Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2216(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0105/2019

Testi mressqa :

A8-0105/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.49

Testi adottati :

P8_TA(2019)0290

Testi adottati
PDF 163kWORD 54k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2017: L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH2)
P8_TA(2019)0290A8-0105/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH) għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2216(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05827/2019 – C8-0105/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0105/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 452, 14.12.2018, p. 48.
(2) ĠU C 452, 14.12.2018, p. 50.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(6) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2216(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05827/2019 – C8-0105/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0105/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 452, 14.12.2018, p. 48.
(2) ĠU C 452, 14.12.2018, p. 50.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(5) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(6) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2216(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0105/2019),

A.  billi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu ("FCH") ġiet stabbilita f'Mejju 2008 bħala sħubija pubblika-privata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008(1) għal perjodu li jwassal sal-31 ta' Diċembru 2017 biex tiffoka fuq l-iżvilupp ta' applikazzjonjiet tas-suq, u b'hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn mobilizzazzjoni rapida tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu; billi r-Regolament (KE) Nru 521/2008 ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014(2);

B.  billi f'Mejju 2014 ir-Regolament (UE) Nru 559/2014 stabbilixxa l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 ("FCH2") biex tieħu post l-FCH għall-perjodu li jwassal sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.  billi l-membri tal-FCH huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, ir-Raggruppament tal-Industrija għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, u r-Raggruppament tar-Riċerka N.ERGHY;

D.  billi l-membri tal-FCH2 huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, in-New Energy World Industry Grouping AISBL ("ir-Raggruppament tal-Industrija"), li fl-2016 sar jismu Hydrogen Europe, u n-New European Research Grouping on Fuel Cells and Hydrogen AISBL ("ir-Raggruppament tar-Riċerka");

E.  billi l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-ewwel fażi ta' attivitajiet tal-FCH2 hija ta' EUR 470 000 000 mis-Seba' Programm Kwadru; billi l-kontribuzzjonijiet mill-membri l-oħra jridu jkunu mill-inqas daqs il-kontribuzzjoni mill-Unjoni;

F.  billi fl-FCH2, il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni hija ta' EUR 665 000 000 mill-Orizzont 2020 u l-membri mir-Raggruppamenti tal-Industrija u tar-Riċerka huma mistennija jikkontribwixxu riżorsi ta' mill-inqas EUR 380 000 000, li jinkludu kontribuzzjonijiet in natura fil-proġetti Orizzont 2020 iffinanzjati mill-FCH2, kontribuzzjonijiet in natura għal attivitajiet addizzjonali (ta' mill-inqas EUR 285 000 000) u kontribuzzjonijiet fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-FCH2 (ir-"rapport tal-Qorti") isib li l-kontijiet annwali tal-2017 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FCH2 fil-31 ta' Diċembru 2017, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li r-regoli kontabilistiċi tal-FCH2 huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment;

2.  Jinnota l-fatt li l-baġit finali tal-FCH2 għas-sena finanzjarja 2017 kien jinkludi EUR 127 800 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 198 600 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' pagament żdiedu b'71,95 %, u ntużaw prinċipalment għall-prefinanzjament tas-sejħiet għal proposti tal-2016 u l-2017;

3.  Jinnota li l-eżekuzzjoni ġenerali tal-baġit 2017 għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament laħqet is-96 % u d-89 % rispettivament;

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt is-Seba' Programm Kwadru

4.  Jinnota li mill-EUR 490 000 000 tal-fondi għall-attivitajiet tal-FCH (inklużi EUR 470 000 000 f'kontribuzzjonijiet fi flus kontanti mill-Unjoni u EUR 20 000 000 ta' spejjeż amministrattivi minn membri oħra), sa tmiem l-2017, l-FCH2 kienet għamlet impenji ta' EUR 481 700 000 u pagamenti ta' EUR 418 500 000; jirrimarka li skont il-pjan ta' pagament tal-FCH għal proġetti li għadhom għaddejjin tas-Seba' Programm Kwadru, EUR 25 700 000 oħra se jitħallsu fl-2018 u EUR 17 400 000 fis-snin sussegwenti, li jammontaw għal previżjoni ta' 94,3 % tat-total tal-baġit tal-FCH;

5.  Jinnota li mill-EUR 470 000 000 f'kontribuzzjonijiet in natura u fi flus kontanti li għandhom isiru mill-membri tar-Raggruppamenti tal-Industrija u tar-Riċerka għall-attivitajiet operattivi tal-FCH, sa tmiem l-2017, il-Bord ta' Tmexxija kien ivvalida kontribuzzjonijiet ta' EUR 396 200 000; jinnota li kontribuzzjonijiet in natura addizzjonali għal attivitajiet operattivi li jammontaw għal EUR 55 800 000 kienu ġew irrappurtati lill-FCH2 sal-aħħar tal-2017, u jenfasizza l-fatt li minħabba f'hekk, fi tmiem l-2017, il-kontribuzzjoni totali tal-membri tar-Raggruppamenti tal-Industrija u tar-Riċerka lill-Impriża Konġunta kienet tammonta għal EUR 452 000 000, meta mqabbel mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni ta' EUR 405 800 000;

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt Orizzont 2020

6.  Jinnota li mill-EUR 684 000 000 ta' fondi ta' Orizzont 2020 allokati (inklużi EUR 665 000 000 minn kontribuzzjonijiet fi flus tal-Unjoni u EUR 19 000 000 minn kontribuzzjonijiet fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi mill-industrija u l-membri ta' riċerka), l-FCH2 għamlet impenji ta' EUR 407 200 000 (59,53 %) u pagamenti ta' EUR 223 300 000;

Kwistjonijiet oħra

7.  Jinnota li sa tmiem l-2017, il-membri tar-Raggruppamenti tal-Industrija u tar-Riċerka kienu rrappurtaw kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 25 100 000 għal attivitajiet operattivi li jammontaw għal EUR 1 300 000, li minnhom EUR 600 000 kienu ġew ivvalidati mill-bord tat-tmexxija tal-FCH2,

8.  Jieħu nota tal-fatt li l-kontribuzzjoni fi flus kontanti tal-Unjoni kienet ta' EUR 234 300 000 fi tmiem l-2017;

9.  Jinnota li fis-Seba' Programm Kwadru, fi tmiem l-2017, saru 46 pagament għal rapporti perjodiċi interim u prinċipalment finali li jammontaw għal total ta' EUR 27 100 000; jinnota li l-eżekuzzjoni tal-baġit (f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' pagament) kienet ta' 73,8 % (meta mqabbel ma' 73,7 % fl-2016);

10.  Jinnota li għal Orizzont 2020, f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, kienu saru 40 pagament ta' prefinanzjament għall-proġetti tas-sejħa għal proposti tal-2016 u l-2017, 8 pagamenti lil studji u 2 liċ-ċentru konġunt tar-riċerka; jinnota, barra minn hekk, li l-eżekuzzjoni tal-baġit (f'termini ta' pagamenti) kienet ta' 93,3 % (meta mqabbel ma' 98 % fl-2016); jinnota b'sodisfazzjon li, f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, l-eżekuzzjoni tal-baġit laħqet id-99,8 % meta kienet ta' 78,6 % fis-sena preċedenti, minħabba d-deċiżjoni li jittieħdu żewġ proġetti addizzjonali mil-lista ta' riżerva tas-sejħa għall-2017;

11.  Josserva li r-raba' Pjan ta' Attivitajiet Addizzjonali li jkopri l-2018, inklużi attivitajiet addizzjonali ċertifikabbli għal EUR 250 160 000, ġie adottat mill-FCH2 f'Diċembru 2017; josserva li l-FCH2 żviluppat metodoloġija li tipprevedi kontrolli robusti għall-ġbir, ir-rapportar u ċ-ċertifikazzjoni ta' attivitajiet addizzjonali u tinkludi programm ta' awditjar mudell u ċertifikat ta' awditjar għaċ-ċertifikazzjoni minn awdituri esterni indipendenti.

Prestazzjoni

12.  Jilqa' r-reviżjoni tal-indikaturi tekniċi-ekonomiċi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) inkluża fl-addendum għall-pjan ta' ħidma pluriennali mħaddan mill-bord ta' tmexxija tal-FCH2; josserva li l-biċċa l-kbira tal-KPIs tal-2017 intlaħqu filwaqt li l-proġetti li għadhom għaddejjin jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom għall-2017 u lil hinn;

13.  Josserva l-fatt li l-proporzjon tal-ispejjeż tal-ġestjoni (baġit amministrattiv u operazzjonali) baqgħet taħt il-5 %, b'hekk tipponta lejn struttura organizzattiva simplifikata u effiċjenti tal-FCH2;

14.  Jilqa' l-valur tal-2017 tal-effett ta' ingranaġġ ta' 1,95 li jaqbeż l-objettiv tal-effett ta' ingranaġġ fuq il-perjodu kollu kemm hu mill-2014 sal-2020;

15.  Jieħu nota tal-fatt li l-esperti għaddew fost il-parteċipanti tal-FCH2 ħafna mill-manifatturi tal-karozzi ta' klassi dinjija kif ukoll kumpaniji ewlenin tal-enerġija u tal-utilitajiet, filwaqt li l-innovaturi ewlenin huma rappreżentati sew; jinnota wkoll l-impenn tal-industrija fl-ippjanar u fl-eżekuzzjoni tal-programm; josserva li l-esperti jirrakkomandaw it-tisħiħ tal-approċċ tal-katina tal-valur permezz ta' parteċipazzjoni akbar tal-utenti aħħarin u l-klijenti;

16.  Jilqa' l-fatt li s-sejħiet kollha għal proposti ġew ippubblikati u ngħalqu skont il-pjanijiet ta' ħidma rispettivi u li r-riżultati rigward "żmien għall-għotja" u "żmien għall-ħlas" baqgħu ferm taħt il-miri definiti;

Awditjar Intern

17.  Jinnota li, fl-2017, l-FCH2 ffinalizzat l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni kollha li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar il-ġestjoni tal-prestazzjoni li saret mill-IAS fl-2016, bl-eċċezzjoni ta' azzjoni waħda; jinnota li fl-2017, l-IAS wettaq awditu ġdid dwar il-koordinazzjoni maċ-Ċentru ta' Appoġġ Ċentrali tal-Kummissjoni u l-implimentazzjoni tal-għodod u s-servizzi tiegħu fl-FCH2; jinnota, barra minn hekk, li fis-7 ta' Diċembru 2017, l-FCH2 rċeviet rapport tal-awditjar finali mill-IAS dwar dan l-awditu, li rriżulta fi tliet rakkomandazzjonijiet; jilqa' l-fatt li l-FCH2 qablet mar-rakkomandazzjonijiet kollha u bagħtet pjan ta' azzjoni lill-IAS fil-15 ta' Jannar 2018, li sussegwentement l-IAS qabel miegħu f'Jannar 2018;

18.  Jinnota li l-isforz tal-awditjar ex post ġie segwit mit-tnedija ta' 16-il awditu ġdid għas-Seba' Programm Kwadru, bl-użu tal-kuntratt qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni ma' kumpanija tal-awditjar esterna waħda; jieħu nota li r-rata ta' żball residwu kienet ta' 2 %; josserva li fl-2017 tnedew 11-il awditu ġdid għal Orizzont 2020; jappella lill-FCH2 tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżiti ta' dan l-awditjar;

19.  Josserva li twettqet l-evalwazzjoni finali tal-Kummissjoni dwar l-FCH għall-perjodu bejn l-2008 u l-2016 u l-evalwazzjoni interim dwar l-FCH2 li topera taħt Orizzont 2020 li tkopri l-perjodu mill-2014 sal-2016, u pjan ta' azzjoni ġie approvat mill-bord ta' tmexxija, li minnu diġà nbdew diversi azzjonijiet, bl-istennija tat-tlestija tal-biċċa l-kbira tal-programm bejn l-2018 u l-2019, iżda filwaqt li jitqies li għadd żgħir ta' azzjonijiet huma mistennija li jiġu implimentati mill-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;

Kontrolli interni

20.  Jilqa' l-fatt li l-FCH2 stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante bbażati fuq analiżijiet dokumentarji finanzjarji u operazzjonali, awditi ex post għand benefiċjarji ta' għotjiet għall-pagamenti interim u finali tas-Seba' Programm Kwadru u għal talbiet għall-ispejjeż tal-proġetti ta' Orizzont 2020, filwaqt li l-Kummissjoni hija responsabbli mill-awditjar ex post; jilqa' l-fatt li r-rata ta' żball residwu għall-awditi ex post fi tmiem l-2017 kienet ta' 1,13 %, li l-Qorti ssib li hija aktar baxxa mil-livell limitu ta' materjalità;

21.  Jilqa' l-fatt li, f'Novembru 2017, l-FCH2 adottat regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess li jkopru l-persunal u l-korpi tagħha;

22.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2017, l-FCH2, flimkien mas-Servizz tal-Awditjar Komuni tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, nedew l-ewwel awditu ex post ta' kampjun aleatorju ta' klejms għall-ispejjeż interim relatati mal-programm Orizzont 2020; jistieden lill-FCH2 tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' dan l-awditu;

23.  Jinnota li sal-31 ta' Diċembru 2017, l-għadd totali ta' postijiet tax-xogħol mimlija fl-FCH2 kien ta' 26, li jirrappreżentaw 11-il Stat Membru differenti;

24.  Jilqa' l-attivitajiet numerużi ta' komunikazzjoni organizzati fl-2017 li kkontribwixxew ulterjorment għal aktar viżibbiltà tal-FCH2.

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u tal-Idroġenu (ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108).

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza