Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li huma eliġibbli għal eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar (COM(2018)0825 – C8-0034/2019 – 2018/0417(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0825),
— wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0034/2019),
— wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
— wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0112/2019),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.