Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0332(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0169/2019

Testi mressqa :

A8-0169/2019

Dibattiti :

PV 25/03/2019 - 15
CRE 25/03/2019 - 15

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0225

Testi adottati
PDF 201kWORD 61k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu
Twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin ***I
P8_TA(2019)0225A8-0169/2019
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE (COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0639),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0408/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-House of Lords tar-Renju Unit,li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni online li saret mill-Kummissjoni Ewropea bejn l-4 ta' Lulju 2018 u s-16 ta' Awwissu 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0169/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 305.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta’ Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE
P8_TC1-COD(2018)0332

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Fl-imgħoddi, l-Istati Membri għażlu li jdaħħlu arranġamenti għall-ħin tas-sajf fil-livell nazzjonali. Għal dik ir-raġuni, kien importanti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu ffissati dati u ħinijiet komuni għall-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-ħin tas-sajf madwar l-Unjoni biex jiġi kkoordinat it-tibdil tas-siegħa fl-Istati Membri. Skont id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3), illum il-ġurnata l-Istati Membri kollha japplikaw arranġamenti il-bidliet staġonali fil-ħin darbtejn fis-sena. Il-ħin standard jinbidel għall-ħin tas-sajf mill-aħħar fl-aħħar Ħadd f'Marzu u jibqa' fis-seħħ sal-aħħar Ħadd ta' Ottubru tal-istess sena. [Em. 1]

(2)  Fil-kuntest tad-diversi petizzjonijiet, inizjattivi taċ-ċittadini u mistoqsijiet parlamentari, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tagħha tiegħu tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni eżawrjenti tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-rieżami tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat enfasizzat ukoll li huwa essenzjali l-importanza li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat jinżamm approċċ armonizzat u koordinat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha, u għal reġim tal-ħin unifikat tal-UE. [Em. 2]

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dawn f'dan il-qasam sabiex jiġi żgurat li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-ħolqien tal-prevedibbiltà u ċ-ċertezza fit-tul, kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil it-tfixkil għall-iskedar tal-operati tal-operazzjonijiet tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex konklużjoni rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena. [Em. 3]

(3a)   Id-dibattitu pubbliku dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf mhuwiex ġdid, u wara l-introduzzjoni tal-ħin tas-sajf kien hemm bosta inizjattivi li kellhom l-għan li jtemmu din il-prattika. Xi Stati Membri organizzaw konsultazzjonijiet nazzjonali u l-parti l-kbira tan-negozji u tal-partijiet interessati appoġġjaw it-tmiem tal-prattika. Il-konsultazzjoni varata mill-Kummissjoni Ewropea waslet għall-istess konklużjoni. [Em. 4]

(3b)  F'dan il-kuntest, is-sitwazzjoni tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem tista' sservi ta' eżempju ta' kif l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf fil-bidu kienu meqjusa inkompatibbli mal-prattiki tax-xogħol agrikolu, b'mod partikolari rigward il-bidu diġà kmieni ħafna tal-ġurnata tax-xogħol bil-ħin standard. Barra minn hekk, kien jitqies li t-tranżizzjoni għall-ħin tas-sajf darbtejn fis-sena kienet tagħmilha aktar diffiċli li l-prodotti jew l-annimali jitwasslu lejn is-swieq. U fl-aħħar nett kien preżunt li l-produzzjoni tal-ħalib kienet sejra tonqos, minħabba li l-baqar isegwu r-ritmu tal-ħlib naturali tagħhom. Madankollu, it-tagħmir u l-prattiki agrikoli moderni rrevoluzzjonaw il-biedja b'tali mod li l-parti l-kbira ta' dawn il-preokkupazzjonijiet m'għadhomx aktar rilevanti, filwaqt li jibqa' rilevanti t-tħassib relatat mal-bijoritmu tal-annimali kif ukoll mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-bdiewa. [Em. 5]

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf. Madwar 4,6 miljun ċittadin ipparteċipaw fil-konsultazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni, total li jirrappreżenta l-ogħla għadd ta' risponsi li qatt ntlaqgħu matul kwalunkwe konsultazzjoni organizzata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, numru ta' inizjattivi taċ-ċittadini enfasizzaw it-tħassib pubbliku rigward it-tibdil tas-siegħa darbtejn fis-sena, u ċerti Stati Membri diġà esperimew esprimew il-preferenza tagħhom li jtemmu tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw għall-ħin tas-sajf. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfixkil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat u armonizzat. [Em. 6]

(4a)  Il-kronobijoloġija turi li l-bijoritmu tal-ġisem tal-bniedem huwa affettwat minn kwalunkwe tibdil fil-ħin, li jista' jkollu impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem. L-evidenza xjentifika riċenti tissuġġerixxi b'mod ċar li hemm rabta bejn il-bidliet fil-ħin u l-mard kardjovaskulari, il-mard infjammatorju tas-sistema immunitarja jew l-ipertensjoni, b'rabta mad-disturb taċ-ċiklu ċirkadjan. Ċerti gruppi, bħat-tfal u l-anzjani, huma partikolarment vulnerabbli. Għaldaqstant, għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, ikun tajjeb li l-bidliet staġonali fil-ħin jintemmu. [Em. 7]

(4b)   It-territorji, apparti t-territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri, huma raggruppati fi tliet żoni ta' ħin jew ta' ħinijiet standard differenti, jiġifieri GMT, GMT +1 u GMT +2. L-estensjoni vasta mit-Tramuntana għan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea tfisser li l-effetti tad-dawl ta' binhar ivarjaw madwar l-Unjoni. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jikkunsidraw l-aspetti ġeografiċi tal-ħin, jiġifieri ż-żoni tal-ħin naturali u l-pożizzjoni ġeografika, qabel ma jibdlu ż-żoni tal-ħin tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkonsultaw liċ-ċittadini u lill-partijiet interessati rilevanti qabel ma jiddeċiedu li jibdlu ż-żoni tal-ħin tagħhom. [Em. 8]

(4c)  Għadd ta' inizjattivi taċ-ċittadini enfasizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar il-qlib fis-siegħa darbtejn fis-sena u l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw iż-żmien u l-opportunità li jwettqu l-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom stess sabiex jifhmu aħjar l-implikazzjonijiet tat-tmiem tal-bidliet staġonali fil-ħin fir-reġjuni kollha. [Em. 9]

(4d)  Il-ħin tas-sajf ippermetta li l-inżul tax-xemx jidher li jsir aktar tard matul ix-xhur tas-sajf. Għall-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni, i s-sajf huwa sinonimu mal-fatt li d-dawl tax-xemx jibqa' preżenti sa tard filgħaxija. Li nerġgħu lura għall-ħin "standard" iwassal biex fis-sajf ix-xemx tinżel siegħa aktar kmieni, b'perjodu tas-sena ferm aqsar li matulu d-dawl ta' binhar jibqa' preżenti sa tard filgħaxija. [Em. 10]

(4e)  Bosta studji eżaminaw ir-rabta bejn il-bidla għall-ħin tas-sajf u r-riskju ta' attakki tal-qalb, it-tħarbit tar-ritmu tal-ġisem, in-nuqqas ta' rqad, in-nuqqas ta' konċentrazzjoni u attenzjoni, ir-riskju akbar ta' inċidenti, il-livell aktar baxx ta' sodisfazzjon fil-ħajja u anke r-rati ta' suwiċidju. Madankollu, huwa ċar li s-sigħat itwal ta' dawl matul il-jum, l-attivitajiet fil-beraħ wara x-xogħol jew l-iskola u l-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx għandhom xi effetti pożittivi fit-tul fuq il-benesseri ġenerali. [Em. 11]

(4f)  Il-bidliet staġonali fil-ħin għandhom ukoll impatt negattiv fuq it-trattament xieraq tal-annimali, li huwa evidenti fil-biedja, pereżempju, fejn il-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar tbati. [Em. 12]

(4g)  Hemm preżunzjoni komuni li l-bidliet staġonali fil-ħin iwasslu għal iffrankar tal-enerġija. Tabilħaqq, din kienet ir-raġuni ewlenija għalfejn dawn ġew introdotti għall-ewwel darba matul is-seklu li għadda. Ir-riċerka turi, madankollu, li filwaqt li t-tibdil staġonali jista' jkollu benefiċċji marġinali fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija fl-Unjoni kollha, dan mhux il-każ f'kull Stat Membru. L-enerġija għad-dawl li tiġi ffrankata bil-bidla għall-ħin tas-sajf tista' tingħeleb ukoll minn żieda fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin. Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tar-riżultati hija diffiċli, peress li dawn huma influwenzati ħafna minn fatturi esterni, bħall-meteoroloġija, l-imġiba tal-utenti tal-enerġija jew it-tranżizzjoni enerġetika li għadha għaddejja. [Em. 13]

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni il-ġurisdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażisa mhux aktar tard mill-1 ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoniApril 2020 fl-eventwalità li jiddeċiedu li jibdlu l-ħin standard tagħhom, fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru 2021. [Em. 14]

(6)  Għaldaqstant, hemm bżonn li tintemm l-armonizzazzjoni tal-perjodu kopert mill-arranġamenti għall-ħin tas-sajf kif stabbiliti fid-Direttiva 2000/84/KE, u li jiddaħħlu regoli komuni li jipprevjenu li l-Istati Membri japplikaw arranġamenti differenti tal-ħin skont l-istaġun billi jibdlu l-ħin standard tagħhom aktar minn darba matul is-sena, u li jistabbilixxu l-obbligu ta’ notifika tal-bidliet previsti fil-ħin standard. Din id-Direttiva timmira li jikkontribwixxi, b’mod determinanti, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u għaldaqstant jenħtieġ li tissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. [Em. 15]

(6a)   Id-deċiżjoni dwar liema ħin standard għandu jiġi applikat f'kull Stat Membru tirrikjedi li, minn qabel, ikunu saru konsultazzjonijiet u studji li jikkunsidraw il-preferenzi taċ-ċittadini, il-varjazzjonijiet ġeografiċi, id-differenzi reġjonali, l-arranġamenti standard tax-xogħol u fatturi oħra rilevanti għall-Istat Membru partikolari. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex janalizzaw l-impatt tal-proposta u jagħżlu s-soluzzjoni li l-aktar taqdi lill-popolazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. [Em. 16]

(6b)   Bidla fil-ħin mhux relatata mal-bidliet staġonali twassal għal spejjeż ta' tranżizzjoni, speċjalment rigward is-sistemi tal-IT fis-settur tat-trasport u f'setturi oħrajn. Jeħtieġ perjodu ta' tħejjija raġonevoli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva bil-għan li jkun hemm tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż ta' tranżizzjoni. [Em. 17]

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2019mill-1 ta' April 2021, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jenħtieġ li jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat (UTC), fil-31fl-aħħar Ħadd ta' ta' Marzu 20192021. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru 20192020, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2019 2021 'il quddiem b'mod ikkoordinat. [Em. 18]

(7a)  Bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkoordinaw flimkien u jieħdu deċiżjonijiet dwar il-previżjonijiet tal-arranġamenti tal-ħin tagħhom b'mod kondiviż u koordinat. Għalhekk , jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jkun jikkonsisti minn rappreżentant maħtur minn kull Stat Membru u minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni jenħtieġ li jiddiskuti u jivvaluta l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-bidla prevista fil-ħinijiet standard ta' Stat Membru, bil-għan li jiġi evitat tfixkil sinifikanti. [Em. 19]

(7b)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk l-arranġamenti tal-ħin previsti fl-Istati Membri differenti jkollhomx il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti u permanenti l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Fejn dik il-valutazzjoni ma twassalx biex l-Istati Membri jikkunsidraw mill-ġdid l-arranġamenti tal-ħin previsti tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mhux aktar minn 12-il xahar u tissottometti proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq. Minħabba f'hekk, u sabiex tiġi garantita l-applikazzjoni adegwata ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) bil-għan li tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mhux aktar minn 12-il xahar. [Em. 20]

(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tkun immonitorjata. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tressaq rapport bir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jenħtieġ li jissejjes fuq l-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fi żmien suffiċjenti biex ir-rapport ikun jista’ jitressaq fil-mument speċifikat.

(9)  Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva rigward l-arranġamenti tal-ħin armonizzati ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minflok, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(10)  Jenħtieġ li l-arranġamenti tal-ħin armonizzati jiġu applikati skont id-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattati kif speċifikat fl-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(11)  Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/84/KE jenħtieġ li titħassar,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw bidliet staġonali għall-ħin jew ħinijiet standard tagħhom.

2.  Minkejja l-paragrafu 1B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2019fl-2021, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru 2019 ta' dik is-sena. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2020. [Em. 21]

Artikolu 2

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew il-ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni tal-anqas sitt (6) xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Fejn Stat Membru jkun bagħat tali notifika u ma jkunx irtiraha tal-anqas sitt (6) xhur qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru għandu japplika din il-bidlaIl-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni b'dan huwa stabbilit bil-għan li jiżgura approċċ armonizzat u kkoordinat għal arranġamenti tal-ħin madwar l-Unjoni. [Em. 22]

2.  Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b’dan Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jikkonsisti minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u tippubblika dik l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropeaminn rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. [Em. 23]

2a.  Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu skont l-Artikolu 1(2), il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jitlaqqa' biex jiddiskuti u jivvaluta l-impatt potenzjali tal-bidla prevista fuq il-funzjonament tas-suq intern, bil-ħsieb li jiġi evitat tfixkil sinifikanti. [Em. 24]

2b.  Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a, il-Kummissjoini tqis li l-bidla prevista se taffettwa b'mod sinifikanti l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tinforma lill-Istat Membru notifikanti b'dan [Em. 25]

2c.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2020, l-Istat Membru notifikanti għandu jiddeċiedi jekk hux se jipproċedi bl-intenzjoni tiegħu jew le. Meta l-Istat Membru notifikanti jiddeċiedi li jipproċedi bl-intenzjoni tiegħu, għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif se jindirizza l-impatt negattiv tal-bidla fuq il-funzjonament tas-suq intern. [Em. 26]

Artikolu 3

1.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, akkumpanjat, fejn meħtieġ, bi proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tagħha abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt dettaljata, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessanti kollha. [Em. 27]

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 20242025. [Em. 28]

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ April 20192021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 20192021.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza. [Em. 29]

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4a

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 2, għandha timmonitorja mill-qrib l-arranġamenti tal-ħin previsti madwar l-Unjoni.

2.  Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li l-arranġamenti tal-ħin previsti, notifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 1(2), għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti u permanenti l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mhux aktar minn 12-il xahar u tippreżenta proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq. [Em. 30]

Artikolu 4b

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni minn [data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] sa [data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva].

3.  Id-delega ta' setgħat msemmija fl-Artikolu 4a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tibda tapplika l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Fil-mument li tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 31]

Artikolu 5

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ April 2019Jannar 2021. [Em. 32]

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C 62, 15.2.2019, p. 305.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019.
(3) Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Jannar 2001 dwar arranġamenti għal ħin tgħall-ħin tas-sajf (ĠU L 31, 2.2.2001, p. 21).

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza