Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2202(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0124/2019

Testi mressqa :

A8-0124/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.21

Testi adottati :

P8_TA(2019)0262

Testi adottati
PDF 162kWORD 54k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu
Kwittanza 2017: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
P8_TA(2019)0262A8-0124/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0092/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 51.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 51.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0092/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 51.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 51.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa tagħha(1), il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea (l-"Awtorità") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 38 419 554, li jfisser żieda ta' 5,28 % meta mqabbel mas-sena 2016; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 14 543 000, jiġifieri 38 %), u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u minn osservaturi (EUR 23 876 555, jiġifieri 62 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Josserva li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 95,90 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,85 % meta mqabbla ma' dik tal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,27 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,41 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.  Jinnota li, minħabba li l-ammont ta' xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal tal-Awtorità għandhom jiġu riallokati internament; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat livell xieraq ta' prijoritizzazzjoni fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jiddispjaċih li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 ammontaw għal EUR 76 566, li jirrappreżentaw 2,6 % tal-ammont totali riportat, li juru żieda ta' 7,13 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità tuża 14-il indikatur ewlieni tal-prestazzjoni biex tivvaluta r-riżultati tal-attivitajiet tagħha, safejn jippermettu l-limitazzjonijiet tal-Awtorità biex tikkontrolla dawn ir-riżultati, u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità pprovdiet il-prodotti regolatorji f'konformità mal-Programm ta' Ħidma tagħha u kisbet il-miri kollha ddikjarati fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz tal-Awtorità;

6.  Jisħaq fuq il-fatt li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati lilha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti u l-mandat assenjati lilha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u għandha żżomm mal-mandat ta' dawk il-funzjonijiet, sabiex tikseb l-aħjar użu tar-riżorsi u tilħaq l-objettivi; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità fit-twettiq tal-mandat tagħha; jissottolinja li, b'mod partikolari meta jkunu qed jiġu fformulati l-miżuri tal-Livell 2 u tal-Livell 3, għandha tingħata attenzjoni lill-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq finanzjarji nazzjonali;

8.  Jinnota li t-testijiet tal-istress ta' dan l-aħħar tal-Awtorità għandhom riżultati dibattibbli ħafna; jistieden lill-Awtorità, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kummissjoni jużaw metodoloġiji, xenarji u suppożizzjonijiet konsistenti meta jiddefinixxu t-testijiet tal-istress sabiex jevitaw kemm jista' jkun distorsjonijiet potenzjali tar-riżultati;

9.  Jinnota li fl-2017 saret evalwazzjoni esterna tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda (mill-Awtorità) biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-evalwazzjoni esterna;

10.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu allokati aktar riżorsi għal kompiti ta' kontra l-ħasil tal-flus biex jitwettqu l-funzjonijiet u l-inkjesti tal-Awtorità dwar is-sorveljanza fl-istituzzjonijiet nazzjonali; iħeġġeġ lill-Awtorità tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji japplikaw il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (l-"AML/CFT") b'mod effettiv u konsistenti; jitlob lill-Awtorità tiżviluppa gwida komuni b'kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("ESMA") u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA") dwar kif jiġu integrati r-riskji AML/CFT fis-superviżjoni prudenzjali; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li testendi s-setgħat superviżorji tal-Awtorità relatati mal-AML/CFT mis-settur bankarju għas-settur finanzjarju kollu kemm hu, u b'hekk hija tingħata rwol ewlieni fil-kompiti rilevanti u s-setgħat superviżorji; barra minn hekk, jilqa' f'dan il-kuntest, l-adozzjoni tal-politika dwar l-iżvelar tal-informazzjoni protetta u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jadottaw politiki simili;

11.  Jitlob li l-Awtorità twettaq inkjesta dwar skemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi bħal cum-ex ħalli tivvaluta t-theddidiet potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-baġits nazzjonali; tistabbilixxi n-natura u l-kobor tal-atturi f'dawn l-iskemi; tivvaluta jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet nazzjonali jew ta' dawk tal-Unjoni; tivvaluta l-azzjonijiet meħuda mis-superviżuri finanzjarji fl-Istati Membri; u tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa għal riforma u għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

12.  Jilqa' l-fatt li l-Awtorità tikkondividi prattiki u mudelli mal-ESMA u mal-EIOPA, li magħhom l-Awtorità jkollha laqgħat regolari u tifforma parti minn Kumitat Konġunt;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet 100 % eżegwita, b'134 aġent temporanju li ġew awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla mal-127 post awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 41 aġent kuntrattwali u 15-il espert nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2017;

14.  Jinnota li f'April 2017, l-Awtorità adottat il-mudell tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika għall-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u għall-prevenzjoni tal-fastidju;

15.  Ifakkar li, wara d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, l-Awtorità se tirriloka minn Londra għal Pariġi; jinnota bi tħassib li din ir-rilokazzjoni affettwat ir-reklutaġġ ta' persunal minħabba numru dejjem akbar ta' riżenji fl-2017; jirrikonoxxi li l-Awtorità ppubblikat għaxar avviżi ta' postijiet battala biex tistabbilixxi lista ta' riżerva li se tintuża biex jimtlew kwalunkwe postijiet battala b'segwitu għar-riżenji;

16.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal kif ukoll fuq is-sit web tal-Awtorità bil-għan li tiżdied il-pubbliċità;

Akkwist

17.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità tipparteċipa f'diversi proċeduri ta' akkwist interistituzzjonali mad-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni u ma' aġenziji oħra;

18.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, f'erbgħa mill-ħames proċeduri ta' akkwist pubbliku awditjati, il-proċedura biex tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża ma kinitx sodisfaċenti; josserva t-tweġiba tal-Awtorità u jinnota r-raġunijiet tagħha; jistieden lill-Awtorità ssib approċċ aktar bilanċjat bejn il-kwalità u l-kriterji tal-prezz sabiex ittejjeb l-ekonomija tal-akkwist pubbliku tagħha;

19.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017, l-Awtorità ma kinitx qed tuża l-għodod kollha għall-proċeduri kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jinnota mill-Awtorità li implimentat is-sottomissjoni elettronika f'Awwissu 2018; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq rigward l-implimentazzjoni tal-għodod li fadal;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

20.  Jirrikonoxxi l-miżuri li l-Awtorità diġà għandha fis-seħħ u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess, u tipproteġi lill-informaturi; jilqa' l-passi ulterjuri li ttieħdu sabiex tissaħħaħ it-trasparenza fl-attivitajiet tal-Awtorità permezz tar-rapportar tal-laqgħat li l-persunal tal-Awtorità jkollu ma' partijiet interessati esterni, u bil-pubblikazzjoni tar-reġistru fuq is-sit web tal-Awtorità;

21.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità żviluppat strateġija kontra l-frodi għall-perjodu 2015–2017; jinnota li, skont il-valutazzjoni tar-riskju tal-frodi li saret mill-Awtorità, ir-riskju huwa baxx sa medju, u li għal tlettax-il xenarju ir-riskju ġie kkunsidrat bħala materjali jew saħansitra sinifikanti; jinnota li l-kontrolli interni, l-istandards tas-sigurtà tal-IT u l-miżuri oħra proposti wara dik l-evalwazzjoni għandhom l-għan li jtaffu r-riskji; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

22.  Iqis li, waqt it-twettiq ta' xogħolha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-miżuri ta' implimentazzjoni, l-Awtorità jeħtiġilha li b'mod regolari u komprensiv tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha; jisħaq fuq il-fatt li huwa essenzjali li l-Awtorità, fid-dawl tan-natura tal-funzjonijiet assenjati lilha, turi trasparenza mhux biss fil-konfront tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, iżda anki fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni;

Kummenti oħra

23.  Jenfasizza li d-dħul tal-Awtorità se jonqos b'riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jinstabu arranġamenti adegwati għall-finanzjament tagħha, li jippermetti lill-Awtorità tissodisfa l-mandat tagħha b'mod konsistenti, indipendenti u effiċjenti;

24.  Jinnota li minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, is-sede tal-Awtorità se jiċċaqlaq għal Pariġi, Franza, fil-bidu tal-2019; jinnota li l-kontijiet tal-Awtorità jinkludu provvedimenti għal spejjeż relatati li jammontaw għal EUR 6,7 miljun u jiddivulgaw il-bqija tal-pagamenti kuntrattwali futuri li jammontaw għal EUR 11,2 miljun kif previsti għall-uffiċċju f'Londra; jinnota li l-ispejjeż tal-bini jinkludu fost oħrajn il-kontinwazzjoni tal-pagament tal-kirja u tal-ispejjeż tal-bini għall-uffiċċji ta' Londra sat-terminazzjoni tal-kera fi tmiem l-2020, filwaqt li l-Awtorità biħsiebha tpaċi dawn l-ispejjeż permezz tal-kapitalizzazzjoni tal-perjodu tal-kera b'xejn li kisbet minn sid il-kera u billi tuża l-kontribuzzjoni tal-gvern Franċiż biex tiżgura li l-Awtorità tħallas il-kera u t-tariffi għal uffiċċju wieħed biss fl-2019 u fl-2020;

o
o   o

25.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 108, 22.03.2018, p. 248.
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza