Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2181(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0139/2019

Testi mressqa :

A8-0139/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.31

Testi adottati :

P8_TA(2019)0272

Testi adottati
PDF 155kWORD 52k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2017: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)
P8_TA(2019)0272A8-0139/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0071/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0139/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 149.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 149.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0071/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0139/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 149.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 149.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0139/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tal-infiq tiegħu(1), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (''iċ-Ċentru'') għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 15 828 389, li jfisser żieda ta' 2,64 % meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit tal-Unjoni huwa s-sors prinċipali tal-baġit taċ-Ċentru;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % – żieda żgħira ta' 0,05 % meta mqabbel mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 94,70 % – tnaqqis ta' 0,94 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 18 245, jiġifieri 3,90 % tal-ammont totali riportat u żieda ta' 0,15 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru juża 50 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni, maqsumin fi tmien objettivi strateġiċi, biex ikejjel ikunux intlaħqu t-68 mira annwali tiegħu, jivvaluta l-valur miżjud iġġenerat mill-attivitajiet tiegħu u jtejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu;

4.  Jirrikonoxxi li ċ-Ċentru laħaq 90 % tal-objettivi annwali stabbiliti għall-2017 u li implimenta b'suċċess l-ewwel sena tal-istrateġija tiegħu għall-2025;

5.  Jinnota b'apprezzament li ċ-Ċentru jikkondividi sinerġiji mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima mil-lat ta' servizzi korporattivi u ta' appoġġ u fil-ġestjoni ta' uffiċċji komuni f'Lisbona; jirrikonoxxi li ġew stabbiliti sinerġiji operattivi ma' aġenziji oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u fil-qasam tas-saħħa;

Politika dwar il-persunal

6.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, mit-tabella tal-persunal kien imtela perċentwal ta' 93,51 %, u li kienu nħatru 72 uffiċjal jew aġent temporanju mis-77 awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 79 post awtorizzat fl-2016); jinnota wkoll li, fl-2017, iċ-Ċentru ħaddem 29 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat wieħed;

7.  Jinnota li ċ-Ċentru għandu dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-bini u ż-żamma ta' kultura tax-xogħol ibbażata fuq id-dinjità u r-rispett biex jiġi evitat u miġġieled il-fastidju; jirrikonoxxi li dan jippermetti l-għoti ta' assistenza kunfidenzjali;

8.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet vakanti jiġu ppubblikati anke fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jinnota r-risposta taċ-Ċentru li fiha jikkonferma l-impenn tiegħu li jivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' din l-azzjoni u li, barra minn hekk, qiegħed jippjana li jippubblika l-postijiet vakanti futuri kollha fuq l-Inter-Agency Job Market żviluppat min-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE;

Akkwist

9.  Jinnota b'apprezzament li ċ-Ċentru implimenta pjan ta' akkwist li ġie eżegwit b'suċċess f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-unitajiet kollha;

10.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017 iċ-Ċentru ma kien għadu qed juża l-ebda għodda mnedija mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jinnota li ċ-Ċentru, skont ir-risposta tiegħu, stabbilixxa l-għodod meħtieġa għall-"fatturazzjoni elettronika" u ppjana l-operazzjonijiet preparatorji meħtieġa biex, minn Ottubru 2018, ikun jista' juża l-"akkwist elettroniku" u s-"sottomissjoni elettronika" kif mitlub mill-qafas legali rilevanti; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress magħmul;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

11.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi jibda jkun direttament responsabbli lejn id-Direttur u l-bord inkarigat mit-tmexxija taċ-Ċentru; jinnota li fil-fehma taċ-Ċentru, skont ir-risposta tiegħu, il-qafas organizzattiv attwali ma jaffettwax l-indipendenza tal-uffiċjali tal-kontabbiltà; jinnota wkoll, madankollu, li ċ-Ċentru huwa lest jagħti widen għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti;

Kontrolli interni

12.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ddeskriva l-importanza li ssir analiżi tal-ħtiġijiet tal-ġbir, il-validazzjoni u l-proċessi ta' assigurazzjoni tal-kwalità tad-data u li jirrevedi l-qafas ta' ġestjoni tal-kwalità tad-data tiegħu u l-allinjament tiegħu mal-istrateġija taċ-Ċentru għall-2025; josserva li, f'Diċembru 2017, iċ-Ċentru adotta pjan ta' azzjoni biex jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bi kwalunkwe żvilupp f'dan ir-rigward;

13.  Jinnota b'dispjaċir li waħda mir-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-2013 fl-awditu tal-IAS dwar il-baġit u l-monitoraġġ, u kklassifikata bħala "importanti", għadha ma ġietx implimentata għalkollox; jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-implimentazzjoni ta' diversi rakkomandazzjonijiet magħmula fl-2015 fl-awditu tal-IAS dwar il-ġestjoni ta' proġetti tal-IT kienet waħda parzjali biss u jirrizulta li għadha għaddejja; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

o
o   o

14.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 25, 24.01.2018, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza