Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2178(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0119/2019

Testi mressqa :

A8-0119/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.17

Testi adottati :

P8_TA(2019)0258

Testi adottati
PDF 161kWORD 54k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu
Kwittanza 2017: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
P8_TA(2019)0258A8-0119/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0068/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0119/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttrċi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttriċi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 43.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 43.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0068/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0119/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttriċi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 43.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 43.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0119/2019),

A.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa tiegħu(1), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 17 869 389, li meta mqabbel mal-2016 jirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,84 %; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,95 %, li meta mqabbla mal-2016 tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,04 %; jieħu nota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,66 %, li meta mqabbla mas-sena preċedenti tirrappreżenta tnaqqis ta' 4,89 %;

Kanċellazzjoni ta' riporti

2.  Jinnota bi tħassib li l-kanċellazzjoni ta' riporti mill-2016 għall-2017 ammontat għal EUR 52 767, li tirrappreżenta 5,06 % tal-ammont totali riportat, żieda ta' 2,31 % meta mqabbla mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru juża sistema eżemplari ta' kejl tal-prestazzjoni li tinkludi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tiegħu fil-livelli tal-proġett, tal-attivitajiet u tal-organizzazzjoni u miżuri oħra biex titjieb il-ġestjoni baġitarja tiegħu;

4.  Japprezza l-ħidma kontinwa ta' kwalità għolja taċ-Ċentru, li permezz tagħha jipprovdi riċerka, analiżi u konsulenza teknika b'appoġġ għall-iżvilupp ta' politiki Ewropej dwar it-taħriġ tul il-ħajja u l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) u għal dan il-għan jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm riżorsi finanzjarji u tal-persunal adegwati li jippermettu liċ-Ċentru jimplimenta l-kompiti tiegħu;

5.  Jilqa' l-enfasi taċ-Ċentru fuq l-iżvilupp ta' kompetenzi u ta' ħiliet, b'mod partikolari fost dawk b'livell baxx ta' ħiliet, biex jiġi appoġġat l-objettiv tal-inklużjoni fis-suq tax-xogħol permezz tal-ETV, it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u l-apprendistati u l-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-Programm Erasmus+, l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, il-Europass u l-Panorama tal-Ħiliet li rnexxielu jilħaq lill-gruppi primarji fil-mira lil min ifassal il-politika u lill-esperti;

6.  Jilqa' l-inizjattiva taċ-Ċentru dwar qasam ġdid ta' ħidma dwar id-diġitalizzazzjoni u l-futur tal-ħidma u jilqa' wkoll il-varar tal-CareersNet taċ-Ċentru, in-netwerk il-ġdid tiegħu għar-riċerka u l-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera;

7.  Jilqa' l-inizjattiva taċ-Ċentru li jsaħħaħ il-ħidma tiegħu dwar il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera billi jistabbilixxi netwerk għar-riċerka u l-kooperazzjoni f'dan il-qasam u billi jiżviluppa għodod li jintegraw l-intelligence dwar is-suq tax-xogħol fi gwida;

8.  Jinnota l-kooperazzjoni mill-qrib taċ-Ċentru mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, formalizzata fi ftehimiet ta' kollaborazzjoni; jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ffirmaw ftehim dwar il-livell ta' servizz li jippermettilhom jaqsmu l-faċilitajiet tal-konferenzi u l-ispazju għall-ħżin fost sinerġiji oħra; jenfasizza f'dan il-kuntest li ċ-Ċentru huwa wieħed mill-erba' Aġenziji dwar il-politiki soċjali; jesprimi d-diżappunt tiegħu rigward l-eżitu miksub f'dan ir-rigward mill-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali (IIWG) dwar l-aġenziji deċentralizzati, peress li l-ebda proposta speċifika ma ġiet żviluppata biex l-aġenziji li jikkonċentraw fuq oqsma ta' politika relatati jingħaqdu jew jiġu kolokati; jitlob liċ-Ċentru jikkoopera mat-tliet Aġenziji l-oħra dwar il-politiki soċjali sabiex jiġu investigati mergers possibbli;

9.  Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru kien qed jieħu miżuri fid-dawl tal-osservazzjonijiet u l-kummenti tal-awtorità tal-kwittanza marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 bil-għan li l-operazzjonijiet taċ-Ċentru jkomplu jittejbu;

10.  Jinnota li ċ-Ċentru kien soġġett għal evalwazzjoni esterna kif meħtieġ mir-regoli finanzjarji, li tkopri l-perjodu mill-2013 sal-2016; jinnota li r-rapport finali tal-evalwazzjoni kellhom ikunu riċevuti fl-2018; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni;

Politika tal-persunal

11.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet esegwita bi 93,48 %, b'86 uffiċjal jew persunal temporanju maħtura minn total ta' 92 persunal temporanju u uffiċjal awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (ikkumparat mal-94 post tax-xogħol awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 26 aġent kuntrattwali u erba' esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għaċ-Ċentru fl-2017;

12.  Jinnota t-tluq tal-kap tas-servizz għar-riżorsi umani taċ-Ċentru f'April 2017 kif ukoll it-tluq tal-konsulent legali taċ-Ċentru u, b'konsegwenza ta' dan, il-volum addizzjonali tax-xogħol għall-bqija tal-persunal; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kull żvilupp f'dan ir-rigward;

13.  Jinnota li ċ-Ċentru għandu politika ta' dinjità fuq il-post tax-xogħol fis-seħħ u li fl-2017 ingħatat sessjoni obbligatorja dwar id-dinjità fuq il-post tax-xogħol u l-prevenzjoni ta' fastidju, u barra minn hekk ġew offruti workshops u sessjoni ta' konsulenza dwar il-ħiliet;

14.  Jinnota b'dispjaċir mir-rapport tal-Qorti li żewġ proċeduri ta' reklutaġġ għal pożizzjonijiet maniġerjali ġew meqjusa bħala irregolari; jinnota t-tweġiba taċ-Ċentru f'dan ir-rigward u jistenna li dan it-tħassib jiġi indirizzat b'mod xieraq; iħeġġeġ liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jirrispondi għal din l-osservazzjoni;

15.  Jinnota b'dispjaċir li t-trasparenza tal-proċessi ta' reklutaġġ mhijiex dejjem mogħtija b'mod sħiħ; għalhekk jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li jiġu ppubblikati l-avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) ukoll sabiex tiżdied il-pubbliċità; jieħu nota tat-tweġiba taċ-Ċentru li diġà jippubblika xi postijiet vakanti fuq l-EPSO u li t-traduzzjoni tal-avviżi kollha ta' postijiet battala fil-lingwi tal-Unjoni żżid l-ispejjeż b'mod konsiderevoli;

Akkwist

16.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, sa tmiem l-2017, iċ-Ċentru ma kien qed juża l-ebda għodda varata mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jinnota mir-rapport taċ-Ċentru li dan ippjana li jimplimenta l-miżuri elettroniċi meħtieġa tard fl-2018; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar f'din il-kwistjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

17.  Jinnota l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jirrimarka bi tħassib, madankollu, li ċ-Ċentru ma jippubblikax is-CVs tal-maniġment superjuri tiegħu fuq is-sit web tiegħu, u li l-maniġment superjuri, l-esperti interni u l-assistenti taċ-Ċentru jiddikjaraw kunflitti ta' interess potenzjali fil-każ biss meta dawn iseħħu, f'konformità mal-politika taċ-Ċentru dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess sa mill-2014; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu f'dan ir-rigward;

18.  Itenni s-sejħa tiegħu sabiex iċ-Ċentru jippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-bord governattiv tiegħu;

19.  Itenni l-bżonn li jiġi implimentat b'urġenza mekkaniżmu indipendenti ta' żvelar, konsulenza u riferiment b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, sabiex jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jagħtihom l-appoġġ u l-konsulenza meħtieġa b'mod konformi mal-proposta għal direttiva dwar il-protezzjoni tal-persuni li jikxfu ksur tad-dritt tal-Unjoni (2018/0106 (COD)) li bħalissa għaddejjin negozjati interistituzzjonali dwarha;

Awditu intern

20.  Jieħu nota tal-fatt li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu fuq is-servizzi bbażati fuq l-internet taċ-Ċentru, b'enfasi fuq is-siti web tal-Europass, Panorama ta' Ħiliet, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Mobbiltà u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, abbażi tal-Pjan tal-Awditu Strateġiku tal-IAS mill-2017 sal-2019; jilqa' l-fatt li t-tfassil u l-funzjonament tas-sistema ta' kontroll intern taċ-Ċentru kienu ddikjarati bħala effikaċi u effiċjenti fir-rigward ta' dawn l-għodod;

o
o   o

21.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 84, 17.3.2017, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza