Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2184(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0122/2019

Testi mressqa :

A8-0122/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.16

Testi adottati :

P8_TA(2019)0257

Testi adottati
PDF 161kWORD 54k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu
Kwittanza 2017: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)
P8_TA(2019)0257A8-0122/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0074/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0122/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 205.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 205.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0074/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0122/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 205.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 205.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni(A8-0122/2019),

A.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa tiegħu(1), il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 49 429 100, li meta mqabbel mal-2016 jirrappreżenta tnaqqis ta' 2,27 %; billi 88,93 % tal-baġit taċ-Ċentru ġej minn kontribuzzjonijiet diretti minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 93,12 %, li meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti tirrappreżenta żieda ta' 3,75 %; josserva li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,40 %, li meta mqabbla mas-sena preċedenti tfisser żieda ta' 3,21 %;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota bi tħassib li l-livell relattivament għoli ta' riporti kkanċellati fl-2017 ammonta għal EUR 317 986,20 u għadu jirrappreżenta 8,76 % tal-ammont totali riportat, minkejja tnaqqis ta' 1,34 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li ċ-Ċentru juża indikaturi tal-input u tal-output bħala Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) biex jivvaluta r-riżultati tal-attivitajiet u d-diversi indikaturi tiegħu biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu; jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa l-KPIs biex jivvaluta l-eżitu u l-impatt tal-attivitajiet tiegħu sabiex jikseb parir kwalitattiv dwar kif jipprovdi aktar valur miżjud għall-outputs taċ-Ċentru u jtejjeb il-mudell kummerċjali taċ-Ċentru;

4.  Jinnota li ċ-Ċentru beda jirrevedi l-evalwazzjoni ex ante tal-programmi u l-attivitajiet f'konformità mal-gwida pprovduta mill-Kummissjoni u li issa daħlu fis-seħħ indikaturi tal-input u l-output fil-programmi ta' ħidma taċ-Ċentru;

5.  Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma emendat taċ-Ċentru għall-2017 kienet ta' 87,7 %;

6.  Jinnota b’sodisfazzjon l-impatt tal-istruttura il-ġdida għad-determinazzjoni tal-prezzijiet għat-traduzzjoni tad-dokumenti, li fl-2017 kkorrisponda għal iffrankar ta' EUR 3,2 miljun għall-klijenti taċ-Ċentru, filwaqt li d-dħul taċ-Ċentru baqa' stabbli tul l-2017, minkejja l-impatt tal-istruttura l-ġdida għad-determinazzjoni tal-prezzijiet;

7.  Jilqa' l-ftehim ta' kooperazzjoni ffirmat mal-Iskola Ewropea fil-Lussemburgu II (EEL2), biex b'hekk il-portafoll taċ-ċentru laħaq il-65 klijent fi tmiem l-2017;

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru implimenta żewġ azzjonijiet biex jikkondividi r-riżorsi ma' aġenziji oħra dwar il-kompiti li fihom trikkib permezz tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE: katalgu tas-servizzi kondiviż, li jelenka s-servizzi kollha li jistgħu jiġu kondiviżi mill-aġenziji u portal tal-akkwist konġunt, li fuqu l-aġenziji jikkondividu l-pjanijiet ta' akkwist;

9.  Jilqa' l-isforzi taċ-Ċentru li jintegra l-multilingwiżmu fil-prodotti tiegħu rikonoxxuti mill-Ombudsman Ewropew fl-2017 billi ta liċ-Ċentru flimkien mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) il-Premju tal-Ombudsman għal Amministrazzjoni Tajba fil-kategorija ta' "Excellence in citizen/customer focused services delivery" għall-proġett innovattiv tagħhom żviluppat b'mod konġunt li jiffaċilita l-ġestjoni tat-traduzzjoni ta' siti web multilingwi;

10.  Jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru għamel disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni l-verżjoni l-ġdida tal-IATE (InterActive Terminology for Europe), li jiżgura li l-bażi tad-data tat-terminoloġija interistituzzjonali żżomm il-pass mal-innovazzjoni;

11.  Jilqa' l-evalwazzjoni esterna tal-mudell kummerċjali taċ-Ċentru, li saret fl-2017; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni finali;

Politika tal-persunal

12.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita b'96,9 %, b'189 uffiċjal jew aġent temporanju maħtura minn total ta' 195 uffiċjal u aġent temporanju awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-197 post tax-xogħol awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 26 aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2017;

13.  Jinsisti fuq tqassim ġeografiku xieraq tal-persunal kif ukoll tal-maniġment ta' livell medju u superjuri;

14.  Jinnota li ċ-Ċentru adotta politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju;

Akkwist

15.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017, iċ-Ċentru ma kienx qed juża l-għodda kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li qed jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jistieden liċ-Ċentru jintroduċi l-għodod neċessarji kollha biex jiġġestixxi l-proċeduri ta' akkwist u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jinnota li ċ-Ċentru għażel li jippubblika biss id-dikjarazzjonijiet ta' interess, mingħajr is-CVs, minħabba problemi ta' ġestjoni assoċjati mad-daqs tal-bord amministrattiv tiegħu (madwar 130 membru u membri supplenti); jinnota li s-CV u d-dikjarazzjoni tal-interessi tad-direttur huma ppubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu f'dan ir-rigward;

17.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi jsir direttament responsabbli lejn id-direttur u l-bord amministrattiv taċ-Ċentru; jilqa' l-passi li diġà ttieħdu sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà;

18.  Jinnota li, għalkemm iċ-Ċentru mhuwiex iffinanzjat mit-tariffi, dan jiddependi fuq id-dħul li jirċievi mill-klijenti tiegħu, li huma rrappreżentati fil-bord amministrattiv taċ-Ċentru, u li għalhekk hemm riskju ta' kunflitti ta' interess fir-rigward tal-ipprezzar tal-prodotti taċ-Ċentru li jistgħu jiġu solvuti jekk il-Kummissjoni tiġbor it-tariffi f'isem il-klijenti taċ-Ċentru u b'hekk iċ-Ċentru jkun jista' jiġi ffinanzjat primarjament mill-baġit tal-Unjoni; jitlob liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jimmitiga tali riskju;

Kontrolli interni

19.  Jinnota li fl-2017 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni tar-riskju fuq il-post li tkopri l-attivitajiet operattivi u ta' appoġġ kollha taċ-Ċentru; jinnota li r-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju kien il-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern tal-IAS għall-perjodu 2018-2020, li ġie approvat mill-bord amministrattiv;

20.  Jirrikonoxxi li s-segwitu fuq ir-rakkomandazzjonijiet pendenti għall-awditu dwar il-Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Attivitajiet u l-awditu dwar il-Ġestjoni tal-Fluss tax-Xogħol għat-Traduzzjoni tad-Dokumenti kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha kienu ġew implimentati b'mod adegwat u effikaċi;

Kummenti oħra

21.  Jafferma mill-ġdid l-impenn b'saħħtu tiegħu fejn jidħol il-multilingwiżmu fl-Unjoni Ewropea bħala wieħed mill-prerekwiżiti fundamentali biex is-sistema demokratika tal-Unjoni taħdem kif suppost; jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol li ċ-Ċentru ta' Traduzzjoni jwettaq fl-għoti ta' servizzi ta' kwalità tajba f'dak li jikkonċerna t-traduzzjoni u l-lingwi;

22.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, diversi aġenziji u korpi jagħmlu użu dejjem akbar minn soluzzjonijiet oħra minflok is-servizzi ta' traduzzjoni taċ-Ċentru, li jfisser li l-kapaċità taċ-Ċentru ma tintużax biżżejjed, li hemm duplikazzjoni tas-sistemi u li l-mudell kummerċjali u l-kontinwità taċ-Ċentru jistgħu jkunu f'riskju; jistieden liċ-Ċentru u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw b'mod proattiv soluzzjonijiet għal din il-kwistjoni partikolari u titjib fil-mudell kummerċjali tagħhom sabiex ikunu jistgħu jimmitigaw dawn ir-riskji;

23.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) iddeċieda, fis-26 ta' April 2018, li jtemm l-arranġament tat-traduzzjoni li huwa kkonkluda maċ-Ċentru, minkejja l-obbligu ġuridiku tiegħu li juża s-servizzi taċ-Ċentru, kif previst fl-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2), li stabbilixxa l-EUIPO; jieħu nota tal-azzjoni legali mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali miċ-Ċentru fis-6 ta' Lulju 2018; jitlob liċ-Ċentru jżomm lill-awtorità ta' kwittanza aġġornata bl-iżviluppi dwar il-proċedimenti ġudizzjarji;

o
o   o

24.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(3) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 415, 05.12.2017, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).
(3) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza