Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2179(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0143/2019

Testi mressqa :

A8-0143/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.40

Testi adottati :

P8_TA(2019)0281

Testi adottati
PDF 163kWORD 54k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu
Kwittanza 2017: Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)
P8_TA(2019)0281A8-0143/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2179(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0069/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0143/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 94.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 94.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2179(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0069/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0143/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 94.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 94.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2179(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0143/2019),

A.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u n-nefqa tagħha(1), il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (il-''Fondazzjoni'') għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 20 480 000, ammont li jfisser tnaqqis ta' 1,49 % meta mqabbel mal-2016, billi l-baġit tal-Fondazzjoni huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit tul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 100 %, l-istess bħal ma kienet fl-2016; jikkonstata l-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,7 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 4,1 % meta mqabbla ma' dik tal-2016;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-kanċellazzjonijiet ta' riporti mill-2016 għall-2017 ammontaw għal EUR 37 528, li tirrappreżenta 1,2 % tal-ammont totali riportat, li jindika tnaqqis ta' 3,7 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Fondazzjoni tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs), inklużi fis-sistema ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni tagħha, li minbarra l-KPIs jikkonsistu minn "metrika" (indikaturi oħra għal proċessi operattivi) u valutazzjoni u evalwazzjoni kwalitattivi, biex jiġi vvalutat il-valur miżjud, inklużi l-eżitu u l-impatt, ipprovduti mill-attivitajiet tagħha, u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-forniment tar-riżultati tal-programm ta' ħidma ppjanati għall-2017 laħqu 90 % tal-kisbiet (35 minn 39 riżultat), filwaqt li erba' riżultati kellhom jiġu posposti minħabba avvenimenti mhux previsti u ġew ippjanati mill-ġdid biex jiġu ppreżentati fil-bidu tal-2018, u li l-Fondazzjoni kkontribwiet għal 194 avveniment fil-livell ta' politika għall-iżvilupp tal-livell tal-Unjoni (li 49 % minnhom huma avvenimenti prijoritarji fil-livell tal-Unjoni);

5.  Japprezza li l-ħidma ta' kwalità għolja tal-Fondazzjoni fl-espansjoni u d-disseminazzjoni tal-għarfien ikkontribwiet għall-ippjanar u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fl-Unjoni; jirrikonoxxi r-rwol attiv tal-Fondazzjoni bħala kontributur essenzjali għall-iżvilupp tal-politika u r-rwol attiv tagħha bħala sors ta' informazzjoni għall-inizjattivi tal-UE li għaddejjin, bħall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol; jilqa' pożittivament l-analiżi u l-kontribut politiku tal-Fondazzjoni rigward ix-xejriet fil-kwalità tal-ħajja, f'kuntest ta' profil soċjali u ekonomiku li qed jinbidel, fir-rapport ta' sinteżi tar-raba' Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja;

6.  Jirrikonoxxi l-progress tal-Fondazzjoni fit-twettiq tal-programm kwadriennali tagħha, li fih identifikat erba' oqsma ta' prijorità speċifiċi għall-programm ta' ħidma fil-futur tal-Fondazzjoni;

7.  Jinnota b’sodisfazzjon li l-Fondazzjoni kompliet il-kooperazzjoni ma' Aġenziji oħra tal-UE u implimentat azzjonijiet miftiehma fil-pjanijiet annwali mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), u kompliet bit-tħejjijiet tagħha f'kollaborazzjoni mas-Cedefop dwar ir-raba' Stħarriġ Ewropew dwar il-Kumpaniji, u fil-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-istħarriġ; jirrikonoxxi l-fatt li l-Fondazzjoni varat kuntratt qafas ġdid bejn l-aġenziji bi tmien aġenziji parteċipanti għas-servizzi ta' evalwazzjoni u ta' feedback;

8.  Josserva li l-Fondazzjoni kienet is-suġġett tal-evalwazzjoni trasversali esterna tal-aġenziji, flimkien mas-Cedefop, l-EU-OSHA u l-ETF, li kopriet il-perjodu mill-2012 sal-2016, li ffukat fuq il-valutazzjoni tal-ħidma tal-Aġenziji rigward ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni, kif ukoll dwar il-futur tal-erba' Aġenziji; jistieden lill-Fondazzjoni tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tar-rapport finali, b'mod partikolari fir-rigward tal-evalwazzjoni dwar il-valur miżjud tal-Unjoni pprovdut mill-Fondazzjoni, u rigward l-opinjonijiet dwar il-futur tal-Fondazzjoni;

9.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament fundatur ġdid tinkludi l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni esterna kull ħames snin;

Politika dwar il-persunal

10.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita sa 95,70 %, bil-ħatra ta' 89 uffiċjal jew aġent temporanju mit-total ta' 93 uffiċjal jew aġent temporanju awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (95 post awtorizzat fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 10 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat li ħadmu għall-Fondazzjoni fl-2017;

11.  Jilqa' pożittivament ir-riżultati tal-eżerċizzju tal-iskrining tal-impjiegi, li sar f'Diċembru 2017, li juri livell relattivament għoli ta' stabbiltà minn sena għall-oħra;

12.  Jinnota l-fatt li fl-2017 il-Fondazzjoni adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju, u barra minn hekk li daħħlet fis-seħħ Programm għad-Dinjità u r-Rispett;

13.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rapport tagħha tal-2014, il-Fondazzjoni rrapportat pagamenti insuffiċjenti u pagamenti eċċessivi lil tletin membru tal-persunal għall-perjodu 2005 sal-2014, fir-rigward tat-tranżizzjoni għar-Regolament il-ġdid tal-Persunal tal-UE fl-2005. jinnota li l-Fondazzjoni kkoreġiet il-pagamenti insuffiċjenti kollha, iżda mhux se tirkupra l-pagamenti eċċessivi; jinnota li ġiet implimentata evalwazzjoni sħiħa tal-funzjoni tal-pagi u li ttieħdu azzjonijiet, iżda l-kwistjoni għadha għaddejja; jistieden lill-Fondazzjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex issolvi l-kwistjoni u żżomm lill-awtorità ta' kwittanza aġġornata dwar il-progress;

Akkwisti

14.  Jinnota li l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwisti u l-Kuntratti tal-Fondazzjoni (ACPC) eżamina 30 fajl fl-2017; jinnota, barra minn hekk, li l-ACPC iwettaq verifika ex post annwali ta' kuntratti mogħtija, b'valur baxx li jintgħażlu b'mod każwali; jilqa' pożittivament il-fatt li l-ACPC kien ġeneralment sodisfatt li l-Fondazzjoni osservat il-proċeduri ta' akkwist fl-2017;

15.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, sa tmiem l-2017, il-Fondazzjoni kienet għadha mhix qed tuża l-għodod kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jinnota mir-risposta tal-Fondazzjoni li xi wħud mill-għodod diġà ddaħlu fis-seħħ; jistieden lill-Fondazzjoni tintroduċi l-għodod neċessarji kollha biex tiġġestixxi l-proċeduri ta' akkwist u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Fondazzjoni u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; japprezza li fl-2017 il-Fondazzjoni implimentat kodiċi ta' etika u l-fatt li l-Fondazzjoni hija impenjata li tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar kull każ ta' kunflitt ta' interess allegat jew ikkonfermat;

17.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi dan ikollu responsabbiltà diretta lejn id-direttur eżekuttiv u l-bord governattiv tal-Fondazzjoni; jilqa' pożittivament il-passi li diġà ttieħdu sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà;

Kontrolli interni

18.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Fondazzjoni adattat il-qafas ta' kontroll intern li jiffoka fuq il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sistema ta' kontroll intern, sabiex tagħmilha aktar adatta għall-ambjent tal-Fondazzjoni;

19.  Jinnota b'sodisfazzjon li ġiet finalizzata l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li jindirizza s-sejbiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni b'rabta mal-ġestjoni tal-proġett u ġew introdotti l-azzjonijiet kollha miftiehma;

20.  Jinnota b'apprezzament li fl-2018 il-Fondazzjoni u l-IAS qablu li jwettqu awditu tal-prestazzjoni dwar il-"Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi"; jistieden lill-Fondazzjoni tirrapporta r-riżultati ta' dan l-awditu lill-awtorità ta' kwittanza;

Kummenti oħra

21.  Jinnota l-isforzi preliminari tal-Fondazzjoni biex tiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jindika madankollu li l-Fondazzjoni ma għandhiex miżuri addizzjonali fis-seħħ biex tnaqqas jew tinnewtralizza l-emissjonijiet ta' CO2;

o
o   o

22.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 108, 22.03.2018, p. 207
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza