-dejn fil-konfront ta' debitur fuq persuna oħra (ċessjonarju). Il-liġijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-kreditur u d-debitur, bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju u bejn iċ-ċessjonarju u d-debitur jiġu ddeterminati mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet stipulati fir-Regolament Ruma I.

(14a)   Dan ir-regolament mhuwiex intiż sabiex ibiddel id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 fir-rigward tal-effett proprjetarju ta' ċessjoni volontarja bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju jew bejn ċ-ċessjonarju u d-debitur. [Em. 6]

(15)  Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet stipulati f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jirregolaw l-effetti proprjetarji taċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet bejn il-partijiet kollha involuti fiċ-ċessjoni (jiġifieri bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju u bejn iċ-ċessjonarju u d-debitur) kif ukoll fir-rigward ta’ partijiet terzi pereżempju, il-kreditur kreditur taċ-ċedent, bl-esklużjoni tad-debitur). [Em. 7]

(16)  Il-pretensjonijiet koperti minn dan ir-Regolament huma riċevibbli tan-negozju, pretensjonijiet li jirriżultaw mill-istrumenti finanzjarji kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u l-flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu. L-istrumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE jinkludu titoli u derivattivi nnegozjati fis-swieq finanzjarji. Filwaqt li t-titoli huma assi, id-derivattivi huma kuntratti li jinkludu kemm drittijiet (jew pretensjonijiet) u kemm obbligi għall-partijiet kontraenti. [Em. 8]

(17)  Dan ir-Regolament jirrigwarda l-effetti fuq il-partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet. B’mod partikolari, dan ma jkoprix it-trasferiment tal-kuntratti (bħall-kuntratti ta’ derivattivi), li fihom ikun hemm inklużi kemm id-drittijiet (jew il-pretensjonijiet) u l-obbligi, u n-novazzjoni ta’ kuntratti li jinkludu t-tali drittijiet u obbligi. Billi dan ir-Regolament ma jkoprix it-trasferiment jew in-novazzjoni tal-kuntratti, in-negozjar fl-istrumenti finanzjarji, kif ukoll l-ikklerjar u s-saldu ta’ dawn l-istrumenti, ser ikomplu jiġu regolat mil-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali kif inhu stipulat fir-Regolament Ruma I. Din il-liġi normalment tintgħażel mill-partijiet kontraenti jew tintgħażel permezz ta’ regoli mhux diskrezzjonali applikabbli għas-swieq finanzjarji. [Em. 9]

(18)  Il-kwistjonijiet li huma regolati mid-Direttiva dwar il-Kollateral Finanzjarju2002/47/KE, id-Direttiva dwar il-Finalità tas-Settlement98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), id-Direttiva dwar l-Istralċ2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u r-Regolament dwar ir-Reġistrutal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013(14) jenħtieġ li ma jiġux m'għandhomx jiġu affettwati minn dan ir-Regolament, peress li l-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament u dak tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jinsabu f'dawk it-tliet Direttivi ma jirduppjawx lil xulxin. [Em. 10]

(19)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun universali: il-liġi ddeterminata minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tapplika anke jekk ma tkunx il-liġi ta' Stat Membru.

(20)  Il-prevedibbiltà hija essenzjali għal partijiet terzi interessati fl-akkwist ta’ titolu legali fuq il-pretensjoni ċeduta. L-applikazzjoni tal-liġi tal-pajjiż fejn iċ-ċedent ikollu r-residenza abitwali tiegħu rigward l-effetti fuq il-partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet tippermetti lill-partijiet terzi kkonċernati li jkunu jafu faċilment bil-quddiem liema liġi nazzjonali tkun se tirregola d-drittijiet tagħhom. Il-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent jenħtieġ għalhekk li tapplika bħala regola rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet. Din ir-regola jenħtieġ li tapplika, b’mod partikolari, għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet fil-fatturament, il-kollateralizzazzjoni u, fejn il-partijiet ma jkunux għażlu l-liġi tal-pretensjoni ċeduta, it-titolizzazzjoni.

(21)  Il-liġi magħżula bħala regola biex tapplika għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet jenħtieġ li tippermetti d-determinazzjoni tal-liġi applikabbli fejn pretensjonijiet futuri jiġu ċeduti, prattika komuni fejn jiġu ċeduti pretensjonijiet multipli, bħal fil-fatturament. L-applikazzjoni tal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent tippermetti li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet futuri.

(22)  Il-bżonn li jiġi ddeterminat min għandu t-titolu legali fuq il-pretensjoni ċeduta ħafna drabi jirriżulta meta tkun qed tiġi ddefinita l-proprjetà tal-insolvenza meta ċ-ċedent isir insolventi. Għaldaqstant hija mixtieqa koerenza bejn ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet f’dan ir-Regolament u dawk stipulati fir-Regolament (UE) 2015/848 dwar il-proċedimenti tal-insolvenza. Il-koerenza jenħtieġ li tintlaħaq bl-applikazzjoni ta' regola tal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, minħabba li l-użu tar-residenza abitwali taċ-ċedent bħala fattur ta’ konnessjoni tikkonċidi maċ-ċentru ta’ interess prinċipali tad-debitur użat bħala fattur ta’ konnessjoni għal finijiet ta’ insolvenza.

(23)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2001 dwar iċ-Ċessjoni tar-Riċevibbli fil-Kummerċ Internazzjonali tistipula li l-prijorità tad-dritt ta’ ċessjonarju fir-riċevibbli ċeduti fuq id-dritt ta’ pretendent kompetitur hija rregolata mil-liġi tal-Istat li fih jinsab iċ-ċedent. Il-kompatibbiltà bejn ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kunflitt tal-liġijiet stipulati f’dan ir-Regolament u s-soluzzjoni ffavorita fil-livell nazzjonali mill-Konvenzjoni jenħtieġ li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tat-tilwim internazzjonali.

(24)  Fejn iċ-ċedent jibdel ir-residenza abitwali tiegħu bejn ċessjonijiet multipli tal-istess pretensjoni, il-liġi applikabbli jenħtieġ li tkun il-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent fiż-żmien meta wieħed miċ-ċessjonarji jagħmel iċ-ċessjoni tiegħu effettiva għall-ewwel darba fil-konfront ta' partijiet terzi billi jissodisfa r-rekwiżiti skont il-liġi applikabbli abbażi tar-residenza abitwali taċ-ċedent f’dak iż-żmien.

(25)  F’konformità mal-prattika tas-suq u l-bżonnijiet tal-parteċipanti tas-suq, l-effetti fuq partijiet terzi ta’ ċerti ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet jenħtieġ li, bħala eċċezzjoni, jiġu rregolati mil-liġi tal-pretensjoni ċeduta, jiġifieri, il-liġi li tirregola l-kuntratt inizjali bejn il-kreditur u d-debitur li minnu tirriżulta l-pretensjonitagħti lok għall-pretensjoni. [Em. 11]

(26)  Il-liġi tal-pretensjoni ċeduta jenħtieġ li tirregola l-effetti fuq partijiet terzi ta’ ċessjoni minn detentur ta’ kont ta’ flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta' kreditu, fejn id-detentur tal-kont ikun il-kreditur/ċedent u l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun id-debitur. Prevedibbiltà akbar tiġi pprovduta lil partijiet terzi, bħall-kredituri taċ-ċedent u ċ-ċessjonarji kompetituri, jekk il-liġi tal-pretensjoni ċeduta tapplika għall-effetti fuq partijiet terzi ta’ dawn iċ-ċessjonijiet minħabba li ġeneralment jiġi preżunt li l-pretensjoni li jkollu detentur ta’ kont fuq il-flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu tkun irregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn tinsab l-istituzzjoni ta’ kreditu (u mhux bil-liġi tar-residenza abitwali tad-detentur tal-kont/taċ-ċedent). Din il-liġi normalment tintgħażel fil-kuntratt tal-kont bejn id-detentur tal-kont u l-istituzzjoni ta’ kreditu.

(27)  L-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji jenħtieġ li jkunu wkoll suġġetti għal-liġi li tirregola l-pretensjoni ċeduta, jiġifieri, il-liġi li tirregola l-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni (bħal kuntratt tad-derivattivi). Il-fatt li l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji jiġu soġġetti għal-liġi tal-pretensjoni ċeduta minflok għal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent huwa essenzjali sabiex jinżammu l-istabbiltà u l-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji. Dawn jinżammu minħabba li l-liġi li tirregola l-istrument finanzjarju li minnu tirriżulta l-pretensjoni hija l-liġi magħżula mill-partijiet għall-kuntratt jew il-liġi ddeterminata f’konformità mar-regoli mhux diskrezzjonarji applikabbli għas-swieq finanzjarji.

(28)  Jenħtieġ li fid-determinazzjoni tal-liġi applikabbli rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni tiġi pprovduta l-flessibbiltà, sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet tat-titolizzaturi kollha u sabiex tiġi ffaċilitata l-espansjoni tas-suq tat-titolizzazzjoni transfruntier għal operaturi iżgħar. Filwaqt li l-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent jenħtieġ li tapplika bħala r-regola prestabbilita rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni, iċ-ċedent (l-oriġinatur) u ċ-ċessjonarju (l-entità bi skop speċjali) jenħtieġ li jkollhom l-għażla li l-liġi tal-pretensjoni ċeduta tapplika rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet. Iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni għandhom jibqgħu soġġetti għar-regola ġenerali tar-residenza abitwali taċ-ċedent, jew li jagħżlu l-liġi tal-pretensjoni ċeduta fid-dawl tal-istruttura u l-karatteristiċi tat-tranżazzjoni, pereżempju, l-għadd u l-lokazzjoni tal-oriġinaturi u l-għadd ta’ liġijiet li jirregolaw il-pretensjonijiet ċeduti. [Em. 12]

(29)  Kunflitti prijoritarji bejn ċessjonarji tal-istess pretensjoni jistgħu jirriżultaw meta l-effetti fuq partijiet terzi taċ-ċessjonifiċ-ċessjoni jkunu ġew soġġetti għal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent f’ċessjoni waħda u għal-liġi tal-pretensjoni ċeduta f’ċessjoni oħra. F’każijiet bħal dawn, il-liġi applikabbli sabiex jiġi riżolt il-kunflitt prijoritarju jenħtieġ li tkun il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjoni li l-ewwel tkun ġiet effettiva fil-konfront ta' partijiet terzi skont il-liġi applikabbli tagħha. Jekk iż-żewġ ċessjonijiet tal-pretensjonijiet isiru effettivi fil-konfront ta' partijiet terzi fl-istess ħin, jenħtieġ li tipprevali l-liġi tar-residenza abitwali taċ-ċedent. [Em. 13]

(30)  Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali magħżula minn dan ir-Regolament bħala l-liġi applikabbli għall-effetti fuq il-partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet jenħtieġ li jkun uniformi. Il-liġi nazzjonali magħżula bħala applikabbli jenħtieġ li tirregola b’mod partikolari (i) l-effettività taċ-ċessjoni fil-konfront ta' partijiet terzi, jiġifieri, il-passi u l-proċeduri li jeħtieġ li jittieħdu jiġu segwiti miċ-ċessjonarju sabiex jiżgura li jakkwista t-titolu legali fuq il-pretensjoni ċeduta (pereżempju, ir-reġistrazzjoni ta’ ċessjoni ma’ awtorità jew reġistru pubbliku, jew in-notifika bil-miktub ta’ ċessjoni lid-debitur); u (ii) kwistjonijiet prijoritarji, jiġifieri, kunflitti is-soluzzjoni tal-kunflitti bejn diversi pretendenti dwar min għandu t-titolu fuq il-pretensjoni wara li ssir ċessjoni transfruntiera (pereżempju, bejn żewġ ċessjonarji fejn l-istess ċessjoni tkun ġiet ċeduta darbtejn, jew bejn ċessjonarju u kreditur taċ-ċedent). [Em. 14]

(31)  Fid-dawl tal-karattru universali ta’ dan ir-Regolament, il-liġijiet tal-pajjiżi bi tradizzjonijiet legali differenti jistgħu jintgħażlu bħala l-liġi applikabbli. Fejn, wara ċ-ċessjoni ta’ pretensjoni, il-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni jiġi ttrasferit, il-liġi magħżula minn dan ir-Regolament bħala l-liġi applikabbli rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjoni, jenħtieġ li tirregola wkoll kunflitt prijoritarju bejn iċ-ċessjonarju tal-pretensjoni u l-benefiċjarju l-ġdid tal-istess pretensjoni wara t-trasferiment tal-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni. Għall-istess raġuni, il-liġi magħżula minn dan ir-Regolament bħala l-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjoni jenħtieġ li tapplika wkoll, fejn in-novazzjoni tintuża bħala ekwivalenti funzjonali għat-trasferiment ta’ kuntratt, sabiex jiġi solvut kunflitt prijoritarju bejn ċessjonarju ta’ pretensjoni u l-benefiċjarju l-ġdid tal-pretensjoni ekwivalenti funzjonalment wara n-novazzjoni tal-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni.

(32)  Konsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku jiġġustifikaw li l-qrati tal-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġu applikati eċċezzjonijiet ibbażati fuq l-ordni pubbliku u fuq dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti, li jenħtieġ li jiġu interpretati b’mod restrittiv.

(33)  Ir-rispett tal-impenji internazzjonali li jkunu daħlu għalihom l-Istati Membri jfisser li dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stati Membri jkunu parti fil-mument meta dan ir-Regolament jiġi adottat. Sabiex ir-regoli jsiru iktar aċċessibbli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika lista tal-konvenzjonijiet rilevanti fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

(34)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jara li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 17 u 47 li jirrigwardaw rispettivament id-dritt tal-proprjetà u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, kif ukoll l-Artikolu 16 li jirrigwarda l-libertà li wieħed ikollu negozju. [Em. 15]

(35)  Ġaladarba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu għalkollox mill-Istati Membri u jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. L-uniformità mixtieqa tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet marbutin mal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ Regolament, minħabba li Regolament biss jista’ jiżgura interpretazzjoni u applikazzjoni konsistenti tar-regoli fil-livell nazzjonali. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan,

(36)  F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-[Renju Unit] [u] l-[Irlanda] [innotifikaw/innotifika/innotifikat ix-xewqa tagħhom/tiegħu/tagħha li jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti] [mhux se jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex/mhux/mhix marbutin/marbut/marbuta bih jew suġġetti/suġġett/suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu].

(37)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika, f’sitwazzjonijiet li jinvolvu konflitt kunflitt ta’ liġijiet, għall-effetti fuq il-partijiet fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali oħra apparti l-effetti fuq partijiet terzi tal-pretensjoni ċeduta għad-debituri. [Em. 16]

M'għandux japplika, b'mod partikolari, għal kwistjonijiet fiskali, doganali jew amministrattivi.

1a.   Dan ir-regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-ħarsien tal-konsumaturi. [Em. 17]

2.  Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet familjari u relazzjonijiet li huma meqjusin mil-liġi bħala applikabbli għal dawn ir-relazzjonijiet li jkollhom effetti kumparabbli, inklużi obbligi ta’ manteniment;

(b)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn reġimi ta' proprjetà matrimonjali, reġimi ta' proprjetà ta' relazzjonijiet meqjusa mil-liġi applikabbli għal dawn ir-relazzjonijiet bħala li għandhom effett komparabbli ma' dak taż-żwieġu tas-suċċessjoni, inklużi s-sħubijiet irreġistrati, it-testmenti u s-suċċessjoni; [Em. 18]

(c)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kambjali, ċekkijiet, u noti promettenti u minn strumenti negozjabbli oħra sa fejn l-obbligi li jirriżultaw minn dawn l-istrumenti negozjabbli oħra jirriżultaw min-natura negozjabbli tagħhom;

(d)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kwistjonijiet irregolati mil-liġi tal-kumpaniji u korpi oħra, korporattivi jew mhux korporattivi, bħalma huma l-ħolqien, b’reġistrazzjoni jew b'mod ieħor, il-kapaċità ġuridika, l-organizzazzjoni interna jew l-istralċ ta' kumpaniji u korpi oħra, korporattivi jew mhux korporattivi, u r-responsabbiltà personali ta' uffiċjali u membri, bħala tali, għall-obbligi tal-kumpanija jew tal-korp;

(e)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriultaw mill-kostituzzjoni ta' trusts u r-relazzjoni bejn il-kostitwenti, il-fiduċjarji u l-benefiċjarji;

(f)  iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja li jirriżultaw minn operazzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet differenti mill-impriżi imsemmijin fl-Artikolu 2(1) u (3) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), li jkollhom l-għan li jipprovdu benefiċċji lil persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u li jkunu parti minn impriża jew minn grupp ta' impriżi, jew assoċjati ma' sengħa jew ma' grupp ta' snajja', fil-każ ta' mewt jew ta' sopravvivenza jew fil-każ li l-attività titwaqqaf jew tiġi ridotta, jew f'każ ta' mard relatat max-xogħol, jew mal-inċidenti fuq ix-xogħol.

(fa)  iċ-ċessjoni ta' pretensjonijiet matul proċediment kollettiv skont ir-Regolament (UE) 2015/848. [Em. 19]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

(a)  “ċedent” tfisser persuna li titrasferixxi d-dritt tagħha li titlob id-dejn fil-konfront ta' debitur fuq persuna oħra;

(b)  “ċessjonarju” tfisser persuna li tikseb id-dritt li titlob id-dejn fil-konfront ta’ debitur mingħand persuna oħra;

(c)  “ċessjoni” tfisser it-trasferiment volontarju tad-dritt li jintalab id-dejn mingħand debitur. Dan jinkludi t-trasferimenti diretti ta’ pretensjonijiet, tas-surrogi kuntrattwali, tat-trasferimenti ta’ pretensjonijiet permezz ta’ garanzija u rahan jew drittijiet ta’ garanzija oħrajn fuq il-pretensjonijiet;

(d)  “pretensjoni” tfisser d-dritt li jintalab dejn ta’ kwalunkwe natura, sew jekk monetarju jew nonmonetarju, u sew jekk jirriżulta minn obbligi kuntrattwali jew mhux kuntrattwali;

(e)  “effetti fuq partijiet terzi” tfisser effetti proprjetarji, jiġifieri, id-dritt taċ-ċessjonarju li jasserixxi t-titolu legali tiegħu fuq pretensjoni ċeduta lilu fil-konfront ta’ ċessjonarji jew benefiċjarji oħrajn tal-istess pretensjoni jew ta’ pretensjoni ekwivalenti funzjonalment, kredituri taċ-ċedent u partijiet terzi oħrajn bl-esklużjoni tad-debitur; [Em. 20]

(f)  “residenza abitwali” tfisser, għal kumpaniji u korpi oħra, korporattivi jew mhux korporattivi, il-post tal-amministrazzjoni ċentrali; għal persuna fiżika fil-kors tal-eżerċizzju tal-attività tan-negozju tagħha, il-post prinċipali tan-negozju tagħha;

(g)  “istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser impriża kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), inkluż fergħat, skont it-tifsira tal-punt (17) tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-Unjoni, jew f’konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), barra mill-Unjoni fejn tali fergħat ikunu jinsabu fl-Unjoni.

(h)  “flus” tfisser flus kkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu fi kwalunkwe valuta; [Em. 21]

(i)  “strument finanzjarju” tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18).

KAPITOLU II

REGOLI UNIFORMI

Artikolu 3

Applikazzjoni universali

Kwalunkwe liġi speċifikata minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata, kemm jekk hi l-liġi ta’ Stat Membru kif ukoll jekk mhix.

Artikolu 4

Liġi applikabbli

1.  Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-pajjiż li fih iċ-ċedent jkollu ikollu r-residenza abitwali tiegħu fid-data tal-fatti tal-konklużjoni tal-kuntratt ta' ċessjoni.

Fejn iċ-ċedent jibdel ir-residenza abitwali tiegħu bejn żewġ ċessjonijiet tal-istess pretensjoni indirizzati lil ċessjonarji differenti, il-prijorità tad-dritt ta’ ċessjonarju fuq id-dritt ta’ ċessjonarju ieħor għandha tiġi regolata mil-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent fiż-żmien meta ċ-ċessjoni tkun saret effettiva għall-ewwel darba fil-konfront ta’ partijiet terzi oħra skont il-liġi magħżula bħala applikabbli skont l-ewwel subparagrafu.

2.  Il-liġiMinkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-liġi applikabbli għall-pretensjoni ċeduta għandha tirregola l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’:

(a)  flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.);

(b)  pretensjonijiet li jirriżultaw minn strument finanzjarjustrumenti finanzjarji.

3.  Iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għall-pretensjoni ċeduta bħala l-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjonijiet fid-dawl ta’ titolizzazzjoni.

L-għażla tal-liġi għandha ssir b’mod ċar fil-kuntratt ta’ ċessjoni jew permezz ta’ ftehim separat. Il-validità sostantiva u formali tal-att li bih saret l-għażla tal-liġi għandha tkun irregolata mil-liġi magħżula.

4.  Kunflitt prijoritarju bejn iċ-ċessjonarji tal-istess pretensjoni fejn l-effetti fuq partijiet terzi ta’ waħda miċ-ċessjonijiet ikunu rregolati mil-liġi tal-pajjiż li fih iċ-ċedent ikollu r-residenza abitwali tiegħu u l-effetti fuq partijiet terzi f’ċessjonijiet oħrajn li jkunu rregolati mil-liġi tal-pretensjoni ċeduta, għandhom ikunu rregolati mil-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjoni li tkun saret effettiva għall-ewwel darba fil-konfront ta’ partijiet terzi skont il-liġi applikabbli tagħha. Jekk iż-żewġ ċessjonijiet isiru effettiva fil-konfront ta' partijiet terzi fl-istess ħin, għandha tipprevali l-liġi tal-pajjiż li fih iċ-ċedent ikollu r-residenza abitwali tiegħu. [Em. 22]

Artikolu 5

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi applikabbli

Il-liġi applikabbli rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet skont dan ir-Regolament għandha tirregola b’mod partikolari:

(a)  ir-rekwiżiti sabiex tiġi żgurata l-effettività taċ-ċessjoni fil-konfront ta’ partijiet terzi apparti d-debitur, bħal pereżempju l-formalitajiet ta’ reġistrazzjoni jew pubblikazzjoni;

(b)  il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet ta’ ċessjonarju ieħor tal-istess pretensjoni;

(c)  il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet tal-kredituri taċ-ċedent;

(d)  il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet tal-benefiċjarju ta’ trasferiment ta’ kuntratt fir-rigward tal-istess pretensjoni;

(e)  il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet tal-benefiċjarju ta’ novazzjoni ta’ kuntratt fil-konfront ta’ debitur fir-rigward ta’ pretensjoni ekwivalenti.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti

1.  Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti tal-liġi tal-forum.

2.  Id-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti huma dispożizzjonijiet li r-rispett tagħhom ikun meqjus bħala kruċjali minn Stat Membru għas-salvagwardja tal-interessi pubbliċi tiegħu, bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, tant li dawn ikunu applikabbli għal kull sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mil-liġi li b'xi mod ieħor tkun applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjonijiet skont dan ir-Regolament.

2a.  Għandu jingħata effett lid-dispożizzjonijiet mandatarji prevalenti tal-liġi tal-Istat Membru fejn iċ-ċessjoni trid titwettaq, jew twettqet, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet mandatarji prevalenti jagħmlu illegali t-twettiq tal-kuntratt ta' ċessjoni. [Em. 23]

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 7

Ordni pubbliku (ordre public)

L-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tal-liġi, ta' kwalunkwe pajjiż, speċifikata minn dan ir-Regolament tista' tiġi miċħuda biss jekk tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku (ordre public) tal-forum.

Artikolu 8

Esklużjoni ta’ renvoi

L-applikazzjoni tal-liġi ta' kwalunkwe Stat speċifikata minn dan ir-Regolament tfisser l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f'dak l-Istat minbarra r-regoli tad-dritt internazzjonali privat tiegħu.

Artikolu 9

Stati b'aktar minn sistema ġuridika waħda

1.  Meta Stat ikun fih diversi unitajiet territorjali, li kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi proprji tagħha fir-rigward tal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, kull unità territorjali għandha titqies bħala Pajjiż, bl-għan li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament.

2.  Stat Membru li jkollu diversi unitajiet territorjali, li kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi proprji tagħha fir-rigward tal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, ma għandux ikun meħtieġ li japplika dan ir-Regolament għal kunflitti fil-liġijiet li jirriżultaw bejn dawn l-unitajiet territorjali biss.

Artikolu 10

Relazzjoni ma' dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni

Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li, b’rabta ma’ kwistjonijiet partikolari, jistabbilixxu regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet relatati mal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet.

Artikolu 11

Relazzjonijiet mal-konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti

1.  Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stat Membru wieħed jew aktar ikunu partijiet fiż-żmien meta jiġi adottat dan ir-Regolament u li jistabbilixxu regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet relatati mal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet.

2.  Madankollu, dan ir-Regolament għandu, bħal bejn l-Istati Membri, jieħu preċedenza fuq konvenzjonijiet konklużi esklussivament bejn żewġ Stati Membri jew aktar, sa fejn dawn il-konvenzjonijiet ikunu jikkonċernaw kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Lista ta' Konvenzjonijiet

1.  Sa [id-data ta’ applikazzjoni], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1). Wara din id-data, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-denunzji kollha ta' dawn il-konvenzjonijiet.

2.  Fi żmien sitt xhur mill-wasla tan-notifiki msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)  lista tal-konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)  id-denunzji msemmiija fil-paragrafu 1.

Artikolu 13

Klawsola ta' rieżami

Sa ... [ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk ikun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat.

Artikolu 14

Applikazzjoni fil-ħin

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet konklużi fi ... [data ta’ applikazzjoni] jew wara.

2.  Il-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament għandha tiddetermina jekk id-drittijiet ta’ parti terza fir-rigward ta’ pretensjoni ċeduta wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jieħdux prijorità fuq id-drittijiet ta’ terza persuna oħra akkwistati qabel ma dan ir-Regolament isir applikabbli. Fil-każ ta' pretensjonijiet li jikkompetu ma' xulxin abbażi ta' ċessjonijiet, il-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament għandha tiddetermina d-drittijiet taċ-ċessjonarji rispettivi, u dan isir biss fir-rigward ta' ċessjonijiet konklużi wara ... [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. [Em. 24]

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika sa ... [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 303, 29.8.2018, p. 2.
(2) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.
(3) ĠU C 303, 29.8.2018, p. 2.
(4)ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019.
(6) Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6)
(7) Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti ta' kollateral finanzjarju (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).
(8)Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).
(9)Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(10)Ir-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).
(11)Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349-496.
(12)Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
(13)Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ tal-istituzzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).
(14)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(16)Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(17)Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(18)Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.


Programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021- 2027 (il-programm Pericles IV) ***I
PDF 237kWORD 75k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-"programm Pericles IV") (COM(2018)0369 – C8-0240/2018 – 2018/0194(COD))
P8_TA(2019)0087A8-0069/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0369),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0240/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0069/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-‘‘programm Pericles IV”)

P8_TC1-COD(2018)0194


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(1)

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(2)

Billi:

(1)  L-Unjoni u l-Istati Membri intrabtu bl-għan li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala munita unika. Dawn il-miżuri jinkludu l-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex b’hekk tissaħħaħ jiżguraw l-effettività tal-ekonomija tal-Unjoni u tiġi żgurata s-sostenibbiltà jiżguraw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. [Em. 1]

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001(3) jipprevedi skambji ta' informazzjoni, koperazzjoni u assistenza reċiproka, u b' hekk jistabbilixxi qafas armonizzat għall-protezzjoni tal-euro. L-effetti ta ' dan ir-Regolament kienu estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001(4) għal dawk l-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom, sabiex jiġi pprovdut livell ta’ protezzjoni ekwivalenti tal-euro madwar l-Unjoni.

(3)  L-azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-iskambji tal-informazzjoni u tal-persunal, assistenza teknika u xjentifika u taħriġ speċjalizzat jgħinu b’mod sinifikanti biex jipproteġu l-munita unika tal-Unjoni kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex b’hekk jintlaħaq livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, filwaqt li tintwera l-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza l-kriminalità organizzata serja. Tali azzjonijiet jgħinu wkoll biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni u r-rabtiet mal-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata. [Em. 2]

(4)  Il-programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar jikkontribwixxi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li jżid il-fiduċja tagħhom f'dik il-munita u jtejjeb il-protezzjoni tal-euro, speċjalment permezz tad-disseminazzjoni kontinwa tar-riżultati ta' azzjonijiet appoġġati minn dan dak il-programm. [Em. 3]

(4a)   Il-protezzjoni b'saħħitha tal-euro kontra l-iffalsifikar hija komponent ewlieni ta' ekonomija tal-UE sigura u kompetittiva, u hija marbuta direttament mal-objettiv tal-UE li ttejjeb il-funzjonament effiċjenti tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. [Em. 4]

(5)  L-appoġġ fl-imgħoddi għal dawn l-azzjonijiet, permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE(5) u 2001/924/KE(6), li ġew sussegwentement emendati u estiżi bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/75/KE(7), 2006/76/KE(8), 2006/849/KE(9), 2006/850/KE(10) u r-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), għamilha possibbli li jitjiebu l-attivitajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar. L-għanijiet tal-programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-“programm Pericles”) għall-perjodi 2002-2006, 2007-2013 u mill-2014 sal-2017(12) intlaħqu b’suċċess.

(6)  Kuntrarju għall-proċedura standard, ma twettqitx valutazzjoni tal-impatt separata tal-Programm. Dan jista' jiġi spjegat parzjalment bil-fatt li fl-2017 il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm, appoġġata minn rapport indipendenti(13). Minkejja li r-rapport huwa b'mod ġenerali pożittiv dwar il-Programm, jesprimi tħassib dwar l-għadd limitat ta' awtoritajiet kompetenti li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Programm u dwar il-kwalità tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni użati biex jitkejlu r-riżultati tal-Programm. Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Pericles 2020 u l-evalwazzjoni ex ante tiegħu fil-forma ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta tagħha (COM(2018)0369), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-kontinwazzjoni tal- Programmprogramm Pericles 2020 lil hinn mill-2020 għandha jenħtieġ li tkun appoġġata, minħabba l-valur miżjud tiegħu lill-UEtal-Unjoni tiegħu, l-impatt tiegħu fit-tul u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet tiegħu u l-kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. [Em. 5]

(7)  Il-parir li kien hemm fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu kien li l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm Pericles 2020 jenħtieġ li jitkomplew, filwaqt li jitqiesu l-possibbiltajiet tiġi indirizzata l-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, li tkun inkoraġġuta d-differenzjazzjoni tal-benefiċjarji u l-parteċipazzjoni tal-akbar għadd ta' awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi varji fl-attivitajiet tal-Programm, li jitkompla l-iffukar fuq it-theddidiet ta’ falsifikar emerġenti u rikorrenti u li jiġu ssimplifikati l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni. [Em. 6]

(7a)   Ġew identifikati hotspots tal-iffalsifikar f'pajjiżi terzi u l-iffalsifikar tal-euro qed jakkwista dimensjoni internazzjonali li qed tikber; għalhekk, il-bini tal-kapaċità u l-attivitajiet ta' taħriġ li jinvolvu l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li jitqiesu essenzjali għall-kisba tal-protezzjoni effettiva tal-munita unika tal-Unjoni u jenħtieġ li jiġu inkoraġġuti aktar fil-kuntest tal-Programm. [Em. 7]

(8)  Għalhekk jenħtieġ li jiġi adottat Programm ġdid għall-perjodu 2021-2027 (il-programm “Pericles IV”). Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-programm Pericles IV ikun konsistenti u komplimentari ma' programmi u azzjonijiet rilevanti oħra. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-protezzjoni tal-euro mal-partijiet prinċipali involuti, partikolarment mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura mill-Istati Membri, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol, fil-kumitat imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1338/2001, partikolarment fir-rigward tal-iskambju, l-assistenza u t-taħriġ, bl-iskop li jiġi applikat il-programm Pericles IV. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-esperjenza vasta tal-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tat-twettiq tat-taħriġ u l-għoti ta' informazzjoni dwar l-iffalsifikar tal-karti tal-flus tal-euro waqt l-implimentazzjoni tal-Programm. [Em. 8]

(9)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabilità ta’ protagonisti finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u finanzjament effettiv tal-UE.

(10)  Dan ir-Regolament jikkonforma mal-prinċipji tal-valur miżjud u tal-proporzjonalità. Il-programm Pericles IV għandu jenħtieġ li jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex l-euro jkun protett mill-iffalsifikar, mingħajr ma jiġu mimsusa r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, u b'użu iktar effiċjenti tar-riżorsi minn dak li seta’ jsir fil-livell nazzjonali. Azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa u ġġustifikata għax tgħin b' mod ċar lill-Istati Membri biex kollettivament jipproteġu l-euro u tinkoraġġixxi l-użu ta’ strutturi komuni tal-Unjoni sabiex tiżdied il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni f'waqtu u komprensiv bejn l-awtoritajiet kompetenti. [Em. 9]

(11)  Jenħtieġ li l-programm Pericles IV jiġi implimentat skont il-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fi ... [referenza għar-Regolament QFP wara l-2020 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) .../2018].

(12)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni ssupplementati u emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni ssupplementati u emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' programmi ta' ħidma kif previst fl-Artikolu 10 u indikaturi kif previst fl-Artikolu 12 u fl-Anness. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta’ ħidma annwali li jistipulaw il-prijoritajiet, it-tqassim tal-baġit u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-għotjiet għall-azzjonijiet. Il-każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, li fihom iż-żieda fil-kofinanzjament tkun neċessarja sabiex l-Istati Membri jingħataw flessibilità ekonomika ikbar, biex b'hekk ikunu jistgħu jwettqu u jlestu proġetti biex jipproteġu u jissalvagwardjaw l-euro b'mod sodisfaċenti, jenħtieġ li jkunu parti mill-programmi ta' ħidma annwali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(14). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 10]

(13)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju tal-programm Pericles IV, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza ewlieni, skont it-tifsira ta’ [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(14)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013(15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(16) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939(17), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati ħażin u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jista’ jagħmel prosekuzzjoni ta’ frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-EPPO u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA).

(15)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ valutazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV u rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar il-ksib tal-għanijiet tiegħu.

(16)  Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 jenħtieġ li jitħassar.

(17)  Huwa xieraq li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mingħajr interruzzjoni bejn il-programm Pericles 2020 u l-programm Pericles IV u huwa xieraq li d-durata tal-programm Pericles IV tiġi allinjata ma’ Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) ... / ... [li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2021-2027]. Għaldaqstant, il-programm Pericles IV jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Pericles IV, programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar.

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Għanijiet tal-programm

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li ġej:

Li jipprevjeni u jiġġieled kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata, biex b' hekk tissaħħaħ tiġi ppreservata l-integrità tal-muniti u tal-karti tal-flus tal-euro, u dan isaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u tan-negożji fil-ġenwinità ta' dawn il-muniti u l-karti tal-flus, u għalhekk isaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni u tiġi żgurata, filwaqt li jiżgura s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. [Em. 11]

2.  Il-Programm għandu l-għan speċifiku li ġej:

Li jipproteġi l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata, billi jappoġġa u jissupplimenta l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u jassisti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tal-Unjoni fl-isforzi tagħhom sabiex jiżviluppaw bejniethom u mal-Kummissjoni kooperazzjoni mill-qrib u regolari u skambju tal-aħjar prattiki, inklużi, fejn xieraq, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 3

Baġit

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 7 700 000(19) (fi prezzijiet attwali). [Em. 12]

2.  L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

Artikolu 4

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat f’ġestjoni diretta skont [l-aħħar verżjoni tar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(20).]

2.  Il-Programm għandu jkun implimentat mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, permezz ta’ konsultazzjonijiet regolari fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-Programm, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza mal-miżuri rilevanti meħuda minn entitajiet kompetenti oħrajn, b’mod partikolari l-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol u tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-istess miżuri. Għal dan il-għan, meta tkun qed tħejji l-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-attivitajiet eżistenti u ppjanati tal-BĊE u tal-Europol kontra l-falsifikazzjoni u l-frodi relatati mal-euro. [Em. 13]

3.  L-appoġġ finanzjarju taħt il-Programm għal azzjonijiet eliġibbli elenkati fl-Artikolu 6 għandu jieħu l-forma jew ta’:

għotjiet ta' flus; jew

ta’ akkwist pubbliku.

Artikolu 5

Azzjonijiet konġunta

1.  L-azzjonijiet taħt il-Programm jistgħu jiġu organizzati b’mod konġunt mill-Kummissjoni u sħab oħrajn li għandhom kompetenza relevanti, bħal:

(a)  il-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);

(b)  ic-Ċentri Nazzjonali ta ' Analiżi (NACs) u ċ-Ċentri Nazzjonali ta ' Analiżi tal-Muniti (CNACs);

(c)  iċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) u z-zekki ;

(d)  l-Europol, l-Eurojust u l-Interpol;

(e)  l-uffiċċji ċentrali nazzjonali kontra l-iffalsifikar, kif previst fl-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Soppressjoni tal-Falsifikazzjoni tal-Muniti iffirmata f' Ġinevra fl-20 ta ' April 1929(21) u aġenziji oħrajn speċjalizzati fil-prevenzjoni, fid-detezzjoni u fl-infurzar tal-liġi b’konnessjoni mal-iffalsifikar;

(f)  korpi speċjalizzati kkonċernati fil-qasam tat-teknoloġija tad-dupplikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, stampaturi u inċiżuri;

(g)  korpi oħra minbarra dawk imsemmija fil-punti minn (a) sa (f) li joffru kompetenza speċifika, inklużi, fejn xieraq, korpi bħal dawn minn pajjiżi terżi u b'mod partikolari minn Stati aderenti u minn pajjiżi kandidati; kif ukoll

(h)  entitajiet privati li żviluppaw u pprovdew evidenza ta ' għarfien tekniku u timijiet li jispeċjalizzaw fid-detezzjoni ta' karti tal-flus u ta’ muniti ffalsifikati.

2.  Fejn l-azzjonijiet eliġibbli jkunu organizzati b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-BĊE, l-Eurojust, l-Europol jew l-Interpol, l-ispejjeż li jkun hemm għandhom jinqasmu bejniethom. Fi kwalunkwe każ, kull wieħed minnhom għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġi u tal-akkomodazzjoni tal-kelliema mistiedna tiegħu.

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 6

Azzjonijiet eliġibbli

1.  Il-Programm għandu jipprovdi, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-programmi ta ' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10, appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet li ġejjin:

(a)  skambju u disseminazzjoni ta ' informazzjoni, partikolarment permezz tal-organizzazzjoni ta' workshops, laqgħat u seminars inklużi taħriġ, apprendistati b’fokus partikolari u skambji tal-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u azzjonijiet oħra simili. L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun, fost l-oħrajn, immirat lejn:

—  l-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tal-iffalsifikar u l-frodi relatati mal-euro; [Em. 14]

—  il-metodoloġiji għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-iffalsifikar;

—  it-tħaddim ta' bażijiet ta’ data u sistemi ta’ twissija bikrija;

—  l-użu ta' għodda ta' sejbien bl-għajnuna tal-kompjuter; [Em. 15]

—  il-metodi ta' inkjesta u ta’ investigazzjoni;

—  assistenza xjentifika, inkluż il-monitoraġġ ta’ żviluppi ġodda;

—  il-protezzjoni tal-euro barra l-Unjoni;

—  azzjonijiet ta’ riċerka;

—  il-forniment ta' kompetenzi speċifiċi operazzjonali;

(b)  assistenza teknika, xjentifika u operazzjonali kif ikun jidher neċessarju bħala parti mill-programm, inklużi b'mod partikolari:

—  kull miżura xierqa li tistabbilixxi riżorsi għat-tagħlim fuq livell tal-Unjoni, bħal handbook ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bullettini ta' informazzjoni, manwali prattiċi, glossarji u dizzjunarji, bażijiet ta’ data, b'mod speċjali fil-qasam tal-assistenza xjentifika u l-għassa tat-teknoloġija jew applikazzjonijiet tal-kompjuter li joffru appoġġ bħal pereżempju softwer;

—  studji rilevanti b’dimensjoni multidixxiplinarja u transnazzjonali, inkluża r-riċerka dwar karatteristiċi ta’ sigurtà innovattivi;

—  l-iżvilupp ta' strumenti u metodi tekniċi ta' appoġġ li jiffaċilitaw l-azzjonijiet ta' detezzjoni fil-livell tal-Unjoni;

—  appoġġ għall-kooperazzjoni f'operazzjonijiet li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati meta dan l-appoġġ ma jkunx jista' jsir disponibbli minn programmi oħrajn tal-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej; [Em. 16]

(c)  ix-xiri ta’ tagħmir li għandu jintuża minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi speċjalizzati kontra l-iffalsifikar għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, b’konformità mal-Artikolu 10(3).

2.  Il-programm għandu jqis aspetti transnazzjonali u multidixxiplinarji tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar billi jimmira lejn il-parteċipazzjoni tal-gruppi li ġejjin:

(a)  l-impjegati tal-aġenziji involuti fid-detezzjoni tal-iffalsifikar u fil-ġlieda kontrih, b’mod partikolari l-korpi tal-pulizija, tad-dwana u amministrazzjonijiet finanzjarji, skont il-funzjoni speċifika tagħhom fil-livell nazzjonali;

(b)  il-persunal tal-intelligence;

(c)  ir-rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali, taz-zekki, tal-banek kummerċjali u ta' intermedjarji finanzjarji oħrajn, b' mod partikolari fejn għandhom x' jaqsmu l-obbligi tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(d)  l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati speċjalizzati u l-membri tal-ġudikatura f'dan il-qasam;

(e)  kull grupp ieħor ta' speċjalisti kkonċernat (bħal pereżempju, kmamar tal-kummerċ u tal-industrija jew strutturi simili li joffru aċċess lill-intrapriżi żgħar u medji, bejjiegħa bl-imnut u kumpaniji responsabbli għat-transitu ta' flus kontanti.

3.  Il-gruppi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinkludu parteċipanti minn pajjiżi terzi, jekk dan ikun importanti għat-twettiq tal-għanijiet previsti fl-Artikolu 2. [Em. 17]

KAPITOLU III

GĦOTJIET

Artikolu 7

Għotjiet

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Għall-azzjonijiet implimentati permezz ta’ għotjiet, ix-xiri ta’ tagħmir m’għandux ikun l-uniku komponent tal-ftehim tal-għotja.

Artikolu 8

Rati ta’ kofinanzjament

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet mogħtija skont il-Programm m’għandhiex tkun aktar minn 75 % tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati li huma ddefiniti fil-programmi ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10, ir-rata ta’ kofinanzjament m’għandhiex tkun iktar minn 90 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 9

Entitajiet eliġibbli

Il-korpi eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

KAPITOLU IV

PROGRAMMAR, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 10

Programmi ta’ ħidma

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 11, biex tadotta programmi ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 18]

2.  Għall-għotjiet, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju, il-programm ta’ ħidma għandu jispeċifika l-kriterji tal-għażla u tal-għoti essenzjali u r-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament.

Artikolu 11

Eżerċizzju ta’ delega

1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħa ta' setgħa msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 10(1) u 12(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027. [Em. 19]

3.  Id-delega ta' setgħa ta’ setgħa msemmija fl-Artikolufl-Artikoli 10(1) u 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. [Em. 20]

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, kif ukoll rappreżentanti mill-BĊE u mill-Europol. [Em. 21]

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12

Monitoraġġ

1.  L-indikaturi biex jirrappurtaw dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għan speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2 huma stipulati fl-Anness għal din il-proposta.

2.  Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 11, biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, inkluż permezz ta’ emendi għall-Anness sabiex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ għall-finijiet tal-evalwazzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni annwali dwar ir-riżultati tal-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), filwaqt li tqis l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi stabbiliti fl-Anness ta’ din il-proposta. [Em. 22]

4.  Il-pajjiżi parteċipanti u benefiċjarji oħrajn għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data u bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun possibbli li jsiru l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Programm.

Artikolu 13

Evalwazzjoni

1.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. [Em. 23]

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà it-trasparenza u l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi inkluż lill-midja u lill-pubbliku. [Em. 24]

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati lill-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 15

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 jitħassar b'effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, skont ir-Regolament (UE) Nru 331/2014, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

INDIKATURI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-PROGRAMM

Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu, b'kostijiet u piżijiet amministrattivi minimi, safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bil-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin: [Em. 25]

(a)  L-għadd ta’ euro foloz misjubaStati Membri u pajjiżi terzi, li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom ipparteċipaw fl-attivitajiet taħt il-Programm; [Em. 26]

(b)  L-għadd ta’ workshops illegali żarmati; kif ukollparteċipanti u r-rata ta' sodisfazzjon tagħhom kif ukoll kwalunkwe feedback ieħor li setgħu taw dwar l-utilità tal-attivitajiet taħt il-Programm; [Em. 27]

(c)  Il-feedback tal-parteċipanti fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-ProgrammL-informazzjoni li tkun waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-għadd ta' euro foloz individwati u l-għadd ta' workshops illegali żarmati b'konsegwenza diretta ta' kooperazzjoni mtejba permezz tal-Programm. [Em. 28]

Id-data u l-informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandhom jinġabru kull sena mill-atturi li ġejjinmill-Kummissjoni u mill-benefiċjarji tal-Programm. [Em. 29]

—  il-Kummissjoni għandha tiġbor data għan-numru ta’ muniti tal-euro foloz u karti tal-flus;

—  il-Kummissjoni għandha tiġbor data għall-għadd ta’ workshops tal-iffalsifikar żarmati;

—  il-Kummissjoni u l-benefiċjarji tal-Programm għandhom jiġbru d-data għall-feedback mill-parteċipanti rigward l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm

(1)ĠU C 378, 19.10.2018, p. 2.
(2)Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019.
(3)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6).
(4)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 11).
(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE tas-17 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) (ĠU L 339, 21.12.2001, p. 50).
(6)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/924/KE tas-17 ta’ Diċembru 2001 li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi skambju, għajnuna u programm ta’ taħriġ għall-protezzjoni ta'l-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles”) għall-Istati Membri li għadhom m'addottawx l-euro bħala munita unika (ĠU L 339, 21.12.2001, p. 55).
(7)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/75/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-Euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm Pericles) (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 40).
(8)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/76/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 li testendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/75/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm Pericles) (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 42).
(9)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/849/KE tat-20 ta’ Novembru 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 28).
(10)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/850/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li testendi għall-Istati Membri li mhumiex parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/849/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 30).
(11)Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2001/924/KE, 2006/75/KE, 2006/76/KE, 2006/849/KE u 2006/850/KE (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1).
(12)Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Pericles 2020 tas-6.12.2017 (COM(2017)0741 final).
(13) SWD(2017)0444 final u Ares(2917)3289297 '30/06/2017.
(14) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(15)ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1
(16)ĠU L 292, 15.11.1996, p.2.
(17)ĠU L 283, 31.10.2017, p.1.
(18) Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(19) Ammont indikattiv biss, skont il-QFP ġenerali.
(20) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(21)Serje ta’ Trattati tal-Lega tan-Nazzjonijiet Nru 2623 (1931), p. 372.


Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Singapore ***
PDF 118kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (07971/2018 – C8-0446/2018 – 2018/0093(NLE))
P8_TA(2019)0088A8-0053/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07971/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (07972/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0446/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019(2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0053/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Singapore.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017, 2/15, ECLI:EU:C:2017:376.
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0089.


Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Singapore (riżoluzzjoni)
PDF 139kWORD 55k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (07971/2018 – C8-0446/2018 – 2018/0093M(NLE))
P8_TA(2019)0089A8-0048/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07971/2018),

–  wara li kkunsidra t-test propost għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (FTA) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (Singapore), li fil-biċċa l-kbira tiegħu jirrifletti l-ftehim mibdi fl-20 ta' Settembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (COM(2018)0194),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207(4), 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0446/2018),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u Singapore li se jiġi ffirmat fid-19 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017, skont l-Artikolu 218(11) tat-TFUE, mitluba mill-Kummissjoni fl-10 ta' Lulju 2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titlu "Kummerċ għal Kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment'',

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2009 li jiġu segwiti negozjati bilaterali tal-FTA ma' stati membri individwali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), l-ewwel wieħed minnhom ikun Singapore,

–  wara li kkunsidra d-direttivi ta' negozjati tat-23 ta' April 2007 għal FTA interreġjonali mal-istati membri tal-ASEAN,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-TFUE, b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100, 168 u 207 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019(3) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0048/2019),

A.  billi l-UE u Singapore jikkondividu valuri importanti, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali u lingwistika u impenn qawwi għal kummerċi miftuħ u bbażat fuq ir-regoli u għal sistema kummerċjali multilaterali;

B.  billi dan huwa l-ewwel ftehim kummerċjali bilaterali konkluż bejn l-UE u stat membru tal-ASEAN u pass importanti lejn l-objettiv finali li huwa FTA interreġjonali; billi l-ftehim se jservi wkoll bħala punt ta' riferiment għall-ftehimiet li l-UE qed tinnegozja bħalissa ma' ekonomiji ewlenin oħra tal-ASEAN;

C.  billi fi ħdan ir-reġjun tal-ASEAN, Singapore huwa bil-bosta l-akbar sieħeb tal-UE, u jirrappreżenta ftit anqas minn terz tal-kummerċ f'oġġetti u f'servizzi bejn l-UE u l-ASEAN, u bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tal-investiment bejn iż-żewġ reġjuni;

D.  billi l-kummerċ bejn l-UE u Singapore jammonta għal aktar minn EUR 50 biljun fis-sena;

E.  billi 90 % tat-tkabbir ekonomiku dinji tal-ġejjieni huwa mbassar li se jiġi ġġenerat barra mill-Ewropa u b'mod partikolari fl-Asja;

F.  billi Singapore huwa parti mill-Ftehim Komprensiv u Progressiv tas-Sħubija Trans-Paċifika (CPTPP) u man-negozjati li għaddejjin dwar is-Sħubija Ekonomika Komprensiva Reġjonali (RCEP);

G.  billi Singapore għandu ekonomija bi dħul għoli b'introjtu nazzjonali gross ta' USD 52 600 per capita mill-2017; billi t-tkabbir ekonomiku tiegħu kien fost l-ogħla fid-dinja, b'medja annwali ta' 7,7 % mill-indipendenza 'l hawn;

H.  billi Singapore jikklassifika fost l-aktar pajjiżi faċli fid-dinja biex jinnegozjaw, huwa wieħed mill-ekonomiji l-aktar kompetittivi fid-dinja u huwa wieħed mill-anqas korrotti fid-dinja kollha;

I.  billi l-manifattura, b'mod partikolari l-elettronika u l-mekkanika preċiża, u s-settur tas-servizzi jibqgħu ż-żewġ pilastri tal-ekonomija ta' valur miżjud għoli ta' Singapore;

J.  billi Singapore huwa attur globali fis-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni;

K.  billi aktar minn 10 000 kumpanija Ewropea għandhom l-uffiċċji reġjonali tagħhom f'Singapore u joperaw f'ambjent ta' sikurezza u ċertezza tad-dritt; billi madwar 50 000 kumpanija Ewropea jesportaw lejn Singapore, li minnhom 83 % huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);

L.  billi l-EUSFTA x'aktarx se jkollu effett pożittiv ħafna fuq il-flussi tal-kummerċ u tal-investiment bejn l-UE u Singapore; billi studju tal-2018 imħejji għall-Parlament Ewropew ikkalkula li, matul l-ewwel ħames snin, il-volum tan-negozju bejn l-UE u Singapore se jikber b'10 %;

M.  billi ekonomiji ewlenin oħra bħall-Ġappun, l-Istati Uniti u ċ-Ċina diġà għandhom fis-seħħ FTAs ma' Singapore, biex b'hekk l-Unjoni Ewropea titpoġġa fi żvantaġġ kompetittiv;

N.  billi l-valutazzjoni tal-impatt għall-kummerċ u s-sostenibbiltà dwar l-FTA bejn l-UE u l-ASEAN tal-2009 ikkonkludiet li dan l-FTA bilaterali se jkun ta' benefiċċju reċiproku f'termini ta' introjtu nazzjonali, il-PDG u l-impjiegi; billi ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibbiltà u l-kummerċ speċifikament għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u Singapore u għal perjodu aktar reċenti;

O.  billi l-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-FTA bejn l-UE u Singapore mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea fl-2013 iddikjarat li l-PDG ta' Singapore jista' jiżdied b'0,94 %, jew EUR 2,7 biljun, u l-PDG tal-UE b'EUR 550 miljun;

1.  Jilqa' l-iffirmar tal-FTA fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2018;

2.  Jenfasizza li n-negozjati oriġinarjament ġew konklużi fl-2012 u kienu bbażati fuq id-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill għal FTA bejn l-UE u l-ASEAN adottat f'April 2007; jiddispjaċih dwar id-dewmien fit-tressiq tal-ftehim għal ratifika li kien dovut, fost fatturi oħra, għat-talba tal-Kummissjoni għal opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar jekk il-kwistjonijiet koperti mill-ftehim jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE jew taħt il-kompetenza kondiviża; jilqa' b'sodisfazzjon iċ-ċarezza ġuridika li ġiet ipprovduta mill-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u jqis li dan saħħaħ ir-rwol leġittimu demokratiku tal-Parlament Ewropew u pprovda ċarezza dwar il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tal-politika kummerċjali; jilqa' l-impenn kontinwu ta' Singapore minkejja dan id-dewmien u jitlob id-dħul fis-seħħ rapidu tal-ftehim ladarba jiġi ratifikat mill-Parlament;

3.  Iqis li huwa vitali li l-UE tibqa' fuq quddiem nett ta' sistema kummerċjali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, u jilqa' l-fatt li 10 snin mill-bidu tan-negozjati, l-FTA bejn l-UE u Singapore issa huwa element importanti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jilħqu b'mod attiv sħab globali oħra fit-twettiq kontinwu ta' aġenda ambizzjuża u globali dwar il-kummerċ ġust u miftuħ, filwaqt li jittieħdu tagħlimiet mill-FTA ma' Singapore u jibbażaw fuqu;

4.  Jisħaq fuq l-importanza ekonomika u strateġika ta' dan il-ftehim, peress li Singapore huwa ċentru ewlieni għar-reġjun kollu tal-ASEAN; iqis li dan il-ftehim huwa pass importanti u se jistabbilixxi preċedent għal ftehimiet kummerċjali u ta' investiment ma' Stati Membri oħra tal-ASEAN, u li dan huwa pass 'il quddiem għal ftehim kummerċjali futur interreġjonali; jenfasizza wkoll li dan il-ftehim se jevita li l-esportaturi tal-UE jkunu fi żvantaġġ kompetittiv fir-rigward ta' negozji mill-pajjiżi l-oħra CPTPP u RCEP; jilqa' l-fatt li l-konklużjoni ta' dan il-ftehim, bħala parti mill-aġenda globali tal-UE dwar il-kummerċ ġust u miftuħ, mhux biss twassal għal benefiċċji kbar għall-konsumaturi, iżda wkoll għall-impjegati;

5.  Jinnota li Singapore diġà kien neħħa ħafna mit-tariffi tiegħu fuq prodotti tal-UE u li meta dan il-ftehim jidħol fis-seħħ se jelimina kompletament dawk il-ftit li baqa';

6.  Jilqa' l-fatt li Singapore se jneħħi ċerti miżuri li jistgħu jikkostitwixxu f'ostakoli għall-kummerċ bħal testijiet doppji ta' sikurezza fuq il-karozzi, il-parts tal-karozzi u l-elettronika, b'hekk l-esportazzjoni ta' beni minn negozji tal-UE lejn Singapore se tiġi ssimplifikata;

7.  Jissottolinja li l-ftehim se jipprovdi aċċess aħjar lill-kumpaniji tal-UE għas-suq tas-servizzi ta' Singapore bħal fis-servizzi finanzjarji, tat-telekomunikazzjonijiet, tal-inġinerija, arkitettoniċi, tat-trasport marittimu u tal-posta, u li tali liberalizzazzjoni ssegwi approċċ ta' "lista pożittiva";

8.  Ifakkar, fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji, li l-ftehim jinkludi klawsola ta' konċessjoni prudenzjali li tippermetti lill-Partijiet jadottaw jew iżommu miżuri għal raġunijiet prudenzjali, u b'mod partikolari li jipproteġu lid-depożitanti u lill-investituri, u li jiżguraw l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji tal-Partijiet;

9.  Jilqa' l-fatt li, fil-21 ta' Ġunju 2017, Singapore ffirma l-Ftehim Multilaterali tal-Awtorità Kompetenti Multilaterali (MCAA) għall-implimentazzjoni tal-istandard globali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni għal finijiet ta' taxxa, u n-notifika tiegħu lill-OECD fit-30 ta' Ġunju 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li jattiva skambji awtomatiċi skont dak il-ftehim mal-Istati Membri kollha tal-UE peress li ma kien hemm l-ebda ftehim bilaterali fis-seħħ dwar l-istess għan; jinnota li Singapore mhuwiex fuq "il-lista s-sewda" u lanqas fuq "il-lista ta' sorveljanza" tal-lista tal-Grupp dwar il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx, għalkemm ġie ikkritikat minn xi NGOs talli offra inċentivi fiskali lill-kumpaniji;

10.  Jenfasizza l-aċċess imtejjeb skont dan il-ftehim għas-suq tal-akkwist pubbliku ta' Singapore meta mqabbel mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA); jenfasizza li l-kriterji soċjali u ambjentali għandhom jitqiesu wkoll fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku; jenfasizza li, kemm fl-UE kif ukoll f'Singapore, l-akkwist pubbliku jrid ikompli jaqdi l-aħjar interessi taċ-ċittadini;

11.  Jilqa' l-fatt li Singapore qabel li jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni tal-indikaturi ġeografiċi li se tipproteġi madwar 190 indikazzjoni ġeografika tal-UE, bil-possibbiltà li jiżdiedu aktar fi stadju aktar tard; ifakkar li fl-2016, l-UE esportat EUR 2,2 biljun fi prodotti agroalimentari lejn Singapore, u jinnota li Singapore huwa l-ħames l-akbar suq fl-Asja għal esportazzjonijiet tal-ikel u x-xorb tal-UE, b'hekk joffri opportunitajiet sinifikanti għall-bdiewa u l-produtturi agroalimentari tal-UE; jilqa', għalhekk, l-impenn ta' Singapore f'dan il-ftehim li jżomm żero dazji fuq il-prodotti agroalimentari, u t-twaqqif ta' sistema għaċ-ċertifikazzjoni ta' stabbilimenti tal-UE li jipproduċu l-laħam u li jfittxu li jesportaw lejn Singapore; jiddispjaċih, madankollu, li l-ftehim ma joffrix protezzjoni awtomatika għall-196 indikatur ġeografiku tal-UE inklużi fl-Anness għall-Kapitolu dwar id-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali, peress li l-indikaturi ġeografiċi kollha – irrispettivament mill-oriġini – jeħtieġ li jiġu eżaminati u ppubblikati (u eventwalment jgħaddu minn perjodu ta' oppożizzjoni), skont il-proċedura ta' reġistrazzjoni f'Singapore, sabiex jiġu protetti; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni dwar l-indikaturi ġeografiċi, li tistabbilixxi r-reġistru tal-indikaturi ġeografiċi ta' Singapore u l-proċedura ta' reġistrazzjoni tal-indikaturi ġeografiċi, se tidħol fis-seħħ wara r-ratifika tal-ftehim mill-Parlament; jistieden lill-awtoritajiet ta' Singapore jibdew jaħdmu immedjatament fuq il-proċedura ta' reġistrazzjoni u jistabbilixxu malajr ir-reġistru u jdaħħluh fis-seħħ mar-ratifika tal-ftehim mill-Parlament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem b'mod intensiv mal-awtoritajiet ta' Singapore sabiex jiġi żgurat li l-ogħla numru ta' indikaturi ġeografiċi tal-UE jiġi protett f'konformità mat-termini ta' protezzjoni stabbiliti fl-FTA, mingħajr ebda eċċezzjoni jew limitazzjoni (inklużi annessi jew noti f'qiegħ il-paġna);

12.  Jenfasizza li l-ftehim jirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri fil-livelli kollha biex jiddefinixxu u jipprovdu servizzi pubbliċi, u dan ma jżommx lill-gvernijiet milli jġibu kwalunkwe servizz privatizzat lura fis-settur pubbliku;

13.  Jissottolinja li l-ftehim jissalvagwardja d-dritt tal-UE li żżomm u tapplika l-istandards proprji tagħha għall-prodotti u s-servizzi kollha mibjugħa fl-UE u għaldaqstant l-importazzjonijiet kollha minn Singapore jridu jirrispettaw l-istandards tal-UE; jenfasizza li l-istandards tal-UE m'għandhom qatt jitqiesu bħala ostakli għall-kummerċ u jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' dawn l-istandards fuq livell globali; jenfasizza li xejn fil-ftehim ma jipprevjeni l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

14.  Jenfasizza l-importanza ta' politika kummerċjali bbażata fuq il-valuri u responsabbli u l-ħtieġa li jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli; jilqa' il-fatt, għalhekk, li ż-żewġ Partijiet impenjaw ruħhom fil-kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD) biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u tax-xogħol u li b'hekk dan jista' jitqies bħala ftehim kummerċjali progressiv; jinnota li l-ftehim jinkludi wkoll kapitolu dwar l-ostakli mhux tariffarji fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli; jirrimarka li l-ftehim bejn l-UE u Singapore jista' jkun strument għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex jaċċellera u jintensifika l-azzjoni u l-investiment meħtieġa għal futur sostenibbli b'livell baxx ta' karbonju; jistieden lill-UE u lil Singapore jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jimplimentaw l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

15.  Ifakkar li l-Partijiet impenjaw ruħhom li jagħmlu sforzi sostnuti biex jirratifikaw u jimplimentaw b'mod effikaċi l-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO; jieħu nota tal-informazzjoni pprovduta sa issa mill-Gvern ta' Singapore fir-rigward tal-konformità tiegħu ma' tliet konvenzjonijiet tal-ILO fundamentali pendenti, jiġifieri dawk dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, dwar id-Diskriminazzjoni u x-Xogħol Furzat, u jappella lil Singapore jkompli jinvolvi ruħu mal-ILO bil-ħsieb li jsir progress lejn allinjament sħiħ mal-kontenut tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar biex iwettaq ir-ratifika tagħhom f'perjodu raġonevoli;

16.  Jilqa' l-impenn biex jiġu implimentati b'mod effettiv il-ftehimiet ambjentali multilaterali bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u s-sajd;

17.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni regolatorja hija volontarja u bl-ebda mod ma għandha tillimita d-dritt ta' regolamentazzjoni;

18.  Iħeġġeġ lill-Partijiet jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-benessri tal-annimali u, mill-aktar fis possibbli u wara d-dħul fis-seħħ tal-FTA, jistabbilixxu grupp ta' ħidma konġunt biex jintlaħaq qbil dwar pjan ta' azzjoni li jindirizza s-setturi rilevanti bħall-benessri tal-ħut fl-akkwakultura;

19.  Jenfasizza li l-involviment tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehim huwa kruċjali u jappella għall-istabbiliment rapidu ta' gruppi konsultattivi domestiċi wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim u għal rappreżentanza bbilanċjata tas-soċjetà ċivili fihom; jistieden lill-Kummissjoni talloka biżżejjed fondi li jiffunzjonaw b'mod effikaċi u tipprovdi appoġġ biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni kostruttiva tas-soċjetà ċivili;

20.  Jinnota li l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u Singapore jipprevedi l-possibbiltà li l-UE tissospendi l-FTA f'każ ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem minn Singapore;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża tajjeb il-klawsola ta' rieżami ġenerali tal-ftehim mill-aktar fis possibbli sabiex tissaħħaħ l-eżegwibilità tad-dispożizzjonijiet dwar ix-xogħol u dawk ambjentali, inkluż permezz ta' analiżi tal-metodi differenti ta' infurzar ta' mekkaniżmu bbażat fuq sanzjonijiet bħala l-aħħar rimedju;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika ta' Singapore.

(1) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 30.
(2) ĠU C 35, 31.1.2018, p. 21.
(3) Testi adottati, P8_TA(2019)0088.


Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Singapore ***
PDF 119kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (07979/2018 – C8-0447/2018 – 2018/0095(NLE))
P8_TA(2019)0090A8-0054/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07979/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (07980/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0447/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019(2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0054/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Singapore.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017, 2/15, ECLI:EU:C:2017:376.
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0091.


Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Singapore (riżoluzzjoni)
PDF 137kWORD 54k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (07979/2018 – C8-0447/2018 – 2018/0095M(NLE))
P8_TA(2019)0091A8-0049/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07979/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore min-naħa l-oħra (07980/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C8-0447/2018),

–  wara li kkunsidra d-direttivi ta' negozjati tat-23 ta' April 2007 għal ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Istati Membri u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2009 li jiġu segwiti negozjati bilaterali għal ftehim ta' kummerċ ħieles ma' stati membri individwali tal-ASEAN, l-ewwel wieħed minnhom ikun Singapore,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonali(1),

–  wara li kkunsidra l-modifiki tat-12 ta' Settembru 2011 tad-direttivi ta' negozjati inizjali, bl-għan li Kummissjoni tkun awtorizzata tinnegozja dwar l-investiment,

–  wara li kkunsidra Regolament (UE) Nru 1219/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi arranġamenti transizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Kummerċ għal Kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment'' (COM(2015)0497),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017 fil-proċedura 2/15(4), mitluba mill-Kummissjoni fl-10 ta' Lulju 2015, skont l-Artikolu 218(11) tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħi tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar il-kontribut tal-UE għal Strument Vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra b'karatteristiċi transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem(5),

–  wara li kkunsidra r-Regoli tal-Kummissjoni tan-NU dwar il-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ (UNCITRAL) dwar it-Trasparenza f'Arbitraġġ ibbażat fuq Trattat bejn l-Investituri u l-Istat,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-TFUE, b'mod partikolari l-Ħames Parti, it-Titoli I, II u V tiegħu, speċifikament l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019(6) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0049/2019),

A.  billi l-UE u Singapore jikkondividu l-istess valuri fundamentali, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali u lingwistika u impenn b'saħħtu favur kummerċ ibbażat fuq ir-regoli fi ħdan sistema kummerċjali multilaterali;

B.  billi l-UE hija riċevitur u sors ewlieni ta' investiment dirett barrani madwar id-dinja;

C.  billi Singapore huwa t-tmien l-akbar destinazzjoni tal-investiment dirett barrani tal-UE u jinsab fl-ewwel post fir-reġjun tal-ASEAN;

D.  billi Singapore huwa bil-bosta l-akbar sieħeb tal-UE fir-reġjun, u jirrappreżenta ftit inqas minn terz tal-kummerċ f'merkanzija u servizzi bejn l-UE u l-ASEAN, u bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tal-investimenti kollha bejn iż-żewġ reġjuni. billi aktar minn 10 000 kumpanija Ewropea għandhom l-uffiċċji reġjonali tagħhom f'Singapore u joperaw b'konswetudni f'kuntest ta' sigurtà u ċertezza ġuridika;

E.  billi Singapore huwa l-post ewlieni ta' investiment Ewropew fl-Asja, bi stokkijiet ta' investiment bilaterali li laħqu l-ammont ta' EUR 256 biljun fl-2016;

F.  billi bħalissa hemm aktar minn 3 000 trattat internazzjonali ta' investiment fis-seħħ, u l-Istati Membri tal-UE huma parti għal madwar 1 400 trattat;

G.  billi dan huwa l-ewwel ftehim unikament dwar "il-protezzjoni tal-investiment" konkluż bejn l-UE u pajjiż terz wara diskussjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-arkitettura l-ġdida tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE abbażi tal-opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) tas-16 ta' Mejju 2017;

H.  billi fid-dawl tal-approċċ il-ġdid tal-UE dwar il-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmu ta' infurzar tagħha, is-sistema ta' qorti tal-investiment (ICS), fl-2017, Singapore qabel li jirrieżamina d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment innegozjati fl-2014, b'hekk li jinfetaħ mill-ġdid ftehim magħluq;

I.  billi l-ftehim jibni fuq id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment li huma nklużi fil-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada, li ġie rratifikat mill-Parlament fil-15 ta' Frar 2017;

J.  billi fis-6 ta' Settembru 2017, il-Belġju talab għal opinjoni tal-QtĠ-UE dwar il-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet tas-CETA dwar l-ICS mat-Trattati tal-UE;

K.  billi l-ekonomiji żviluppati b'ġudikaturi li jiffunzjonaw tajjeb iwasslu biex tingħata anqas importanza għal bżonn ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat, għalkemm dawn il-mekkaniżmi jistgħu jiżguraw soluzzjoni aktar rapida tat-tilwim; billi, madankollu, l-istabbiliment ta' qorti ta' investiment multilaterali indipendenti tqawwi l-fiduċja fis-sistema u ċ-ċertezza ġuridika;

L.  billi l-ftehim se jissostitwixxi t-trattati bilaterali fuq l-investiment bejn 13-il Stat Membru tal-UE u Singapore, li ma jinkludux l-approċċ il-ġdid tal-UE għall-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmu ta' infurzar tagħha (ICS);

M.  billi l-partijiet impenjaw ruħhom li jfittxu li jiksbu qorti multilaterali tal-investiment, inizjattiva appoġġata bis-sħiħ mill-Parlament;

N.  billi fl-20 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-direttivi ta' negozjati li jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem l-UE, konvenzjoni li tistabbilixxi qorti multilaterali għas-soluzzjoni ta' tilwim dwar l-investiment. billi dawn id-direttivi ta' negozjati ġew ippubblikati;

O.  billi l-UE kkonkludiet ftehim simili dwar il-protezzjoni tal-investiment mal-Vjetnam, li ġie adottat mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ottubru 2018;

1.  Jilqa' l-approċċ il-ġdid tal-UE lejn il-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmu ta' infurzar (ICS) tiegħu, li jieħu post kemm tas-soluzzjoni kontroversjali ta' tilwim bejn investituri u stati (ISDS), li tindirizza uħud min-nuqqasijiet tal-proċess, u wkoll tal-proċessi individwali segwiti mill-Istati Membri tal-UE fit-trattati bilaterali fuq l-investiment (BITs);

2.  Jikkunsidra li huwa essenzjali li l-ftehim se jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-investiment, ta' trasparenza u kontabbiltà, filwaqt li jissalvagwardja d-dritt taż-żewġ partijiet li jirregolaw u li jsegwu objettivi leġittimi ta' politika pubblika, bħas-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-ambjent, fil-livelli kollha ta' gvern; jenfasizza li jekk parti waħda tirregola b'tali mod li din taffettwa investiment b'mod negattiv jew tindaħal fl-aspettattivi ta' profitt tal-investitur, dan fih innifsu ma jkunx jirrappreżenta ksur tal-istandards ta' protezzjoni tal-investiment u għalhekk ma jkun jirrikjedi l-ebda kumpens; jenfasizza li l-ftehim, bl-ebda mod ma għandu jillimita l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u tad-drittijiet tat-trade unions;

3.  Jenfasizza li l-ftehim jiggarantixxi li l-investituri tal-UE f'Singapore mhumiex se jiġu diskriminati fil-konfront ta' investituri Singaporjani, u jipproteġihom b'mod xieraq minn esproprjazzjoni illeġittima;

4.  Ifakkar li s-sistema ta' qorti tal-investiment tipprevedi l-istabbiliment ta' Tribunal tal-Investiment tal-Prim'Istanza Permanenti u Tribunal tal-Appell, li l-membri tagħhom jeħtieġ li jkollhom kwalifiki komparabbli għal dawk li għandhom imħallfin tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, inkluż għarfien espert fid-dritt internazzjonali pubbliku u mhux biss fid-dritt kummerċjali, u jeħtieġ li jissodisfaw regoli stretti ta' indipendenza, integrità u imġiba etika permezz ta' kodiċi ta' kondotta vinkolanti mfassal biex jipprevjeni kunflitti ta' interess;

5.  Jilqa' l-fatt li r-regoli ta' trasparenza se japplikaw għall-proċedimenti quddiem it-tribunali, id-dokumenti tal-każ se jkunu disponibbli pubblikament u s-seduti ta' smigħ se jsiru fil-pubbliku; jemmen li aktar trasparenza se tgħin biex titnissel il-fiduċja tal-pubbliku fis-sistema; jilqa' barra minn hekk, iċ-ċarezza rigward ir-raġunijiet li għalihom investitur jkun jista' jissottometti talba, li tiżgura trasparenza addizzjonali u l-ekwità tal-proċess;

6.  Jenfasizza li partijiet terzi, bħal pereżempju l-organizzazzjonijiet tax-xogħol u tal-ambjent, ma għandhom l-ebda status ġuridiku quddiem it-tribunali u għalhekk ma jistgħux jipparteċipaw bħala partijiet affettwati biex jinfurzaw l-obbligi tal-investituri, iżda jistgħu jikkontribwixxu għall-proċedimenti tal-ICS permezz ta' osservazzjonijiet amicus curiae; jissottolinja l-fatt li l-qorti tal-investiment għadha tikkostitwixxi sistema distinta għall-investituri barranin biss;

7.  Jenfasizza li m'għandux ikun possibbli li ssir għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni (forum shopping) u li jridu jiġu evitati proċedimenti multipli u paralleli;

8.  Ifakkar li l-ftehim jibni b'mod sinifikanti fuq id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment fis-CETA, peress li huwa jinkorpora d-dispożizzjonijiet dwar obbligi għal ex imħallfin, kodiċi ta' kondotta li jipprevjeni kunflitti ta' interess u Tribunal ta' Appell li jiffunzjona bis-sħiħ fil-mument tal-konklużjoni tiegħu;

9.  Jilqa' l-impenn ta' Singapore għall-istabbiliment ta' qorti multilaterali tal-investiment, qorti internazzjonali pubblika u indipendenti li se tingħata s-setgħa li tisma' każijiet ta' tilwim dwar investimenti bejn investituri u stati, li jkunu aċċettaw il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tat-trattati bilaterali fuq l-investiment, u li l-għan aħħari tagħha jrid ikun li tirriforma u tieħu post ir-reġim żbilanċjat, li jiswa' ħafna flus, u frammentat kurrenti ta' protezzjoni tal-investiment; iqis li l-ftehim huwa pass kruċjali lejn dan l-għan; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tilħaq lil pajjiżi terzi bil-għan li tistabbilixxi, malajr kemm jista' jkun, il-qorti multilaterali tal-investiment;

10.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li jippubblika d-direttivi ta' negozjati tal-20 ta' Marzu 2018 dwar il-qorti multilaterali tal-investiment, u jistieden lill-Kunsill jippubblika d-direttivi ta' negozjati kollha preċedenti u futuri dwar il-ftehimiet ta' kummerċ u investiment immedjatament wara li jiġu adottati, bil-għan li jiżdiedu t-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku;

11.  Jenfasizza l-fatt li l-ftehim se jieħu post il-BITs eżistenti bejn 13-il Stat Membru tal-UE u s-Singapore biex b'hekk tingħata koerenza akbar mill-BITs, li huma msejsa fuq dispożizzjonijiet skaduti dwar il-protezzjoni tal-investiment u li jinkludu l-ISDS; jisħaq li l-ftehim se joħloq ukoll drittijiet ġodda għall-pretensjonijiet tal-investituri fil-bqija tal-15-il Stat Membru; jenfasizza li l-qrati nazzjonali funzjonali huma l-għażla primarja biex jissolva t-tilwim tal-investituri, iżda iqis il-ftehim bħala pass importanti lejn ir-riforma tar-regoli globali dwar il-protezzjoni ta' investiment u s-soluzzjoni tat-tilwim;

12.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbilitajiet tal-investitur u jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tar-responsabbiltà soċjali korporattiva; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra leġiżlazzjoni simili għal dik dwar il-minerali ta' kunflitt u l-injam, bħal pereżempju fil-każ tal-industrija tal-ħwejjeġ; ifakkar dwar l-importanza tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali u u l-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

13.  Jinnota n-nuqqas ta' approċċ globali rigward il-konformità tal-korporazzjonijiet mal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u ta' disponibbiltà ta' mekkaniżmi ta' rimedju; jinnota l-ħidma li nbdiet fin-NU minn grupp ta' ħidma intergovernattiv miftuħ dwar it-tfassil ta' strument vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħrajn fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv f'din l-inizjattiva;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha biex l-ICS ssir aktar aċċessibbli, partikolarment għall-SMEs u għall-intrapriżi żgħar;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lil Singapore jaqblu dwar sanzjonijiet aktar b'saħħithom fl-eventwalità li membru tat-tribunali ma jikkonformax mal-kodiċi ta' kondotta, u jiżguraw li dawn ikunu fis-seħħ hekk kif dan il-ftehim jidħol fis-seħħ;

16.  Iqis li l-approvazzjoni ta' dan il-ftehim se tagħti lill-UE aktar setgħa biex tinnegozja ftehimiet simili ma' pajjiżi oħrajn tal-ASEAN bl-għan li jiġu stabbiliti regoli simili dwar il-protezzjoni tal-investiment fir-reġjun;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika ta' Singapore.

(1) ĠU C 296E, 2.10.2012, p. 34.
(2) ĠU L 351, 20.12.2012, p. 40.
(3) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 30.
(4) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017, 2/15, ECLI:EU:C: 2017:376.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0382.
(6) Testi adottati, P8_TA(2019)0090.


Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore ***
PDF 118kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (15375/2018 – C8-0026/2019 – 2018/0403(NLE))
P8_TA(2019)0092A8-0020/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (15375/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (08224/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0026/2019),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0020/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Singapore.

(1) Testi adottati, P8_TA(2019)0093.


Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore (riżoluzzjoni)
PDF 161kWORD 56k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (15375/2018 – C8-0026/2019 – 2018/0403M(NLE))
P8_TA(2019)0093A8-0023/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (15375/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u Singapore, min-naħa l-oħra (08224/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0026/2019),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u Singapore, li ġie ffirmat fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u l-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-UE u Singapore, li ġew iffirmati fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni ASEAN-KEE, iffirmat f'Marzu 1980, li jikkostitwixxi l-qafas legali għar-relazzjonijiet bejn l-UE u ASEAN(1),

–  wara li kkunsidra t-12-il Summit bejn l-Asja u l-Ewropa (ASEM), li sar fi Brussell fit-18 u d-19 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra l-10 laqgħa interparlamentari bejn l-UE u Singapore, fit-23 ta' Mejju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, ppubblikata mil-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) f'Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-UE fl-Asja tal-Lvant, approvati mill-Kunsill fil-15 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2018 dwar il-kooperazzjoni msaħħa tal-UE fis-sigurtà fl-Asja u mal-Asja,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar il-konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja, li hija bbażata fuq il-kunċett ta' konnettività sostenibbli,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet reċenti tiegħu dwar l-ASEAN, b'mod partikolari dawk tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-ASEAN(2) u tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019(4) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0023/2019),

A.  billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u Singapore jmorru lura għexieren ta' snin, u huma mibnija fuq storja twila ta' ħbiberija u rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi mill-qrib; billi s-sħubija bilaterali hija msejsa fuq valuri komuni u impenn lejn dinja paċifika u għanja;

B.  billi ż-żewġ partijiet tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u Singapore jaffermaw mill-ġdid ir-rispett tagħhom lejn il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali applikabbli oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem;

C.  billi Singapore huwa membru fundatur tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), li ċċelebrat l-40 anniversarju tagħha fl-2017;

D.  billi matul il-Presidenza tiegħu tal-ASEAN fl-2018, bil-motto "Reżiljenti u Innovattivi", Singapore ospita żewġ Summits tal-ASEAN u ppromwova l-unità, is-sigurtà u l-kooperazzjoni ekonomika tal-ASEAN, u vara inizjattivi bħall-ASEAN Youth Fellowship;

E.  billi Singapore huwa alleat mill-qrib tal-Istati Uniti, li miegħu kkonkluda Ftehim ta' Kummerċ Ħieles fl-2003, u li huwa jqis bħala indispensabbli għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-bilanċ reġjonali fir-reġjun Asja-Paċifiku;

F.  billi Singapore jinsab fid-disa' post fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tal-2017 tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti;

G.  billi Singapore jinsab fis-sitt post fl-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2017 ta' Transparency International, b'hekk huwa wieħed mill-pajjiżi l-inqas korrotti fid-dinja;

H.  billi l-ewwel Forum tal-Mexxejja Żgħażagħ UE-ASEAN sar fi Frar 2018;

I.  billi Singapore esperjenza livelli rekord ta' tniġġis tal-arja b'riżultat ta' nirien fil-foresti f'pajjiżi ġirien, l-aktar minħabba l-ħruq intenzjonat bil-għan li l-art titwitta sabiex tintuża għall-kultivazzjoni ta' pjantaġġuni taż-żejt tal-palm u tal-injam;

J.  billi l-Kostituzzjoni ta' Singapore tiggarantixxi d-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, li madankollu huma ristretti bil-kbir għal raġunijiet ta' sigurtà, protezzjoni tal-ordni pubbliku, moralità, privileġġ parlamentari, u armonija razzjali u reliġjuża; billi Singapore huwa kklassifikat fil-151 post minn 180 fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018; billi l-liġijiet ta' Singapore dwar id-disprezz, is-sedizzjoni u l-libell huma użati biex jirrestrinġu l-vuċijiet kritiċi fost l-attivisti, il-bloggers u l-midja;

K.  billi Singapore għadu japplika l-piena tal-mewt; billi wara perjodu qasir ta' ebda eżekuzzjoni, l-għadd ta' eżekuzzjonijiet ilu jiżdied sa mill-2014;

L.  billi d-drittijiet tal-komunità LGBTI ta' Singapore huma ristretti bil-kbir; billi relazzjoni sesswali kunsenswali bejn żewġ irġiel hija illegali u ġġorr piena sa sentejn ħabs; billi r-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess mhumiex rikonoxxuti skont id-dritt ta' Singapore;

M.  billi Singapore għadu ma rratifikax żewġ konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO, b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni u l-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni;

Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni UE-Singapore

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK), li huwa ta' importanza strateġika u se jipprovdi qafas legali għar-relazzjonijiet bilaterali fit-tul u impenn għat-tisħiħ u t-twessigħ tal-kooperazzjoni fil-fora reġjonali u internazzjonali, u f'oqsma bħall-protezzjoni tal-ambjent, l-istabbiltà internazzjonali, il-ġustizzja, is-sigurtà u l-iżvilupp;

2.  Jenfasizza l-opportunitajiet pprovduti mill-FSK għall-oqsma ġodda ta' kooperazzjoni, bħad-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà u nonproliferazzjoni ta' armi nukleari, u għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika f'oqsma bħall-enerġija, l-ambjent, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tar-riżorsi naturali u t-trasport, b'mod partikolari t-trasport marittimu u bl-ajru;

3.  Jilqa' l-kooperazzjoni fir-rabtiet interpersonali, fis-soċjetà tal-informazzjoni, fl-oqsma awdjoviżivi u tal-midja, fl-edukazzjoni u l-iskambji kulturali, fl-impjiegi u l-affarijiet soċjali, fis-saħħa u fl-istatistika li se jgħinu biex jiġi evalwat il-progress tal-ftehim;

4.  Iqis li l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, il-ftehim qafas, huwa politikament assoċjat mill-qrib u jikkomplementa l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u l-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment; ifakkar li l-Artikolu 44 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni jippermetti li l-ftehimiet ma jiġux eżegwiti f'każijiet ta' ksur sistematiku u serju ta' elementi essenzjali, inklużi l-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-21 ta' Ġunju 2017, Singapore ffirma l-Ftehim Multilaterali tal-Awtorità Kompetenti Multilaterali (MCAA) għall-implimentazzjoni tal-istandard globali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni għal finijiet ta' taxxa, u n-notifika tiegħu lill-OECD fit-30 ta' Ġunju 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li jattiva skambji awtomatiċi skont dak il-ftehim mal-Istati Membri kollha tal-UE peress li ma kien hemm l-ebda ftehim bilaterali fis-seħħ dwar l-istess għan; iħeġġeġ lill-Partijiet jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa fil-FSK;

Id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

6.  Jafferma mill-ġdid l-impenn u l-involviment meħtieġa fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, id-demokrazija, il-libertajiet fundamentali, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt, u tal-ħidma flimkien f'dan ir-rigward; ifakkar li d-drittijiet tal-bniedem huma fil-qalba tar-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi; jistieden lill-awtoritajiet ta' Singapore jiżguraw, f'kull ċirkostanza, ir-rispett tad-dritt internazzjonali, tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, f'konformità mal-Karta tan-NU u mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jqis li l-UE għandha tkompli tipprovdi appoġġ lil Singapore għall-inklużjoni soċjali, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u għall-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tar-riforma ġudizzjarja; jilqa' d-dibattitu pubbliku miftuħ dwar ir-reviżjoni tal-liġi li mhijiex infurzata dwar il-kastig ta' relazzjoni kunsenswali bejn persuni tal-istess sess, u jistieden lill-Gvern ta' Singapore jħares bis-sħiħ id-drittijiet tal-komunità LGBTI; jinsisti li l-Gvern ta' Singapore jabolixxi l-liġijiet li jippenalizzaw ir-relazzjonijiet sesswali bejn persuni tal-istess ġeneru; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar kooperazzjoni dwar id-drittijiet tan-nisa, u jħeġġeġ lill-Gvern ta' Singapore jiffaċilita l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa u bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali;

7.  Jappella lill-UE tidħol fi djalogu mal-Gvern ta' Singapore bil-għan li jiġi introdott moratorju immedjat fuq il-piena kapitali bħala pass lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;

8.  Jistieden lill-Gvern ta' Singapore jħares il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda, peress li dawn huma elementi fundamentali ta' demokrazija li tiffunzjona sew;

9.  Jistieden lill-UE tinvolvi ruħha fi djalogu mal-awtoritajiet ta' Singapore bil-għan li tiġi ffaċilitata r-ratifika min-naħa ta' dan il-pajjiż tal-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO; jirrikonoxxi li Singapore għadu ma rratifikax il-konvenzjonijiet dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni u dwar id-Diskriminazzjoni, u ddenunzja l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat; jistenna li Singapore jkompli jinvolvi ruħu mal-ILO bil-għan li jagħmel progress lejn allinjament sħiħ mal-kontenut ta' dawn il-konvenzjonijiet, u fl-aħħar mill-aħħar biex iwettaq ir-ratifika tagħhom;

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u Singapore

10.  Jenfasizza li l-konklużjoni tal-FSK jipprovdi impetu qawwi għal involviment akbar bejn l-UE, Singapore u r-reġjun tax-Xlokk tal-Asja b'mod ġenerali;

11.  Jenfasizza l-valur politiku ta' relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment b'saħħithom bejn Singapore u l-UE;

12.  Jissottolinja l-esperjenza partikolari tal-UE fil-bini tal-istituzzjonijiet, fis-suq uniku, fil-konverġenza regolatorja, fil-ġestjoni tal-kriżijiet, fl-assistenza umanitarja u l-għajnuna f'każ ta' diżastru, u fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jenfasizza li l-UE għandha tintensifika d-djalogi politiċi u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet bħad-drittijiet fundamentali u kwistjonijiet ta' tħassib komuni, inkluż l-istat tad-dritt u s-sigurtà u l-protezzjoni tal-libertà ta' espressjoni;

13.  Jilqa' l-fatt li l-FSK jappoġġa l-iskambji interpersonali, bħall-mobbiltà akkademika fl-ambitu tal-Programm Erasmus Mundus, u jiffaċilita l-iżvilupp ulterjuri ta' skambji kulturali sabiex jiżdiedu l-fehim u l-għarfien reċiproku tal-kulturi rispettivi;

14.  Jissottolinja r-rwol tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa (ASEF) ibbażata f'Singapore, bħala l-istrument ewlieni għall-iskambji kulturali bejn l-Asja u l-Ewropa; jilqa' r-rwol tagħha fl-inklużjoni tat-tħassib tas-soċjetà ċivili bħala komponent vitali għad-deliberazzjonijiet fl-ASEM;

15.  Jenfasizza li ċ-Ċentru tal-Unjoni Ewropea f'Singapore, li ġie stabbilit fl-2009 bi sħubija mal-Università Nazzjonali ta' Singapore u l-Università Teknoloġika ta' Nanyang, jippromwovi l-għarfien u l-fehim tal-UE u l-politiki tagħha u huwa parti min-netwerk globali ta' Ċentri ta' Eċċellenza tal-UE;

16.  Iħeġġeġ lir-riċerkaturi Singaporjani jwettqu riċerka u proġetti ta' innovazzjoni b'mod konġunt mal-entitajiet tal-UE fl-ambitu tal-inizjattivi ta' riċerka tal-UE bħall-programm Orizzont 2020, u jindirizzaw sfidi globali komuni relatati mat-tibdil fil-klima, l-ambjent, il-bijoteknoloġija, is-saħħa, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-enerġija, ir-riżorsi naturali u s-sikurezza alimentari;

Kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali

17.  Iqis li Singapore huwa sieħeb ewlieni fir-reazzjoni għad-diżastri umanitarji fix-Xlokk tal-Asja, kif ukoll attur importanti għall-istabbiltà politika fir-reġjun kollu;

18.  Jinsab imħasseb dwar it-tibdil fil-klima li se jkollu impatt kbir fuq Singapore u fuq ir-reġjun ASEAN; jilqa' l-kontribut pożittiv ta' Singapore lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jilqa' r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi minn Singapore fil-21 ta' Settembru 2016, u jistenna li Singapore jilħaq il-miri ppjanati ta' tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030; għandu l-ħsieb li jaħdem flimkien ma' Singapore u mal-ASEAN biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata assistenza lil Singapore u lill-bqija tal-pajjiżi tal-ASEAN sabiex jissaħħu l-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità, b'mod partikolari tal-iskolli tal-qroll, u r-riabilitazzjoni sistematika tal-ekosistemi tal-foresti; jilqa' r-rwol ta' Singapore dwar il-kwistjoni reġjonali tat-tnaqqis tad-deforestazzjoni; iħeġġeġ aktar kooperazzjoni bejn l-UE u Singapore biex jitrażżnu b'mod effikaċi n-nirien fil-foresti u biex jiġu adottati teknoloġiji li huma aktar ekoloġiċi għat-trasport u l-bini;

19.  Jemmen li jista' jkun hemm skop, interess u ħtieġa għall-UE u għall-ASEAN li jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw strateġija konġunta fil-qasam tal-ekonomija ċirkolari;

20.  Jilqa' l-ħolqien tal-Forum Forum tal-Mexxejja Żgħażagħ UE-ASEAN, li se jippermetti lill-mexxejja żgħażagħ mill-UE u mill-pajjiżi tal-ASEAN jiskambjaw ideat u jibnu relazzjonijiet sabiex jappoġġaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN;

21.  Jisħaq fuq il-fatt li l-FSK se jagħti lill-UE l-opportunità li tikkonsolida l-kontribut tagħha fl-implimentazzjoni tal-objettivi komuni fiż-żona Indo-Paċifika; jappella għal sforzi konġunti msaħħa għal reġjun Indo-Paċifiku liberu u miftuħ;

22.  Jappella għal kooperazzjoni ma' Singapore fl-insegwiment ta' interessi komuni relatati mal-implimentazzjoni tal-politiki ta' konnettività tal-ASEAN u tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' kollaborazzjoni dwar l-Inizjattiva One Belt One Road sabiex issir ħidma lejn l-implimentazzjoni tal-miri u l-kriterji ta' konnettività li ġew maqbula matul is-Summit li sar dan l-aħħar bejn l-UE u ċ-Ċina; itenni l-ħtieġa li tiġi promossa l-governanza multilaterali;

23.  Jenfasizza li Singapore huwa favur il-multilateraliżmu reġjonali fix-Xlokk tal-Asja; jieħu nota tar-rwol ta' Singapore fid-diplomazija interreġjonali u d-djalogi ekonomiċi u istituzzjonali bejn l-UE u l-ASEAN, u jissottolinja l-appoġġ ta' Singapore għall-integrazzjoni reġjonali fix-Xlokk tal-Asja;

24.  Jinnota li Singapore jinsab f'pożizzjoni strateġika; jieħu nota tal-kontribut ta' Singapore lejn is-sigurtà reġjonali u globali; jilqa' s-Summit annwali dwar is-Sigurtà tal-Asja, magħruf ukoll bħala d-Djalogu ta' Shangri-La, li ilu jsir fil-Lukanda ta' Shangri-La f'Singapore mill-2002;

25.   Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-tensjonijiet dejjem jikbru fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; jistieden lill-ASEAN tħaffef il-konsultazzjonijiet dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim u l-kontroversji f'din iż-żona u lill-UE biex tappoġġa dan il-proċess; jinsisti li l-kwistjoni għandha tiġi solvuta skont id-dritt internazzjonali abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); jinsab kuntent li Singapore, pajjiż mhux rikorrent, ħeġġeġ lill-partijiet jiġġestixxu d-differenzi b'mod paċifiku u skont id-dritt internazzjonali, inkluża l-UNCLOS;

26.  Jappella, flimkien ma' Singapore, għal-libertà ta' navigazzjoni u ta' titjiriet fiż-żona, u jenfasizza li l-UE għandha interess qawwi li tippromwovi l-istabbiltà fix-Xlokk tal-Asja; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Forum Reġjonali tal-ASEAN u tas-Summit tal-Asja tal-Lvant fil-promozzjoni ta' djalogi dwar is-sigurtà bejn is-setgħat reġjonali u extra-reġjonali taċ-Ċina u tal-Istati Uniti;

27.  Jilqa' l-Programm ta' Kapaċità Ċibernetika tal-ASEAN varat fl-inizjattiva ta' Singapore, li għandu l-għan li jassisti lin-nazzjonijiet tal-ASEAN biex jidentifikaw theddidiet ċibernetiċi u jirrispondu għalihom; jifhem li l-ASEAN ma għandha l-ebda normi reċiproċi għall-protezzjoni ċibernetika, li jista' jimpedixxi l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà ċibernetika fir-reġjun; jappella lill-UE tikkondividi l-esperjenzi tagħha dwar kif tindirizza theddidiet ċibernetiċi u ibridi u tappoġġa l-bini ta' kapaċità tal-ASEAN f'dan il-qasam;

28.  Ifaħħar lil Singapore għall-iskjerament ta' truppi u materjal tiegħu biex jappoġġa l-koalizzjoni multinazzjonali fl-Iraq mill-2003 sal-2008 u l-kontribut sussegwenti tiegħu għall-operazzjonijiet kontra l-ISIS fl-Iraq u s-Sirja;

29.  Jirrikonoxxi li Singapore huwa lest li jospita u jiżvolġi r-rwol tiegħu bħala ospitant ta' laqgħat ta' summits organizzati biex jippromwovu l-paċi u l-bini ta' fiduċja fl-Asja u lil hinn minnha;

Qafas istituzzjonali fl-ambitu tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni

30.  Jilqa' l-istabbiliment, fl-ambitu tal-FSK, ta' Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti miż-żewġ naħat f'livell għoli xieraq, biex jiżgura l-funzjonament korrett u l-implimentazzjoni korretta tal-ftehim, jistabbilixxi prijoritajiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jiġu promossi l-objettivi tal-ftehim;

31.  Jappella sabiex ikun hemm skambji regolari bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Parlament, b'mod li dan tal-aħħar ikun jista' jsegwi l-implimentazzjoni tal-FSK u l-kisba tal-objettivi tiegħu;

o
o   o

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament ta' Singapore.

(1) ĠU L 144, 10.6.1980, p. 2.
(2) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 44.
(3) ĠU C 482, 23.12.2016, p. 75.
(4) Testi adottati, P8_TA(2019)0092.


It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport ***
PDF 119kWORD 50k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (13111/2018 – C8-0473/2018 – 2018/0282(NLE))
P8_TA(2019)0094A8-0022/2019

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13111/2018),

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikoli 91 u 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0473/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0022/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tat-trattat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Albanija, tal-Bożnija-Ħerzegovina, tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tal-Kosovo(2), tal-Montenegro u tar-Repubblika tas-Serbja.

(1) ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3.
(2) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hi konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina
PDF 170kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (2018/2148(INI))
P8_TA(2019)0095A8-0467/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Adattament tal-FSA bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, li ġie inizjalat fit-18 ta' Lulju 2016 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2017,

–  wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Frar 2016 u s-sottomissjoni tat-tweġibiet tal-pajjiż għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni fit-28 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-Balkani tal-Punent u l-anness tagħhom bit-titolu "L-Aġenda ta' Tessalonika għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea",

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina, tas-26 ta' Ġunju 2018 dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, u tal-15 ta' Ottubru 2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina / l-Operazzjoni EUFOR Althea,

–  wara li kkunsidra l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina (SAPC) li saret fil-5-6 ta' Novembru 2015, it-tieni laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina li saret fl-10 ta' Lulju 2017, it-tielet laqgħa tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina li saret fis-27 ta' Marzu 2018, u r-raba' laqgħa tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina li saret fit-13 ta' Lulju 2018,

–  wara li kkunsidra l-Proċess ta' Berlin, b'mod partikolari l-Konklużjonijiet tal-President tal-Laqgħa tal-Kapijiet tas-Summit tal-Balkani tal-Punent f'Londra tal-10 ta' Lulju 2018, it-tliet dikjarazzjonijiet konġunti ffirmati fl-istess jum dwar il-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien, dwar persuni nieqsa u dwar delitti tal-gwerra, u d-dikjarazzjoni kontra l-korruzzjoni maħruġa mill-Bożnija-Ħerzegovina fl-istess okkażjoni,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Sofija adottata waqt is-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija annessa magħha,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titolu "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent" (COM(2018)0065),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 bit-titolu "Komunikazzjoni dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE 2018" (COM(2018)0450), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "Rapport 2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina" (SWD(2018)0155),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-2 ta' Mejju 2018 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, u mill-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn, dwar ir-riforma elettorali fil-Bożnija-Ħerzegovina għall-elezzjonijiet tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Popli,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fis-7 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-sejbiet preliminari u l-konklużjonijiet tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali tal-OSKE/ODIHR, li ġew ippubblikati fit-8 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-8 ta' Ottubru 2018 mill-VP/RGħ Mogherini u mill-Kummissarju Hahn dwar l-elezzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti tad-djalogu ekonomiku u finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija tal-25 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE tal-1 ta' Ġunju 2018 dwar il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali fil-Bożnija-Ħerzegovina,

–  wara li kkunsidra t-tlieta u ħamsin(1) u l-erbgħa u ħamsin(2) rapport lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU mir-Rappreżentant Għoli għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi dwar il-Bożnija-Ħerzegovina tat-3 ta' Mejju 2018 u tal-31 ta' Ottubru 2018 rispettivament,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Riforma għall-Bożnija-Ħerzegovina 2015-2018 li ġiet adottata f'Lulju 2015 kif ukoll il-Mekkaniżmu ta' Koordinazzjoni adottat mill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina u mill-gvernijiet tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u r-Republika Srpska (RS) fit-23 ta' Awwissu 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiż,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0467/2018),

A.  billi l-UE għadha tħaddan l-impenn tagħha għall-perspettiva Ewropea tal-Bożnija-Ħerzegovina u għall-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tagħha;

B.  billi l-applikazzjoni tal-pajjiż għas-sħubija fl-UE tirrappreżenta għażla strateġika u impenn biex javvanza lejn l-UE;

C.  billi l-Kummissjoni qed tħejji l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-UE; billi l-Bożnija-Ħerzegovina fasslet ir-risposti tagħha għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni u ppreżentathom fit-28 ta' Frar 2018, billi tuża l-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-UE; billi fl-20 ta' Ġunju 2018, il-Bożnija-Ħerzegovina rċeviet aktar minn 600 mistoqsija ta' segwitu u għadha ma rnexxilhiex tibgħat ir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet addizzjonali;

D.  billi minn nofs l-2017, kien hemm tnaqqis ċar fl-adozzjoni tar-riformi relatati mal-UE, minkejja l-impenn tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-Aġenda ta' Riforma; billi l-adeżjoni mal-UE hija proċess komprensiv li jirrikjedi rieda politika, sforzi konġunti mill-partijiet ikkonċernati kollha u kunsens dwar l-Aġenda ta' Riforma; billi ċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina jeħtiġilhom li jitqiegħdu fiċ-ċentru tar-riformi istituzzjonali, ekonomiċi u soċjali;

E.  billi fil-Bożnija-Ħerzegovina l-elezzjonijiet ġenerali saru fis-7 ta' Ottubru 2018; billi l-partiti politiċi ma rnexxilhomx jilħqu qbil dwar il-bidliet għal-liġi elettorali li huma meħtieġa biex jindirizzaw il-lakuna legali li tirriżulta mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża Ljubić li tikkonċerna l-ħatra tal-membri tal-Kamra tal-Popli tal-Federazzjoni; billi l-isforzi ta' faċilitazzjoni dwar din il-kwistjoni, li kienu mmexxija mill-ambaxxaturi tal-UE u tal-Istati Uniti għall-Bożnija-Ħerzegovina, bl-involviment tal-Kummissjoni ta' Venezja, ma kinux produttivi;

F.  billi l-Bożnija-Ħerzegovina għadha qed tikser il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, skont il-kawża Sejdić-Finci u l-kawżi relatati; billi l-Kummissjoni ngħatat il-kompitu mill-Kunsill li tagħti attenzjoni partikolari lil din il-kwistjoni meta tkun qed tħejji l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija; billi l-opinjoni tal-Kummissjoni, għalhekk, hija mistennija li tanalizza l-kwistjonijiet relatati mal-funzjonalità u tirrevedi l-qafas legali għal kompatibbiltà mal-acquis tal-UE, filwaqt li tidentifika r-riformi kostituzzjonali u riformi oħra meħtieġa; billi aktar ma l-Bożnija-Ħerzegovina tqarreb biex tikseb is-sħubija fl-UE, aktar se ssir urġenti l-ħtieġa għal riforma kostituzzjonali, li jkollha l-għan li ssaħħaħ il-funzjonalità u tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; billi s'issa, it-tmexxija politika tal-pajjiż ma rnexxilhiex issolvi n-nuqqasijiet relatati fil-kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina;

G.  billi bħalissa mhux qed jiġu implimentati 13-il deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u diversi deċiżjonijiet kostituzzjonali fil-livell tal-entitajiet (28 fil-Federazzjoni u 7 fir-Republika Srpska); billi l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet tal-qorti kostituzzjonali hija element essenzjali biex jitħares l-istat tad-dritt;

H.  billi l-Bożnija-Ħerzegovina hija wkoll pajjiż firmatarju għall-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali (Espoo, 1991);

I.  billi fl-Ewropa l-moderna m'hemmx lok għall-glorifikazzjoni tal-persuni kkundannati b'delitti tal-gwerra u b'delitti kontra l-umanità;

J.  billi l-isfidi persistenti fil-proċess tar-rikonċiljazzjoni għandhom jiġu indirizzati b'mod aktar vigoruż;

K.  billi l-korruzzjoni, inkluż fl-ogħla livell, għadha mifruxa sew;

1.  Jilqa' l-preżentazzjoni tat-tweġibiet tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tirrispondi l-mistoqsijiet ta' segwitu, li għandhom natura aktar teknika, b'mod f'waqtu, trasparenti u dettaljat, sabiex tikkontribwixxi għall-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni għas-sħubija fl-UE;

2.  Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis ċar fir-ritmu tar-riformi minħabba nuqqas ta' qbil bejn il-partiti u l-kampanja ta' qabel l-elezzjoni ferm polarizzata li bdiet kmieni ħafna; jisħaq fuq il-fatt li l-impenn iddikjarat tal-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina fit-triq lejn l-Ewropa irid ikun akkumpanjat minn implimentazzjoni konsistenti ta' riformi li jirriżultaw mill-Aġenda ta' Riforma u jiġu tradotti f'riżultati konkreti, għall-benefiċċju taċ-ċittadini, irrispettivament mill-affiljazzjoni etnika u reliġjuża tagħhom; jiddispjaċih li, minbarra l-adozzjoni tal-istrateġiji għall-pajjiż kollu fil-qasam tal-ambjent, l-iżvilupp rurali u l-enerġija, u ta' xi ftit miżuri importanti ta' riforma, bħall-emendi għal-Liġi dwar id-Dazji tas-Sisa li kienu meħtieġa biex jiżguraw finanzjament mill-FMI u mill-BERŻ, ma sar l-ebda progress sostanzjali;

3.  Jiddispjaċih li r-retorika etnonazzjonalistika ta' diviżjoni għal darb'oħra ddominat il-kampanja elettorali u għadha tikkaratterizza d-diskors politiku filwaqt li tinvolvi atturi politiċi minn kull naħa; jistieden lill-mexxejja politiċi kollha jinvolvu ruħhom mingħajr dewmien fil-formazzjoni tal-gvernijiet fil-livelli kollha, billi jaħdmu b'mod kostruttiv flimkien, fl-interessi taċ-ċittadini tal-pajjiż tagħhom; jitlob li l-proċess ta' integrazzjoni tal-UE jiġi kkomunikat b'mod xieraq lill-pubbliku anki bħala proġett għar-rikonċiljazzjoni u għall-iżvilupp ta' kultura politika bbażata fuq il-kompromess u l-fehim reċiproku;

4.  Jinnota li f'dan iċ-ċiklu elettorali għal darb'oħra kien hemm segmentazzjoni fuq linji etniċi u li l-kampanja elettorali kienet iffokata primarjament fuq kwistjonijiet ta' diviżjoni marbuta mal-passat, minflok ma pproponiet soluzzjonijiet konkreti biex jiġu solvuti l-problemi ta' kuljum taċ-ċittadini; jiddeplora r-retorika nazzjonalistika u xewwiexa ta' qabel l-elezzjoni li żżid id-distakk bejn it-tliet popli kostitwenti; jinnota li l-elezzjonijiet tas-7 ta' Ottubru 2018 kienu kompetittivi u ġeneralment ordnati, minkejja xi irregolaritajiet, u li ċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina eżerċitaw id-dritt demokratiku tagħhom b'mod kalm u ordnat; itenni li għandhom jiġu investigati u kkundannati l-allegati irregolaritajiet kollha marbuta mal-elezzjoni fl-aktar termini ċari possibbli, u li kwalunkwe attività illegali għandha tiġi mħarrka; jenfasizza n-nuqqasijiet konsistenti fil-proċess tal-elezzjoni demokratika u jistenna li r-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR jiġu indirizzati mingħajr dewmien; ifakkar li għadha ma ġietx implimentata d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-2010 fir-rigward tad-dritt demokratiku taċ-ċittadini ta' Mostar biex jivvotaw fl-elezzjonijiet lokali;

5.  Jiddispjaċih li ma ntlaħaq l-ebda kompromess qabel l-elezzjonijiet fir-rigward tal-bidliet għal-liġi elettorali meħtieġa biex jindirizzaw il-lakuna legali li tirriżulta mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża Ljubić dwar il-ħatra tal-membri tal-Kamra tal-Popli tal-Federazzjoni; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) dwar l-allokazzjoni ta’ siġġijiet fil-Kamra tal-Popli tal-Federazzjoni adottata fit-18 ta’ Diċembru 2018 u jistieden lill-atturi politiċi kollha biex jindirizzaw il-lakuni legali li fadal fil-Liġi dwar l-Elezzjonijiet tal-BiH ; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi u lill-membri eletti kollha tal-parlamenti juru responsabbiltà, jevitaw dikjarazzjonijiet li jisfidaw l-għaqda tal-istat, iwarrbu l-opinjonijiet konfliġġenti tagħhom u jilħqu kompromessi u jsibu soluzzjonijiet li jkunu aċċettabbli għal kulħadd; iwissi kontra d-dewmien u t-tentattivi biex jiġi mblokkat il-ħolqien tal-awtoritajiet wara l-elezzjonijiet, għaliex dan la jaqdi l-interessi taċ-ċittadini, u lanqas l-objettiv tal-integrazzjoni Ewropea; jenfasizza li l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet, l-implimentazzjoni tar-riżultati u l-ħolqien tal-gvern f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti hija karatteristika essenzjali ta' demokrazija li tiffunzjona, kif ukoll rekwiżit għal kwalunkwe pajjiż li jaspira li jissieħeb mal-UE;

6.  Itenni bil-qawwa l-ħtieġa għall-formazzjoni rapida tal-Kamra tal-Popli tal-Federazzjoni f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina, kif imsemmi wkoll fid-dikjarazzjoni konġunta mill-VP/RGħ Mogherini u mill-Kummissarju Hahn dwar l-elezzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina;

7.  Jiddispjaċih li l-kwistjoni tar-rappreżentazzjoni demokratika u leġittima tat-tliet popli kostitwenti u taċ-ċittadini kollha għadha ma ġietx solvuta; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jilħqu kompromess fil-waqt għaliex din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli mil-leġiżlaturi l-ġodda, inkluż permezz tal-operazzjonalizzazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawża Sejdić-Finci u f'kawżi relatati; itenni l-ħtieġa li jitkomplew ir-riformi kostituzzjonali, politiċi u elettorali li jittrasformaw lill-Bożnija-Ħerzegovina fi stat għalkollox effettiv, inklużiv u funzjonali bbażat fuq l-istat tad-dritt;

8.  Jiddeplora l-fatt li, minħabba t-tentattivi li jiġi introdott l-imblokkar etniku fir-regoli tal-votazzjoni tal-SAPC, id-delegazzjonijiet mill-Bożnija-Ħerzegovina għadhom ma rnexxilhomx jilħqu ftehim dwar ir-regoli ta' proċedura għall-SPAC, li konsegwentement ilu ma jiltaqa' għal tliet snin; jiddispjaċih min-nuqqas ta' kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew, ifakkar li dan huwa ksur ċar tal-obbligi li jirriżultaw mill-FSA u jħeġġeġ lill-atturi kollha jaqblu mar-regoli ta' proċedura tal-SAPC u jaċċettawhom abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar is-suġġett; jinnota li istituzzjonijiet demokratiċi li jiffunzjonaw sew, inkluż il-parlament, huma prerekwiżit biex il-proċess ta' integrazzjoni tal-UE jimxi 'l quddiem;

9.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' valutazzjonijiet tal-impatt regolatorji sistematiċi u ta' konsultazzjonijiet pubbliċi, il-monitoraġġ u r-rappurtar insuffiċjenti u ta' kwalità baxxa u n-nuqqas ta' rekwiżiti formali biex jiġu ppubblikati dokumenti ta' ppjanar ewlenin tal-gvern;

10.  Jitlob l-adozzjoni ta' aktar strateġiji nondiskriminatorji u sensittivi għall-ġeneru għall-pajjiż kollu f'oqsma bħall-impjieg u l-ġestjoni finanzjarja pubbliku, li se tippermetti l-implimentazzjoni konsistenti tar-riformi fil-pajjiż kollu, kif ukoll l-aċċess għal aktar fondi tal-IPA; jinnota b'sodisfazzjon li l-adozzjoni ta' strateġiji rilevanti għal-pajjiż kollu ppermettiet li jkun hemm fondi addizzjonali tal-IPA II f'oqsma ewlenin, bħall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-enerġija, skont id-Dokument Indikattiv ta' Strateġija għall-perjodu 2014-2020 li ġie rivedut reċentement; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat assorbiment aħjar tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni, b'mod partikolari billi jitjiebu l-koordinazzjoni u l-kapaċità amministrattiva tad-donaturi; iħeġġeġ l-adozzjoni ta' programm nazzjonali għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-pajjiż mal-acquis tal-UE, rekwiżit legali skont l-FSA u mezz indispensabbli ta' tħejjija għall-adeżjoni mal-UE;

11.  Iġedded is-sejħa tiegħu għall-adozzjoni ta' strateġija għall-pajjiż kollu dwar id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-emendi għal-Liġi tal-Ombudsman għandhom jiġu adottati mill-iktar fis possibbli, sabiex tiġi żgurata konformità mal-Prinċipji ta' Pariġi; iqis li huwa meħtieġ li l-Bożnija-Ħerzegovina tistabbilixxi mekkaniżmu ta' prevenzjoni nazzjonali għall-prevenzjoni tat-tortura u tat-trattament ħażin, u li tadotta liġi statali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini li ġew ittorturati matul il-gwerra, f'konformità mal-obbligi internazzjonali tagħha; jikkunsidra li l-Bożnija-Ħerzegovina għandha tagħmel sforz akbar biex timplimenta l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-pulizija f'konformità mal-istandards internazzjonali; iħeġġeġ, għal darb'oħra, lill-awtoritajiet tar-Republika Srpska biex iħassru d-dispożizzjoni dwar il-piena tal-mewt mill-kostituzzjoni tal-entità; itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess mhux diskriminatorju għall-ġustizzja fil-pajjiż kollu permezz ta' sistema armonizzata u sostenibbli ta' għajnuna legali mingħajr ħlas; jistieden lill-awtoritajiet jippromwovu b'mod attiv il-valuri Ewropej u jkomplu jsegwu perspettiva Ewropea;

12.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jieħdu passi konkreti biex jintegraw il-ġeneru fil-politiki kollha, inkluża l-Aġenda ta' Riforma, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa fil-pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari fil-livell lokali; iħeġġeġ lill-partiti politiċi fil-Bożnija-Ħerzegovina jaħdmu aktar biex jiżguraw li n-nisa jkunu rrappreżentati fil-livelli kollha tas-sistema politika;

13.  Jiddeplora l-fatt li l-Bożnija-Ħerzegovina għadha qed tikser il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem peress li ma implimentatx id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fil-kawżi Sejdić-Finci, Zornić, Pilav u Šlaku, li jippermetti li jkun hemm diskriminazzjoni ċara bejn iċ-ċittadini fil-Bożnija-Ħerzegovina, f'kontradizzjoni flagranti mal-valuri u n-normi tal-UE; ifakkar li l-Kummissjoni għandha toqgħod attenta għal din il-kwistjoni meta tkun qed tħejji l-opinjoni tagħha; isostni li l-implimentazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet tgħin tistabbilixxi soċjetà demokratika li tiffunzjona; jenfasizza li, bħal fil-każ ta' kwalunkwe membru aspiranti tal-UE, il-Bożnija-Ħerzegovina hija mistennija li tallinja progressivament is-sistema kostituzzjonali u legali tagħha mar-rekwiżiti tal-acquis tal-UE fir-rigward tan-nondiskriminazzjoni, u jistenna li jsir progress fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet essenzjali fi żmien dovut; jinsisti li l-implimentazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet ma għandhiex taffettwa l-implimentazzjoni ulterjuri tal-Aġenda ta' Riforma u trid twassal għall-eliminazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt li ċittadin joħroġ għall-elezzjoni abbażi tal-etniċità u r-residenza jew minħabba l-għażla ta' ċittadin li ma jassoċjax ruħu ma' poplu kostitwenti; jemmen, għalhekk, li r-riforma kostituzzjonali u elettorali għandhom jimxu id f'id; jistieden lill-mexxejja politiċi jevitaw ir-retorika nazzjonalistika li twassal għad-diviżjoni tas-soċjetà u jkomplu d-djalogu politiku u l-attivitajiet li jwasslu għall-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti politiċi tat-tliet popli u ta' popli oħrajn;

14.  Jitlob li jittieħdu miżuri aktar effettivi kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, b'mod partikolari bl-adozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiż kollu u strateġiji kontra d-diskriminazzjoni; iħeġġeġ il-kooperazzjoni tat-tliet popli u ta' popli oħrajn fejn jidħlu kwistjonijiet kulturali, reliġjużi u edukattivi, biex jiġu eliminati d-diviżjonijiet etniċi; jiddispjaċih li ma kien hemm ebda progress fl-indirizzar tal-kwistjoni taż-"żewġ skejjel taħt saqaf wieħed"; iħeġġeġ li tittieħed azzjoni deċiżiva fil-livelli kollha sabiex jinstabu soluzzjonijiet sistemiċi li jiżguraw edukazzjoni inklużiva u nondiskriminatorja għat-tfal kollha; jinnota li l-adozzjoni ta' programmi u kurrikuli fit-territorju kollu tal-Bożnija-Ħerzegovina għandha tirrispetta d-diversità kulturali u lingwistika tal-popli filwaqt li tenfasizza l-fehim reċiproku u r-rikonċiljazzjoni; jinsab imħasseb li nuqqas ta' riżorsi u koordinazzjoni qiegħed ixekkel l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni 2015-2018 għat-tfal; jilqa' l-leġiżlazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina dwar il-kura f'familja u jissottolinja l-ħtieġa li tiġi appoġġata d-deistituzzjonalizzazzjoni ulterjuri tal-kura tat-tfal fil-pajjiż kollu; jitlob li jkun hemm aċċess aħjar għall-edukazzjoni u għal servizzi soċjali xierqa għat-tfal b'diżabbiltà u, b'mod aktar ġenerali, aċċess aħjar għall-bini, l-istituzzjonijiet u t-trasport għall-persuni b'diżabbiltà;

15.  Jitlob li jkun hemm implimentazzjoni aktar effettiva tad-dispożizzjonijiet legali li jirrigwardaw l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, li jnaqqsu d-differenzi tal-pagi bejn l-irġiel u n-nisa u li jtejbu l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol, u li jiġġieldu kontra l-isterjotipi tas-sessi fis-soċjetà; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza sessista u l-protezzjoni minnha, b'mod partikolari l-vjolenza domestika; jinnota l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni ssir konformi mal-Konvenzjoni ta' Istanbul; iħeġġeġ li jsir progress biex jiġi żgurat ir-rispett lejn id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, b'mod partikolari billi jiġu indirizzati malajr ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tan-NU; jirrikonoxxi l-passi li ttieħdu lejn il-protezzjoni legali ta' persuni LGBTI, iżda jenfasizza li hemm bżonn li jsir aktar sabiex issir prosekuzzjoni kontra l-vjolenza u r-reati ta' mibegħda kontrihom, kif ukoll sabiex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali tagħhom;

16.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-livelli differenti ta' awtorità u n-nuqqas ta' finanzjament ikompli jxekklu l-protezzjoni effettiva ta' minoranzi u gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari r-Rom; jitlob li jittieħdu passi addizzjonali biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi; jinnota bi tħassib li r-riżultati tal-istħarriġ tal-2017 dwar ir-Rom marġinalizzati fil-Bożnija-Ħerzegovina juru l-aċċess limitat tagħhom għall-opportunitajiet f'kull aspett tal-iżvilupp tal-bniedem; jikkundanna l-istigmatizzazzjoni u l-esklużjoni soċjali tar-Rom; jistieden lill-awtoritajiet jikkommemoraw il-vittmi tal-Olokawst tar-Rom, jimmarkaw it-2 ta' Awwissu bħala l-Jum ta' Tifkira tal-Olokawst tar-Rom, u jinkludu l-vittmi Rom fil-kommemorazzjonijiet tagħhom li jsiru kull sena fis-27 ta' Jannar biex jimmarkaw il-Jum ta' Tifkira tal-Olokawst; jilqa' l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni rivedut dwar ir-Rom għall-2017-2020 dwar l-abitazzjoni, l-impjieg u l-kura tas-saħħa; jinsisti li għandhom jittieħdu miżuri biex jittejbu aktar l-edukazzjoni, ir-rati tal-impjieg, is-saħħa, l-abitazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Rom u ta' minoranzi oħra, li jkollhom l-għan li jtejbu u jimplimentaw bis-sħiħ l-oqfsa tal-politika u leġiżlattivi eżistenti rilevanti; jesprimi tħassib dwar ir-rappreżentazzjoni baxxa tal-membri ta' minoranzi nazzjonali fil-ħajja politika u pubblika;

17.  Jieħu nota tal-parteċipazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-valutazzjoni PISA tal-2018 tal-OECD, li saret bis-saħħa tal-appoġġ finanzjarju tal-Kummissjoni Ewropea; Jifraħ lill-istituzzjonijiet edukattivi tal-Bożnija-Ħerzegovina (il-ministeri u l-istituzzjonijiet kompetenti fil-livelli tal-kwartieri, tal-entitajiet u tal-istat, u fid-Distrett Brčko) għall-kooperazzjoni u r-rieda tagħhom li jaħdmu flimkien; iħeġġeġ lill-gvernijiet futuri fil-livelli kollha jużaw ir-riżultati tat-testijiet, li huma mistennija li jiġu ppubblikat fl-2019, biex jieħdu sehem f'dibattitu kostruttiv u jiżviluppaw riformi edukattivi li jwasslu għal kwalità aħjar tal-output edukattiv;

18.  Jitlob li jkun hemm riforma komprensiva tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali, billi jiġu eliminati l-prattiki diskriminatorji f'konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem u jiġi żgurat li jiġu stabbiliti l-istandards minimi adegwati biex jiġu protetti l-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, inkluż billi jiġu indirizzati l-lakuni fil-leġiżlazzjoni li jipprevjenu lil xi tfal milli jkollhom assigurazzjoni medika; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha fil-Bożnija-Ħerzegovina jsaħħu l-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni dwar il-monitoraġġ tad-drittijiet tat-tfal, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-ġbir tad-data komprensiv dwar id-drittijiet tat-tfal fil-Bożnija-Ħerzegovina;

19.  Jinnota li l-Bożnija-Ħerzegovina għadha pajjiż ta' oriġini, tranżitu u destinazzjoni għat-traffikar tal-bnedmin; jitlob titjib fil-ġestjoni tal-fruntieri u tisħiħ tal-unitajiet ta' investigazzjoni speċjalizzati tat-traffikar tal-bnedmin biex ikun hemm ġlieda effettiva kontra l-faċilitaturi ta' dħul klandestin;

20.  Jinsab imħasseb dwar riformi edukattivi u ekonomiċi insuffiċjenti, li qed iwasslu għal livelli għoljin ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u emigrazzjoni ekonomika, u dwar in-nuqqas ta' politiki u investiment adegwati fit-tfal u fiż-żgħażagħ; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tindirizza l-iżbilanċ għoli bejn is-sessi fir-rati tal-parteċipazzjoni fil-forza tax-xogħol u l-esklużjoni taż-żgħażagħ li jappartjenu għal gruppi ta' minoranzi minn miżuri tal-edukazzjoni u tal-impjieg; jitlob li jkun hemm politika ferm aktar proattiva u sistematika vis-à-vis iż-żgħażagħ tal-Bożnija-Ħerzegovina, li għandu jkollha l-għan li tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ fil-pajjiż; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-Bożnija-Ħerzegovina tistabbilixxi qafas iddedikat u tiżgura l-funzjonament sħiħ tal-Kummissjoni għall-Koordinazzjoni tal-Kwistjonijiet taż-Żgħażagħ fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili tal-Bożnija-Ħerzegovina;

21.  Jitlob li jitfasslu strateġiji u leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-gruppi minoritarji u li l-protezzjoni tagħhom tkun totalment implimentata u sostnuta minn fondi pubbliċi;

22.  Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tiżgura d-dritt għall-proprjetà; jinnota n-nuqqas ta' qafas leġiżlattiv komprensiv dwar il-ġestjoni tat-talbiet ta' restituzzjoni u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jiftħu djalogu mal-partijiet interessati dwar il-kwistjonijiet relatati mar-restituzzjoni ta' proprjetà sekwestrata, jew kumpens għaliha;

23.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress dwar il-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-midja; jirrifjuta b'mod ċar tentattivi kontinwi biex titqiegħed pressjoni politika u finanzjarja fuq il-midja; jikkundanna l-każijiet rikorrenti ta' intimidazzjoni, theddid ta' mewt u attakki verbali u fiżiċi kontra l-ġurnalisti, b'mod partikolari l-ġurnalisti investigattivi li jkunu qed ikopru każijiet ta' delitti tal-gwerra li ma tressqux il-qorti; jistieden lill-awtoritajiet jiġbru data dwar dawn il-każijiet, jiżguraw investigazzjoni u prosekuzzjoni rapidi tal-awturi u jippromwovu ambjent li jiffavorixxi l-libertà tal-espressjoni; jinnota l-ħtieġa li jissaħħu l-istabbiltà finanzjarja u n-newtralità politika tal-Aġenzija Regolatorja tal-Komunikazzjonijiet; itenni s-sejħa tiegħu li jiġu żgurati l-indipendenza u l-finanzjament sostenibbli tax-xandara pubbliċi, kif ukoll id-disponibbiltà tal-kontenut fil-lingwi uffiċjali kollha; jitlob li tingħata aktar attenzjoni għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġurnalisti fis-settur kollu; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' trasparenza tas-sjieda tal-midja u jtenni s-sejħa tiegħu li tiġi żgurata trasparenza sħiħa bl-adozzjoni tal-qafas leġiżlattiv xieraq; jiddeplora l-fatt li minħabba t-tfixkil politiku ma setax jiġi stabbilit servizz ta' xandir pubbliku funzjonali; itenni t-talba tiegħu li jiġi żgurat il-pluraliżmu tal-midja u jenfasizza li l-produzzjoni u x-xandir tal-kontenut tat-TV u tar-radju fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina jikkontribwixxu biex tiġi protetta d-diversità kulturali fil-pajjiż; jenfasizza li, bħal fil-każ ta' pajjiżi oħra fir-reġjun, għad hemm tħassib fir-rigward tal-istrumentalizzazzjoni politika tal-midja, jew direttament mill-atturi politiċi, jew minn atturi kummerċjali fit-tentattivi tagħhom li jeżerċitaw influwenza politika;

24.  Jilqa' l-isforzi mmirati biex jippromwovu r-rikonċiljazzjoni, ir-rispett reċiproku u t-tolleranza reliġjuża fil-pajjiż, inklużi dawk tal-Kunsill Inter-Reliġjuż tal-Bożnija-Ħerzegovina; jiddeplora l-każijiet kontinwi ta' diskriminazzjoni minħabba raġunijiet reliġjużi, kif ukoll inċidenti li jkunu mmirati lejn siti reliġjużi; ifaħħar u jappoġġa lill-persuni li jiġġieldu favur il-libertà tal-espressjoni, il-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda u l-mibegħda reliġjuża, u li jippromwovu l-inklużjoni; jirrifjuta l-inċitament għall-biża' fil-konfront ta' nies oħra u jistieden lill-awtoritajiet jirreaġixxu fil-pront u b'mod konsistenti f'dawn il-każijiet kollha;

25.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku għar-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika fil-Bożnija-Ħerzegovina għall-2018-2022 u jitlob li jiġi implimentat malajr; jerġa' jiġbed l-attenzjoni għall-frammentazzjoni u għall-politiċizzazzjoni tas-sistema ta' tfassil ta' politika fil-Bożnija-Ħerzegovina, u jenfasizza l-ħtieġa għal riforma tal-qafas kostituzzjonali f'konformità mal-ogħla standards tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-bniedem u l-ħtieġa li jitjiebu l-kwalità, il-koerenza u l-affordabbiltà finanzjarja tal-politiki pubbliċi fil-pajjiż kollu; jitlob li tiġi adottata strateġija mifruxa mal-pajjiż dwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika u li tiżdied it-trasparenza baġitarja fil-Bożnija-Ħerzegovina, kif ukoll għal mekkaniżmi aktar b'saħħithom biex jiġu evitati l-ineffiċjenza u l-ħela tar-riżorsi pubbliċi, inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku; jitlob b'mod partikolari li tittieħed azzjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta' politiċizzazzjoni tas-servizz pubbliku, permezz ta' sistema effettiva ta' ġestjoni tar-riżorsi umani fil-livelli amministrattivi kollha, kif ukoll bl-istandardizzazzjoni tal-proċeduri tas-servizz ċivili fil-livelli governattivi kollha, b'mod partikolari bejn il-livelli federali u tal-kwartieri fil-Federazzjoni;

26.  Jirrikonoxxi li sar xi progress fit-twaqqif ta' mekkaniżmi istituzzjonali ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) u fl-iżgurar ta' finanzjament pubbliku għas-CSOs; itenni l-appell tiegħu għall-adozzjoni ta' qafas strateġiku ta' kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili fil-livelli kollha ta' governanza, għat-tisħiħ tat-trasparenza tat-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliċi u biex isiru sforzi addizzjonali biex ikun jista' jsir skrutinju pubbliku tal-ħidma tal-gvernijiet; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiżdied l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-ippjanar, fil-monitoraġġ u fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ tal-UE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet iwettqu djalogu effettiv li jista' jwassal għal inizjattivi leġiżlattivi u ta' bini ta' kapaċità li jsaħħu l-kapaċitajiet tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili; jissottolinja l-ħtieġa li l-finanzjament pubbliku jkun disponibbli għal CSOs li jkunu qed jaħdmu fuq id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' sorveljanza u ta' konsulenza, kif ukoll għal organizzazzjonijiet ta' bażi żgħar;

27.  Jibqa' mħasseb dwar il-korruzzjoni mifruxa fil-Bożnija-Ħerzegovina u d-distakk persistenti bejn ir-rieda politika ddikjarata favur il-ġlieda kontriha u n-nuqqas ta' riżultati konkreti; jissottolinja li m'hemm l-ebda rekord ta' każijiet bi profil għoli u l-qafas legali u istituzzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni sistematika f'oqsma bħall-finanzjament tal-partiti politiċi, l-akkwist pubbliku, il-kunflitti ta' interess u d-dikjarazzjoni tal-assi huwa dgħajjef u inadegwat; jitlob li jittieħdu passi biex jittejjeb il-qafas legali u istituzzjonali kontra l-korruzzjoni f'konformità mal-istandards Ewropej, billi jiġu armonizzati aħjar il-pjanijiet ta' azzjoni adottati f'diversi livelli, jiġu implimentati l-istrateġiji eżistenti u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-korpi għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-aġenzija kontra l-korruzzjoni;

28.  Jikkunsidra li huma meħtieġa sforzi addizzjonali biex titjieb il-ġlieda kontra l-korruzzjoni mifruxa; iħeġġeġ li għandha tittieħed azzjoni biex jitjieb b'mod sinifikanti r-rekord fil-qasam tal-prevenzjoni u t-trażżin tal-korruzzjoni, inklużi miżuri li jimponu sanzjonijiet effettivi u ta' deterrent, inkluża l-konfiska ta' assi li jinkisbu permezz tal-kriminalità; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità għall-ġlieda u għall-investigazzjoni kontra reati ekonomiċi, finanzjarji u reati relatati mal-akkwist pubbliku; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni lit-twettiq ta' kontrolli effettivi tal-finanzjament tal-partiti politiċi u l-kampanji elettorali u lit-titjib tal-aċċess pubbliku għal u s-sorveljanza tad-dikjarazzjonijiet tal-assi ta' uffiċjali pubbliċi, inklużi l-kandidati għall-elezzjoni; jitlob li r-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO jiġu indirizzati, b'mod partikolari dawk dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u l-kunflitti ta' interess; iqis li huwa essenzjali li l-Bożnija-Ħerzegovina tadotta liġi dwar il-kunflitti ta' interess skont l-istandards Ewropej u internazzjonali; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina twettaq analiżi tal-qafas legali eżistenti kontra l-korruzzjoni u sussegwentement tadotta strateġija koerenti biex tindirizza l-lakuni u n-nuqqasijiet identifikati, f'konformità mal-istandards internazzjonali u Ewropej;

29.  Jilqa' l-adozzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għar-Riforma tas-Settur tal-Ġustizzja 2014-2018 f'Marzu 2017 u l-istabbiliment tal-istrutturi meħtieġa ta' rappurtar u monitoraġġ; jinnota l-ħtieġa ta' azzjoni deċiżiva rigward l-implimentazzjoni tagħha; jinsab imħasseb dwar it-theddid kontinwu b'motiv politiku kontra l-ġudikatura; itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż mill-influwenza politika, kif ukoll l-imparzjalità, il-professjonaliżmu, l-effiċjenza u r-responsabbiltà tagħha; jilqa' l-pjan ta' azzjoni dettaljat li ġie adottat bil-ħsieb li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjonijiet fil-mandat tal-Kunsill Ġudizzjarju u ta' Prosekuzzjoni Għoli (HJPC) li għandhom l-għan li jsaħħu l-miżuri ta' ħatra, dixxiplina u integrità fir-rigward tal-ġudikatura, inkluż permezz ta' dikjarazzjonijiet aħjar tal-assi; iħeġġeġ l-adozzjoni u l-implimentazzjoni rapida ta' atti leġiżlattivi relatati; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi riveduta l-Liġi tal-HJPC abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja; jitlob l-istandardizzazzjoni ta' kodiċi penali għal każijiet ta' delitti tal-gwerra u jenfasizza l-importanza ta' valutazzjonijiet fir-rigward tas-sessi tar-riforma ġudizzjarja li tinsab għaddejja;

30.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-awtoritajiet fil-livelli kollha għadhom qed jinjoraw jew jirrifjutaw id-deċiżjonijiet vinkolanti tal-ġudikatura, inkluż fl-ogħla livell, u jfakkar li dawn l-atti jirrappreżentaw sfida serja għall-istat tad-dritt;

31.  Jilqa' t-tnaqqis ulterjuri fil-kawżi tad-delitti tal-gwerra pendenti, ix-xejra pożittiva kontinwa fil-prosekuzzjoni ta' kawżi tad-delitti tal-gwerra li jinvolvu l-vjolenza sesswali u t-titjib fl-appoġġ għall-vittma fil-qorti u għax-xhieda; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni dwar il-vittmi ċivili tal-gwerra biex tkopri l-vittmi tal-vjolenza sesswali, sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni fir-rigward tal-istatus u l-aċċess għal kumpens fl-entitajiet differenti; jitlob emenda immedjata tal-istrateġija nazzjonali dwar id-delitti tal-gwerra, sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni aktar effiċjenti ta' każijiet bejn livelli differenti ta' governanza, flimkien ma' kriterji u skedi ta' żmien ġodda għall-ipproċessar tal-kawżi l-aktar kumplessi;

32.  Jinnota li għad m'hemmx strateġija komprensiva dwar il-ġustizzja tranżizzjonali u mekkaniżmu sod għall-kumpens għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-gwerra madwar il-pajjiż, inkluż għall-vittmi ta' vjolenza sesswali relatata mal-gwerra; jitlob l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Vittmi tat-Tortura, l-Istrateġija dwar il-Ġustizzja Tranżizzjonali u l-Programm għall-Vittmi tal-Vjolenza Sesswali, u għall-istabbiliment ta' fond speċjali għall-kumpens għall-vittmi ta' stupru, tortura u abbuż matul il-gwerra, u għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' kumpens adegwati għall-vittmi ċivili tal-gwerra, biex jinkludu r-restituzzjoni, il-kumpens, ir-riabilitazzjoni, ir-riparazzjoni u l-garanziji ta' nonrepetizzjoni;

33.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva li tistabbilixxi l-Kummissjoni Reġjonali li jkollha l-kompitu li tistabbilixxi l-fatti dwar il-vittmi kollha tad-delitti tal-gwerra u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem li kienu twettqu fit-territorju tal-eks Jugoslavja (RECOM); jenfasizza l-importanza li l-mexxejja tal-Bożnija-Ħerzegovina jieħdu azzjoni serja dwar l-istabbiliment tagħha; jissottolinja l-importanza ta' dan il-proċess u l-ħtieġa għal involviment attiv tal-mexxejja politiċi reġjonali kollha sabiex ir-RECOM tibda l-ħidma tagħha mingħajr dewmien żejjed; jiġbed l-attenzjoni għall-proposta ta' pjan ta' azzjoni tal-Koalizzjoni tar-RECOM b'dati u parametri ċari;

34.  Jiddeplora kull tip ta' glorifikazzjoni tal-persuni kkundannati bl-aktar reati gravi kontra l-umanità; jitlob b'urġenza r-rispett għall-vittmi tad-delitti tal-gwerra u l-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni; ifakkar lill-mexxejja u lill-istituzzjonijiet politiċi kollha fil-Bożnija-Ħerzegovina li għandhom ir-responsabbiltà li jivvalutaw oġġettivament l-avvenimenti matul il-gwerra, fl-interessi tal-verità, ir-rikonċiljazzjoni u futur paċifiku, u jevitaw l-użu ħażin tal-ġudikatura għal skopijiet politiċi; jenfasizza li l-ipproċessar tad-delitti tal-gwerra jrid ikun ibbażat fuq il-kunċett ta' indipendenza ġudizzjarja u ma jridx jiġi sfruttat għal politiċizzazzjoni biex jaqdi finijiet politiċi ta' kuljum, ikollu x'jaqsam ma' reviżjoniżmu storiku jew jikkawża diviżjonijiet fi ħdan is-soċjetà; jinnota b'dispjaċir id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Assemblea Nazzjonali tar-Republika Srpska biex tirrevoka l-approvazzjoni tagħha tar-Rapport tal-Kummissjoni Srebrenica tal-2004 u jikkundanna d-dikjarazzjonijiet mill-partijiet kollha li jigglorifikaw lill-kriminali tal-gwerra;

35.  Jissottolinja li, għalkemm kien hemm progress sinifikanti, il-legat tal-vjolenza sesswali b'rabta mal-konflitt (CRSV) u t-trawma mill-gwerra tal-1992-1995 għadhom jeħtieġu attenzjoni xierqa fil-Bożnija-Ħerzegovina; jenfasizza li jrid jiġi żgurat li s-superstiti nisa u rġiel, inklużi t-tfal li twieldu f'dak il-kuntest, ikollhom aċċess ekwu għall-kura, għall-appoġġ u għall-ġustizzja permezz ta' kumpens komprensiv, inklużi r-riabilitazzjoni u t-tnaqqis tal-istigmatizzazzjoni tas-superstiti ta' CRSV;

36.  Jirrikonoxxi li minkejja li nkiseb xi progress fl-implimentazzjoni tal-Anness VII tal-Ftehim ta' Paċi Dayton dwar ir-refuġjati u l-persuni spostati f'pajjiżhom, dan għadu mhuwiex biżżejjed; jinnota l-progress kajman fit-trattament tan-numru għoli persistenti ta' persuni spostati f'pajjiżhom, il-minoranzi rimpatrijati, ir-refuġjati u l-persuni neqsin; jistieden lill-awtoritajiet jagħtu bidu għal kooperazzjoni intensiva bejn iż-żewġ entitajiet u jaqsmu b'mod sħiħ id-data militari u tal-intelligence rilevanti kollha biex jiġu identifikati l-persuni li jkunu għadhom neqsin bħala riżultat tal-gwerra; jilqa' l-inizjattivi riċenti li għandhom l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali bl-għan li tiġi solvuta l-kwistjoni tal-persuni neqsin u jistieden lill-awtoritajiet fil-Bożnija-Ħerzegovina jinvolvu ruħhom f'dan il-proċess; jissottolinja l-importanza li tinġabar id-data dwar il-persuni rimpatrijati; jikkundanna l-każijiet ta' attakki kontra l-proprjetà tagħhom u jinnota li s-suċċess tal-politika dwar il-persuni rimpatrijati fil-Bożnija-Ħerzegovina hija strumentali għal rikonċiljazzjoni;

37.  Jitlob l-implimentazzjoni ta' miżuri addizzjonali u programmi konkreti f'termini tar-ritorn sostenibbli tar-refuġjati, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-impjieg, il-protezzjoni soċjali, is-sigurtà u l-edukazzjoni, u li tingħata attenzjoni sinifikanti lill-kumpens għad-danni għall-proprjetà li ma tistax tingħata lura; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, biex jitkomplew l-operazzjonijiet tal-Kummissjoni għal Talbiet ta' Proprjetà Immobbli tal-Persuni Spostati u tar-Refuġjati;

38.  Jiddeplora l-fatt li l-pajjiż għadu qed isofri minħabba l-eżistenza ta' mini tal-art, li jkopru madwar 2,2 % taż-żona totali tiegħu u jaffettwaw direttament is-sigurtà ta' aktar minn 540 000 resident; jilqa' l-appoġġ kontinwu tal-UE għall-azzjoni kontra l-mini u jfaħħar il-Battaljun tat-Tneħħija tal-Mini tal-Forzi Armati fil-Bożnija-Ħerzegovina għall-ħidma eċċellenti tiegħu; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' kwantitajiet suffiċjenti ta' teknoloġija tat-tneħħija tal-mini tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, li jwasslu għal tnaqqis mir-rata attwali ta' 3 km2 mnaddfa kull sena għal anqas minn 1 km2 mill-2020; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri jgħammru b'mod xieraq il-Battaljun tat-Tneħħija tal-Mini bil-mezzi u bit-tagħmir meħtieġa;

39.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata għall-perjodu 2017-2020 u l-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni dwar miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; jitlob li jkun hemm żieda fl-isforzi biex jiġi stabbilit rekord ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet, kundanni finali u konfiska tar-rikavat mill-kriminalità organizzata; jilqa' l-adozzjoni tant mistennija tal-emendi għall-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (CPC) mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Bożnija-Ħerzegovina fis-17 ta' Settembru 2018, għaliex dawn huma essenzjali biex l-istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt ikunu jistgħu jwettqu investigazzjonijiet sensittivi u jikkooperaw mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi internazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn l-emendi; jenfasizza li l-konformità tal-Liġi dwar l-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Intelligence mal-istandards Ewropej u internazzjonali għandha tibqa' prijorità għolja; japprezza l-fatt li l-Bożnija-Ħerzegovina tneħħiet mil-lista tal-FATF ta' "pajjiżi terzi b'riskju kbir li għandhom nuqqasijiet strutturali fir-rigward tal-ħasil tal-flus/fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu", u jitlob li jsiru aktar sforzi biex din titneħħa mil-lista tal-UE ta' pajjiżi b'riskju kbir;

40.  Jitlob li jkun hemm sforzi kontinwi fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u li jkun hemm aktar miżuri biex il-kwistjoni tal-ġellieda barranin tiġi identifikata, evitata u indirizzata b'mod komprensiv, flimkien mal-kummerċ illeċitu tal-armi, u biex jiġu intraċċati l-flus maħsuba għal aktar radikalizzazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ikomplu jtejbu l-kapaċitajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina biex tiġġieled kontra t-terroriżmu permezz ta' koordinazzjoni, kooperazzjoni u skambju aħjar tal-intelligence kriminali, il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ, u programmi ta' deradikalizzazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jiżviluppaw strateġija biex jiġġieldu kontra ċ-ċiberkriminalità u theddid simili ta' sigurtà; ifakkar fil-ħtieġa għal kooperazzjoni aktar b'saħħitha dwar il-kwistjonijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri mal-pajjiżi ġirien;

41.  Ifaħħar l-isforzi tal-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina biex twaqqaf it-tluq taċ-ċittadini tagħha lejn kampi tal-battalja barranin, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet japplikaw sentenzi xierqa għal ġellieda terroristi barranin u jimmaniġġaw ir-riintegrazzjoni soċjali sussegwenti tagħhom; jinnota bi tħassib li ġew irrappurtati ċelel ta' radikalizzazzjoni f'ċerti lokalitajiet fil-pajjiż;

42.  Jinnota bi tħassib l-għadd dejjem jikber ta' migranti li qed jaslu dan l-aħħar fil-Bożnija-Ħerzegovina u n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-livelli differenti tal-gvern biex jirrispondu għal din is-sitwazzjoni; iqis li l-kwistjoni tal-migrazzjoni ma għandhiex tkun politiċizzata; jilqa' l-għajnuna umanitarja tal-UE biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu tar-refuġjati, il-persuni li jfittxu l-ażil u l-migranti fil-pajjiż, u l-adozzjoni ta' miżura speċjali (li tiswa EUR 6 miljun) fl-10 ta' Awwissu 2018 biex tappoġġa lill-Bożnija-Ħerzegovina fil-ġestjoni tal-flussi migratorji; jenfasizza l-importanza li titqies il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi tal-għajnuna umanitarja u l-impatt tal-kampijiet tar-refuġjati fuq il-komunitajiet ospitanti; jemmen li l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien u l-UE hija essenzjali fl-indirizzar ta' din l-isfida komuni;

43.  Jitlob l-adozzjoni ta' sett ġdid ta' riformi orjentati lejn l-UE immedjatament wara l-formazzjoni tal-awtoritajiet il-ġodda fil-Bożnija-Ħerzegovina, sabiex jitkompla l-proċess tar-riforma u tavvanza l-integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż; jinsisti li kundizzjonalità effettiva għandha takkumpanja l-appoġġ finanzjarja tal-UE u li l-pjanijiet ta' azzjoni u l-oqfsa ta' monitoraġġ għandhom jiġu żviluppati mill-UE f'konformità mal-20 prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali sabiex titwettaq id-"dimensjoni soċjali msaħħa l-ġdida", kif stipulat fl-Istrateġija għall-Balkani tal-Punent tal-2018; jirrikonoxxi li sar xi progress mill-Bożnija-Ħerzegovina fir-rigward tal-iżvilupp ekonomiku u tal-kompetittività, iżda jinnota li l-pajjiż għadu fi stadju bikri ta' stabbiliment ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona; jemmen bis-sħiħ li l-avvanz fir-riformi soċjoekonomiċi, bl-involviment xieraq tas-sħab soċjali, għandu jkun prijorità għolja wara l-elezzjonijiet, bl-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-pajjiż; jinnota l-progress limitat ħafna fil-qasam soċjali; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-elementi fundamentali ekonomiċi, bħat-tkabbir, l-impjieg u l-ġlieda kontra l-ekonomija informali; jinnota l-importanza li jiġi strutturat mill-ġdid is-settur pubbliku, inklużi l-intrapriżi pubbliċi, li jkompli jnaqqas l-ekonomija informali u l-piż fiskali relatat fuq ix-xogħol, itejjeb l-ambjent tan-negozju (anki permezz tal-iżvilupp tal-ispazju ekonomiku uniku tal-Bożnija-Ħerzegovina), isaħħaħ l-użu favorevoli għat-tkabbir tal-finanzi pubbliċi, b'mod partikolari billi jiffoka fuq il-ħtiġijiet fuq perjodu medju ta' żmien bħall-infrastruttura u l-edukazzjoni, u jipprovdi statistika fil-waqt u eżawrjenti f'konformità mal-istandards Ewropej u internazzjonali;

44.  Jinnota l-progress kajman fil-protezzjoni ambjentali u tal-klima; ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm allinjament mal-acquis tal-UE u li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u strutturata tal-leġiżlazzjoni ambjentali fil-pajjiż kollu, f'konformità mal-istandards tal-UE u f'konformità mal-Istrateġija ta' Approssimazzjoni Ambjentali għall-pajjiż kollu; jenfasizza mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi indirizzat malajr it-tniġġis tal-arja transkonfinali kkawżat mir-raffinerija taż-żejt fi Brod f'konformità mal-politiki ambjentali tal-UE; jenfasizza li l-Bożnija-Ħerzegovina jeħtieġ li tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali u l-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika, b'mod partikolari fil-Baċir Idrografiku ta' Neretva u fi Trebišnjica; jissottolinja li l-ippjanar u l-bini ta' impjanti u proġetti idroelettriċi jirrikjedu konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali internazzjonali u tal-UE, inklużi d-Direttiva dwar l-Għasafar u l-Ħabitats u d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq iż-żoni ta' valur naturali għoli billi titjieb il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili fi proġetti rilevanti;

45.  Jinnota li s-swieq tal-elettriku u tal-gass għadhom frammentati u ddominati mill-kumpaniji eżistenti ewlenin; jistieden lill-Awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jkomplu jiżviluppaw l-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija tal-pajjiż u joħolqu b'mod urġenti ktajjen funzjonali tal-enerġija u tat-trasport; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tapprofitta mill-pakkett il-ġdid tal-UE għall-iżvilupp tal-konnettività reġjonali, u taħdem biex tlesti s-Suq tal-Enerġija Reġjonali f'konformità mal-impenji klimatiċi tagħha; jirrakkomanda investimenti kontinwi fi proġetti ta' infrastruttura li se jtejbu l-konnettività tat-trasport fil-Bożnija-Ħerzegovina u mal-pajjiżi ġirien; jitlob li meta għandhom jintgħażlu l-kuntratturi, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-prinċipju tat-trasparenza għandhom ikunu osservati sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tas-setgħat u l-korruzzjoni u tiġi żgurata l-għażla tal-aħjar offerti; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proposta li jitnaqqsu t-tariffi tar-roaming fil-Balkani tal-Punent;

46.  Jilqa' r-relazzjonijiet kostruttivi u stabbli bilaterali tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-iffirmar ta' għadd ta' ftehimiet bilaterali mal-ġirien tagħha; jitlob li jissaħħu r-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien mal-pajjiżi fir-reġjun u li jsiru aktar sforzi biex jiġu solvuti l-kwistjonijiet bilaterali pendenti kollha, inkluża d-demarkazzjoni tal-fruntieri mas-Serbja u mal-Kroazja, anki bl-għan li timxi 'l quddiem is-sħubija tal-organizzazzjonijiet Ewropej;

47.  Jilqa' l-Istrateġija tal-Politika Estera tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-perjodu 2018-2023 adottata mill-Presidenza tal-Bożnija-Ħerzegovina, li tiddikjara b'mod ċar li s-sħubija fl-UE hija waħda mill-objettivi strateġiċi prinċipali tal-pajjiż; jiddispjaċih mill-fatt li l-grad ta' allinjament mad-dikjarazzjonijiet tal-UE u mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) naqas għal 61 % fl-2017; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm riżultati fir-rigward tal-allinjament progressiv mal-PESK u jitlob li jkun hemm titjib sostanzjali f'dan il-qasam, li jikkostitwixxi komponent essenzjali tas-sħubija fl-UE; iħeġġeġ bil-qawwi lill-Bożnija-Ħerzegovina tallinja ruħha mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jintroduċu miżuri restrittivi tal-UE fil-kuntest tal-annessjoni illegali tar-Russja tal-Krimea u l-avveniment fl-Ukrajna tal-Lvant, u jiddeplora n-nuqqas ta' kooperazzjoni intenzjonat f'dan ir-rigward minn xi atturi politiċi;

48.  Jinnota l-influwenza dejjem tiżdied tas-setgħat barranin fil-Bożnija-Ħerzegovina u jemmen bil-qawwi li impenn aktar b'saħħtu tal-UE min-naħa tal-Bożnija-Ħerzegovina għadu l-aħjar mod kif jiġi żgurat progress lejn il-valuri Ewropej, l-istabbiltà u l-prosperità fil-pajjiż; jilqa' l-preżenza kontinwa tal-Operazzjoni Althea tal-EUFOR fil-pajjiż, li tassisti fil-bini ta' kapaċità u fit-taħriġ tal-forzi armati tal-Bożnija-Ħerzegovina, kif ukoll fiż-żamma ta' kapaċità ta' deterrent biex jiġi appoġġat ambjent sigur u sikur; jilqa' l-estensjoni tal-mandat tal-EUFOR mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sa Novembru 2019;

49.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw allinjament strett mal-istandards u mal-objettivi ta' politika tal-UE u dawk internazzjonali fil-qasam tal-enerġija u t-tibdil fil-klima; jiddeplora l-fatt li l-isforzi tal-pajjiż għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima għadhom fil-livell ta' dikjarazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin qed jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-ippjanar ta' impjanti ġodda tal-enerġija termali tal-faħam; jitlob, għalhekk, il-kanċellazzjoni tal-proġetti u tal-pjanijiet idroelettriċi li jagħmlu ħsara lin-natura, li jmorru kontra x-xewqa tal-popolazzjoni lokali, li mhumiex konformi mal-pjanijiet ta' żvilupp tal-ispazju lokali jew tal-entitajiet u li jkunu ta' benefiċċju għall-investituri biss;

50.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, lir-Republika Srpska u lid-Distrett ta' Brčko, u lill-gvernijiet tal-għaxar kantuni.

(1) S/2018/416, 3.5.2018.
(2) S/2018/974, 31.10.2018.


Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom ***I
PDF 503kWORD 150k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2018)0375 – C8-0230/2018 – 2018/0196(COD))(1)
P8_TA(2019)0096A8-0043/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
Proposta għal
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi
li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprovdi li, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti. L-Artikolu 175 TFUE jitlob li l-Unjoni ssostni l-ilħiq ta' dawn l-objettivi permezz tal-azzjoni li tieħu permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-Taqsima tal-Gwida, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħrajn. L-Artikolu 322 TFUE jipprovdi l-bażi biex jiġu adottati r-regoli finanzjarji li jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet, kif ukoll kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji.
(1)  L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprovdi li, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti. Dawn ir-reġjuni jibbenefikaw b'mod partikolari mill-politika ta' koeżjoni. L-Artikolu 175 tat-TFUE jitlob li l-Unjoni ssostni l-ilħiq ta' dawn l-objettivi permezz tal-azzjoni li tieħu permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-Taqsima tal-Gwida, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħrajn. L-Artikolu 322 tat-TFUE jipprovdi l-bażi biex jiġu adottati r-regoli finanzjarji li jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet, kif ukoll kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Huwa importanti għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha li l-politika ta' koeżjoni tibqa' l-politika ta' investiment ewlenija tal-Unjoni, filwaqt li żżomm il-finanzjament tagħha fil-perjodu 2021-2027 tal-anqas fil-livell tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li finanzjament ġdid għal oqsma oħra ta' attività jew programmi tal-Unjoni ma jkunux ta' detriment għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond ta' Koeżjoni.
Emenda 430
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Sabiex ikomplu jiżviluppaw implimentazzjoni koordinata u armonizzata tal-Fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+"), il-Fond ta' Koeżjoni, miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (Asylum and Migration Fund, "AMIF"), il-Fond għas-Sigurtà Interna (Internal Security Fund, "ISF") u l-Istrument għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u tal-Viżi ("BMVI"), jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji bbażati fuq l-Artikolu 322 TFUE għal dawn il-Fondi kollha ("il-Fondi"), li jispeċifikaw biċ-ċar il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet komuni bbażati fuq l-Artikolu 177 TFUE jiġu stabbiliti biex ikopru r-regoli speċifiċi tal-politika għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni u għall-FEMS.
(2)  Sabiex ikomplu jiżviluppaw implimentazzjoni koordinata u armonizzata tal-Fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+"), il-Fond ta' Koeżjoni, miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), il-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), il-Fond għas-Sigurtà Interna ("ISF") u l-Istrument għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u tal-Viżi ("BMVI"), jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji bbażati fuq l-Artikolu 322 tat-TFUE għal dawn il-Fondi kollha ("il-Fondi"), li jispeċifikaw biċ-ċar il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet komuni bbażati fuq l-Artikolu 177 tat-TFUE jiġu stabbiliti biex ikopru r-regoli speċifiċi tal-politika għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni, għall-FEMS u sa punt speċifiku għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Jenħtieġ li r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni skarsament popolati tat-Tramuntana jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi u minn finanzjament addizzjonali skont l-Artikolu 349 TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 tal-Att ta' Adeżjoni tal-1994.
(4)  Jenħtieġ li r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni skarsament popolati tat-Tramuntana jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi u minn finanzjament addizzjonali skont l-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 tal-Att ta' Adeżjoni tal-1994 sabiex jindirizzaw l-iżvantaġġi speċifiċi tagħhom relatati mal-pożizzjoni ġeografika tagħhom.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Jenħtieġ li l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 TFUE, inklużi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jqisu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà tan-NU u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont id-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li dawn il-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan li tippriżerva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) TFUE, u jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.
(5)  Jenħtieġ li l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inklużi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jqisu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont id-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Fondi jiġu implimentati b'mod li jippromwovi d-deistituzzjonalizzazzjoni u l-kura bbażata fil-komunità. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li dawn il-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal kwalunkwe forma ta' segregazzjoni jew esklużjoni, jew li jappoġġaw infrastruttura li tkun inaċċessibbli għall-persuni b'diżabbilità. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan li tippreserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) tat-TFUE, u jitqies il-prinċipju li min iniġġeż iħallas u jitqiesu l-impenji maqbula taħt il-Ftehim ta' Pariġi. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE. Il-faqar huwa wieħed mill-akbar sfidi tal-UE. Għalhekk, il-Fondi jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar. Jenħtieġ li huma jikkontribwixxu wkoll għall-issodisfar tal-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Meta wieħed jirrifletti fuq l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jissimplifikaw l-azzjonijiet klimatiċi u biex jinkiseb għan ġenerali ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit li tapoġġa l-objettivi klimatiċi.
(9)  Meta wieħed jirrifletti fuq l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jissimplifikaw l-azzjonijiet klimatiċi u biex jinkiseb għan ġenerali ta' 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-objettivi klimatiċi. Il-mekkaniżmi għall-protezzjoni tal-klima jenħtieġ li jkunu parti integrali tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   Minħabba l-impatt tal-flussi ta' migrazzjoni minn pajjiżi terzi, il-politika ta' koeżjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għal proċessi ta' integrazzjoni, b'mod partikolari billi tipprovdi appoġġ infrastrutturali lill-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali l-aktar esposti, li huma aktar involuti fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' integrazzjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fondi tiġi implimentata mill-Kummissjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) [numru tar-Regolament Finanzjarju ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunill12 (ir-"Regolament Finanzjarju"). Għaldaqstant, meta jimplimentaw il-Fondi taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħall-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.
(10)  Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fondi tiġi implimentata mill-Kummissjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) [numru tar-Regolament Finanzjarju ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 (ir-"Regolament Finanzjarju"). Għaldaqstant, meta jimplimentaw il-Fondi taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħall-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-programmi. Dan jenħtieġ li jsir fil-livell territorjali xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom, u skont il-korpi maħtura minnhom għal dak il-għan. Jenħtieġ li l-Istati Membri joqogħdu lura milli jżidu regoli li jikkomplikaw l-użu tal-Fondi għall-benefiċjarji.
__________________
__________________
12 ĠU L […], […], p. […].
12 ĠU L […], […], p. […].
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Il-prinċipju tas-sħubija huwa fattur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jibni fuq l-approċċ ta' governanza f'diversi livelli u jiżgura l-involviment tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Sabiex jipprovdi kontinwità fl-organizzazzjoni tas-sħubija, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/201413 ikompli japplika.
(11)  Il-prinċipju tas-sħubija huwa fattur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jibni fuq l-approċċ ta' governanza f'diversi livelli u jiżgura l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali, lokali u awtoritajiet pubbliċi oħra, tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Sabiex jipprovdi kontinwità fl-organizzazzjoni tas-sħubija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa temenda u tadatta r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/201413.
__________________
__________________
13 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).
13 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta' riforma u tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investiment pluriennali nazzjonali tagħhom b'appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma bħala mod kif jiġu enfasizzati u kkoordinati proġetti ta' investimenti ta'prijorità li għandhom jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b'mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jiġi riċevut, speċjalment mill-Fondi, mill-Funzjoni ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investiment Ewropea u mill-InvestUE.
imħassar
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw kif rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 121(2) TFUE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 148(4) TFUE (CSRs) jitqiesu fit-tħejjija ta' dokumenti ta' programmazzjoni. Matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2021 u l-2027 ("perjodu ta' programmazzjoni"), jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi b'appoġġ għas-CSRs lill-kumitat ta' monitoraġġ u lill-Kummissjoni b'mod regolari. Matul rieżami ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Istati Membri, fost elementi oħra, iqisu l-ħtieġa għal modifiki fil-programmi biex jakkomodaw CSRs rilevanti adottati jew modifikati sa mill-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni.
(13)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti adottati skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE ("CSRs") fit-tħejjija ta' dokumenti ta' programmazzjoni, meta jkunu konsistenti mal-objettivi tal-programm. Matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2021 u l-2027 ("perjodu ta' programmazzjoni"), jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi b'appoġġ għas-CSRs, kif ukoll tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali lill-kumitat ta' monitoraġġ u lill-Kummissjoni b'mod regolari. Matul rieżami ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Istati Membri, fost elementi oħra, iqisu l-ħtieġa għal modifiki fil-programmi biex jakkomodaw CSRs rilevanti adottati jew modifikati sa mill-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-kontenuti tal-abbozz tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima, li għandu jiġi żviluppat taħt ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija14 , u l-eżitu tal-proċess li wassal għar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni rigward dawn il-pjanijiet, għall-programmi tagħhom, kif ukoll għall-ħtiġijiet finanzjarji allokati għal investimenti b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.
(14)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-kontenuti tal-abbozz tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima, li għandu jiġi żviluppat taħt ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija14 , u l-eżitu tal-proċess li wassal għar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni rigward dawn il-pjanijiet, għall-programmi tagħhom, inkluż waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu, kif ukoll għall-ħtiġijiet finanzjarji allokati għal investimenti b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.
__________________
__________________
14 [Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM(2016)0759 final/2 - 2016/0375(COD)]
14 [Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM(2016)0759 final/2 - 2016/0375(COD)]
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Jeħtieġ li l-Ftehim ta' Sħubija, imħejji minn kull Stat Membru, ikun dokument strateġiku li jiggwida n-negozjati bejn il-Kummissjoni l-Istat Membru kkonċernat dwar it-tfassil tal-programmi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li ma jkunx hemm għalfejn jiġu emendati l-Ftehimiet ta' Sħubija matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Sabiex jiffaċilitaw il-programmazzjoni u jiġi evitat kontenut duplikat fid-dokumenti ta' programmazzjoni, il-Ftehimiet ta' Sħubija jistgħu jiġu inklużi bħala parti minn programm.
(15)  Jeħtieġ li l-Ftehim ta' Sħubija, imħejji minn kull Stat Membru, ikun dokument strateġiku li jiggwida n-negozjati bejn il-Kummissjoni l-Istat Membru kkonċernat dwar it-tfassil tal-programmi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li ma jkunx hemm għalfejn jiġu emendati l-Ftehimiet ta' Sħubija matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-programmazzjoni u jiġi evitat kontenut duplikat fid-dokumenti ta' programmazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Ftehimiet ta' Sħubija jiġu inklużi bħala parti minn programm.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Jenħtieġ li kull Stat Membru jkollu l-flessibbiltà li jikkontribwixxi għall-InvestUE għad-dispożizzjoni ta' garanziji baġitarji għall-investimenti f'dak l-Istat Membru.
(16)  Kull Stat Membru jista' jkollu l-flessibbiltà li jikkontribwixxi għall-InvestEU għad-dispożizzjoni ta' garanziji baġitarji għall-investimenti f'dak l-Istat Membru, skont ċerti kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Sabiex jiġu żgurati l-prerekwiżiti meħtieġa għall-użu effettiv u effiċjenti tal-appoġġ tal-Unjoni mogħti mill-Fondi, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista limitata ta' kundizzjonijiet abilitanti kif ukoll sett konċiż u eżawrjenti ta' kriterji oġġettivi għall-valutazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li kull kundizzjoni abilitanti tintrabat ma' objettiv speċifiku u jenħtieġ li tiġi applikata awtomatikament meta l-objettiv speċifiku jintgħażel għall-appoġġ. Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li n-nefqa relatata mal-operazzjonijiet taħt l-objettivi speċifiċi relatati ma tiġix inkluża f'talbiet għall-ħlas. Sabiex jinżamm qafas ta' investiment favorevoli, jenħtieġ li jkun hemm monitoraġġ regolari tal-issodisfar kontinwu tal-kundizzjonijiet abilitanti. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jiġu implimentati b'mod konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti tal-ippjanar fis-seħħ sottostanti għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet abilitanti, u b'hekk jiżguraw li l-operazzjonijiet kofinanzjati kollha jkunu konformi mal-qafas ta' politika tal-Unjoni.
(17)  Sabiex jiġu żgurati l-prerekwiżiti meħtieġa għall-użu inklużiv, mhux diskriminatorju, effettiv u effiċjenti tal-appoġġ tal-Unjoni mogħti mill-Fondi, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista limitata ta' kundizzjonijiet abilitanti kif ukoll sett konċiż u eżawrjenti ta' kriterji oġġettivi għall-valutazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li kull kundizzjoni abilitanti tintrabat ma' objettiv speċifiku u jenħtieġ li tiġi applikata awtomatikament meta l-objettiv speċifiku jintgħażel għall-appoġġ. Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li n-nefqa relatata mal-operazzjonijiet taħt l-objettivi speċifiċi relatati ma tiġix inkluża f'talbiet għall-ħlas. Sabiex jinżamm qafas ta' investiment favorevoli, jenħtieġ li jkun hemm monitoraġġ regolari tal-issodisfar kontinwu tal-kundizzjonijiet abilitanti. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jiġu implimentati b'mod konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti tal-ippjanar fis-seħħ sottostanti għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet abilitanti, u b'hekk jiżguraw li l-operazzjonijiet kofinanzjati kollha jkunu konformi mal-qafas ta' politika tal-Unjoni.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas ta' prestazzjoni għal kull programm li jkopri l-indikaturi, l-istadji importanti u l-miri kollha biex jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jevalwaw il-prestazzjoni tal-programmi.
(18)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas ta' prestazzjoni għal kull programm li jkopri l-indikaturi, l-istadji importanti u l-miri kollha biex jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jevalwaw il-prestazzjoni tal-programmi. Dan jenħtieġ li jippermetti li l-għażla u l-evalwazzjoni tal-proġetti jkunu mmexxija mir-riżultati.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu rieżami ta' nofs it-terminu ta' kull programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni. Jenħtieġ li r-rieżami jipprovdi aġġustament sħiħ tal-programmi bbażati fuq il-prestazzjoni tal-programmi, filwaqt li jagħti opportunità wkoll li jitqiesu sfidi ġodda CSRs rilevanti maħruġa fl-2024. B'mod parallel, jenħtieġ li fl-2024 il-Kummissjoni, flimkien mal-aġġustament tekniku għas-sena 2025, tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha taħt l-investiment għall-mira tal-impjiegi u t-tkabbir tal-politika ta' koeżjoni għas-snin 2025, 2026 u 2027, u tapplika l-metodu tal-allokazzjoni stabbilit fl-att bażiku rilevanti. Jenħtieġ li dan ir-rieżami flimkien mal-eżitu tar-rieżmi ta' nofs it-terminu jiriżulta f'emendi tal-programmi li jimmodifikaw l-allokazzjonijiet finanzjarji għas-snin 2025, 2026 u 2027.
(19)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu rieżami ta' nofs it-terminu ta' kull programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni. Jenħtieġ li r-rieżami jipprovdi aġġustament sħiħ tal-programmi bbażati fuq il-prestazzjoni tal-programmi, filwaqt li jagħti l-opportunità wkoll li jitqiesu sfidi ġodda u CSRs rilevanti maħruġa fl-2024, kif ukoll il-progress mal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ li l-isfidi demografiċi jiġu kkunsidrati wkoll. B'mod parallel, jenħtieġ li fl-2024 il-Kummissjoni, flimkien mal-aġġustament tekniku għas-sena 2025, tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha taħt l-investiment għall-mira tal-impjiegi u t-tkabbir tal-politika ta' koeżjoni għas-snin 2025, 2026 u 2027, u tapplika l-metodu tal-allokazzjoni stabbilit fl-att bażiku rilevanti. Jenħtieġ li dan ir-rieżami flimkien mal-eżitu tar-rieżami ta' nofs it-terminu jirriżulta f'emendi tal-programmi li jimmodifikaw l-allokazzjonijiet finanzjarji għas-snin 2025, 2026 u 2027.
Emendi 425/rev, 444/rev, 448 u 469
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Jenħtieġ li l-mekkaniżmi biex jiżguraw rabta bejn il-politiki ta' governanza ekonomika tal-Unjoni jkomplu jiġu rfinuti, biex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel proposta lill-Kunsill biex tissospendi l-impenji kollha jew parti minnhom għal wieħed mill-programmi jew aktar tal-Istat Membru kkonċernat meta dak l-Istat Membru jonqos milli jieħu azzjoni effettiva fil-kuntest tal-proċess tal-governanza ekonomika. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi u fid-dawl tal-importanza li jiġu imposti l-effetti finanzjarji tal-miżuri, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kunsill li jenħtieġ li jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex tiġi żgurata azzjoni effettiva fil-kuntest tal-proċess tal-governanza ekonomika, jenħtieġ li tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.
imħassar
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)  L-Istati Membri jistgħu, f'każijiet debitament ġustifikati, jagħmlu talba għall-flessibbiltà fil-qafas attwali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz ta' kofinanzjament ta' investimenti attivati bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("Fondi SIE"). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa t-talba rispettiva, meta tiddefinixxi l-aġġustament fiskali taħt il-parti preventiva jew dik korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  Il-proġetti maġġuri jirrappreżentaw sehem sostanzjali mill-infiq tal-Unjoni u ta' spiss huma ta' importanza strateġika fir-rigward tat-twettiq tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li operazzjonijiet lil hinn minn ċerti limiti jkomplu jkunu soġġetti għal proċeduri speċifiċi ta' approvazzjoni skont dan ir-Regolament. Il-limitu jenħtieġ li jiġi stabbilit fir-rigward tal-kost totali eliġibbli wara li jitqies id-dħul nett mistenni. Biex tkun żgurata ċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi definit il-kontenut ta' applikazzjoni ta' proġett maġġuri għal dan il-għan. L-applikazzjoni jenħtieġ li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex tingħata garanzija li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fondi ma tirriżultax f'telf sostanzjali ta' impjiegi f'postijiet eżistenti fl-Unjoni. L-Istat Membru jenħtieġ li jippreżenta l-informazzjoni kollha mitluba u jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-proġett maġġuri biex tiddetermina jekk hijiex ġustifikata l-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Sabiex jissaħħaħ l-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, jenħtieġ li l-investimenti fil-forma tal-għodod territorjali bħall-investimenti territorjali integrati ("ITI"), l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (community-led local development, "CLLD") jew kull għodda territorjali oħra taħt l-objettiv ta' politika "Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha" li tappoġġa l-inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR ikunu bbażati fuq strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali. Għall-finijiet tal-ITI u tal-għodod territorjali mfassla mill-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-istrateġiji territorjali. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji territorjali jiġu żviluppati u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti. Sabiex jiġi żgurat l-involviment tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti fl-istrateġiji territorjali ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet jew il-korpi jkunu responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati, jew involuti f'dik l-għażla.
(23)  Sabiex jissaħħaħ l-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, jenħtieġ li l-investimenti fil-forma tal-għodod territorjali bħall-investimenti territorjali integrati ("ITI"), l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (community-led local development, "CLLD", magħruf bħala "LEADER" taħt il-FAEŻR) jew kull għodda territorjali oħra taħt l-objettiv ta' politika "Ewropa eqreb taċ-ċittadini tagħha" li tappoġġa l-inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR ikunu bbażati fuq strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali. L-istess jenħtieġ li japplika għal inizjattivi relatati bħall-Irħula Intelliġenti. Għall-finijiet tal-ITI u tal-għodod territorjali mfassla mill-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-istrateġiji territorjali. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji territorjali jiġu żviluppati u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti. Sabiex jiġi żgurat l-involviment tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti fl-istrateġiji territorjali ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet jew il-korpi jkunu responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati, jew involuti f'dik l-għażla.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Sabiex jiġi mobilizzat aħjar il-potenzjal fil-livell lokali, jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi ffaċilitat is-CLLD. Jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet lokali u l-potenzjal, kif ukoll karatteristiċi soċjokulturali rilevanti, u jenħtieġ li jipprevedi bidliet strutturali, jibni l-kapaċità tal-komunità u jistimola l-innovazzjoni. Jenħtieġ li jissaħħu l-kooperazzjoni mill-qrib u l-użu integrat tal-Fondi biex jitwasslu strateġiji għall-iżvilupp lokali. Jenħtieġ li, bħala prinċipju essenzjali, il-gruppi ta' azzjoni lokali li jirrappreżentaw l-interessi tal-komunità jkunu responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tas-CLLD. Sabiex jiġi ffaċilitat appoġġ koordinat minn Fondi differenti għall-istrateġiji tas-CLLD u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-użu ta' approċċ ta' "Fond Prinċipali".
(24)  Sabiex jiġi mobilizzat aħjar il-potenzjal fil-livell lokali, jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi ffaċilitat is-CLLD. Jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet lokali u l-potenzjal, kif ukoll karatteristiċi soċjokulturali rilevanti, u jenħtieġ li jipprevedi bidliet strutturali, jibni l-kapaċità tal-komunità u l-kapaċità amministrattiva u jistimola l-innovazzjoni. Jenħtieġ li jissaħħu l-kooperazzjoni mill-qrib u l-użu integrat tal-Fondi biex jitwasslu strateġiji għall-iżvilupp lokali. Jenħtieġ li, bħala prinċipju essenzjali, il-gruppi ta' azzjoni lokali li jirrappreżentaw l-interessi tal-komunità jkunu responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tas-CLLD. Sabiex jiġi ffaċilitat appoġġ koordinat minn Fondi differenti għall-istrateġiji tas-CLLD u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-użu ta' approċċ ta' "Fond Prinċipali".
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Sabiex jonqos il-piż amministrattiv, jenħtieġ li tiġi implimentata assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istat Membru permezz ta' rata fissa bbażata fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. Din l-assistenza teknika tista' tkun ikkomplementata minn miżuri ta' bini tal-kapaċità mmirati bl-użu ta' metodi ta' rimborż li mhumiex marbuta ma' kostijiet. L-azzjonijiet u r-riżultati kif ukoll pagamenti korrispondenti tal-Unjoni jistgħu jiġu miftiehma fi pjan direzzjonali u jistgħu jwasslu għal pagamenti għal riżultati fil-post.
(25)  Sabiex jonqos il-piż amministrattiv, jenħtieġ li tiġi implimentata assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istat Membru permezz ta' rata fissa bbażata fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. Dik l-assistenza teknika tista' tkun ikkomplementata minn miżuri ta' bini tal-kapaċità mmirati, bħall-evalwazzjoni tas-sett ta' ħiliet tar-riżorsi umani, bl-użu ta' metodi ta' rimborż li mhumiex marbuta ma' kostijiet. L-azzjonijiet u r-riżultati kif ukoll pagamenti korrispondenti tal-Unjoni jistgħu jiġu miftiehma fi pjan direzzjonali u jistgħu jwasslu għal pagamenti għal riżultati fil-post.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Sabiex jeżamina l-prestazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li l-Istat Membru jwaqqaf kumitati ta' monitoraġġ. Għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li r-rapporti annwali ta' implimentazzjoni jiġu sostitwiti minn djalogu ta' politika strutturat annwali bbażat fuq l-aħħar informazzjoni u data dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li jkunu saru disponibbli mill-Istat Membru.
(27)  Sabiex jeżamina l-prestazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li l-Istat Membru jistabbilixxi kumitati ta' monitoraġġ li jikkonsistu wkoll minn rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li r-rapporti annwali ta' implimentazzjoni jiġu sostitwiti minn djalogu ta' politika strutturat annwali bbażat fuq l-aħħar informazzjoni u data dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li jkunu saru disponibbli mill-Istat Membru.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201616, jenħtieġ li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjonijiet żejda u piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi fil-post.
(28)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201616, jeħtieġ li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni żejda u piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi fil-post. L-indikaturi għandhom jiġu żviluppati b'mod li jkun sensittiv għall-ġeneru meta jkun possibbli.
_________________
_________________
16 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.
16 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jintalab rappurtar elettroniku aktar frekwenti dwar id-data kwantitattiva.
(29)  Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jintalab rappurtar elettroniku effettiv u f'waqtu dwar id-data kwantitattiva.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Sabiex tappoġġa t-tħejjija tal-programmi u l-attivitajiet relatati tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Fondi. Fi tmiem il-perjodu ta'programmazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet retrospettivi tal-Fondi, li jenħtieġ li jiffukaw fuq l-impatt tal-Fondi.
(30)  Sabiex tappoġġa t-tħejjija tal-programmi u l-attivitajiet relatati tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Fondi. Fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet retrospettivi tal-Fondi, li jenħtieġ li jiffukaw fuq l-impatt tal-Fondi. Jenħtieġ li r-riżultati ta' dawn l-evalwazzjonijiet jiġu pubblikati.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)  Rigward l-għotjiet mogħtija lill-benefiċjarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dejjem aktar użu mill-għażliet tal-kostijiet issimplifikati. Jenħtieġ li l-livell limitu marbut mal-użu obbligatorju tal-għażliet tal-kostijiet issimplifikati jkun marbut mal-kostijiet totali tal-operazzjoni sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-operazzjonijiet kollha taħt il-livell limitu, kemm jekk l-appoġġ ikun pubbliku kif ukoll jekk privat.
(34)  Rigward l-għotjiet mogħtija lill-benefiċjarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dejjem aktar użu mill-għażliet tal-kostijiet issimplifikati. Jenħtieġ li l-livell limitu marbut mal-użu obbligatorju tal-għażliet tal-kostijiet issimplifikati jkun marbut mal-kostijiet totali tal-operazzjoni sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-operazzjonijiet kollha taħt il-livell limitu, kemm jekk l-appoġġ ikun pubbliku kif ukoll jekk privat. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jipproponi l-użu ta' għażla tal-ispejjeż issimplifikati, jista' jikkonsulta lill-kumitat ta' monitoraġġ.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Sabiex jottimizzaw l-assorbiment ta' investimenti ambjentali kofinanzjati, jenħtieġ li s-sinerġiji jiġu żgurati bil-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika LIFE, b'mod partikolari permezz ta' proġetti integrati strateġiċi LIFE u proġetti ta' natura strateġika.
(36)  Sabiex jottimizzaw l-assorbiment ta' investimenti ambjentali kofinanzjati, jenħtieġ li s-sinerġiji jiġu żgurati bil-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika LIFE, b'mod partikolari permezz ta' proġetti integrati strateġiċi LIFE u proġetti ta' natura strateġika, kif ukoll mal-proġetti finanzjati taħt Orizzont Ewropa u programmi oħra tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Sabiex ikunu żgurati l-effettività, il-ġustizzja u l-impatt sostenibbli tal-Fondi, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet li jiggarantixxu li l-investmenti fl-infrastruttura jew l-investiment produttiv idumu u jimpedixxu l-użu ta' dawn il-Fondi għal vantaġġ mhux dovut. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni joqogħdu attenti b'mod partikolari li ma jappoġġawx ir-rilokazzjoni meta jagħżlu l-operazzjonijiet u li jittrattaw is-somom imħallsa b'mod mhux dovut lil operazzjonijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżit tad-durabbiltà bħala irregolaritajiet.
(38)  Sabiex ikunu żgurati l-inklużività, l-effettività, il-ġustizzja u l-impatt sostenibbli tal-Fondi, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet li jiggarantixxu li l-investmenti fl-infrastruttura jew l-investiment produttiv ma jkunux diskriminatorji u jkunu dejjiema u jimpedixxu l-użu ta' dawn il-Fondi għal vantaġġ mhux dovut. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni joqogħdu attenti b'mod partikolari li ma jappoġġawx ir-rilokazzjoni meta jagħżlu l-operazzjonijiet u li jittrattaw is-somom imħallsa b'mod mhux dovut lil operazzjonijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżit tad-durabbiltà bħala irregolaritajiet.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud mill-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li wieħed ifittex sinerġiji b'mod partikolari bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament inkluża l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi. Jenħtieġ li dawn is-sinerġiji jinkisbu permezz ta' mekkaniżmi ewlenin, jiġifieri r-rikonoxximent ta' rati fissi għal kostijiet eliġibbli mill-Orizzont Ewropa għal operazzjoni simili u l-possibbiltà li jiġi kkombinat finanzjament minn strumenti tal-Unjoni differenti fl-istess operazzjoni sakemm jiġi evitat finanzjament doppju. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal finanzjament komplementari mill-Fondi.
(40)  Sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud mill-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li wieħed ifittex sinerġiji b'mod partikolari bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament inkluża l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi. Jenħtieġ li din il-koordinazzjoni tal-politika tippromwovi mekkaniżmi li jkunu faċli biex jintużaw u governanza f'diversi livelli. Jenħtieġ li dawk is-sinerġiji jinkisbu permezz ta' mekkaniżmi ewlenin, jiġifieri r-rikonoxximent ta' rati fissi għal kostijiet eliġibbli mill-Orizzont Ewropa għal operazzjoni simili u l-possibbiltà li jiġi kkombinat finanzjament minn strumenti tal-Unjoni differenti fl-istess operazzjoni dment li jiġi evitat finanzjament doppju. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal finanzjament komplementari mill-Fondi.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 42a (ġdida)
(42a)   Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jimplimentaw strumenti finanzjarji permezz ta' għoti ta' kuntratt dirett lill-Grupp tal-BEI u lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs).
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 44
(44)  B'rispett sħiħ għall-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-akkwist pubbliku applikabbli u diġà ċċarati matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2014 u l-2020, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu dwar l-għażliet ta' implimentazzjoni l-aktar xierqa għall-istrumenti finanzjarji sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni mmirati.
(44)  B'rispett sħiħ għall-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-akkwist pubbliku applikabbli u diġà ċċarati matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2014 u l-2020, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu dwar l-għażliet ta' implimentazzjoni l-aktar xierqa għall-istrumenti finanzjarji sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni mmirati. F'dan il-qafas, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, tagħti gwida lill-awdituri, lill-awtoritajiet ta' ġestjoni u lill-benefiċjarji għall-valutazzjoni tal-konformità mal-għajnuna mill-Istat u l-iżvilupp ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 45a (ġdida)
(45a)   Sabiex iżżid ir-responsabbiltà u t-trasparenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi sistemi ta' indirizzar tal-ilmenti li jkunu aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati kollha fl-istadji kollha ta' preparazzjoni u implimentazzjoni tal-programmi, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Sabiex jitħaffef il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat ir-riportament tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni mill-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti. Jenħtieġ li jinżamm l-użu ta' sistema kompjuterizzata diġà stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, adatta skont kif meħtieġ, sakemm ma tkunx meħtieġa teknoloġija ġdida.
(46)  Sabiex jitħaffef il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat ir-riportament tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni, inklużi s-sistemi amministrattivi u tal-IT, mill-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, meta dan ikun possibbli. Jenħtieġ li jinżamm l-użu ta' sistema kompjuterizzata diġà stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, adatta skont kif meħtieġ, sakemm ma tkunx meħtieġa teknoloġija ġdida.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 48a (ġdida)
(48a)  Sabiex jiġi appoġġat l-użu effettiv tal-Fondi, l-appoġġ tal-BEI jenħtieġ li jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha fuq talba tagħhom. Dan jista' jkopri l-bini tal-kapaċità, l-appoġġ għall-identifikazzjoni tal-proġett, it-tħejjija u l-implimentazzjoni, kif ukoll pariri dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjattaformi ta' investiment.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 50
(50)  Biex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Fondi u l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi relatati, jenħtieġ li l-frekwenza, l-ambitu u l-kopertura tal-verifiki ta' ġestjoni jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tqis fatturi bħat-tip ta' operazzjonijiet implimentati, il-benefiċjarji kif ukoll il-livell ta' riskju identifikat mill-verifiki ta' ġestjoni u l-awditi preċedenti.
(50)  Biex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Fondi u l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi relatati, jenħtieġ li l-frekwenza, l-ambitu u l-kopertura tal-verifiki ta' ġestjoni jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tqis fatturi bħat-tip ta' operazzjonijiet implimentati, il-kumplessità u l-għadd tal-operazzjonijiet, il-benefiċjarji kif ukoll il-livell ta' riskju identifikat mill-verifiki ta' ġestjoni u l-awditi preċedenti. Il-miżuri ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-Fondi jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju għall-baġit tal-Unjoni.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 58
(58)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevjenu, jikxfu u jindirizzaw ukoll b'mod effettiv kull irregolarità inkluż frodi mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/201318 , u r-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/9519 u Nru 2185/9620 , l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/193921 , l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/137122 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-miżuri meħtieġa biex kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tingħata drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar irregolaritajiet mikxufa inkluż frodi, u s-segwitu tagħhom kif ukoll is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF.
(58)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevjenu, jikxfu u jindirizzaw ukoll b'mod effettiv kull irregolarità inkluż frodi mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/201318 , u r-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/9519 u Nru 2185/9620 , l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/193921 , l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/137122 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-miżuri meħtieġa biex kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tingħata drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu rapport dettaljat lill-Kummissjoni dwar irregolaritajiet mikxufa inkluż frodi, u s-segwitu tagħhom kif ukoll is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. L-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa mal-UPPE jenħtieġ li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni nazzjonali fir-rigward ta' każijiet ta' irregolaritajiet li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni.
__________________
__________________
18 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
18 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
19 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
19 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
20 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)
20 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)
21 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
21 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
22 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
22 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 61
(61)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu reġjuni u żoni eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni fil-livell tal-Unjoni tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 , kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/201424 .
(61)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu reġjuni u żoni eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u taż-żoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 , kif emendat l-aktar riċentement bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2016/206624 .
__________________
__________________
23 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
23 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
24 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 241, 13.8.2014, p. 1).
24 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2066 tal-21 ta' Novembru 2016 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 322, 29.11.2014, p. 1).
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 62
(62)  Sabiex tistabilixxi qafas finanzjarju xieraq għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi tqassim annwali ta' allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli, kif ukoll l-allokazzjonijiet għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Filwaqt li tqis li jenħtieġ li l-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri jiġu stabbiliti fuq il-bażi tad-data statistika u l-previżjonijiet disponibbli fl-2018 u minħabba l-inċertezzi tal-previżjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha fl-2024 fuq il-bażi tal-aktar statistiki riċenti disponibbli dak il-ħin u, meta jkun hemm diverġenza kumulattiva ta' aktar minn +/- 5 %, jenħtieġ li taġġusta dawk l-allokazzjonijiet għas-snin 2025 sal-2027 sabiex l-eżiti tar-rieżami ta' nofs it-terminu u tal-eżerċizzju ta' aġġustament tekniku jiġu riflessi fl-emendi tal-programmi fl-istess ħin.
(62)  Sabiex tistabbilixxi qafas finanzjarju xieraq għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-FEMS u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi tqassim annwali ta' allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli, kif ukoll l-allokazzjonijiet għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Filwaqt li tqis li jenħtieġ li l-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri jiġu stabbiliti fuq il-bażi tad-data statistika u l-previżjonijiet disponibbli fl-2018 u minħabba l-inċertezzi tal-previżjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha fl-2024 fuq il-bażi tal-aktar statistiki riċenti disponibbli dak il-ħin u, meta jkun hemm diverġenza kumulattiva ta' aktar minn +/- 5 %, jenħtieġ li taġġusta dawk l-allokazzjonijiet għas-snin 2025 sal-2027 sabiex l-eżiti tar-rieżami ta' nofs it-terminu u tal-eżerċizzju ta' aġġustament tekniku jiġu riflessi fl-emendi tal-programmi fl-istess ħin.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 63
(63)  Il-proġetti tat-trapsort trans-Ewropej skont ir-Regolament (UE) Nru [Regolament ġdid tal-FNE]25 se jkomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll mezz ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa ("FNE"). B'segiwtu għall-approċċ b'suċċess tal-perjodu ta' programmazzjoni mill-2014 sal-2020, jenħtieġ li jiġu trasferiti EUR 10 000 000 000 tal-Fond ta' Koeżjoni lill-FNE għal dan il-għan.
(63)  Il-proġetti tat-trasport trans-Ewropej skont ir-Regolament (UE) Nru [Regolament ġdid tal-FNE]25 se jkomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll mezz ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("FNE"). B'segwitu għall-approċċ b'suċċess tal-perjodu ta' programmazzjoni mill-2014 sal-2020, jenħtieġ li jiġu trasferiti EUR 4 000 000 000 tal-Fond ta' Koeżjoni lill-FNE għal dan il-għan.
__________________
__________________
25 Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar [FNE] (ĠU L […], […], p. […])]
25 Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar [FNE] (ĠU L […], […], p. […])]
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 64
(64)  Jenħtieġ li ċertu ammont tar-riżorsi mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni jiġu allokati mill-Inizjattiva Urbana Ewropea li jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.
(64)  Jenħtieġ li ċertu ammont tar-riżorsi mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni jiġu allokati mill-Inizjattiva Urbana Ewropea li jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni. Fil-ġejjieni jenħtieġ li ssir aktar riflessjoni dwar l-appoġġ speċifiku li jingħata lil reġjuni u komunitajiet żvantaġġati.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 65a (ġdida)
(65a)   Bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati mir-reġjuni b'introjtu medju, kif deskritt fis-7 rapport ta' koeżjoni1a (tkabbir baxx meta mqabbel mar-reġjuni aktar żviluppati iżda wkoll meta mqabbel mar-reġjuni inqas żviluppati, problema li qed tiġi ffaċċjata b'mod speċjali minn reġjuni b'PDG per capita ta' bejn 90 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27), "ir-reġjuni fi tranżizzjoni" jenħtieġ li jirċievu appoġġ adegwat u jiġu definiti bħala reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa ta' bejn 75 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.
___________________
1a Is-7 rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, intitolat "Ir-Reġjun tiegħi, L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna: Is-7 rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" (COM(2017) 0583, 9 ta' Ottubru 2017).
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 66a (ġdida)
(66a)  Fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, bosta reġjuni u Stati Membri se jkunu aktar esposti għall-konsegwenzi ta' dan l-irtirar minn oħrajn, minħabba l-ġeografija, in-natura u/jew il-firxa tar-rabtiet kummerċjali tagħhom. Huwa għalhekk importanti li jiġu identifikati soluzzjonijiet prattiċi għall-appoġġ anke fi ħdan il-qafas tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi għar-reġjuni kkonċernati u l-Istati Membri ladarba l-ħruġ tar-Renju Unit ikun seħħ. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi stabbilita kooperazzjoni kontinwa, li tinvolvi skambji ta' informazzjoni u ta' prattiki tajbin fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali l-aktar milquta u tal-Istati Membri.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 67
(67)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati massimi ta' kofinanzjament fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni skont il-kategorija tar-reġjun sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' kofinanzjament jiġi rispettat permezz ta' livell xieraq ta' appoġġ nazzjonali pubbliku jew privat. Jenħtieġ li dawn ir-rati jirriflettu l-livell tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni f'termini ta' PDG per capita fir-rigward tal-medja tal-EU-27.
(67)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati massimi ta' kofinanzjament fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni skont il-kategorija tar-reġjun sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' kofinanzjament jiġi rispettat permezz ta' livell xieraq ta' appoġġ nazzjonali pubbliku jew privat. Jenħtieġ li dawn ir-rati jirriflettu l-livell tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni f'termini ta' PDG per capita fir-rigward tal-medja tal-UE-27, filwaqt li ma jissalvagwardawx trattament inqas favorevoli minħabba tibdil fil-kategorizzazzjoni tagħhom.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 69
(69)  Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji biex jiġu determinati l-każijiet ta' irregolaritajiet li għandhom jiġu rrapportati, id-definizzjoni tal-kostijiet unitari, is-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet applikabbli għall-Istati Membri kif ukoll l-istabbiliment standardizzat tal-metodoloġiji ta' kampjunar prekostitwiti.
(69)  Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda ta' kodiċi ta' kondotta Ewropew dwar is-sħubija sabiex il-kodiċi jiġi adattat għal dan ir-Regolament, l-istabbiliment tal-kriterji biex jiġu determinati l-każijiet ta' irregolaritajiet li għandhom jiġu rrapportati, id-definizzjoni tal-kostijiet unitarji, is-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet applikabbli għall-Istati Membri kif ukoll l-istabbiliment standardizzat tal-metodoloġiji ta' kampjunar prekostitwiti.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 70
(70)  Huwa ta' importanza partikolari li, waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(70)  Huwa ta' importanza partikolari li, waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti mal-partijiet interessati kollha anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 73
(73)  L-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji komuni għall-parti mill-baġit tal-Unjoni implimentati skont il-ġestjoni kondiviża, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni ta', min-naħa waħda, livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti, kif ukoll il-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tar-reġjuni, u min-naħa l-oħra, ħtieġa għal qafas koerenti ta' implimentazzjoni li jkopri diversi fondi tal-Unjoni skont il-ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu għalhekk jinkisbu minflok b'mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettiv.
(73)  L-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji komuni għall-parti mill-baġit tal-Unjoni implimentati skont il-ġestjoni kondiviża, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni ta', min-naħa waħda, livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u l-isfidi speċifiċi li jiffaċċaw ir-reġjuni li huma inqas favoriti, kif ukoll il-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tar-reġjuni, u min-naħa l-oħra, ħtieġa għal qafas koerenti ta' implimentazzjoni li jkopri diversi fondi tal-Unjoni skont il-ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu għalhekk jinkisbu minflok b'mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
(a)   regoli finanzjarji għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), għall-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+"), għall-Fond ta' Koeżjoni, għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), għall-Fond għas-Sigurtà Interna ("ISF") u għall-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi ("BMVI") ("il-Fondi");
(a)  regoli finanzjarji għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), għall-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+"), għall-Fond ta' Koeżjoni, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ("FAEŻR"), għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), għall-Fond għas-Sigurtà Interna ("ISF") u għall-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi ("BMVI") ("il-Fondi");
Emendi 431 u 432
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
(b)  dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni u għall-FEMS.
(b)  dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni u għall-FEMS, u għall-FAEŻR kif preskritt fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu.
Emenda 432
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   It-Titolu I, Kapitolu I – Artikolu 2 – paragrafu 4a, il-Kapitolu II – Artikolu 5, it-Titolu III, Kapitolu II – Artikoli 22 sa 28 u t-Titolu IV – Kapitolu III – Artikoli 41 sa 43 għandhom japplikaw għall-miżuri ta' għajnuna ffinanzjati mill-FAEŻR u t-Titolu I – Kapitolu 1 – Artikolu 2 – paragrafi 15 sa 25, kif ukoll it-Titolu V – Kapitolu II – Taqsima II – Artikoli 52 sa 56 għandhom japplikaw għall-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK] u appoġġati taħt il-FAEŻR.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  "rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż" tfisser rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati f'konformità mal-Artikolu 121(2) u mal-Artikolu 148(4) TFUE relatati ma' sfidi strutturali li jixraq li jiġu indirizzati permezz ta' investimenti pluriennali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fondi kif stabbilit fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, u rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati f'konformità mal-Artikolu [XX] tar-Regolament (UE) [in-numru tar-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(1)  "rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż" tfisser rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati f'konformità mal-Artikoli 121(2) u (4) u mal-Artikolu 148(4) tat-TFUE relatati ma' sfidi strutturali li jixraq li jiġu indirizzati permezz ta' investimenti pluriennali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fondi kif stabbilit fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, u rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati f'konformità mal-Artikolu [XX] tar-Regolament (UE) [in-numru tar-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
(1a)   "kundizzjoni abilitanti" tfisser kundizzjoni konkreta u definita b'mod preċiż li għandha rabta ġenwina ma' impatt dirett fuq il-kisba effettiva u effiċjenti ta' objettiv speċifiku tal-programm;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
(4a)  "programm" fil-kuntest tal-FAEŻR tfisser il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fir-Regolament (UE) [...] ("ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK");
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 –punt c
(c)  fil-kuntest ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat, l-impriża li tirċievi l-għajnuna;
(c)  fil-kuntest ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat, il-korp jew l-impriża, skont kif ikun xieraq, li jirċievu l-għajnuna, għajr meta l-għajnuna għal kull impriża tkun ta' inqas minn EUR 200 000, f'liema każ l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li l-benefiċjarju jkun il-korp li jagħti l-għajnuna, mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/20131a, (UE) Nru 1408/20131b u (UE) Nru 717/20141c;
__________________
1a ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1.
1b ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9.
1c ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
(9)  "fond għal proġetti żgħar" tfisser operazzjoni fi programm Interreg li jkun immirat għall-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' volum finanzjarju limitat;
(9)  "fond għal proġetti żgħar" tfisser operazzjoni fi programm Interreg li jkun immirat għall-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti, inklużi proġetti bejn il-persuni, ta' volum finanzjarju limitat;
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21
(21)  "fond speċifiku" tfisser fond, stabbilit minn awtorità ta' ġestjoni jew fond ta' parteċipazzjoni, biex jipprovdi prodotti finanzjarji lir-riċevituri finali;
(21)  "fond speċifiku" tfisser fond stabbilit minn awtorità ta' ġestjoni jew fond ta' parteċipazzjoni li permezz tiegħu jipprovdu prodotti finanzjarji lir-riċevituri finali;
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36a (ġdid)
(36a)  "l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza enerġetika" tfisser il-prijoritizzazzjoni, fid-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar, il-politika u l-investiment tal-enerġija, ta' miżuri li jagħmlu d-domanda u l-provvista tal-enerġija aktar effiċjenti;
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 37
(37)  "reżiljenza għat-tibdil fil-klima" tfisser proċess biex ikun żgurat li l-infrastruttura hija reżiljenti għall-impatti negattivi tal-klima f'konformità mal-gwida u mar-regoli nazzjonali, meta disponibbli, jew ma' standards rikonoxxuti internazzjonalment.
(37)  "reżiljenza għat-tibdil fil-klima" tfisser proċess biex ikun żgurat li l-infrastruttura hija reżiljenti għall-impatti negattivi tal-klima f'konformità mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment jew mar-regoli u mal-gwida nazzjonali, meta disponibbli, li l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza enerġetika jiġi rispettat u li jintgħażlu dejjem metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi u ta' dekarbonizzazzjoni;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 37a (ġdid)
(37a)  'BEI' tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalunkwe sussidjarja tal-Bank Ewropew tal-Investiment.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a)  Ewropa aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti;
(a)  Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u tat-tisħiħ tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ;
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  Ewropa aktar ħadra, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, investiment aħdar u blu, ekonomija ċirkolari, adattament klimatiku u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji;
(b)  Ewropa aktar ekoloġika, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju li għaddejja minn tranżizzjoni għal Ewropa b'ekonomija reżiljenti u mingħajr emissjonijiet tal-karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, ekonomija ċirkolari, mitigazzjoni u adattament tat-tibdil fil-klima u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji;
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
(c)  Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà u l-konnettività reġjonali tal-ICT;
(c)  Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà, inkluża l-mobbiltà intelliġenti u sostenibbli, u l-konnettività reġjonali tal-ICT, kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar;
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
(d)  Ewropa aktar soċjali li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
(d)  Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e
(e)  Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta' żvilupp sostenibbli u integrat taż-żoni urbani, rurali u kostali u inizjattivi lokali.
(e)  Ewropa eqreb taċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta' żvilupp sostenibbli u integrat tar-reġjuni, iż-żoni u l-inizjattivi lokali kollha.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi ambjentali u klimatiċi bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq it-tipi ta' intervent għal kull wieħed mill-Fondi. Din il-metodoloġija għandha tikkonsisti mill-assenjar ta' ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut f'livell li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jagħti kontribut għall-objettivi ambjentali u għall-objettivi klimatiċi. Fil-każ tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni, għandhom ikunu attribwiti ponderazzjonijiet għad-dimensjonijiet u għall-kodiċijiet għat-tipi ta' interventi stabbiliti fl-Anness I.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw reżiljenza għat-tibdil fil-klima għall-operazzjonijiet rilevanti permezz tal-proċess tal-ippjanar u implimentazzjoni sħiħ u għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi ambjentali u klimatiċi bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq it-tipi ta' intervent għal kull wieħed mill-Fondi. Din il-metodoloġija għandha tikkonsisti mill-assenjar ta' ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut f'livell li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jagħti kontribut għall-objettivi ambjentali u għall-objettivi klimatiċi. Fil-każ tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni, għandhom ikunu attribwiti ponderazzjonijiet għad-dimensjonijiet u għall-kodiċijiet għat-tipi ta' interventi stabbiliti fl-Anness I.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarità u l-koerenza bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma, inklużi l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument għall-Appoġġ Tekniku. Dawn għandhom jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni bejn dawk responsabbli biex tiġi evitata d-duplikazzjoni matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni.
4.  F'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u fi qbil mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' governanza f'diversi livelli, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma, inklużi l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument għall-Appoġġ Tekniku. Dawn għandhom jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni bejn dawk responsabbli sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-konformità mar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni allokat għall-Fondi taħt ġestjoni kondiviża f'konformità mal-Artikolu [63] tar-Regolament (UE, Euratom) [in-numru tar-regolament finanzjarju l-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju").
1.  L-Istati Membri, f'konformità mal-qafas istituzzjonali u ġuridiku tagħhom, u l-Kummissjoni għandhom jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni allokat għall-Fondi taħt ġestjoni kondiviża f'konformità mal-Artikolu [63] tar-Regolament (UE, Euratom) [in-numru tar-regolament finanzjarju l-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju").
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Madankollu, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-ammont ta' appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni trasferit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("FNE"), l-Inizjattiva Urbana Ewropea, l-Investimenti Innovattivi Interreġjonali, l-ammont ta' appoġġ trasferit mill-FSE+ għall-kooperazzjoni transnazzjonali, l-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lill-InvestEU37 u l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont ġestjoni diretta jew indiretta f'konformità ma' [il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju.
2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni għandha timplimenta l-ammont ta' appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni trasferit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("FNE"), l-Inizjattiva Urbana Ewropea, l-Investimenti Innovattivi Interreġjonali, l-ammont ta' appoġġ trasferit mill-FSE+ għall-kooperazzjoni transnazzjonali, l-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lill-InvestEU37 u l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont ġestjoni diretta jew indiretta f'konformità ma' [il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju.
_________________
_________________
37 [Ir-Regolament (UE) Nru […] dwar […] (ĠU L […], […], p. […])].
37 [Ir-Regolament (UE) Nru […] dwar […] (ĠU L […], […], p. […])].
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni tista' timplimenta l-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) skont il-ġestjoni indiretta.
3.  Il-Kummissjoni tista', bi qbil mal-Istat Membru u r-reġjun ikkonċernati, timplimenta l-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) skont il-ġestjoni indiretta.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Kull Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti. Dik is-sħubija għandha tinkludi minn tal-anqas lill-imsieħba li ġejjin:
1.  Għall-Ftehim tas-Sħubija u għal kull programm, kull Stat Membru għandu, f'konformità mal-qafas istituzzjonali u ġuridiku tiegħu, jorganizza sħubija kompluta u effettiva. Dik is-sħubija għandha tinkludi minn tal-anqas lis-sħab li ġejjin:
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-awtoritajiet urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;
(a)  l-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c)  il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, l-imsieħba ambjentali, u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, tad-drittijiet fundamentali, tad-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni.
(c)  il-korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħas-sħab ambjentali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, tad-drittijiet fundamentali, tad-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)   l-istituzzjonijiet ta' riċerka u l-universitajiet, meta jkun xieraq.
Emendi 78 u 459
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  F'konformità mal-approċċ tal-governanza f'diversi livelli, l-Istat Membru għandu jinvolvi lil dawk l-imsieħba fit-tħejjija tal-Ftehimiet ta' Sħubija u tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-kumitati ta' monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 34.
2.  F'konformità mal-approċċ tal-governanza f'diversi livelli u waqt li jiġi segwit approċċ minn isfel għal fuq, l-Istat Membru għandu jinvolvi lil dawk is-sħab fit-tħejjija tal-Ftehimiet ta' Sħubija u tul it-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-kumitati ta' monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 34. F'dak il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jallokaw perċentwali xieraq tar-riżorsi li jiġu mill-Fondi għall-bini tal-kapaċità amministrattiva tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għall-programmi transfruntiera, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu sħab mill-Istati Membri parteċipanti kollha.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandha ssir f'konformità mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/201438 .
3.  L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandha ssir f'konformità mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/201438 . Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 107, fir-rigward tal-emendi għar-Regolament Delegat (UE) 240/2014 sabiex dak ir-Regolament Delegat jiġi adattat għal dan ir-Regolament.
_________________
_________________
38 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).
38 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  Minn tal-anqas darba f'sena, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-imsieħba fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi.
4.  Minn tal-anqas darba f'sena, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-sħab fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Prinċipji orizzontali
1.  Fl-implimentazzjoni tal-Fondi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-integrazzjoni tal-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi jiġu meqjusa u promossi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.
3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' ġeneru, ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta' diżabbiltà, ta' età jew ta' orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni tal-programmi. B'mod partikolari, matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, għandha titqies l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà.
4.  L-objettivi tal-Fondi għandhom jiġu segwiti f'konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u mal-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan tal-preservazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, kif stabbilit fl-Artikoli 191(1) u (2) tat-TFUE.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", it-tranżizzjoni lejn enerġija soċjalment ġusta, il-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, ir-reżiljenza għal diżastri, u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju jiġu promossi fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. Huma għandu jkollhom l-għan li jevitaw investimenti relatati mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħżin jew il-kombustjoni tal-karburanti fossili.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jħejji Ftehim ta' Sħubija li jistabbilixxi arranġamenti għall-użu tal-Fondi b'mod effettiv u effiċjenti għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
1.  Kull Stat Membru għandu jħejji Ftehim ta' Sħubija li jistabbilixxi arranġamenti għall-użu tal-Fondi b'mod effettiv u effiċjenti għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027. Tali Ftehim ta' Sħubija għandu jitħejja f'konformità mal-kodiċi ta' kondotta stabbilit mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  L-Istat Membru għandu jippreżenta l-Ftehim ta' Sħubija lill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel programm jew fl-istess waqt.
2.  L-Istat Membru għandu jippreżenta l-Ftehim ta' Sħubija lill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel programm jew fl-istess waqt, u mhux aktar tard mit-30 ta' April 2021.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Il-Ftehim ta' Sħubija jista' jkun ippreżentat flimkien mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma annwali rilevanti.
3.  Il-Ftehim ta' Sħubija jista' jkun ippreżentat flimkien mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma annwali rilevanti u mal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-objettivi ta' politika magħżula li jindikaw liema huma l-Fondi u l-programmi li bihom se jinkisbu u ġustifikazzjoni għalihom, u meta rilevanti, ġustifikazzjoni għall-użu tal-modalità għat-twettiq InvestEU, filwaqt li jitqiesu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi;
(a)  l-objettivi ta' politika magħżula li jindikaw liema huma l-Fondi u l-programmi li bihom se jinkisbu u ġustifikazzjoni għalihom, filwaqt li jitqiesu u jiġu elenkati r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti, kif ukoll l-isfidi reġjonali;
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt i
(i)  sommarju tal-għażliet ta' politika u r-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed mill-Fondi, inklużi meta rilevanti, bis-saħħa tal-użu ta' InvestEU;
(i)  sommarju tal-għażliet ta' politika u r-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed mill-Fondi;
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt ii
(ii)  koordinazzjoni, delimitazzjoni u komplementaritajiet bejn il-Fondi u, meta xieraq, koordinazzjoni bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali;
(ii)  koordinazzjoni, delimitazzjoni u komplementarjetajiet bejn il-Fondi u, meta xieraq, koordinazzjoni bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fir-Regolament (UE) [...] (ir-"Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK");
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt iii
(iii)  komplementaritajiet bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi l-proġetti strateġiċi integrati LIFE u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura;
(iii)  komplementarjetajiet u sinerġiji bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi l-proġetti strateġiċi integrati LIFE u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura, u, meta jkun xieraq, proġetti ffinanzjati taħt Orizzont Ewropa;
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt iii a (ġdid)
(iii a)   l-ilħuq ta' riżultati skont il-miri, il-politiki u l-miżuri taħt il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima;
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
(c)  l-allokazzjoni finanzjarja preliminari minn kull wieħed mill-Fondi skont l-objettiv ta' politika fil-livell nazzjonali, filwaqt li jitħarsu r-regoli speċifiċi għall-Fondi dwar il-konċentrazzjoni tematika;
(c)  l-allokazzjoni finanzjarja preliminari minn kull wieħed mill-Fondi skont l-objettiv ta' politika fil-livell nazzjonali u meta jkun xieraq fil-livell reġjonali, filwaqt li jitħarsu r-regoli speċifiċi għall-Fondi dwar il-konċentrazzjoni tematika;
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d
(d)  meta rilevanti, it-tqassim tar-riżorsi finanzjarji skont il-kategorija tar-reġjuni, magħmul f'konformità mal-Artikolu 102(2) u l-ammonti ta' allokazzjonijiet proposti li jridu jiġu trasferiti bejn il-kategoriji tar-reġjuni skont l-Artikolu 105;
(d)  it-tqassim tar-riżorsi finanzjarji skont il-kategorija tar-reġjuni, magħmul f'konformità mal-Artikolu 102(2) u l-ammonti ta' allokazzjonijiet proposti li jridu jiġu trasferiti bejn il-kategoriji tar-reġjuni skont l-Artikolu 105;
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e
(e)  l-ammonti li jridu jingħataw f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU skont il-Fond u skont il-kategorija tar-reġjuni;
imħassar
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt g
(g)  sommarju tal-azzjonijiet li għandu jieħu l-Istat Membru kkonċernati biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Fondi.
(g)  sommarju tal-azzjonijiet li għandu jieħu l-Istat Membru kkonċernat biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Fondi u tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll tiegħu.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga)   meta jkun xieraq, approċċ integrat biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi u/jew il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni u ż-żoni;
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)
(gb)   strateġija ta' komunikazzjoni u viżibbiltà.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
Il-BEI jista', fuq talba tal-Istati Membri, jipparteċipa fit-tħejjija tal-Ftehim ta' Sħubija, kif ukoll f'attivitajiet relatati mat-tħejjija tal-operazzjonijiet, strumenti finanzjarji u PPPs.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
Fir-rigward tal-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-Ftehim ta' Sħubija għandu jkun fih biss il-lista tal-programmi ppjanati.
Fir-rigward tal-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-Ftehim ta' Sħubija għandu jkun fih biss il-lista tal-programmi ppjanati u l-ħtiġijiet ta' investiment transfruntier fl-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Ftehim ta' Sħubija u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha, b'mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Ftehim ta' Sħubija u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha, għandha tqis id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 6, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti, kif ukoll il-miżuri marbuta mal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-mod kif jiġu indirizzati.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru.
2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kummenti fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-Ftehim ta' Sħubija filwaqt li jqis l-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-Ftehim ta' Sħubija filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tal-preżentazzjoni tagħhom.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-Ftehim ta' Sħubija mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data tal-preżentazzjoni ta' dak il-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Ftehim ta' Sħubija ma għandux jiġi emendat.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-Ftehim ta' Sħubija mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data tal-ewwel preżentazzjoni ta' dak il-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Ftehim ta' Sħubija ma għandux jiġi emendat.
Emenda 428
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri jistgħu jallokaw, fil-Ftehim ta' Sħubija jew fit-talba għal emenda ta' programm, l-ammont tal-FEŻR, tal-FSE+, tal-Fond ta' Koeżjoni u tal-FEMS li jrid jingħata f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU u mwettaq bis-saħħa tal-garanziji baġitarji. L-ammont li jrid jingħata f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU ma għandux jaqbeż il-5 % tal-allokazzjoni totali ta' kull Fond, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati. Tali kontribuzzjonijiet ma għandhomx jikkostittwixxu trasferimenti tar-riżorsi skont l-Artikolu 21.
1.  Sa mill-1 ta' Jannar 2023, l-Istati Membri, permezz tal-ftehim tal-awtoritajiet ta' ġestjoni kkonċernati, jistgħu jallokaw, fit-talba għal emenda ta' programm, sa 2 % tal-ammont tal-FEŻR, tal-FSE+, tal-Fond ta' Koeżjoni u tal-FEMS li jrid jingħata f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU u mwettaq bis-saħħa tal-garanziji baġitarji. Sa 3 % tal-allokazzjoni totali ta' kull Fond jistgħu jiġu allokati ulterjorment lil InvestEU skont ir-rieżami ta' nofs it-terminu. Tali kontribuzzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għal investimenti f'konformità mal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni u fl-istess kategorija ta' reġjuni fil-mira mill-Fondi ta' oriġini. Kull meta ammont mill-FEŻR, mill-FSE+, mill-Fond ta' Koeżjoni jkun ikkontribwit lil InvestEU, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet abilitanti kif deskritt fl-Artikolu 11 fl-Annessi III u IV ta' dan ir-Regolament. Jistgħu jiġu allokati biss riżorsi ta' snin kalendarji futuri.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.   Għall-Ftehim ta' Sħubija, jistgħu jiġu allokati riżorsi tas-snin kalendarji attwali u tal-futur. Għat-talba għal emenda ta' programm, jistgħu jiġu allokati biss riżorsi ta' snin kalendarji tal-futur.
imħassar
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE skont il-kompartiment tal-Istat Membru.
3.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE skont il-kompartiment rispettiv tal-Istat Membru.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' kontribuzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2021, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fil-Ftehim tas-Sħubija, l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal emenda ta' programm jew programmi biex jintuża l-ammont korrispondenti.
Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' kontribuzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2023, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal emenda ta' programm jew programmi biex jintuża l-ammont korrispondenti.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-ftehim ta' kontribuzzjoni għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fit-talba għal emenda ta' programm għandu jiġi konkluż fl-istess waqt tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li temenda l-programm.
Il-ftehim ta' kontribuzzjoni għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fit-talba għal emenda ta' programm għandu jiġi konkluż, jew emendat skont il-każ, fl-istess waqt tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li temenda l-programm.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5
5.  Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], fi żmien disa' xhur mill-approvazzjoni tal-ftehim ta' kontribuzzjoni, l-ammonti rispettivi mħallsa fil-fond ta' proviżjonament komuni bħala proviżjonament għandhom ikunu trasferiti lura lejn programm jew programmi u l-Istat Membru għandu jippreżenta talba korrispondenti għal emenda tal-programm.
5.  Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], fi żmien disa' xhur mill-approvazzjoni tal-ftehim ta' kontribuzzjoni, l-ammonti rispettivi mħallsa fil-fond ta' proviżjonament komuni bħala proviżjonament għandhom ikunu trasferiti lura lejn il-programm jew il-programmi oriġinali u l-Istat Membru għandu jippreżenta talba korrispondenti għal emenda tal-programm. F'dan il-każ partikolari, ir-riżorsi ta' snin kalendarji preċedenti jistgħu jiġu modifikati, dment li l-impenji jkunu għadhom ma ġewx implimentati.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 7
7.  Ir-riżorsi ġġenerati mill-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU jew attribwibbli lilhom u miksuba permezz ta' garanziji baġitarji għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istat Membru u għandhom jintużaw għall-appoġġ taħt l-istess objettiv jew objettivi fl-għamla ta' strumenti finanzjarji.
7.  Ir-riżorsi ġġenerati mill-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU jew attribwibbli lilhom u miksuba permezz ta' garanziji baġitarji għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istat Membru u tal-awtorità lokali jew reġjonali kkonċernata mill-kontribuzzjoni u għandhom jintużaw għall-appoġġ taħt l-istess objettiv jew objettivi fl-għamla ta' strumenti finanzjarji.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Għal kull objettiv speċifiku, f'dan ir-Regolament huma stipulati prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom ("kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni").
Għal kull objettiv speċifiku, f'dan ir-Regolament huma stipulati prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom ("kundizzjonijiet abilitanti"). Il-kundizzjonijiet abilitanti għandhom japplikaw safejn jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  L-Istat Membru, meta jħejji programm jew jintroduċi objettiv speċifiku ġdid bħala parti minn emenda ta' programm, għandu jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni marbuta mal-objettiv speċifiku magħżul humiex issodisfati. Kundizzjoni ta' abilitazzjoni tkun issodisfata meta jkunu ssodisfati l-kriterji kollha relatati. L-Istat Membru għandu jidentifika f'kull programm jew fl-emenda tal-programm, il-kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni ssodisfati u mhux issodisfati u fejn iqis li kundizzjoni ta' abilitazzjoni tkun issodisfata, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni.
2.  L-Istat Membru, meta jħejji programm jew jintroduċi objettiv speċifiku ġdid bħala parti minn emenda ta' programm, għandu jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet abilitanti marbuta mal-objettiv speċifiku magħżul humiex issodisfati. L-Istat Membru għandu jidentifika f'kull programm jew fl-emenda tal-programm, il-kundizzjonijiet abilitanti ssodisfati u mhux issodisfati u fejn iqis li kundizzjoni abilitanti tkun issodisfata, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni. Fuq talba ta' Stat Membru, il-BEI jista' jikkontribwixxi għall-valutazzjonijiet ta' azzjonijiet meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet abilitanti rilevanti.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru meta taqbel mal-issodisfar.
Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru meta taqbel mal-issodisfar.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Meta ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar dan u tagħtih l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar.
Meta ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar dan u tagħtih l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien mhux aktar minn xahrejn.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
In-nefqa relatata mal-operazzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku ma tistax tkun inkluża fit-talbiet għall-pagament sakemm il-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru rigward l-issodisfar tal-kundizzjoni ta' abilitazzjoni skont il-paragrafu 4.
In-nefqa relatata mal-operazzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku tista' tiġi inkluża fit-talbiet għall-pagament qabel ma l-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru rigward l-issodisfar tal-kundizzjoni abilitanti skont il-paragrafu 4, mingħajr preġudizzju għas-sospensjoni tar-rimborż innifsu sa meta l-kundizzjoni tiġi ssodisfata.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istat Membru għandu jistabbilixxi qafas tal-prestazzjoni li għandu jagħti lok għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm kif ukoll għar-rappurtar dwarha matul l-implimentazzjoni tiegħu, u jikkontribwixxi sabiex titkejjel il-prestazzjoni kumplessiva tal-Fondi.
L-Istat Membru, meta jkun xieraq, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandu jistabbilixxi qafas tal-prestazzjoni li għandu jagħti lok għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm kif ukoll għar-rapportar dwarha matul l-implimentazzjoni tiegħu, u jikkontribwixxi sabiex titkejjel il-prestazzjoni komplessiva tal-Fondi.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  L-istadji importanti u l-miri għandhom jiġu stabbilit f'rabta ma' kull objettiv speċifiku fl-ambitu ta' programm, ħlief għall-assistenza teknika u għall-objettiv speċifiku li jindirizza privazzjoni materjali stabbilit fl-Artikolu [4(c)(vii)] tar-Regolament FSE+.
2.  L-istadji importanti u l-miri għandhom jiġu stabbiliti f'rabta ma' kull objettiv speċifiku fl-ambitu ta' programm, ħlief għall-assistenza teknika u għall-objettiv speċifiku li jindirizza privazzjoni materjali stabbilit fl-Artikolu [4(1)(xi)] tar-Regolament FSE+.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni, l-Istat Membru għandu jagħmel rieżami ta' kull programm, filwaqt li jqis l-elementi li ġejjin:
1.  Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni, l-Istat Membru u l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti għandhom jagħmlu rieżami ta' kull programm, filwaqt li jqisu l-elementi li ġejjin:
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2024;
(a)  sfidi ġodda identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2024 u l-miri identifikati fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima, jekk rilevanti;
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-qagħda soċjoekonomika tal-Istat Membru jew tar-reġjun ikkonċernat;
(b)  il-qagħda soċjoekonomika tal-Istat Membru jew tar-reġjun ikkonċernat, inklużi l-istat tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-ħtiġijiet territorjali bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet, kif ukoll l-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali;
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  kwalunkwe żvilupp finanzjarju, ekonomiku jew soċjali negattiv maġġuri li jirrikjedi aġġustament tal-programmi, inkluż bħala konsegwenza ta' xokkijiet simetriċi jew asimetriċi fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
L-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni talba għall-emendar ta' kull programm sal-31 ta' Marzu 2025 f'konformità mal-Artikolu 19(1). L-Istat Membru għandu jiġġustifika l-emendar fuq il-bażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1.
F'konformità mal-eżitu tar-rieżami, l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni talba għall-emendar ta' kull programm sal-31 ta' Marzu 2025 f'konformità mal-Artikolu 19(1) jew jiddikjara li ma hu mitlub l-ebda emendar. L-Istat Membru għandu jiġġustifika l-emendar fuq il-bażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew, kif xieraq, jagħti raġunijiet għaliex ma talabx l-emendar ta' programm.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  l-allokazzjonijet tar-riżorsi finanzjarji skont il-prijorità inklużi l-ammonti għas-snin 2026 u 2027;
(a)  l-allokazzjonijet inizjali riveduti tar-riżorsi finanzjarji skont il-prijorità inklużi l-ammonti għas-snin 2026 u 2027;
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid)
(b a)   l-ammonti li jridu jiġu kontribwiti lil InvestEU skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, fejn xieraq;
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2026, tadotta rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tar-rieżami msemmi fil-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Emendi 425/rev, 444/rev, 448 u 469
Proposta għal regolament
Artikolu 15
15 [...]
imħassar
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom iħejju l-programmi biex jimplimentaw il-Fondi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
1.  L-Istati Membri, b'kooperazzjoni mas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6, għandhom iħejju l-programmi biex jimplimentaw il-Fondi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Programm għandu jkun magħmul minn prijoritajiet. Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv uniku ta' politika jew għal assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta' politika għandha tkun magħmula minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista' tikkorrispondi għall-istess objettiv ta' politika.
Programm għandu jkun magħmul minn prijoritajiet. Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv ta' politika wieħed, għal għadd ta' objettivi ta' politika jew għall-assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta' politika għandha tkun magħmula minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista' tikkorrispondi għall-istess objettiv ta' politika.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt i
(i)  l-inugwaljanzi ekonomiċi, soċjali u territorjali, ħlief għal programmi appoġġati mill-FEMS;
(i)  id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali kif ukoll l-inugwaljanzi, ħlief għall-programmi appoġġati mill-FEMS;
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt ii
(ii)  il-fallimenti tas-suq, il-ħtiġijiet ta' investiment u l-komplementarità ma' forom oħra ta' appoġġ;
(ii)  il-fallimenti tas-suq, il-ħtiġijiet ta' investiment u l-komplementarjetà u s-sinerġiji ma' forom oħra ta' appoġġ;
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt iii
(iii)  l-isfidi identifikati f'rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi u rakkomandazzjonijiet rilevanti oħra tal-Unjoni indirizzati lill-Istat Membru;
(iii)  l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi;
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt iv
(iv)  l-isfidi marbuta mal-governanza u l-kapaċità amministrattiva;
(iv)  l-isfidi marbuta mal-kapaċità amministrattiva u l-governanza u l-miżuri ta' simplifikazzjoni;
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt iva (ġdid)
(iva)   approċċ integrat sabiex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, fejn rilevanti;
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt via (ġdid)
(via)   l-isfidi u l-objettivi relatati identifikati fi ħdan il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt vii
(vii)  għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-acquis rilevanti tal-Unjoni;
(vii)  għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u tal-acquis rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll in-nuqqasijiet identifikati;
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt i
(i)  it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;
(i)  it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista indikattiva u skeda ta' żmien ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribut mistenni tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u għall-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt iiia (ġdid)
(iiia)   l-azzjonijiet li jissalvagwardjaw l-ugwaljanza, l-inklużjoni u n-nondiskriminazzjoni;
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt v
(v)  l-azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma' benefiċjarji li jinsabu f'minn tal-anqas Stat Membru ieħor;
(v)  l-azzjonijiet interreġjonali, transfruntiera u transnazzjonali ma' benefiċjarji li jinsabu f'minn tal-anqas Stat Membru wieħed ieħor;
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt va (ġdid)
(va)   is-sostenibbiltà tal-investimenti;
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt viia (ġdid)
(viia)   deskrizzjoni ta' kif il-komplementarjetajiet u s-sinerġiji ma' Fondi u strumenti oħra għandhom jiġu segwiti;
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt i
(i)  l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibilità tal-programm billi jiġu definiti l-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta' komunikazzjoni, l-ilħuq tal-midja soċjali, il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti tiegħu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;
(i)  l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibilità tal-programm billi jiġu definiti l-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta' komunikazzjoni, fejn xieraq l-ilħuq tal-midja soċjali, kif ukoll il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti tiegħu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt j
(j)  l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità tal-awditjar u l-korp li jirċievi l-pagamenti mill-Kummissjoni.
(j)  l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità tal-awditjar, il-korp responsabbli għall-funzjoni kontabilistika skont l-Artikolu 70, u l-korp li jirċievi l-pagamenti mill-Kummissjoni.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-punti (c) u (d) ta' dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu [4(c)(vii)] tar-Regolament FSE+.
Il-punti (c) u (d) ta' dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu [4(1)(xi)] tar-Regolament FSE+.
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
mal-programm għandu jiġi anness rapport ambjentali li jkun fih informazzjoni rilevanti dwar l-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva 2001/42/KE , filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 6
6.  Għall-programmi tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni ppreżentati f'konformità mal-Artikolu 16, it-tabella msemmija fil-paragrafu (3)(f)(ii) għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss.
6.  Għall-programmi tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni ppreżentati f'konformità mal-Artikolu 16, it-tabella msemmija fil-paragrafu (3)(f)(ii) għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2027.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, kif ukoll il-konsistenza tiegħu mal-Ftehim ta' Sħubija. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha, b'mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, kif ukoll il-konsistenza tiegħu mal-Ftehim ta' Sħubija. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi, kif ukoll l-isfidi rilevanti identifikati fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-mod kif jiġu indirizzati.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru.
2.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel l-osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-tressiq tagħhom.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-preżentazzjoni ta' dan il-programm mill-Istat Membru.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-programm mhux aktar tard minn ħames xhur wara d-data tal-ewwel preżentazzjoni ta' dan il-programm mill-Istat Membru.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emenda u l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, inklużi r-rekwiżiti fil-livell nazzjonali, u tista' tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-programm emendat.
2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emenda u l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, inklużi r-rekwiżiti fil-livell nazzjonali, u tista' tagħmel il-kummenti fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tal-programm emendat.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm emendat u jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.
3.  L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm emendat u jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-tressiq tagħhom.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar ta' programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.
4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar ta' programm mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
Matul il-perjodu ta' programmazzjoni, l-Istat Membru jista' jittrasferixxi ammont sa massimu ta' 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm lil prijorità oħra tal-istess Fond tal-istess programm. Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR u mill-FSE+, it-trasferiment għandu jikkonċerna biss l-allokazzjonijiet għall-istess kategorija ta' reġjuni.
Matul il-perjodu ta' programmazzjoni, l-Istat Membru jista' jittrasferixxi ammont sa massimu ta' 7 % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 5 % tal-baġit tal-programm lil prijorità oħra tal-istess Fond tal-istess programm. Huwa u jagħmel dan, l-Istat Membru għandu jirrispetta l-kodiċi ta' kondotta stabbilit mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014. Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR u mill-FSE+, it-trasferiment għandu jikkonċerna biss l-allokazzjonijiet għall-istess kategorija ta' reġjun.
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 6
6.  L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjon tal-programm. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'tali korrezzjonijiet.
6.  L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali, teknika jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjon tal-programm. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'tali korrezzjonijiet.
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2
2.  Il-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jiffinanzjaw, b'mod komplementari u soġġett għal limitu ta' 10 % ta' appoġġ minn dawk il-Fondi għal kull prijorità ta' programm, l-operazzjoni kollha jew parti minnha li l-kostijiet tagħha jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond l-ieħor fuq il-bażi tar-regoli ta' eliġibbiltà applikati għal dak il-Fond, dment li tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni.
2.  Il-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jiffinanzjaw, b'mod komplementari u soġġett għal limitu ta' 15 % ta' appoġġ minn dawk il-Fondi għal kull prijorità ta' programm, l-operazzjoni kollha jew parti minnha li l-kostijiet tagħha jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond l-ieħor fuq il-bażi tar-regoli ta' eliġibbiltà applikati għal dak il-Fond, dment li tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu t-trasferiment sa massimu ta' 5 % tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi lejn Fond ieħor taħt ġestjoni kondiviża jew lejn kwalunkwe strument taħt ġestjoni diretta jew indiretta.
1.  Għall-fini li jiżguraw il-flessibbiltà, l-Istati Membri jistgħu jitolbu, jekk ikun hemm qbil min-naħa tal-kumitat ta' monitoraġġ tal-programm, it-trasferiment sa massimu ta' 5% tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, jew il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.
Emendi 171 u 434
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati f'konformità mar-regoli tal-Fond jew tal-istrument li fih dawn ir-riżorsi jiġu trasferiti u, fil-każ ta' trasferimenti lejn strumenti taħt ġestjoni diretta jew indiretta, għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
2.  Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati skont ir-regoli tal-Fond jew l-istrument li għalih jiġu trasferiti r-riżorsi.
Emendi 172, 433 u 434
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
3.  It-talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-ammont totali trasferit għal kull sena skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, meta rilevanti, għandhom ikunu debitament ġustifikati u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm(i) rivedut(i), li r-riżorsi għandhom ikunu trasferiti minnu/hom f'konformità mal-Artikolu 19, bl-indikazzjoni ta' liema Fond jew strument ieħor huwa l-benefiċjarju tal-ammonti trasferiti.
3.  It-talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-ammont totali trasferit għal kull sena skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, meta rilevanti, għandhom ikunu debitament ġustifikati bil-ħsieb tal-kumplementarjetajiet u l-impatt li jridu jinkisbu, u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm(i) rivedut(i), li r-riżorsi għandhom ikunu trasferiti minnu/hom f'konformità mal-Artikolu 19, bl-indikazzjoni ta' liema Fond jew strument ieħor huwa l-benefiċjarju tal-ammonti trasferiti.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Titolu 3 – kapitolu 1a (ġdid)
KAPITOLU Ia - Proġetti maġġuri
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 21a (ġdid)
Artikolu 21a
Kontenut
Bħala parti minn programm jew programmi, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jappoġġaw operazzjoni li tinkludi sensiela ta' xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi maħsuba sabiex hi stess twettaq kompitu indiviżibbli ta' natura ekonomika jew teknika preċiża, li jkollu għanijiet identifikati b'mod ċar u li għalih l-ispiża totali taqbeż EUR 100 000 000 miljun (il-"proġett maġġuri"). L-istrumenti finanzjarji m'għandhomx jiġu kkunsidrati li huma proġetti maġġuri.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 21b (ġdid)
Artikolu 21b
Informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni ta' proġett maġġuri
Qabel ma jiġi approvat proġett maġġuri, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
(a)  dettalji li jikkonċernaw il-korp li se jkun responsabbli għall-implementazzjoni tal-proġett maġġuri u l-kapaċità tiegħu;
(b)  deskrizzjoni tal-investiment u l-lokalità tiegħu;
(c)  il-kost totali u l-kost totali eliġibbli
(d)  l-istudji tal-fattibilità mwettqa, inkluża l-analiżi tal-għażliet, u r-riżultati;
(e)  analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjez, inkluża analiżi ekonomika u finanzjarja, u valutazzjoni tar-riskju;
(f)  analiżi tal-impatt ambjentali filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u r-reżistenza għad-diżastri;
(g)  spjegazzjoni dwar kif il-proġett maġġuri jkun konsistenti mal-prijoritajiet rilevanti tal-programm jew il-programmi kkonċernati, u l-kontribuzzjoni mistennija tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta' dawk il-prijoritajiet u l-kontribuzzjoni mistennija għall-iżvilupp soċjoekonomiku;
(h)  il-pjan ta' finanzjament li juri r-riżorsi finanzjarji totali ppjanati u s-sostenn ippjanat mill-Fondi, il-BEI, u s-sorsi l-oħra kollha ta' finanzjament, flimkien mal-indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress, filwaqt li jitqiesu r-riskji identifikati;
(i)  skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-proġett maġġuri u, fejn il-perjodu ta' implimentazzjoni huwa mistenni li jkun itwal mill-perjodu ta' programmazzjoni, il-fażijiet li għalihom huwa mitlub sostenn mill-Fondi matul il-perjodu ta' programmazzjoni.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 21c (ġdid)
Artikolu 21c
Deċiżjoni dwar proġett maġġuri
1.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-proġett maġġuri abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21b sabiex tiddetermina jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba għall-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità ta' ġestjoni hijiex iġġustifikata. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett maġġuri magħżul, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21b.
2.  L-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 għandha tkun kondizzjonali fuq il-fatt li l-kuntratt tal-ewwel xogħlijiet jiġi konkluż, jew fil-każ ta' operazzjonijiet implimentati taħt strutturi ta' sħubija pubblika-privata (PPP), fuq l-iffirmar tal-kuntratt tal-PPP bejn il-korp pubbliku u l-korp tas-settur privat, fi żmien tliet snin mid-data tal-approvazzjoni.
3.  Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett maġġuri magħżul, hija għandha tagħti fid-deċiżjoni tagħha r-raġunijiet għar-rifjut tagħha.
4.  Proġetti maġġuri ppreżentati għal approvazzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi fil-lista ta' proġetti maġġuri fi programm.
5.  In-nefqa relatata ma' proġett maġġuri tista' tkun inkluża f'applikazzjoni għal pagament wara l-preżentazzjoni għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità ta' ġestjoni, id-dikjarazzjoni tan-nefqa wara l-irtirar tal-applikazzjoni mill-Istat Membru jew l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi rettifikata bix-xieraq.
(Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali għall-Anness V)..
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt c
(c)  għodda territorjali oħra li tappoġġa inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR skont l-objettiv ta' politika msemmi fl-Artikolu 4(1)(e).
(c)  għodda territorjali oħra li tappoġġa inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati skont l-objettiv ta' politika msemmi fl-Artikolu 4(1)(e).
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)
L-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u koordinazzjoni meta l-istrateġiji għall-iżvilupp lokali jiġu ffinanzjati minn aktar minn Fond wieħed.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  iż-żona ġeografika koperta mill-istrateġija;
(a)  iż-żona ġeografika koperta mill-istrateġija, inklużi l-interkonnessjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali;
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  deskrizzjoni tal-involviment tal-imsieħba f'konformità mal-Artikolu 6 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.
(d)  deskrizzjoni tal-involviment tas-sħab taħt l-Artikolu 6 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  L-istrateġiji territorjali għandhom jitfasslu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban, lokali jew f'livell territorjali ieħor.
2.  L-istrateġiji territorjali għandhom jiġu mħejjija u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali, dak lokali u f'livell pubbliku ieħor. Dokumenti strateġiċi preeżistenti li jikkonċernaw iż-żoni koperti jistgħu jiġu aġġornati u użati għall-istrateġiji territorjali.
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban, lokali jew f'livell territorjali ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.
Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell reġjonali, lokali jew f'livell territorjali ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Meta jkunu qed iħejju strateġiji territorjali, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti, sabiex jiġi ddeterminat l-ambitu tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt il-programm rilevanti.
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4
4.  Fil-każijiet fejn awtorità jew korp fil-livell urban, lokali jew f'livell territorjali ieħor iwettqu kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni bl-eċċezzjoni tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità għandha tiġi tidentifika bħala korp intermedjarju mill-awtorità ta' ġestjoni.
4.  Fil-każijiet fejn awtorità jew korp ieħor fil-livell reġjonali, lokali jew f'livell pubbliku ieħor ieħor iwettqu kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni bl-eċċezzjoni tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità għandha tiġi tidentifika bħala korp intermedjarju mill-awtorità ta' ġestjoni.
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-operazzjonijiet magħżula jistgħu jiġu appoġġati taħt aktar minn prijorità waħda tal-istess programm.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
1.  Meta strateġija implimentata f'konformità mal-Artikolu 23 tinvolvi investimenti li jirċievu appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn prijorità waħda tal-istess programm, l-azzjonijiet jistgħu jiġu eżegwiti bħala investiment territorjali integrat ("ITI").
1.  Meta strateġija implimentata f'konformità mal-Artikolu 23 tinvolvi investimenti li jirċievu appoġġ minn Fond wieħed jew minn aktar minn wieħed, minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn prijorità waħda tal-istess programm, l-azzjonijiet jistgħu jiġu eżegwiti bħala investiment territorjali integrat ("ITI"). Fejn xieraq, kull ITI jista' jiġi kkumplementat b'appoġġ finanzjarju mill-FAEŻR.
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell reġjonali, lokali jew f'livell pubbliku ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1
1.  Il-FEŻR, il-FSE+ u l-FEMS jistgħu jappoġġaw żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.
1.  Il-FEŻR, il-FSE+, l-FEMS u l-FAEŻR, jistgħu jappoġġaw l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità. Fil-kuntest tal-FAEŻR, dan l-iżvilupp għandu jiġi ddeżinjat bħala żvilupp lokali LEADER.
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt b
(b)  immexxi minn gruppi ta' azzjoni lokali magħmula minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom, l-ebda grupp ta' interess waħdu ma jkollu kontroll tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
(b)  immexxi minn gruppi ta' azzjoni lokali magħmula minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom l-ebda grupp ta' interess wieħed waħdu, inkluż is-settur pubbliku, ma jkollu kontroll tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt d
(d)  ta' appoġġ għal fatturi innovattivi u ta' netwerking fil-kuntest lokali u, meta xieraq, għall-kooperazzjoni ma' atturi territorjali oħra.
(d)  ta' appoġġ għan-netwerking, għall-approċċi minn isfel għal fuq, għall-accessibbiltà, għall-karatteristiċi innovattivi fil-kuntest lokali u, meta xieraq, għall-kooperazzjoni ma' atturi territorjali oħra.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 4
4.  Meta l-implimentazzjoni ta' strateġija bħal din tinvolvi appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti jistgħu jagħżlu wieħed mill-Fondi kkonċernati bħala l-Fond Ewlieni.
4.  Meta l-implimentazzjoni ta' strateġija bħal din tinvolvi appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti jistgħu jagħżlu wieħed mill-Fondi kkonċernati bħala l-Fond Ewlieni. Jista' jiġi speċifikat ukoll it-tip ta' miżuri u operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati minn kull Fond affettwat.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt d
(d)  l-objettivi ta' dik l-istrateġija, inklużi l-isfidi li jistgħu jitkejlu għar-riżultati, u azzjonijiet ippjanati relatati;
(d)  l-objettivi ta' dik l-istrateġija, inklużi l-isfidi li jistgħu jitkejlu għar-riżultati, u azzjonijiet ippjanati relatati bi tweġiba għall-ħtiġijiet lokali kif identifikati mill-komunità lokali;
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt f
(f)  pjan finanzjarju, inkluża l-allokazzjoni ppjanata minn kull Fond u programm ikkonċernat.
(f)  pjan finanzjarju, inkluża l-allokazzjoni ppjanata minn kull Fond, inkluż, fejn xieraq, il-FAEŻR, u kull programm ikkonċernat.
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 4
4.  Id-deċiżjoni li tapprova strateġija għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni ta' kull Fond u programm ikkonċernat u tistabbilixxi r-responsabbiltajiet għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm jew tal-programmi.
4.  Id-deċiżjoni li tapprova strateġija għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni ta' kull Fond u programm ikkonċernat u tistabbilixxi r-responsabbiltajiet għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm jew tal-programmi. Il-kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali korrispondenti għandhom ikunu garantiti bil-quddiem għall-perjodu kollu.
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2
2.  L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li l-gruppi ta' azzjoni lokali jew jagħżlu msieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala msieħeb ewlieni fi kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqdu flimkien fi struttura komuni kkostitwita legalment.
2.  L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li l-gruppi ta' azzjoni lokali jkunu inklużivi, u li huma jew jagħżlu sieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala sieħeb ewlieni fi kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqdu flimkien fi struttura komuni kkostitwita legalment, sabiex jimplimentaw kompiti relatati mal-istrateġija ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt a
(a)  it-tisħiħ tal-kapaċità ta' atturi lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet;
(a)  it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-atturi lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet;
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5
5.  Il-grupp ta' azzjoni lokali jista' jkun benefiċjarju u jista' jimplimenta operazzjonijiet f'konformità mal-istrateġija.
5.  Il-grupp ta' azzjoni lokali jista' jkun benefiċjarju u jista' jimplimenta operazzjonijiet f'konformità mal-istrateġija, billi jinkoraġġixxi s-separazzjoni tal-funzjonijiet fi ħdan il-grupp ta' azzjoni lokali.
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Istat Membru għandu jiżgura li l-appoġġ mill-Fondi għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jkopri:
1.  Bil-ħsieb li jiġu żgurati l-kumplementarjetajiet u s-sinerġiji, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-appoġġ mill-Fondi għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jkopri:
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-bini ta' kapaċità u l-azzjonijiet ta' tħejjija li jservu ta' appoġġ għat-tfassil u għall-implimentazzjoni fil-futur tal-istrateġiji;
(a)  il-bini tal-kapaċità amministrattiva u l-azzjonijiet ta' tħejjija li jservu ta' appoġġ għat-tfassil u għall-implimentazzjoni futura tal-istrateġiji;
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)   l-animazzjoni tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati, sabiex tingħatalhom l-informazzjoni u sabiex jiġu appoġġati l-benefiċjarji potenzjali fit-tħejjija tagħhom tal-applikazzjonijiet;
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   L-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu b'mod partikolari:
(a)  assistenza għat-tħejjija u l-valutazzjoni tal-proġetti;
(b)  appoġġ għat-tisħiħ istituzzjonali u għall-bini tal-kapaċità amministrattiva għall-ġestjoni effettiva tal-Fondi;
(c)  studji marbuta mar-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-Fondi u r-rapport dwar il-koeżjoni;
(d)  miżuri relatati mal-analiżi, mal-ġestjoni, mal-monitoraġġ, mal-iskambju tal-informazzjoni u mal-implimentazzjoni tal-Fondi, kif ukoll miżuri relatati mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll u mal-għajnuna teknika u amministrattiva;
(e)  evalwazzjonijiet, rapporti ta' esperti, statistika u studji, inklużi dawk ta' natura ġenerali, rigward l-operazzjoni kurrenti u futura tal-Fondi;
(f)  azzjonijiet għat-tixrid tal-informazzjoni, għas-sostenn tan-networking, għat-twettiq ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni b'attenzjoni partikolari għar-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi, u għas-sensibilizzazzjoni u għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza, inkluż ma' pajjiżi terzi;
(g)  l-installazzjoni, l-operat u l-interkonnessjoni ta' sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-awditu, il-kontroll u l-evalwazzjoni;
(h)  azzjonijiet li jtejbu l-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prattiki ta' evalwazzjoni;
(i)  azzjonijiet relatati mal-awditjar;
(j)  it-tisħiħ tal-kapaċità nazzjonali u reġjonali rigward l-ippjanar tal-investiment, il-ħtiġijiet ta' finanzjament, it-tħejjija, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji, pjanijiet ta' azzjoni konġunta u proġetti maġġuri.
(k)  it-tixrid ta' prattiki tajba sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jsaħħu l-kapaċità tas-sħab rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(1) u l-organizzazzjonijiet umbrella tagħhom;
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.   Il-Kummissjoni għandha tiddedika mill-anqas 15 % tar-riżorsi għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex iġġib effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni mal-pubbliku u sinerġiji iktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni meħuda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bl-estensjoni tal-bażi tal-għarfien dwar ir-riżultati, b'mod partikolari permezz ta' ġbir u tixrid, evalwazzjonijiet u rappurtar aktar effettivi tad-data, u b'mod speċjali billi jiġi enfasizzat il-kontribut tal-Fondi għat-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini, u biż-żieda tal-viżibbiltà tal-appoġġ mill-Fondi kif ukoll bis-sensibilizzazzjoni dwar ir-riżultati u l-valur miżjud ta' tali appoġġ. Fejn adatt, il-miżuri ta' informazzjoni, ta' komunikazzjoni u ta' viżibbiltà dwar ir-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi, b'fokus partikolari fuq l-operazzjonijiet, għandhom jitkomplew wara l-għeluq tal-programmi. Dawn il-miżuri għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament.
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2
2.  Tali azzjonijiet jistgħu jkopru perjodu ta' programmazzjoni tal-futur u preċedenti.
2.  Tali azzjonijiet jistgħu jkopru perjodu ta' programmazzjoni preċedenti u tal-futur.
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn jiġu sospiżi l-pagamenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri u r-reġjuni li jiffaċċjaw tħassib dwar il-konformità minħabba nuqqas ta' kapaċità amministrattiva jirċievu assistenza teknika adegwata biex itejbu dik il-kapaċità amministrattiva.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
1.  Fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru, il-Fondi jistgħu jappoġġaw azzjonijiet, li jistgħu jikkonċernaw perjodi ta' programmazzjoni preċedenti u sussegwenti, meħtieġa għall-użu u l-amministrazzjoni b'mod effettiv ta' dawk il-Fondi.
1.  Fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru, il-Fondi jistgħu jappoġġaw azzjonijiet, li jistgħu jikkonċernaw perjodi ta' programmazzjoni preċedenti u sussegwenti, meħtieġa għall-użu u l-amministrazzjoni b'mod effettiv ta' dawk il-Fondi, għall-bini tal-kapaċità tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6, kif ukoll biex jiġu żgurati funzjonijiet bħalma huma t-tħejjija, it-taħriġ, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-viżibbiltà u l-komunikazzjoni.
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 3
3.  Fl-ambitu ta' kull programm, l-assistenza teknika għandu jkollha l-għamla ta' prijorità relatata ma' Fond wieħed biss.
3.  Fl-ambitu ta' kull programm, l-assistenza teknika għandu jkollha l-għamla ta' prijorità relatata jew ma' Fond wieħed biss jew ma' għadd ta' Fondi.
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-persentaġġ tal-Fondi rimborżati għall-assistenza teknika għandu jkun dan li ġej:
2.  Abbażi ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u filwaqt li jitqies il-pjan finanzjarju tal-programmi, il-persentaġġ tal-Fondi rimborżati għall-assistenza teknika jista' jkun ta' mhux aktar minn:
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt a
(a)  għall-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, u għall-appoġġ tal-Fond ta' Koeżjoni: 2,5 %;
(a)  għall-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, u għall-appoġġ tal-Fond ta' Koeżjoni: 3 %;
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt b
(b)  għall-appoġġ tal-FSE+: 4% u għall-programmi skont l-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+: 5 %;
(b)  għall-appoġġ tal-FSE+: % u għall-programmi skont l-Artikolu 4(1)(xi) tar-Regolament FSE+: 6 %;
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt d
(d)  għall-appoġġ tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI: 6 %.
(d)  għall-appoġġ tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI: 7 %.
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Għar-reġjuni ultraperiferiċi, għal (a), (b), (c) il-persentaġġ għandu jkun sa 1 % ogħla.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1
Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31, l-Istat Membru jista' jipproponi li jieħu azzjonijiet addizzjonali ta' azzjoni teknika sabiex isaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istat Membru, tal-benefiċjarji u tal-imsieħba rilevanti, meħtieġa għall-użu u l-amministrazzjoni b'mod effettiv tal-Fondi.
Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31, l-Istat Membru jista' jipproponi li jieħu azzjonijiet addizzjonali ta' assistenza teknika sabiex isaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-awtoritajiet u s-servizzi pubbliċi, tal-benefiċjarji u tas-sħab rilevanti meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-użu effikaċi tal-Fondi.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2
L-appoġġ għal azzjonijiet bħal dawn għandu jiġi implimentat permezz ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet f'konformità mal-Artikolu 89.
L-appoġġ għal azzjonijiet bħal dawn għandu jiġi implimentat permezz ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet f'konformità mal-Artikolu 89. L-assistenza teknika fil-forma ta' programm speċifiku fakultattiv tista' tiġi implimentata jew permezz ta' finanzjament li mhux marbut mal-kostijiet għall-assistenza teknika jew permezz tar-rimborż tal-kostijiet diretti.
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm ("kumitat ta' monitoraġġ") fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istat Membru kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tapprova l-programm.
L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm ("kumitat ta' monitoraġġ"), wara konsultazzjoni mal-awtorità ta' ġestjoni, fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istat Membru kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tapprova l-programm.
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2
2.  Kull kumitat ta' monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
2.  Kull kumitat ta' monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, filwaqt li jqis il-ħtieġa ta' trasparenza sħiħa.
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 5
5.  Il-paragrafi minn 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-programmi skont l-Artikolu [4(c)(vi)] tar-Regolament FSE+ u għall-assistenza teknika relatata.
5.  Il-paragrafi minn 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-programmi skont l-Artikolu [4(1)(xi)] tar-Regolament FSE+ u għall-assistenza teknika relatata.
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istat Membru għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet u tal-korpi intermedji rilevanti tal-Istat Membru, kif ukoll tar-rappreżentanti tal-imsieħba msemmija fl-Artikolu 6.
L-Istat Membru għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet u tal-korpi intermedji rilevanti tal-Istat Membru, kif ukoll tar-rappreżentanti tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6 permezz ta' proċess trasparenti.
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
2.  Għandhom jipparteċipaw rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
2.  Fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw f'kapaċità ta' monitoraġġ u f'kapaċità konsultattiva. Fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ rappreżentanti tal-BEI jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw f'kapaċità konsultattiva, fejn xieraq.
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Għall-AMIF, l-ISF u l-BMVI, l-aġenziji deċentralizzati rilevanti għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)   proposti għal miżuri possibbli ta' simplifikazzjoni għall-benefiċjarji;
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b
(b)  kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħuda biex dawn il-kwistjonijiet ikunu trattati;
(b)  kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħuda biex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati, inkluża wkoll kwalunkwe irregolarità;
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt i
(i)  il-progress fil-bini ta' kapaċità amministrattiva għall-istituzzjonijiet pubbliċi u għall-benefiċjarji, meta rilevanti.
(i)  il-progress fil-bini tal-kapaċità amministrattiva għall-istituzzjonijiet pubbliċi, għas-sħab u għall-benefiċjarji, meta rilevanti.
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt b
(b)  ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMF, mill-ISF u mill-BMVI, u r-rapport finali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni;
(b)  ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, u r-rapport finali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni;
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)   bidliet fil-lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 17(3);
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jipproponi lill-awtorità ta' ġestjoni aktar funzjonijiet ta' intervent.
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Għandha tiġi organizzata laqgħa annwali ta' rieżami bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru biex tiġi analizzata l-prestazzjoni ta' kull programm.
Għandha tiġi organizzata laqgħa annwali ta' rieżami bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru biex tiġi analizzata l-prestazzjoni ta' kull programm. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom ikunu involuti kif dovut f'dan il-proċess.
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 36 – paragrafu 6
6.  Għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMF, mill-ISF u mill-BMVI, l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni f'konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.
6.  Għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni f'konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta sal-31 ta' Jannar 2022 u l-aħħar waħda sal-31 ta' Jannar 2030.
L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta sat-28 ta' Frar 2022 u l-aħħar waħda sat-28 ta' Frar 2030.
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Għall-programmi taħt l-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+, id-data għandha tkun trażmessa annwalment sat-30 ta' Novembru.
Għall-programmi taħt l-Artikolu 4(1)(xi) tar-Regolament FSE+, id-data għandha tkun trażmessa annwalment sat-30 ta' Novembru.
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt a
(a)  l-għadd ta' operazzjonijiet magħżula, il-kost totali eliġibbli tagħhom, il-kontribuzzjoni mill-Fondi u n-nefqa totali eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta' ġestjoni, kollha mqassma skont it-tip ta' intervent;
(a)  fit-trażmizzjonijiet tad-data dovuti sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Marzu, il-31 ta' Mejju, il-31 ta' Lulju, it-30 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru ta' kull sena, l-għadd ta' operazzjonijiet magħżula, il-kost totali eliġibbli tagħhom, il-kontribuzzjoni mill-Fondi u n-nefqa totali eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta' ġestjoni, kollha mqassma skont it-tip ta' intervent;
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-operazzjonijiet magħżula u l-valuri miksuba skont l-operaturi.
(b)  fit-trażmizzjonijiet tad-data dovuti sal-31 ta' Mejju u t-30 ta' Novembru ta' kull sena biss, il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-operazzjonijiet magħżula u l-valuri miksuba skont l-operaturi.
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud Ewropew bil-għan li titjib il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi.
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-inklużività, in-natura nondiskriminatorja, l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, il-viżibbiltà u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi.
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi evalwazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku u l-ħtiġijiet ta' finanzjament taħt l-objettivi ta' politika msemmija fl-Artikolu 4(1), fi ħdan u fost il-programmi b'fokus fuq Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u Ewropa aktar konnessa permezz tat-tisħiħ tal-mobilità, inklużi l-mobilità intelliġenti u sostenibbli u l-konnettività reġjonali tal-ICT. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-evalwazzjoni fuq is-sit web tagħha u tikkomunika dawk ir-riżultati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  imsieħba u korpi rilevanti oħra.
(b)  sħab u korpi rilevanti oħra, inklużi awtoritajiet reġjonali, lokali u awtoritajiet pubbliċi oħra, u sħab ekonomiċi u soċjali.
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm, ikun hemm sit web fejn tkun disponibbli informazzjoni dwar programmi li hija responsabbli għalihom, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli u l-kisbiet tal-programm.
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm, ikun hemm sit web fejn tkun disponibbli informazzjoni dwar il-programmi li hija responsabbli għalihom, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet, skeda ta' żmien indikattiva għas-sejħiet għall-proposti, l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli u l-kisbiet tal-programm.
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi, isem il-benefiċjarju;
(a)  fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi, isem il-benefiċjarju u isem il-kuntrattur;
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jipprovdi fuq il-websajt professjonali jew is-siti tal-midja soċjali tal-benefiċjarju, fejn tali siti jeżistu, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;
(a)  jipprovdi fuq il-websajt professjonali u s-siti tal-midja soċjali tal-benefiċjarju, fejn tali siti jeżistu, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja
(c)  jesponu plakkek u billboards hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjonijiet li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, fir-rigward tas-segwenti:
(c)  jesponu b'mod permanenti plakkek u billboards li jkunu viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjonijiet li jinvolvu investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, fir-rigward tas-segwenti:
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt d
(d)  għal operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c), jesponu pubblikament almenu displej stampat jew elettroniku ta'daqs minimu A3 bl-informazzjoni dwar l-operazzjoni li jissottolinja l-appoġġ mill-Fondi;
(d)  għal operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c), jesponu pubblikament f'post li jkun viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku almenu displej stampat jew elettroniku ta' daqs minimu ta' A3 bl-informazzjoni dwar l-operazzjoni li jissottolinja l-appoġġ mill-Fondi;
Emenda 244
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)   jesponu pubblikament u b'mod permanenti, mill-mument tal-implimentazzjoni fiżika, l-emblema tal-Unjoni b'tali mod li tkun viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku u skont il-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII;
Emenda 245
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Għal operazzjonijiet appoġġati bl-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+, dan ir-rekwiżit ma japplikax.
Għal operazzjonijiet appoġġati bl-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(xi) tar-Regolament FSE+, dan ir-rekwiżit ma japplikax.
Emenda 246
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mill-Fondi biex jipprovdu appoġġ lill-benefiċjarji fil-forma ta' għotjiet, strumenti finanzjarji jew premijiet jew taħlita ta' dawn il-miżuri.
L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mill-Fondi biex jipprovdu appoġġ lill-benefiċjarji fil-forma ta' għotjiet, użu limitat ta' strumenti finanzjarji jew premijiet jew taħlita ta' dawn il-miżuri.
Emenda 247
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt c
(c)  rata fissa sa massimu ta' 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, sakemm din ir-rata tkun ikkalkulata skont l-Artikolu 48(2)(a).
(c)  rata fissa sa massimu ta' 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, sakemm din ir-rata tkun ikkalkulata skont l-Artikolu 48(2)(a) jew 48(2)(c).
Emenda 248
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt a
(a)  billi niddividu l-kostijiet annwali gross l-aktar riċenti dokumentati tal-kostijiet tal-impjegatur b'1720 siegħa għall-persuni li jaħdmu full-time, jew b'siegħat prorata korrispondenti minn 1720 siegħa, għal persuni li jaħdmu part-time;
(a)  billi niddividu l-kostijiet annwali gross l-aktar riċenti dokumentati tal-impjiegi, bil-kostijiet addizzjonali mistennija sabiex inqisu fatturi bħalma huma żidiet fit-tariffi jew promozzjonijiet tal-persunal, b'1720 siegħa għall-persuni li jaħdmu full-time, jew b'siegħat prorata korrispondenti minn 1720 siegħa, għall-persuni li jaħdmu part-time;
Emenda 249
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt b
(b)  billi niddividu l-kostijiet mensili gross tal-impjiegi dokumentati riċentament bil-ħin tax-xogħol tal-persuna kkonċernata għal dak ix-xahar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli msemmija fil-kuntratt ta' impjieg.
(b)  billi niddividu l-kostijiet mensili gross l-aktar riċenti dokumentati tal-impjiegi, bil-kostijiet addizzjonali mistennija sabiex inqisu fatturi bħalma huma żiediet fit-tariffi jew promozzjonijiet tal-persunal, bil-ħin tax-xogħol tal-persuna kkonċernata għal dak ix-xahar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli msemmija fil-kuntratt ta' impjieg.
Emenda 250
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 2
2.  L-istrumenti finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ lir-riċevituri finali għall-investimenti ġodda biss li huma mistennija li jkunu finanzjarjament vijabbli, bħal pereżempju fil-ġenerazzjoni ta' dħul jew iffrankar, u li ma jsibux finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq.
2.  L-istrumenti finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ lir-riċevituri finali għall-investimenti ġodda biss li huma mistennija li jkunu finanzjarjament vijabbli, bħal pereżempju fil-ġenerazzjoni ta' dħul jew iffrankar, u li ma jsibux finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq. Tali appoġġ jista' jkun immirat lejn investimenti f'assi kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli kif ukoll kapital operatorju, f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
Emenda 251
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  l-ammont propost ta' kontribuzzjoni tal-programm għal strument finanzjarju u l-effett ta' ingranaġġ mistenni;
(a)  l-ammont propost ta' kontribuzzjoni tal-programm għal strument finanzjarju u l-effett ta' ingranaġġ mistenni, akkumpanjat mill-valutazzjonijiet rilevanti;
Emenda 252
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 5
5.  Strumenti finanzjarji jistgħu jkunu kombinati ma' appoġġ anċillari tal-programmi fil-forma ta' għotjiet bħala operazzjoni unika ta' strument finanzjarju, fi ftehim uniku ta' finanzjament, fejn iż-żewġ forom distinti ta' appoġġ għandhom ikunu provduti mill-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju. F'tali każ għandhom japplikaw l-istrumenti finanzjarji applikabbli għal dik l-operazzjoni unika tal-istrument finanzjarju.
5.  Strumenti finanzjarji jistgħu jkunu kombinati ma' appoġġ anċillari tal-programmi fil-forma ta' għotjiet bħala operazzjoni unika ta' strument finanzjarju, fi ftehim uniku ta' finanzjament, fejn iż-żewġ forom distinti ta' appoġġ għandhom ikunu provduti mill-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju. Fejn l-ammont tal-appoġġ għall-programm fil-forma ta' għotja huwa inqas mill-ammont ta' appoġġ għall-programm fil-forma ta' strument finanzjarju, għandhom japplikaw ir-regoli applikabbli għall-istrumenti finanzjarji .
Emenda 253
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħżel il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju.
L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħżel il-korp li jimplimenta strument finanzjarju jew permezz tal-għoti dirett ta' kuntratt jew inkella permezz tal-għoti indirett ta' kuntratt.
Emenda 254
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-awtorità ta' ġestjoni tista' tafda kompiti ta' implimentazzjoni permezz ta' għotja diretta lil:
(a)  il-BEI;
(b)  istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist;
(c)  bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika, stabbiliti bħala entità ġuridika u li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali.
Emenda 255
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 7
7.  L-awtorità ta' ġestjoni, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 2 jew il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 3, għandhom iżommu kontijiet separati jew ikollhom kodiċi kontabilistika għal kull prijorità u għal kull kategorija ta' reġjun għal kull kontribuzzjoni tal-programm u separatament għar-riżorsi msemmija fl-Artikoli 54 u 56 rispettivament.
7.  L-awtorità ta' ġestjoni, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 2 jew il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 3, għandhom iżommu kontijiet separati jew ikollhom kodiċi kontabilistika għal kull prijorità u għal kull kategorija ta' reġjun, jew skont it-tip ta' intervent għall-FAEŻR, għal kull kontribuzzjoni tal-programm u separatament għar-riżorsi msemmija fl-Artikoli 54 u 56 rispettivament.
Emenda 256
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.   Ir-rekwiżiti ta' rappurtar dwar l-użu tal-istrument finanzjarju għall-finijiet maħsuba għandhom ikunu limitati għall-awtoritajiet ta' ġestjoni u għall-intermedjarji finanzjarji.
Emenda 257
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 2
2.  L-imgħax u dħul ieħor li jista' jiġi attribwit lill-appoġġ mill-Fondi mħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jintuża għall-istess objettiv jew objettivi ta' appoġġ inizjali mill-Fondi, jew fl-istess strument finanzjarju; jew, sussegwentament għall-għeluq tal-istrumenti finanzjarju, fi strumenti finanzjarji oħrajn jew forom oħra ta' appoġġ, sa tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà.
2.  L-imgħax u dħul ieħor li jista' jiġi attribwit lill-appoġġ mill-Fondi mħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jintuża għall-istess objettiv jew objettivi ta' appoġġ inizjali mill-Fondi, jew fl-istess strument finanzjarju; jew, sussegwentement għall-għeluq tal-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji oħra jew forom oħra ta' appoġġ għal investimenti ulterjuri f'riċevituri finali; jew, fejn applikabbli, sabiex jiġi kopert it-telf fl-ammont nominali tal-kontribuzzjoni tal-Fondi għall-istrument finanzjarju liema telf jirriżulta mill-imgħax negattiv, jekk tali telf iseħħ minkejja ġestjoni attiva tat-teżorerija mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji; sa tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà.
Emenda 258
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1
1.  Appoġġ mill-Fondi lill-istrumenti finanzjarji investiti f'riċevituri finali kif ukoll kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat minn dawk l-investimenti, li huwa attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, jista' jintuża għall-trattament differenzjat ta' investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija orjentata lejn is-suq permezz ta' kondiviżjoni xierqa tar-riski u tal-profitti.
1.  Appoġġ mill-Fondi lill-istrumenti finanzjarji investiti f'riċevituri finali kif ukoll kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat minn dawk l-investimenti, li huwa attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, jista' jintuża għat-trattament differenzjat tal-investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija orjentata lejn is-suq, jew għal forom oħra ta' appoġġ mill-Unjoni, permezz ta' kondiviżjoni xierqa tar-riskji u tal-profitti filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
Emenda 259
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2
2.  Il-livell ta' tali trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li hu neċessarju biex joħloq inċentivi biex jattiraw riżorsi privati, stabbiliti minn proċess kompetittiv jew valutazzjoni indipendenti.
2.  Il-livell ta' tali trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li hu neċessarju biex jinħolqu inċentivi biex jattiraw riżorsi privati, stabbiliti jew bi proċess kompetittiv jew b'valutazzjoni ex ante mwettqa f'konformità mal-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 260
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1
1.  Riżorsi mħallsa lura, qabel tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà, lil strumenti finanzjarji minn investimenti f'riċevituri finali jew mir-rilaxx ta' riżorsi mwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija, inklużi pagamenti lura ta' kapital u kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat li huwa attibwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, għandu jintuża mill-ġdid fl-istess strumenti finanzjarji jew f'oħrajn għal investiment ulterjuri fir-riċevituri finali, skont l-istess objettiv speċifiku u għal kwalunkwe kostijiet u tariffi ta' ġestjoni assoċjati ma' tali investiment ulterjuri.
1.  Riżorsi mħallsa lura, qabel tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà, lil strumenti finanzjarji minn investimenti f'riċevituri finali jew mir-rilaxx ta' riżorsi mwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija, inklużi pagamenti lura ta' kapital u kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat li huwa attibwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, għandu jintuża mill-ġdid fl-istess strumenti finanzjarji jew f'oħrajn għal investimenti ulterjuri f'riċevituri finali, skont l-istess objettiv speċifiku jew objettivi speċifiċi u għal kwalunkwe kostijiet u tariffi ta' ġestjoni assoċjati ma' tali investimenti ulterjuri, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
Emenda 261
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-iffrankar permezz ta' operazzjonijiet aktar effiċjenti m'għandux jitqies li jikkostitwixxi dħul iġġenerat għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu. B'mod partikolari, l-iffrankar tal-kostijiet li jirriżulta minn miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija m'għandux jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fis-sussidji tal-operat.
Emenda 262
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi jekk tkun saret minn benefiċjarju jew mill-imsieħeb privat f'każ ta' operazzjoni PPP u tħallset fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta' Jannar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta' Diċembru 2029.
In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi jekk tkun saret minn benefiċjarju jew mis-sieħeb privat f'każ ta' operazzjoni PPP u tħallset fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta' Jannar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta' Diċembru 2030.
Emenda 263
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 4
4.  Operazzjoni sħiħa jew parti minnha jistgħu jiġu implimentati barra minn Stat Membru, anki barra mill-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm.
4.  Operazzjoni sħiħa jew parti minnha taħt il-FEŻR, il-FSE+ jew il-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jiġu implimentati barra minn Stat Membru, anki barra mill-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni taqa' taħt wieħed mill-ħames komponenti tal-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [...] ("ir-Regolament KTE") u tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm.
Emenda 264
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 6
6.  L-operazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħżula għall-appoġġ mill-Fondi fejn ikunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma ssir l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm lill-awtorità ta' ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti relatati kollha jkunux saru.
6.  L-operazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħżula għall-appoġġ mill-Fondi fejn ikunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma ssir l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm lill-awtorità ta' ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti relatati kollha jkunux saru. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-kumpens tal-FEMS għall-kostijiet addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi jew in-nefqa ffinanzjata permezz ta' allokazzjonijiet supplimentari speċifiċi tal-FEŻR u l-FSE + għar-reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 265
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  interessi fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta' sussidju għal rata tal-interess jew sussidju ta' tariffa għal garanzija;
(a)  interessi fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta' sussidju għal rata tal-interess jew sussidju ta' tariffa għal garanzija jew fir-rigward ta' kontribuzzjoni għal strumenti finanzjarji li tirriżulta minn interess negattiv;
Emenda 266
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
(c)   taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), għajr għal operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom huwa inqas minn EUR 5 000 000.
imħassar
Emenda 267
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-eliġibbiltà għall-operazzjonijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") għandha tiġi determinata fuq approċċ ta' kull każ għalih, ħlief għall-operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom huwa ta' inqas minn EUR 5 000 000, u għall-investimenti u l-infiq mir-riċevituri finali.
Emenda 268
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-Istat Membru jista' jnaqqas il-limitu ta' żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każ taż-żamma ta' investimenti jew impjiegi maħluqa minn SMEs.
L-Istat Membru jista' jnaqqas il-limitu ta' żmien mogħti fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każijiet iġġustifikati kif dovut imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) rigward iż-żamma tal-impjiegi maħluqa minn SMEs.
Emenda 269
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 3
3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal ebda operazzjoni li tgħaddi minn waqfien ta' attività produttiva minħabba falliment mhux frawdolenti.
3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjonijiet tal-programm lil strumenti finanzjarji jew mingħandhom u lanqas għal kwalunkwe operazzjoni li tgħaddi minn waqfien ta' attività produttiva minħabba falliment mhux frawdolenti.
Emenda 270
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Għall-punt (d) tal-paragrafu 1, it-tariffi ta' ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni. Jekk korpi li jimplimentaw fond ta' parteċipazzjoni u / jew fondi speċifiċi, skont l-Artikolu 53(3), jintgħażlu permezz ta' għotja diretta ta' kuntratt, l-ammont ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista' jkun ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu sa massimu ta' 5 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm żborżati lir-riċevituri finali f'self, investiment ta' ekwità u kważi ekwità jew imwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija.
Għall-punt (d) tal-paragrafu 1, it-tariffi ta' ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni. Għall-ewwel tnax-il xahar ta' implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, ir-remunerazzjoni ta' bażi għall-kostijiet u t-tariffi ta' ġestjoni għandha tkun eliġibbli. Jekk korpi li jimplimentaw fond ta' parteċipazzjoni u / jew fondi speċifiċi, skont l-Artikolu 53(2), jintgħażlu permezz ta' għotja diretta ta' kuntratt, l-ammont ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista' jkun ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu sa massimu ta' 5 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm żborżati lir-riċevituri finali f'self, investiment ta' ekwità u kważi ekwità jew imwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija.
Emenda 271
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Dan il-limitu mhuwiex applikabbli meta l-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji ssir permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva skont il-liġi applikabbli u s-sejħa għall-offerti kompetittiva tistabbilixxi l-ħtieġa għal livell ogħla ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni.
Meta l-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji ssir permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva skont il-liġi applikabbli u s-sejħa għall-offerti kompetittiva tistabbilixxi l-ħtieġa ta' livell ogħla ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni li għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni.
Emenda 272
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet preżentati lill-Kummissjoni u għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu, jaqbdu, jikkoreġu u jirrapportaw irregolaritajiet inkluż frodi.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet preżentati lill-Kummissjoni u għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu, jaqbdu, jikkoreġu u jirrapportaw irregolaritajiet inkluż frodi. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-OLAF.
Emenda 273
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u tad-data dwar l-indikaturi.
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità, l-indipendenza u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u tad-data dwar l-indikaturi.
Emenda 274
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw l-eżami effettiva tal-ilementi rigward il-fondi. L-Istati Membri, b'talba tal-Kummissjoni, għandhom jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni li huma fl-ambitu tal-programmi tagħhom u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dawk l-eżamijiet.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw l-eżami effettiv tal-ilmenti rigward il-fondi. Il-kamp ta' applikazzjoni, ir-regoli u l-proċeduri li jikkonċernaw dawk l-arranġamenti għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tagħhom. L-Istati Membri, b'talba tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 64(4a), għandhom jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni li huma fl-ambitu tal-programmi tagħhom u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dawk l-eżamijiet.
Emenda 275
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambji ta' informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tal-programm jitwettqu permezz ta' sistemi ta' skambju elettroniku ta' data skont l-Anness XII.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambji ta' informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tal-programm jitwettqu permezz ta' sistemi ta' skambju elettroniku ta' data li jkunu faċli għall-utenti skont l-Anness XII.
Emenda 276
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 7 – subparagrafu 2
Għal programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2023.
Għal programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022.
Emenda 277
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 7 – subparagrafu 3
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-programmi skont l-Artikolu [4(1)(c)(vii)] tar-Regolament FSE+.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-programmi skont l-Artikolu [4(1)(xi)] tar-Regolament FSE+.
Emenda 278
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 11
11.  Il-Kummisjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistipula l-format li għandu jintuża għar-rapportar ta' irregolaritajiet f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 109(2) sabiex tiżgura l-uniformità tal-kundizzjonijiet fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
11.  Il-Kummisjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistipula l-format li għandu jintuża għar-rapportar ta' irregolaritajiet f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 109(2) sabiex tiżgura l-uniformità tal-kundizzjonijiet u r-regoli fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Emenda 279
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tissodisfa lilha nnifisha li l-Istat Membru jkollu sistemi ta' ġestjoni u kontroll li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u li dawn is-sistemi jiffunzjonaw b'mod effettiv matul l-implimentazzjoni tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha tfassal strateġija ta' awditjar u pjan ta' awditjar li għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju.
Il-Kummissjoni għandha tissodisfa lilha nnifisha li l-Istat Membru jkollu sistemi ta' ġestjoni u kontroll li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u li dawk is-sistemi jiffunzjonaw b'mod effettiv u effiċjenti matul l-implimentazzjoni tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha tfassal għall-Istati Membri strateġija ta' awditjar u pjan ta' awditjar li għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju.
Emenda 280
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2
2.  Awditi tal-Kummissjoni għandhom isiru sa tliet snin kalendarji wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa kkonċernata. Dan il-perjodu għandu japplika għal operazzjonijiet fejn ikun hemm suspett ta' frodi.
2.  Awditi tal-Kummissjoni għandhom isiru sa sentejn kalendarji wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa kkonċernata. Dan il-perjodu għandu japplika għal operazzjonijiet fejn ikun hemm suspett ta' frodi.
Emenda 281
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 - punt a
(a)  il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-programm mill-inqas 12 jum ta' ħidma għall-awditu, għajr f'każijiet urġenti. Uffiċjali jew rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f'dan l-awditjar.
(a)  il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-programm mill-inqas 15-il jum tax-xogħol għall-awditu, għajr f'każijiet urġenti. Uffiċjali jew rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f'dan l-awditjar.
Emenda 282
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-konklużjonijiet preliminari tal-awditu, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-aħħar jum tal-awditu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
(c)  il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-konklużjonijiet preliminari tal-awditu, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn xahrejn wara l-aħħar jum tal-awditu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
Emenda 283
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport tal-awditur, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha tirċievi risposta komplta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet preliminari tal-awditu.
(d)  il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport tal-awditur, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha tirċievi risposta kompluta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet preliminari tal-awditu. It-tweġiba tal-Istat Membru għandha titqies bħala kompluta jekk il-Kummissjoni ma tkunx irrapportat dwar l-eżistenza ta' dokumentazzjoni pendenti fi żmien xahrejn.
Emenda 284
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni tista' testendi l-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (c) u (d) bi tliet xhur addizzjonali.
Il-Kummissjoni tista', f'każijiet debitament iġġustifikati, testendi l-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (c) u (d) b'xahrejn addizzjonali.
Emenda 285
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Mingħajr ħsara għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 63, il-Kummissjoni għandha tipprevedi sistema ta' indirizzar tal-ilmenti li għandha tkun aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati.
Emenda 286
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 2
2.  L-awtorità tal-awditjar għandha tkun awtorità pubblika, funzjonalment indipendenti minn dawk li jkunu awditjati.
2.  L-awtorità tal-awditjar għandha tkun awtorità pubblika jew privata, funzjonalment indipendenti mill-Awtorità ta' Ġestjoni u l-korpi jew l-entitajiet li jkunu ġew fdati b'funzjonijiet jew li dawn ikunu ddelegati lilhom.
Emenda 287
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt e
(e)  tirreġista u taħżen id-data neċessarja għal kull operazzjoni f'sistema elettronika għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifiki u l-awditi, u għandha tiżgura s-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data u l-awtentikazzjoni tal-utenti.
(e)  tirreġistra u taħżen f'sistemi elettroniċi d-data għal kull operazzjoni neċessarja għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifiki u l-awditi, u għandha tiżgura s-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data u l-awtentikazzjoni tal-utenti.
Emenda 288
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Għall-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi u tapplika kriterji u proċeduri li mhumiex diskriminatorji, li huma trasparenti, jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent skont l-Artikoli 11 u 191(1) TFUE.
Għall-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi u tapplika kriterji u proċeduri li mhumiex diskriminatorji, li huma trasparenti, jiżguraw l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent skont l-Artikoli 11 u 191(1) TFUE.
Emenda 289
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt a
(a)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jikkonformaw mal-programm u tipprovdi kontribuzzjoni effettiva biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tiegħu;
(a)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jkunu sostenibbli, jikkonformaw mal-programm, kif ukoll mal-istrateġiji territorjali, u jipprovdu kontribuzzjoni effettiva biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tiegħu;
Emenda 290
Proposta għal regolament
Artikolu 67, paragrafu 3, punt c
(c)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jippreżentaw l-aħjar relazzjoni bejn l-ammont ta' appoġġ, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi;
(c)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jippreżentaw relazzjoni xierqa bejn l-ammont ta' appoġġ, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi;
Emenda 291
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt e
(e)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48 ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew proċedura ta' skrinjar fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49;
(e)  tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48 ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew proċedura ta' skrinjar u li l-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet alternattivi kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika komprensiva jitqiesu debitament, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49;
_________________
_________________
48 Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
48 Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
49 Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).
49 Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).
Emenda 292
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt f
(f)  tivverifika li fejn l-operazzjonijiet ikunu bdew qabel il-preżentazzjonijoni ta' applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta' ġestjoni, il-liġi applikabbli tkun ġiet osservata;
(f)  tiżgura li fejn l-operazzjonijiet ikunu bdew qabel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta' ġestjoni, il-liġi applikabbli tkun ġiet osservata;
Emenda 293
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt j
(j)  tiżgura r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tal-investimenti fl-infrastruttura li mistennija jkollhom ħajja ta' mill-inqas ħames snin.
(j)  tiżgura, qabel jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tal-investimenti fl-infrastruttura li mistennija jkollhom ħajja ta' mill-inqas ħames snin, kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel".
Emenda 294
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   L-awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi wkoll, f'każijiet debitament ġustifikati, li tikkontribwixxi sa 5 % tal-allokazzjoni finanzjarja ta' programm taħt il-FEŻR u l-FSE+ għal proġetti speċifiċi fl-Istat Membru eliġibbli taħt Orizzont Ewropa, inklużi dawk magħżula fit-tieni fażi, sakemm dawk il-proġetti speċifiċi jikkontribwixxu għall-objettivi tal-programm f'dak l-Istat Membru.
Emenda 295
Proposta għal regolament
Artikolu 67 – paragrafu 6
6.  Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tagħżel operazzjoni ta' importanza strateġika, hija għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni dwar din l-operazzjoni.
6.  Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tagħżel operazzjoni ta' importanza strateġika, hija għandha tinforma fi żmien xahar lill-Kummissjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni dwar dik l-operazzjoni, inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji.
Emenda 296
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  tiżgura, soġġett għad-disponibbiltà ta' finanzjament, li benefiċjarju jirċievi l-ammont dovut kollu kemm hu u mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pagament mill-benefiċjarju;
(b)  tiżgura, għall-prefinanzjament u l-pagamenti interim, li benefiċjarju jirċievi l-ammont dovut kollu kemm hu għal nefqa verifikata u mhux aktar tard minn 60 jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pagament mill-benefiċjarju;
Emenda 297
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni talbiet għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86;
(a)  tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni talbiet għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 u tqis l-awditi mwettqa mill-awtorità tal-awditjar, jew li jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħha;
Emenda 298
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tfassal il-kontijiet f'konformità mal-Artikolu 92 u ż-żamma tar-rekords tal-elementi kollha tal-kontijiet f'sistema elettronika;
(b)  tfassal u tippreżenta l-kontijiet, tikkonferma l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-korrettezza f'konformità mal-Artikolu 92 u żżomm rekords tal-elementi kollha tal-kontijiet f'sistema elettronika;
Emenda 299
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   L-awditu għandu jsir b'referenza għall-istandard applikabbli fiż-żmien tal-konvenzjoni tal-operazzjoni awditjata, ħlief meta l-istandards il-ġodda jkunu aktar favorevoli għall-benefiċjarju.
Emenda 300
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 6b (ġdid)
6b.   Is-sejba ta' irregolarità, bħala parti mill-awditu ta' operazzjoni li twassal għal penali finanzjarja, ma tistax twassal għall-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll jew għal korrezzjonijiet finanzjarji lil hinn min-nefqa koperta mis-sena fiskali tan-nefqa awditjata.
Emenda 301
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1
1.  L-awtorità ta' awditjar għandha tħejji strateġija tal-awditjar fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, waqt li tikkunsidra d-deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll prevista fl-Artikolu 63(9), li tkopri awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet. L-istrateġija tal-awditjar għandha tinkludi awditi tas-sistema ta' awtoritajiet ta' ġestjoni identifikati ġodda u ta' awtoritajiet responsabbli għall-funzjoni kontabilistika fi żmien disa' xhur wara l-ewwel sena ta' funzjonament tagħhom. L-istrateġija tal-awditjar għandha titħejja skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVIII, u għandha tkun aġġornata kull sena wara l-ewwel rapport annwali ta' kontroll u l-opinjoni tal-awditjar ipprovduti lill-Kummissjoni. Hija tista' tkopri wieħed jew aktar mill-programmi.
1.  Wara li tikkonsulta l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità ta' awditjar għandha tħejji strateġija tal-awditjar fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, waqt li tikkunsidra d-deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll prevista fl-Artikolu 63(9), li tkopri awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet. L-istrateġija tal-awditjar għandha tinkludi awditi tas-sistema ta' awtoritajiet ta' ġestjoni identifikati ġodda u ta' awtoritajiet responsabbli għall-funzjoni kontabilistika. L-awditu għandu jitwettaq fi żmien disa' xhur wara l-ewwel sena ta' funzjonament tagħhom. L-istrateġija tal-awditjar għandha titħejja skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVIII, u għandha tkun aġġornata kull sena wara l-ewwel rapport annwali ta' kontroll u l-opinjoni tal-awditjar ipprovduti lill-Kummissjoni. Hija tista' tkopri wieħed jew aktar mill-programmi. Fl-istrateġija tal-awditjar, l-awtorità ta' awditjar tista' tiddetermina limitu għal awditi tal-kontijiet uniċi.
Emenda 302
Proposta għal regolament
Artikolu 73 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-Kummissjoni u Stat Membru dwar is-sejbiet ta' awditu, għandha tiġi stabbilita proċedura tas-saldu.
Emenda 303
Proposta għal regolament
Artikolu 74 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom l-ewwel jużaw l-informazzjoni u r-rekords kollha disponibbli fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 66(1)(e), inklużi r-riżultati ta' verifiki ta' ġestjoni u jitolbu u jiksbu d-dokumenti addizzjonali u evidenza għall-awditjar mingħand il-benefiċjarji konċernati biss meta, fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali tagħhom, din hija meħtieġa biex tappoġġa konklużjonijiet tal-awditjar robusti.
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom l-ewwel jużaw l-informazzjoni u r-rekords kollha disponibbli fis-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 66(1)(e), inklużi r-riżultati ta' verifiki ta' ġestjoni u jitolbu u jiksbu d-dokumenti addizzjonali u evidenza għall-awditjar mingħand il-benefiċjarji konċernati biss meta, fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali tagħhom, din hija meħtieġa biex tappoġġa konklużjonijiet tal-awditjar robusti.
Emenda 304
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 1
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħmel verifiki ta' ġestjoni fil-post skont l-Artikolu 68(1) fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju biss u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti.
1.  L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħmel verifiki ta' ġestjoni fil-post skont l-Artikolu 68(1) fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju biss u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, jekk l-istrument finanzjarju jipprovdi rapporti ta' kontroll li jappoġġaw l-applikazzjoni tal-pagament, l-awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi li ma twettaqx verifiki tal-ġestjoni fuq il-post.
Emenda 305
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Madankollu, il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu rapporti ta' kontroll li jappoġġaw it-talba għall-pagament lill-awtorità ta' ġestjoni.
Madankollu, il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu rapporti ta' kontroll li jappoġġaw l-applikazzjonijiet għal pagament lill-awtorità ta' ġestjoni.
Emenda 306
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 3
3.  L-awtorità tal-awditjar għandha tagħmel awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 71, 73 jew 77 fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti.
3.  L-awtorità tal-awditjar għandha tagħmel awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 71, 73 jew 77 fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, jekk l-istrument finanzjarju jipprovdi lill-awtorità tal-awditjar b'rapport annwali tal-awditjar imfassal mill-awdituri esterni tagħhom sal-aħħar ta' kull sena kalendarja li jkopri l-elementi inklużi fl-Anness XVII, l-awtorità tal-awditjar tista' tiddeċiedi li ma twettaqx awditi ulterjuri.
Emenda 307
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   Fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, il-korpi responsabbli għall-awditjar tal-programmi jistgħu jwettqu verifiki jew awditi tal-korpi li jipprovdu biss self sottostanti ġdid fil-każ li sseħħ waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)  dokumenti ta' appoġġ, li jipprovdu evidenza tal-appoġġ mill-istrument finanzjarju lir-reċipjenti finali, li ma jkunux disponibbli fil-livell tal-awtorità ta' ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji;
(b)  ikun hemm evidenza li d-dokumenti disponibbli fil-livell tal-awtorità ta' ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji ma jirrappreżentawx rekord veru u preċiż tal-appoġġ provdut.
Emenda 308
Proposta għal regolament
Artikolu 76 – paragrafu 1
1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti ta' prova kollha marbuta ma' operazzjoni appoġġata mill-Fondi jinżammu fil-livell xieraq għal perjodu ta' ħames snin mill-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha jkun sar l-aħħar pagament mill-awtorità ta' ġestjoni lill-benefiċjarju.
1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti ta' prova kollha marbuta ma' operazzjoni appoġġata mill-Fondi jinżammu fil-livell xieraq għal perjodu ta' tliet snin mill-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha jkun sar l-aħħar pagament mill-awtorità ta' ġestjoni lill-benefiċjarju.
Emenda 309
Proposta għal regolament
Artikolu 76 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-perjodu ta' żamma tad-dokumenti jista' jitnaqqas, b'mod proporzjonali għall-profil tar-riskju u d-daqs tal-benefiċjarji, b'deċiżjoni tal-awtorità ta' ġestjoni.
Emenda 310
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-prefinanzjament għal kull Fond għandu jitħallas b'pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, soġġett għad-disponibbiltà ta' fondi, kif ġej:
Il-prefinanzjament għal kull Fond għandu jitħallas b'pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, kif ġej:
Emenda 311
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  2022: 0.5 %;
(b)  2022: 0,7 %;
Emenda 312
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  2023: 0.5 %;
(c)  2023: 1 %;
Emenda 313
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  2024: 0.5 %;
(d)  2024: 1,5 %;
Emenda 314
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
(e)  2025: 0.5 %;
(e)  2025: 2 %;
Emenda 315
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
(f)  2026: 0.5
(f)  2026: 2 %
Emenda 316
Proposta għal regolament
Artikolu 85 – paragrafu 3 – punt b
(b)  l-ammont ta' assistenza teknika kkalkolata skont l-Artikolu 31(2);
(b)  l-ammont ta' assistenza teknika kkalkolata skont l-Artikolu 31;
Emenda 317
Proposta għal regolament
Artikolu 85 - paragrafu 4 - punt ca (ġdid)
(ca)   fil-każ tal-għajnuna mill-istat, l-applikazzjoni tal-pagament tista' tinkludi pagamenti bil-quddiem imħallsa lill-benefiċjarju mill-korp li jagħti l-għajnuna taħt il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: dawn ikunu soġġetti għal bank jew għal garanzija ekwivalenti, ma jaqbżux l-40 % tal-ammont totali tal-għajnuna li għandha tingħata lil benefiċjarju għal operazzjoni partikolari u jkunu koperti minn nefqa mħallsa mill-benefiċjarji u appoġġata minn fatturi b'riċevuta fi żmien 3 snin.
Emenda 318
Proposta għal regolament
Artikolu 86 – paragrafu 1
1.  Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu 53(2), l-applikazzjonijiet għal pagament sottomessi skont l-Anness XIX għandhom jinkludu l-ammonti totali mħallsa jew, fil-każ ta' garanziji, l-ammonti mwarrba kif miftiehem f'kuntratti ta' garanzija, mill-awtorità ta' ġestjoni għal riċevituri finali kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 62(1).
1.  Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu 53(1), l-applikazzjonijiet għal pagament sottomessi skont l-Anness XIX għandhom jinkludu l-ammonti totali mħallsa jew, fil-każ ta' garanziji, l-ammonti mwarrba kif miftiehem f'kuntratti ta' garanzija, mill-awtorità ta' ġestjoni għal riċevituri finali kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 62(1).
Emenda 319
Proposta għal regolament
Artikolu 86 - paragrafu 2 - parti introduttorja
2.  Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu 53(3), l-applikazzjonijiet għal pagament li tinkludi nefqa għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu sottomessi skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2.  Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu 53(2), l-applikazzjonijiet għal pagament li jinkludu nefqa għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu sottomessi skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 320
Proposta għal regolament
Artikolu 87 – paragrafu 1
1.  Soġġett għall-finanzjament disponibbli, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim sa mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data li fiha applikazzjoni għal pagament tkun ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni.
1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim sa mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data li fiha applikazzjoni għal pagament tkun ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni.
Emenda 321
Proposta għal regolament
Artikolu 90 – paragrafu 1 – punt a
(a)  Ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqas serju u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;
(a)  ikun hemm evidenza ta' nuqqas serju u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;
Emenda 322
Proposta għal regolament
Artikolu 91 – paragrafu 1 – punt e
(e)  l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 15(6).
imħassar
Emenda 323
Proposta għal regolament
Artikolu 99 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe ammont fi programm li ma kienx intuża għal prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 84 jew li għalih ma ġietx ippreżentata applikazzjoni għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 sas-26 ta' Diċembru tat-tieni sena kalendarja wara dik tal-impenji tal-baġit għas-snin 2021 sa 2026.
1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe ammont fi programm li ma kienx intuża għal prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 84 jew li għalih ma ġietx ippreżentata applikazzjoni għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 sal-31 ta' Diċembru tat-tielet sena kalendarja wara dik tal-impenji tal-baġit għas-snin 2021 sa 2026.
Emenda 324
Proposta għal regolament
Artikolu 99 – paragrafu 2
2.   L-ammont li għandu jiġi kopert mill-prefinanzjament jew l-applikazzjonijiet ta' pagament sal-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-baġit 2021 għandu jkun ta' 60 % ta' dak l-impenn. Għaxra fil-mija (10 %) tal-impenn tal-baġit tal-2021 għandu jiżdied ma' kull impenn tal-baġit għas-snin 2022 sa 2025 għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu koperti.
imħassar
Emenda 325
Proposta għal regolament
Artikolu 99 – paragrafu 3
3.  Din il-parti tal-impenji li tkunu għadha miftuħa fil-31 ta' Diċembru 2029 għandha tiġi diżimpenjata jekk il-pakkett tal-assigurazzjoni u r-rapport finali tal-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FSE, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sat-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 38(1).
3.  Din il-parti tal-impenji li tkun għadha miftuħa fil-31 ta' Diċembru 2030 għandha tiġi diżimpenjata jekk il-pakkett tal-assigurazzjoni u r-rapport finali tal-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FSE+, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sat-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 38(1).
Emenda 326
Proposta għal regolament
Artikolu 100 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(b a)  ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni f'waqtha tal-pagament minħabba dewmien fil-livell tal-Unjoni għat-twaqqif tal-qafas legali u amministrattiv għall-fondi għall-perjodu 2017-2027.
Emenda 327
Proposta għal regolament
Artikolu 101 – paragrafu 2
2.  L-Istat Membru għandu jkollu xahrejn biex jaqbel mal-ammont li għandu jiġi diżimpenjat jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 328
Proposta għal regolament
Artikolu 102 – paragrafu 1
1.  Il-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni għandhom isostnu l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 2") stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2014.
1.  Il-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għandhom isostnu l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 2") stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2066.
Emenda 329
Proposta għal regolament
Artikolu 103 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji tal-baġit għall-perjodu 2021-2027 għandhom ikunu EUR 330 624 388 630 fi prezzijiet tal-2018.
Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji tal-baġit għall-perjodu 2021-2027 għandhom ikunu EUR 378 097 000 000 fi prezzijiet tal-2018.
(Din l-emenda għandha l-għan li terġa' ddaħħal ammont ekwivalenti għal dak disponibbli għall-perjodu 2014-2020, biż-żidiet meħtieġa, f'konformità mal-pożizzjoni tal-PE dwar il-proposta tal-QFP għall-2021-2027. Se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali għall-kalkoli fl-Anness XXII.)
Emenda 330
Proposta għal regolament
Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru fil-qafas tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi, għal kull kategorija ta' reġjuni, flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XXII.
Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru fil-qafas tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi, għal kull kategorija ta' reġjuni, flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XXII. L-allokazzjoni globali minima mill-Fondi, fil-livell nazzjonali, għandha tkun ugwali għal 76 % tal-baġit allokat lil kull Stat Membru jew reġjun matul il-perjodu 2014-2020.
Emenda 429
Proposta għal regolament
Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)
Mingħajr preġudizzju għall-allokazzjonijiet nazzjonali għall-Istati Membri, il-finanzjament għar-reġjuni, li huma deklassifikati fil-kategorija għall-perjodu 2021-2027, għandhom jinżammu fil-livell tal-allokazzjonijiet għall-2014–2020.
Emenda 331
Proposta għal regolament
Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 b (ġdid)
Minħabba l-importanza partikolari tal-finanzjament ta' koeżjoni għall-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali, u għar-reġjuni ultraperiferiċi, il-kriterji ta' eliġibbiltà għal tali finanzjament ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk fil-perjodu 2014-2020, u għandhom jiżguraw kontinwità massima mal-programmi eżistenti.
(Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali għall-kalkoli fl-Anness XXII.)
Emenda 332
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Ir-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 97.5 % tar-riżorsi globali (jiġifieri, total ta' EUR 322 194 388 630) u għandhom jiġu allokati kif ġej:
1.  Ir-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 97% tar-riżorsi globali, jiġifieri, total ta' EUR 366 754 000 000 (fi prezzijiet tal-2018). Minn dan l-ammont, EUR 5 900 000 000 għandhom jiġu allokati lill-Garanzija għat-Tfal mir-riżorsi taħt l-FSE+. Il-pakkett li jibqa' ta' EUR 360 854 000 000 (fi prezzijiet tal-2018) għandu jiġi allokat kif ġej:
Emenda 333
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt a
(a)  61,6 % (jiġifieri, total ta' EUR 198 621 593 157) għar-reġjuni anqas żviluppati;
(a)  61,6 % (jiġifieri, total ta' EUR 222 453 894 000) għar-reġjuni inqas żviluppati;
Emenda 334
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt b
(b)  14,3 % (jiġifieri, total ta' EUR 45 934 516 595) għar-reġjuni fi tranżizzjoni;
(b)  14,3 % (jiġifieri, total ta' EUR 51 446 129 000) għar-reġjuni fi tranżizzjoni;
Emenda 335
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt c
(c)  10,8 % (jiġifieri, total ta' EUR 34 842 689 000) għar-reġjuni aktar żviluppati;
(c)  10,8 % (jiġifieri, total ta' EUR 39 023 410 000) għar-reġjuni aktar żviluppati;
Emenda 336
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt d
(d)  12,8 % (jiġifieri, total ta' EUR 41 348 556 877) għall-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta' Koeżjoni;
(d)  12,8 % (jiġifieri, total ta' EUR 46 309 907 000) għall-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta' Koeżjoni;
Emenda 337
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt e
(e)  0.4 % (jiġifieri, total ta' EUR 1 447 034 001) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u reġjuni tal-livell 2 NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.
(e)  0.4 % (jiġifieri, total ta' EUR 1 620 660 000) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u reġjuni tal-livell 2 NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.
Emenda 338
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
L-ammont ta' riżorsi disponibbli għall-FSE+ taħt il-mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandu jkun ta' EUR 88 646 194 590.
Ir-riżorsi disponibbli għall-FSE+ għandhom jammontaw għal 28,8 % tar-riżorsi taħt il-mira "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" (jiġifieri EUR 105 686 000 000 fi prezzijiet tal-2018). Dan ma jinkludix il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali jew il-fergħa tas-Saħħa.
Emenda 339
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-ammont ta' finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fil-punt (e) fil-paragrafu 1 allokati lill-FSE+ għandu jkun ta' EUR 376 928 934.
L-ammont ta' finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fil-punt (e) fil-paragrafu 1 allokati lill-FSE+ għandu jikkorrispondi għal 0,4 % tar-riżorsi msemmija fl-ewwel subparagrafu (jiġifieri EUR 424 296 054 fi prezzijiet tal-2018).
Emenda 340
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
L-ammont ta' sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni li għandu jiġi ttrasferit għall-FNE għandu jkun ta' EUR 10 000 000 000. Huwa għandu jintefaq fuq proġetti ta' infrastruttura tat-trasport billi jitnedew sejħiet speċifiċi f'konformità mar-Regolament (UE) [numru tar-Regolament CEF il-ġdid] esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni.
L-ammont ta' sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni li għandu jiġi ttrasferit għall-FNE għandu jkun ta' EUR 4 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018. Huwa għandu jintefaq fuq proġetti ta' infrastruttura tat-trasport, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet tal-infrastruttura ta' investiment tal-Istati Membri u r-reġjuni, billi jitnedew sejħiet speċifiċi f'konformità mar-Regolament (UE) [numru tar-Regolament CEF il-ġdid] esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni.
Emenda 341
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 4 – subparagrafu 5
Tletin fil-mija (30 %) tar-riżorsi trasferiti għall-FNE għandhom ikunu disponibbli immedjatament wara t-trasferiment lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond ta' Koeżjoni biex jiġu ffinanzjati proġetti tal-infrastruttura tat-trasport f'konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid].
imħassar
Emenda 342
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 4 – subparagrafu 6
Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport skont ir-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid] għandhom japplikaw għas-sejħiet speċifiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward ta' 70 % tar-riżorsi trasferiti għall-FNE.
Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport skont ir-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid] għandhom japplikaw għas-sejħiet speċifiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni.
Emenda 343
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 5
5.  Il-EUR 500 000 000 tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal tal-Inizjattiva Urbana Ewropea taħt ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.
5.  EUR 560 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal tal-Inizjattiva Urbana Ewropea taħt ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.
Emenda 344
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 6
6.  Il-EUR 175 000 000 tar-riżorsi ESF+ għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal kooperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi taħt ġestjoni diretta jew indiretta.
6.  EUR 196 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi FSE+ għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal kooperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi taħt ġestjoni diretta jew indiretta.
Emenda 345
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 7
7.  Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal 2.5 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta' EUR 8 430 000 000).
7.  Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal 3 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta' EUR 11 343 000 000 fi prezzijiet tal-2018).
Emenda 346
Proposta għal regolament
Artikolu 105 – paragrafu 1 – punt a
(a)  ta' mhux aktar minn 15 % tal-allokazzjonijiet totali għar-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ta' tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati u reġjuni ta' tranżizzjoni għal reġjuni aktar żviluppati;
(a)  ta' mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjonijiet totali għar-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ta' tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati u reġjuni ta' tranżizzjoni għal reġjuni aktar żviluppati;
Emenda 347
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 - punt a
(a)  70 % għar-reġjuni anqas żviluppati;
(a)  85 % għar-reġjuni inqas żviluppati;
Emenda 348
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  55 % għar-reġjuni ta' transizzjoni;
(b)  65 % għar-reġjuni ta' tranżizzjoni;
Emendi 349 u 447
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  40 % għar-reġjuni aktar żviluppati.
(c)  50 % għar-reġjuni aktar żviluppati.
Emenda 350
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Ir-rati ta' kofinanzjament stabbiliti skont il-punt (a), għandhom japplikaw ukoll għal reġjuni l-aktar imbiegħda.
Ir-rati ta' kofinanzjament stabbiliti skont il-punt (a), għandhom japplikaw ukoll għal reġjuni ultraperiferiċi u għall-allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 351
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Ir-rata ta' kofinanzjament għall-Fond ta' Koeżjoni fil-livell ta' kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 70 %.
Ir-rata ta' kofinanzjament għall-Fond ta' Koeżjoni fil-livell ta' kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 85 %.
Emenda 352
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
Ir-Regolament ESF+ jista' jistabbilixxi rati ta' kofinanzjament ogħla għal azzjonijiet innovattivi li jappoġġaw skont l-Artikolu [14] ta' dak ir-Regolament.
Ir-Regolament FSE+ jista', f'każijiet debitament iġġustifikati, jistabbilixxi rati ta' kofinanzjament ogħla sa massimu ta' 90 % għal prijoritajiet li jappoġġaw azzjonijiet innovattivi skont l-Artikolu [13] u l-Artikolu [4(1)(x)] u [(xi)] ta' dak ir-Regolament, kif ukoll għal programmi li jindirizzaw il-privazzjoni materjali skont l-Artikolu [9], il-qgħad fost iż-żgħażagħ skont l-Artikolu [10], l-appoġġ tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal skont l-Artikolu [10a] u l-kooperazzjoni transnazzjonali skont l-Artikolu [11b].
Emenda 353
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Ir-rata ta' kofinanzjament għal programmi Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 %.
Ir-rata ta' kofinanzjament għal programmi Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 85 %.
Emenda 453
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  L-Istati Membri jistgħu, f'każ debitament ġustifikat, jagħmlu talba għal aktar flessibbiltà fil-qafas kurrenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz tal-kofinanzjament ta' investimenti bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa t-talba rispettiva meta tkun qed tiddefinixxi l-aġġustament fiskali taħt jew il-parti preventiva jew dik korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir b'mod li jkun jirrifletti l-importanza strateġika tal-investimenti.
Emenda 354
Proposta għal regolament
Artikolu 107 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 biex temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament sabiex tadatta għal bidliet li jseħħu matul il-perjodu ta' programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, ħlief għall-Annessi III, IV, X u XXII.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 biex temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament sabiex tadatta għal bidliet li jseħħu matul il-perjodu ta' programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, ħlief għall-Annessi III, IV, X u XXII. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 sabiex temenda u tadatta r-Regolament ta' Delega (UE) 204/2014, imsemmi fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.
Emenda 355
Proposta għal regolament
Artikolu 108 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 63(10), fl-Artikolu 73(4), fl-Artikolu 88(4), fl-Artikolu 89(4) u fl-Artikolu 107 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3), fl-Artikolu 63(10), fl-Artikolu 73(4), fl-Artikolu 88(4), fl-Artikolu 89(4) u fl-Artikolu 107 għandha tingħata lill-Kummissjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 356
Proposta għal regolament
Artikolu 108 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u l-Artikolu 89(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4),l-Artikolu 89(4) u l-Artikolu 107 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
Emenda 357
Proposta għal regolament
Artikolu 108 – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u l-Artikolu 89(4) u 107 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jkun estiż b'[xahrejn] bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u l-Artikolu 89(4) u 107 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 359
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 001 – kolonna 1
001 Investiment f'assi fissi f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni
001 Investiment f'assi fissi f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività
Emenda 360
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 002 – kolonna 1
002 Investiment f'assi fissi f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni
002 Investiment f'assi fissi f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività
Emenda 361
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 004 – kolonna 1
004 Investiment f'assi intanġibbli f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni
004 Investiment f'assi intanġibbli f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività
Emenda 362
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 005 – kolonna 1
005 Investiment f'assi intanġibbli f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni
005 Investiment f'assi intanġibbli f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività
Emenda 363
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 035 – kolonna 1
035 Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: għargħar (inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri)
035 Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: għargħar u wqigħ tal-art (inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri)
Emenda 364
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 043

Test propost mill-Kummissjoni

043

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku: it-trattament bijoloġiku mekkaniku, it-trattament termali

0%

100%

Emenda

 

imħassar

 

 

Emenda 365
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 056 – kolonna 1
056 Awtostradi u toroq mibnija ġodda - in-netwerk ewlieni TEN-T
056 Awtostradi, pontijiet u toroq mibnija ġodda - in-netwerk ewlieni TEN-T
Emenda 366
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 057 – kolonna 1
057 Awtostradi u toroq mibnija ġodda - in-netwerk komprensiv TEN-T
057 Awtostradi, pontijiet u toroq mibnija ġodda - in-netwerk komprensiv TEN-T
Emenda 367
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 060 – kolonna 1
060 Awtostradi u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba - in-netwerk ewlieni TEN-T
060 Awtostradi, pontijiet u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba - in-netwerk ewlieni TEN-T
Emenda 368
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 061 – kolonna 1
061 Awtostradi u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba - in-netwerk komprensiv TEN-T
061 Awtostradi, pontijiet u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba - in-netwerk komprensiv TEN-T
Emenda 369
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 5 – ringiela 128 – kolonna 1
128 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi tat-turiżmu pubbliku u s-servizzi tat-turiżmu relatati
128 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi tat-turiżmu pubbliku u s-servizzi tat-turiżmu
Emenda 370
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 5 – ringiela 130 – kolonna 1
130 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt naturali u tal-ekoturiżmu
130 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt naturali u tal-ekoturiżmu minbarra s-siti Natura 2000
Emenda 371
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 12 – kolonna: Investiment territorjali integrat (ITI)
Bliet, rħula u subborgi
Bliet, bliet żgħar, subborgi u żoni rurali konnessi
Emenda 372
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 16 – kolonna: Investiment territorjali integrat (ITI)
Żoni skarsament popolati
Żoni rurali u skarsament popolati
Emenda 373
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 22 – kolonna: Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità (Community led local development, CLLD)
Bliet, rħula u subborgi
Bliet, bliet żgħar, subborgi u żoni rurali konnessi
Emenda 374
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 26 – kolonna: Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità (Community led local development, CLLD)
Żoni skarsament popolati
Żoni rurali u skarsament popolati
Emenda 375
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 32 – kolonna: Tip ieħor ta' għodda territorjali taħt l-Objettiv ta' Politika 5
Bliet, rħula u subborgi
Bliet, bliet żgħar, subborgi u żoni rurali konnessi
Emenda 376
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 3 – ringiela 36 – kolonna: Tip ieħor ta' għodda territorjali taħt l-Objettiv ta' Politika 5
Żoni skarsament popolati
Żoni rurali u skarsament popolati
Emenda 377
Proposta għal regolament
Anness I – Tabella 4− ringiela 17
17 Attivitajiet ta' akkomodazzjoni u ta' servizzi tal-ikel
17 Attivitajiet ta' turiżmu, ta' akkomodazzjoni u ta' servizzi tal-ikel
Emenda 378
Proposta għal regolament
Anness III – Kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni orizzontali – ringiela 6 – kolonna 2
Hemm fis-seħħ qafas nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD, li jinkludi:
Hemm fis-seħħ qafas nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD, li jinkludi:
1.  Objettivi b'għanijiet li jistgħu jitkejlu, il-ġbir tad-data u mekkaniżmu ta' monitoraġġ.
1.  Objettivi b'għanijiet li jistgħu jitkejlu, il-ġbir tad-data u mekkaniżmu ta' monitoraġġ, applikabbli fl-objettivi kollha ta' politika
2.  Arranġamenti biex jiġi żgurat li l-politika ta' aċċessibbiltà, il-leġiżlazzjoni u l-istandards huma riflessi kif xieraq fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi.
2.  Arranġamenti biex jiġi żgurat li l-politika ta' aċċessibbiltà, il-leġiżlazzjoni u l-istandards ikunu riflessi kif xieraq fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD u inklużi fil-kriterji u l-obbligi tal-għażla tal-proġetti.
2a.  Arranġamenti ta' rappurtar lill-kumitat ta' monitoraġġ dwar il-konformità mal-operazzjonijiet appoġġati
Emenda 379
Proposta għal regolament
Anness III – Kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni orizzontali – ringiela 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-implimentazzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jikkontribwixxu għal konverġenza u koeżjoni reali fl-Unjoni Ewropea.

Arranġamenti fil-livell nazzjonali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jikkontribwixxu għaż-żieda ta' konverġenza u koeżjoni soċjali fl-UE, speċjalment il-prinċipji li jipprevjenu kompetizzjoni inġusta fis-suq intern.

Emenda 380
Proposta għal regolament
Anness III – Kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni orizzontali – ringiela 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni effettiva tal-prinċipju tas-sħubija

Jinsab fis-seħħ qafas biex is-sħab kollha jkollhom rwol sħiħ fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi, li jinkludu

 

1.  Arranġamenti biex jiġu żgurati proċeduri trasparenti għall-involviment tas-sħab

 

2.  Arranġament għad-disseminazzjoni u l-iżvelar ta' informazzjoni rilevanti għas-sħab biex iħejju u jsegwu l-laqgħat

 

3.  Appoġġ biex tingħata setgħa lis-sħab u tinbena l-kapaċità

Emenda 381
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 2 – kolonna 4
Ikun adottat Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima u jkun jinkludi:
Ikun adottat Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima li jikkonforma mal-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi li jillimita t-tisħin globali għal 1,5°C, u jkun jinkludi:
1.  L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell fl-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija
1.  L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell fl-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija
2.  Deskrizzjoni indikattiva tar-riżorsi u tal-mekkaniżmi ta' finanzjament previsti għal miżuri li jippromwovu l-użu ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju
2.  Deskrizzjoni tar-riżorsi u tal-mekkaniżmi ta' finanzjament previsti għal miżuri li jippromwovu l-użu ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju
Emenda 382
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 4 – kolonna 2
Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni:
Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni:
2.4  Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskju u r-reżiljenza għad-diżastri
2.4  Il-promozzjoni tal-adattament għal tibdil fil-klima u tibdil strutturali, il-prevenzjoni tar-riskji u r-reżiljenza għad-diżastri
Emenda 383
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 7 – kolonna 4
Hemm fis-seħħ qafas ta' azzjoni ta' prijorità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE u jinkludi:
Hemm fis-seħħ qafas ta' azzjoni ta' prijorità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE u jinkludi:
1.  L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell għall-qafas ta' azzjoni ta' prijorità għall-2027-2021 miftiehem mill-Kummissjoni u l-Istati Membri
1.  L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell għall-qafas ta' azzjoni ta' prijorità għall-2021-2027 miftiehem mill-Kummissjoni u l-Istati Membri inklużi l-miżuri ta' prijorità u stima tal-ħtiġijiet ta' finanzjament
2.  L-identifikazzjoni tal-miżuri ta' prijorità u stima tal-ħtiġijiet ta' finanzjament
Emenda 384
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 3.2 – kolonna 2
3.2  L-iżvilupp ta' TEN-T sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, intelliġenti, sikur u intermodali
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 385
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 3.2 – kolonna 4 – punt 1a (ġdid)
-1a.  Jirrikjedi li tiġi żgurata koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u, aktar minn hekk, it-tlestija ta' links neqsin u t-tneħħija ta' ostakli fin-netwerk TEN-T, li jfisser ukoll investiment fl-infrastruttura materjali
Emenda 386
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 3.2 – kolonna 4 – punt 1
1.  Jinkludi ġustifikazzjoni ekonomika tal-investimenti ppjanati, mibnija fuq analiżi soda dwar id-domanda u l-immudellar tat-traffiku, li għandhom iqisu l-impatt antiċipat ta' liberalizzazzjoni tat-trasport ferrovjarju
1.  Jinkludi ġustifikazzjoni ekonomika tal-investimenti ppjanati, mibnija fuq analiżi soda dwar id-domanda u l-immudellar tat-traffiku, li għandhom iqisu l-impatt antiċipat tal-ftuħ tas-swieq tas-servizzi ferrovjarji
Emenda 387
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 2
2.  Jirrifletti l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, filwaqt li b'mod partikolari jittieħdu inkonsiderazzjoni l-pjanijiet ta' dekarbonizzazzjoni nazzjonali
2.  Jirrifletti l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, filwaqt li b'mod partikolari jittieħdu inkonsiderazzjoni l-istrateġiji nazzjonali ta' tnaqqis fl-emissjonijiet għas-settur tat-trasport
Emenda 388
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 3
3.  Jinkludi l-investimenti f'faxex tan-Netwerk tat-TEN-T ewlieni, kif definit bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, skont il-pjanijiet ta' ħidma rispettivi tat-TEN-T
3.  Jinkludi investimenti fil-kurituri tan-netwerk ewlieni TEN-T, kif definit bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, skont il-pjanijiet ta' ħidma rispettivi tat-TEN-T, kif ukoll f'taqsimiet identifikati minn qabel fin-netwerk kollu kemm hu
Emenda 389
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 4
4.  Jiżgura għal investimenti barra t-TEN-T ewlieni l-kumplimentarjetà billi jipprovdi biżżejjed konnettività tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali mat-TEN-T ewlieni u n-nodi tiegħu
4.  Għal investimenti barra t-TEN-T ewlieni, jiżgura l-kumplimentarjetà billi jipprovdi biżżejjed konnettività tan-netwerks urbani, tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali mat-TEN-T ewlieni u n-nodi tiegħu
Emenda 390
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 2 – kolonna 4 – punt 9a (ġdid)
9a.  Jippromwovi inizjattivi tat-turiżmu reġjonali u transfruntiera sostenibbli li jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' benefiċċju għal kulħadd kemm għat-turisti kif ukoll għall-abitanti, bħall-interkonnessjoni tan-netwerk EuroVelo man-netwerk Ferrovjarju Ewropew TRAN
Emenda 391
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 1 – kolonna 2 – punt FSE
FSE:
FSE:
4.1.1  It-titjib tal-aċċess għal impjieg ta' kull min qed ifittex xogħol, inklużi ż-żgħażagħ u l-persuni inattivi, u tal-promozzjoni ta'dawk li jaħdmu għal rashom u tal-ekonomija soċjali;
4.1.1  It-titjib tal-aċċess għal impjieg ta' kull min qed ifittex xogħol, b'mod partikolari ż-żgħażagħ u l-persuni qiegħda fit-tul, u tal-persuni inattivi, u l-promozzjoni ta' dawk li jaħdmu għal rashom u tal-ekonomija soċjali;
4.1.2  L-immodernizzar tal-istituzzjonijiet u tas-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu żgurati l-assistenza u l-appoġġ f'waqthom u mfasslin apposta għall-adattament, għat-tranżizzjonijiet u għall-mobbiltà fis-suq tax-xogħol;
4.1.2  L-immodernizzar tal-istituzzjonijiet u tas-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħiliet u l-bżonnijiet u żgurati l-assistenza u l-appoġġ f'waqthom u mfasslin apposta għall-adattament, għat-tranżizzjonijiet u għall-mobbiltà fis-suq tax-xogħol;
Emenda 392
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 2 – kolonna 2 – punt FSE
FSE
FSE
4.1.3  Il-promozzjoni ta' bilanċ aħjar bejn ħajja u xogħol, inkluż l-aċċess għall-kura tat-tfal, għal ambjent tax-xogħol san u adattat li jindirizza r-riskji għas-saħħa, l-adattament tal-ħaddiema għall-bidla u t-tixjiħ san u attiv;
4.1.3  Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, ta' bilanċ aħjar bejn ħajja u xogħol, inkluż l-aċċess għall-kura tat-tfal, għal ambjent tax-xogħol san u adattat tajjeb li jindirizza r-riskji għas-saħħa, l-adattament tal-ħaddiema, l-intrapriżi u l-intraprendituri għall-bidla u t-tixjiħ san u attiv;
Emenda 393
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 2
2.  Miżuri biex jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-pagi u fil-pensjonijiet, u biex jiġi promoss bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, anki permezz ta' titjib fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, b'miri
2.  Miżuri biex jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-pagi, fis-sigurtà soċjali u fil-pensjonijiet, u biex jiġi promoss bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, anki permezz ta' titjib fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, b'miri
Emenda 394
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 3 – kolonna 2 – punt FSE
FSE:
FSE:
4.2.1  It-titjib tal-kwalità, l-effikaċja u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
4.2.1  It-titjib tal-kwalità, l-inklużività u l-effikaċja u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ħalli jappoġġaw il-kisba ta' kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet diġitali u ħalli jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-istudju għax-xogħol;
4.2.2  Il-promozzjoni ta' opportunitajiet għal titjib fil-ħiliet u għal taħriġ mill-ġdid għal kulħadd, inkluż billi jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet fil-karriera billi tiġi promossa l-mobbiltà professjonali
4.2.2  Il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, b'mod partikolari opportunitajiet għal titjib fil-ħiliet u għal taħriġ mill-ġdid għal kulħadd, kif ukoll tagħlim informali u mhux formali, inkluż billi jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet fil-karriera billi tiġi promossa l-mobbiltà professjonali
4.2.3  Il-promozzjoni ta' aċċess ekwu, b'mod partikolari għal gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni ta' kwalità u edukazzjoni u taħriġ, fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal permezz ta' edukazzjoni u taħriġ ġenerali u vokazzjonali u għal-livell terzjarju;
4.2.3  Il-promozzjoni ta' aċċess ekwu għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużiv, u t-tlestija tagħhom, b'mod partikolari għal gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużiv, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal permezz ta' edukazzjoni u taħriġ ġenerali u vokazzjonali u sal-livell terzjarju, kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, inkluż l-iffaċilitar tal-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd;
Emenda 395
Proposta għal regolament
Anness IV – ringiela 4.2 - kolonna 4: Kriterji ta' twettiq għall-kundizzjoni ta' abilitazzjoni – punt 1
1.  Sistemi bbażati fuq l-evidenza għall-antiċipazzjoni u l-previżjoni tal-ħiliet kif ukoll mekkaniżmi għal stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati u għal servizzi biex l-studenti ta' kull età jkollhom gwida ta' kwalità u effettiva
1.  Sistemi bbażati fuq l-evidenza għall-antiċipazzjoni u l-previżjoni tal-ħiliet kif ukoll mekkaniżmi u servizzi ta' segwitu għal stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati biex l-istudenti ta' kull età jkollhom gwida ta' kwalità u effettiva, inklużi approċċi ffukati fuq l-istudenti
Emenda 396
Proposta għal regolament
Anness IV – ringiela 4.2 - kolonna 4: Kriterji ta' twettiq għall-kundizzjoni ta' abilitazzjoni – punt 2
2.  Miżuri li jiżguraw aċċess ugwali, parteċipazzjoni u t-tkomplija ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, rilevanti u inklużiva kif ukoll l-akkwist ta' kompetenzi ewlenin fil-livelli kollha, inkluża l-edukazzjoni għolja
2.  Miżuri li jiżguraw aċċess ugwali għal, parteċipazzjoni fi, u tlestija ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, affordabbli, rilevanti, mhux segregati u inklużivi kif ukoll l-akkwist ta' kompetenzi ewlenin fil-livelli kollha, inkluża l-edukazzjoni terzjarja
Emenda 397
Proposta għal regolament
Anness IV – ringiela 4.2 - kolonna 4: Kriterji ta' twettiq għall-kundizzjoni ta' abilitazzjoni – punt 3
3.  Mekkaniżmu ta' koordinazzjoni fil-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ, inkluża l-edukazzjoni terzjarja, u allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn il-korpi nazzjonali u / jew reġjonali relevanti
3.  Mekkaniżmu ta' koordinazzjoni fil-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ, inkluża l-edukazzjoni terzjarja, u fornituri tat-tagħlim mhux formali u informali, u allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn il-korpi nazzjonali u/jew reġjonali rilevanti
Emenda 398
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 2 – punt 4.3
FEŻR:
FEŻR:
4.3  żieda fl-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati, tal-migranti u tal-gruppi żvantaġġati, permezz ta' miżuri integrati li jinkludu servizzi ta' akkomodazzjoni u servizzi soċjali
4.3  żieda fl-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati, tar-refuġjati u l-migranti taħt protezzjoni internazzjonali u tal-gruppi żvantaġġati, permezz ta' miżuri integrati li jinkludu servizzi ta' akkomodazzjoni u servizzi soċjali
Emenda 399
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 2 – punt 4.3.1
FSE:
FSE:
4.3.1  Il-promozzjoni tal-inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva u t-titjib tal-impjegabbiltà;
4.3.1  It-trawwim tal-inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva u t-titjib tal-impjegabbiltà;
Emenda 400
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 2 – punt 4.3.1a (ġdid)
4.3.1a.   Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali ta' persuni f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali, inklużi dawk l-aktar fil-bżonn u t-tfal
Emenda 401
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 4
Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali għall-inklużjoni soċjali u għat-tnaqqis tal-faqar li jinkludi:
Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali u pjan ta' azzjoni għall-inklużjoni soċjali u għat-tnaqqis tal-faqar li jinkludi:
1.  Analiżi bbażata fuq l-evidenza ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali inkluż il-faqar fost it-tfal, il-persuni mingħajr dar, is-segregazzjoni spazjali u edukattiva, l-aċċess limitat għal servizzi u għal infrastruttura essenzjali, u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni vulnerabbli
1.  Analiżi bbażata fuq l-evidenza ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali inkluż il-faqar fost it-tfal, il-persuni mingħajr dar, is-segregazzjoni spazjali u edukattiva, l-aċċess limitat għal servizzi u għal infrastruttura essenzjali, u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni vulnerabbli
2.  Il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-oqsma kollha, inkluż permezz tal-għoti ta' appoġġ għal introjtu adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità għal persuni vulnerabbli, inklużi l-migranti
2.  Il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-oqsma kollha, inkluż permezz tal-għoti ta' appoġġ għal introjtu adegwat, protezzjoni soċjali, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità għal persuni vulnerabbli, inklużi l-migranti u r-refuġjati
3.  Miżuri għal tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fuq il-komunità
3.  Miżuri għal tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fuq il-familja u l-komunità abbażi ta' strateġija ta' deistituzzjonalizzazzjoni nazzjonali u pjan ta' azzjoni
4.  Arranġamenti biex jiġi żgurat li t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tiegħu jitmexxew f'kooperazzjoni mill-qrib, mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili relevanti
4.  Arranġamenti biex jiġi żgurat li t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tiegħu jitmexxew f'kooperazzjoni mill-qrib, mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti
Emenda 402
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 5 – kolonna 2
FSE:
FSE:
4.3.2  Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom;
4.3.2  Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini minn pajjiżi terzi u ta' komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom;
Emenda 403
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 6 – kolonna 2
FSE:
FSE:
4.3.4  It-tisħiħ tal-aċċess f'waqtu u ugwali għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli u għall-but ta' kulħadd; it-titjib tal-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa; it-titjib tal-aċċess għal servizzi ta' kura fit-tul
4.3.4  It-tisħiħ tal-aċċess f'waqtu u ugwali għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli u għall-but ta' kulħadd; il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluża l-promozzjoni tal-aċċess għall-protezzjoni soċjali; it-titjib tal-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa; it-titjib tal-aċċess għal servizzi ta' kura fit-tul
Emenda 404
Proposta għal regolament
Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 6 – kolonna 4 – punti 2, 3 u 3a (ġdid)
Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li jinkludi:
Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li jinkludi:
1.  L-immappjar ta' ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa u ta' kura fit-tul, inkluż f'termini ta' persunal mediku, sabiex jiġu żgurati miżuri sostenibbli u kkoordinati
1.  L-immappjar ta' ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa u ta' kura fit-tul, inkluż f'termini ta' persunal mediku, sabiex jiġu żgurati miżuri sostenibbli u kkoordinati
2.  Miżuri sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi għas-saħħa u tal-kura fit-tul, inkluż iffukar speċifiku fuq individwi esklużi mis-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul
2.  Miżuri sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi għas-saħħa u tal-kura fit-tul, inkluż iffukar speċifiku fuq individwi esklużi mis-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul u dawk li huma l-itqal biex jintlaħqu
3.  Miżuri għall-promozzjoni ta' servizzi bbażati fil-komunità, inklużi l-prevenzjoni u l-kura primarja, is-servizzi ta' kura fid-djar u bbażati fil-komunità
3.  Miżuri għall-promozzjoni ta' servizzi bbażati fil-komunità, inklużi l-prevenzjoni u l-kura primarja, is-servizzi ta' kura fid-djar u dawk ibbażati fil-komunità, u t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal dik ibbażata fuq il-familja u l-komunità
3a.   Miżuri li jiżguraw l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali
Emenda 405
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2 – Tabella 1T - Struttura tal-programm

 

Test propost mill-Kummissjoni

ID

Titolu [300]

AT

Il-bażi għall-kalkolu

Fond

Kategorija tar-reġjun appoġġat

Objettiv Speċifiku magħżul

1

Prijorità 1

Le

 

FEŻR

Aktar żviluppat

OS 1

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 2

Ultraperiferiku u skarsament popolat

Aktar

OS 3

2

Prijorità 2

Le

 

FSE+

Aktar

OS 4

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 5

Ultraperiferiċi

3

Prijorità 3

Le

 

FK

Mhux Applikabbli

 

3

Assistenza Teknika Prijoritarja

Iva

 

 

 

Mhux applikabbli

..

Prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għas-CSRs

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għal Azzjonijiet Innovattivi

Le

 

FSE+

 

OS 8

 

Prijorità spċifika għall-Privazzjoni Materjali

Le

 

FSE+

 

OS 9

 

Emenda

ID

Titolu [300]

AT

Il-bażi għall-kalkolu

Fond

Kategorija tar-reġjun appoġġat

Objettiv Speċifiku magħżul

1

Prijorità 1

Le

 

FEŻR

Aktar żviluppat

OS 1

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 2

Ultraperiferiku u skarsament popolat

Aktar żviluppat

OS 3

2

Prijorità 2

Le

 

FSE+

Aktar żviluppat

OS 4

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 5

Ultraperiferiċi

3

Prijorità 3

Le

 

FK

Mhux Applikabbli

 

3

Assistenza Teknika Prijoritarja

Iva

 

 

 

Mhux applikabbli

..

Prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Le

 

FSE+

 

 

 

Prijorità speċifika għall-Garanzija għat-Tfal

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għas-CSRs

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għal Azzjonijiet Innovattivi

Le

 

FSE+

 

OS 8

 

Prijorità speċifika għall-Privazzjoni Materjali

Le

 

FSE+

 

OS 9

Emenda 406
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2.1 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

[ ]Din hija prijorità speċifika għal rakkomandazzjoni relevanti speċifika għall-pajjiż

[ ]Din hija prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

[ ]Din hija prijorità speċifika għall-azzjonijiet innovattivi

[ ]Din hija prijorità biex tindirizza b'mod speċifiku l-privazzjoni materjali

Emenda

[ ]Din hija prijorità speċifika għal rakkomandazzjoni rilevanti speċifika għall-pajjiż

[ ]Din hija prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

[ ]Din hija prijorità speċifika għall-Garanzija għat-Tfal

[ ]Din hija prijorità speċifika għall-azzjonijiet innovattivi

[ ]Din hija prijorità biex tindirizza b'mod speċifiku l-privazzjoni materjali

Emenda 407
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – parti introduttorja
2.1.1.  Objettiv speċifiku54 (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku) jew il-Qasam ta' appoġġ (FEMS) – ripetuti għal kull objettiv speċifiku magħżul jew il-qasam ta' appoġġ, għal prijoritajiet oħra minbarra dawk ta' assistenza teknika
2.1.1.  Objettiv speċifiku54 (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku) jew il-Qasam ta' appoġġ (FEMS) – ripetuti għal kull objettiv speċifiku magħżul jew il-qasam ta' appoġġ, għal prijoritajiet oħra minbarra dawk ta' assistenza teknika
__________________
__________________
54 Ħlief għal objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+.
54 Ħlief għal objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(xi) tar-Regolament FSE+.
Emenda 408
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – punt 2.1.1.2 – parti introduttorja
2.1.1.2  Indikaturi55
2.1.1.2  Indikaturi
_________________
55 Qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, it-tqassim għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.
Emenda 409
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – punt 2.1.1.3 – parti introduttorja
2.1.1.3  Tqassim indikattiv tar-riżorsi tal-programm (UE) skont it-tip ta' intervent56 (mhux applikabbli għall-FEMS)
2.1.1.3  Tqassim indikattiv tar-riżorsi tal-programm (UE) skont it-tip ta' intervent (mhux applikabbli għall-FEMS)
_________________
56 Qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, it-tqassim għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.
Emenda 410
Proposta għal regolament
Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.2 – paragrafu 8
Kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet57
Kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet57
__________________
__________________
57 Għall-programmi limitati għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+
57 Għall-programmi limitati għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(xi) tar-Regolament FSE+
Emenda 411
Proposta għal regolament
Anness V – punt 3 – tabella 16
[...]
imħassar
Emenda 412
Proposta għal regolament
Anness V – punt 3 – punt 3.2 – parti introduttorja
3.2  Approprjazzjonijiet finanzjarji totali skont il-fond u l-kofinanzjament nazzjonali59
3.2  Approprjazzjonijiet finanzjarji totali skont il-fond u l-kofinanzjament nazzjonali
_________________
59 Qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, l-approprjazzjonijiet finanzjarji għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0043/2019).


Il-programm Ġustizzja ***I
PDF 274kWORD 89k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja (COM(2018)0384 – C8-0235/2018 – 2018/0208(COD))(1)
P8_TA(2019)0097A8-0068/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel". L-Artikolu 3 jispeċifika ulterjorment li l-"mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha" u, fost oħrajn, "hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew". Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta").
(1)  Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, "L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel". L-Artikolu 3 jispeċifika ulterjorment li l-"mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha" u, fost oħrajn, "hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew". L-Artikolu 8 tat-TFUE jiddikjara wkoll li l-Unjoni, permezz tal-attivitajiet kollha tagħha, tfittex li telimina l-inugwaljanzi, tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġġieled id-diskriminazzjoni meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Programm Ġustizzja fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, inkluż l-ibbaġitjar skont il-ġeneru, u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jkomplu jiġu promossi u infurzati, kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli fl-Unjoni u jkunu fil-qalba tas-soċjetajiet tal-Ewropa. Għalhekk, Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri, ġdid li jinkludi l-programmi Drittijiet u Valuri u Ġustizzja se jkun maħluq fil-baġit tal-Unjoni. Fi żmien fejn is-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jiġu promossi, imsaħħa u protetti l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Drittijiet u Valuri se jlaqqa' flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 390/2014 tal-Kunsill11. Il-programm Ġustizzja (minn hawn 'il quddiem il-"Programm") se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta' żona ta' ġustizzja Ewropea integrata u l-kooperazzjoni transfruntiera, f'kontinwità mal-Programm Ġustizzja 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 (minn hawn 'il quddiem "il-Programm preċedenti").
(2)  Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jkomplu jiġu żviluppati, protetti u promossi b'mod attiv mill-Unjoni u minn kull Stat Membru fil-politiki kollha tagħhom, b'mod konsistenti, kif ukoll infurzati u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli fl-Unjoni u jkunu fil-qalba tas-soċjetajiet tal-Ewropa. Fl-istess waqt, żona Ewropea tal-ġustizzja li tiffunzjona sew u ta' sistemi legali nazzjonali effiċjenti, indipendenti u ta' kwalità, kif ukoll fiduċja reċiproka akbar, huma neċessarji għal suq intern li jiffjorixxi u għall-ħarsien tal-valuri komuni tal-Unjoni. Għalhekk, Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri, ġdid li jinkludi l-programmi Drittijiet u Valuri u Ġustizzja se jkun maħluq fil-baġit tal-Unjoni. Fi żmien fejn is-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu, polarizzazzjoni u diviżjonijiet, u proċedimenti skont l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, relatati ma' ksur sistematiku tal-istat tad-dritt, kif ukoll għadhom għaddejjin proċedimenti ta' ksur dwar kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jiġu promossi, imsaħħa u protetti l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE: id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-istat tad-dritt, peress li d-deterjorament ta' dawk id-drittijiet u l-valuri fi kwalunkwe Stat Membru jista' jkollu effetti detrimentali fuq l-Unjoni kollha kemm hi. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Drittijiet u Valuri se jlaqqa' flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 390/2014 tal-Kunsill11. Il-programm Ġustizzja (minn hawn 'il quddiem il-"Programm") se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta' żona ta' ġustizzja Ewropea integrata u l-kooperazzjoni transfruntiera, f'kontinwità mal-Programm Ġustizzja 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 (minn hawn 'il quddiem "il-Programm preċedenti").
__________________
__________________
10 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)
10 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)
11 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perijodu 2014-2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)
11 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perijodu 2014-2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)
12 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).
12 Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu jiffokaw primarjament fuq in-nies u l-entitajiet li jikkontribwixxu biex jagħmlu l-valuri komuni, id-drittijiet u d-diversità rikka tagħna ħajjin u vibranti. L-objettiv aħħari tal-Unjoni huwa li titrawwem u tiġi sostnuta s-soċjetà tagħna bbażata fuq id-drittijiet, l-ugwaljanza, l-inklużività u d-demokrazija. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-poplu u li titrawwem id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, ibbażata wkoll fuq l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-UE jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha ta' l-Unjoni.
(3)  Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex jagħmlu l-valuri komuni, id-drittijiet u d-diversità rikka tagħna ħajjin u vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta s-soċjetà tagħna bbażata fuq id-drittijiet, l-ugwaljanza, il-ftuħ, l-inklużività u d-demokrazija, b'mod partikolari billi jiġu ffinanzjati attivitajiet li jippromwovu soċjetà ċivili vibranti, żviluppata sew, reżiljenti u msaħħa, li tagħmel possibbli l-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-poplu u l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tajba tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali, li titrawwem id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, ibbażata wkoll fuq l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-UE jirrikjedi li l-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili u, permezz ta' mezzi xierqa, għandhom jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni. Dan huwa partikolarment importanti fid-dawl tal-ispazju dejjem aktar qed jonqos għal soċjetà ċivili indipendenti f'għadd ta' Stati Membri.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri. Għal dank il-għan, l-Unjoni tista' tadotta miżuri għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità. Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali kif ukoll għall-prinċipji u valuri komuni bħan-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd, l-istat tad-dritt u sistema ġudizzjarja indipendenti li tiffunzjona b'mod tajjeb jiġu żgurati fl-iżvilupp ulterjuri ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja.
(4)  It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri. Ir-rispett u l-promozzjoni tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet fundamentali u tad-demokrazija fl-Unjoni huma prerekwiżiti għaż-żamma tad-drittijiet u l-obbligi kollha stabbiliti fit-Trattati, u biex tinbena l-fiduċja tal-poplu fl-Unjoni. Il-mod li bih l-istat tad-dritt jiġi implimentat fl-Istati Membri jaqdi rwol vitali fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u bejn is-sistemi ġuridiċi tagħhom. Għal dak il-għan, l-Unjoni tista' tadotta miżuri għall-żvilupp ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali u fejn applikabbli, f'materji amministrattivi u għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità, b'enfasi speċjali fuq ir-reati transfruntiera, fiskali, ambjentali, it-terroriżmu u l-ksur tad-drittijiet fundamentali, bħat-traffikar tal-bniedem, u fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi. Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali kif ukoll għall-prinċipji u valuri komuni, bħan-nondiskriminazzjoni, is-solidarjetà, it-trattament indaqs fuq il-bażi tar-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 21 tal-Karta, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u sistema ġudizzjarja indipendenti li tiffunzjona b'mod tajjeb jenħtieġ li jiġu żgurati u jitrawmu fl-iżvilupp ulterjuri ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)   L-Artikolu 81 TFUE jipprevedi b'mod espliċitu li l-Unjoni tista' tadotta atti legali għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri. Taħt it-Trattat, tali atti jistgħu jiġu adottati fost l-oħrajn għar-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar bejn l-Istati Membri ta' sentenzi u deċiżjonijiet extraġudizzjarji; in-notifika transfruntiera ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji; il-kompatibbiltà tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt tal-liġijiet u tal-ġurisdizzjoni; il-kooperazzjoni fil-kisba tal-provi; l-aċċess effettiv għall-ġustizzja; l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-funzjonament xieraq tal-proċedimenti ċivili, kriminali u amministrattivi, li tista' tinkludi l-fatt li l-proċeduri tal-qrati nazzjonali jsiru aktar kompatibbli; l-iżvilupp ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR); u l-appoġġ għat-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-finanzjament jenħtieġ li jibqa' wieħed mill-għodod importanti għall-implimentazzjoni ta' suċċess tal-miri ambizzjużi stabbiliti mit-Trattati. Dawn jenħtieġ li jinkisbu fost l-oħrajn billi jiġi stabbilit programm Ġustizzja flessibbli u effettiv li jenħtieġ li jiffaċilita l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' dawn l-għanijiet.
(5)  Il-finanzjament huwa wieħed mill-għodod l-iktar importanti għall-implimentazzjoni ta' suċċess tal-miri ambizzjużi stabbiliti mit-Trattati. Dawn jenħtieġ li jinkisbu fost l-oħrajn billi jiġi stabbilit programm Ġustizzja flessibbli u effettiv li jenħtieġ li jiffaċilita l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' dawn l-għanijiet, filwaqt li jitqies liema attivitajiet iġibu l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni, bl-użu ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, kull meta jkun possibbli.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Il-programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jżid il-flessibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-fondi tiegħu u li jipprovdi l-istess opportunitajiet u kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġewwa bħal dawk barra l-Unjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Għall-istabbiliment gradwali ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li huwa element ewlieni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999. Ir-rikonoxximent reċiproku jeħtieġ livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri. Ġew adottati miżuri biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri f'diversi oqsma sabiex jiġi ffaċilitat r-rikonoxximent reċiproku u titrawwem il-fiduċja reċiproka. Qasam tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn jiġu eliminati l-ostakoli fil-proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera u l-aċċess għall-ġustizzja f'sitwazzjonijiet transfruntiera, huwa wkoll kruċjali biex jiġi żgurat it-tkabbir ekonomiku.
(6)  Għall-istabbiliment gradwali ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għal kulħadd, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li huwa element ewlieni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999. Ir-rikonoxximent reċiproku jeħtieġ livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri. Ġew adottati miżuri biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri f'diversi oqsma sabiex jiġi ffaċilitat r-rikonoxximent reċiproku u titrawwem il-fiduċja reċiproka. Qasam tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn jiġu eliminati l-ostakoli fil-proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera u l-aċċess għall-ġustizzja f'sitwazzjonijiet transfruntiera, huwa wkoll kruċjali biex jiġu żgurati t-tkabbir ekonomiku u iżjed integrazzjoni.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)   Kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-ġurisprudenza tagħha1a, l-indipendenza ġudizzjarja tifforma parti mill-essenza tal-dritt fundamentali għal proġett ġust u tirrappreżenta l-bażi għall-fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku.
_________________
1a QĠUE, Awla Manja, 27 ta' Frar 2018, C-64/16, Asociação Sindical dos Juízes Portugueses, ECLI:EU:C:2018:117; QĠUE, Awla Manja, 25 ta' Lulju 2018, C-216/18 PPU, L.M., ECLI:EU:C:2018:586.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)   L-aċċess għall-ġustizzja jenħtieġ li jinkludi, b'mod partikolari, l-aċċess għal rimedju legali, għal metodi alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwim u għal detenturi ta' uffiċċju pubbliku li huma obbligati bil-liġi li jipprovdu lill-partijiet pariri legali indipendenti u imparzjali.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 6c (ġdida)
(6c)  L-inkorporazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fis-sistemi ġudizzjarji jenħtieġ li titqies bħala għan importanti biex ikompli jiġi żviluppat aktar l-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja. Id-diskriminazzjoni intersezzjonali fis-sistema ġudizzjarja għadha waħda mill-ostakoli ewlenin f'termini tal-aċċess ugwali tan-nisa għall-ġustizzja. Il-programm għalhekk jenħtieġ li jikkontribwixxi b'mod attiv għall-eliminazzjoni ta' kwalunkwe diskriminazzjoni u ostakoli għal minoranzi, persuni b'diżabbiltà, migranti, persuni li jfittxu asil, persuni anzjani, persuni li jgħixu f'żoni remoti jew gruppi vulnerabbli li jistgħu jsibu restrizzjonijiet għal aċċess għall-ġustizzja, u jappoġġa proċeduri u deċiżjonijiet favur il-vittmi u sensittivi għall-ġeneri fis-sistemi ġudizzjarji.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għal livell għoli ta' fiduċja reċiproka fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b'mod partikolari għall-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva f'materji ċivili u kriminali li hija bbażata fuq rikonoxximent reċiproku. L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u l-prinċipju ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikoli 19(1) TUE u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huwa espressjoni konkreta tal-istat tad-dritt. Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ għall-isforzi biex jittejbu l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali, issaħħaħ il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali.
(7)  Ir-rispett sħiħ u l-promozzjoni tal-istat tad-dritt huma essenzjali għal livell għoli ta' fiduċja reċiproka fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b'mod partikolari għall-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva f'materji ċivili u kriminali li hija bbażata fuq rikonoxximent reċiproku. L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u l-prinċipju ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikoli 19(1) TUE u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huwa espressjoni konkreta tal-istat tad-dritt. Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ għall-isforzi biex jittejbu l-indipendenza, it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont, il-kwalità u l-effiċjenza ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali, issaħħaħ il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   Huwa importanti li jiġi mfakkar li l-ġustizzja tfisser l-affermazzjoni tal-istat tad-dritt fis-soċjetà u tiżgura d-dritt li kulħadd ikollu proċess ġust minn qorti indipendenti u imparzjali bil-għan li jitħarsu l-valuri Ewropej.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Skont l-Artikoli 81(2)(h) u 82(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, l-Unjoni għandha tappoġġja t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju bħala għodda biex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjali f'materji ċivili u kriminali bbażati fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji. It-taħriġ ta' professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja huwa għodda importanti għall-iżvilupp ta' fehim komuni ta' kif l-aħjar jitħares l-istat tad-dritt. Jikkontribwixxi għall-bini tal-ispazju Ewropew tal-ġustizzja billi joħloq kultura ġudizzjarja komuni fost il-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja tal-Istati Membri. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li ssir applikazzjoni korretta u koerenti tad-dritt fl-Unjoni u li jkun hemm fiduċja reċiproka bejn il-professjonisti tal-ġustizzja fi proċedimenti transfruntiera. L-attivitajiet ta' taħriġ appoġġjati mill-Programm jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet b'saħħithom tal-bżonnijiet ta' taħriġ, jużaw metodoloġiji tat-taħriġ bl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, jinkludu avvenimenti tranfruntiera li jiġbru flimkien lill-professjonisti tal-ġustizzja minn Stati Membri differenti, ikunu magħmulin minn elementi ta' tagħlim u netwerking attivi u jkunu sostenibbli.
(8)  Skont l-Artikoli 81(2)(h) u 82(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, l-Unjoni għandha tappoġġja t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju bħala għodda biex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, kriminali u fejn applikabbli materji amministrattivi bbażati fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji. It-taħriġ ta' professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja huwa għodda importanti għall-iżvilupp ta' fehim komuni ta' kif l-aħjar jiġi implimentat u jitħarsu l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. Jikkontribwixxi għall-bini tal-ispazju Ewropew tal-ġustizzja billi joħloq kultura ġudizzjarja komuni fost il-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja tal-Istati Membri. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li ssir applikazzjoni nondiskriminatorja, korretta u koerenti tad-dritt fl-Unjoni u li jkun hemm fiduċja reċiproka u fehim bejn il-professjonisti tal-ġustizzja fi proċedimenti transfruntiera. L-attivitajiet ta' taħriġ appoġġjati mill-Programm jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet b'saħħithom tal-bżonnijiet ta' taħriġ, jużaw metodoloġiji tat-taħriġ bl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, jinkludu avvenimenti transfruntiera li jiġbru flimkien lill-professjonisti tal-ġustizzja, inkluż dawk li jaħdmu għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' Stati Membri differenti, ikunu magħmulin minn elementi ta' tagħlim u netwerking attivi u jkunu sostenibbli. Jenħtieġ li jinkludi l-korsijiet ta' taħriġ għall-imħallfin, l-avukati, il-prosekuturi u l-pulizija dwar l-isfidi u l-ostakoli esperjenzati minn persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli inklużi t-tfal, il-minoranzi etniċi, il-persuni LGBTI, il-persuni b'diżabbiltà, il-vittmi ta' vjolenza abbażi tas-sess u forom oħra ta' vjolenza interpersonali u l-vittmi tat-traffikar, u dwar kif jiġi żgurat li l-vittmi ta' reati jiġu protetti kif xieraq. Taħriġ bħal dan jenħtieġ li jiġi organizzat bl-involviment dirett ta' tali persuni u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jew li jappoġġawhom.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Limiti ta' żmien raġonevoli għal proċedimenti jaqdu l-iskop taċ-ċertezza tad-dritt, li hija r-rekwiżit ewlieni għall-istat tad-dritt.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 8b (ġdida)
(8b)  Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/865 tal-11 ta' Mejju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward ta' materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u d-deċiżjoni rispettiva dwar l-asil u n-non-refoulement, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju bil-ħsieb li ssir sensibilizzazzjoni dwar l-applikazzjoni prattika tal-Konvenzjoni fi ħdan dan il-kamp ta' applikazzjoni, u tiġi promossa, biex il-vittmi tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet jiġu protetti aħjar madwar l-Unjoni.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  It-taħriġ ġudizzjarju jista' jinvolvi atturi differenti, bħall-awtoritajiet legali, ġudizzjarji u amministrattivi tal-Istati Membri, istituzzjonijiet akkademiċi, entitajiet nazzjonali responsabbli għat-taħriġ ġudizzjarju, organizzazzjonijiet jew netwerks ta' taħriġ fil-livell Ewropew, jew netwerks ta' koordinaturi tal-qorti tal-liġi tal-Unjoni. Il-korpi u l-entitajiet li jfittxu interess ġenerali Ewropew fil-qasam tat-taħriġ tal-ġudikatura, bħan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (European Judicial Training Network, "EJTN"), l-Akkademja tal-Liġi Ewropea ("ERA"), in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (European Network of Councils for the Judiciary, "ENCJ"), l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea ("ACA-Europe"), in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea ("RPCSJUE") u l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Institute of Public Administration, "EIPA"), jenħtieġ li jkomplu jaqdu r-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' programmi ta' taħriġ b'dimensjoni Ewropea ġenwina għall-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju, u għaldaqstant ikunu jistgħu jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat f'konformità mal-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta' ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.
(9)  It-taħriġ ġudizzjarju jista' jinvolvi atturi differenti, bħall-awtoritajiet legali, ġudizzjarji u amministrattivi tal-Istati Membri, istituzzjonijiet akkademiċi, entitajiet nazzjonali responsabbli għat-taħriġ ġudizzjarju, organizzazzjonijiet jew netwerks ta' taħriġ fil-livell Ewropew, jew netwerks ta' koordinaturi tal-qorti tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti inkluż dawk li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi. Il-korpi u l-entitajiet li jfittxu interess ġenerali Ewropew fil-qasam tat-taħriġ tal-ġudikatura, bħan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (European Judicial Training Network, "EJTN"), l-Akkademja tal-Liġi Ewropea ("ERA"), in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (European Network of Councils for the Judiciary, "ENCJ"), l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea ("ACA-Europe"), in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea ("RPCSJUE") u l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Institute of Public Administration, "EIPA"), jenħtieġ li jkomplu jaqdu r-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' programmi ta' taħriġ b'dimensjoni Ewropea ġenwina għall-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju, u għaldaqstant ikunu jistgħu jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat f'konformità mal-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta' ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali, u l-professjonisti li jaħdmu mal-vittmi tal-vjolenza kif ukoll istituzzjonijiet akkademiċi speċjalizzati jistgħu wkoll jikkontribwixxu għal tali programmi ta' taħriġ, u għalhekk jenħtieġ li jiġu assoċjati kull meta jkun rilevanti. Meta jitqies li l-imħallfin nisa huma sottorappreżentati fl-ogħla pożizzjonijiet, l-imħallfin, il-prosekuturi u l-professjonijiet legali nisa oħra jenħtieġ li jiġu mħeġġa jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' taħriġ.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   L-Istati Membri jenħtieġ li jinvestu aktar fl-iżvilupp ta' korsijiet ta' taħriġ ġudizzjarju u fl-edukazzjoni kontinwa għall-imħallfin, peress li tali attivitajiet jiffurmaw il-bażi għal sistema ġudizzjarja effiċjenti, indipendenti u imparzjali.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Il-programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-promozzjoni tal-aħjar prattiki bejn il-qrati li jittrattaw speċifikament il-vjolenza sessista u l-iskambju ta' riżorsi komuni u materjali ta' taħriġ dwar il-vjolenza sessista għall-imħallfin, il-prosekuturi pubbliċi, l-avukati, il-pulizija u professjonisti oħra li jiġu f'kuntatt mal-vittmi ta' vjolenza sessista.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Il-miżuri skont il-Programm jenħtieġ li jappoġġaw ir-rikonoxximent reċiproku msaħħaħ ta' deċiżjonijiet u sentenzi ġudizzjarji u l-approssimazzjoni neċessarja ta' leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet relevanti kollha, inklużi l-Unitajiet tal-Intelligenza Finanzjarja, u l-protezzjoni ġudizzjarja ta' drittijiet individwali f'materji ċivili u kummerċjali. Il-Programm jenħtieġ ukoll li javvanza l-leġiżlazzjoni proċedurali għal każijiet transfruntiera u konverġenza akbar fil-liġi ċivili li jgħinu biex jiġu eliminati l-ostakli għal proċeduri ġudizzjarji u extraġudizzjarji li jiffunzjonaw tajjeb u b'mod effikaċi, għall-benefiċċju ta' kull parti f'kontroversja ċivili. Fl-aħħar nett, sabiex jiġu appoġġati l-infurzar effettiv u l-applikazzjoni prattika tad-dritt tal-Unjoni fuq kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-funzjonament tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE.
(11)  Il-miżuri skont il-Programm jenħtieġ li jappoġġaw ir-rikonoxximent reċiproku msaħħaħ ta' deċiżjonijiet u sentenzi ġudizzjarji, il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, u l-approssimazzjoni neċessarja ta' leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet relevanti kollha, inklużi l-Unitajiet tal-Intelligenza Finanzjarja, u l-protezzjoni ġudizzjarja ta' drittijiet individwali f'materji ċivili u kummerċjali. Il-Programm jenħtieġ ukoll li javvanza l-leġiżlazzjoni proċedurali għal każijiet transfruntiera, inklużi l-proċeduri ta' medjazzjoni, b'enfasi speċjali fuq l-iffaċilitar nondiskriminatorju tal-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, u konverġenza akbar, b'mod partikolari fil-liġi ċivili li jgħinu biex jiġu eliminati l-ostakoli għal proċeduri ġudizzjarji u extraġudizzjarji li jiffunzjonaw tajjeb u b'mod effikaċi, għall-benefiċċju ta' kull parti f'kontroversja ċivili. Fl-aħħar nett, sabiex jiġu appoġġati l-infurzar effettiv u l-applikazzjoni prattika tad-dritt tal-Unjoni fuq kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-funzjonament tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Skont l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 24 tal-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u jenħtieġ li jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu.
(12)  Skont l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 24 tal-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u jenħtieġ li jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-azzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jħarsu d-drittijiet tat-tfal fil-kuntest tal-ġustizzja ċivili u kriminali, inkluża l-protezzjoni tat-tfal li jakkumpanjaw lill-ġenituri f'detenzjoni u t-tfal ta' ġenituri li jkunu l-ħabs. Jenħtieġ li jitqies ukoll appoġġ xieraq favur l-attivitajiet ta' taħriġ li l-għan tagħhom huwa li jimplimentaw b'mod xieraq id-Direttiva (UE) 2016/800 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Skont l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 23 tal-Karta u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa, u jenħtieġ li jintegra l-promozzjoni ta' kwistjonijiet ibbażati fuq il-ġeneru fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu. Sabiex jiżgura u jsaħħaħ l-aċċess tan-nisa u l-bniet għall-ġustizzja f'każijiet ta' vjolenza sessista, l-Istati Membri jenħtieġ li jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul u jadottaw leġiżlazzjoni komprensiva kontra l-vjolenza sessista fl-Unjoni.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 12b (ġdida)
(12b)   Skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament indaqs bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi razzjali jew etniċi, bħar-Rom u jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu, b'mod partikolari billi jsaħħu l-miżuri ta' kontra d-diskriminazzjoni.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Il-Programm 2014-2020 ippermetta l-attivitajiet ta' taħriġ fuq id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari fuq l-iskop u l-applikazzjoni tal-Karta, immirati lejn membri tal-ġudikatura u juristi oħra. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni tal-Karta fl-2016, il-Kunsill fakkar fl-importanza tat-tixrid tal-għarfien fuq l-applikazzjoni tal-Karta, inkluż fost dawk li jfasslu l-politika, il-ġuristi u d-detenturi tad-dritt infushom, fuq livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni. Għalhekk, biex id-drittijiet fundamentali jiġu armonizzati b'mod konsistenti, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jiġi estiż għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għal awtoritajiet pubbliċi oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-ġuristi.
(13)  Il-Programm 2014-2020 ippermetta l-attivitajiet ta' taħriġ fuq id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari fuq l-iskop u l-applikazzjoni tal-Karta, immirati lejn membri tal-ġudikatura u professjonisti legali oħra. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni tal-Karta fl-2016, il-Kunsill fakkar fl-importanza tat-tixrid tal-għarfien fuq l-applikazzjoni tal-Karta, inkluż fost dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti legali u d-detenturi tad-dritt infushom, fuq livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni. Għalhekk, biex id-drittijiet fundamentali jiġu armonizzati b'mod konsistenti, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jiġi estiż għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għal awtoritajiet pubbliċi oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-professjonisti legali, u għall-NGOs li jkunu qed iwettqu wkoll dan il-kompitu.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Skont l-Artikolu 67 TFUE, jenħtieġ li l-Unjoni tikkostitwixxi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali, li għalihom huwa strumentali l-aċċess għall-ġustizzja. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja, u bil-għan li titrawwem il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli biex jiffunzjona tajjeb l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, jenħtieġ li ssir estensjoni tal-appoġġ finanzjarju għal attivitajiet ta' awtoritajiet oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-ġuristi, kif ukoll ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi.
(14)  Skont l-Artikolu 67 TFUE, jenħtieġ li l-Unjoni tikkostitwixxi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali, li għalihom huwa strumentali l-aċċess nondiskriminatorju għall-ġustizzja għal kulħadd. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja, u bil-għan li titrawwem il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli biex jiffunzjona tajjeb l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, jenħtieġ li ssir estensjoni tal-appoġġ finanzjarju għal attivitajiet ta' awtoritajiet oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji fil-livell reġjonali u lokali, u l-professjonisti legali, kif ukoll ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi dawk li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-vittmi tar-reati, li jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi. Sabiex jinkiseb aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, jenħtieġ li jingħata appoġġ, b'mod partikolari, għal attivitajiet li jiffaċilitaw aċċess effettiv u ugwali għall-ġustizzja għal persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli bħal tfal, minoranzi etniċi, persuni LGBTI, persuni b'diżabilitajiet, vittmi ta' vjolenza sessista u ta' forom oħra ta' vjolenza interpersonali, u vittmi ta' traffikar u migranti, irrispettivament mill-istatus ta' residenza tagħhom.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Skont l-Artikoli 8 u 10 TFUE, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa wkoll l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu.
(15)  Skont l-Artikoli 8 u 10 TFUE, jenħtieġ li l-Programm jieħu approċċ trażversali biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu. Jenħtieġ li jitwettqu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari sabiex jiġi evalwat il-mod li bih dawk l-objettivi jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  L-azzjonijiet koperti b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja, biex b'hekk tiżdied il-kooperazzjoni u jiżdied in-netwerking transfruntier u l-kisba tal-applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni. L-attivitajiet ta' finanzjament jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxu għal fehim komuni tal-valuri tal-Unjoni, l-istat tad-dritt, għarfien aħjar tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni, il-kondiviżjoni ta' għarfien u l-aħjar prattiċi fl-użu ta' strumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja mill-partijiet interessati kollha kkonċernati, kif ukoll għal proliferazzjoni ta' soluzzjonijiet diġitali interoperabbli li fuqhom hija bbażata kooperazzjoni transfruntiera bla intoppi u effiċjenti, u jenħtieġ li jipprovdu bażi analitika soda għall-appoġġ tal-iżvilupp, l-infurzar u l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni. L-intervent tal-Unjoni jippermetti li dawk l-azzjonijiet isiru b'mod konsistenti madwar l-Unjoni u jwassal għal ekonomiji ta' skala. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transfruntiera u tipprovdi pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku.
(16)  L-azzjonijiet koperti b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja, trawwim tal-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistema legali, biex b'hekk tiżdied il-kooperazzjoni u jiżdied in-netwerking transfruntier, li fuqhom hija bbażata l-fiduċja reċiproka bejn il-ġudikaturi tal-Istati Membri u l-kisba tal-applikazzjoni korretta, koerenti u fil-pront tad-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza u lill-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni aħjar tad-diversi strumenti tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-vittmi. L-attivitajiet ta' finanzjament jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxu għal fehim komuni tal-valuri tal-Unjoni, l-istat tad-dritt, għarfien aħjar tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni, il-kondiviżjoni ta' għarfien u l-aħjar prattiċi fl-użu ta' strumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja mill-partijiet interessati kollha kkonċernati, kif ukoll għal proliferazzjoni u l-promozzjoni ta' soluzzjonijiet diġitali interoperabbli li fuqhom hija bbażata kooperazzjoni transfruntiera bla intoppi u effiċjenti, u jenħtieġ li jipprovdu bażi analitika soda għall-appoġġ tal-iżvilupp, l-infurzar u l-fehim u l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni. L-intervent tal-Unjoni jippermetti li dawk l-azzjonijiet isiru b'mod konsistenti madwar l-Unjoni u jwassal għal ekonomiji ta' skala. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transfruntiera u tipprovdi pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi kull meta l-liġi tal-Unjoni jkollha applikazzjoni extraterritorjali, biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u tiffaċilita l-indirizzar tal-isfidi ġudizzjarji u proċedurali b'mod partikolari f'każijiet ta' traffikar tal-bnedmin, u b'rabta mat-tibdil fil-klima u r-responsabbiltà tan-negozju korporattiva.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 16b (ġdida)
(16b)   Kif ġie enfasizzat mir-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja 2017 tal-Kummissjoni Ewropea, għad hemm disparitajiet sinifikanti fil-bilanċ bejn is-sessi fost il-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju tal-Istati Membri, b'mod partikolari, iżda mhux b'mod esklussiv, fir-rigward tal-aspetti li ġejjin: il-proporzjon ta' mħallfin nisa f'livelli ogħla tal-ġudikatura, it-trasparenza fil-ħatriet, ir-rikonċiljazzjoni bejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u dawk mhux relatati max-xogħol u l-eżistenza ta' prattiki ta' mentoraġġ. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet ta' taħriġ li jfittxu li jindirizzaw dawk id-disparitajiet. Tali attivitajiet jistgħu, pereżempju jkunu mfassla apposta għal professjonisti nisa fi ħdan il-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju tal-Istati Membri jew, fejn ikun xieraq, jimmiraw kemm lejn il-professjonisti nisa kif ukoll il-professjonisti rġiel, fi sforz biex titqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal kollu rilevanti.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 16c (ġdida)
(16c)  Is-sistema tal-ġustizzja tal-Unjoni ma tipprovdix ġustizzja xierqa u protezzjoni lin-nisa u lit-tfajliet u, konsegwentement, il-vittmi tal-vjolenza sessista ma jirċevux l-appoġġ meħtieġ. Dan jinkludi wkoll in-nuqqas ta' protezzjoni u appoġġ rigward il-vittmi tat-traffikar sesswali, ir-rifuġjati u l-migranti nisa, il-persuni LGBTIQ u l-persuni b'diżabbiltà.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura konsistenza ġenerali, komplementarjetà u sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bħall-EUROJUST, EU-LISA u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u jenħtieġ li tieħu kont tal-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn, fl-oqsma koperti mill-Programm.
(17)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura konsistenza ġenerali, komplementarjetà u sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bħall-EUROJUST, FRA, l-OLAF, EU-LISA u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, sabiex tevalwa l-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn, fl-oqsma koperti mill-Programm u tirrakkomanda titjib, fejn ikun meħtieġ.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Jenħtieġ li jiġi żgurat il-valur Ewropew miżjud tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha mwettqa fi ħdan il-Programm, il-kumplimentarjetà tagħhom għall-attivitajiet tal-Istati Membri, u l-konsistenza tagħhom ma' attivitajiet oħrajn tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm konsistenza, kumplimentarjetà u sinerġiji bejn il-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw l-oqsma politiċi b'rabta mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari l-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri - u għalhekk mal-Programm Drittijiet u Valuri - u bejn il-Programm u l-Programm tas-Suq Uniku, Ġestjoni tal-fruntieri u Sigurtà, b'mod partikolari l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni ("AMIF", Asylum, Migration and Integration fund) u l-Fondi għas-Sigurtà Interna, Infrastruttura Strateġika b'mod partikolari l-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm Erasmus+, il-Programm Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, u r-Regolament LIFE13.
(18)  Jenħtieġ li jiġu żgurati l-vijabbiltà, il-viżibbiltà, il-prinċipju ewlieni tal-valur miżjud Ewropew, u l-ġestjoni finanzjarja soda fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha mwettqa fi ħdan il-Programm Ġustizzja, il-komplementarjetà tagħhom għall-attivitajiet tal-Istati Membri, u l-konsistenza tagħhom ma' attivitajiet oħrajn tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u bbażata fuq il-prestazzjoni tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm konsistenza, kumplimentarjetà u sinerġiji bejn il-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw l-oqsma politiċi b'rabta mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari l-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri - u għalhekk mal-Programm Drittijiet u Valuri - u bejn il-Programm u l-Programm tas-Suq Uniku, Ġestjoni tal-fruntieri u Sigurtà, b'mod partikolari l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni ("AMIF", Asylum, Migration and Integration fund) u l-Fondi għas-Sigurtà Interna, Infrastruttura Strateġika b'mod partikolari l-Programm Ewropa Diġitali, il-Fond Soċjali Ewropew+, il-Programm Erasmus+, il-Programm Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, u r-Regolament LIFE13. L-implimentazzjoni tal-Programm Ġustizzja jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni u tkun ikkumplementata minnhom, rigward il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri;
__________________
__________________
13 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 Test b'relevanza għaż-ŻEE
13 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)   Il-mekkaniżmi li jiżguraw rabta bejn il-politiki ta' finanzjament tal-Unjoni u l-valuri tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu raffinati aktar, filwaqt li jippermettu lill-Kummissjoni tressaq proposta quddiem il-Kunsill biex ir-riżorsi allokati lil Stat Membru b'ġestjoni kondiviża jiġu ttrasferiti lill-Programm fejn dak l-Istat Membru jkun soġġett għal proċeduri relatati mal-valuri tal-Unjoni. Mekkaniżmu komprensiv tal-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jiggarantixxi r-rieżami regolari u ugwali tal-Istati Membri kollha, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-attivazzjoni tal-miżuri relatati ma' nuqqasijiet ġenerali tal-valuri tal-Unjoni fl-Istati Membri. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi u fid-dawl tal-importanza li jiġu imposti l-effetti finanzjarji tal-miżuri, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kunsill li jenħtieġ li jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex tiġi żgurata azzjoni effettiva, jenħtieġ li tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 19b (ġdida)
(19b)  Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-programm kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u sempliċi possibbli għall-utent, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 19c (ġdida)
(19c)  It-titjib tal-implimentazzjoni u tal-kwalità tal-infiq jenħtieġ li jikkostitwixxi l-prinċipju gwida biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [il-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.
(20)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF il-ġdid] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jeżiġi li jkun hemm trasparenza sħiħa fl-użu tar-riżorsi, ġestjoni finanzjarja soda u użu prudenti tar-riżorsi. B'mod partikolari, ir-regoli li jikkonċernaw il-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali jiġu ffinanzjati permezz ta' għotjiet operattivi pluriennali, għotjiet kaskata, dispożizzjonijiet li jiżguraw proċeduri rapidi u flessibbli għall-ħolqien tal-għotjiet, bħal proċedura ta' applikazzjoni b'żewġ passi, applikazzjonijiet faċli għall-utent u proċeduri ta' rapportar jenħtieġ li jitħaddmu u jiġu msaħħa aktar bħala parti mill-implimentazzjoni ta' dan il-Programm. Il-kriterji ta' kofinanzjament jenħtieġ li jqisu x-xogħol volontarju.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(21)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati mixtieqa, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, id-daqs u l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u tal-benefiċjarji fil-mira, u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi, kostijiet ta' unità u għotjiet kaskata, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9516 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9617 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193918, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jipproċedi kontra r-reati ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera b'mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-Kummissjoni, l-OLAF, l-UPPE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u li tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(22)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9516, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9617 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193918, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi t-trasparenza kompleta tal-finanzjament u l-proċeduri tal-għażla tal-Programm, il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jenħtieġ li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jenħtieġ li jinvestiga u jipproċedi kontra r-reati ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera b'mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-Kummissjoni, l-OLAF, l-UPPE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u li tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
_________________
_________________
15 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
15 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
17 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
17 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
18 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
18 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
19 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
19 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprovdi għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
(23)  Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-korpi u lin-netwerks tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'kull Stat Membru, lill-korpi u lin-netwerks responsabbli għall-politiki dwar in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, lill-ombudsmen, lill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom u jsaħħu s-sinerġiji u l-kooperazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu inklużi pajjiżi terzi speċjalment kull meta l-involviment tagħhom iħeġġeġ l-ilħuq tal-objettivi tal-programm, filwaqt li jitqies li dan huwa b'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew f'arranġamenti simili.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
(24a)  Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandha l-għan li toffri lill-Unjoni l-istrumenti sabiex tipproteġi aħjar il-baġit tagħha meta d-dgħufijiet fl-istat tad-dritt ixekklu jew jheddu l-ġestjoni finanzjarja soda tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li tikkomplementa l-programm Ġustizzja li r-rwol tiegħu huwa differenti, jiġifieri li jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta' Spazju Ewropew ta' Ġustizzja li jkun ibbażat fuq l-istat tad-dritt u l-fiduċja reċiproka, u li jiżgura li l-persuni jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE1], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.
(25)  Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE1], persuni u entitajiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Huwa essenzjali li l-Programm jiżgura li tali persuni u entitajiet ikunu infurmati biżżejjed dwar l-eliġibbiltà tagħhom għall-finanzjament.
__________________
__________________
1 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
1 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)   Abbażi tal-importanza u r-rilevanza tagħhom, dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha biex jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.
(27)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-benefiċjarji tal-Programm. Dawn ir-rekwiżiti, fejn possibbli, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
Dan jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Dan jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 1 ta' Jannar 2021 – 31 ta' Diċembru 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
1.  "Ġudikatura u persunal ġudizzjarju" tfisser imħallfin, prosekuturi u persunal tal-qorti, kif ukoll professjonisti oħra tal-ġustizzja assoċjati mal-ġudikatura, bħalma huma avukati, nutara, bailiffs jew uffiċjali għall-infurzar, prattikanti fl-insolvenza, medjaturi, interpreti u tradutturi tal-qorti, esperti tal-qorti, persunal tal-ħabs u uffiċjali tal-probazzjoni.
1.  "Ġudikatura u persunal ġudizzjarju" tfisser imħallfin, prosekuturi u persunal tal-qorti, kif ukoll professjonisti oħra tal-ġustizzja assoċjati mal-ġudikatura, bħalma huma avukati tad-difiża u tal-prosekuzzjoni, nutara, bailiffs jew uffiċjali għall-infurzar, prattikanti fl-insolvenza, medjaturi, interpreti u tradutturi tal-qorti, esperti tal-qorti, persunal tal-ħabs u uffiċjali tal-probazzjoni.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li jikkontribwixxi għal aktar żvilupp ta' żona Ewropea ta' ġustizzja bbażata fuq l-istat tad-dritt, fuq ir-rikonoxximent reċiproku u l-fiduċja reċiproka;
1.  Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li jikkontribwixxi għal aktar żvilupp ta' żona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja bbażata fuq l-istat tad-dritt, inklużi l-indipendenza tal-imħallfin u l-imparzjalità tal-ġustizzja, fuq ir-rikonoxximent reċiproku, il-fiduċja reċiproka u l-kooperazzjoni transfruntiera, u b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin, kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness I:
2.  Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
(a)  li jiffaċilita u jappoġġja l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali, u li jippromwovi l-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ tal-isforzi biex tittejjeb l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali;
(a)  fi ħdan qafas ta' demokrazija u rispett tad-drittijiet fundamentali, li jiffaċilita u jappoġġja l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali, inkluża l-kooperazzjoni lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni kull meta d-dritt tal-Unjoni jkollu applikazzjonijiet extraterritorjali, li jsaħħaħ l-aċċess għall-ġustizzja għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi u li jippromwovi l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura, anke permezz tal-appoġġ tal-isforzi biex jittejbu l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, l-infurzar xieraq tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-protezzjoni tal-vittmi;
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
(b)  li jappoġġja u jippromwovi t-taħriġ ġudizzjarju, bil-għan li titrawwem kultura legali u ġudizzjarja u kultura tal-istat tad-dritt komuni;
(b)  li jappoġġja u jippromwovi t-taħriġ ġudizzjarju nazzjonali u transnazzjonali, inkluż it-taħriġ dwar it-terminoloġija ġuridika, bil-għan li titrawwem kultura legali u ġudizzjarja u kultura tal-istat tad-dritt komuni, kif ukoll l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva tal-istrumenti legali tal-Unjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku u s-salvagwardji proċedurali. Tali taħriġ għandu jkun sensittiv fir-rigward tas-sessi, iqis il-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal u tal-persuni b'diżabbiltà, ikun orjentat lejn il-vittmi, fejn applikabbli, u jkopri, b'mod partikolari, id-dritt ċivili u kriminali u, fejn applikabbli, id-dritt amministrattiv, id-drittijiet fundamentali kif ukoll il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni;
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
(c)  li jiffaċilita l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd u rimedju effikaċi, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, permezz tal-promozzjoni ta' proċeduri ċivili u kriminali effikaċi u l-promozzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-vittmi ta' reati kif ukoll id-drittijiet proċedurali tas-suspettati u tal-persuni akkużati fi proċedimenti kriminali.
(c)  li jiffaċilita l-aċċess effettiv u mhux diskriminatorju għall-ġustizzja għal kulħadd, b'enfasi fuq l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni, bħar-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 21 tal-Karta, u rimedju effikaċi, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi (ġustizzja elettronika), permezz tal-promozzjoni ta' proċeduri ċivili u kriminali effikaċi u, fejn applikabbli, proċeduri amministrattivi, u l-promozzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-vittmi kollha tal-kriminalità kif ukoll id-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal u lin-nisa.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)   li jippromwovi l-applikazzjoni prattika ta' riċerka relatata mal-mediċini, li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jespandi l-bażi tal-għarfien fil-qasam, u jiżviluppa metodi innovattivi biex jiġu indirizzati l-fenomeni tas-sustanzi psikoattivi ġodda u tat-traffikar tal-bnedmin u tal-merkanzija.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu, il-Programm għandu jipprova jappoġġa u jippromwovi, bħala objettiv orizzontali, il-protezzjoni tad-drittijiet ugwali u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni minquxa fl-Artikolu 21 tal-Karta.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027, għandu jkun ta' EUR [305 000 000] f'termini ta' prezzijiet attwali.
1.  Fis-sens ta' [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali ġdid] il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba], il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027, li jirrappreżenta r-referenza primarja għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali, għandu jkun ta' EUR 316 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 356 000 000 fi prezzijiet kurrenti).
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-baġit allokat għal azzjonijiet marbuta mal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandu jiġi indikat kull sena;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont l-Artikolu 62(1)(c). Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
4.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament f'kull forma stabbilita fir-Regolament Finanzjarju.
2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament f'kull forma stabbilita fir-Regolament Finanzjarju, primarjament permezz ta' għotjiet għal azzjoni kif ukoll għotjiet operattivi annwali u pluriennali. Dak il-finanzjament għandu jiżgura ġestjoni finanzjarja soda, użu prudenti tal-fondi pubbliċi, livelli aktar baxxi ta' piż amministrattiv għall-operatur tal-Programm u għall-benefiċjarji, kif ukoll aċċessibbiltà tal-fondi tal-Programm għal benefiċjarji potenzjali. Dan jista' juża somom f'daqqa, kostijiet ta' unità, rati fissi, għotjiet kaskata u appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi. Il-kofinanzjament għandu jiġi aċċettat in natura, u jista' jiġi rrinunzjat f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 7
Artikolu 7
Artikolu 7
Tip ta' azzjonijiet
Tip ta' azzjonijiet
L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 3 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.
L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 3 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament:
(1)   is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid tal-informazzjoni biex jitjieb l-għarfien tal-politiki tal-Unjoni u tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-liġi sostantiva u proċedurali, l-istrumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-liġi komparattiva u ta' standards Ewropej u internazzjonali, b'enfasi speċjali fuq iż-żieda u l-fehim tal-oqsma multidixxiplinari, transdixxiplinari u interdixxiplinari tal-liġi, bħall-kummerċ u d-drittijiet tal-bniedem, u fuq kif jiġi ffaċilitat it-tilwim extraterritorjali;
(2)  it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex jittejbu l-għarfien u l-fehim reċiproku tad-dritt ċivili u kriminali u tas-sistemi legali u ġudizzjarji tal-Istati Membri, inklużi l-istat tad-dritt u l-aċċess għall-ġustizzja, u permezz tat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka kif ukoll tal-iskambju tal-aħjar prattiki relatati ma' ġustizzja adattata għat-tfal u l-promozzjoni u l-inkorporazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-sistema ġudizzjarja kollha;
(3)  il-korsijiet ta' taħriġ għall-imħallfin, l-avukati, il-prosekuturi u l-pulizija u persuni oħra li jaħdmu fis-sistema ġudizzjarja dwar l-isfidi u l-ostakli esperjenzati minn persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli inklużi t-tfal, il-minoranzi etniċi, il-persuni LGBTI, il-persuni b'diżabbiltà, il-vittmi tal-vjolenza sessista u ta' forom oħra ta' vjolenza interpersonali u l-vittmi tat-traffikar, u dwar kif jiġi żgurat li l-vittmi ta' reati jiġu protetti kif xieraq;
(4)  l-attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ biex jittejbu l-għarfien u l-fehim ta' ostakli potenzjali għall-funzjonament bla xkiel tal-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja u biex jittejbu l-implimentazzjoni tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni fl-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni wkoll tal-effetti tad-dritt tal-Unjoni fuq pajjiżi terzi;
(5)  l-attivitajiet biex jittejjeb il-funzjonament bla xkiel ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja, inkluż bil-monitoraġġ tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri u bir-riċerka dwar kif jiġu eliminati l-ostakli għal aċċess universali, mhux diskriminatorju u effikaċi għall-ġustizzja għal kulħadd;
(6)  l-inizjattivi li jindirizzaw id-disparitajiet fil-bilanċ bejn is-sessi fost il-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju tal-Istati Membri permezz ta' taħriġ jew imfassal apposta għall-professjonisti nisa, jew immirat kemm għall-professjonisti nisa kif ukoll għall-professjonisti rġiel, ta' sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet bħall-proporzjon baxx ta' mħallfin nisa f'livelli ogħla tal-ġudikatura jew il-ħtieġa ta' trasparenza u kriterji oġġettivi matul il-proċeduri tal-ħatra;
(7)  it-taħriġ għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fid-difiża tal-vittmi ta' reati u fit-tressiq ta azzjonijiet ta' rimedju, biex jittejjeb l-għarfien dwar il-politiki u d-dritt tal-Unjoni, inklużi inter alia l-liġi sostantiva u proċedurali, id-drittijiet fundamentali, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, l-użu tar-rimedju kollettiv u l-ġurisdizzjoni universali, l-użu tal-istrumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni, il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-lingwaġġ ġuridiku u d-dritt komparattiv;
(8)  it-taħriġ multidixxiplinari tal-persunal ġudizzjarju u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-qasam tal-liġi dwar il-ħabsijiet, tad-detenzjonijiet u tal-ġestjoni tal-ħabsijiet, sabiex jiġi ffaċilitat it-tixrid tal-aħjar prattiki;
(9)  it-taħriġ multidixxiplinari tal-persunal ġudizzjarju u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-qasam tal-ġustizzja għall-minorenni, sabiex titħejja u tiġi promossa l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva (UE) 2016/800 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali;
(10)  it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) kif ukoll l-iżvilupp u ż-żamma ta' għodod tal-ġustizzja elettronika biex jittejbu l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji u l-kooperazzjoni tagħhom permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà transfruntiera tas-sistemi u l-applikazzjonijiet, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data;
(11)  l-iżvilupp tal-kapaċità ta' netwerks ewlenin fil-livell Ewropew u ta' netwerks ġudizzjarji Ewropej, inklużi netwerks stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni u l-infurzar effikaċi tad-dritt tal-Unjoni, biex jiġu promossi u żviluppati aktar id-dritt, l-għanijiet tal-politika u l-istrateġiji tal-Unjoni fl-oqsma tal-programm;
(12)  l-appoġġ strutturali għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fl-oqsma koperti mill-Programm, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-taħriġ tal-esperti ġuridiċi li jaħdmu għal dawk l-organizzazzjonijiet, kif ukoll għal attivitajiet partikolari ta' tali organizzazzjonijiet, inklużi l-patroċinju legali, l-attivitajiet ta' netwerking, il-litigazzjoni b'rabta ma' ksur tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, il-mobilizzazzjoni u l-edukazzjoni pubblika, u l-għoti ta' servizzi rilevanti;
(13)  it-titjib tal-għarfien tal-programm u t-tixrid, it-trasferiment u t-trasparenza tar-riżultati tiegħu u t-trawwim ta' sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż bl-istabbiliment u l-appoġġ ta' programmi ta' sostenn/netwerk nazzjonali indipendenti ta' kuntatt;
(14)  studji dwar parametri referenzjarji, riċerka, analiżijiet u stħarriġ, evalwazzjonijiet, valutazzjoni tal-impatt, l-elaborazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].
1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet, u jiġi evitat l-użu ta' sors doppju ta' Fondi billi jiġu indikati b'mod ċar is-sorsi ta' finanzjament għal kull kategorija ta' nfiq, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  dawn ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti skont il-Programm;
(a)  dawn ikunu ġew ivvalutati kif xieraq f'sejħa għal proposti skont il-Programm;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju biex tkopri n-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.
3.  Għotja operattiva għandha tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju biex tkopri n-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17.
2.  Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat. Dak l-att delegat għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 14.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.
1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn l-ilħuq tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness. Fejn ikun applikabbli, id-data li tinġabar għall-monitoraġġ u r-rapportar għandha titqassam skont is-sess, l-età u l-kategorija tal-persunal.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-monitoraġġ għandu jipprovdi wkoll mezz ta' valutazzjoni tal-mod li bih l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni jkunu ġew indirizzati fl-azzjonijiet kollha tal-Programm.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta' monitoraġġ tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u b'mod tempestiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonali fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data korretta għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta' monitoraġġ tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u b'mod preċiż u tempestiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonali fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli formati faċli għall-utent u tipprovdi orjentazzjoni u appoġġ, b'mod partikolari għall-applikanti u l-benefiċjarji li jista' ma jkollhomx ir-riżorsi u l-persunal xierqa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-rapportar.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b'mod tempestiv sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.
1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b'mod tempestiv u dokumentat sew sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u biex jiġu mmonitorjati l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm u l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. L-evalwazzjonijiet kollha għandhom ikunu sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi u għandhom jinkludu analiżi dettaljata tal-baġit tal-programm iddedikat għall-attivitajiet relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-evalwazzjoni interim u finali tal-Programm għandha tivvaluta, inter alia:
(a)  il-perċezzjoni tal-impatt tal-Programm fuq l-aċċess għall-ġustizzja abbażi ta' data kwalitattiva u kwantitattiva miġbura fil-livell Ewropew;
(b)  l-għadd u l-kwalità ta' strumenti u għodod żviluppati permezz ta' azzjonijiet iffinanzjati mil-Programm;
(c)  il-valur miżjud Ewropew tal-Programm;
(d)  il-livell ta' finanzjament b'rabta mar-riżultati miksuba;
(e)  l-ostakli amministrattivi, organizzattivi u/jew strutturali potenzjali għall-implimentazzjoni aktar faċli, aktar effettiva u effiċjenti tal-Programm.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4
4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.
4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Il-grupp ta' esperti kkonsultat għandu jkun ibbilanċjat fir-rigward tas-sessi.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonali lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata dwar il-valur miżjud Ewropew tal-Programm lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku, u b'hekk juru l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħinu fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, u għandu jkun assistit mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti. Fil-Kumitat għandhom jiġu ssalvagwardjati l-bilanċ bejn is-sessi u r-rappreżentanza xierqa tal-minoranzi u ta' gruppi esklużi oħra.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Anness I
Anness I
imħassar
Attivitajiet tal-programm
L-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmi fl-Artikolu 3(2) se jiġu segwiti b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:
1.  is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien ta' politiki tal-Unjoni u tad-dritt tal-Unjoni inklużi l-liġi sostantiva u proċedurali, l-istrumenti ta' koooperazzjoni ġudizzjarja, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-liġi komparattiva u ta' standards Ewropej u internazzjonali;
2.  it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejbu l-għarfien u l-fehim reċiproku tad-dritt ċivili u kriminali u tas-sistemi legali u ġudizzjarji tal-Istati Membri, inkluż l-istat tad-dritt, u t-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka;
3.  l-attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ25 biex jittejbu l-għarfien u l-fehim ta' ostakli potenzjali għall-funzjonament bla xkiel tal-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja u biex itejbu l-implimentazzjoni tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni fl-Istati Membri;
4.  it-taħriġ għall-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki tal-Unjoni u d-dritt tal-Unjoni inklużi fost l-oħrajn il-liġi sostantiva u proċedurali, l-użu tal-istrumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-lingwaġġ legali u tad-dritt komparattiv.
5.  l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' għodod tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) kif ukoll tal-ġustizzja elettronika biex jittejbu l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji u l-kooperazzjoni tagħhom permezz ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, inkluż l-interoperabbiltà tas-sistemi u l-applikazzjonijiet transfruntiera.
6.  l-iżvilupp tal-kapaċità ta' netwerks ewlenin fil-livell Ewropew u ta' netwerks ġudizzjarji Ewropej, inklużi netwerks stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni, biex jiġu promossi u żviluppati aktar l-għanijiet tal-politika u tad-dritt tal-Unjoni, tal-istrateġiji fl-oqsma tal-programm, kif ukoll li jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.
7.  it-titjib tal-għarfien tal-programm u t-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż bl-istabbiliment u l-appoġġ ta' programmi ta' sostenn/netwerk nazzjonali ta' kuntatt.
__________________
25 Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – parti introduttorja
Anness II
Anness
Indikaturi
Indikaturi
Il-programm se jiġi mmonitorjat fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programm ikunu ntlaħqu u bil-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-ispejjeż amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin.
Il-Programm se jiġi mmonitorjat fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi maħsuba biex ikejlu safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bil-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-ispejjeż amministrattivi u li tiġi massimizzata l-effikaċja tas-sistemi tal-ġustizzja. Għal dan il-għan, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet relatati mal-privatezza u l-protezzjoni tad-data, se tinġabar data u, meta jkun applikabbli, tkun diżaggregata skont is-sess, l-età u l-kategorija tal-persunal, fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:
Emenda 77
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – tabella
In-numru ta' membri tal-ġudikatura u ta' persunal ġudizzjarju li pparteċipaw f'attivitajiet ta' taħriġ (inklużi skambji ta' persunal, żjarat ta' studju, workshops u seminars) iffinanzjati mill-Programm, inkluż permezz ta' għotja operattiva tal-EJTN
In-numru ta' membri tal-ġudikatura u ta' persunal ġudizzjarju li pparteċipaw f'attivitajiet ta' taħriġ (inklużi skambji ta' persunal, żjarat ta' studju, workshops u seminars) iffinanzjati mill-Programm, inkluż permezz ta' għotja operattiva tal-EJTN
In-numru ta' persunal u membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li pparteċipaw f'attivitajiet ta' taħriġ
In-numru ta' skambji ta' informazzjoni f'Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (European Criminal Records Information System, ECRIS)
In-numru ta' skambji ta' informazzjoni f'Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (European Criminal Records Information System, ECRIS)
In-numru ta' każijiet u attivitajiet, u l-livell ta' output tal-kooperazzjoni transfruntiera, inkluża l-kooperazzjoni permezz ta' għodod u proċeduri tat-teknoloġija tal-informazzjoni stabbiliti fil-livell tal-Unjoni
In-numru ta' hits fuq il-portal tal-Ġustizzja elettronika / il-paġni li jindirizzaw il-ħtieġa għal informazzjoni dwar kawżi ċivili transfruntiera
L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:
L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:
(i)   it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;
(i)   it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;
(ii)   sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni
(ii)   sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni
(iia)  attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet immirati lejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
(iib)  attivitajiet relatati mal-għoti lill-persuni ta' informazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja;
(iic)  attivitajiet għall-imħallfin dwar sfidi fil-litigazzjoni u kif għandhom jiġu applikati d-dritt internazzjonali privat u d-dritt tal-Unjoni f'każijiet transfruntieri/multidixxiplinari;
(iid)  attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni ffinanzjati mill-Programm.
Il-kopertura ġeografika tal-attivitajiet iffinanzjati mill-Programm
Il-valutazzjoni tal-parteċipanti tal-attivitajiet li ħadu sehem fihom u tas-sostenibbiltà mistennija tagħhom

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0068/2019).


L-istat tad-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa
PDF 175kWORD 67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa (2018/2094(INI))
P8_TA(2019)0098A8-0427/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Soċjali Ewropea, il-Protokoll Addizzjonali tagħha u l-verżjoni riveduta tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 295 TFUE,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa informali tas-27 kap ta' stat jew ta' gvern tad-29 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava tas-27 Stat Membru tas-16 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli fl-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni: possibilitajiet offruti mit-Trattat ta' Lisbona(6),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 u l-ħames karti ta' riflessjoni sussegwenti (COM(2017)2025, COM(2017)0206, COM(2017)0240, COM(2017)0291, COM(2017)0315, COM(2017)0358),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017,

–  wara li kkunsidra n-notifika tar-Renju Unit tad-29 ta' Marzu 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u lil hinn tas-6 ta' Lulju 2017(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa – Riflessjonijiet u xenarji għall-UE-27 sal-2025 tat-12 ta' Mejju 2017(8),

–  wara li kkunsidra d-diversi kontributi mill-parlamenti nazzjonali dwar il-White Paper u d-dokumenti ta' riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2018 tat-12 ta' Settembru 2018 mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker,

–  wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni  2017 tat-13 ta' Settembru 2017 mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-pjan direzzjonali tiegħu għal unjoni aktar magħquda, aktar b'saħħitha u aktar demokratika tal-24 ta' Ottubru 2017 (COM(2017)0650),

–  wara li kkunsidra d-diskors tas-Sorbonne tal-President Franċiż Emmanuel Macron tas-26 ta' Settembru 2017, bl-isem "Inizjattiva għall-Ewropa: Ewropa sovrana, magħquda u demokratika",

–  wara li kkunsidra s-summit informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE tad-29 ta' Settembru 2017 f'Talinn,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tal-Mexxejja adottata waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fid-19-20 ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tas-17 ta' Novembru 2017 tal-Kunsill, tal-Parlament u tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni għall-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa (UEM) tas-6 ta' Diċembru 2017 (COM(2017)0821) u b'mod partikolari l-proposta biex jiġi stabbilit Fond Monetarju Ewropew (FME) (COM(2017)0827), il-proposta biex tiġi integrata s-sustanza tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fil-qafas legali tal-Unjoni (COM(2017)0824) u l-komunikazzjoni dwar Ministru Ewropew għall-Ekonomija u l-Finanzi (COM(2017)0823),

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-14-15 ta' Diċembru 2017, u l-laqgħa tal-Mexxejja u tal-laqgħat tas-Summit tal-Euro fil-marġini tagħha,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-20 ta' Diċembru 2017 mingħand 26 parlament nazzjonali minn 20 Stat Membru dwar it-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Jannar 2018 adottata waqt is-Summit tal-Pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea (Ċipru, Franza, il-Greċja, Malta, il-Portugall u Spanja), bl-isem "Inġibu lill-UE 'l quddiem fl-2018", kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa li saret mill-pajjiżi tal-Grupp Visegrad (ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja) fis-26 ta' Jannar 2018 u d-dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri tal-Finanzi Ewropej mill-Finlandja, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands u l-Iżvezja tas-6 ta' Marzu 2018,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2018 bit-titolu "Ewropa li tagħti riżultati: Għażliet istituzzjonali biex nagħmlu l-ħidma tal-Unjoni Ewropea aktar effiċjenti" (COM(2018)0095),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/234 tal-14 ta' Frar 2018 dwar it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet 2019 lill-Parlament Ewropew(9),

–  wara li kkunsidra l-laqgħa informali tas-27 kap ta' stat jew ta' gvern tat-23 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE fl-2016(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-parlamenti nazzjonali(11),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 tat-2 ta' Mejju 2018 (COM(2018)0322),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta' Mejju 2018 (COM(2018)0325),

–  wara li kkunsidra s-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Meseberg tad-19 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Nirriflettu fuq l-Ewropa: leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex terġa' tinbena l-fiduċja fl-Unjoni Ewropea" tad-9 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra d-dibattiti dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa ma' kapijiet ta' stat jew ta' gvern, ospitati mill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0427/2018),

A.  billi l-Unjoni Ewropea hija eżempju ta' integrazzjoni supranazzjonali liema bħalha u ġabet il-paċi dejjiema, il-prosperità u l-benessri mindu saret id-dikjarazzjoni pijuniera Schuman tad-9 ta' Mejju 1950; billi s-sigurtà kondiviża, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-benesseri tal-popli tagħha kienu fil-qalba tal-aspirazzjonijiet u l-azzjonijiet tagħha;

B.  billi l-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni, il-munita unika, il-programm Erasmus, il-politiki reġjonali, agrikoli u ta' koeżjoni, u Orizzont 2020 huma kisbiet fundamentali tal-Unjoni, fost ħafna oħrajn, li jikkontribwixxu għall-benessri taċ-ċittadini Ewropej; billi jeħtieġ li l-Unjoni tingħata s-setgħat u r-riżorsi xierqa biex tiffaċċja l-isfidi tas-seklu 21;

C.  billi matul l-aħħar ftit snin l-Unjoni ffaċċjat aktar minn kriżi waħda li ttestjaw ir-reżiljenza u l-kapaċità tagħha li taġixxi b'mod deċiżiv u magħqud;

D.  billi l-perjodu mill-2014 sal-2017 ra politiki monetarji u makroekonomiċi aktar bilanċjati soċjalment u effettivi, bħalma huma l-politiki mhux standard tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-flessibbiltà tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, li kkontribwixxew għall-irkupru ekonomiku u soċjali tal-UE;

E.  billi għalkemm l-Ewropa rnexxielha trażżan u parzjalment tegħleb l-aktar mumenti kritiċi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, għad hemm quddiemna riformi importanti u urġenti xi jsiru fil-livell tal-UE u fil-livell ta' Stat Membru fil-qasam tal-governanza ekonomika b'mod ġenerali u ż-żona tal-euro b'mod partikolari, kif ukoll f'dawk li huma t-tisħiħ tas-suq uniku u l-irkupru u l-iżvilupp tal-istandards soċjali tal-istati soċjali tagħna;

F.  billi fid-dawl tal-isfidi kurrenti u futuri, interni u esterni, multipli li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni f'dinja globali instabbli u kumplessa, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-migrazzjoni, it-tnaqqis demografiku, it-terroriżmu, is-sigurtà, it-tibdil fil-klima, il-kwistjonijiet ambjentali, iż-żamma tal-ordni multilaterali dinji, l-ikkompletar tal-UEM, il-globalizzazzjoni, il-kummerċ internazzjonali ħieles, ġust u bbażat fuq ir-regoli, l-affarijiet barranin u d-difiża, l-iżvilupp tal-pilastru soċjali, u l-ġlieda kontra l-populiżmu anti-UE, l-intolleranza u l-ksenofobija, l-UE għandha tippromwovi spirtu mġedded ta' kooperazzjoni u solidarjetà fost il-Membri tagħha abbażi tal-Artikoli 2 u 3 tat-TUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, filwaqt li l-objettiv minqux fit-Trattat ta' Lisbona li tinħoloq unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa għandu jkompli jispira l-azzjonijiet meħuda mill-Unjoni biex tkompli ssaħħaħ l-integrazzjoni Ewropea u tindirizza b'mod effettiv dawn l-isfidi;

G.  billi l-Parlament jinsab imħasseb ħafna dwar il-qawmien tal-movimenti populisti, ksenofobiċi u anti-Ewropej madwar l-Ewropa kollha; billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex jiddefendu u jippromwovu l-valuri demokratiċi, il-prinċipji fundaturi u l-objettivi tal-integrazzjoni Ewropea;

H.  billi r-referendum tar-Renju Unit ta' Ġunju 2016 li wassal għan-notifika tiegħu fid-29 ta' Marzu 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea intensifika d-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Unjoni; billi n-negozjati dwar il-ħruġ previst tar-Renju Unit mill-UE wrew il-livell għoli ta' interdipendenza tal-Istati Membri, sa liema livell ilkoll kemm aħna niddependu mill-istrumenti u l-politiki konġunti u l-kosti ta' kwalunkwe tluq;

I.  billi l-intensifikazzjoni tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa hija riflessa, minbarra fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament stess dwar il-futur tal-Ewropa tas-16 ta' Frar 2017, fid-Dikjarazzjoni u l-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava, fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma, fl-Aġenda tal-Mexxejja adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ottubru 2017, u diversi kontribuzzjonijiet minn Stati Membri individwali jew gruppi tagħhom, u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll fid-dibattiti plenarji fil-Parlament Ewropew dwar il-"Futur tal-Ewropa" mal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern, fil-laqgħat interparlamentari tal-kumitati u fl-organizzazzjoni ta' djalogi u konsultazzjonijiet taċ-ċittadini minn diversi istituzzjonijiet, korpi u Stati Membri;

J.  billi l-istħarriġ tal-Parlemeter, li sar bejn it-8 u s-26 ta' Settembru 2018, juri li 62 % ta' dawk li wieġbu jemmnu li s-sħubija tal-pajjiżhom hija ħaġa tajba u li 68 % jqisu li pajjiżhom ibbenefika mis-sħubija tiegħu fl-UE, l-ogħla riżultat imkejjel mill-1983 'il hawn;

K.  billi l-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-Unjoni jiddefinixxu sfera li magħha jista' jidentifika ruħu kull ċittadin Ewropew, huma x'inhuma d-differenzi politiċi jew kulturali marbuta mal-identità nazzjonali;

L.  billi l-elezzjonijiet li ġejjin għall-Parlament Ewropew jippreżentaw opportunità biex issir valutazzjoni tad-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, anke fid-dawl tal-prijoritajiet istituzzjonali prinċipali tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill għall-mandat il-ġdid;

M.  billi l-UE qed tiffaċċja perjodu partikolarment importanti fil-proċess tal-kostruzzjoni tagħha, minħabba n-natura u d-dimensjoni tal-isfidi tagħha, u billi dawn jistgħu jissolvew biss billi naħdmu flimkien u permezz ta' integrazzjoni u solidarjetà akbar u aħjar fost l-Istati Membri, filwaqt li nisfruttaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet kurrenti tat-Trattat ta' Lisbona u, sussegwentement, nirriformaw it-Trattati sabiex jittejjeb it-teħid tad-deċiżjonijiet istituzzjonali u jiġi żgurat il-bilanċ xieraq tal-kompetenzi;

N.  billi r-riformi istituzzjonali jenħtieġ li jkollhom l-għan li jagħmlu l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet aktar demokratiċi u li jsaħħu t-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-obbigu ta' rendikont tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha; billi, fid-dawl ta' dawn l-għanijiet, huwa ż-żmien xieraq u opportun biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni ċivika sinifikattiva fil-proġett Ewropew u biex jiġu organizzati konsultazzjonijiet u jitħeġġeġ djalogu regolari maċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tat-TUE;

O.  billi l-Unjoni teħtieġ struttura governattiva aktar b'saħħitha, b'kontroll demokratiku msaħħaħ min-naħa tal-Parlament, biex jiġu ffaċċjati l-isfidi tal-lum u tal-ġejjieni; billi t-trasparenza u l-integrità min-naħa tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE huma essenzjali biex tinbena l-fiduċja u l-kunfidenza taċ-ċittadini;

P.  billi d-Dikjarazzjoni konġunta ta' Meseberg bejn Franza u l-Ġermanja fiha serje ta' riflessjonijiet u proposti biex il-kooperazzjoni Ewropea tissaħħaħ, b'mod partikolari fil-qasam tal-governanza ekonomika;

Q.  billi l-promozzjoni ta' dimensjoni Ewropea tal-kultura u tal-edukazzjoni hija vitali għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza Ewropea, filwaqt li jitqies li l-Unjoni tbati minn defiċit ta' għarfien li jfisser li l-kisbiet tal-Unjoni għandhom it-tendenza li ma jingħatawx importanza mill-ġenerazzjonijiet li għadhom tilgħin;

1.  Ifakkar li r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-ġejjieni tal-Ewropa tas-16 ta' Frar 2017 enfasizzaw l-importanza tal-qafas istituzzjonali uniku u tal-metodu Komunitarju u ssuġġerew diversi proposti u inizjattivi ta' importanza partikolari għall-integrazzjoni Ewropea li jistgħu jikkontribwixxu għall-bini tal-ġejjieni tal-Ewropa;

2.  Jenfasizza li l-Unjoni jeħtiġilha tindirizza b'mod determinal l-isfidi tal-ġejjieni tagħha b'integrazzjoni politika akbar u aħjar, bir-rispett sħiħ u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji demokratiċi u billi naħdmu flimkien; jenfasizza li ċ-ċittadini jridu Ewropa li tipproteġi d-drittijiet, il-benessri u l-mudell soċjali tagħhom fuq il-bażi ta' sovranità kondiviża, li tirrikjedi integrazzjoni politika xierqa; jistieden lill-kapijiet ta' stat jew ta' gvern isegwu din it-triq fi spirtu mġedded ta' solidarjetà u kollaborazzjoni;

3.  Jirrimarka li l-kapijiet ta' stat jew ta' gvern li indirizzaw il-Parlament fil-plenarja waqt id-dibattiti dwar il-futur tal-Ewropa kollha kemm huma rrikonoxxew li hemm il-ħtieġa li niffaċċjaw l-isfidi tal-futur flimkien u li nagħmlu aħjar dak li jista' jinkiseb biss flimkien;

4.  Itenni t-twemmin tiegħu li l-integrazzjoni differenzjata għandha tibqa' miftuħa għall-Istati Membri kollha u li għandha tkompli taġixxi bħala metodu ta' integrazzjoni u solidarjetà Ewropej aktar profondi, ħaġa li m'għandhiex titħawwad mal-idea ta' Ewropa à la carte; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe perċezzjoni tal-ħolqien ta' sħubija tal-ewwel klassi u tat-tieni klassi fi ħdan l-Unjoni fid-dibattitu kurrenti dwar l-integrazzjoni differenzjata;

5.  Ifakkar li l-integrazzjoni differenzjata m'għandhiex tkun mod kif titnaqqas l-integrazzjoni politika;

6.  Jenfasizza li l-kriżi pproduċiet żbilanċ bejn l-istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni, u li l-Kunsill Ewropew qed jeżerċita l-inizjattiva politika tiegħu proprja għad-detriment tad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni u qed jirrinforza l-metodu intergovernattiv; iqis, madankollu, li l-metodu Komunitarju huwa dak l-aktar adattat għall-funzjonament tal-Unjoni; ifakkar fl-għadd kbir ta' riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament f'dan ir-rigward u jtenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill Ewropew biex jirrispetta bis-sħiħ il-limiti tal-kompetenzi tiegħu kif imnaqqxa, b'mod partikolari, fl-Artikolu 15 tat-TUE;

7.  Itenni li l-unanimità, li t-Trattati jirrikjedu f'ċerti materji fundamentali, hija ostakolu kważi insuperabbli f'mumenti u f'deċiżjonijiet importanti, u għalhekk, fir-rigward tal-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet, jargumenta favur il-prinċipju ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata (VMK) fil-Kunsill u, għal-leġiżlazzjoni, jiffavorixxi l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja fl-oqsma kollha fejn dan ikun possibbli; ifakkar li skont it-Trattati fis-seħħ dan jista' jinkiseb bl-użu tad-diversi klawżoli passerelle jew, fil-każ tal-kooperazzjoni msaħħa, bl-użu tal-Artikolu 333 tat-TFUE;

8.  Jilqa' f'dan ir-rigward it-tħabbira mill-President Juncker fid-diskorsi tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tat-13 ta' Settembru 2017 u tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-intenzjoni li jipproponi l-użu tal-VMK fil-Kunsill f'ċerti oqsma ta' politika speċifiċi, iżda jiddispjaċih li r-regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) mhuwiex fost is-suġġetti elenkati;

9.  Jilqa' b'mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni pproponiet l-użu tal-VMK fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) fir-rigward ta' pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'fora internazzjonali, deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti reġimi ta' sanzjonijiet, u deċiżjonijiet biex jiġu varati jew implimentati missjonijiet ċivili b'reazzjoni għal kriżijiet barra mill-Ewropa, minħabba l-importanza li t-teħid ta' deċiżjonijiet jiġi aċċellerat u li jsir aktar effettiv, u l-ħtieġa li l-Unjoni titkellem aktar b'vuċi waħda;

10.  Itenni s-suġġeriment tiegħu li l-Kunsill jiġi trasformat f'kamra leġiżlattiva vera b'kundizzjonijiet indaqs bħall-Parlament, kif deskritt fil-qosor fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona, u li tittejjeb it-trasparenza tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu; jirreferi f'dan il-kuntest għar-rapport speċjali tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill u għall-ittra tad-delegazzjonijiet tal-COSAC tal-20 ta' Diċembru 2017 fejn talbu aktar trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, b'mod partikolari mill-Kunsill u mill-korpi informali bħall-Grupp tal-Euro, f'konformità ma' talbiet simili magħmula mill-Parlament f'dan ir-rigward;

11.  Iqis li hemm għażliet differenti biex il-Kummissjoni ssir aktar aġili billi jiġu adattati l-istruttura u l-metodi ta' ħidma tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, pereżempju bil-ħatra ta' Viċi Presidenti responsabbli għal raggruppament ta' politiki jew bil-ħatra ta' Kummissarji anzjani u subalterni;

12.  Ifakkar li, għalkemm, skont it-Trattati fis-seħħ, il-Parlament ma għandux dritt formali ta' inizjattiva leġiżlattiva, huwa jista' jitlob li l-Kummissjoni tressaq kwalunkwe proposta xierqa dwar kwistjonijiet li, fil-fehma tiegħu, jeħtieġu att tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, u jfakkar lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 10 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(12), fl-obbligu tagħha li tagħti kunsiderazzjoni fil-pront u dettaljata lit-talbiet għal proposti għal atti tal-Unjoni; ifakkar, barra minn hekk, li dan il-ftehim interistituzzjonali fih ukoll dispożizzjonijiet dwar il-programmazzjoni annwali u pluriennali interistituzzjonali, li jipprovdu għodda addizzjonali biex il-Parlament imexxi l-aġenda leġiżlattiva;

13.  Ifakkar fil-proposta tiegħu li, fil-każ ta' reviżjoni futura possibbli tat-Trattati, id-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva jista' jiġi attribwit ukoll lill-Parlament bħala r-rappreżentant dirett taċ-ċittadini tal-UE;

14.  Jinsisti li għandha tissaħħaħ is-setgħa ta' skrutinju tal-Parlament u b'mod partikolari d-dritt tiegħu ta' inkjesta u li għandu jingħata setgħat speċifiċi, ġenwini u delimitati b'mod ċar;

15.  Jieħu nota tar-rapport tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u biex "Nagħmlu anqas b'aktar effiċjenza" tal-10 ta' Lulju 2018, li jippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar mod ġdid ta' ħidma fuq is-sussidjarjetà u fuq il-proporzjonalità; iqis li ħafna minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tar-rwol tal-parlamenti nazzjonali fi ħdan l-Unjoni u kemm hu għaqli li s-sistema ta' twissija bikrija tiġi riformata, diġà ġew sottolinjati mill-Parlament; ifakkar li t-Task Force sabet li hemm valur miżjud tal-UE fl-oqsma kollha eżistenti tal-attività tal-UE u għalhekk ma identifikat l-ebda kompetenza jew qasam ta' politika tat-Trattati li għandhom jiġu delegati mill-ġdid b'mod definittiv, kompletament jew parzjalment, lill-Istati Membri;

16.  Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet differenti li jitolbu rwol aktar attiv għall-parlamenti nazzjonali, speċjalment fil-kontroll tal-azzjoni tal-gvernijiet tagħhom fl-istituzzjonijiet Ewropej; ifakkar ukoll fir-rwol fundamentali tal-awtoritajiet lokali u speċjalment tal-parlamenti reġjonali b'setgħat leġiżlattivi;

17.  Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni fil-livell interistituzzjonali, filwaqt li jiġu rispettati l-prerogattivi ta' kull istituzzjoni kif imnaqqxa fit-Trattati, peress li din il-kooperazzjoni ngħatat qafas ġdid permezz tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, u jissottolinja li s-simplifikazzjoni hija eżerċizzju għaddej il-ħin kollu li għandu l-għan li jagħmel il-proċessi u l-proċeduri fil-livell tal-UE aktar faċli li jinftiehmu, filwaqt li jiżgura li jitqiesu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u fl-aħħar mill-aħħar tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea;

18.  Jilqa' l-proklamazzjoni konġunta li tapprova l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ffirmata mill-Kunsill, mill-Parlament u mill-Kummissjoni waqt is-Summit Soċjali ta' Gothenburg għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir; jirrimarka li l-kompetenzi u l-għodod meħtieġa biex jitwettaq il-pilastru huma prinċipalment f'idejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll f'idejn is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, filwaqt li s-Semestru Ewropew joffri qafas biex il-prestazzjoni tal-Istati Membri f'dan ir-rigward tkun tista' tiġi monitorjata; ifakkar, barra minn hekk, f'dan il-kuntest li d-djalogu soċjali ħareġ strument indispensabbli biex jittejjeb it-tfassil tal-politiki u tal-liġijiet tal-UE u biex tissaħħaħ il-leġittimità soċjali tagħhom;

19.  Jinnota n-natura mhux vinkolanti tal-Pilastru Soċjali, li bħala tali ma jistax ibiddel l-attenzjoni tal-UE minn fuq il-politiki ekonomiċi, tas-suq intern u fiskali għal fuq il-miri soċjali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-klawżola soċjali orizzontali minquxa fl-Artikolu 9 tat-TFUE tirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra b'attenzjoni l-impatt li għandha l-leġiżlazzjoni tal-UE fuq l-istandards soċjali u l-impjieg u b'konsultazzjoni xierqa tal-partijiet ikkonċernati soċjali;

20.  Jenfasizza li l-protezzjoni ambjentali għandha tkun prijorità għolja għall-UE fid-dawl tad-degradazzjoni ambjentali kurrenti, u għandha tiġi integrata fil-politiki u l-azzjonijiet kollha tal-Unjoni; jenfasizza li l-UE għandha tieħu azzjoni effettiva biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u żżid is-sehem ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija għal-livelli meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi;

21.  Jistieden għal darba oħra lill-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw il-Karta Soċjali Ewropea riveduta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Sigurtà Soċjali (ETS Nru 78);

22.  Jissottolinja li huwa importanti li jitkompla l-proċess tal-approfondiment u l-ikkompletar tal-UEM sabiex jingħata kontribut għaż-żamma tal-istabbiltà tal-munita unika u t-tisħiħ tal-konverġenza tal-politiki ekonomiċi, fiskali u tas-suq tax-xogħol u tal-istandards soċjali fost l-Istati Membri; itenni li, bl-eċċezzjoni tal-esklużjoni fakultattiva tad-Danimarka, kull Stat Membru marbut jadotta l-euro; jappoġġa t-teħid ta' passi ulterjuri fl-iżvilupp tal-MES;

23.  Jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa ta' impenn politiku b'saħħtu, governanza effiċjenti u responsabbiltà demokratika fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali, b'mod partikolari l-iskrutinju parlamentari fl-istadji varji tas-Semestru Ewropew kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-parlamenti nazzjonali, sabiex tiġi pprovduta l-governanza ekonomika u finanzjarja taż-żona tal-euro b'leġittimità soċjali, ekonomika u demokratika msaħħa u jittejjeb is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni;

24.  Ifakkar fil-fehma tiegħu, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea, li l-politika fiskali u ekonomika għandha ssir "kompetenza kondiviża" bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;

25.  Jinnota l-konverġenza tal-pożizzjonijiet meħuda minn Franza u mill-Ġermanja rigward l-idea ta' kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro; itenni l-fehma tiegħu li tali kapaċità jenħtieġ li tiġi żviluppata fi ħdan il-qafas tal-UE;

26.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti u qed jiddiskuti għodod baġitarji ġodda mmirati lejn l-istabbilizzazzjoni;

27.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal Programm ta' Appoġġ għal Riformi; jenfasizza kemm hu importanti li ma jiddgħajfux is-setgħat ta' kodeċiżjoni u ta' superviżjoni tal-Parlament b'rabta mal-infiq tal-fondi tal-UE; jinsab imħasseb li fil-perjodu 2011-2017, 9 % biss mir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs) ġew implimentati bis-sħiħ; jieħu nota tal-faċilità ta' konverġenza, li se tipprovdi inċentiv u se tgħin lill-Istati Membri barra miż-żona tal-euro, permezz ta' politiki fiskali u ekonomiċi sostenibbli, jimplimentaw ir-riformi u jissodisfaw il-kriterji għall-introduzzjoni tal-euro;

28.  Jilqa' l-programm futur InvestEU u jenfasizza li l-fond għandu jkompli jnaqqas id-diskrepanza fl-investiment fl-UE; jappoġġa l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, inkluż il-wirt kulturali, sabiex jitrawmu t-tkabbir, l-investimenti u l-impjiegi, b'enfasi partikolari fuq l-SMEs, il-kumpaniji żgħar u b'kapitalizzazzjoni medja u l-intrapriżi soċjali, u b'hekk jingħata kontribut għal benessri mtejjeb u distribuzzjoni aktar ġusta tad-dħul u għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni;

29.  Jinnota li l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Ministru Ewropew tal-Ekonomija u tal-Finanzi; jinnota li t-twaħħid tal-pożizzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u tal-President tal-Grupp tal-Euro jista' jtejjeb l-obbligu ta' rendikont parlamentari fil-livell Ewropew;

30.  Huwa tal-fehma li l-baġit futur tal-UE għandu jippromwovi l-valur miżjud Ewropew f'dak li hu impatt soċjoekonomiku, jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-politiki tal-UE, jiżgura l-finanzi għall-isfidi l-ġodda u jkompli jikkontribwixxi għall-koeżjoni u l-konverġenza mil-lat ekonomiku u soċjali bejn u fi ħdan l-Istati Membri sabiex isaħħaħ is-solidarjetà Ewropea, l-istabbiltà Ewropea, l-ugwaljanza Ewropea kif ukoll it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż fid-dawl tal-impenji tal-UE taħt il-Ftehim ta' Pariġi, jiżgura r-rispett u l-promozzjoni tal-valuri fundamentali kif iddikjarat fl-Artikoli 2 u 3 tat-TUE u jkun mogħni b'riżorsi proprji ġodda, b'kont meħud tal-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji;

31.  Jilqa' l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-riżorsi proprji tintroduċi riżorsi proprji reali ġodda, kif mitlub mill-Parlament, iżda jiddispjaċih li ma ġie introdott l-ebda sors ieħor possibbli ta' dħul; jesprimi tħassib dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2021-2027, minħabba li m'għandhiex impenn finanzjarju biex tiffaċċja l-isfidi kurrenti għall-UE kif ukoll dawk li għadhom iridu jinqalgħu aktar 'il quddiem; jiddispjaċih dwar il-pożizzjonijiet meħuda minn xi Stati Membri li jirrifjutaw li jipprovdu aktar riżorsi lill-UE, minkejja r-rikonoxximent unanimu tal-ħtieġa li jiġu ffaċċjati sfidi u responsabbiltajiet ġodda, u għalhekk tal-ħtieġa ta' aktar riżorsi finanzjarji; jirrimarka li l-infiq fil-livell tal-UE jista' jiffranka l-flus fil-livell nazzjonali billi tiġi evitata d-duplikazzjoni u permezz tal-ekonomiji ta' skala;

32.  Jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq fil-proċess tas-Semestru Ewropew; jirrikonoxxi l-importanza tat-twaqqif tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jinnota li s-Semestru Ewropew ġie msaħħaħ u ssimplifikat, iżda jenfasizza li l-involviment aħjar tal-parlamenti nazzjonali jgħin għat-tisħiħ tas-sjieda nazzjonali, li jwassal għal implimentazzjoni aħjar tas-CSRs, u b'hekk jittejjeb il-proċess tas-Semestru Ewropew; jinnota li hija l-ewwel u qabel kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jagħżlu politiki fiskali u ekonomiċi adegwati u sostenibbli;

33.  Jiddispjaċih li, sal-ġurnata tal-lum, ma sar l-ebda segwitu prattiku għat-talba tiegħu għal kodiċi ta' konverġenza – li għandu jiġi adottat b'kodeċiżjoni – sabiex ikun hemm qafas aktar effettiv għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; ifakkar, barra minn hekk, li, filwaqt li jirrikonoxxi l-fatt li s-Semestru Ewropew diġà ġie ssimplifikat, il-Parlament talab li jiġi konkluż ftehim interistituzzjonali biex il-Parlament jingħata rwol aktar sostanzjali fis-Semestru Ewropew; ifakkar, f'dan il-kuntest, fis-suġġeriment tiegħu, speċifikament konformi mar-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-parlamenti nazzjonali, li l-kalendarji baġitarji fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew jeħtieġ li jkunu kkoordinati aħjar matul il-proċess kollu sabiex kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-parlamenti nazzjonali jiġu involuti aħjar fis-Semestru Ewropew;

34.  Jissottolinja l-importanza tal-impenn favur il-proċess tal-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-ftuħ u t-trattament ugwali tal-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja; ifakkar li l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja, inkluża Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti u garanzija ta' kontinġenza fiskali għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, irid ikompli, bħalma jridu jkomplu wkoll il-miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis tar-riskju;

35.  Jilqa' l-proposti kontra l-ħasil tal-flus ippreżentati mill-Kummissjoni fil-kuntest tar-rieżami tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF); iħeġġeġ lill-Kunsill jikkompleta flimkien mal-Parlament in-negozjati leġiżlattivi qabel tmiem din il-leġiżlatura, peress li l-politiki kontra l-ħasil tal-flus jeħtieġ li jissaħħu sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet futuri fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu qed jiffaċilitaw b'mod attiv il-ħasil tal-flus;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, bl-għajnuna tal-Awtoritajiet superviżorji Ewropej, tidentifika u tneħħi l-ostakli li jxekklu s-suq intern u tgħin sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi; huwa tal-fehma li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni għandha tkun l-infurzar effikaċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità ikbar lir-regolamenti milli lid-direttivi bħala l-għodda leġiżlattiva għall-Unjoni Bankarja u l-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, fejn xieraq u fuq bażi ta' każ b'każ, sabiex jiġi evitat li jinħolqu kemm frammentazzjoni kif ukoll sitwazzjoni fejn is-superviżuri jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' sistemi nazzjonali differenti;

38.  Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tiġi kkompletata; jenfasizza li s-swieq kapitali kbar u integrati sewwa huma komplementari għall-Unjoni Bankarja, minħabba l-kontribut tagħhom għall-kondiviżjoni tar-riskju privat, filwaqt li jżidu l-konverġenza ekonomika, jgħinu biex jammortizzaw ix-xokkijiet futuri, u potenzjalment iwasslu għal allokazzjoni aħjar tal-fondi fejn meħtieġ; jitlob studju komprensiv dwar l-iktar qafas xieraq sabiex titqies aħjar in-natura li qed tevolvi b'mod rapidu tas-servizzi finanzjarji; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-aċċess aħjar għal sorsi addizzjonali ta' finanzjament ikun partikolarment ta' għajnuna għan-negozji l-ġodda u l-SMEs, filwaqt li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir solidu tagħhom;

39.  Jilqa' l-ħidma mwettqa s'issa u jqis li jeħtieġ li jitkompla r-rieżami komprensiv tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-VAT; jinsisti dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; jinnota l-ħidma tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni ġusta tal-ekonomija diġitali;

40.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kollha tal-UE, inklużi l-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, isaħħu saħansitra aktar l-isforzi ta' komunikazzjoni tagħhom sabiex jispjegaw aħjar il-ħidma tagħhom u sabiex itejbu l-informazzjoni disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE.

41.  Jenfasizza li l-Ewropa hija forza pożittiva fid-dinja u għandha tkompli tkun, billi tiddefendi l-valuri tagħha, il-multilateraliżmu u d-dritt internazzjonali; ifakkar li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar kontributuri għall-għajnuna internazzjonali għall-iżvilupp;

42.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill biex jistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), ir-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD) u l-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) bħala passi importanti lejn politika ta' difiża komuni, u jinnota proposti minn ċerti Stati Membri għal Kunsill tas-Sigurtà tal-UE u għal Inizjattiva ta' Intervent Ewropew; ifakkar t-talba tiegħu għat-twaqqif ta' Kunsill Permanenti tal-Ministri għad-Difiża ppresedut mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), u jenfasizza l-importanza ta' obbligu ta' rendikont demokratiku xieraq fid-deċiżjonijiet meħuda f'dan il-qasam u l-ħtieġa ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali f'dan ir-rigward;

43.  Jilqa' t-tisħiħ tal-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili u jitlob għal darba oħra li jinħoloq Korp Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili, peress li t-Trattati eżistenti jipprovdu bażi tajba għal dan;

44.  Ifakkar fl-adeżjoni pendenti tal-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u jitlob li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom jiġu inkorporati fit-TUE u fit-TFUE;

45.  Jiddeplora n-nuqqas ta' ftehim bejn l-Istati Membri rigward il-prijoritajiet u l-implimentazzjoni ta' politika komprensiva dwar l-immigrazzjoni fil-livell tal-UE, li tkun tippermetti li jiġu organizzati u rregolati l-flussi migratorji, jiġu kkontrollati l-fruntieri esterni tal-UE b'mod aktar effettiv, ikun hemm kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-migranti u tal-persuni li jfittxu ażil, fost objettivi oħra; jissottolinja li jeħtieġ li jingħelbu l-kontradizzjonijiet ovvji fl-interessi esposti mill-Istati Membri, kif ukoll l-iskuntentizza espressa miċ-ċittadini, sabiex ma jiġix ipperikolat il-proġett ta' integrazzjoni Ewropea, li jbati bħala riżultat dirett tal-istrumentalizzazzjoni tal-kwistjoni tal-migrazzjoni mill-partiti Ewroxettiċi;

46.  Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni tas-sistema ta' Dublin; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza li s-sħubija tiegħu mal-Afrika tissaħħaħ u jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar "It-tisħiħ ta' rotot legali lejn l-Ewropa: parti indispensabbli minn politika dwar il-migrazzjoni bbilanċjata u komprensiva" li tistabbilixxi mezzi legali għall-migrazzjoni (COM(2018)0635);

47.  Jenfasizza l-importanza ta' politika agrikola komuni (PAK) appoġġata minn baġit iffinanzjat tajjeb; ifakkar kemm il-PAK għandha importanza ċentrali għall-istorja tal-Unjoni; jinnota r-rwol fundamentali li għandha fl-iżgurar ta' reġjuni rurali vibranti u provvista tal-ikel sikura; jinnota li r-riforma li jmiss tal-PAK hija opportunità biex jissaħħaħ it-twettiq tal-objettivi tagħha; jenfasizza li l-PAK hija waħda mill-eqdem politiki u trid tkompli tkun waħda mill-aktar politiki importanti u integrati, u li se tkompli tikkontribwixxi għall-bini tal-futur tal-Ewropa permezz ta' integrazzjoni akbar, il-preservazzjoni tal-ambjent u s-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel għaċ-ċittadini tal-UE; jinnota li l-politiki ta' żvilupp agrikolu u rurali għandhom potenzjal kbir f'dak li hu forniment ta' beni pubbliċi; jenfasizza li l-biedja Ewropea taqdi rwol vitali fit-tmigħ tal-pjaneta u fil-fatt li tipprovdi impjiegi għal 46 miljun ruħ; jenfasizza r-rwol li l-PAK taqdi fiż-żamma tal-istat u l-kwalità tal-ħamrija, tal-ilma u ta' riżorsi naturali oħra; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-agrikoltura fil-prijoritajiet tal-Unjoni biex jittaffa l-effett tat-tibdil fil-klima u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli; jissottolinja l-importanza ta' PAK iffinanzjata tajjeb u riformata biex jiġu indirizzati b'mod determinat il-bosta sfidi li l-Unjoni se jkollha tiffaċċja fil-ġejjieni; Jenfasizza li l-PAK ma tirrigwardax sempliċement il-biedja u l-bdiewa iżda tirrigwarda wkoll l-għajnuna lill-komunitajiet rurali usa' li fihom joperaw u l-iżvilupp ta' dawn il-komunitajiet;

48.  Jenfasizza li l-politika kummerċjali komuni trid tibqa' pilastru fundamentali tal-politika estera tal-Unjoni, peress li għandha implikazzjonijiet diretti għall-ħajja taċ-ċittadini, u li għandha tgħin lill-Unjoni tadatta ruħha għar-rwol il-ġdid tagħha f'dinja karatterizzata minn multipiċità ta' atturi ewlenin fix-xena internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jikkooperaw fl-oqsma li ġejjin:

   a) it-tisħiħ tal-politika kummerċjali komuni permezz tal-integrazzjoni tagħha fil-qafas ta' politika usa'; it-tmexxija tal-politika kummerċjali dinjija fil-livell multilaterali u f'dak bilaterali;
   b) it-tmexxija tad-difiża ta' sistema kummerċjali globali orjentata lejn l-iżvilupp li tkun miftuħa, ibbażata fuq ir-regoli, ekwa u sostenibbli, li tiżgura li l-kumpaniji tal-UE jkunu jistgħu joperaw globalment f'qafas ta' kondizzjonijiet ugwali, regoli prevedibbli, kompetizzjoni ġusta u obbligi definiti, li għandhom jinkludu ħidma b'mod kostruttiv fuq pożizzjoni komuni tal-Unjoni fin-negozjati intergovernattivi tan-NU dwar ir-responsabbiltà għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tar-responsabbiltà korporattiva u l-obbligi vinkolanti ta' diliġenza dovuta fir-rigward tal-ktajjen tal-provvista u tal-produzzjoni;
   c) l-aġġornament sħiħ u immedjat tal-Parlament bl-informazzjoni dwar in-negozjati u l-mandat tal-Kunsill, u tul l-implimentazzjoni kollha tal-ftehimiet internazzjonali, bil-għan li jiġi żgurat li jkun jista' jeżerċita s-setgħat u l-prerogattivi tiegħu; is-simplifikazzjoni u t-taqsir tal-proċessi ta' negozjati u t-tisħiħ tal-iskrutinju tal-Parlament tul iż-żmien kollu; iż-żieda tat-trasparenza lejn iċ-ċittadini tal-UE billi jiġu ppubblikati d-direttivi ta' negozjar (mandati) għall-ftehimiet kummerċjali qabel ma jinbdew in-negozjati; ir-rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-ġurisprudenza reċenti tal-UE li tistabbilixxi l-politika kummerċjali komuni bħala kompetenza esklużiva tal-Unjoni;
   d) l-inklużjoni sistematika, fil-ftehimiet kummerċjali, ta' kapitoli dwar il-kummerċ diġitali, l-SMEs, kif ukoll dispożizzjonijiet vinkolanti u infurzabbli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli minbarra dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-qadi ta' rwol ta' tmexxija f'dawn is-suġġetti fid-diskussjonijiet multilaterali; id-difiża tal-privatezza tad-data taċ-ċittadini tal-UE;
   e) it-tisħiħ tal-koerenza tal-politika kummerċjali komuni mal-PESK, mal-politika Ewropea dwar l-iżvilupp u mal-politika dwar il-klima sabiex jiġu garantiti l-valuri u l-objettivi spjegati fl-Artikolu 3(5) tat-TUE u l-Artikoli 21, 207 u 208 tat-TFUE, b'aderenza sħiħa mal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp;

49.  Iqis li l-Unjoni għandha tkompli tmexxi 'l quddiem il-kummerċ internazzjonali filwaqt li tiddefendi l-istandards soċjali, dawk tax-xogħol u dawk ambjentali; iwissi kontra l-gwerer kummerċjali, li jipproduċu biss telliefa u jżidu t-tensjonijiet politiċi u tas-sigurtà;

50.  Ifakkar li skont l-Artikolu 17(7) tat-TUE, "waqt li jitqiesu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u wara konsultazzjonijiet xierqa, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġgoranza kwalifikata, għandu jipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għall-funzjoni ta' President tal-Kummissjoni"; jissottolinja d-determinazzjoni tiegħu li jkompli bil-proċess tal- iSpitzenkandidaten għall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni li jmiss b'konformità mat-Trattat ta' Lisbona, u jilqa' l-appoġġ tal-Kummissjoni u ta' ċerti Stati Membri f'dan ir-rigward; jenfasizza li fil-proċess tal-investitura tal-President tal-Kummissjoni, il-konsultazzjonijiet xierqa mal-Parlament huma tal-ikbar importanza, peress li, wara l-elezzjonijiet, dan se jiddetermina l-kandidat li jista' jiġi appoġġjat minn maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu u se jittrażmetti r-riżultat tad-deliberazzjonijiet interni tiegħu lill-Kunsill Ewropew; Ifakkar li l-kandidat irid ikun ġie maħtur bħala Spitzenkandidat minn wieħed mill-partiti politiċi Ewropej u jrid ikun mexxa kampanja għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni fiż-żmien ta' qabel l-elezzjonijiet Ewropej; iqis li din il-prattika uriet aktar minn biżżejjed is-siwi tagħha, billi ssaħħaħ il-leġittimità soċjetali tal-elezzjonijiet Ewropej u r-rwol supranazzjonali tal-Parlament Ewropew bħala esponent taċ-ċittadinanza Ewropea u tad-demokrazija Ewropea; iwissi għal darba oħra li l-Parlament Ewropew se jkun lest li jiċħad kwalunkwe kandidat fil-proċedura ta' investitura tal-President tal-Kummissjoni li ma jkunx ġie nominat bħala Spitzenkandidat fiż-żmien ta' qabel l-elezzjonijiet Ewropej;

51.  Jiddispjaċih minħabba t-tentazzjoni frekwenti u mifruxa li jiġu attribwiti deċiżjonijiet mhux popolari lil "Brussell" u li l-awtoritajiet nazzjonali jinħelsu mir-responsabbiltajiet u mill-politika tagħhom, minħabba li din l-attitudni inġusta u opportunistika tagħmel ħsara lill-Ewropa, tippromwovi sentimenti anti-Ewropej u nazzjonaliżmu u tiskredita lill-istituzzjonijiet tal-UE; iqis, barra minn hekk, li l-attribuzzjonijiet foloz imorru kontra l-imperattiv tal-obbligu ta' rendikont tal-azzjoni governattiva; jisħaq fuq il-punt li l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tad-dritt tal-UE huma essenzjali biex il-politiki tal-Unjoni jitwettqu b'suċċess u biex bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u ċ-ċittadini titrawwem fiduċja reċiproka u jesprimi tħassib dwar l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jonqsu milli jagħmlu dan għax iridu;

52.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' valutazzjoni aktar b'saħħitha tal-konsegwenzi soċjali u ambjentali tal-politiki tal-UE, billi nżommu f'moħħna wkoll il-kost tan-nonleġiżlazzjoni fil-livell Ewropew (l-hekk imsejjaħ "Kost tan-Non-Ewropa");

53.  Jissottolinja l-ħtieġa li tintefa' attenzjoni konċentrata partikolari fuq il-liġi amministrattiva tal-UE, kif hemm indikat fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2016 li titlob għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti(13);

54.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-ispazju pubbliku Ewropew bħala spazju demokratiku supranazzjonali; jenfasizza li l-isfidi ewlenin li l-Ewropa qed taffronta jridu jiġu indirizzati u diskussi minn perspettiva Ewropea u mhux minn perspettiva nazzjonali biss u billi jiġu implimentati bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet imnaqqxa fl-Artikoli 10 u 11 tat-TUE; jirrimarka li, għal din ir-raġuni, huwa meħtieġ li d-demokrazija Ewropea ssaħħaħ id-dimensjoni transnazzjonali tal-objettivi u l-isfidi tagħha, filwaqt li tippromwovi ċittadinanza Ewropea bbażata fuq il-valuri komuni fl-Unjoni Ewropea u b'aktar edukazzjoni istituzzjonali Ewropea u qafas soċjetali deliberattiv, aktar parteċipattiv kif ukoll kampanja aktar Ewropea u anqas iffokata fuq il-lat nazzjonali għall-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin dalwaqt fl-2019;

55.  Jilqa' l-approċċ li l-Unjoni ħadet lejn in-negozjati dwar il-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, u jissottolinja l-unità eċċellenti murija mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri; jinnota li l-esperjenza fin-negozjati uriet il-kumplessitajiet enormi ta' tali deċiżjonijiet;

56.  Jenfasizza għal darb'oħra li la s-sovranità nazzjonali u lanqas is-sussidjarjetà ma jistgħu jiġġustifikaw jew jagħmlu leġittimu li Stat Membru sistematikament jirrifjuta li jirrispetta l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea li nebbħu l-artikoli introduttorji tat-Trattati Ewropej, li kull Stat Membru volontarjament approva u impenja ruħu li jirrispetta; jenfasizza, barra minn hekk, li ż-żamma ta' dawn il-valuri hija fundamentali għall-koeżjoni tal-proġett Ewropew, għad-drittijiet tal-Ewropej kollha u għall-fiduċja reċiproka meħtieġa fost l-Istati Membri; jitlob għal darba oħra lill-Kummissjoni tressaq malajr proposta li timplimenta r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016, li jkun fiha rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

57.  Ifakkar li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja (Kawżi Magħquda C-8/15 P sa C-10/15 P(14)), l-istituzzjonijiet Ewropej huma marbuta li jirrispettaw u jiddefendu d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE anke meta jaġixxu barra mill-qafas legali tal-UE;

58.  Itenni li, fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, għandu jitqies kif is-sistema baġitarja tal-UE tista' tiġi riformata biex tipprovdi baġit xieraq li jiggarantixxi l-finanzjament tal-politiki ppjanati, il-kisba ta' bilanċ aħjar bejn il-prevedibbiltà u l-kapaċità ta' rispons, u kif għandu jiġi żgurat li l-arranġamenti kumplessivi ta' finanzjament ma jkunux aktar kumplessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika tal-Unjoni u jiġi garantit l-obbligu ta' rendikont; huwa tal-fehma li l-prekondizzjonalità tal-politiki trid tissaħħaħ, fejn meħtieġ u mingħajr ma tiġi perikolata l-funzjonalità tal-programmi, bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba effettiva fl-implimentazzjoni tal-infiq tal-Unjoni;

59.  Jenfasizza l-importanza li tintefa' attenzjoni konċentrata b'mod partikolari fuq l-użu aktar effiċjenti tal-finanzjament u fuq il-mekkaniżmi demokratiċi ta' kontroll tal-baġit tal-UE; jitlob li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jtejbu l-proċeduri u l-prattiki tagħhom immirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u jikkontribwixxu attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati; jemmen, f'dan il-kuntest, li l-proċedura ta' kwittanza hija strument indispensabbli ta' responsabbiltà demokratika lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u jfakkar fid-diffikultajiet li ġew iffaċċjati ripetutament minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jinsisti li l-Kunsill irid jinżamm politikament responsabbli u trasparenti bħalma huma l-istituzzjonijiet l-oħrajn; jenfasizza li ma għandu jkun hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan;

60.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fenomenu tal-korruzzjoni li għandu konsegwenzi finanzjarji sinifikanti u li jirrappreżenta theddida serja għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-investiment pubbliku; jindika kemm hu importanti li l-flus tal-kontribwenti tal-UE jiġu salvagwardati kontra l-frodi u kontra attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

61.  Itenni li meta jitqies l-istat preżenti tal-proġett ta' integrazzjoni, l-UE jeħtiġilha teżawrixxi kull triq possibbli biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat ta' Lisbona; jindika li reviżjoni sussegwenti tat-Trattati għandha tkun ibbażata fuq it-tlaqqiegħ ta' Konvenzjoni – li tiggarantixxi l-inklużività permezz tal-kompożizzjoni tagħha ta' rappreżentanti u tipprovdi pjattaforma għar-riflessjoni u għall-involviment mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini – bil-għan li tiddiskuti u tislet konklużjonijiet mid-diversi kontributi għall-proċess ta' riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa mill-istituzzjonijiet u minn korpi oħra tal-Unjoni u mill-proposti mressqa minn kapijiet ta' stat jew ta' gvern, mill-parlamenti nazzjonali u mis-soċjetà ċivili u waqt konsultazzjonijiet maċ-ċittadini;

62.  Jenfasizza li l-proċess ta' riflessjoni dwar il-futur tal-Ewropa diġà beda fuq il-bażi tad-diversi pożizzjonijiet dwar ir-riforma tal-UE meħuda mill-Parlament, mill-Kunsill Ewropew u mill-Kummissjoni; jiddispjaċih li, minkejja dawn il-pożizzjonijiet, ġew previsti biss riformi marġinali; jenfasizza li, ladarba jkunu ġew stabbiliti l-Parlament il-ġdid u l-Kummissjoni l-ġdida, dawn għandhom jikkapitalizzaw mill-ħidma li saret fil-leġiżlatura preċedenti u jibdew jaħdmu fuq il-proposti li saru;

63.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
(2) ĠU C 242, 10.7.2018, p. 24.
(3) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.
(4) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.
(5) ĠU C 252, 18.7.2018, p. 235.
(6) ĠU C 263, 25.7.2018, p. 125.
(7) ĠU C 345, 13.10.2017, p. 11.
(8) ĠU C 306, 15.9.2017, p. 1.
(9) ĠU L 45, 17.2.2018, p. 40.
(10) Testi adottati, P8_TA(2018)0056.
(11) Testi adottati, P8_TA(2018)0186.
(12) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(13) ĠU C 86, 6.3.2018, p. 126.
(14) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta' Settembru 2016, Ledra Advertising Ltd u Oħrajn vs Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew, ECLI:EU:C:2016:701.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: livelli ta 'tqassim ġeografiku
PDF 123kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli ta' tqassim ġeografiku (C(2018)08872 – 2018/3002(DEA))
P8_TA(2019)0099B8-0080/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2018)08872),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 28 ta' Jannar 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 2(3) u 10(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; billi t-Trattati mhumiex se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara n-notifika, jiġifieri t-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perjodu;

B.  billi r-Regolament (KE) Nru 184/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani;

C.  billi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni se jkollu l-konsegwenza li r-Renju Unit isir pajjiż terz, u għalhekk, l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani għandha tqis lir-Renju Unit bħala pajjiż terz, aktar milli Stat Membru;

D.  billi l-uniċi modifiki li jipprevedi r-Regolament Delegat C(2018)08872 huma li r-Renju Unit jiġi kklassifikat bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005;

E.  billi l-pubblikazzjoni rapida tar-Regolament Delegat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tippermetti għal aktar ċertezza legali u żmien xieraq għall-implimentazzjoni qabel it-30 ta' Marzu 2019;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għall-abbozz ta' Regolament Delegat C(2018)08872;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: l-istandards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklirjar biex jestendu d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC
PDF 122kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklirjar biex jestendu d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC (C(2018)09047 – 2018/2998(DEA))
P8_TA(2019)0100B8-0088/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2018)09047),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se jqajjem oġġezzjonijiet għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-4 ta' Frar 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2) u 82(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(2),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji (RTS) dwar in-novazzjoni ta' kuntratti bilaterali mhux soġġetti għal marġnijiet bilaterali sottomessi mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fis-27 ta' Settembru 2018 skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat fih dettalji importanti relatati mal-eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar għal tranżazzjonijiet intragrupp ma’ entitajiet ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi, fejn ma ġiet adottata l-ebda deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-pajjiż terz li fih hija stabbilita l-entità tal-grupp;

B.  billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza tal-adozzjoni rapida ta’ dan l-att, peress li l-Kummissjoni għadha ma adottatx tali deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u l-ewwel data differita ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar kienet it-21 ta’ Diċembru 2018, iżda jemmen ukoll li d-dewmien bla bżonn tal-Kummissjoni fl-adozzjoni ta’ dan l-att sal-19 ta’ Diċembru 2018, filwaqt li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ippubblikat l-abbozz ta’ RTS tagħha sa mill-27 ta’ Settembru 2018;

C.  billi l-Parlament iqis li l-RTS adottati mhumiex "l-istess" bħall-abbozz tal-RTS ippreżentat mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) minħabba l-bidliet tal-Kummissjoni li ġew introdotti f'dan l-abbozz, u jqis li għandu tliet xhur ("il-perjodu ta' skrutinju") biex joġġezzjona għall-RTS; billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindika l-perjodu ta' skrutinju ta' xahar biss f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozzi tal-ASE mingħajr tibdil, jiġifieri fejn l-abbozz u l-RTS adottati jkunu "l-istess";

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: id-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti
PDF 121kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205, ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 u r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (C(2018)09122 – 2018/3004(DEA))
P8_TA(2019)0101B8-0090/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2018)09122),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se jqajjem oġġezzjonijiet għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-4 ta' Frar 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 intitolata "Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Marzu 2019: Implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Kontinġenza tal-Kummissjoni" (COM(2018)0890),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2) u 82(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(2),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji (RTS) dwar in-novazzjoni ta' kuntratti li għalihom l-obbligu tal-ikklirjar għadu ma daħalx fis-seħħ, ippreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fit-8 ta' Novembru 2018, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-att delegat fih regoli importanti relatati mat-tranżazzjonijiet konklużi bejn kontroparti stabbilita fir-Renju Unit u kontroparti stabbilita fl-UE-27 u li huwa parti mill-pakkett ta' miżuri ta' kontinġenza f'każ ta' Brexit ta' ebda ftehim;

B.  billi l-Parlament jaqbel dwar l-importanza li l-awtoritajiet kompetenti u s-swieq finanzjarji jeżentaw ċerti tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn novazzjoni, għal perjodu limitat ta' 12-il xahar, jekk il-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit tinbidel għal kontroparti fi ħdan l-UE-27;

C.  billi l-Parlament iqis li l-RTS adottati mhumiex "l-istess" bħall-abbozz tal-RTS ippreżentat mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) minħabba l-bidliet tal-Kummissjoni li ġew introdotti f'dan l-abbozz, u jqis li għandu tliet xhur ("il-perjodu ta' skrutinju") biex joġġezzjona għall-RTS; billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindika l-perjodu ta' skrutinju ta' xahar biss f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozzi tal-ASE mingħajr tibdil, jiġifieri fejn l-abbozz u l-istandards tekniċi regolatorji adottati jkunu "l-istess";

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: id-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP
PDF 124kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP (C(2018)09118 – 2018/3003(DEA))
P8_TA(2019)0102B8-0089/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2018)09118),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se jqajjem oġġezzjonijiet għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-4 ta' Frar 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 intitolata "Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Marzu 2019: Implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Kontinġenza tal-Kummissjoni" (COM(2018)0890),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament