Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0243(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0173/2019

Testi mressqa :

A8-0173/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 19
CRE 26/03/2019 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/03/2019 - 10.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0298

Testi adottati
PDF 843kWORD 256k
L-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019 - Strasburgu
L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali ***I
P8_TA(2019)0298A8-0173/2019
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (COM(2018)0460 – C8-0275/2018 – 2018/0243(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0460),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209, 212 u 322(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0275/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-13 ta' Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0173/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 45, 4.2.2019, p. 1.
(2) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 163.
(3) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 295.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali

P8_TC1-COD(2018)0243

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 209, 212 u 322(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  L-għan ġenerali tal-Programm "Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonalit (l-"Istrument") jenħtieġ li jkun li jsostni jipprovdi l-qafas finanzjarju biex isostni u jippromwovi l-valuri, il-prinċipji u l-interessi fundamentali tal-Unjoni madwar id-dinja sabiex jiġu segwiti l-għanijiet b'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 3(5), fl-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). [Em. 1]

(2)  Skont l-Artikolu 21 tat-TUE, l-Unjoni jenħtieġ li tfittex li jkun hemm konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn u l-politiki l-oħra tagħha, kif ukoll li taħdem lejn grad għoli ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali. Il-firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet permessi minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-għanijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu tat-TUE.

(2a)  F'konformità mal-Artikolu 21 tat-TUE, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, jiġifieri d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali. Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-politiki tal-Unjoni relatati mad-drittijiet tal-bniedem u l-għanijiet deskritti fil-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija. L-azzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tiffavorixxi l-aderenza għad-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. [Em. 2]

(3)  Skont l-Artikolu 8 tat-TUE, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa mal-pajjiżi viċini tagħha relazzjonijiet speċjali, bl-għan li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u ta’ viċinat tajjeb, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi bbażati fuq il-kooperazzjoni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal dan il-għan.

(3a)   F'konformità mal-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jrawmu kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tal-kultura. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-għanijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu. [Em. 3]

(4)  L-għan primarju tal-politika tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE, huwa li jitnaqqas il-faqar u, fuq terminu twil, il-qerda tiegħu. Il-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari li jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan primarju li jinqered il-faqar, kif stabbilit fl-Artikolu 21(2)(d) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tat-TUE, u li tinżamm il-paċi, jiġu evitati l-kunflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, kif stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 21(2) tat-TUE. [Em. 4]

(5)  L-Unjoni jenħtieġ li tiżgura l-koerenza politika fl-iżvilupp kif meħtieġ mill-Artikolu 208 tat-TFUE. L-Unjoni jenħtieġ li tqis l-għanijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li se jkun element kruċjali tal-istrateġija biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli definiti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli ("l-Aġenda 2030") tan-Nazzjonijiet Uniti adottati adottata f'Settembru 2015(5). L-iżgurar tal-koerenza politika fl-iżvilupp sostenibbli kif inkorporat fl-Aġenda 2030 jeħtieġ li jitqies l-impatt tal-politiki kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha – nazzjonali, fl-Unjoni, f'pajjiżi oħra u fil-livell dinji. Il-politiki ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin. [Em. 5]

(6)  Dan l-istrument jipprevedi azzjonijiet li jappoġġaw dawk l-għanijiet u dawk il-politiki ta’ azzjoni esterna u jibni fuq l-azzjonijiet li qabel kienu appoġġati permezz tar-Regolament (UE) Nru 233/2014(6); il-Ftehim Intern tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ)(7), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni(8); Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014(9); Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014(10); Ir-Regolament (UE) Nru 235/2014(11); Ir-Regolament (UE) Nru 234/2014(12); Ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014(13); Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014(14); Id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE; Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009(15) u r-Regolament (UE) Nru 2017/1601(16).

(7)  Il-kuntest dinji għall-azzjoni huwa li tiġi segwita jiġi segwit ordni dinji bbażat fuq ir-regoli u fuq il-valuri, bil-multilateraliżmu bħala l-prinċipju ewlieni tiegħu u bin-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tiegħu. L-Aġenda 2030, flimkien mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima(17) ("il-Ftehim ta' Pariġi) u l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa(18) hija r-rispons tal-komunità internazzjonali għall-isfidi u x-xejriet dinjija fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli. Bl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-qalba tagħha, l-Aġenda 2030 hija qafas trasformattiv biex jeqred il-faqar u jikseb żvilupp sostenibbli fuq livell dinji u jippromwovi soċjetajiet paċifiċi, ġusti u inklużivi, filwaqt li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u ssir ħidma biex jiġu ppreservati l-oċeani u l-foresti. Hija għandha ambitu universali, billi tipprovdi qafas komprensiv kondiviż għal azzjonijiet li japplikaw għall-Unjoni, għall-Istati Membri tagħha u għas-sħab tagħha. Hija tibbilanċja d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, edukattivi u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tirrikonoxxi l-interkonnessjonijiet essenzjali bejn l-għanijiet u l-miri tagħha. L-Aġenda 2030 għandha l-għan li ma tħalli lil ħadd jibqa' lura u li l-ewwel tfittex li tilħaq lil dawk li l-aktar baqgħu lura. L-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 se tkun koordinata mill-qrib mal-impenji internazzjonali rilevanti l-oħra tal-Unjoni. L-azzjonijiet imwettqa minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet jkunu ggwidati mill-prinċipji u l-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda 2030, fil-Ftehim ta' Pariġi u fl-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa u jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-interkonnessjonijiet ta' bejniethom u lill-azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu għanijiet multipli b’mod koerenti filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-interkonnessjonijiet ta' bejniethom. [Em. 6]

(8)  L-implimentazzjoniL-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun iggwidata ibbażata fuqmill-ħames il-ħames prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni (l-“Istrateġija Globali”)(19), ippreżentata fid-19 ta’ Ġunju 2016, li tirrappreżenta l-viżjoni tal-Unjoni u l-qafas għal involviment estern magħqud u responsabbli fi sħubija ma’ oħrajn, biex tmexxi ’l quddiem il-valuri u l-interessi tagħha. L-Unjoni jenħtieġ li ssaħħaħ is-sħubijiet, tippromwovi d-djalogu dwar il-politika u r-rispons kollettiv għall-isfidi ta’ tħassib dinji. L-azzjoni tagħha jenħtieġ li tappoġġa l-interessii, il-prinċipji u l-valuri fundamentali tal-Unjoni fl-aspetti kollha tagħhomtagħha, inklużi l-preservazzjoni l-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, il-kontribuzzjoni għall-qerda tal-faqar, il-preservazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti, il-medjazzjoni u r-rikostruzzjoni wara kunflitt bl-inklużjoni tan-nisa fl-istadji kollha, l-iżgurar tas-sikurezza nukleari, it-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, il-ġlieda kontra kawżi l-indirizzar tal-kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari l-ispostament sfurzat u l-assistenza lil popolazzjonijiet, pajjiżi u reġjuni biex jikkonfrontaw diżastri kkonfrontati b'diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għall-kreazzjoni ta' qafas legali internazzjonali għall-protezzjoni tal-persuni spostati minħabba t-tibdil fil-klima, it-trawwim ta' edukazzjoni inklużiva ta' kwalità, l-appoġġ għall-politika kummerċjali, il-kooperazzjoni ta' politika kummerċjali ġusta, sostenibbli u bbażata fuq ir-regoli u fuq il-valuri bħala għodda għall-iżvilupp u biex jitjiebu l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, id-diplomazija ekonomika u kulturali u l-kooperazzjoni ekonomika, il-promozzjoni tal-innovazzjoni u ta’ soluzzjonijiet u teknoloġiji diġitali, il-protezzjoni tal-wirt kulturali speċjalament f'żoni ta' kunflitt, l-indirizzar tat-theddid għas-saħħa pubblika globali u t-trawwim tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki tal-Unjoni. Fil-promozzjoni tal-interessi, il-prinċipji u l-valuri fundamentali tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li tikkonforma mal-prinċipji tar-rispett għal standards soċjali u ambjentali għolja inkluż fir-rigward tat-tibdil fil-klima, għall-istat tad-dritt, għad-dritt internazzjonali u għad-drittijiet , inkluż fir-rigward tad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tippromwovihom. [Em. 7]

(9)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ibbażata wkoll fuq il-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp (“il-Kunsens”)(20), iffirmat fis-7 ta’ Ġunju 2017, li jipprovdi l-qafas għal approċċ komuni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha biex jimplimentaw l-Aġenda 2030 u l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa. Il-qerda tal-faqar, l-indirizzar tad-diskriminazzjonijiet u l-inugwaljanzi, li ħadd ma jitħalla lura, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, huma u t-tisħiħ tar-reżiljenza jinsabu fil-qalba tal-politika tal-kooperazzjoni għall-iżviluppjenħtieġ li jirfdu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. [Em. 8]

(9a)  Minbarra l-Aġenda 2030 tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa, l-Istrateġija Globali tal-UE u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, li jikkostitwixxu l-qafas politiku primarju, id-dokumenti li ġejjin u r-reviżjonijiet futuri tagħhom jenħtieġ li jiggwidaw ukoll l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

   il-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;
   il-linji gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
   l-Approċċ Integrat tal-UE għal Kunflitti u Kriżijiet Esterni, u l-approċċ komprensiv tal-UE għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni tal-2013;
   l-Approċċ Komprensiv għall-implimentazzjoni min-naħa tal-UE tar-Riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà;
   il-Programm tal-Unjoni għall-Prevenzjoni ta' Kunflitti Vjolenti;
   il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2011 dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti;
   il-Kunċett dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta' Medjazzjoni u ta' Djalogu tal-UE;
   il-Qafas Strateġiku għall-UE kollha biex tiġi appoġġata r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS);
   l-istrateġija tal-UE kontra l-armi ħfief, l-armi ta' kalibru żgħir u l-armi tan-nar illeċiti (SALW) u l-munizzjon tagħhom;
   il-Kunċett tal-UE għal Appoġġ għad-Diżarm, id-Demobilizzazzjoni u r-Reintegrazzjoni (DDR);
   il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2007 dwar reazzjoni tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità u l-konklużjonijiet tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, datati wkoll fid-19 ta' Novembru 2007 dwar is-sigurtà u l-iżvilupp;
   id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2004 dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea Kontra t-Terroriżmu, tat-30 ta' Novembru 2005 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2011 dwar it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-aspetti interni u esterni tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;
   il-linji gwida tal-OECD għall-intrapriżi multinazzjonali;
   il-prinċipji gwida tan-NU dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem;
   l-Aġenda Urbana l-Ġdida tan-NU;
   il-Konvenzjoni NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà;
   il-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati;
   il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;
   l-eżiti tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing u l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD);
   il-Pjan Direzzjonali tal-UNCTAD għar-Ristruttrar Sostenibbli ta' Dejn Sovran (April 2015);
   il-Prinċipji Gwida dwar id-Dejn Barrani u d-Drittijiet tal-Bniedem imfassla mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem;
   il-Patt Globali dwar ir-Refuġjati;
   il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari, adottat f'Marrakech fl-10 ta' Diċembru 2018;
   u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. [Am. 9]

(10)  Sabiex jiġi implimentat il-qafas internazzjonali ġdid stabbilit mill-Aġenda 2030, mill-Istrateġija Globali u mill-Kunsens, dan ir-Regolament jenħtieġ li jimmira lejn li jżid il-koerenza u jassigura l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni billi jikkonċentra l-isforzi tiegħu permezz ta’ strument simplifikat ħalli jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politiki differenti tal-azzjoni esterna.

(11)  Skont l-Istrateġija Globali u l-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri (2015-2030) kif adottat fit-18 ta' Marzu 201561(21), jenħtieġ li jingħata rikonoxximent lill-ħtieġa li nimxu lil hinn mir-reazzjonijiet għall-kriżijiet u l-konteniment tagħhom u nersqu lejn approċċ aktar strutturali, preventiv u fuq terminu twil li jindirizza b'mod aktar effettiv is-sitwazzjonijiet ta' fraġilità, id-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem, u l-kriżijiet fit-tul. Huma meħtieġa enfażi akbar u approċċi kollettivi fuq it-tnaqqis tar-riskju, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u t-tħejjija; u huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex jissaħħaħ ir-rispons rapidu u l-irkupru durabbli. Dan ir-Regolament jenħieġ għalhekk li jikkontribwixxi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza u biex jorbot l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta' żviluppb'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet ta' rispons rapidu kif ukoll permezz ta' programmi ġeografiċi u tematiċi rilevanti, filwaqt li jiġu żgurati l-prevedibbiltà, it-trasparenza u l-akkontabbiltà reċiproka xierqa, kif ukoll koerenza, konsistenza u komplementarjetà mal-għajnuna umanitarja u konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonli u mingħajr ma jiġi mxekkel l-għoti tal-għajnuna umanitarja skont il-prinċipji ta' umanità, newtralità, imparzjalità u indipendenza f'kuntesti ta' emerġenza u ta' wara l-emerġenza. [Em. 10]

(12)  F'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni dwar l-effettività tal-iżvilupp kif adottati f'Busan fl-2011 u mġedda fil-Forum ta' Livell Għoli ta' Nairobi fl-2016 u mfakkra fil-Kunsens, il-kooperazzjoni l-Unjoni, fil-kuntest tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-Unjoni tagħha u fil-modalitajiet ta' għajnuna kollha, jenħtieġ li tapplika l-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, jiġifieri s-sjieda tal-prijoritajiet għall-iżvilupp mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fokus fuq ir-riżultati, sħubijiet inklużivi għall-iżvilupp kif ukoll it-trasparenza trasparenza u l-akkontabilità akkontabbiltà reċiproċi, minbarra l-prinċipji ta' allinjament u armonizzazzjoni. [Em. 11]

(13)  Skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-monitoraġġ u għar-rappurtar b'enfażi fuq ir-riżultati, li jkopru l-outputs, l-eżiti u l-impatti f'pajjiżi sħab li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja esterna tal-Unjoni. B'mod partikolari, kif miftiehem fil-Kunsens, l-azzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament huma mistennija jenħtieġ li mill-inqas jikkontribwixxu 20 % tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp iffinanzjata skont dan ir-Regolament għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, inklużi l-ugwaljanza b'enfasi fuq servizzi soċjali bażiċi, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni, l-ilma, is-sanità u l-iġjene, u l-protezzjoni soċjali, b'mod partikolari għal dawk l-iktar marġinalizzati, b'kont meħud tal-ugwaljanza bejn is-sessi l-għoti tas-setgħa lin-nisa, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u d-drittijiet tat-tfal bħala kwistjonijiet orizzontali. [Em. 12]

(14)  Kull meta jkun possibbli Sabiex jitjiebu l-akkontabbiltà u xieraq t-trasparenza tal-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ċari biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress lejn il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Ir-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiżi u miżurabbli li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-għanijiet tal-Istrument u preferibbilment ibbażati bbażati fuq il-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja regolarment l-azzjonijiet tagħha u tirrevedi l-progress, filwaqt li tagħmel ir-riżultati disponibbli għall-pubbliku, b'mod partikolari fil-forma ta' rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.. [Em. 13]

(15)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-għan kollettiv tal-Unjoni li tipprovdi 0,7 % mill-Introjtu Nazzjonali Gross bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-perjodu tal-Aġenda 2030. Dak l-impenn jenħtieġ li jkun ibbażat fuq pjan direzzjonali ċar għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex jistabbilixxu skadenzi u modalitajiet għall-kisba tiegħu. F'dak ir-rigward, mill-anqas 92 95 % tal-finanzjament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal azzjonijiet imfassla b'mod li jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp kif stabbiliti mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi. [Em. 14]

(16)  Sabiex ikun żgurat li r-riżorsi jmorru fejn hemm l-akbar ħtieġa, speċjalment għand il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi f'sitwazzjoni ta' fraġilità u kunflitt, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-mira kollettiva li sa 0,20 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni jmur lejn il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati fil-perjodu tal-Aġenda 2030. Dan l-impenn jenħtieġ li jkun ibbażat fuq pjan direzzjonali ċar għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex jistabbilixxu skadenzi u modalitajiet għall-kisba tiegħu. [Em. 15]

(16a)  Bi qbil mal-impenji eżistenti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi II, mill-anqas 85 % tal-programmi ffinanzjati mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, ġeografiċi u tematiċi, jenħtieġ li jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala għan prinċipali jew sinifikanti, kif definit mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD. Ir-rieżami obbligatorju tal-infiq jenħtieġ li jiżgura li parti sinifikanti minn dawn il-programmi jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom bħala għan prinċipali. [Em. 16]

(16b)  Dan ir-regolament jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari lit-tfal u ż-żgħażagħ bħala kontributuri għar-realizzazzjoni tal-Aġenda 2030. L-azzjoni esterna tal-Unjoni skont dan ir-regolament jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom u se tikkontribwixxi għat-twettiq tal-potenzjal tagħhom bħala aġenti ewlenin ta' bidla permezz tal-investiment fl-iżvilupp tal-bniedem u l-inklużjoni soċjali. [Em. 17]

(16c)   L-abitanti tal-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana huma prinċipalment adolexxenti u żgħażagħ. Kull pajjiż jenħtieġ li jiddeċiedi dwar il-politika demografika tiegħu. Madankollu, id-dinamika demografika jenħtieġ li tiġi indirizzata b'mod globali sabiex jiġi żgurat li l-ġenerazzjonijiet attwali u futuri jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom b'mod sostenibbli. [Em. 18]

(17)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa ta' konċentrazzjoni fuq prijoritajiet strateġiċi, kemm ġeografikament — il-Viċinat Ewropew u l-Afrika, kif ukoll pajjiżi li huma fraġli u li huma l-aktar fil-bżonn, b'mod partikolari l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, iżda wkoll tematikament — l-iżvilupp sostenibbli, il-qerda tal-faqar, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, is-sigurtà, il-migrazzjoni it-tibdil regolari, ordinata u sikura, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima u d-drittijiet tal-bniedem t-theddid għas-saħħa pubblika globali. [Em. 19]

(17a)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' reżiljenza Statali u soċjetali fil-qasam tas-saħħa pubblika globali billi jindirizza t-theddid għas-saħħa pubblika globali, isaħħaħ is-sistemi tas-saħħa, jikseb kopertura tas-saħħa universali, jipprevjeni u jiġġieled il-mard li jittieħed u jgħin biex jiġu żgurati mediċini u vaċċini affordabbli għal kulħadd. [Em. 20]

(18)  Ir-relazzjoni speċjali żviluppata mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 8 tat-TUE, jenħtieġ li tiġi ppreservata u msaħħa permezz tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Istati u tas-soċjetajiet fil-viċinat tal-Unjoni, abbażi tal-impenn meħud fl-Istrateġija Globali. Dan ir-Regolament jjenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif rieżaminata fl-2015, u l-implimentazzjoni ta' oqfsa ta' kooperazzjoni reġjonali, bħall-kooperazzjoni transfruntiera u l-aspetti esterni ta' strateġiji u politiki makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar tal-rilevanti rilevanti fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar, inklużi d-Dimensjoni tat-Tramuntana u l-kooperazzjoni reġjonali tal-Baħar l-Iswed. Dawn l-inizjattivi joffru oqfsa politiċi supplementari għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u bejniethom, fuq il-bażi tal-prinċipji tal-akkontabbiltà reċiproka, is-sjieda u r-responsabbiltà kondiviżi. [Em. 21]

(19)  Il-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif rieżaminata fl-2015(22), timmira lejn li tistabbilizza l-pajjiżi timmira lejn l-approfondiment tad-demokrazija, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u rispett tal-istat tad-dritt, l-istabbilizzazzjoni tal-pajjiżi ġirien u li ssaħħaħ ir-reżiljenza t-tisħiħ tar-reżiljenza, b'mod partikolari billi ssaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku tippromwovi riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali, bħala l-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-Unjoni. Biex Sabiex tilħaq l-għan tagħha, il-Politika l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat rieżaminata ffukat permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiffoka fuq erba' oqsma l-oqsma ta' prijorità li ġejjin: governanza il-governanza tajba, demokrazija, stat id-demokrazija, l-istat tad-dritt u drittijiet d-drittijiet tal-bniedem, b'enfażi partikolari fuq involviment akbar mas-soċjetà ċivili; l-iżvilupp ekonomiku soċjoekonomiku, inkluża l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, kif ukoll l-edukazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali; is-sigurtà; il-migrazzjoni u l-mobilità l-mobbiltà, inkluż l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u tal-ispostament furzat sfurzat u s-sostenn tal-popolazzjonijiet, il-pajjiżi u r-reġjuni li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' pressjoni migratorja maġġuri. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni tal-Unjoni u l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles approfonditi u komprensivi ma' pajjiżi fil-viċinat. Id-differenzazzjoni u s-sjieda reċiproka akbar huma l-karatteristika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li tirrikonoxxi l-livelli differenti ta' involviment, u tirrifletti l-interessi ta' kull pajjiż fir-rigward tan-natura u l-fokus tas-sħubija tiegħu mal-Unjoni. L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Fil-każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija f'wieħed mill-pajjiżi sħab, l-appoġġ jenħtieġ li jiġi sospiż. Il-finanzjament tal-viċinat huwa lieva ewlenija fl-indirizzar ta' sfidi komuni, bħall-migrazzjoni irregolari u t-tibdil fil-klima, kif ukoll fit-tixrid tal-prosperità, is-sigurtà u l-istabbiltà permezz tal-iżvilupp ekonomiku u governanza aħjar. Il-viżibbiltà tal-assistenza tal-Unjoni fl-ambitu tal-viċinat jenħtieġ li tissaħħaħ. [Em. 22]

(20)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' ftehim ta' assoċjazzjoni modernizzat mal-pajjiżi mill-Grupp ta' Stati mill-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u jippermetti lill-UE u lis-sħab tagħha tal-AKP biex ikomplu jiżviluppaw alleanzi b'saħħithom dwar sfidi dinjija ewlenin u komuni. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni stabbilita bejn l-Unjoni u l-Unjoni Afrikana f'konformità mal-Istrateġija Konġunta UE-Afrika, inkluż l-impenn mill-Afrika u l-UE li jippromwovu d-drittijiet tat-tfal kif ukoll it-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ tal-Ewropa u tal-Afrika, u jibni fuq il-ftehim futur bejn l-UE u l-AKP wara l-2020, inkluż permezz ta' approċċ kontinentali lejn l-Afrika, u sħubija ta' benefiċċju reċiproku bejn partijiet ugwali bejn l-UE u l-Afrika. [Em. 23]

(20a)   Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti relatati mal-kummerċ tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, bħall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar id-diliġenza dovuta għal ktajjen ta' provvista li jikkonċernaw il-landa, it-tantalju u d-deheb, il-Proċess ta' Kimberley, il-Patt dwar is-Sostenibbiltà, l-implimentazzjoni tal-impenji skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23) (Regolament dwar is-SĠP), il-kooperazzjoni skont l-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) u l-inizjattivi tal-Għajnuna għall-Kummerċ sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-appoġġ reċiproku bejn il-politika kummerċjali tal-UE u l-għanijiet u l-azzjonijiet ta' żvilupp; [Em. 24]

(21)  L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli biex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb permezz ta’ koerenza, konsistenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III(24), l-Istrument tal-Għajnuna għall-Għajnuna Umanitarja(25), id-Deċiżjoni dwar il-Pajjiż il-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropew t-Territorji extra-Ewropej(26), l-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari biex jikkomplementa l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat tal-Euratom(27), il-politika estera u ta’ sigurtà komuni u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi li għadha kif ġiet proposta(28) li hija ffinanzjata lil hinn mill-baġit tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ politiki u Programmi oħra tal-Unjoni, inklużi Fondi Fiduċjarji kif ukoll politiki u programmi tal-Istati Membri tal-UE. Dan jinkludi koerenza u komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja, fejn rilevanti. Sabiex jiġi massimizzat l-impatt ikkombinat tal-interventi biex jintlaħaq għan komuni, dan ir-Regolament jenħtieġ jippermetti t-taħlit ta’ finanzjament ma’ Programmi oħra tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Em. 25]

(22)  Il-finanzjament minn dan ir-Regolament jenħtieġ jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet taħt id-dimensjoni internazzjonali ta’ Erasmus u ta' Ewropa Kreattiva, li l-implimentazzjoni tagħhom jenħtieġ li ssir skont ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (‘ir-Regolament dwar Erasmus’)(29) u ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (‘ir-Regolament dwar Ewropa Kreattiva’)(30).Regulation (EU) No 1295/2013. [Em. 26]

(22a)   Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm Erasmus Plus jenħtieġ li tingħata spinta bil-għan li jiżdiedu l-opportunitajiet għall-mobbiltà u l-kooperazzjoni għall-individwi u l-organizzazzjonijiet minn pajjiżi inqas żviluppati tad-dinja - billi jiġu appoġġati tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-pajjiżi terzi, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-iskambji bejn il-persuni, filwaqt li jiġi offrut għadd ikbar ta' opportunitajiet għall-kooperazzjoni u l-mobbiltà mal-pajjiżi żviluppati u dawk emerġenti. [Em. 27]

(22b)  Fid-dawl tar-rilevanza tal-indirizzar tal-edukazzjoni u l-kultura bi qbil mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżgurar ta' edukazzjoni ta' kwalità inklużiva u ekwa, il-promozzjoni ta' opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, it-trawwim tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, u r-rikonoxximent tar-rwol tal-kultura fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej permezz ta' azzjonijiet dedikati u mmirati mfassla biex ikollhom impatt ċar fuq ir-rwol tal-UE bħala attur globali. [Em. 28]

(23)  L-approċċ ewlieni għall-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun permezz ta' programmi ġeografiċi, sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-assistenza tal-Unjoni u l-azzjoni tal-Unjoni tinġieb eqreb tal-pajjiżi tal-popolazzjonijiet u l-popolazzjonijiet l-pajjiżi sħab Dan l-approċċ ġenerali, filwaqt li jiġu appoġġati prijoritajiet tematiċi bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, is-soċjetà ċivili u s-sostenibbiltà. L-għanijiet taħt il-programmi ġeografiċi u tematiċi jenħtieġ li jkunu konsistenti u koerenti ma' xulxin u jenħtieġ li jiġi kkumplimentat jiġu kkomplementati minn programmi tematiċi u minn azzjonijiet ta' rispons rapidu, fejn rilevanti. Jenħtieġ li tiġi żgurata komplementarjetà effettiva bejn il-programmi u l-azzjonijiet ġeografiċi, tematiċi u ta' rispons rapidu. Sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull programm, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplementa d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-istrateġija tal-Unjoni, l-oqsma ta' prijorità, l-għanijiet dettaljati, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi speċifiċi ta' prestazzjoni u l-allokazzjoni finanzjarja speċifika għal kull programm. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(31). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 29]

(24)  F'konformità mal-Kunsens, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jtejbu l-programmazzjoni konġunta sabiex iżidu l-impatt kollettiv tagħhom billi jiġbru flimkien ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħhom. Il-programmazzjoni konġunta jenħtieġ li tibni fuq l-involviment, l-approprjazzjoni u s-sjieda tal-pajjiżi sħab. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jfittxu li jappoġġaw lill-pajjiżi sħab permezz ta' implimentazzjoni ta' applikazzjoni konġunta, kull meta xieraq. L-applikazzjoni konġunta jenħtieġ li tkun inklużiva u miftuħa għas-sħab kollha tal-Unjoni li jaqblu u li jistgħu jikkontribwixxu għal viżjoni komuni, inklużi l-aġenziji tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet finanzjarji ta' żvilupp tagħhom, l-awtoritajiet lokali, is-settur privat, is-soċjetà ċivili u l-akkademja. [Em. 30]

(24a)  Fil-każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt f'wieħed mill-pajjiżi sħab, l-appoġġ jista', permezz ta' att delegat, jiġi sospiż parzjalment jew kompletament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis b'mod xieraq ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha. [Em. 31]

(24b)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonferma mill-ġdid is-sikurezza nukleari bħala parti importanti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u jiffaċilita l-għanijiet ta' kooperazzjoni speċifikati fir-Regolament (UE) .../...tal-Parlament Ewroew u tal-Kunsill(32) (‘ir-Regolament EINS’). Għalhekk, fil-każ li pajjiż sieħeb jonqos b'mod persistenti milli jirrispetta l-istandards bażiċi tas-sikurezza nukleari, bħalma huma d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti fi ħdan il-Qafas tal-IAEA, il-Konvenzjonijiet ta' Espoo u Aarhus u l-emendi sussegwenti tagħhom, it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u l-Protokolli addizzjonali tagħhom, l-impenji favur l-implimentazzjoni tat-testijiet tal-istress u l-miżuri relatati, u l-għanijiet ta' kooperazzjoni speċifikati fir-Regolament (EINS), l-assistenza skont dan ir-Regolament għall-pajjiż ikkonċernat jenħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-ġdid u tista' tiġi sospiża jew sospiża parzjalment. [Em. 32]

(25)  Filwaqt li d-demokrazija, d-drittijiet tal-bniedem id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, fosthom il-protezzjoni tat-tfal, il-minoritajiet, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni LGBTI, kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-għoti tas-setgħa lin-nisa t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, jenħtieġ li jiġu riflessi matul l-implimentazzjoni kollha u integrati b'mod konsistenti matul l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-assistenza tal-Unjoni permezz tal-programmi tematiċi għad-drittijiet tal-bniedem uf u d-demokrazija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili - l-awtoritajiet lokali jenħtieġ li jkollha rwol speċifiku komplementari u addizzjonali minħabba n-natura dinjija tagħha, u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-gvernijiet u tal-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Meta tagħmel dan, l-Unjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lill-pajjiżi u s-sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju u fejn in-nuqqas ta' rispett lejn dawk id-drittijiet u l-libertajiet huwa partikolarment evidenti u sistematiku, kif ukoll lil sitwazzjonijiet fejn ikun hemm fin-nofs l-ispazju tas-soċjetà ċivili. L-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li titfassal b'tali mod li tippermetti appoġġ lis-soċjetà ċivili, kif ukoll kooperazzjoni u sħubija magħha fir-rigward ta' kwistjonijiet tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem sensittivi, filwaqt li tipprovdi l-flessibbiltà u r-reattività meħtieġa biex ikun hemm rispons għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu, għall-ħtiġijiet tal-benefiċjarji, jew għall-perjodi ta' kriżi, u meta jkun neċessarju, tikkontribwixxi għall-bini tal-kapaċità tas-soċjetà ċivili. F'tali każijiet, il-prijoritajiet politiċi jenħtieġ li jkunu l-promozzzjoni tar-rispett għad-dritt internazzjonali u l-provvediment ta' mezzi ta' azzjoni lis-soċjetà ċivili lokali u lil partijiet ikkonċernati tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra sabiex jingħata kontribut għal ħidma li titwettaq f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. Dan ir-Regolament jenħtieġ li joffri wkoll il-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jirċievu għotjiet żgħar b'mod rapidu u effiċjenti meta jkun neċessarju, b'mod partikolari fl-aktar sitwazzjonijiet diffiċli, bħalma huma dawk ta' fraġilità, kriżi u tensjonijiet interkomunitarji. [Em. 33]

(25a)  Skont l-Artikoli 2, 3 u 21 tat-TUE u l-Artikolu 8 tat-TFUE, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun iggwidata mill-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, u jenħtieġ li tipprova tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tan-nisa f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi II, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà tal-10 ta' Diċembru 2018, il-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Għan Nru 5 tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. [Em. 34]

(25b)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza u jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi globalment, inkluż billi jappoġġa l-organizzazzjonijiet li qed jaħdmu fuq il-promozzjoni tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (aċċess għal informazzjoni, edukazzjoni u servizzi ta' kwalità u aċċessibbli) u l-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess u d-diskriminazzjoni, filwaqt li jirrikonoxxi u jindirizza wkoll ir-rabtiet mill-qrib bejn il-kwistjonijiet ta' paċi, sigurtà, żvilupp u ugwaljanza bejn is-sessi. Din il-ħidma jenħtieġ li tkun koerenti mal-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-konvenzjonijiet internazzjonali u Ewropej rilevanti, u tippromwovihom. [Em. 35]

(26)  L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jinkludu firxa wiesgħa ta' atturi bi rwoli u mandati differenti multipli li jinkludi tinkludi l-istrutturi kollha mhux Statali, mhux għall-profitt, mhux partiġġjani u mhux vjolenti, li bihom persuni jorganizzaw ruħhom biex isegwu għanijiet u ideali komuni, sew politiċi, kulturali, soċjali ekonomiċi, reliġjużi, ambjentali, jew ekonomiċi jew biex iżommu responsabbli lill-awtoritajiet. Huma Peress li joperaw mil-livell lokali sal-livell sal-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, u dawn jinkludu organizzazzjonijiet urbani u rurali, formali u informali. Il-korpi jew l-atturi l-oħrajn li mhumiex speċifikament esklużi b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati meta dan ikun neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. [Em. 36]

(26a)  Bi qbil mal-Kunsens għall-Iżvilupp, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jrawmu l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u tal-awtoritajiet lokali (LAs) fil-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u għall-implimentazzjoni tal-SDGs, iter alia fis-setturi tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja soċjali u bħala fornituri ta' servizzi soċjali bażiċi lill-popolazzjonijiet l-aktar fil-bżonn. Huma jenħtieġ li jirrikonoxxu r-rwoli multipli tal-OSĊ u tal-LAs, dawn tal-aħħar bħala promoturi ta' approċċ territorjali għall-iżvilupp, inklużi proċessi ta' deċentralizzazzjoni, parteċipazzjoni, sorveljanza u akkontabbiltà. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jippromwovu spazju operattiv u ambjent abilitanti għall-OSĊ, u jkomplu jsaħħu l-appoġġ tagħhom favur il-bini tal-kapaċitajiet tal-OSĊ u tal-LAs sabiex isaħħu l-vuċi tagħhom fil-proċess ta' żvilupp sostenibbli u djalogu politiku, soċjali u ekonomiku avvanzat, inkluż permezz ta' programmi dwar il-faċilitajiet tas-soċjetà ċivili. [Em. 37]

(26b)   L-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tippromwovi l-involviment strateġiku ikbar tagħhom fl-istrumenti u l-programmi esterni kollha, inklużi l-programmi ġeografiċi u l-azzjonijiet ta' rispons rapidu skont dan ir-Regolament, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar "L-għeruq tad-demokrazija u żvilupp sostenibbli: l-involviment tal-Ewropa mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni". [Em. 38]

(27)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal dan l-istrument, li se jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(33), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(28)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jitħares l-ambjent u li jiġi miġġieled it-telf tal-bijodiversità, skont l-impenji tal-Unjoni li jimplimentaw il-Ftehim ta' Pariġi l-Miri tal-Iżvilupp, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament se jenħtieġ li jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika u ambjentali tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tintlaħaq il-mira ġenerali li 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE ikunu tal-Unjoni b'appoġġ għal għanijiet tal-klima u jappoġġa azzjonijiet b'kobenefiċċji ċari u identifikabbli fis-setturi kollha. L-azzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 25 45 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv għal għanijiet tal-klima.għall-għanijiet tal-klima, il-ġestjoni u l-protezzjoni ambjentali, il-bijodiversità u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, filwaqt li 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv jenħtieġ li jkun iddedikat għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Azzjonijiet L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-implimentazzjoni l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet rilevanti u mill-proċessi ta' rieżami. L-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam jenħtieġ li tiffavorixxi l-aderenza mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-Konvenzjonijiet ta' Rio, u ma tikkontribwixxix għad-degradazzjoni ambjentali jew tikkawża ħsara lill-ambjent jew lill-klima. L-azzjonijiet u l-miżuri li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira dwar il-klima jenħtieġ li jenfasizzaw b'mod speċjali l-appoġġ għall-adattament għat-tibdil fil-klima f'pajjiżi foqra u vulnerabbli ħafna, u jenħtieġ li jqisu r-relazzjoni bejn il-klima, il-paċi u s-sigurtà, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-ġlieda kontra l-faqar. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u jippromwovi agrikoltura, ġestjoni tal-foresti u attivitajiet ta' estrazzjoni sostenibbli u sikuri. [Em. 39]

(29)  Huwa essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni Il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni ma' pajjiżi sħab, jitgawdew il-benefiċċji ta' migrazzjoni ġestita tajjeb tista' twassal biex jinsilet benefiċċju reċiproku mill-migrazzjoni ordnata, sikura u regolari responsabbli u tiġi indirizzata effettivament biex jiġu indirizzati b'mod effettiv il-migrazzjoni irregolari u l-ispostament sfurzat. Tali kooperazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi biex jiġu ffaċilitati mogħdijiet sikuri u legali għall-migrazzjoni u l-asil, jiġi żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-indirizzar tal-kawżi jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari it-titjib tal-ġestjoni u l-ispostament sfurzat, ikun hemm kollaborazzjoni mad-dijaspori, tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri u li jsiru jiġu segwiti sforzi fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni fl-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' migranti, u ssir ħidma fuq ir-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni sikuri, dinjitużi u sostenibbli meta rilevanti, b'mod li jkun sensittiv għall-kunflitti fuq il-bażi tal-akkontabbiltà reċiproka, u b'rispett sħiħ tal-obbligi umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedemGħalhekk, il-kooperazzjoni effettiva tal-pajjiżi terzi mal-Unjoni f'dan il-qasam jenħtieġ li ssir element integrali mill-prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament skont id-dritt internazzjonali u dak tal-Unjoni. Aktar koerenza Il-koerenza bejn il-migrazzjoni il-politiki tal-migrazzjoni u l-politiki dawk tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija importanti biex jiġi żgurat li l-assistenza għall-iżvilupp tappoġġa lill-pajjiżi sħab jimmaniġġaw il-migrazzjoni b'mod aktar effettiv biex jiġġieldu l-faqar u l-inugwaljanza, jippromwovu d-drittijiet u l-libertajiet, kif ukoll biex isir kontribut għal ġestjoni tal-migrazzjoni ordnata, sikura u responsabbli. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal approċċ koordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni, billi jimmassimizza s-sinerġiji u japplika l-ingranaġġ meħtieġ l-impatt pożittiv tal-migrazzjoni u l-mobbiltà fuq l-iżvilupp. [Em. 40]

(30)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi għall-isfidi, il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet relatati mal-migrazzjoni, f'komplementarjetà mal-politika tal-UE mal-politiki tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp. Sabiex Biex jikkontribwixxi għal dan il-għan dak l-għan, sabiex tiġi mmassimizzata l-kontribuzzjoni tal-migrazzjoni għall-iżvilupp, u mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkustanzi mhux previsti għal ħtiġijiet ġodda jew sfidi emerġenti ġodda, huwa mistemmi li massimu ta' 10 % mill-pakkett finanzjarju tiegħu huma mistennija jkunu ddedikati jkun iddedikat biex jiġu indirizzati l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u tal-ispostament sfurzat u biex tiġi appoġġata l-ġestjoni u l-governanza jiġi appoġġat impenn imsaħħaħ favur il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni sikura ordnata, regolari u responsabbli u l-implimentazzjoni ta' politiki ppjanati u ġesti tajjeb, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti u tar-refuġjati d-drittijiet tal-migranti abbażi tad-dritt internazzjonali u dak privat fl-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-indirizzar tal-fenomenu tal-eżodu ta' mħuħ u biex jgħin fl-appoġġ tal-ħtiġijiet tal-persuni spostati u tal-komunitajiet ospitanti, b'mod partikolari permezz tal-għoti ta' aċċess għal opportunitajiet ta' għajxien u servizzi bażiċi. [Em. 41]

(30a)   Is-servizzi u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) urew li jippermettu l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv. Dawn jistgħu jkunu kruċjali għat-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini anke fl-ifqar pajjiżi, b'mod partikolari billi jsaħħu l-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, itejbu l-governanza demokratika u t-trasparenza, u jagħtu spinta l-produttività u l-ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, il-konnettività u l-affordabbiltà għadhom problema kemm madwar ir-reġjuni kif ukoll fihom, peress li jeżistu varjazzjonijiet kbar bejn il-pajjiżi bi dħul għoli u dawk bi dħul iktar baxx u bejn il-bliet u ż-żoni rurali. Għalhekk, dan ir-regolament jenħtieġ li jgħin lill-Unjoni biex tkompli tintegra d-diġitalizzazzjoni fil-politiki ta' żvilupp tal-Unjoni. [Em. 42]

(30b)  L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata b'Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, issottolinjat l-importanza tal-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi kemm bħala Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) 16 kif ukoll sabiex jinkisbu eżiti oħrajn tal-politika ta' żvilupp. L-SDG 16 jitlob speċifikament "It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet nazzjonali rilevanti, inkluż permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali, għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livelli kollha, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex tiġi evitata l-vjolenza u jiġu missielta t-terroriżmu u l-kriminalità". [Em. 43]

(30c)  Fil-Communiqué tal-Laqgħa ta' Livell Għoli tad-19 ta' Frar 2016, il-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi aġġorna d-direttivi ta' rappurtar tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà. Il-finanzjament tal-azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament jikkostitwixxi Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp meta jissodisfa l-kriterji stabbiliti f'dawk id-direttivi ta' rappurtar jew kwalunkwe direttiva ta' rappurtar sussegwenti, li dwarha jkun jista' jaqbel il-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp. [Em. 44]

(30d)  Il-bini tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u s-sigurtà għall-iżvilupp jenħtieġ li jintuża f'każijiet eċċezzjonali biss, meta l-għanijiet tar-Regolament ma jkunux jistgħu jintlaħqu permezz ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp oħra. L-għoti ta' appoġġ lill-atturi tas-settur tas-sigurtà fil-pajjiżi terzi, inkluż, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-militar, f'kuntest ta' prevenzjoni tal-kunflitti, ġestjoni tal-kriżi jew stabbilizzazzjoni huwa essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet xierqa għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp. Il-governanza tajba, il-kontroll demokratiku u s-sorveljanza ċivili effettivi tas-sistema tas-sigurtà, inkluż fir-rigward tal-militar, kif ukoll il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u mal-prinċipji tal-istat tad-dritt huma attributi essenzjali ta' Stat li jiffunzjona tajjeb fi kwalunkwe kuntest, u jenħtieġ li jiġu promossi permezz ta' appoġġ għal riforma tas-settur tas-sigurtà usa' lill-pajjiżi terzi. [Em. 45]

(30e)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibni fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni mitluba għal Ġunju 2020, li se tinkludi konsultazzjoni pubblika mifruxa b'diversi partijiet ikkonċernati, valutazzjoni tal-koerenza tal-bini tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp fl-ambitu tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp iffinanzjata mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-Istrateġija Globali u l-Għanijiet ta' Żvilupp tan-NU. [Em. 46]

(30f)  L-Unjoni jenħtieġ li tippromwovi wkoll approċċ sensittiv għall-kunflitti u sensittiv għas-sessi fl-azzjonijiet u l-programmi kollha skont dan ir-Regolament, bl-għan li jiġu evitati impatti negattivi u jiġu massimizzati dawk pożittivi. [Em. 47]

(31)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jenħtieġ li japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34) (“ir-Regolament Finanzjarju) u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju, fondi fiduċjarji, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u finanzjament effettiv tal-UE.

(32)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni applikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tal-ħtiġijiet, il-preferenzi u l-kuntest speċifiku tas-sħab, ir-rilevanza, is-sostenibbiltà u l-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mal-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rwol tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) bħala fondazzjoni awtorizzata permezz tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-appoġġ tad-demokrazija, is-soċjetà ċivili u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja jenħtieġ li jissaħħaħ u jiġi inkrimentat skont dan ir-Regolament. L-EED jenħtieġ li jingħata l-flessibbiltà amministrattiva u l-opportunitajiet finanzjarji biex jinħarġu għotjiet immirati lill-atturi tas-soċjetà ċivili fil-Viċinat Ewropew għall-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-iżvilupp tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-elezzjonijiet ħielsa u l-istat tad-dritt. [Em. 48]

(33)  Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli + ("EFSD+") il-ġdid, li jibni fuq il-predeċessur ta’ suċċess tiegħu, l-EFSD(35), jenħtieġ li jikkostitwixxi pakkett finanzjarju integrat li jipprovdi kapaċità ta’ finanzjament fil-forom ta’ għotjiet, garanziji u strumenti finanzjarji oħra madwar il-dinja kollha. L-EFSD+ jenħtieġ li jappoġġa l-Pjan ta' Investiment Estern u jikkombina operazzjonijiet ta’ taħlit u ta’ garanziji baġitarji koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi dawk li jkopru r-riskji sovrani assoċjati ma’ operazzjonijiet ta’ self, preċedentement imwettqa taħt il-mandat ta’ self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Minħabba r-rwol tiegħu skont it-Trattati u l-esperjenza tiegħu matul dawn l-aħħar deċennji jappoġġa l-politiki tal-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment jenħtieġ jibqa’ sieħeb naturali tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta’ operazzjonijiet taħt il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Banek Nazzjonali tal-Iżvilupp (NDBs) tal-UE jew Banek Multilaterali tal-Iżvilupp (MDBs) oħra għandhom ukoll ħiliet u kapital li jistgħu jġibu magħhom valur sinifikanti għall-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tagħhom skont l-EFSD+ tiġi promossa wkoll bil-qawwa permezz ta' dan ir-Regolament. [Em. 49]

(34)  L-EFSD + jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġaw jappoġġa l-investimenti bħala mezz li jikkontribwixxu kif jikkontribwixxi biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli permezz tat-trawwim ta' żvilupp ekonomiku, kulturali u soċjali sostenibbli u inklużiv u billi jippromwovi r-reżiljenza l-promozzjoni tar-reżiljenza soċjoekonomika tal-pajjiżi sħab, b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar, it-tkabbir il-prevenzjoni tal-funflitti u l-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi, ġusti u inklużivi, il-progress ekonomiku sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien l-indirizzar tat-tibdil fil-klima permezz tal-mitigazzjoni u l-adattament, id-degradazzjoni ambjentali, u l-ħolqien ta' opportunitajiet ekonomiċi u impjiegi diċenti l-opportunitajiet ekonomiċi, il-ħiliet f'konformità mal-istandards rilevanti tal-ILO, b'mod partikolari għan-nisa, iż-żgħażagħ u l-persuni vulnerabbli. Jenħtieġ li ssir enfasi fuq l-għoti ta' edukazzjoni ta' kwalità inklużiva u ekwa, u l-iżvilupp tal-ħiliet u l-intraprenditorija permezz tat-tisħiħ tal-istrutturi edukattivi u kulturali, inkluż b'rabta mat-tfal f'sitwazzjonijiet ta' spostament sfurzat u emerġenzi umanitarji. Għandu jkollu wkoll l-għan li jappoġġa ambjent ta' investiment stabbli, l-industrijalizzazzjoni, is-setturi soċjoekonomiċi, il-kooperattivi, l-intrapriżi soċjali, l-intrapriżi mikro, żgħar u medji kif ukoll billi jiġu indirizzati it-tisħiħ tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem, li n-nuqqas tagħhom spiss jikkostitwixxi l-kawżi soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni irregolari u ċ-ċaqliq sfurzat, f'konformità mad-dokumenti rilevanti ta' programmazzjoni indikattiva. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u lill-pajjiżi fqar b'ħafna dejn. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni speċjali fir-rigward tat-titjib tal-għoti ta' servizzi pubbliċi bażiċi essenzjali, tas-sigurtà tal-ikel, u tal-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjonijiet urbani li qed jikbru b'mod rapidu, inkluż permezz ta' akkomodazzjoni adegwata, sikura u affordabbli. Jenħtieġ li l-EFSD+ jinkoraġġixxi s-sħubijiet bi skop ta' qligħ/mingħajr skop ta' qligħ bħala mezz biex l-investimenti tas-settur privat jiġi ggwidat lejn l-iżvilupp sostenibbli u l-qerda tal-faqar. L-involviment strateġiku tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi sħab jenħtieġ li jiġi promoss ukoll fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-proġett, sabiex jinstabu soluzzjonijiet imfassla apposta għall-promozzjoni tal-iżvilupp soċjoekonomiku tal-komunitajiet, il-ħolqien tal-impjiegi u opportunitajiet ġodda ta' negozju. L-investimenti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-analiżi tal-kunflitti, jiffukaw fuq il-kawżi ewlenin tal-kunflitti, il-fraġilità u l-instabbiltà, filwaqt li jimmassimizzaw il-potenzjal għat-trawwim tal-paċi u jimminimizzaw ir-riskji li l-kunflitti jaggravaw. [Em. 50]

(35)  Jenħtieġ li l-EFSD+ jimmassimizza l-addizjonalità tal-finanzjament, jindirizza l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, irendi prodotti innovattivi u jattira fondi mis-settur privat biex tiġi ottimizzata l-kontribuzzjoni tal-finanzjament privat għall-iżvilupp sostenibbli lokali. Jenħtieġ li l-involviment tas-settur privat fil-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi sħab permezz tal-EFSD+ iħalli impatt addizzjonali u li jkun jista' jitkejjel fuq l-iżvilupp b'rispett sħiħ tal-ambjent u d-drittijiet u l-għajxien tal-komunitajiet lokali u mingħajr distorsjoni fis-suq lokali u kompetizzjoni mhux xierqa mal-atturi ekonomiċi lokali. Jenħtieġ li dan ikun kosteffikaċi u bbażat fuq l-akkontabbiltà reċiproka u l-kondiviżjoni tar-riskju u tal-kostijiet. Jenħtieġ li l-EFSD+, filwaqt li bbażat fuq kriterji ta' akkontabbiltà reċiproka u trasparenza adegwati, jopera bħala "one-stop-shop", billi jirċievi proposti ta' finanzjament mingħand istituzzjonijiet finanzjarji u investituri pubbliċi jew privati u jagħti firxa wiesgħa ta' appoġġ finanzjarju għall-investimenti eliġibbli. [Em. 51]

(35a)  Garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet ta' investimenti sovrani fis-settur pubbliku jenħtieġ li tifforma parti mill-EFSD+. Dik il-garanzija tal-UE jenħtieġ li ma tkunx estiża għal operazzjonijiet ta' investimenti sovrani li jinvolvu self ta' fondi mislufa lis-settur privat jew self lil entitajiet sottosovrani, jew għall-benefiċċju tagħhom, li jistgħu jaċċessaw finanzjament sottosovran mingħajr garanziji sovrani. Sabiex il-BEI ikun megħjun fl-ippjanar tal-kapaċità tiegħu, jenħtieġ li jiġi allokat lill-BEI volum minimu garantit ta' tali operazzjonijiet ta' investimenti sovrani. [Em. 52]

(36)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tibni fuq il-Garanzija tal-EFSD u fuq il-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni. Jenħtieġ li l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tappoġġa l-operazzjonijiet tal-EFSD+ koperti mill-garanziji baġitarji, mill-assistenza makrofinanzjarja u mis-self lil pajjiżi terzi fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom(36). Dawn l-operazzjonijiet jenħtieġ li jkunu appoġġati minn approprjazzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' dawk permezz tar-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(37) (‘ir-Regolament IPA III’) u permezz tar-Regolament EINS, li jenħtieġ li jkopru wkoll il-proviżjonament u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn self ta' assistenza makrofinanzjarja u minn self lil pajjiżi terzi msemmi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS, rispettivament. Meta tiffinanzja operazzjonijiet EFSDFil-finanzjament tal-operazzjonijiet tal-EFSD+, jenħtieġ li tingħata prijorità lil dawk l-operazzjonijiet li jkollhom impatt għoli fuq il-ħolqien tal-impjiegi ta' impjiegi u għajxien deċenti u li l-proporzjon tal-kostijiet u l-benefiċċji tagħhom itejjeb is-sostenibbiltà tal-investiment, u li jipprovdu l-ogħla garanziji ta' sostenibbiltà u impatt tal-iżvilupp fit-tul permezz tas-sjieda lokali. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet appoġġati bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jkunu akkumpanjati b'valutazzjoni ex ante dettaljata tal-aspetti ambjentali, finanzjarji u soċjali, kif ikun xieraq inkluż l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-għajxien ta' komunitajiet affettwati u l-impatt fuq l-inugwaljanzi u l-identifikazzjoni ta' modi biex jiġu indirizzati dawk l-inugwaljanzi f'konformità mar-rekwiżiti għal regolamentazzjoni aħjar u filwaqt li jitqies kif xieraq il-prinċipju ta' kunsens liberu u infurmat minn qabel tal-komunitajiet affettwati f'investimenti relatati mal-art. Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li ma tintużax biex tipprovdi servizzi pubbliċi essenzjali, li jibqgħu r-responsabbiltà tal-gvern nazzjonali. Il-valutazzjonijiet tal-impatt ex post jenħtieġ li jkejlu wkoll l-impatt tal-iżvilupp tal-operazzjonijiet EFSD+. [Em. 53]

(37)  Sabiex tiġi prevista l-flessibbiltà, tiżdied l-attrazzjoni għas-settur privat, tiġi promossa l-kompetizzjoni ġusta u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investimenti, jenħtieġ li tingħata deroga mir-regoli relatati mal-metodi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju, fir-rigward tal-kontropartijiet eliġibbli. Dawk il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jkunu wkoll korpi li ma jkunux fdati bl-implimentazzjoni ta' xi sħubija pubblika privata u jistgħu jkunu wkoll korpi regolati b'liġi privata bid-dritt privat ta' pajjiż sieħeb. [Em. 54]

(38)  Sabiex jiżdied l-impatt tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-partijiet kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jkollhom il-possibbiltà jipprovdu kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ flus jew garanzija. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni fil-forma ta’ garanzija ma taqbiżx il-50 % tal-ammont tal-operazzjonijiet iggarantiti mill-Unjoni. Jenħtieġ li l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn din il-garanzija ma jiġux proviżjonati u r-riżerva ta’ likwidità jenħtieġ li tiġi proviżjonata mill-fond komuni ta’ proviżjonament.

(39)  Azzjonijiet L-azzjonijiet esterni huma ta' spiss implimentati jiġu applikati f'ambjent volatili ħafna li jkun jeħtieġ adattament kontinwu u rapidu għall-ħtiġijiet li jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għall-isfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, l-oċeani, u l-kriżi tal-migrazzjoni u l-migrazzjoni, inklużi l-kawżi ewlenin tagħha bħall-faqar u l-inugwaljanza, u l-impatt tan-numru li qed jiżdied ta' persuni spustati, speċjalment fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipju tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda konsegwentement ifisser tfisser l-adattament tal-implimentazzjoni tal-applikazzjoni finanzjarja tal-programmi. Biex tiżdied il-kapaċità tal-UE li tirrispondi għal ħtiġijiet mhux previsti koperti minn programmi u billi jibni fuq l-esperjenza dokumenti ta' programmazzjoni, abbażi tal-esperjenza ta' suċċess tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), ammont definit minn qabel jenħtieġ li jitħalla mhux allokat bħala riżerva għall-isfidi u l-prijoritajiet li jinħolqu. Jenħtieġ li din ir-riżerva tiġi mobilizzata f'każijiet debitament ġustifikati skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. [Em. 55]

(40)  Għalhekk, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stipulat kull sena, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippreserva l-possibbiltà li l-flessibbiltajiet li diġà huma permessi mir-Regolament Finanzjarju jiġu applikati għal politiki oħra, jiġifieri r-riporti u r-riimpenn ta’ fondi, sabiex jiġi assigurat użu effiċjenti tal-fondi tal-UE kemm għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għall-pajjiżi sħab, u b’hekk jiġu massimizzati l-fondi disponibbli tal-Unjoni għall-interventi ta’ azzjoni esterna.

(41)  Skont l-Artikolu 83 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (PTEE), persuni u entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal finanzjament skont dan ir-Regolament, soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tiegħu u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti jkun marbut. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi sħab u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropew kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni skont l-Artikolu 349 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi mħeġġa f’oqsma ta’ interess komuni.

(42)  Sabiex jissaħħu s-sjieda demokratika tal-proċessi ta' żvilupp min-naħa tal-pajjiżi sħab u s-sostenibbiltà tal-assistenza esterna, jenħtieġ li l-Unjoni, fejn ikun rilevanti, tiffavorixxi l-użu tal-istituzzjonijiet, ir-riżorsi u l-għarfien espert proprji tal-pajjiżi sħab, u tas-sistemi u l-proċeduri tal-pajjiżi sħab għal kull aspett taċ-ċiklu tal-proġett għall-kooperazzjoni filwaqt li jiġu żgurati l-għarfien espert u r-riżorsi lokali u l-involviment sħiħ tas-soċjetà ċivili u tal-gvernijiet lokali. L-Unjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll programmi ta' taħriġ dwar kif issir applikazzjoni għall-finanzjament tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-ħaddiema taċ-ċivil tal-awtoritajiet lokali bl-għan li tgħinhom itejbu l-eliġibbiltà u l-effiċjenza tal-proġetti tagħhom. Dawn il-programmi jenħtieġ li jitwettqu fil-pajjiżi kkonċernati, ikunu disponibbli fil-lingwa tal-pajjiż u jikkomplementaw kwalunkwe programm ta' tagħlim mill-bogħod li jkun stabbilit ukoll, sabiex ikun żgurat taħriġ immirat li jwieġeb għall-ħtiġijiet ta' dak il-pajjiż. [Em. 56]

(43)  Pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri msemmija fl-Artikolu 19 jikkostitwixxu programmi ta’ ħidma skont ir-Regolament Finanzjarju. Pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali jikkonsistu f’sett ta’ miżuri miġbura f’dokument wieħed.

(44)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(38), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95(39) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(40) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (41), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri effettivi u proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371(42) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera kompletament fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. għal din ir-raġuni, il-ftehimiet ma’ pajjiżi u territorji terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u kwalunkwe kuntratt jew ftehim ta’ għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun fihom dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF iwettqu tali awditjar, verifiki u spezzjonijiet fil-post, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom u jiżguraw li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jagħti drittijiet ekwivalenti.

(44a)  Sabiex jikkontribwixxi għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, il-finanzjament kollu permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi pprovdut b'mod kompletament trasparenti. Barra minn hekk, il-kontropartijiet eliġibbli jenħtieġ li ma jappoġġaw l-ebda attività mwettqa għal skopijiet illegali u ma jipparteċipaw fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament jew investiment permezz ta' mezz li jkun jinsab f'ġurisdizzjoni li ma tikkooperax jew f'rifuġju fiskali. Il-kontropartijiet jenħtieġ li joqogħdu lura wkoll milli jagħmlu kwalunkwe użu ta' evitar tat-taxxa jew ta' skemi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa. [Em. 57]

(45)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011(43) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 58]

(46)  Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tat-TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward mir-rati tal-istabbiliment tal-istrateġija tal-Unjoni, l-oqsma ta' proviżjonament stipulati fl-Artikolu 26(3), l-oqsma prijorità, l-għanijiet dettaljati, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni u l-allokazzjoni finanzjarja u l-modalitajiet ta' kooperazzjoni speċifiċi għal kull programm ġeografiku u tematiku, kif ukoll għal pjanijiet ta' intervent elenkati fl-Annessi II, III u IV, l-oqsma azzjoni u miżuri mhux ibbażati fuq dokumenti ta' programmazzjoni li jistabbilixxu qafas operazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-istabbiliment ta' qafas ta' ġestjoni tar-riskji, id-deċiżjonijiet dwar il-ħtiġijiet mhux koperti minn programmi jew dokumenti ta' prijorità tal-operazzjonijiet EFSD+ elenkati fl-Anness V, il-governanza tal-EFSD+ fl-Anness VI, biex tirrieżamina jew tikkumplimenta l-indikaturi fl-Anness VII meta jkun hemm bżonn programmazzjoni, id-deċiżjonijiet dwar is-sospensjoni tal-assistenza, l-istabbiliment tal-qafas ta' approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni, l-istabbiliment tar-rati ta' proviżjonament, l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni u l-estensjoni tal-ambitu tal-azzjonijiet għal pajjiżi u biex tissupplimenta territorji mhux koperti b'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-oqsma ta' qafas kooperazzjoni u ta' monitoraġġ u evalwazzjoni intervent elenkati fl-Annessi II, III u IV, l-oqsma ta' prijorità tal-operazzjonijiet EFSD+ u t-twieqi ta' investiment elenkati fl-Anness V, kif ukoll l-indikaturi elenkati fl-Anness VII. [Em. 59]

(47)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-tat-13 ta’ April 2016(44), hemm il-ħtieġa li dan il-programm jiġi evalwat fuq l-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni u piżijiet amministrattivi żejda, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Fejn xieraq, Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-espertima' partijiet ikkonċernati rilevanti bħas-soċjetà ċivili u l-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 60]

(48)  Ir-referenzi għall-istrumenti tal-Unjoni fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE(45), Minħabba n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ta' dan ir-Regolament u biex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-prinċipji, l-għanijiet u l-infiq kemm taħt dan ir-Regolament kif ukoll taħt strumenti oħra ta' finanzjament estern, bħar-Regolament EINS, jew Strumenti li huma intrinsikament marbuta ma' politiki esterni, bħar-Regolament IPA III, grupp ta' tmexxija orizzontali magħmul mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE u li huma ssostitwiti b’dan ir-Regolament taħt il-presidenza tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) jew ta' rappreżentant ta' dak l-uffiċċju jenħtieġ li jinqraw bħala referenzi għal jkun responsabbli għat-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-politiki, il-programmi, l-għanijiet u l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament u l-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-finanzjament estern tal-Unjoni. Il-VP/RGħ jenħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Għall-azzjonijiet kollha, inklużi l-azzjonijiet ta' rispons rapidu u l-miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, u matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmazzjoni, ippjanar u applikazzjoni tal-istrument, jenħtieġ li tiżgura li dan ir-Regolament jiġi implimentat f’konformità mar-rwol tas-SEAE kif previst f’dik id-Deċiżjoni r-Rappreżentant Għoli u s-SEAE jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, identifikati abbażi tan-natura u l-għanijiet tal-azzjoni prevista, u jisfruttaw bl-aħjar mod l-għarfien espert tagħhom. Il-proposti kollha għal deċiżjonijiet jenħtieġ li jitħejjew skont il-proċeduri tal-Kummissjoni u jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. [Em. 61]

(48a)  Jenħtieġ li fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fejn rilevanti, jiġu żgurati l-komplementarjetà u l-konsistenza fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni fi ħdan il-qafas tal-Kapitolu Tnejn tat-Titolu V tat-TUE u l-miżuri adottati fi ħdan il-qafas tal-Parti Ħamsa tat-TFUE. [Em. 62]

(49)  L-azzjonijiet ippjanati kif previst hawn taħt jenħtieġ li jsegwu strettament il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-miżuri restrittivi tal-Unjoni, [Em. 63]

(49a)  Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet ta' disinn, programmazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-istrumenti sabiex jiġu żgurati l-kontroll politiku u l-iskrutinju u r-responsabbiltà demokratiċi tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna. Jenħtieġ li jiġi stabbilit djalogu msaħħaħ bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew ikun f'pożizzjoni li jeżerċita kontroll politiku waqt l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'mod sistematiku u bla xkiel sabiex b'hekk jissaħħu kemm l-effiċjenza kif ukoll il-leġittimità, [Em. 64]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm “Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali” (l-“Istrument”).

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Istrument, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Jistabbilixxi wkoll il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (l-“EFSD+”) u Garanzija għall-Azzjoni Esterna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “programm għall-pajjiż” għandha tfisser programm indikattiv li jkopri pajjiż wieħed;

(2)  “programm għal diversi pajjiżi” għandha tfisser programm indikattiv li jkopri aktar minn pajjiż wieħed;

(3)  “kooperazzjoni transfruntiera” għandha tfisser kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz u territorju wieħed jew aktar tul il-fruntieri esterni tal-Unjoni.

(4)  “programm reġjonali” għandha tfisser programm indikattiv għal diversi pajjiżi li jkopri aktar minn pajjiż wieħed fl-istess żona ġeografika kif stabbilit fl-Artikolu 4 (2);

(5)  “programm transreġjonali” għandha tfisser programm indikattiv għal diversi pajjiżi li jkopri aktar minn pajjiż terz wieħed minn żoni differenti kif stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament;

(6)  "entità ġuridika" għandha tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju;

(6a)  "organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili" tfisser l-istrutturi kollha mhux Statali, mhux għall-profitt, u mhux vjolenti, li bihom persuni jorganizzaw ruħhom biex isegwu għanijiet u ideali komuni, sew politiċi, kulturali, soċjali, ekonomiċi, reliġjużi jew ambjentali, jew biex iżommu responsabbli lill-awtoritajiet, li joperaw f'livell lokali, nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali, u li jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet urbani u rurali kif ukoll formali u informali; "soċjetà ċivili", fil-kuntest tal-programm tematiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, tinkludi individwi jew gruppi li huma indipendenti mill-Istat u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem skont id-definizzjoni mogħtija mid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Dritt u r-Responsabbiltà tal-Individwi; [Em. 65]

(6b)  "awtoritajiet lokali" tfisser fergħat tal-awtoritajiet pubbliċi jew tal-gvern, li joperaw fil-livell subnazzjonali (pereżempju livell muniċipali, komunitarju, distrettwali, tal-kontea, provinċjali jew reġjonali). [Em. 66]

(7)  “tieqa ta’ investiment” għandha tfisser qasam fil-mira għall-appoġġ mill-Garanzija tal-EFSD+ għal portafolji ta’ investimenti f’reġjuni, pajjiżi jew setturi speċifiċi;

(8)  “kontributur” għandha tfisser Stat Membru, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali jew istituzzjoni pubblika ta’ Stat Membru, aġenzija pubblika jew entitajiet pubbliċi jew privati oħrajn li jikkontribwixxu bi flus jew b’garanziji għall-fond komuni ta’ proviżjonament. [Em. 67]

(8a)  "addizzjonalità" tfisser il-prinċipju li skontu jiġi żgurat li l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli permezz ta' operazzjonijiet li ma setgħux jitwettqu mingħajrha, jew li jiksbu riżultati pożittivi li jmorru lil hinn minn dak li seta' jinkiseb mingħajrha, kif ukoll li jiġi attirat il-finanzjament mis-settur privat u jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali kif ukoll it-titjib tal-kwalità, is-sostenibbiltà, l-impatt jew l-iskala ta' investiment. Il-prinċipju jiżgura wkoll li l-operazzjonijiet ta' investiment u finanzjament koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna ma jissostitwixxux l-appoġġ ta' Stat Membru, finanzjament privat jew intervent finanzjarju ieħor internazzjonali jew tal-Unjoni, u jevitaw li jeskludu investimenti pubbliċi jew privati oħrajn. Il-proġetti appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tipikament ikollhom profil ta' riskju ogħla mill-portafoll tal-investimenti appoġġat mill-kontropartijiet eliġibbli fil-qafas tal-politiki ta' investiment normali tagħhom mingħajr il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. [Em. 68]

(8b)  "pajjiżi industrijalizzati" tfisser pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi li qed jiżviluppaw inklużi fil-lista ta' riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp ("ODA") tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD ("OECD-DAC"). [Em. 69]

(8c)  "faqar" tfisser il-kundizzjonijiet kollha fejn in-nies huma mċaħħda u meqjusa bħala inabilitati f'soċjetajiet u kuntesti lokali differenti; id-dimensjonijiet fundamentali tal-faqar jinkludu l-kapaċitajiet ekonomiċi, umani, politiċi, soċjokulturali u protettivi. [Em. 70]

(8d)   "sensittività għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi" tfisser aġir bl-għan li jiġu mifhuma u kkunsidrati l-fatturi soċjali u kulturali involuti fid-diskriminazzjoni u l-esklużjoni bbażati fuq is-sess fl-isferi kollha tal-ħajja pubblika u u tal-ħajja privata; [Em. 71]

(8e)   "sensittività għall-kunflitti" tfisser aġir bl-għan jkun mifhum li kwalunkwe inizjattiva mwettqa f'ambjent affettwat minn kunflitt se tinteraġixxi ma' dak il-kunflitt, u li tali interazzjoni se jkollha konsegwenzi li jista' jkollhom effetti pożittivi jew negattivi; is-sensittività għall-kunflitti tfisser ukoll li jiġi żgurat li, skont l-aħjar kapaċitajiet tagħha, l-azzjonijiet (politiċi, strateġiċi, ta' assistenza esterna) li tieħu l-Unjoni jevitaw li jkollhom impatt negattiv u jimmassimizzaw l-impatt pożittiv fuq id-dinamika tal-kunflitt, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-kunflitti, l-istabbiltà strutturali u l-konsolidazzjoni tal-paċi. [Em. 72]

Meta ssir referenza għad-drittijiet tal-bniedem, għandha tinftiehem li tinkludi l-libertajiet fundamentali; [Em. 73]

Fil-kuntest tal-Artikolu 15, "Il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn" jistgħu jinkludu wkoll il-pajjiżi elenkati fl-Anness I. [Em. 74]

Artikolu 3

Għanijiet

1.  L-għan ġenerali ta' dan ir-Regolament huwa li jsostni jistabbilixxi l-qafas finanzjarju li jagħti lok li l-Unjoni ssostni u jippromwovi tippromwovi l-valuri, il-prinċipji u l-interessi tal-Unjoni fundamentali tagħha madwar id-dinja sabiex jiġu segwiti l-għanijiet, b'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikoli 3(5), fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 21 tat-TUE, kif ukoll fl-Artikoli 11 u 208 tat-TFUE. [Em. 75]

2.  Skont il-paragrafu 1, l-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin:

(a)  li jappoġġa u jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u reġjuni fil-Viċinat, fl-Afrika sub-Saħarjana, fl-Asja u fil-Paċifiku, u fil-Kontinent Amerikan u fil-Karibew;

(aa)  li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet u l-impenji internazzjonali li l-Unjoni qablet magħhom, b'mod partikolari l-Aġenda 2030, l-SDGs u l-Ftehim ta' Pariġi; [Em. 76]

(ab)  li jiżviluppa relazzjoni speċjali msaħħa mal-pajjiżi fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Unjoni, ibbażata fuq il-kooperazzjoni, il-paċi u s-sigurtà, l-akkontabbiltà reċiproka u l-impenn kondiviż favur il-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-integrazzjoni soċjoekonomika u l-protezzjoni ambjentali u l-azzjoni klimatika; [Em. 77]

(ac)  li jaħdem favur it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar, b'mod partikolari fil-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs); li jagħti lok għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli; [Em. 78]

(b)  fil-livell dinji, li jikkonsolida u jappoġġa d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, aktar stabbiltà u lill-awtoritajiet lokali, li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u paċi l-paċi, li jipprevjeni l-kunflitti u jippromwovi soċjetajiet ġusti u inklużivi, li jaħdem favur il-multilateraliżmu, il-ġustizzja internazzjonali u l-akkontabbiltà, u li jindirizza sfidi dinjija u reġjonali oħra, inkluż il-migrazzjoni inklużi t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali kif ukoll il-ħtiġijiet u l-mobbiltà l-prijoritajiet tal-politika estera, kif stabbilit fl-Anness III, inkluża l-promozzjoni tat-tisħiħ tal-fiduċja u relazzjonijiet tajba ta' viċinat; [Em. 79]

(ba)  li jipproteġi, jippromwovi u javvanza d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt kif ukoll l-ugwaljanza soċjali u bejn is-sessi, inkluż fl-aktar ċirkostanzi diffiċli u sitwazzjonijiet ta' urġenza, fi sħubija mas-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; [Em. 80]

(c)  li jirrispondi b’ħeffa għal: sitwazzjonijiet ta’ kriżi, instabbiltà u kunflitt; sfidi għar-reżiljenza u jorbot l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta’ żvilupp; u l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera. [Em. 81]

L-ilħuq ta’ dawn l-għanijiet għandu jitkejjel permezz ta’ indikaturi rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 31.

3.  Mill-anqas 92 95 % tan-nefqa skont dan ir-Regolament għandha tissodisfa l-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, stabbiliti mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi. Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi għall-mira kollettiva li 0,2 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni jmur għall-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u 0,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-perjodu previst tal-Aġenda 2030. [Em. 82]

3a.  Mill-anqas 20 % tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp iffinanzjata skont dan ir-Regolament, fil-programmi kollha, ġeografiċi u tematiċi, kull sena u matul id-durata kollha tal-azzjonijiet, għandha tkun delimitati għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, sabiex jiġi sostnut u msaħħaħ il-forniment ta' servizzi soċjali bażiċi, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni u l-protezzjoni soċjali, b'mod partikolari lill-persuni l-aktar marġinalizzati, u b'enfasi fuq in-nisa u t-tfal. [Em. 83]

3b.  Mill-anqas 85 % tal-programmi, ġeografiċi u tematiċi, iffinanzjati mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp skont dan ir-Regolament, għandu jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet bħala għan prinċipali jew sinifikanti, kif definit mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD. Parti sinifikanti minn dawn il-programmi għandu jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet bħala għan prinċipali. [Em. 84]

Artikolu 4

Kamp ta’ applikazzjoni u struttura

1.  Il-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat applikat permezz ta’: [Em. 85]

(a)  programmi ġeografiċi;

(b)  programmi tematiċi;

(c)  azzjonijiet ta’ rispons rapidu.

2.  Il-programmi ġeografiċi għandhom jinkludu kooperazzjoni ma’ pajjiż wieħed u ma’ diversi pajjiżi fiż-żoni li ġejjin:

(a)  Il-viċinat;

(b)  l-Afrika sub-Saħarjana;

(c)  l-Asja u l-Paċifiku;

(d)  il-Kontinent Amerikan u l-Karibew.

Il-programmi ġeografiċi jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha, ħlief il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali kif definiti definit fir-Regolament (UE) Nru …/…(46). (IPA) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropew kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE). Jistgħu jiġu stabbiliti programmi ġeografiċi b'kamp ta' applikazzjoni kontinentali jew transreġjonali, b'mod partikolari programm pan-Afrikan li jkopri l-pajjiżi Afrikani skont il-punti (a) u (b) u programm li jkopri l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku skont il-punti (b), (c) u (d). [Em. 86]

Il-programmi ġeografiċi fiż-żona tal-Viċinat tista’ tkopri kull pajjiż imsemmi fl-Anness I.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-programmi ġeografiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-oqsma ta’ kooperazzjoni elenkati fl-Anness II.

3.  Il-programmi tematiċi għandhom jinkludu azzjonijiet marbuta mal-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fuq livell dinji, fl-oqsma li ġejjin:

(a)  Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija;

(b)  Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u Awtoritajiet Lokali; [Em. 87]

(c)  Stabbiltà u Paċi;

(d)  Sfidi Dinjija.

(da)  Ħtiġijiet u Prijoritajiet tal-Politika Estera [Em. 88]

Il-programmi tematiċi jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha kif ukoll . Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej kollha għandu jkollhom aċċess sħiħ għall-programmi tematiċi, kif definit stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.../... (UE). Il-parteċipazzjoni effettiva tagħhom għandha tkun żgurata, b'kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u l-isfidi partikolari li jridu jindirizzaw. [Em. 89]

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-programmi tematiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-oqsma ta’ intervent elenkati fl-Anness III.

4.  L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu għandhom jippermettu azzjoni bikrija biex:

(a)  jikkontribwixxu għall-paċi, għall-istabbiltà u għall-prevenzjoni ta' kunflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, kriżi emerġenti, kriżi u wara kriżi; [Em. 90]

(b)  jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-istati, inklużi l-awtoritajiet lokali, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi, u biex jorbtu l-azzjoni għall-irbit tal-għajnuna umanitarja u tal-iżvilupp l-azzjoni ta' żvilupp; [Em. 91]

(c)  jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera. [Em. 92]

L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha kif ukoll il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej kollha kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE).

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, l-azzjonijiet ta’ rispons rapidu għandhom ikunu bbażati fuq l-oqsma ta’ intervent elenkati fl-Anness IV.

5.  L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati applikati primarjament permezz ta’ programmi ġeografiċi. [Em. 93]

L-azzjonijiet implimentati applikati permezz tal-programmi tematiċi għandhom ikunu komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati bil-programmi ġeografiċi u għandhom jindirizzaw jappoġġaw inizjattivi dinjija u transreġjonali biex jintlaħqu għanijiet miftehmammirati lejn il-kisba tal-għanijiet miftiehma internazzjonalment, b’mod partikolari l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, jiġu protettikif imsemmi fil-punt (aa) tal-Artikolu 3(2), kif ukoll il-protezzjoni tal-beni beni pubbliċi dinjija jew jiġu indirizzatil-indirizzar ta' sfidi dinjija. L-azzjonijiet permezz ta’ programmi tematiċi jistgħu jitwettqu wkoll b'mod indipendenti, inkluż fejn ma jkunx hemm programm ġeografiku, jew fejn dan ikun ġie sospiż, jew fejn ma jkunx hemm ftehim dwar l-azzjoni mal-pajjiż sieħeb ikkonċernat, jew fejn l-azzjoni ma tkunx tista’ tiġi indirizzata adegwatament mill-programmi ġeografiċi. [Em. 94]

L-azzjonijiet ta' rispons rapidu għandhom ikunu komplementari kemm għall-programmi ġeografiċi u tematiċi kif ukoll għall-azzjonijiet iffinanzjati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 (‘Ir-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja’). Dawn Dawk l-azzjonijiet għandhom jiġu mfassla u implimentati applikati biex jippermettu tiġi permessa, fejn rilevanti, il-kontinwità tagħhom taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi. [Em. 95]

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 fir-rigward ta’ supplimenti jew emendi fl-Annessi II, III u IV.

Artikolu 5

Koerenza, konsistenza u komplementarjetà

1.  Fl-implimentazzjoni Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu assigurati l-konsistenza, il-koerenza, is-sinerġiji u l-komplimentarjetà ma' oqsma oħra mal-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi strumenti ta' finanzjament estern oħra, b'mod partikolari r-Regolament IPA III, kif ukoll miżuri adottati skont il-Kapitolu Tnejn tat-Titolu V tat-TUE u l-Parti Ħamsa tat-TFUE, ma' politiki u programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. L-Unjoni għandha tqis l-għanijiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li tapplika li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. [Em. 96]

1a.   L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi ta' appoġġ rispettivi tagħhom bl-għan li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza tat-twettiq tagħhom u jipprevjenu d-duplikazzjoni tal-finanzjament. [Em. 97]

1b.  Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu kif xieraq il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. [Em. 98]

2.  Azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 ma għandhomx ikunu ffinanzjati b'dan ir-Regolament.

3.  Fejn xieraq, Programmi oħra tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti skont dan ir-Regolament, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Dan ir-Regolament jista’ wkoll jikkontribwixxi għal miżuri stabbiliti taħt Programmi oħra tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. F’każijiet bħal dawn, il-programm ta’ ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta’ regoli għandhom jiġu applikati.

Artikolu 6

Baġit

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 89 200 82 451 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 93 154miljun fi prezzijiet attwali) [100 %]. [Em. 99]

2.  Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul minn:

(a)  EUR 68 00063 687 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 71 954 miljun fi prezzijiet attwali) [77,24%] għall-programmi ġeografiċi: [Em. 100]

–  Il-viċinat mill-inqas EUR 22 00020 572 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 23 243 miljun fi prezzijiet attwali) [24,95 %], [Em. 101]

–  l-Afrika sub-Saħarjana mill-anqas EUR 32 00030 723 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 34 711 miljun fi prezzijiet attwali) [37,26 %], [Em. 102]

–  l-Asja u l-Paċifiku EUR 10 0008 851 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 10 000 miljun fi prezzijiet attwali) [10,73%], inkluż mill-anqas EUR 620 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 700 miljun fi prezzijiet attwali) għall-Paċifiku, [Em. 103]

–  il-kontinent Amerikan u l-Karibew EUR 4 0003 540 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 000 miljun fi prezzijiet attwali) [4,29 %], inklużi EUR 1 062 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 200 miljun fi prezzijiet attwali) għall-Karibew, [Em. 104]

(b)  EUR 7 000 9 471 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 10 700 miljun fi prezzijiet attwali) għall-programmi tematiċi: [Em. 105]

–  Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija EUR 1 5001 770 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 000 miljun fi prezzijiet attwali) [2,15 %], b'sa 25 % tal-programm iddedikat għall-finanzjament tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE, [Em. 106]

–  Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (OSĊ) u Awtoritajiet Lokali (LAs) EUR 1 500 2 390 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 700 miljun fi prezzijiet attwali) [2,90%], li minnhom EUR 1 947 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 200 miljun fi prezzijiet attwali) [2,36 %] għall-OSĊ u EUE 443 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 500 miljun fi prezzijiet attwali) [0,54 %] għal-LAs, [Em. 107]

–  Stabbiltà u Paċi EUR 1 000885 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 000 miljun fi prezzijiet attwali) [1,07 %], [Em. 108]

–  Sfidi Dinjija EUR 3 0003 983 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 500 miljun fi prezzijiet attwali) [4,83 %], [Em. 109]

–  Ħtiġijiet u Prijoritajiet tal-Politika Estera EUR 443 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 500 miljun fi prezzijiet attwali) [0,54 %], [Em. 110]

(c)  EUR 4 0003 098 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 3 500 miljun fi prezzijiet attwali) [3,76 %] għal azzjonijiet ta' rispons rapidu:

–  Stabbiltà u prevenzjoni tal-kunflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, kriżi emerġenti, kriżi u wara kriżi EUR 1 770 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 000 miljun fi prezzijiet attwali) [2,15 %],

–  Tisħiħ tar-reżiljenza tal-istati, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi u rabta tal-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta' żvilupp EUR 1 328 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 500 miljun fi prezzijiet attwali) [1,61 %], [Em. 111]

3.  Ir-riżervi ta' EUR 10 200 6 196 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 7 000 miljun fi prezzijiet attwali) [7,51 %], għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti għandhom iżidu l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 f'konformità mal-Artikolu 15. [Em. 112]

4.  Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 2(a) għandu jikkorrispondi għal mill-anqas 75% tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.

4a.  L-azzjonijiet skont l-Artikolu 9 għandhom jiġu ffinanzjati sal-ammont ta' EUR 270 miljun. [Em. 113]

4b.  L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali matul il-proċedura baġitarja, wara li jkun intlaħaq ftehim dwar il-prijoritajiet bejn l-Istituzzjonijiet. [Em. 114]

Artikolu 7

Qafas ta' politika

Il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali kummerċjali u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, ir-rakkomandazzjonijiet u l-atti adottati fil-korpi mwaqqfa permezz ta' dawk il-ftehimiet, kif ukoll il-ftehimiet multilaterali rilevanti, l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet, il-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew il-konklużjonijiet u dikjarazzjonijiet internazzjonali oħra u l-konklużjonijiet ta' laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiżi sħab, ir-riżoluzzjonijiet rilevanti u l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u r-riżoluzzjonijiet u l-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jikkostitwixxu l-qafas kumplessiv ta' politika għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.. [Em. 115]

Artikolu 8

Prinċipji ġenerali

1.  L-Unjoni għandha tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida permezz ta' djalogu u kooperazzjoni ma' pajjiżi u reġjuni sħab prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija mibnija, permezz ta' azzjoni fin-Nazzjonijiet Uniti u f'fora internazzjonali oħra u permezz tal-kooperazzjoni tagħha mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mal-awtoritajiet lokali u mal-atturi privati, il-prinċipji li fuqhom hija mibnija, jiġifieri d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali. Il-finanzjament skont dan ir-Regolament għandu jkun konformi ma' dawn il-prinċipji, kif ukoll mal-impenji tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali. [Em. 116]

1a.  F'konformità mal-Artikoli 2 u 21 tat-TUE, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għandha tkun imsejsa fid-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali. [Em. 117]

2.  Għandu jiġi applikat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet kollha tal-bniedem, sew ċivili u politiċi jew ekonomiċi, soċjali u kulturali sabiex jiġu integrati l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex id-detenturi tad-dritt jiġu appoġġati fil-pretensjoni tad-drittijiet tagħhom b'enfasi fuq gruppi aktar foqra emarġinati u aktar vulnerabbli, inklużi l-minoranzi, in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ, il-persuni anzjani, il-popli indiġeni, il-persuni LGBTI, u l-persuni b'diżabilità, fuq id-drittijiet essenzjali tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali, u sabiex il-pajjiżi sħab jiġu appoġġati fl-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem. Dan ir-Regolament għandu jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, taż-żgħażagħ u tat-tfal, inkluż fir-rigward tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi. [Em. 118]

3.  L-Unjoni għandha tappoġġa, kif xieraq, l-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni u djalogu bilaterali, reġjonali u multilaterali, ftehimiet ta’ sħubija u kooperazzjoni triangolari.

L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ multilaterali u bbażat fuq ir-regoli għall-beni u l-valuri għall-isfidi u l-isfidi l-beni pubbliċi dinjija u għandha tikkoopera mal-Istati Membri, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-programmi, il-fondi u l-aġenziji tan-NU, u donaturi oħra f'dak ir-rigward. [Em. 119]

L-Unjoni għandha tippromwovi l-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali u donaturi oħra. [Em. 120]

Fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi sħab għandhom jiġu kkunsidrati r-rekord fl-implimentazzjoni tal-impenji, il-ftehimiet internazzjonali, b'mod partikolari l-Ftehim ta' Pariġi, u r-relazzjonijiet kontrattwali mal-Unjoni tagħhom, b'mod partikolari l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni u l-ftehimiet kummerċjali. [Em. 121]

4.  Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-pajjiżi sħab, fuq in-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp u għandha tippromwovihom, fejn applikabbli fil-modalitajiet kollha, jiġifieri: is-sjieda tal-prijoritajiet tal-iżvilupp mill-pajjiżi sħab, fowkus fokus fuq ir-riżultati, sħubijiet is-sħubijiet inklużivi għall-iżvilupp, it-trasparenza u l-akkontabbiltà reċiproka, u l-allinjament mal-prijoritajiet tal-pajjiżi sħab. L-Unjoni għandha tippromwovi mobilizzazzjoni u użu effettivi u effiċjenti tar-riżorsi. [Em. 122]

F’konformità mal-prinċipju ta’ sħubija inklużiva, fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tassigura tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-pajjiżi sħab, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, jiġu kkonsultati kif dovut u jkollhom aċċess f’waqtu għall-informazzjoni rilevanti li jippermettilhom li jkollhom rwol siewi matul it-tfassil, l-implimentazzjoni l-applikazzjoni u l-proċessi assoċjati ta’ monitoraġġ tal-programmi. [Em. 123]

F’konformità mal-prinċipju tas-sjieda, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, għandha tiffavorixxi l-użu tas-sistemi tal-pajjiżi sħab għall-implimentazzjonigħall-applikazzjoni tal-programmi. [Em. 124]

5.  Sabiex jippromwovu l-komplementarjetà u l-effiċjenza tal-azzjoni tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politiki tagħhom u għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-programmi tagħhom ta’ għajnuna, inkluż f’organizzazzjonijiet internazzjonali u f’konferenzi internazzjonali.

6.  Il-programmi u l-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali skont l-Artikolu 11 tat-TFUE, it-tnaqqis tar-riskji ta' diżastri u t-tħejjija għalihom, l-iżvilupp uman, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi, l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, tat-tfal u taż-żgħażagħ, in-nondiskriminazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura, u d-diġitalizzazzjoni u għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, biex jippromwovu azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu għanijiet multipli b'mod koerenti. Dawn il-programmi u l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tal-kapaċitajiet, tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet tal-vulnerabbiltajiet, jintegraw approċċ ta' reżiljenza ffukat il-persuni u fuq il-komunità u jkunu sensittivi għall-kunflitti. Huma għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipju li ħadd ma jitħalla lura u l-prinċipju "tagħmilx ħsara". [Em. 125]

7.  Mingħajr preġudizzju għall-għanijiet l-oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, għandu jiġi segwit approċċ aktar koordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni, mas-sħab u l-effikaċja tiegħu għandha tiġi vvalutata regolarment, mingħajr ma tiġi kkundizzjonata l-allokazzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp lil pajjiżi terzi fuq il-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni u b'rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt li kull individwu għandu li jħalli l-pajjiż ta' oriġini tiegħu. [Em. 126]

7a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament b'rabta mas-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-bini tal-kapaċitajiet tal-atturi militari b'appoġġ tal-iżvilupp u s-sigurtà għall-iżvilupp, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, u ċ-ċibersigurtà, jitwettqu f'konformità mad-dritt internazzjonali, inklużi d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali. Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa pjanijiet direzzjonali b'mod konġunt mas-sħab benefiċjarji biex ittejjeb il-konformità istituzzjonali u operazzjonali tal-atturi militari mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u t-trasparenza. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja bir-reqqa, tevalwa u tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta' tali azzjonijiet għal kull għan rilevanti skont l-Artikolu 31 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem. Għal tali azzjonijiet, il-Kummissjoni għandha timxi fuq approċċ sensittiv għall-kunflitti, inkluża analiżi ex ante tal-kunflitti rigoruża u sistematika li tintegra bis-sħiħ l-analiżi tas-sessi, minbarra d-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji skont l-Artikolu 8(8)b. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 36 li jissupplementa dan ir-Regolament billi jistabbilixxi qafas operazzjonali, abbażi tal-gwida eżistenti biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem jitqiesu fit-tfassil u l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni tat-tortura u ta' trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor u mar-rispett tal-proċess dovut tal-liġi, inklużi l-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt ta' proċess ġust u d-drittijiet ta' difiża. [Em. 127]

8.  Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment u għandu jkollha skambji ta' opinjonijiet regolari djalogi politiċi sinifikanti mal-Parlament Ewropew, fuq inizjattiva proprja u fuq talba mill-Parlament Ewropew. [Em. 128]

8a.  Il-Kummissjoni għandu jkollha skambji regolari ta' informazzjoni mas-soċjetà ċivili u mal-awtoritajiet lokali. [Em. 129]

8b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 li jissupplementa dan ir-Regolament billi jistabbilixxi qafas xieraq għall-ġestjoni tar-riskji, inklużi miżuri ta' mitigazzjoni u valutazzjoni għal kull għan rilevanti tar-Regolament. [Em. 130]

8c.  It-trasparenza u l-akkontabbiltà, b'enfasi qawwija fuq ir-rappurtar u l-iskrutinju għandhom jirfdu l-istrument kollu kemm hu. Dan għandu jinkludi sistema ta' kontroll trasparenti, inkluż ir-rappurtar ta' informazzjoni dwar ir-riċevituri ta' fondi u dwar jekk il-pagamenti sarux fil-ħin. [Em. 131]

Artikolu 9

Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp

1.  F’konformità mal-Artikolu 41(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iIl-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament ma għandux jintuża biex jiġi ffinanzjat l-akkwist ta' armi jew munizzjon jew operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża. Kwalunkwe tagħmir, servizz jew teknoloġija pprovduta skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għal kontrolli stretti ta' trasferiment kif stipulat fil-Pożizzjoni Komuni 944/2008/CFSP, ir-Regolament dwar l-Użu Doppju u kwalunkwe miżura restrittiva oħra tal-Unjoni fis-seħħ. F'konformità mar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament tal-UE dwar il-Prodotti li jistgħu jintużaw għall-Piena Kapitali u t-Tortura], dan ir-Regolament m'għandux jintuża biex jiġi ffinanzjat kwalunkwe tip ta' tagħmir li jista' jintuża għal skopijiet ta' tortura, trattament ħażin jew ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem. [Em. 132]

2.  Sabiex tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli, li jirrikjedi l-kisba ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklużivi, l-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament tista' tintuża fil-kuntest ta' riforma aktar wiesgħa fis-settur tas-sigurtà jew biex tibni l-kapaċità tal-atturi militari fil-pajjiżi sħab, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4, biex jitwettqu attivitajiet ta' żvilupp u sigurtà għall-attivitajiet ta' żvilupp, f'konformità mal-għan komprensiv li jinkiseb żvilupp sostenibbli. [Em. 133]

3.  L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista' tkopri b'mod partikolari l-forniment ta' programmi ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp, inklużi taħriġ, mentoring u pariri, kif ukoll il-forniment ta' tagħmir, titjib tal-infrastruttura u servizzi relatati direttament ma' dik l-għajnuna.

4.  L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tingħata biss:

(a)  fejn ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati rekwiżiti b'rikors għal atturi mhux militari biex adegwatament jintlaħqu għanijiet tal-Unjoni skont dan ir-Regolament u jkun hemm theddida serja għall-eżistenza ta' istituzzjonijiet Statali li jiffunzjonaw jew għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istituzzjonijiet Statali ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma' dik it-theddida; u

(b)  fejn ikun hemm konsensus bejn il-pajjiż sieħeb ikkonċernat u l-Unjoni li l-atturi militari huma kruċjali għall-preservazzjoni, l-istabbiliment jew l-istabbiliment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli, u li dawk l-atturi militari ma jkunux implikati fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ikunu ta' theddida għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Istat, inkluż fi kriżijiet u f'kuntesti u sitwazzjonijiet fraġli jew destabilizzati. [Em. 134]

5.  L-għajnuna tal-Unjoni skont dan l-Artikolu ma għandhiex tintuża biex jiġi ffinanzjat it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' atturi militari għal skopijiet oħra għajr it-twettiq ta' attivitajiet ta' żvilupp u s-sigurtà għal attivitajiet ta' żvilupp. B'mod partikolari, din ma għandhiex tintuża biex tiffinanzja:

(a)  nefqa militari rikorrenti;

(b)  l-akkwist ta' armi u munizzjon, jew kwalunkwe apparat ieħor imfassal biex iwassal forza letali;

(c)  taħriġ li huwa maħsub biex jikkontribwixxi speċifikament għall-kapaċità ta' ġlied tal-forzi armati.

6.  Waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni l-applikazzjoni ta' miżuri skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tippromwovi s-sjieda tal-pajjiż sieħeb. Hija għandha tiżviluppa wkoll l-elementi neċessarji u l-prattiki tajbin meħtieġa biex ikunu żgurati s-sostenibbiltà u l-akkontabbiltà fuq terminu medju u twil u għandha tippromwovi l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk il-miżuri jiġġeneraw benefiċċji diretti tas-sigurtà tal-bniedem għall-popolazzjoni, jiġu integrati f'politika ta' riforma tas-settur tas-sigurtà usa' li tinkludi elementi ta' akkontabbiltà u sorveljanza demokratika u parlamentari b'saħħithom, inkluż f'termini ta' provvista aħjar tas-servizzi tas-sigurtà, u jidħlu fi strateġiji ta' paċi u żvilupp fit-tul imfassla biex jindirizzaw il-kawżi primarji tal-kunflitti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-azzjonijiet immirati lejn ir-riforma tal-forzi militari jikkontribwixxu biex jagħmluhom aktar trasparenti, akkontabbli u konformi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem ta' dawk li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom; Għall-miżuri li għandhom l-għan li jipprovdu lill-forzi militari sħab bit-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tispeċifika t-tip ta' tagħmir li għandu jiġi pprovdut fil-kuntest ta' kull miżura. Il-Kummissjoni għandha tapplika d-dispożizzjonijiet speċifikati skont l-Artikolu 8 – paragrafu 8b (ġdid) sabiex tiżgura li dan it-tagħmir jintuża biss mill-benefiċjarji intenzjonati tiegħu. [Em. 135]

7.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa twettaq, fl-evalwazzjoni skont l-Artikolu 32, u b'mod partikolari fir-rigward tal-evalwazzjoni ta' valutazzjoni, monitoraġġ nofs it-terminu, evalwazzjoni tar-riskju għall-miżuri skont dan l-Artikolu evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jinformaw it-tfassil tal-programmi u l-allokazzjoni tar-riżorsi, u jkomplu jsaħħu l-konsistenza u l-komplementarjetà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. [Em. 136]

TITOLU II

IMPLIMENTAZZJONI TA’ DAN IR-REGOLAMENT

Kapitolu I

Programmazzjoni

Artikolu 9a

Kamp ta' applikazzjoni tal-programmi ġeografiċi

1.  L-attivitajiet ta' kooperazzjoni tal-Unjoni skont dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati għal attivitajiet ta' natura lokali, nazzjonali, reġjonali, transreġjonali u kontinentali.

2.  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-programmi ġeografiċi għandhom jitfasslu mill-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:

(a)  governanza tajba, demokrazija, stat tad-dritt, drittijiet tal-bniedem, libertajiet fundamentali u soċjetà ċivili;

(b)  qerda tal-faqar, ġlieda kontra l-inugwaljanzi u żvilupp tal-bniedem;

(c)  migrazzjoni u mobbiltà;

(d)  ambjent u tibdil fil-klima;

(e)  tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli u impjiegi diċenti;

(f)  sigurtà, stabbiltà u paċi;

(g)  sħubija;

3.  Aktar dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti fl-Anness II. [Em. 138]

Artikolu 9b

Kamp ta' applikazzjoni tal-programmi tematiċi

1.  Il-programmi tematiċi għandhom ikopru l-oqsma ta' intervent li ġejjin:

(a)  Drittijiet tal-Bniedem, Libertajiet Fundamentali u Demokrazija:

–  il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi u f'sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju, inkluż billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' protezzjoni urġenti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem b'mod flessibbli u komprensiv.

–  ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, li jikkontribwixxi għall-bini ta' soċjetajiet li fihom ikunu prevalenti l-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali u l-akkontabbiltà.

–  il-konsolidazzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija, filwaqt li jiġu indirizzati l-aspetti kollha tal-governanza demokratika, inkluż it-tisħiħ tal-pluraliżmu demokratiku u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini u n-netwerks reġjonali tagħhom madwar id-dinja, il-ħolqien ta' ambjent abilitanti għas-soċjetà ċivili u l-appoġġ ta' proċessi elettorali kredibbli, inklużivi u trasparenti, a tul iċ-ċiklu elettorali kollu, b'mod partikolari permezz tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE (MOE tal-UE).

–  il-promozzjoni ta' multilateriżmu u sħubiji strateġiċi effettivi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' oqfsa internazzjonali, reġjonali u nazzjonali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi lokali fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.

–  it-trawwim ta' sinerġiji u netwerking transreġjonali ġodda fost is-soċjetajiet ċivili lokali u bejn is-soċjetà ċivili u korpi u mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra sabiex tiġi mmassimizzata l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u tinħoloq dinamika pożittiva.

(b)  Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u Awtoritajiet Lokali:

–  l-appoġġ favur soċjetà ċivili inklużiva, parteċipatorja, indipendenti u b'pożizzjoni msaħħa fil-pajjiżi sħab;

–  il-promozzjoni tad-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u bejniethom;

–  l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u l-mobilizzazzjoni tal-għarfien espert tagħhom biex jiġi promoss approċċ territorjali għall-iżvilupp;

–  il-ħolqien ta' sensibilizzazzjoni, għarfien u impenn taċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;

–  l-appoġġ tas-soċjetà ċivili biex tipparteċipa fi djalogu u promozzjoni tal-ordni pubblika mal-gvernijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali;

–  l-appoġġ tas-soċjetà ċivili għas-sensitizzazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u ċ-ċittadini dwar il-produzzjoni u l-konsum kummerċjali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jkunu ġusti, biex iħeġġuhom jadottaw imġiba aktar sostenibbli;

(c)  Stabbiltà u Paċi

–  l-assistenza għall-prevenzjoni tal-kunflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u t-tħejjija għall-kriżi;

–  l-assistenza fl-indirizzar tat-theddid globali u transreġjonali u t-theddid emerġenti;

(d)  Sfidi globali

–  is-saħħa,

–  l-edukazzjoni,

–  l-ugwaljanza bejn is-sessi,

–  it-tfal u ż-żgħażagħ;

–  il-migrazzjoni u l-ispostament sfurzat,

–  l-impjiegi diċenti, il-protezzjoni soċjali u l-inugwaljanza,

–  il-kultura,

–  l-iżgurar ta' ambjent tajjeb għas-saħħa u l-indirizzar tat-tibdil fil-klima,

–  l-enerġija sostenibbli,

–  it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi diċenti u l-involviment tas-settur privat,

–  l-ikel u n-nutrizzjoni,

–  il-promozzjoni ta' soċjetajiet inklużivi, governanza ekonomika tajba u ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi,

–  l-aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb, sanità u iġjene,

(e)  Ħtiġijiet u Prijoritajiet tal-Politika Estera

–  l-għoti ta' appoġġ għall-istrateġiji bilaterali ta' kooperazzjoni reġjonali u interreġjonali, il-promozzjoni tad-djalogu ta' politika u l-iżvilupp ta' approċċi u reazzjonijiet kollettivi għal sfidi ta' tħassib globali;

–  l-għoti ta' appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni;

–  il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni u l-promozzjoni ta' fehim u viżibbiltà mifruxa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija;

2.  Aktar dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness III. [Em. 139]

Artikolu 10

Approċċ ġenerali għall-programmazzjoni

1.  Il-kooperazzjoni u l-interventi skont dan ir-Regolament għandhom jiġu pprogrammati, ħlief l-azzjonijiet ta’ rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4).

2.  Fuq il-bażi tal-Artikolu 7, il-programmazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq dan li ġej:

(a)  id-dokumenti ta' programmazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi jew ir-reġjuni sħab, konsistenti mal-għan ġenerali u mal-ambitu, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament, u abbażi tal-istrateġija tal-Unjoni lejn pajjiż jew reġjun sieħeb jew abbażi tal-istrateġiji tematiċi tal-Unjoni; [Em. 140]

(b)  l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi stadju bikri u matul il-proċess kollu tal-programmazzjoni sabiex jippromwovu l-koerenza, il-komplementarjetà u l-konsistenza bejn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni tagħhom. Il-programmazzjoni konġunta għandha tkun l-approċċ preferut għall-programmazzjoni tal-pajjiżi. Il-programmazzjoni konġunta għandha tkun miftuħa għal donaturi oħra fejn rilevanti;

(c)  l-Unjoni għandha tikkonsulta wkoll fi stadju bikri u matul il-proċess ta' programmazzjoni tinkoraġġixxi djalogu inklużiv u regolari bejn partijiet interessati multipli ma' donaturi u atturi oħra tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni, inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet l-awtoritajiet lokali, fejn rilevanti; u fondazzjonijiet privati u politiċi. Il-Parlament Ewropew għandu jkun informat dwar l-eżitu ta' dawk il-konsultazzjonijiet. [Em. 141]

(d)  il-programmi tematiċi tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija ud-Demokrazija, tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali, u tal-Istabbiltà u l-Paċi msemmija fl-Artikolu 4(3)(a), (b) u (c) għandhom jipprovdu assistenza indipendentement mill-kunsens tal-gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi oħra tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Dawn Il-programmi tematiċi tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, u l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali għandhom jappoġġaw prinċipalment organizzazzjonijiet tas-soċjetà is-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti li jkunu taħt pressjoni. [Em. 142]

Artikolu 11

Prinċipji ta’ programmazzjoni għall-programmi ġeografiċi [Em. 143]

-1.  Il-programmazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tqis b'mod xieraq id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, il-governanza tajba u d-demokrazija fil-pajjiżi sħab. [Em. 144]

-1a.  It-tħejjija, l-implimentazzjoni u r-rieżami tad-dokumenti ta' programmazzjoni kollha skont dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u dawk tal-effikaċja tal-għajnuna. [Em. 145]

-1b.  Il-programmi ġeografiċi u tematiċi għandhom ikunu komplementari u koerenti ma' xulxin, u joħolqu valur miżjud. [Em. 146]

1.  Il-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a)  mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati, sal-punt possibbli, fuq djalogu inklużiv bejn l-Unjoni l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri, u l-pajjiżi sħab ikkonċernati, inklużi awtoritajiet nazzjonali u lokali u reġjonali, bl-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-parlamenti reġjonali, nazzjonali u lokali, tal-komunitajiet u ta' partijiet ikkonċernati oħra sabiex tittejjeb is-sjieda demokratika tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali u reġjonali; [Em. 147]

(b)  fejn ikun xieraqkull meta jkun possibbli, il-perjodu ta’ programmazzjoni għandu jiġi sinkronizzat maċ-ċikli ta’ strateġija tal-pajjiżi sħab; [Em. 148]

(c)  il-programmazzjoni tista’ tipprevedi attivitajiet ta’ kooperazzjoni ffinanzjati minn allokazzjonijiet differenti elenkati fl-Artikolu 6(2) u minn Programmi oħra tal-Unjoni skont l-atti bażiċi tagħhom.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi għandha tipprovdi qafas speċifiku, imfassal apposta għall-kooperazzjoni, ibbażat fuq: [Em. 149]

(a)  il-ħtiġijiet tas-sħab, stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji speċifiċi u analiżi fil-fond, li jqisu l-popolazzjoni, il-faqar, l-inugwaljanza, l-iżvilupp tal-bniedem, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-ispazju ċiviku, il-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali, u r-reżiljenza tal-istat u tas-soċjetà; [Em. 150]

(b)  il-kapaċitajiet tas-sħab li jiġġeneraw ta' mobilizzazzjoni u jaċċessaw riżorsi finanzjarji ta' użu effettiv tar-riżorsi domestiċi biex jappoġġaw il-prijoritajiet ta' żvilupp nazzjonali u l-kapaċitajiet tagħhom ta' assorbiment; [Em. 151]

(c)  l-isforzi u l-impenji u l-prestazzjoni tas-sħab, inklużi dawk miftiehma b'mod konġunt mal-Unjoni, stabbiliti fuq kriterji bħar-riforma politika, il-progress fir-rigward tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, is-sostenibbiltà ambjentali u l-użu effettiv tal-għajnuna; [Em. 152]

(d)  l-impatt potenzjali tal-finanzjament tal-Unjoni fil-pajjiżi u r-reġjuni sħab;

(e)  il-kapaċità u l-impenn tas-sħab li jippromwovu interessi valuri, prinċipji u valuri interessi fundamentali kondiviżi, u li jappoġġaw għanijiet komuni u alleanzi multilaterali, kif ukoll li l-prijoritajiet tal-Unjoni jitmexxew 'il quddiem [Em. 153]

3.  Il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn, b’mod partikolari l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, il-pajjiżi b’introjtu baxx, il-pajjiżi fi stati ta’ kriżi, ta’ wara kriżi u f’sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli, inkluż Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, għandhom jingħataw prijorità fil-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi.

4.  Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati għandha tiffoka fuq il-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni u tal-interessi reċiproċi, kif ukoll tal-valuri u l-interessi fundamentali kondiviżi, l-għanijiet miftiehma b'mod komuni u l-multilateriżmu. Fejn rilevanti, tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq djalogu bejn l-Unjoni, inkluż il-Parlament Ewropew, u l-Istati Membri, li jinvolvi lis-soċjetà ċivili. [Em. 154]

5.  Id-dokumenti ta' programmazzjoni għall-programmi ġeografiċi għandhom ikunu bbażati fuq orjentati lejn ir-riżultati u għandhom jikkunsidraw, kull meta jkun possibbli, jinkludu indikaturi u miri ċari biex jitkejlu l-progress u l-impatt tal-assistenza tal-Unjoni. L-indikaturi jistgħu jkunu bbażati, fejn ikun xieraq, il-miri u l-indikaturi fuq standards miftiehma fuq livell internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll l-oqfsa tar-riżultati fil-livell ta' pajjiż, sabiex jiġi valutat u komunikat il-kontribut tal-Unjoni għar-riżultati, fil-livell tal-outputs, tal-eżiti u tal-impatt. [Em. 155]

6.  Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta' programmazzjoni għal pajjiżi u reġjuni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi, u f'sitwazzjonijiet fraġli u vulnerabbli, għandhom jiġu kkunsidrati b'mod xieraq il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-pajjiżi jew tar-reġjuni kkonċernati, kif ukoll il-vulnerabbiltajiet, ir-riskji u l-kapaċitajiet sabiex tiżdied ir-reżiljenza. Għandha tingħata wkoll attenzjoni lill-prevenzjoni tal-kunflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u l-istat, ir-rikostruzzjoni u r-rikonċiljazzjoni ta' wara l-kunflitti, it-tħejjija għad-diżastri kif ukoll ir-rwol tan-nisa u d-drittijiet tat-tfal f'dawk il-proċessi. Għandu jiġi applikat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq in-nies.

Fejn pajjiżi jew reġjuni sħab ikunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità, għandha titpoġġa enfasi speċjali sabiex tiżdied il-koordinazzjoni bejn l-atturi rilevanti kollha biex tiġi jiġu megħjuna l-prevenzjoni tal-vjolenza u t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta' emerġenza għall-fażi ta' żvilupp. [Em. 156]

7.  Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxu jikkontribwixxi mill-programmi stabbiliti skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament għal azzjonijiet stabbiliti taħt ir-Regolament Erasmus. Għandu jiġi allokat ammont indikattiv ta' EUR 2 000 000 000 mill-programmi ġeografiċi għal azzjonijiet iddedikati għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-pajjiżi sħab. Minn dan ir-Regolament għandu jitfassal dokument wieħed ta' programmazzjoni għal seba' snin, li jinkludi fondi mir-Regolament IPA III. Ir-Regolament Erasmus għandu japplika għall-użu ta' dawk il-fondi, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament IPA III. [Em. 157]

7a.   Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti skont ir-Regolament Ewropa Kreattiva. Minn dan ir-Regolament għandu jitfassal dokument ta' programmazzjoni wieħed għal seba' snin, li jinkludi fondi mir-Regolament IPA III. Ir-Regolament Ewropa Kreattiva għandu japplika għall-użu ta' dawn il-fondi. [Em. 158]

Artikolu 12

Dokumenti tal-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi

-1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplementa elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tistabbilixxi oqfsa għal kull programm speċifiku pluriennali nazzjonali u multinazzjonali. Dawk id-dispożizzjonijiet qafas għandhom:

(a)  jispeċifikaw l-oqsma ta' prijorità fost dawk definiti fl-Artikoli 9a u 15b;

(b)  jistabbilixxu l-għanijiet speċifiċi ddettaljati u li jistgħu jitkejlu ta' kull programm;

(c)  jistabbilixxu r-riżultati mistennija b'miri li jistgħu jitkejlu, u indikaturi ċari u speċifiċi tal-prestazzjoni marbuta mal-għanijiet;

(d)  jistabbilixxu allokazzjoni finanzjarja indikattiva kemm b'mod ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità;

(e)  jistabbilixxu modalitajiet ta' kooperazzjoni, inklużi kontribuzzjonijiet għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.. [Am. 159]

1.  Fil-każ tal-programmi ġeografiċi, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz ta’ programmi indikattivi pluriennali għall-pajjiż u għal diversi pajjiżi. [Em. 160]

2.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi, u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm kumplessivament kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità. [Em. 161]

3.  Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu mibnija fuq: [Em. 162]

(-a)  rapport li jkun fih analiżi f'konformità mal-Artikolu 11(2) tal-ħtiġijiet, tal-kapaċitajiet, tal-impenji u tal-prestazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi sħab ikkonċernati u l-impatt potenzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, kif ukoll wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: [Em. 163]

(a)  strateġija nazzjonali jew reġjonli reġjonali fil-forma ta' pjan nazzjonali ta' żvilupp jew dokument simili bbażat fuq konsultazzjoni siewja mal-popolazzjoni lokali u s-soċjetà ċivili u aċċettat mill-Kummissjoni bħala bażi għall-programm indikattiv pluriennali korrispondenti, meta jiġi adottat dan id-dokument tal-aħħar; [Em. 164]

(b)  dokument qafas li jistabbilixxi l-politika tal-Unjoni lejn is-sieħeb jew is-sħab ikkonċernati, li jinkludi dokument konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri; [Em. 165]

(c)  dokument konġunt bejn l-Unjoni u s-sieħeb jew is-sħab kkonċernati li jistabbilixxi l-prijoritajiet komuni.

4.  Sabiex jiżdied l-impatt tal-kooperazzjoni kollettiva tal-Unjoni, fejn ikun possibbli, dokument ta’ programmazzjoni konġunta għandu jissostitwixxi d-dokumenti ta’ programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Dokument ta’ programmazzjoni konġunta jista’ jissostitwixxi l-programm indikattiv pluriennali tal-Unjoni, dment li dan ikun approvat f'att adottat f'konformità mal-Artikolu 14 u jikkonforma mal-Artikoli 10 u 11, ikun fih l-elementi elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u jistabbilixxi t-tqassim tax-xogħol bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. [Em. 166]

4a.  Il-programmi pluriennali jistgħu jipprovdu għal ammont ta' fondi, li ma jaqbiżx 5 % tal-ammont totali, li mhuwiex allokat għal qasam ta' prijorità jew pajjiż sieħeb jew grupp ta' pajjiżi. Dawk il-fondi għandhom jiġu impenjati f'konformità mal-Artikolu 21. [Em. 167]

Artikolu 13

Dokumenti ta’ programmazzjoni għal programmi tematiċi

-1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti oqfsa għal kull programm pluriennali tematiku speċifiku. Dawk id-dispożizzjonijiet ta' qafas għandhom:

(a)  jispeċifikaw l-oqsma ta' prijorità fost dawk iddefiniti fl-Artikolu 9b;

(b)  jistabbilixxu l-għanijiet speċifiċi ddettaljati u li jistgħu jitkejlu ta' kull programm;

(c)  jistabbilixxu r-riżultati mistennija b'miri li jistgħu jitkejlu, u indikaturi ċari u speċifiċi ta' prestazzjoni marbuta mal-għanijiet;

(d)  jistabbilixxu allokazzjoni finanzjarja indikattiva kemm b'mod ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità;

(e)  jistabbilixxu modalitajiet ta' kooperazzjoni. [Em. 168]

1.  Fil-każ tal-programmi tematiċi, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz ta’ programmi indikattivi pluriennali. [Em. 169]

2.  Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni, il-prijoritajiet magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi, u s-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tas-sħab ewlenin għat-tema kkonċernata. [Em. 170]

Fejn ikun applikabbli, għandhom jiġu stabbiliti prijoritajiet fir-rigward tar-riżorsi u tal-interventi għall-parteċipazzjoni f'inizjattivi dinjija.

Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kumplessivament, skont il-qasam ta’ kooperazzjoni u skont il-prijorità. L-allokazzjoni finanzjarja indikattiva tista’ tingħata fil-forma ta’ firxa. [Em. 171]

Id-dispożizzjonijiet ta' qafas imsemmija fl-Artikoli 12 u 13 għandhom ikunu mibnija fuq rapport li jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni internazzjonali u tal-attivitajiet tas-sħab ewlenin għat-tema kkonċernata u li jindika r-riżultati mistennija mill-programm. [Em. 172]

2a.   Il-programmi pluriennali jistgħu jipprovdu għal ammont ta' fondi, li ma jaqbiżx 5 % tal-ammont totali, li mhuwiex allokat għal qasam ta' prijorità jew pajjiż sieħeb jew grupp ta' pajjiżi. Dawk il-fondi għandhom jiġu impenjati f'konformità mal-Artikolu 21. [Em. 173]

Artikolu 14

Adozzjoni u emenda tal-programmi indikattivi pluriennali [Em. 174]

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tistabbilixxi oqfsa għal programmi pluriennali msemmija fl-Artikoli 12 u 13 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjonidelegati. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2)34. Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għar-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, li għandhom l-effett li jimmodifikaw b’mod sinifikanti l-kontenut tal-programm indikattiv pluriennali. [Em. 175]

2.  Meta jiġu adottati d-dokumenti ta’ programmazzjoni pluriennali konġunta msemmija fl-Artikolu 12, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika l-att delegat għandu japplika biss għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-dokument ta’ programmazzjoni pluriennali konġunta. [Em. 176]

3.  Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi ġeografiċi jistgħu jiġu rieżaminati fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva, b’mod partikolari fejn ikun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta’ politika msemmi u tematiċi pluriennali għandhom jiskadu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2025. Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi pluriennali ġodda sat-30 ta' Ġunju 2025, abbażi tar-riżultati, is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 7 jew wara sitwazzjoni ta’ kriżi jew ta’ wara kriżi32. [Em. 177]

4.  Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi jistgħu jiġu rieżaminati modifikati fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni effettiva, b'mod partikolari fejn ikun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta' politika msemmi fl-Artikolu 7. Il-programmi pluriennali għandhom jiġu modifikati f'każijiet fejn il-mobilizzazzjoni tar-riżerva tal-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti teħtieġ bidla tad-dispożizzjonijiet ta' qafas tal-programm rilevanti.[Em. 178]

5.  Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati jew theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi indikattivi pluriennali msemmija fl-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-Regolament b’atti ta’ implimentazzjoni delegati skont il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 35(4)34a. [Em. 179]

Artikolu 15

Riżervi għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġent

1.  L-ammont imsemmi fl-Artikolu 6(3) għandu jintuża fost affarijiet oħra 'każijiet debitament ġustifikati, bi prijorità tingħata lill-pajjiżi li huma l-aktar fi bżonn, u f'komplementarjetà u konsistenza sħiħa mal-atti adottati skont dan ir-Regolament: [Em. 180]

(a)  biex jassigura rispons xieraq tal-Unjoni f'każ ta' ċirkustanzi ħtiġijiet mhux previsti li mhumiex koperti minn programmi u dokumenti ta' programmazzjoni; [Em. 181]

(b)  biex jindirizza ħtiġijiet ġodda jew sfidi emerġenti, bħal dawk fil-fruntieri tal-Unjoni jew tal-ġirien tagħha jew dawk f'pajjiżi terzi marbuta ma' sitwazzjonijiet ta' kriżi, kemm naturali kif ukoll ikkaġunati mill-bniedem, u ta' wara kriżi jew ta' pressjoni migratorja mal-fenomenu tal-migrazzjoni, b'mod partikolari l-ispostament furzat; [Em. 182]

(c)  biex jippromwovi u jirrispondi għal inizjattivi jew prijoritajiet internazzjonali ġodda mmexxija mill-Unjoni. [Em. 183]

2.  L-użu ta’ dawn il-fondi għandu jiġi deċiż skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 14 u 21.

Artikolu 15a

Sospensjoni tal-assistenza

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-għajnuna fil-ftehimiet ma' pajjiżi u reġjuni sħab, fejn pajjiż sieħeb jonqos b'mod persistenti milli josserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, jew l-istandards tas-sikurezza nukleari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa, f'konformità mal-Artikolu 34, li tadotta atti delegati li jemendaw l-Anness VII-a billi żżid pajjiż sieħeb mal-lista tal-pajjiżi sħab li għalihom l-assistenza tal-Unjoni tiġi sospiża jew parzjalment sospiża. Fil-każ ta' sospensjoni parzjali, għandhom jiġu indikati l-programmi li għalihom tapplika s-sospensjoni.

2.  Fejn il-Kummissjoni ssib li r-raġunijiet li jiġġustifikaw s-sospensjoni tal-assistenza ma għadhomx japplikaw, din għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 34 biex temenda l-Anness VII-a sabiex iddaħħal mill-ġdid l-assistenza tal-Unjoni.

3.  F'każijiet ta' sospensjoni parzjali, l-assistenza tal-Unjoni għandha tintuża primarjament biex tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi mhux statali fir-rigward ta' miżuri maħsuba biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jappoġġaw il-proċessi ta' demokratizzazzjoni u djalogu fil-pajjiżi sħab.

4.  Il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew rilevanti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha. [Em. 184]

Kapitolu II

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Viċinat

Artikolu 15b

Għanijiet speċifiċi għaż-żona tal-Viċinat

1.  F'konformità mal-Artikoli 3 u 4, l-appoġġ tal-Unjoni skont dan ir-Regolament fiż-żona tal-Viċinat għandu jkollu bħala għanijiet:

(a)  it-tisħiħ ta' kooperazzjoni u sjieda politika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat mill-Unjoni u l-pajjiżi sħab tagħha;

(b)  l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, jew ftehimiet eżistenti u futuri oħra, u l-aġendi ta' assoċjazzjoni miftiehma b'mod konġunt u prijoritajiet ta' sħubija jew dokumenti ekwivalenti;

(c)  it-tisħiħ u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, il-bini tal-istat, governanza tajba, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-promozzjoni ta' mod aktar effettiv biex jiġu implimentati r-riformi miftiehma f'formats reċiproċi;

(d)  l-istabbilizzazzjoni tal-viċinat f'termini politiċi, ekonomiċi u ta' sigurtà;

(e)  it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran, u l-kollaborazzjoni mal-Viċinat Ewropew kollu kif ukoll il-kooperazzjoni transfruntiera;

(f)  il-promozzjoni tal-bini tal-fiduċja, relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u miżuri oħra li jikkontribwixxu għas-sigurtà fil-forom kollha tagħha u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-kunflitti, inklużi l-kunflitti fit-tul, l-appoġġ lill-popolazzjonijiet affettwati u r-rikostruzzjoni, u r-rispett għall-multilateraliżmu u d-dritt internazzjonali;

(g)  il-promozzjoni ta' sħubija msaħħa ma' soċjetajiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab, inkluż permezz ta' mobbiltà msaħħa u kuntatti bejn il-persuni, b'mod partikolari b'rabta mal-attivitajiet kulturali, edukattivi, professjonali u tal-isport;

(h)  l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni regolari kif ukoll dik irregolari;

(i)  il-kisba ta' integrazzjoni progressiva fis-suq intern tal-Unjoni u kooperazzjoni settorjali u transsettorjali msaħħa, inkluż permezz ta' approssimazzjoni leġiżlattiva u konverġenza regolatorja lejn l-istandards tal-Unjoni u standards internazzjonali rilevanti oħra, u aċċess aħjar għas-suq inkluż permezz ta' oqsma profondi u komprensivi ta' kummerċ ħieles, il-bini ta' istituzzjonijiet u l-investiment relatati;

(j)  l-appoġġ ta' żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, inklużiv u ta' benefiċċju soċjali għal kulħadd billi jiġu promossi l-ħolqien tal-impjiegi u l-impjegabbiltà, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ;

(k)  il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tal-enerġija u jiġu promossi l-għanijiet tal-enerġija rinnovabbli, tal-enerġija sostenibbli u tal-effiċjenza enerġetika;

(l)  l-inkoraġġiment tal-istabbiliment ta' oqfsa tematiċi mal-pajjiżi ġirien ta' pajjiżi sħab tal-viċinat biex jiġu indirizzati sfidi komuni bħall-migrazzjoni, l-enerġija, is-sigurtà u s-saħħa.[Em. 185]

Artikolu 16

Dokument ta’ programmazzjoni u kriterji tal-allokazzjoni

1.  Għall-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I, l-oqsma ta’ prijorità għall-finanzjament tal-Unjoni għandhom jintgħażlu prinċipalment minn dawk inklużi fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 12(3)(c), jew skont l-oqsma ta’ kooperazzjoni taż-żona tal-Viċinat stipulati fl-Anness II.

2.  B’deroga mill-Artikolu 11(2), l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-programmi ġeografiċi fiż-żona tal-Viċinat għandu jiġi differenzjat fil-forma u fl-ammonti, billi jiġu kkunsidrati dawn l-elementi, li jirriflettu l-pajjiż sieħeb:

(a)  il-ħtiġijiet, bl-użu ta' indikaturi bħall-popolazzjoni u l-livell ta' żvilupp;

(b)  l-impenn lejn u l-progress fl-implimentazzjoni ta’ għanijiet ta’ riforma politika, ekonomika, ambjentali u soċjali miftehma b’mod konġunt; [Em. 186]

(c)  l-impenn lejn u l-progress fil-bini ta' demokrazija profonda u sostenibbli, inkluża l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; [Em. 187]

(ca)  impenn favur il-multilateraliżmu; [Em. 188]

(d)  is-sħubija mal-Unjoni, inkluż il-livell ta' ambizzjoni għal dik is-sħubija;

(e)  il-kapaċità ta' assorbiment u l-impatt potenzjali tal-appoġġ tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi rifless fid-dokumenti ta’ programmazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.

3a.  L-appoġġ tal-Unjoni lill-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I għandu jiġi applikat f'konformità mal-prinċipju ta' kofinanzjament stabbilit fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 189]

Artikolu 17

Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni

1.  B’mod indikattiv Mill-inqas 10 % tal-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 4(2)(a) fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(2)(a), biex jissupplimenta l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 12, għandu jiġi allokat lill-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I sabiex jimplimentaw japplikaw l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni. L-allokazzjonijiet ibbażati fuq il-prestazzjoni għandhom jiġu deċiżi fuq il-progress tagħhom lejn id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, sikura, ordnata u regolari, il-governanza ekonomika u l-implimentazzjoni tar-riformi miftiehma. Il-progress tal-pajjiżi sħab għandu jiġi valutat kull sena, bl-involviment tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari permezz ta' rapporti dwar il-progress tal-pajjiżi li jinkludu xejriet meta mqabbla mas-snin preċedenti. [Em. 190]

1a.  L-applikazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun is-suġġett ta' skambju regolari ta' fehmiet fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. [Em. 191]

2.  L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni ma għandux japplika għall-appoġġ lis-soċjetà ċivili, lill-kuntatti bejn il-persuni, inkluża l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet lokali, l-appoġġ għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem, jew miżuri ta' appoġġ marbutin ma' kriżijiet. F'każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, l-appoġġ għal dawn l-azzjonijiet jista' għandu jiżdied, fejn xieraq. [Em. 192]

2a.  Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jirrevedu l-appoġġ ibbażat fuq il-prestazzjoni f'każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-istat tad-dritt. [Em. 193]

2b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta dan ir-Regolament li jistabbilixxi qafas metodoloġiku tal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni. [Em. 194]

Artikolu 18

Kooperazzjoni Transfruntiera

1.  Il-kooperazzjoni transfruntiera, kif definit fl-Artikolu 2(3), għandu jkopri l-kooperazzjoni dwar il-fruntieri bejn artijiet biswit xulxin u marittimi, il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali ikbar, kooperazzjoni marittima madwar il-baċiri tal-baħar, kif ukoll il-kooperazzjoni interreġjonali. Il-kooperazzjoni transfruntiera għandu jkollha l-għan li tkun koerenti mal-għanijiet tal-istrateġiji makroreġjonali eżistenti u futuri u mal-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali. [Em. 195]

2.  Iż-żona tal-Viċinat għandha tikkontribwixxi għall-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera msemmija fil-paragrafu 1 kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fil-qafas tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(47) (‘ir-Regolament tal-ETC’). Sa 4 % tal-pakkett finanzjarju għall-qasam tal-Viċinat għandu jiġi allokat b’mod indikattiv b’appoġġ għal dawk il-programmi.

3.  Kontribuzzjonijiet għal programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera għandhom jiġu determinati u użati skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-ETC.

4.  Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni ma għandhiex tkun ogħla minn 90 % tan-nefqa eliġibbli ta’ programm ta’ kooperazzjoni transfruntiera. Għal assistenza teknika r-rata ta' kofinanzjament tkun ta' 100 %.

5.  Il-prefinanzjament għal programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera għandu jiġi stabbilit fil-programm ta’ ħidma skont il-ħtiġijiet tal-pajjiżi u t-territorji terzi parteċipanti u ma jistax jaqbeż il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament tal-ETC.

6.  Id-dokument ta’ strateġija indikattiva pluriennali għall-kooperazzjoni transfruntiera, li jistabbilixxi l-elementi msemmija fl-Artikolu 12(2) ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-ETC.

7.  Meta l-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ma jitkomplewx skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ETC, l-appoġġ mill-qasam tal-Viċinat għall-programm li ma jitkompliex u li jibqa’ disponibbli, jista’ jintuża biex jiffinanzja kwalunkwe attività oħra taħt il-qasam tal-Viċinat.

Kapitolu III

Pjanijiet ta’ azzjoni, miżuri u metodi ta’ implimentazzjoniEżekuzzjoni [Em. 196]

Artikolu 19

Pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta’ azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta’ miżuri individwali, miżuri speċjali, miżuri ta’ appoġġ jew miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet prinċipali, il-metodi ta’ implimentazzjoniapplikazzjoni, il-baġit u kwalunkwe nefqa ta’ appoġġ assoċjata. [Em. 197]

2.  Il-pjanijiet ta’ azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta’ programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u 4.

Fejn ikun meħtieġ, azzjoni tista’ tiġi adottata bħala miżura individwali qabel jew wara l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni. Il-miżuri individwali għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta’ programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u f’każijiet oħra debitament ġustifikati.

Fil-każ ta’ ħtiġijiet jew ċirkostanzi mhux previsti, u meta ma jkunx possibbli finanzjament minn sorsi aktar xierqa, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri speċjali mhux previsti fid-dokumenti ibbażati fuq id-dokumenti ta’ programmazzjoni. [Em. 198]

3.  Jistgħu jintużaw pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri individwali biex jiġu implimentati jitwettqu azzjonijiet ta’ rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4)(b) u (c). [Em. 199]

4.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali għal azzjonijiet ta’ rispons rapidu kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(a).

Miżura ta' assistenza eċċezzjonali jista' jkollha tul sa 18-il xahar, li jista' jiġi estiż darbtejn b'perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur, sa żmien massimu ta' 30 xahar, fil-każ ta' ostakli oġġettivi u mhux mistennija għall-implimentazzjoni tagħha, dment li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-ammont finanzjarju tal-miżura. [Em. 200]

F'każijiet ta' kriżijiet u konflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni miżura ta' assistenza eċċezzjonali b’perjodu ta' żmien ta' sa 18-il xahar. F’każijiet debitament ġustifikati meta l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni tkun essenzjali u ma tistax tiġi żgurat b’mezzi oħra, ikunu jistgħu jiġu adottati iktar miżuri. [Em. 201]

4a.  Miżuri meħuda skont l-Artikolu 19(3) u (4) jista' jkollhom tul sa 18-il xahar, li jista' jiġi estiż darbtejn b'perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur, sa żmien massimu ta' 30 xahar, fil-każ ta' ostakli oġġettivi u mhux mistennija għall-eżekuzzjoni, dment li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-ammont finanzjarju tal-miżura.

F'każijiet ta' kriżijiet u kunflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni miżura ta' assistenza eċċezzjonali b'perjodu ta' żmien sa 18-il xahar. F'każijiet debitament ġustifikati, meta l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni skont dan il-paragrafu tkun essenzjali u ma tistax tiġi żgurata b'mezzi oħra, ikunu jistgħu jiġu adottati aktar miżuri. [Em. 202]

Artikolu 20

Miżuri ta' appoġġ

1.  Il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jkopri n-nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni għall-eżekuzzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-għanijiet tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta’ tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għal dik l-implimentazzjonieżekuzzjoni, kif ukoll in-nefqa fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fuq l-appoġġ amministrattiv meħtieġ għall-programm, u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni. [Em. 203]

2.  Meta n-nefqa ta’ appoġġ ma tkunx inkluża fil-pjanijiet ta’ azzjoni jew fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 21, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn xieraq, miżuri ta’ appoġġ. Il-finanzjament tal-Unjoni taħt il-miżuri ta’ appoġġ jista’ jkopri:

(a)  studji, laqgħat, informazzjoni, sensibilizzazzjoni, taħriġ, tħejjija u skambju tat-tagħlimiet miksuba u tal-aqwa prattiki, attivitajiet ta’ pubblikazzjoni u kwalunkwe nefqa amministrattiva u ta’ assistenza teknika oħra meħtieġa għall-programmazzjoni u l-ġestjoni tal-azzjonijiet, inklużi esperti esterni remunerati;

(b)  attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u studji dwar kwistjonijiet rilevanti u d-disseminazzjoni tagħhom;

(c)  infiq relatat mal-provvediment ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni u l-komunikazzjoni u l-viżibbiltà korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.

Artikolu 21

Adozzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri

1.  Il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2)mar-Regolament Finanzjarju. [Em. 204]

2.  Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa għal:

(a)  pjanijiet ta’ azzjoni, miżuri individwali u miżuri ta’ appoġġ, li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun;

(b)  miżuri speċjali kif ukoll pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri adottati sabiex jiġu implimentati azzjonijiet ta’ rispons rapidu li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni li ma jaqbiżx l-EUR 20 miljun;

(c)  emendi tekniċi, dment li dawk l-emendi ma jaffettwawx b’mod sostanzjali l-għanijiet tal-pjan ta’ azzjoni jew tal-miżura kkonċernata, bħalma huma:

(i)  bidla fil-metodu tal-implimentazzjoni;

(ii)  tqassim mill-ġdid tal-fondi bejn l-azzjonijiet kontenuti fi pjan ta’ azzjoni;

(iii)  żidiet jew tnaqqis tal-baġit tal-pjanijiet ta’ azzjoni u tal-miżuri b’mhux aktar minn 20 % tal-baġit inizjali u li ma jaqbżux l-EUR 10 miljun;

Fil-każ ta’ pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri pluriennali, il-limiti msemmija fil-paragrafi 2(a), (b) u (c) (iii) għandhom ikunu applikabbli fuq bażi annwali.

Meta jiġu adottati skont dan il-paragrafu, il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri, ħlief il-miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali u l-emendi tekniċi, għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri permezz tal-kumitat rilevanti msemmi fl-Artikolu 35 fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom. [Em. 205]

3.  Qabel l-adozzjoni jew l-estensjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali li ma jaqbżux l-EUR 20 miljun, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar in-natura u l-għanijiet tagħhom u l-ammonti finanzjarji previsti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill qabel ma tagħmel bidliet sostantivi sinifikanti f'miżuri ta' assistenza eċċezzjonali diġà adottati. Il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ ta' politika rilevanti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew għall-ippjanar u l-implimentazzjoni applikazzjoni sussegwenti ta' dawn il-miżuri, fl-interessi tal-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. [Em. 206]

Il-Kummissjoni għandha żżomm tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew debitament infurmat, u b'mod f'waqtu, dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali skont dan l-Artikolu, inklużi l-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew meta tagħmel bidliet jew estensjonijiet sostanzjali għal dik l-assistenza. Malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni jew il-modifika sostanzjali ta' miżura, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta jiġri dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti ħarsa ġenerali tan-natura u r-raġunament wara l-miżura adottata, tat-tul tagħha, tal-baġit u tal-kuntest tagħha, inkluża l-komplementarjetà ta' dik il-miżura ma' assistenza oħra eżistenti u ppjanata tal-Unjoni. Għal miżuri ta' għajnuna eċċezzjonali, il-Kummissjoni għandha tindika wkoll jekk, sa liema punt u kif se tiżgura l-kontinwità tal-politika eżegwita permezz tal-assistenza eċċezzjonali permezz ta' għajnuna għal żmien medju u fit-tul skont dan ir-Regolament. [Em. 207]

3a.  Qabel ma tadotta pjanijiet ta' azzjoni u miżuri mhux ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni skont l-Artikolu 19(2), bl-eċċezzjoni ta' każijiet imsemmija fl-Artikolu 19(3) u (4), il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi li għandhom jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, l-istrumenti li għandhom jintużaw, l-attivitajiet ewlenin u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi ta' dawn il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri. [Em. 208]

4.  Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati, bħal kriżijiet inklużi diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem, theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' tadotta pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri, bħal atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(4). [Em. 209]

5.  Għandu jsir skrutinju tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u ambjentali xieraq, fil-livell tal-azzjonijiet, inkluż għall-impatti fuq it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità, f’konformità mal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva 2011/92/UE(48) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE(49), li jinkludi, fejn applikabbli, valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal azzjonijiet ta’ sensittività ambjentali, b’mod partikolari għal infrastruttura ġdida maġġuri. [Em. 210]

Barra minn hekk, għandhom isiru valutazzjonijiet ex ante tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġeneru, soċjali u tax-xogħol, kif ukoll analiżi ta' kunflitti u valutazzjoni tar-riskju. [Em. 211]

Fejn ikun rilevanti, fl-implimentazzjoni fl-eżekuzzjoni ta' programmi settorjali għandhom jintużaw valutazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u ambjentali strateġiċi. Għandhom jiġu żgurati l-involviment tal-partijiet interessati fil-valutazzjonijiet ambjentali f'dawn il-valutazzjonijiet u l-aċċess pubbliku għar-riżultati ta' tali valutazzjonijiet. [Em. 212]

Artikolu 21a

Il-programmi ta' assistenza tal-Parlament Ewropew

Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu mal-Parlament Ewropew, u tqis il-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar oqsma li fihom dan tal-aħħar qed imexxi l-programmi ta' assistenza tiegħu stess, bħat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-osservazzjoni elettorali. [Em. 213]

Artikolu 22

Metodi ta’ kooperazzjoni

1.  Il-finanzjament taħt dan l-Istrument għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni, kif previst mir-Regolament Finanzjarju, jew direttament mill-Kummissjoni stess, mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u minn aġenziji eżekuttivi jew indirettament permezz ta’ xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1) c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jista’ jiġi pprovdut ukoll permezz ta’ kontribuzzjonijiet għal fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, mill-Istati Membri, mill-pajjiżi u r-reġjuni sħab jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, jew donaturi oħra.

3.  L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1) c) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 29(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw annwalment l-obbligi ta’ rapportar tagħhom skont l-Artikolu 155 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għal kull waħda minn dawk l-entitajiet huma stabbiliti fil-ftehim qafas ta’ sħubija, fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni, fil-ftehim dwar il-garanziji baġitarji jew fil-ftehim ta’ finanzjament.

4.  L-azzjonijiet iffinanzjati permezz tal-Istrumenti jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kofinanzjament parallel jew konġunt.

5.  Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni tinqasam f'għadd ta' komponenti identifikabbli b'mod ċar li kull wieħed minnhom ikun iffinanzjat minn sħab differenti li jipprovdu kofinanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jista' dejjem jiġi identifikat.

6.  Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, il-kost totali ta' azzjoni tinqasam bejn is-sħab li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi jinġabru f’pula b'tali mod li ma jibqax possibbli li jiġi identifikat s-sors ta' finanzjament ta’ kwalunkwe attività partikolari mwettqa bħala parti mill-azzjoni.

7.  Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u s-sħab tagħha tista’ tieħu l-forma, fost affarijiet oħra, ta’:

(a)  arranġamenti triangolari li permezz tagħhom l-Unjoni tikkoordina ma’ pajjiżi terzi l-finanzjament tal-assistenza tagħha lil pajjiż jew reġjun sieħeb;

(b)  miżuri ta' kooperazzjoni amministrattivi bħal ġemellaġġ bejn istituzzjonijiet pubbliċi, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi nazzjonali jew entitajiet tad-dritt privat responsabbli għal kompiti ta' servizz pubbliku ta' Stat Membru u dawk ta' pajjiż jew reġjun sieħeb, kif ukoll miżuri ta' kooperazzjoni li jinvolvu esperti tas-settur pubbliku mibgħuta mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;

(c)  kontribuzzjonijiet għall-kostijiet neċessarji biex tiġi stabbilita u amministrata sħubija pubblik pubblika privata inkluż appoġġ ta' parteċipazzjoni wiesgħa bit-twaqqif ta' korp indipendenti ta' organizzazzjonijiet indipendenti ta' partijiet terzi CSO biex jivvalutaw u jimmonitorjaw strutturi ta' sħubija pubblika privata; [Em. 214]

(d)  programmi ta’ appoġġ għall-politika tas-settur li permezz tagħhom l-Unjoni tipprovdi appoġġ għall-programm tas-settur ta’ pajjiż sieħeb

(e)  kontribuzzjonijiet għall-kost tal-parteċipazzjoni f’programmi u azzjonijiet tal-Unjoni implimentati minn aġenziji u korpi tal-Unjoni, kif ukoll korpi jew persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-TUE;

(f)  sussidji tar-rati tal-imgħax.

Artikolu 23

Forom ta’ finanzjament mill-UE mill-Unjoniu metodi ta’ implimentazzjoniapplikazzjoni [Em. 215]

1.  Il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jiġi pprovdut permezz tat-tipi ta’ finanzjament previsti mir-Regolament Finanzjarju, u b’mod partikolari:

(a)  għotjiet;

(b)  kuntratti ta' akkwist għal servizzi, provvisti jew xogħlijiet;

(c)  appoġġ baġitarju;

(d)  kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji stabbiliti mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju;

(e)  strumenti finanzjarji;

(f)  garanziji baġitarji;

(g)  taħlit;

(h)  ħelsien mid-dejn fil-kuntest ta’ programm miftiehem internazzjonalment dwar il-ħelsien mid-dejn;

(i)  assistenza finanzjarja;

(j)  esperti esterni b’remunerazzjoni.

2.  Fil-ħidma mal-partijiet ikkonċernati tal-pajjiżi sħab, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tagħhom, inklużi l-ħtiġijiet tagħhom u l-kuntest rilevanti, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-għotjiet, bil-ħsieb li jinkiseb u li jingħata l-aħjar rispons għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' tali partijiet ikkonċernati. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni u involviment sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari tas-soċjetà ċivili lokali. Għandhom jiġu inkoraġġiti modalitajiet speċifiċi skont ir-Regolament Finanzjarju, bħal ftehimiet ta' sħubija, awtorizzazzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju lil terzi persuni, għoti dirett jew sejħiet għall-proposti ristretti għall-eliġibbiltà, jew somom f'daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawk il-modalitajiet differenti għandhom jiżguraw trasparenza, traċċabbiltà u innovazzjoni. Il-kooperazzjoni bejn l-NGOs lokali u internazzjonali għandha tiġi mħeġġa sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili lokali bil-għan li tinkiseb il-parteċipazzjoni sħiħa tagħha fil-programmi ta' żvilupp. [Em. 216]

3.  Minbarra l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, il-proċedura ta’ għoti dirett tista’ tintuża għal;

(a)  għotjiet ta' valur baxx lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lil mekkaniżmi għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju, għall-finanzjament ta' azzjonijiet ta' protezzjoni urġenti, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa għal kofinanzjament, kif ukoll lill-medjaturi u lill-atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat ma' kriżi u ma' kunflitti armati, mar-riżoluzzjoni tal-kunflitti, mar-rikonċiljazzjoni u mal-bini tal-paċi; [Em. 217]

(b)  għotjiet, fejn ikun xieraq mingħajr il-ħtieġa ta' kofinanzjament, sabiex jiġu ffinanzjati azzjonijiet fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli fejn il-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-proposti ma tkunx xierqa, inklużi sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, theddid għall-istituzzjonijiet demokratiċi, eskalazzjoni ta' kriżi, kunflitt armat fejn is-sigurtà tal-bniedem tkun l-aktar f'riskju jew fejn l-organizzazzjonijiet u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-medjaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat ma' kriżi u kunflitt armat, ir-rikonċiljazzjoni u l-bini tal-paċi joperaw fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli. Għotjiet bħal dawn ma għandhomx jaqbżu l-EUR 1 000 000 u għandu jkollhom tul ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar, li tista' tiġi estiża bi 12-il xahar ieħor fl-eventwalità ta' ostakli oġġettivi u mhux previsti għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni tagħhom; [Em. 218]

(c)  għotjiet lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll lill-Global Campus, liċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta' Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u n-netwerk assoċjat tiegħu ta' universitajiet li jipprovdu diplomi postgraduate dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi boroż ta' studju lil studenti, riċerkaturi, għalliema, u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi.

(ca)   Proġetti żgħar kif deskritti fl-Artikolu 23a (ġdid) [Em. 220]

L-appoġġ baġitarju kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, inkluż permezz ta' kuntratti ta' prestazzjoni ta' riforma strutturali, għandu jkun ibbażat fuq is-sjieda tal-pajjiż, l-akkontabbiltà reċiproka ir-rendikont reċiproku u impenji kondiviżi għall-valuri universali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem u l-istat tad-dritt u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab. Għandu jinkludi djalogu msaħħaħ ta' politika, tisħiħ tal-kapaċitajiet, u governanza mtejba, li jikkomplementaw l-isforzi tal-isħab tas-sħab biex jiġbru aktar u jonfqu aħjar bil-għan li jappoġġaw żvilupp soċjoekonomiku sostenibbli u inklużiv li jkun ta' benefiċċju għal kulħadd, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti, b'attenzjoni partikolari għaż-żgħażagħ, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-qerda tal-faqar b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ekonomiji lokali, id-drittijiet ambjentali u soċjali. [Em. 221]

Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju miftehma mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji. Wieħed mid-determinanti ewlenin ta' dik id-deċiżjoni għandu jkun valutazzjoni tal-impenn, tar-rekord u tal-progress tal-pajjiżi sħab fir-rigward tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt. [Em. 222]

4.  L-appoġġ baġitarju għandu jiġi differenzjat b’mod li jwieġeb aħjar għall-kuntest politiku, ekonomiku u soċjali tal-pajjiż sieħeb, b’kont meħud tas-sitwazzjonijiet ta’ fraġilità.

Meta tipprovdi appoġġ baġitarju skont l-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b'mod ċar u timmonitorja l-kriterji għall-kondizzjonalità tal-appoġġ baġitarju, inkluż il-progress fir-riformi u t-trasparenza, u għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari, il-kapaċitajiet nazzjonali ta' awditjar, il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ u ż-żieda fit-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi ta' akkwist pubbliku b'saħħithom li jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku lokali u n-negozji lokali. [Em. 223]

5.  L-iżborż tal-appoġġ baġitarju għandu jkun ibbażat fuq indikaturi li juru li jkun qiegħed isir progress sodisfaċenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet miftehma mal-pajjiż sieħeb.

6.  L-istrumenti finanzjarji skont dan ir-Regolament jistgħu jieħdu forom, bħal self, garanziji, ekwità jew kważi ekwità, investimenti jew parteċipazzjonijiet, u strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji, kull meta jkun possibbli u skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 209 (1) tar-Regolament Finanzjarju taħt it-tmexxija tal-BEI, istituzzjoni finanzjarja Ewropea multilaterali, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, jew istituzzjoni finanzjarja Ewropea bilaterali, bħal banek bilaterali tal-iżvilupp, possibbilment magħquda ma’ forom addizzjonali oħra ta’ appoġġ finanzjarju, kemm mill-Istati Membri kif ukoll minn terzi persuni.

Il-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni skont dan ir-Regolament jistgħu jsiru mill-Istati Membri kif ukoll minn kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 62(1)c) tar-Regolament Finanzjarju.

7.  Dawn l-istrumenti finanzjarj finanzjarji jistgħu jinġabru f'faċilitajiet għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-applikazzjoni u tar-rappurtar. [Em. 224]

7a.   Il-Kummissjoni u s-SEAE m'għandhomx jidħlu f'operazzjonijiet ġodda jew imġedda ma' entitajiet inkorporati jew stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet iddefiniti taħt il-politika rilevanti tal-Unjoni bħala li ma jikkooperawx, jew li huma identifikati bħala pajjiżi terzi b'riskju kbir skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li mhumiex effettivament konformi mal-istandards fiskali tal-Unjoni jew miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni. [Em. 225]

8.  Il-finanzjament mill-Unjoni ma għandux jiġġenera jew jattiva l-ġbir ta’ taxxi, dazji jew imposti speċifiċi.

9.  It-taxxi, dazji u imposti debitati mll-pajjiżi sħab, jistgħu jkunu eliġibbli għall-finanzjament skont dan ir-Regolament.

Artikolu 23a

Fondi għall-proġetti żgħar

1.  Il-finanzjament skont dan ir-Regolament jista' jiġi pprovdut lill-fondi għall-proġetti żgħar, immirati lejn l-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' volum finanzjarju limitat.

2.  Il-benefiċjarji ta' fond għall-proġett żgħir għandhom ikunu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

3.  Ir-riċevituri finali fi ħdan fond għall-proġett żgħir għandhom jirċievu appoġġ skont dan ir-Regolament, permezz tal-benefiċjarju, u jimplimentaw proġetti żgħar fi ħdan dak il-fond għall-proġett żgħir ("proġett żgħir").

4.  Fejn il-kontribuzzjoni pubblika għall-proġett żgħir ma taqbiżx EUR 50 000, din għandha tieħu l-forma ta' kostijiet unitarji jew ammonti f'daqqa jew tinkludi rati fissi. [Em. 226]

Artikolu 24

Persuni u entitajiet eliġibbli

1.  Il-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist, ta’ għotjiet u ta’ għoti ta’ premijiet għal azzjonijiet iffinanzjati bi programmi ġeografiċi u bi programmi ta’ Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u Sfidi Dinjija għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali u l-entitajiet legali l-oħra kollha li huma ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin, u fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, li huma wkoll stabbiliti b’mod effettiv fihom:

(a)  l-Istati Membri, il-benefiċjarji tar-Regolament IPA III, u l-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)  Pajjiżi sħab tal-viċinat u l-Federazzjoni Russa meta l-proċedura rilevanti sseħħ fil-kuntest ta’ programmi msemmija fl-Anness I li tipparteċipa fihom;

(c)  pajjiżi u territorji li qed jiżviluppaw, kif inklużi fil-lista ta’ riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, ippubblikata mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li ma jkunux membri tal-grupp G-20, u pajjiżi u territorji extra-Ewropej kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE);

(d)  pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif inklużi fil-lista ta’ riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, li huma membri tal-grupp G-20, u pajjiżi u territorji oħra, meta l-proċedura rilevanti sseħħ fil-kuntest ta’ azzjoni ffinanzjata mill-Unjoni skont dan ir-Regolament li huma jipparteċipaw fiha;

(e)  pajjiżi li għalihom ikun stabbilit aċċess reċiproku għall-finanzjament estern mill-Kummissjoni; dak l-aċċess reċiproku jista' jingħata, għal perjodu limitat ta' mill-inqas sena, kull meta pajjiż jikkonċedi eliġibbiltà fuq termini ugwali lil entitajiet mill-Unjoni u minn pajjiżi eliġibbli skont dan ir-Regolament; il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-aċċess reċiproku u dwar it-tul ta' żmien tiegħu wara konsultazzjoni mal-pajjiż jew il-pajjiżi riċevituri kkonċernati;

(f)  membri sħab tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, fil-każ ta' kuntratti implimentati applikati f'wieħed mill-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati jew f'Pajjiż Fqir b'Ħafna Dejn, kif inkluż fil-lista ta' riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp. [Em. 227]

2.  Mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet inerenti fin-natura u fl-għanijiet tal-azzjoni, il-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist, għotja u għoti ta’ premjijiet għal azzjonijiet iffinanzjati bil-programmi tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija u tal-Istabbiltà u tal-Paċi kif ukoll azzjonijiet ta’ rispons rapidu, għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet.

3.  Il-provvisti u l-materjali kollha ffinanzjati taħt dan ir-Regolament jistgħu joriġinaw minn kwalunkwe pajjiż.

4.  Ir-regoli stipulati f’dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw, u ma għandhomx joħolqu restrizzjonijiet ta’ nazzjonalità għal persuni fiżiċi impjegati jew ikkuntrattati legalment b’mod ieħor minn kuntrattur eliġibbli jew, fejn applikabbli, minn subkuntrattur.

5.  Għall-azzjonijiet kofinanzjati konġuntament minn entità, jew implimentati applikati b’ġestjoni diretta jew indiretta ma’ entitajiet kif imsemmi fil-punti minn (c)(ii) sa (viii) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom japplikaw ukoll ir-regoli ta’ eliġibbiltà ta’ dak l-entitajiet. [Em. 228]

6.  Meta d-donaturi jipprovdu finanzjament għal fond fiduċjarju stabbilit mill-Kummissjoni jew permezz ta’ dħul assenjat estern, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ eliġibbiltà fl-att kostituttiv tal-fond fiduċjarju jew fil-ftehim mad-donatur fil-każ ta’ dħul assenjat estern.

7.  Fil-każ ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament u minn Programm ieħor tal-Unjoni, l-entitajiet eliġibbli taħt xi wieħed minn dawk il-Programmi għandhom jitqiesu bħala eliġibbli.

8.  Fil-każ ta’ azzjonijiet minn diversi pajjiżi, l-entitajiet ġuridiċi li jkunu ċittadini ta’, u fl-każ ta’ entitajiet ġuridiċi li jkunu wkoll effettivament stabbiliti fil-pajjiżi u t-territorji koperti mill-azzjoni, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli.

9.  Ir-regoli tal-eliġibbiltà ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu ristretti fir-rigward tan-nazzjonalità, il-pożizzjoni ġeografika jew in-natura tal-applikanti, fejn tali restrizzjonijiet ikunu meħtieġa min-natura u l-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni u fejn ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni effettiva tagħha. Ir-restrizzjonijiet tan-nazzjonalità ma għandhomx japplikaw għall-organizzazzjonijiet nazzjonali.. [Em. 229]

10.  Offerenti, applikanti u kandidati minn pajjiżi mhux eliġibbli jistgħu jiġu aċċettati bħala eliġibbli fil-każ ta’ urġenza jew in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ servizzi fis-swieq tal-pajjiżi jew it-territorji kkonċernati, jew f’każijiet oħra debitament sostanzjati fejn l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tirrendi t-twettiq ta’ azzjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

11.  Sabiex jiġu promossi kapaċitajiet, swieq u xiri lokali, għandha tingħata prijorità lill-kuntratturi lokali u reġjonali, filwaqt li tingħata attenzjoni għar-rekord tal-passat tagħhom fis-sostenibbiltà ambjentali jew kummerċ ġust meta r-Regolament Finanzjarju jipprevedi għotja fuq il-bażi ta' offerta waħda. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-parteċipazzjoni ta' kuntratturi lokali u reġjonali għandha tiġi promossa f' konformità f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dak ir-Regolament. Fil-każijiet kollha għandhom jiġu applikati l-kriterji ta' sostenibbiltà u ta' diliġenza dovuta. [Em. 230]

12.  Skont il-programm tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, kwalunkwe entità li ma tkunx koperta mid-definizzjoni ta’ entità ġuridika fl-Artikolu 2(6) għandha tkun eliġibbli meta dan ikun neċessarju biex issir ħidma fl-oqsma ta’ intervent ta’ dan il-programm.

12a.   L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali ma għandux jappoġġa azzjonijiet li, skont l-skrutinju ambjentali msemmi fl-Artikolu 21, jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew lill-klima. L-allokazzjonijiet għandhom ikunu kompatibbli bis-sħiħ mal-Ftehim ta' Pariġi u, b'mod ġenerali, il-finanzjament Ewropew iddedikat għall-azzjoni esterna għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi. B'mod partikolari, l-istrument ma għandux jappoġġa:

(a)  Azzjonijiet inkompatibbli mal-Kontributi Determinati fil-Livell Nazzjonali tal-pajjiżi riċeventi skont il-Ftehim ta' Pariġi;

(b)  investiment fi fjuwils fossili upstream, midstream u downstream. [Em. 231]

Artikolu 25

Riporti, pagamenti akkont annwali, approprjazzjonijiet ta’ impenn u dħul iġġenerat minn strumenti finanzjarji

1.  Minbarra l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li ma jintużawx skont dan ir-Regolament għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta’ wara.

Il-Kummissjoni għandha tinforma tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' impenn li ġew riportati awtomatikament f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 232]

2.  Minn barra r-regoli stipulati fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju dwar li l-approprjazzjonijiet jerġgħu isiru disponibbli, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta’ diżimpenji magħmula b’riżultat tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali ta’ azzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-benefiċċju tal-linja baġitarja tal-oriġini.

Referenzi għall-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament li jistabbilixxi il-qafas finanzjarju pluriennali għandha tinftiehem bħala li tinkludi referenza għal dan il-paragrafu għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.  L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f’pagamenti akkont annwali, f’konformità mal-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju.

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju ma għandux japplika għal dawn l-azzjonijiet pluriennali. Il-Kummissjoni għandha awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe porzjon ta’ impenn baġitarju għal azzjoni li sal-31 ta’ Diċembru tal-ħames sena wara dik tal-impenn baġitarju, ma jkunx intuża għall-fini ta’ prefinanzjament jew biex isiru pagamenti interim jew li għalih ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa jew xi talba għall-pagament.

Il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal pagamenti akkont annwali.

4.  B’deroga mill-Artikolu 209(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-ripagamenti u d-dħul iġġenerati minn strument finanzjarju għandhom jiġu assenjati lil-linja baġitarja tal-oriġini bħala dħul assenjat intern wara li jitnaqqsu l-kostijiet u t-tariffi ta’ ġestjoni. Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kontribuzzjoni li tkun saret biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni, kif ukoll l-effikaċja, tal-istrumenti finanzjarji eżistenti.

Kapitolu IV

EFSD+, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi

Artikolu 26

Kamp ta’ applikazzjoni u finanzjament

1.  Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu (6)(2)(a) għandu jiffinanzja l-Fond Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-pakketti finanzjarji għall-programmi ġeografiċi msemmija fil-punt a tal-Artikolu 6(2), filwaqt li jiżguraw li dan il-finanzjament mhux għad-detriment ta' azzjonijiet oħra appoġġati minn programmi ġeografiċi. [Em. 233]

L-għan tal-EFSD+ bħala pakkett finanzjarju integrat, li jipprovdi kapaċità finanzjarja li tuża l-metodi ta' implimentazzjoni stabbiliti fil-forma ta' għotjiet, garanziji u strumenti finanzjarji oħra kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) (a), (e), (f) u (g), għandu jkun li jappoġġa l-investimenti u jżid l-aċċess għall-finanzjament, filwaqt li jimmassimizza l-addizzjonalità, jipprovdi prodotti innovattivi u jiġbor fondi mis-settur privat, bil-għan li jrawwem żvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali sostenibbli, l-industrijalizzazzjoni u ambjent ta' investiment stabbli u inklużiv, sabiex jippromwovi r-reżiljenza soċjoekonomika u ambjentali fil-pajjiżi sħab b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar, it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, il-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent, il-ħolqien ta' impjiegi diċenti f'konformità mal-istandards rilevanti tal-ILO, b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli, inklużi n-nisa u ż-żgħażagħ, l-opportunitajiet ekonomiċi, il-ħiliet u l-intraprenditorija, is-setturi soċjoekonomiċi, b'enfasi fuq l-intrapriżi u l-kooperattivi soċjali fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-faqar, l-inugwaljanzi, u jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-għajxien, jappoġġaw l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, kif ukoll jindirizza l-kawżi fundamentali soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat, u jikkontribwixxi għar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, skont id-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva rilevanti. 45 % tal-finanzjament għandu jiġi allokat għal investimenti li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-klima, il-ġestjoni u l-protezzjoni ambjentali, il-bijodiversità u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, li minnhom 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv għandu jkun iddedikat għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament. Għandha tingħata attenzjoni speċjali, u appoġġ addizzjonali għall-bini tal-kapaċità istituzzjonali, governanza ekonomika, u assistenza teknika, lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u lill-pajjiżi fqar b'ħafna dejn. Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tintuża flimkien mal-investiment tal-gvern fis-servizzi pubbliċi essenzjali, li jibqgħu responsabbiltà tal-gvern. [Em. 234]

2.  Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tappoġġa l-operazzjonijiet tal-EFSD+ koperti minn garanziji baġitarji skont l-Artikoli 27, 28 u 29 ta’ dan ir-Regolament, l-assistenza makrofinanzjarja u s-self lil pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS.

3.  Bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, l-Unjoni tista' tiggarantixxi operazzjonijiet, iffirmati bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2027, sa EUR 60 000 000 000. Dak il-limitu għandu jiġi rivedut fil-kuntest tar-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu skont l-Artikolu 32. [Em. 235]

4.  Ir-rata ta' proviżjonament għandha tvarja bejn 9 % u 50 % skont it-tip ta' operazzjonijiet. Ammont massimu ta' EUR 10 biljun għandu jiġi pprovdut mill-baġit tal-Unjoni permezz ta' linja baġitarja speċifika fil-qafas tal-proċedura tal-baġit annwali jew permezz ta' trasferiment baġitarju. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex jiġi emendat dan l-ammont massimu jekk ikun meħtieġ. [Em. 236]

Ir-rata ta’ proviżjonament għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tkun ta’ 9 % għall-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u għall-garanziji baġitarji li jkopru r-riskji sovrani assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ self.

Ir-rati ta' proviżjonament għandhom ikunu rieżaminati kull tliet snin mid-data sentejn mill-bidu tad-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament stabbilita fl-Artikolu 40. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta jew temenda dawn ir-rati, u l-ammonti finanzjarji involuti. [Em. 237]

5.  Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha titqies bħala garanzija unika fil-fond komuni ta’ proviżjonament stabbilit mill-Artikolu 212 tar-Regolament Finanzjarju.

6.  L-EFSD+ u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment f'pajjiżi sħab fiż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-programmi ġeografiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(2)(a) u għandu jiġi ttrasferit fil-fond komuni ta' proviżjonament. Id-distribuzzjoni ġeografika tal-operazzjonijiet tal-EFSD+ għandha, sal-punt massimu possibbli, tirrifletti wkoll il-piż relattiv tal-allokazzjonijiet finanzjarji għar-reġjuni differenti kif deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2). L-EFSD+ u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jistgħu wkoll jappoġġaw operazzjonijiet f'benefiċjarji elenkati fl-Anness I tar-Regolament IPA III. Il-finanzjament għal dawn l-operazzjonijiet taħt l-EFSD+ u għall-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi ffinanzjat mir-Regolament IPA. Il-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għal self lil pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS għandu jiġi ffinanzjat mir-Regolament EINS.[Em. 238]

7.  Il-proviżjonament imsemmi fl-Artikolu 211(2) tar-Regolament Finanzjarju għandu jiġi kostitwit fuq il-bażi tal-obbligazzjonijiet pendenti totali tal-Unjoni li jirriżultaw minn kull operazzjoni, inklużi l-operazzjonijiet iffirmati qabel l-2021 u ggarantiti mill-Unjoni. L-ammont annwali ta’ proviżjonament meħtieġ jista’ jiġi kostitwit matul perjodu sa seba’ snin.

8.  Il-bilanċ tal-assi sal-31 ta’ Diċembru 2020 fil-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD u fil-fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni stabbiliti rispettivament mir-Regolament UE 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 għandu jiġi ttrasferit fil-fond komuni ta’ proviżjonament għall-iskop ta’ proviżjonament tal-operazzjonijiet rispettivi tiegħu taħt l-istess garanzija unika prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 26a

Għanijiet għall-EFSD+

1.  L-operazzjonijiet tal-EFSD+ eliġibbli għall-appoġġ mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jikkontribwixxu għall-oqsma ta' prijorità li ġejjin:

(a)  l-għoti ta' finanzjament u ta' appoġġ lill-iżvilupp tas-setturi tal-intrapriżi privati, kooperattivi u soċjali biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar u, fejn xieraq, il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament IPA III;

(b)  jiġu indirizzati l-ostakli għall-investimenti privati, b'mod partikolari billi tiġi żgurata s-sigurtà legali tal-investimenti;

(c)  l-ingranaġġ tal-finanzjament tas-settur privat, b'enfasi partikolari fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u medji;

(d)  it-tisħiħ tas-setturi u l-oqsma soċjoekonomiċi u l-infrastruttura pubblika u privata relatata u l-konnettività sostenibbli u l-produzzjoni sostenibbli, bil-għan li jiġi promoss żvilupp soċjoekonomiku inklużiv u sostenibbli li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent;

(e)  il-kontribut għall-azzjoni klimatika u l-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent;

(f)  il-kontribut, permezz tal-promozzjoni ta' żvilupp sostenibbli, biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali speċifiċi tal-migrazzjoni u l-ispostament furzat, inkluża l-migrazzjoni irregolari, u l-kontribut għall-migrazzjoni u mobbiltà sikura, ordnata u regolari. [Am. 239]

Artikolu 27

Eliġibbiltà u għażla tal-operazzjonijiet u tal-kontropartijiet

1.  L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment eliġibbli għall-appoġġ permezz tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu konsistenti u allinjati mal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari l-politika tagħha ta' żvilupp u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll mal-istrateġiji u l-politiki tal-pajjiżi sħab u jindirizzaw il-fallimenti tas-suq lokali jew l-operazzjonijiet ta' investiment subottimali u mingħajr ma jikkompetu b'mod inġust mal-atturi ekonomiċi lokali. B'mod partikolari huma għandhom jappoġġaw l-għanijiet, il-prinċipji ġenerali u l-qafas ta' politika ta' dan ir-Regolament u d-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva rilevanti, bil-konsiderazzjoni dovuta għall-oqsma ta' prijorità stabbiliti fl-Artikolu 26a u deskritti b'mod ulterjuri fl-Anness V. [Em. 240]

1a.  L-għoti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jkun soġġett għall-konklużjoni tal-ftehimiet rispettivi ta' garanzija tal-EFSD bejn il-Kummissjoni f'isem l-Unjoni u l-kontroparti eliġibbli. [Em. 241]

2.  Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment li jindirizzaw il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-operazzjonijiet għandhom ikunu wkoll konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (c) (d) tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju u li: [Em. 242]

(-aa)   jipprovdu addizzjonalità finanzjarja u tal-iżvilupp; [Em. 243]

(-ab)   jgħaddu minn valutazzjoni tal-impatt ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u tax-xogħol ex ante parteċipatorja li tkun disponibbli pubblikament, li tidentifika u tindirizza r-riskji f'dawk l-oqsma u tqis kif dovut il-prinċipju ta' kunsens b'xejn u infurmat minn qabel (FPIC) ta' komunitajiet affettwati f'investimenti relatati mal-art; [Em. 244]

(a)  jassiguraw il-komplementarjetà ma’ inizjattivi oħra;

(b)  ikunu ekonomikament u finanzjarjament vijabbli, b’kont dovut tal-appoġġ u l-kofinanzjament possibbli mis-sħab pubbliċi u privati fil-proġett, filwaqt li jitqiesu l-ambjent operattiv u l-kapaċitajiet speċifiċi tal-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi fqar b’ħafna dejn, li jistgħu jibbenefikaw minn termini aġevoli;

(c)  ikunu teknikament vijabbli u sostenibbli minn perspettiva soċjali soċjoekonomika u ambjentali. [Em. 245]

(ca)  jimmiraw lejn is-setturi u l-kwistjonijiet fejn hemm fallimenti tas-suq jew istituzzjonali ċari li jxekklu l-finanzjament tas-settur privat; [Em. 246]

(cb)  ikunu strutturati b'tali mod li jikkontribwixxu għall-ikkatalizzar tal-iżvilupp tas-suq u għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat lejn id-diskrepanzi fl-investiment; [Em. 247]

(cc)  jiffokaw fuq proġetti li jinvolvu riskji akbar minn dawk li s-selliefa privati huma lesti li jieħdu fuq bażi kummerċjali biss; [Em. 248]

(cd)  ma jfixklux is-swieq fil-pajjiżi u r-reġjuni sħab. [Em. 249]

(ce)  jimmassimizzaw, fejn ikun possibbli, il-mobilizzazzjoni tal-kapital tas-settur privat lokali [Em. 250]

(cf)  jirrispettaw il-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp kif stabbilit fis-Sħubija ta' Busan għal Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp u affermata mill-ġdid f'Nairobi fl-2016, inkluż is-sjieda, l-allinjament, il-fokus fuq ir-riżultati, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont reċiproku, kif ukoll l-għan ta' għajnuna mhux marbuta; [Em. 251]

(cg)  ikunu mfassla biex jissodisfaw il-kriterji għall-ODA stabbiliti mill-OECD-DAC, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-iżvilupp tas-settur privat, ħlief l-operazzjonijiet fil-pajjiżi industrijalizzati mhux eliġibbli għall-ODA; [Em. 252]

(ch)  jiġu applikati b'rispett sħiħ għal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll għal linji gwida, prinċipji u konvenzjonijiet internazzjonali maqbula, inklużi l-Prinċipji għall-Investiment Responsabbli, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, il-Prinċipji tal-Investiment Responsabbli fl-Agrikoltura u s-Sistemi tal-Ikel (FAO) tan-NU, u l-konvenzjonijiet u l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Prinċipji Gwida ta' Maastricht dwar l-Obbligi Extraterritorjali tal-Membri fil-Qasam tad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari Nazzjonali; [Em. 253]

3.  Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tintuża sabiex tkopri r-riskji għall-istrumenti li ġejjin:

(a)  self, inkluż self fil-munita lokali u self għall-assistenza makrofinanzjarja;

(b)  garanziji;

(c)  kontrogaranziji;

(d)  strumenti tas-suq tal-kapital;

(e)  kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament jew titjib tal-kreditu, assigurazzjoni, u parteċipazzjonijiet f’ekwità jew kważi ekwità.

4.  Il-kontropartijiet eliġibbli għall-finijiet tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu dawk identifikati fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju, inklużi dawk minn pajjiżi terzi li jikkontribwixxu għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament u l-opinjoni tal-bord strateġiku. Barra minn hekk, u b'deroga mill-Artikolu 62(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju, korpi rregolati mid-dritt privata ta' Stat Membru jew pajjiż terz li kkontribwixxa għall-Garanzija għall-Azzjoni Esternza Esterna skont l-Artikolu 28, u li jipprovdu assigurazzjoni adegwata tal-kapaċità finanzjarja tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għall-fini tal-Garanzija. [Em. 254]

4a.  Il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment għandu, inter alia:

(a)  jipparteċipa, flimkien ma' istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej oħra, fil-ġestjoni tar-riskju tal-EFSD+, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-ħtieġa li jiġi evitat kunflitt ta' interess possibbli;

(b)  jimplimenta esklussivament parti minn tieqa ta' investiment li tkopri s-self sovran li għandu jiġi fornut b'mill-inqas EUR 1 000 000 000 mill-pakketti finanzjarji tal-programmi ġeografiċi, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 3 ta' dan it-titolu;

(c)  ikun kontroparti eliġibbli tal-attivitajiet ta' implimentazzjoni taħt twieqi oħrajn ta' investiment.[Em. 255]

5.  Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mar-regoli u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 62(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju. Fil-każ ta' korpi rregolati mid-dritt privat ta' Stat Membru jew pajjiż terz li jkun ikkontribwixxa għall-Garanzija għall-Azzjoni Esternza Esterna skont l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata preferenza lil dawk il-korpi li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-kriterji ambjentali, soċjali, ta' tassazzjoni u tal-governanza korporattiva. [Em. 256]

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm użu effikaċi, effiċjenti u ekwu tar-riżorsi disponibbli bejn il-kontropartijiet eliġibbli, filwaqt li tippromwovi l-kooperazzjoni bejniethom.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura trattament ekwu u aċċess ugwali għall-finanzjament għall-kontropartijiet eliġibbli kollha u għandha tiżgura li l-kunflitti ta' interess jiġu evitati matul il-perjodu kollu ta' implimentazzjoni applikazzjoni tal-EFSD+. Sabiex tiżgura l-komplementarjetà, il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti mill-kontropartijiet eliġibbli dwar l-operazzjonijiet tagħhom li mhumiex tal-EFSD+. [Em. 257]

5a.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lill-kontropartijiet eliġibbli, OSĊ u komunitajiet lokali għal skambju ta' fehmiet dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti b'dan ir-Regolament. [Em. 258]

6.  Il-Kummissjoni għandha tagħżel il-kontropartijiet eliġibbli skont l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju u billi tqis:

(a)  il-parir tal-bordijiet tal-operazzjonijiet strateġiċi u reġjonali, f’konformità mal-Anness VI;

(b)  l-għanijiet tat-tieqa tal-investiment;

(c)  l-esperjenza u l-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti eliġibbli;

(d)  l-ammont ta’ riżorsi proprji, kif ukoll ta’ kofinanzjament mis-settur privat, li l-kontroparti eliġibbli lesta timmobilizza għat-tieqa tal-investiment.

(da)   il-prinċipji ta' proċeduri ta' sejħa għall-offerti miftuħa u ġusti. [Em. 259]

7.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi twieqi ta’ investiment għal reġjuni, pajjiżi sħab speċifiċi, jew it-tnejn li huma, għal setturi speċifiċi, jew għal proġetti speċifiċi, kategoriji speċifiċi ta’ benefiċjarji finali, jew it-tnejn li huma, li se jiġu ffinanzjati minn dan ir-Regolament li se jiġu koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna sa ammont fiss. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif it-twieqi ta’ investiment ikkonformaw ma’ dan l-Artikolu u l-prijoritajiet ta’ finanzjament dettaljati tagħhom. It-talbiet kollha għal appoġġ finanzjarju fit-twieqi ta’ investiment għandhom isiru lill-Kummissjoni.

L-għażla tat-twieqi ta’ investiment għandha tkun debitament ġustifikata b’analiżi tal-falliment tas-suq jew tas-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali. Din l-analiżi għandha titwettaq mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-kontropartijiet u l-partijiet ikkonċernati potenzjalment eliġibbli.

Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jipprovdu l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3 taħt tieqa ta’ investiment jew proġett individwali amministrat minn kontroparti eliġibbli. L-istrumenti jistgħu jiġu pprovduti għall-benefiċċju ta’ pajjiżi sħab, inklużi pajjiżi fraġli jew affettwati minn konflitt jew pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi fir-rikostruzzjoni u fl-irkupru wara konflitt, għall-benefiċċju ta’ dawk l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi sħab, inklużi l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali privati u nazzjonali pubbliċi tagħhom, kif ukoll għall-benefiċċju tal-entitajiet fis-settur privat ta’ dawk il-pajjiżi sħab. [Em. 260]

8.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-operazzjonijiet appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fid-dawl tal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fil-paragrafi 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi bħala gwida għall-għażla tal-proġetti. Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jimlew it-tabella ta' valutazzjoni għall-operazzjonijiet kollha taħt l-EFSD+. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-operazzjonijiet kollha appoġġati mill-Garanzija kontra l-kriterji ta' eliġibbiltà elenkati fl-Artikolu 27 u għandha tuża t-tabella ta' valutazzjoni biex twettaq kontroll tal-kwalità indipendenti fuq id-diliġenza dovuta u l-valutazzjoni mwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fil-livell tal-proġett. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha titlob kjarifika u modifiki għas-sħab ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tabella ta' valutazzjoni għall-proġetti kollha wara l-approvazzjoni għall-użu tal-garanzija mill-Kummissjoni u s-sħab ta' implimentazzjoni, u r-riżultat tal-għodod ta' garanzija u l-proġetti individwali kollha taħt il-valutazzjoni tagħha għal kull tieqa ta' investiment fuq bażi annwali. [Em. 261]

9.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 biex tissupplimenta jew temenda l-oqsma ta' prijorità u t-twieqi ta' investiment indikati fl-Anness V u l-governanza tal-EFSD+ fl-Anness VI. Meta tissuplimenta jew temenda twieqi ta' investiment għal reġjuni speċifiċi, pajjiżi sħab speċifiċi, jew it-tnejn li huma, għal setturi speċifiċi, jew għal proġetti speċifiċi, kategoriji speċifiċi ta' benefiċjarji finali, jew it-tnejn li huma, li se jiġu ffinanzjati minn dan ir-Regolament li se jiġu koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna sa ammont fiss, il-Kummissjoni għandha tieħu kont dovut tal-parir ipprovdut mill-bord strateġiku, u tikkonsulta l-bordijiet operattivi.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif it-twieqi ta' investiment jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26a u dan l-Artikolu u l-prijoritajiet ta' finanzjament iddettaljati tagħhom. It-talbiet kollha għal appoġġ finanzjarju fit-twieqi ta' investiment għandhom isiru lill-Kummissjoni.

L-għażla tat-twieqi ta' investiment għandha tkun debitament ġustifikata b'analiżi tal-falliment tas-suq jew tas-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. Din l-analiżi għandha titwettaq mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-kontropartijiet u l-partijiet ikkonċernati potenzjalment eliġibbli.

Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jipprovdu l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3 taħt tieqa ta' investiment jew proġett individwali amministrat minn kontroparti eliġibbli. L-istrumenti jistgħu jiġu pprovduti għall-benefiċċju ta' pajjiżi sħab, inklużi pajjiżi fraġli jew affettwati minn kunflitt jew pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi fir-rikostruzzjoni u fl-irkupru wara kunflitt, għall-benefiċċju ta' dawk l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi sħab, inklużi l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali privati u nazzjonali pubbliċi tagħhom, kif ukoll għall-benefiċċju tal-entitajiet fis-settur privat ta' dawk il-pajjiżi sħab. F'pajjiżi fraġli u affettwati minn kunflitt, u f'pajjiżi oħra, fejn ikun ġustifikat, jista' jingħata appoġġ lill-investimenti tas-settur pubbliku li jkollhom effetti rilevanti fuq l-iżvilupp tas-settur privat. [Em. 262]

Artikolu 27a

Struttura u governanza tal-EFSD+

1.  L-EFSD+ għandu jkun magħmul minn pjattaformi ta' investiment reġjonali stabbiliti fuq il-bażi tal-metodi ta' ħidma, il-proċeduri u l-istrutturi tal-faċilitajiet esterni ta' taħlit eżistenti tal-Unjoni, li jistgħu jikkombinaw l-operazzjonijiet ta' taħlit tagħhom u l-operazzjonijiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+.

2.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tal-EFSD+ u tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Lil hinn minn dan, il-Kummissjoni ma għandhiex tfittex li twettaq operazzjonijiet bankarji ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b'mod regolari biex tiżgura l-ogħla standards ta' trasparenza u r-rendikont finanzjarju.

3.  Fil-ġestjoni tal-EFSD+, il-Kummissjoni għandha tingħata pariri minn bord strateġiku, ħlief fil-każ tal-operazzjonijiet li jkopru l-politika tat-Tkabbir tal-Unjoni u ffinanzjati mill-IPA III, fejn il-Kummissjoni għandha tingħata pariri minn bord strateġiku tal-Qafas ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF). Il-Kummissjoni għandha taħdem ukoll f'kooperazzjoni mill-qrib mal-kontropartijiet eliġibbli kollha fir-rigward tal-immaniġġjar operazzjonali tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Għal dak il-għan, għandu jiġi stabbilit grupp ta' ħidma tekniku, magħmul minn esperti mill-Kummissjoni u minn kontropartijiet eliġibbli, sabiex jivvaluta r-riskju u l-ipprezzar relatat.

4.  Il-bord strateġiku għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-orjentament strateġiku u l-prijoritajiet ta' investimenti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+ u jikkontribwixxi għall-allinjament tagħhom mal-prinċipji gwida u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, tal-politika tal-iżvilupp, tal-politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u mal-iskop tal-EFSD+ kif stabbilit fl-Artikolu 26. Dan għandu wkoll jappoġġa lill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-miri kumplessivi tal-investiment fir-rigward tal-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna f'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-EFSD+ u timmonitorja kopertura ġeografika u tematika xierqa u diversifikata għat-twieqi ta' investiment, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi fqar b'ħafna dejn.

5.  Il-bord strateġiku għandu jappoġġa wkoll il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza ġenerali bejn il-pjattaformi ta' investiment reġjonali, bejn it-tliet pilastri tal-Pjan ta' Investiment Ewropew, bejn il-Pjan ta' Investiment Ewropew u l-isforzi l-oħra tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, kif ukoll ma' programmi oħra stabbiliti f'dan ir-Regolament, strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni u Fondi Fiduċjarji oħra.

6.  Il-bord strateġiku għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli, tal-Istati Membri kollha u tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Parlament Ewropew għandu jkollu status ta' osservatur. Il-kontributuri, il-kontropartijiet eliġibbli, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti u partijiet ikkonċernati oħra, jistgħu jingħataw status ta' osservaturi, meta jkun xieraq. Il-bord strateġiku għandu jiġi kkonsultat qabel l-inklużjoni ta' kwalunkwe osservatur ġdid. Il-bord strateġiku għandu jkun kopresedut mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli.

7.  Il-bord strateġiku għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena u, meta jkun possibbli, jadotta opinjonijiet b'kunsens. Laqgħat addizzjonali jistgħu jiġu organizzati fi kwalunkwe ħin mill-president jew fuq it-talba ta' terz tal-membri tiegħu. F'każ li ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, għandhom japplikaw id-drittijiet tal-vot kif maqbula matul l-ewwel laqgħa tal-bord strateġiku u stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu. Dawk id-drittijiet tal-vot għandhom iqisu b'mod xieraq is-sors tal-finanzjament. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu l-qafas rigward ir-rwol tal-osservaturi. Il-minuti u l-aġendi tal-laqgħat tal-bord strateġiku għandhom, wara li jiġu adottati, isiru pubbliċi.

8.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-bord strateġiku dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-applikazzjoni tal-EFSD+. Il-bord strateġiku tad-WBIF għandu jipprovdi l-progress magħmul fl-applikazzjoni tal-istrument ta' garanzija għar-reġjun tat-Tkabbir biex jikkomplementa dan ir-rapportar. Il-bord strateġiku għandu jorganizza regolarment konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-orjentazzjoni strateġika u l-implimentazzjoni tal-EFSD+.

9.  L-eżistenza taż-żewġ bordijiet strateġiċi ma jkollhiex influwenza fuq il-ħtieġa li jkun hemm qafas ta' ġestjoni tar-riskji wieħed, unifikat għall-EFSD+.

10.  Waqt il-perjodu tal-applikazzjoni tal-EFSD+, il-bord strateġiku għandu jadotta u jippubblika, mill-aktar fis possibbli, linji gwida li jistabbilixxu kif għandha tiġi żgurata l-konformità tal-operazzjonijiet tal-EFSD+ mal-għanijiet u l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 26a u 27.

11.  Fil-gwida strateġika tiegħu, il-bord strateġiku għandu jqis b'mod xieraq ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti.

12.  Il-bordijiet operazzjonali tal-pjattaformi ta' investiment reġjonali għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fil-livell tal-applikazzjoni fid-definizzjoni tal-għanijiet ta' investiment reġjonali u settorjali, u tat-twieqi ta' investiment reġjonali, settorjali u tematiċi u għandhom jifformulaw opinjonijiet dwar operazzjonijiet ta' taħlit u dwar l-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tkopri l-operazzjonijiet tal-EFSD+. [Em. 263]

Artikolu 28

Kontribuzzjoni minn donaturi oħra għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna

1.  Stati Membri, pajjiżi terzi u terzi persuni oħra jistgħu jikkontribwixxu għall-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna.

B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jikkontribwixxu fil-forma ta’ garanziji jew flus.

Il-kontribuzzjoni minn pajjiżi terzi għajr il-partijiet kontreanti kontraenti taż-Żona Ekonomika Ewropea u minn terzi persuni oħra għandha tkun fil-forma ta' flus u tkun soġġetta għall-opinjoni tal-Bord Strateġiku u għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. [Em. 264]

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien dwar il-kontribuzzjonijiet ikkonfermati.

B'talba tal-Istati Membri, il-kontribuzzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu allokati għall-bidu ta’ azzjonijiet f’reġjuni, pajjiżi, setturi jew twieqi ta' investiment eżistenti speċifiċi. [Em. 265]

2.  Il-kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ garanzija ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 26(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri u mill-partijiet kontreanti tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea fil-forma ta’ garanzija jistgħu jissejħu biss għal sejħiet ta’ pagament ta’ garanzija wara li l-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, miżjud bi kwalunkwe kontribuzzjonijiet oħrajn fi flus, ikun intuża fuq sejħiet ta’ pagamenti ta’ garanziji.

Kwalunkwe kontribuzzjoni tista’ tintuża biex tkopri sejħiet ta’ garanzija, irrispettivament mill-allokazzjoni. [Em. 266]

Għandu jiġi konkluż ftehim ta’ kontribuzzjoni bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-kontributur, u għandu jinkludi, b’mod partikolari, dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-pagamenti.

Artikolu 29

Implimentazzjoni Applikazzjoni tal-ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna [Em. 267]

1.  Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-kontropartijiet eliġibbli magħżula skont l-Artikolu 27. Dawk il-ftehimiet għandhom ikunu mingħajr kundizzjonijiet, irrevokabbli, fuq l-ewwel talba, u favur il-kontropartijiet magħżula. Il-ftehimiet jistgħu jiġu konklużi ma' konsorzju ta' żewġ kontropartijiet eliġibbli jew aktar. [Em. 268]

2.  Għandu jiġi konkluż ftehim ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna wieħed jew aktar għal kull tieqa ta’ investiment bejn il-Kummissjoni u l-kontroparti jew il-kontropartijiet eliġibbli magħżula. Barra minn hekk, biex jiġu indirizzati ħtiġijiet speċifiċi, il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tista’ tingħata għal operazzjonijiet ta’ finanzjament jew ta’ investiment individwali.

Il-ftehimiet kollha ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom, wara talba, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li jittieħed kont tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva. [Em. 269]

3.  Ftehimiet ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jinkludu, b’mod partikolari:

(a)  regoli dettaljati dwar il-kopertura, ir-rekwiżiti, l-eliġibbiltà, il-kontropartijiet eliġibbli, u l-proċeduri;

(b)  regoli dettaljati dwar l-għoti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi l-arranġamenti tagħha dwar il-kopertura u l-kopertura definita tagħha ta’ portafolli u ta’ proġetti ta’ tipi speċifiċi ta’ strumenti, kif ukoll analiżi tar-riskju tal-proġetti u l-portafolli tal-proġetti, inkluż fil-livelli settorjali, reġjonali u nazzjonali;

(c)  referenza għall-għanijiet u l-fini ta' dan ir-Regolament, valutazzjoni tal-ħtiġijiet u indikazzjoni tar-riżultati mistennija, b'kont meħud tal-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-ħtieġa li tiġi żgurata imġiba responsabbli fin-negozju, inkluż, b'mod partikolari, b'rispett għal-linji gwida, il-prinċipji u l-istrumenti legali miftiehma fuq livell internazzjonali msemmija fil-punt (ch) tal-Artikolu 27(2); [Em. 270]

(d)  ir-remunerazzjoni tal-garanzija, li għandha tirrifletti l-livell ta' riskju, u l-possibbiltà li r-remunerazzjoni tiġi parzjalment issussidjata sabiex jingħataw termini aġevoli f'każijiet debitament ġustifikati, u b'mod partikolari pajjiżi li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi b'ħafna dejn; [Em. 271]

(e)  ir-rekwiżiti għall-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi l-kundizzjonijiet tal-pagamenti, bħall-oqfsa speċifiċi ta’ żmien, l-imgħax li jrid jitħallas fuq l-ammonti dovuti, l-infiq u l-kostijiet tal-irkupru u, possibbilment, l-arranġamenti meħtieġa b’rabta mal-likwidità;

(f)  il-proċeduri tal-pretensjonijet, inkluż iżda mhux limitat għal, avvenimenti skattaturi u perjodi ta’ stennija, u l-proċeduri li jirrigwardaw l-irkupru tal-pretensjonijiet;

(g)  l-obbligi ta' monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni trasparenti; [Em. 272]

(h)  proċeduri ta’ lmenti ċari u aċċessibbli għal terzi persuni li jistgħu jiġu affettwati mill-implimentazzjonimill-applikazzjoni ta’ proġetti appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. [Em. 273]

4.  Il-kontroparti eliġibbli għandha tapprova l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment skont ir-regoli u l-proċeduri tagħha stess u f’konformità mat-termini tal-ftehim ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna.

5.  Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tista’ tkopri:

(a)  għall-istrumenti tad-dejn, il-kapital u l-imgħax kollu u l-ammonti dovuti lill-kontroparti eliġibbli magħżula, iżda li din ma tkunx irċeviet f’konformità mat-termini tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament wara li jkun seħħ avveniment ta’ inadempjenza;

(b)  għall-investimenti ta’ ekwità, l-ammonti investiti u l-kostijiet ta’ finanzjament assoċjati magħhom;

(c)  għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment oħrajn imsemmija fl-Artikolu 27(2), l-ammonti użati u l-kostijiet ta’ finanzjament assoċjati magħhom;

(d)  l-infiq u l-kostijiet ta’ rkupru rilevanti kollha relatati ma’ avveniment ta’ inadempjenza, sakemm ma jkunux tnaqqsu mir-rikavati tal-irkupru.

5a.  Il-Kummissjoni, meta tikkonkludi ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-kontropartijiet eliġibbli, għandha tieħu kont dovut ta':

(a)  il-pariri u l-gwida tal-bordijiet operattivi strateġiċi u reġjonali;

(b)  l-għanijiet tat-tieqa tal-investiment;

(c)  l-esperjenza u l-kapaċità operattiva, finanzjarja u ta' ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti eliġibbli;

(d)  l-ammont ta' riżorsi proprji, kif ukoll ta' kofinanzjament mis-settur privat, li l-kontroparti eliġibbli lesta timmobilizza għat-tieqa tal-investiment. [Em. 274]

6.  Għall-finijiet tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, tar-rapportar tagħha dwar ir-riskji koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u f’konformità mal-Artikolu 209(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-kontropartijiet eliġibbli li magħhom ġie konkluż ftehim ta’ garanzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri kull sena bir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament u awditjati minn awditur estern indipendenti, li jkun fihom, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar:

(a)  il-valutazzjoni tar-riskji tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment tal-kontropartijiet eliġibbli, inkluża informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni mkejla f’konformità mar-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju u tal-IPSAS;

(b)  l-obbligu finanzjarju pendenti għall-Unjoni, li jirriżulta mill-operazzjonijiet EFSD+ ipprovduti lill-kontropartijiet eliġibbli u l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment tagħhom, diżaggregati skont l-operazzjonijiet individwali;

7.  Meta jintalbu, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom, jipprovdu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-Kummissjoni b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet mill-valutazzjoni tal-impatt ex ante fuq id-drittijiet tal-bniedem, soċjali, tax-xogħol u l-ambjent u kriterji tal-għażla oħrajn elenkati fl-Artikolu 27. [Em. 275]

8.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza finanzjarja f'konformità mal-Artikolu 241 u 250 tar-Regolament Finanzjarju. Għal dik il-fini, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jipprovdu kull sena l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista' tikkonforma mal-obbligi tar-rapportar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif stabbilit fl-Artikolu 31(6a). [Em. 276]

8a.  Il-Kummissjoni jew il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-OLAF meta, fi kwalunkwe stadju tat-tħejjija, tal-implimentazzjoni jew tal-għeluq tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament, ikun hemm raġunijiet għala jissuspettaw li hemm frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li tista' taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jew il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jipprovdu lill-OLAF bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun jista' jwettaq investigazzjoni sħiħa u bir-reqqa. [Em. 277]

Artikolu 29a

Mekkaniżmu ta' tressiq ta' lmenti u rimedji

Fid-dawl tal-possibbiltà ta' lmenti ta' terzi persuni f'pajjiżi sħab, inkluż ta' komunitajiet u individwi affettwati minn proġetti appoġġati mill-EFSD+ u mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissjoni u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom referenzi diretti għall-mekkaniżmi ta' lment tal-kontropartijiet rilevanti li kkonkludew ftehimiet mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ċentralizzat tal-UE ta' tressiq ta' lmenti għall-proġetti kollha skont il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament sabiex tipprovdi l-possibbiltà li tirċievi direttament ilmenti relatati mat-trattament ta' lmenti mill-kontropartijiet eliġibbli. Il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni dik l-informazzjoni fid-dawl ta' kooperazzjoni futura ma' dawk il-kontropartijiet. [Em. 278]

Artikolu 29b

Attivitajiet esklużi u ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx

1.  Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna ma għandhiex tappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li:

(a)  ikunu marbuta mas-settur tas-sigurtà militari jew tal-Istat.

(b)  jappoġġaw l-iżvilupp tal-enerġija nukleari, ħlief is-self ipprovdut f'konformità mar-Regolament EINS, u l-karburanti fossili u jippromwovu aktar id-dipendenza mill-karbonju (carbon lock-in) tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet.

(c)  ikollhom spejjeż esterni ambjentali sinifikanti, bħal dawk li jinvolvu d-degradazzjoni ta' żoni protetti u s-siti ta' Ħabitats Kritiċi u ta' Wirt Kulturali li għalihom ma jitwettaq l-ebda pjan ta' żvilupp sostenibbli u ta' ġestjoni.

(d)  jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab, bħal li l-komunitajiet jiġu mċaħħda mid-dritt tagħhom ta' aċċess u ta' kontroll tar-riżorsi naturali bħall-art, jikkontribwixxu għall-ispostament furzat tal-popolazzjonijiet, jew jinvolvu xogħol furzat jew impjieg tat-tfal.

2.  Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tagħhom, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u l-istandards li hemm qbil fuqhom fuq livell internazzjonali u tal-Unjoni u, għalhekk, m'għandhomx jappoġġaw proġetti taħt dan ir-Regolament li jikkontribwixxu għall-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Barra minn hekk, il-kontropartijiet eliġibbli ma għandhomx jidħlu f'operazzjonijiet ġodda jew imġedda mal-entitajiet inkorporati jew stabbiliti fil-ġurisdizzjonijiet elenkati taħt il-politika tal-Unjoni rilevanti dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, jew li huma identifikati bħala pajjiżi terzi b'riskju kbir skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li ma jikkonformawx b'mod effettiv mal-istandards tat-taxxa tal-Unjoni jew miftiehma fuq livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni. Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jidderogaw minn dan il-prinċipju biss jekk il-proġett jiġi fiżikament implimentat f'wieħed minn dawn il-ġurisdizzjonijiet, u ma jkunx hemm indikazzjonijiet li l-operazzjoni taqa' taħt kwalunkwe waħda mill-kategoriji elenkati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Meta jikkonkludu ftehimiet ma' intermedjarji finanzjarji, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmija f'dan l-Artikolu fil-ftehimiet rilevanti u għandhom jitolbu l-intermedjarji finanzjarji jirrapportaw fuq l-osservanza tagħhom.

3.  Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tagħha, il-kontroparti eliġibbli għandha tapplika l-prinċipji u l-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u, b'mod partikolari, fir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva (UE) 2015/849. Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jagħmlu kemm il-finanzjament dirett kif ukoll il-finanzjament permezz ta' intermedjarji skont dan ir-Regolament kontinġenti fuq l-iżvelar ta' informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u jippubblikaw data ta' rapportar pajjiż pajjiż f'konformità mal-Artikolu 89(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 279]

Artikolu 30

Parteċipazzjoni kapitali f’bank għall-iżvilupp

Il-pakkett għall-programmi ġeografiċi, imsemmi fl-Artikolu 6(2)(a), jista’ jintuża biex jikkontribwixxi għad-dotazzjoni kapitali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp Ewropej u oħrajn.

Kapitolu V

Monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni

Artikolu 31

Monitoraġġ u rapportar

-1.  L-ilħuq tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandu jitkejjel permezz ta' sistema ta' monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni adegwata, trasparenti u responsabbli, li tiżgura l-involviment xieraq tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll issaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-sħab kollha tal-Unjoni, inkluża s-soċjetà ċivili, fl-applikazzjoni tal-programmi. [Em. 280]

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress skont dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) huma stabbiliti fl-Anness VII, f'konformità mal-indikaturi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Il-valuri tal-indikaturi fl-1 ta' Jannar 2021 għandhom jintużaw bħala bażi għall-valutazzjoni tal-punt sa fejn inkunu ntlaħqu l-għanijiet. [Em. 281]

2.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-azzjonijiet tagħha regolarment u tirrieżamina l-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 3, kif ukoll ta' riżultati mistennija u tkopri l-outputs u l-eżiti. [Em. 282]

Il-progress fir-rigward tar-riżultati mistennija għandu jiġi mmonitorjat abbażi ta' indikaturi ċari, trasparenti u, fejn ikun xieraq, miżurabbli li jistgħu jitkejlu stabbiliti fl-Anness VII u fil-qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni adottat skont il-paragrafu 9, kif ukoll skont id-dispożizzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni baġitarja tal-Unjoni. L-għadd ta' indikaturi għandu jkun limitat biex jiffaċilita r-rapportar f'waqtu u, bħala minimu, għandhom jiġu diżaggregati skont is-sess u l-età. [Em. 283]

3.  L-oqfsa tar-riżultati konġunti inklużi f’dokumenti ta’ programmazzjoni konġunti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(4) għandhom jipprovdu l-bażi għall-monitoraġġ konġunt mill-Unjoni u mill-Istati Membri tal-implimentazzjoni tal-applikazzjoni tal-appoġġ kollettiv tagħhom lil pajjiż sieħeb. [Em. 284]

Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-applikazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni. [Em. 285]

4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li jkun sar fl-implimentazzjonifl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Mill-2022 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-kisba tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ indikaturi , li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawk stabbiliti fl-Anness VII kif ukoll l-eżekuzzjoni baġitarja tal-Unjoni, li jkejlu r-riżultati miksuba mir-Regolament u l-effiċjenza tiegħu. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. [Em. 286]

5.  Ir-rapport annwali għandu jkollu informazzjoni relatata mas-sena ta' qabel dwar il-miżuri finanzjati, ir-riżultati tal-eżerċizzji tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni, l-involviment u l-livell ta' kooperazzjoni tas-sħab rilevanti, u l-implimentazzjoni l-applikazzjoni tal-obbligi baġitarji u tal-approprjazzjonijiet ta' pagamenti, diżaggregati skont il-pajjiż, ir-reġjun u s-settur ta' kooperazzjoni. Ir-rapport Huwa għandu jinkludi valutazzjoni tal-progress li jkun sar lejn riżultati mistennija u dwar l-inkorporazzjoni ta' kwistjonijiet trasversali kif imsemmija fl-Artikolu 8(6). Huwa għandu jivvaluta r-riżultati tal-finanzjament tal-Unjoni billi juża, sa fejn ikun possibbli, indikaturi speċifiċi u miżurabbli li jistgħu jitkejlu tar-rwol tiegħu biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Fil-każ tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, ir-rapport għandu jivvaluta wkoll, fejn possibbli u rilevanti, l-aderenza għal prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, inkluż għal strumenti finanzjarji innovattivi. [Em. 287]

6.  Ir-rapport annwali mħejji fl-2021 għandu jinkludi informazzjoni konsolidata mir-rapporti annwali li jirrigwardaw il-perjodu mill-2014 sal-2020 dwar il-finanzjament kollu mir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 40(2)39(2), inklużi dħul assenjat estern u l-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji, u joffri diżaggregazzjoni tal-infiq skont il-pajjiż, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti. Ir-rapport għandu jirrifletti t-tagħlimiet ewlenin, u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-eżerċizzji esterni ta' evalwazzjoni li jkunu saru fis-snin preċedenti. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-livell tal-kapaċità tal-persunal fil-livell tal-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għat-twettiq tal-għanijiet kollha koperti minn dan ir-Regolament. [Em. 288]

6a.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta bħala parti mir-rapport annwali, rapport dettaljat dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, u l-funzjonament tal-EFSD+, il-ġestjoni tiegħu u l-kontribuzzjoni effettiva tiegħu għall-għanijiet tagħha. Dik il-parti tar-rapport annwali għandha tkun akkumpanjata minn opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri. Huwa għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)  valutazzjoni tar-riżultati li jikkontribwixxu għall-iskop u l-għanijiet tal-EFSD+ kif stabbilit f'dan ir-Regolament;

(b)  valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment attwali u koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fil-livelli settorjali, nazzjonali u reġjonali u l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri ta' riskju u l-impatt tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja u ekonomika tas-sħab;

(c)  valutazzjoni tal-addizzjonalità u l-valur miżjud, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat, l-outputs stmati u reali u l-eżiti u l-impatt tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fuq bażi aggregata, inkluż l-impatt fuq il-ħolqien ta' impjiegi diċenti u l-kapaċità li tipprovdi paga li tiggarantixxi l-għajxien, il-qerda tal-faqar u t-tnaqqis fl-inugwaljanzi; dik il-valutazzjoni għandha tinkludi analiżi tal-ġeneru tal-operazzjonijiet koperti bbażata fuq evidenza u data diżaggregata skont is-sessi, fejn ikun possibbli, u analiżi tat-tip ta' settur privat appoġġat, inklużi kooperattivi u intrapriżi soċjali;

(d)  valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u tal-ilħuq ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni stabbiliti għal kull proposta ppreżentata;

(e)  valutazzjoni tal-effett ta' ingranaġġ miksub mill-operazzjonijiet koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u mill-EFSD+;

(f)  l-ammont finanzjarju ttrasferit lill-benefiċjarji u valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment minn kull kontroparti eliġibbli fuq bażi aggregata;

(g)  valutazzjoni tal-addizzjonalità u tal-valur miżjud tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-kontropartijiet eliġibbli, u tar-riskju aggregat assoċjat ma' dawk l-operazzjonijiet;

(h)  informazzjoni ddettaljata dwar talbiet għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, telf, redditi, ammonti rkuprati u kwalunkwe pagament ieħor riċevut, kif ukoll esponiment għar-riskju ġenerali

(i)  ir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-kontropartijiet eliġibbli koperti b'dan ir-Regolament, awditjati minn awditur estern indipendenti;

(j)  valutazzjoni tas-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn l-operazzjonijiet koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u t-tieni u t-tielet pilastri tal-PIE bbażati fuq rapporti eżistenti relevanti, b'kont meħud, b'mod partikolari, tal-progress li jkun sar fil-qasam tal-governanza tajba, inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-flussi finanzjarji illeċiti, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tal-politiki bl-aspett tal-ġeneru, kif ukoll tat-tisħiħ tal-intraprenditorija, tal-ambjent tan-negozju lokali u tas-swieq finanzjarji lokali;

(k)  valutazzjoni tal-konformità tal-operazzjonijiet tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-prinċipji ta' effettività tal-iżvilupp miftiehma fuq livell internazzjonali;

(l)  valutazzjoni tar-remunerazzjoni tal-garanziji;

(m)  valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-attivitajiet esklużi u mal-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. [Em. 289]

7.  Għandha ssir stima annwali tal-infiq kumplessiv relatat mal-azzjoni klimatika u l-bijodiversità mal-miri stabbiliti minn dan ir-Regolament fuq il-bażi tad-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva adottati. Il-finanzjament allokat taħt dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal sistema ta' traċċabbiltà annwali bbażata fuq il-metodoloġija tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi inklużi l-"indikaturi ta' Rio", mingħajr ma jkun eskluż l-użu ta' metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli, integrati fil-metodoloġija eżistenti għal ġestjoni tal-prestazzjoni ta' programmi tal-Unjoni, biex tkun kwantifikata n-nefqa relatata mal-azzjoni klimatika, mal-bijodiversità, u mal-ambjent, mal-iżvilupp uman u mal-inklużjoni soċjali, mal-ugwaljanza bejn is-sessi, u mal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, fil-livell tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 19 u rreġistrata fl-evalwazzjonijiet u r-rapporti annwali. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-istima lill-Parlament Ewropew bħala parti mir-rapport annwali. [Em. 290]

8.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp permezz ta' standards internazzjonali rikonoxxuti, inklużi dawk tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u bl-użu tal-qafas għal standard komuni żviluppat mill-Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna. [Em. 291]

9.  Biex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress ta' dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex temenda l-Anness VII biex tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ, inkluż fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-Terminu skont l-Artikolu 32, u li tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoriraġġgħall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, li jista' jinkludi indikaturi tal-prestazzjoni addizzjonali għal kull wieħed mill-għanijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament. [Em. 292]

Artikolu 32

Evalwazzjoni u rieżami ta' nofs it-terminu [Em. 293]

1.  Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni interim ta' nofs it-terminu dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2023 u għandu jeżamina l-kontribut tal-Unjoni għall-ilħuq tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, permezz ta' indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba u kwalunkwe sejba u konklużjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament, inkluż tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus u tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. [Em. 294]

Il-Parlament Ewropew jista' jipprovdi kontribut għal din l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jorganizzaw konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-benefiċjarji, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiżguraw li dawk l-aktar emarġinati jkunu rappreżentati. [Em. 295]

Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-impatt u l-effettività tal-azzjonijiet tagħha għal kull qasam ta' intervent u l-effettività tal-programmazzjoni, permezz ta' evalwazzjonijiet esterni. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu l-proposti u l-fehmiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar evalwazzjonijiet esterni indipendenti. Fejn xieraqapplikabbli, l-evalwazzjonijiet għandhom jużaw il-prinċipji ta' prattika tajba tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li jfittxu li jaċċertaw jekk ikunux intlaħqu l-għanijiet u li jifformulaw rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu l-azzjonijiet futuri. L-evalwazzjoni interim għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta' miri stabbiliti minn dan ir-Regolament. [Em. 296]

2.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tar-Regolament, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq Ir-rapport ta' evalwazzjoni finali tar-Regolament mill-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tħares lejn il-kontribuzzjoni tal-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' nofs it-terminu għandu jindirizza wkoll l-effiċjenza, il-valur miżjud, il-funzjonament tal-arkitettura ssimplifikata u struttura simplifikata tal-finanzjament estern, il-koerenza interna u esterna, u r-rilevanza kontinwa tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament u tqis l-indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba u kwalunkwe sejba u konklużjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament. t, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet iffinanzjati, il-kontribuzzjoni tal-miżuri għal azzjoni esterna konsistenti tal-Unjoni, u l-grad ta' kemm il-pubbliku fil-pajjiżi riċevituri huma konxji tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn xieraq, u jinkludu s-sejbiet tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 31(4).[Em. 297]

Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu jindirizza wkoll l-effiċjenza, il-valur miżjud, il-lok għal simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna, u r-rilevanza kontinwa tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 298]

Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali ta' nofs it-terminu għandu jsir bil-għan speċifiku li titjieb l-implimentazzjoni l-applikazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni. Huwa għandu jinforma d-deċiżjonijiet dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tat-tipi ta' azzjonijiet implimentati taħt ir-Regolament. [Em. 299]

Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali ta' nofs it-terminu għandu jinkludi ukoll wkoll informazzjoni kkonsolidata minn rapporti annwali rilevanti dwar il-finanzjament kollu regolat minn dan ir-Regolament, inkluż id-dħul u l-kontribuzzjonijiet assenjati esterni lill-fondi fiduċjarji u joffri diżaggregazzjoni tal-infiq mill-pajjiż benefiċjarju, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti, kif ukoll skont programmi ġeografiċi u tematiċi u azzjoni ta' rispons rapidu, inklużi fondi mobilizzati mir-riżerva tal-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti. [Em. 300]

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-kummenti tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri permezz tal-kumitat rilevanti msemmi fl-Artikolu 35. L-evalwazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu diskussi f'dak il-kumitat fuq talba tal-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jintużaw fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi. [Em. 301]

Il-Kummissjoni għandha, sa punt xieraq, tassoċja lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u benefiċjarji, inklużi OSĊ, fil-proċess tal-evalwazzjoni tal-finanzjament mill-Unjoni previst f'dan ir-Regolament, u tista’, fejn ikun xieraq, tfittex li twettaq evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri u s-sħab fl-iżvilupp bl-involviment mill-qrib tal-pajjiżi sħab. [Em. 302]

2a.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmi fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti leġiżlattivi li jistabbilixxu l-emendi meħtieġa għal dan ir-Regolament. [Em. 303]

2b.  Fi tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tar-Regolament dwar l-istess termini bħall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. [Em. 304]

3.  F’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ rappurtar fir-Regolament Finanzjarju, sal-31 ta’ Diċembru 2025 u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-użu u l-funzjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 33

Parteċipazzjoni minn pajjiż jew territorju mhux kopert minn dan ir-Regolament

1.  F'każijiet debitament ġustifikati u meta l-azzjoni għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni tkun ta' natura dinjija, transreġjonali jew reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, fil-programmi indikattivi pluriennali rilevanti jew fil-pjanijiet ta' azzjoni jew il-miżuri rilevanti, li testendi l-ambitu tal-azzjonijiet għal pajjiżi għandha tingħata s-setgħa tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi żżid il-pajjiżi u territorji mhux t-territorji koperti minn dan ir-Regolament skont l-Artikolu 4 sabiex tassigura l-koerenza u l-effettività tal-finanzjament tal-Unjoni jew biex tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali jew transreġjonali.għall-finijiet ta' dawk l-azzjonijiet. [Em. 305]

2.  Il-Kummissjoni tista’ tinkludi allokazzjoni finanzjarja speċifika sabiex tassisti pajjiżi u reġjuni sħab isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma’ reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni ġirien tagħhom u ma’ pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Deċiżjoni dwar il-PTEE. Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jista’ jikkontribwixxi, fejn ikun xieraq u fuq il-bażi ta’ reċiproċità u proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta’ finanzjament mid-Deċiżjoni dwar il-PTEE u / jew ir-Regolament ETC, għal azzjonijiet implimentati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew kwalunkwe entità oħra taħt dan ir-Regolament, minn pajjiż, territorju jew kwalunkwe entità oħra skont id-Deċiżjoni dwar il-PTEE jew minn reġjun ultraperiferiku tal-Unjon fil-qafas ta’ programmi operazzjonali konġunti jew għal programmi jew miżuri ta’ kooperazzjoni interreġjonali stabbiliti u implimentati skont ir-Regolament ETC. [Em. 306]

Artikolu 33a

Kooperazzjoni bejn pajjiżi u reġjuni sħab ma' reġjuni ultraperiferiċi ġirien tal-Unjoni u ma' pajjiżi u territorji extra-Ewropej

1.  Il-Kummissjoni tista' tinkludi allokazzjoni finanzjarja speċifika sabiex tassisti pajjiżi u reġjuni sħab isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma' reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni ġirien tagħhom u ma' pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Deċiżjoni dwar il-PTEE. Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jista' jikkontribwixxi, fejn ikun xieraq u fuq il-bażi ta' reċiproċità u proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta' finanzjament mid-Deċiżjoni dwar il-PTEE u/jew ir-Regolament ETC, għal azzjonijiet applikati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew kwalunkwe entità oħra taħt dan ir-Regolament, minn pajjiż, territorju jew kwalunkwe entità oħra skont id-Deċiżjoni dwar il-PTEE jew minn reġjun ultraperiferiku tal-Unjon fil-qafas ta' programmi operazzjonali konġunti jew għal programmi jew miżuri ta' kooperazzjoni interreġjonali stabbiliti u applikati skont ir-Regolament ETC.

2.  Ir-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni ma għandhiex tkun ogħla minn 90 % tan-nefqa eliġibbli ta' programm jew ta' miżura. Għal assistenza teknika, ir-rata ta' kofinanzjament tkun ta' 100 %.[Am. 307]

Artikolu 34

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa tadottata li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(6), l-Artikolu 26(3) 8(7a), l-Artikolu 8(8b), l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 15a, l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 21(3a), l-Artikolu 26(4), l-Artikolu 27(9)u , l-Artikolu 31(9) u l-Artikolu 33(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-validità ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti delegati malajr kemm jista' jkun. Madankollu l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(7a), l-Artikolu 8(8b), l-Artikolu 17(4), u l-Artikolu 31(9) għandhom jiġu adottati ... [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. [Em. 308]

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(6), fl-Artikolu  fl-Artikolu 26(3)8(7a), fl-Artikolu 8(8b), fl-Artikolu 14(1), fl-Artikolu 15a, fl-Artikolu 17(4), fl-Artikolu 21(3a), fl-Artikolu 26(4), fl-Artikolu 27(9), fl-Artikolu 31(9) u fl-Artikolu 33(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ. [Em. 309]

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(6), l-Artikolu l-Artikolu 26(3) 8(7a), l-Artikolu 8(8b), l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 15a, l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 21(3a), l-Artikolu 26(4), l-Artikolu 27(9), l-Artikolu 31(9) u l-Artikolu 33(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 310]

Artikolu 34a

Proċedura ta' urġenza

1.  Fejn, fil-każ ta' diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem, jew ta' theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, ir-raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati u għandha tapplika l-proċedura prevista fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

2.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw dment li ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni f'konformità mal-paragrafu 3. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

3.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 34(6). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.[Am. 311]

Artikolu 34b

Obbligu ta' rendikont demokratiku

1.  Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u s-SEAE, u sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, kif ukoll il-ħeffa fl-adozzjoni ta' atti u miżuri mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jidhru quddiemu sabiex jiddiskutu l-orjentazzjonijiet u l-linji gwida strateġiċi għall-programmazzjoni skont dan ir-Regolament. Dak id-djalogu għandu jrawwem ukoll il-koerenza ġenerali tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern kollha f'konformità mal-Artikolu 5. Dak id-djalogu jista' jseħħ qabel l-adozzjoni ta' atti delegati u tal-abbozz ta' baġit annwali mill-Kummissjoni. Dak id-djalogu jista' jseħħ ukoll fuq bażi ad hoc fid-dawl ta' żviluppi politiċi ewlenin, fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni Ewropea jew tas-SEAE.

2.  Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti kollha f'dak ir-rigward mill-inqas xahar qabel id-djalogu. Għad-djalogu relatat mal-baġit annwali, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jipprovdu informazzjoni kkonsolidata dwar il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri kollha adottati jew ippjanati skont l-Artikolu 21, informazzjoni dwar il-kooperazzjoni għal kull pajjiż, reġjun u qasam tematiku, u dwar l-użu ta' azzjonijiet ta' rispons rapidu, l-isfidi emerġenti u l-prijoritajiet li jinħolqu, u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.

3.  Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu bis-sħiħ il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew. Fil-każ li l-Kummissjoni jew is-SEAE ma jqisux il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, huma għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni xierqa.

4.  Il-Kummissjoni u s-SEAE, b'mod partikolari permezz tal-grupp ta' tmexxija skont l-Artikolu 38, għandhom ikunu responsabbli biex iżommu lill-Parlament Ewropew infurmat dwar l-istat ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar il-miżuri, l-azzjonijiet u r-riżultati li jkunu għaddejjin. [Em. 312]

Artikolu 35

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat tal-Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Meta l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob li jsir dan.

4.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.  Id-deċiżjoni adottata għandha tibqa’ fis-seħħ għat-tul ta’ żmien tad-dokument, il-programm ta’ azzjoni jew il-miżura adottata jew modifikata.

6.  Osservatur mill-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat dwar dawk il-kwistjonijiet li jkunu jikkonċernaw lill-Bank Ewropew tal-Investiment. [Em. 313]

Artikolu 36

Trasparenza, komunikazzjoni, u pubbliċità żvelar ta' informazzjoni lill-pubbliku [Em. 314]

1.  Ir-riċevituri ta' finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità tar-riċevituri ma' dawk ir-rekwiżiti.[Em. 315]

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta tapplika azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati ma’ dan ir-Regolament, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu direttament relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. [Em. 316]

2a.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex issaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika u d-diplomazija pubblika għall-komunikazzjoni tal-valuri tal-Unjoni u tal-valur miżjud tal-Unjoni. [Em. 317]

2b.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi repożitorju elettroniku ċentrali pubbliku komprensiv wieħed tal-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, inklużi l-kriterji użati biex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet tas-sħab fil-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi, u biex jiġi żgurat l-aġġornament regolari tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' dawk l-azzjonijiet meqjusa bħala li jagħtu bidu għal kwistjonijiet ta' sigurtà jew sensittivitajiet politiċi lokali skont l-Artikolu 37. [Em. 318]

2c.  Ir-repożitorju għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-operazzjonijiet kollha ta' finanzjament u investiment, inkluż fil-livell individwali u tal-proġetti, u l-elementi essenzjali tal-ftehimiet ta' garanzija tal-EFSD+ kollha, inkluża informazzjoni dwar l-identità ġuridika tal-kontropartijiet eliġibbli, il-benefiċċji tal-iżvilupp mistennija u l-proċeduri ta' lmenti, filwaqt li titqies il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva. [Em. 319]

2d.  F'konformità mal-linji politiċi tagħhom dwar it-trasparenza u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni, il-kontropartijiet eliġibbli tal-EFSD+ għandhom, proattivament u sistematikament jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom informazzjoni relatata mal-operazzjonijiet kollha ta' finanzjament u investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, b'mod partikolari fir-rigward tal-mod li bih dawk l-operazzjonijiet jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Tali informazzjoni għandha titqassam fil-livell tal-proġett. Tali informazzjoni għandha dejjem tqis il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva. Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jippubbliċizzaw ukoll l-appoġġ tal-Unjoni fl-informazzjoni kollha li jippubblikaw dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna f'konformità ma' dan ir-Regolament. [Em. 320]

Artikolu 37

Deroga mir-rekwiżiti tal-viżibbiltà

Kwistjonijiet ta’ sigurtà jew sensittivitajiet politiċi lokali jistgħu jagħmluha preferibbli jew neċessarja li l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà jiġu limitati f’ċerti pajjiżi jew żoni jew matul ċerti perjodi. F’każijiet bħal dawn, l-udjenza mmirata u l-għodod, il-prodotti u l-kanali ta’ viżibbiltà li għandhom jintużaw għall-promozzjoni ta’ azzjoni partikolari għandhom jiġu determinati fuq bażi ta’ każ b’każ, b’konsultazzjoni u qbil mal-Unjoni. Meta jkun meħtieġ intervent rapidu b’reazzjoni għal kriżi għal għarrieda, mhuwiex neċessarju li jiġi prodott pjan sħiħ ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà immedjatament. F’każijiet bħal dawn, madankollu, l-appoġġ tal-UE xorta waħda għandu jiġi indikat b’mod xieraq mill-bidu.

Artikolu 38

Klawżola dwar is-SEAE

Dan ir-Regolament għandu japplika skont id-Deċiżjoni 2010/427/UE. [Em. 321]

Article 38a

Governance

Grupp ta' tmexxija orizzontali magħmul mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE u ppresedut mill-VP/RGħ jew rappreżentant ta' dak l-uffiċċju għandu jkun responsabbli għat-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni ta' dan l-istrument matul iċ-ċiklu tal-ġestjoni sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-rendikont tal-finanzjament estern kollu tal-Unjoni. Il-VP/RGħ għandu jiżgura koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Għall-azzjonijiet kollha, inklużi azzjonijiet ta' rispons rapidu u miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, u matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmar, ippjanar u applikazzjoni tal-istrument, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, identifikati abbażi tan-natura u l-għanijiet tal-azzjoni prevista, li jibnu fuq l-għarfien espert tagħhom. Il-proposti kollha għal deċiżjonijiet għandhom jitħejjew billi jiġu segwiti l-proċeduri tal-Kummissjoni u għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-adozzjoni.

Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet tad-disinn, tal-programmazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-istrumenti sabiex jiżgura kontroll politiku u skrutinju demokratiku u obbligu ta' rendikont tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna. [Em. 322]

Artikolu 39

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  Id-Deċiżjoni 466/2014/UE, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 u r-Regolament (UE) 2017/1601 huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.  Il-pakkett finanzjarju għal dan ir-Regolament jista’ jkopri wkoll infiq għall-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn dan ir-Regolament u l-miżuri adottati skont il-predeċessuri tiegħu: Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 235/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 234/2014, ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014, ir-Regolament (UE) Nru 236/2014, id-Deċiżjoni 466/2014/UE, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 u r-Regolament (UE) 2017/1601.

3.  Il-pakkett finanzjarju għal dan ir-Regolament jista’ jkopri n-nefqa relatata mat-tħejjija ta’ kwalunkwe suċċessur għal dan ir-Regolament.

4.  Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-infiq previst fl-Artikolu 20(1), ħalli tkun possibbli l-ġestjoni ta' azzjonijiet li ma jkunux lesti sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 40

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027. [Em. 323]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI FIŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA TAL-VIĊINAT

L-Alġerija

L-Armenja

L-Ażerbajġan

Il-Belarussja

L-Eġittu

Il-Georgia

Iżrael

Il-Ġordan

Il-Libanu

Il-Libja

Ir-Repubblika tal-Moldova

Il-Marokk

it-territorju okkupat Palestinjan

Is-Sirja

It-Tuneżija

L-Ukrajna

L-appoġġ mill-Unjoni f'dan il-qasam jista' jintuża wkoll biex il-Federazzjoni Russa tkun tista' tipparteċipa fi programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera u fi programmi rilevanti oħra b'diversi pajjiżi, inkluża kooperazzjoni dwar l-edukazzjoni, b'mod partikolari l-iskambji tal-istudenti. [Em. 324]

ANNESS II

OQSMA TA' KOOPERAZZJONI GĦALL-PROGRAMMI ĠEOGRAFIĊI

A.  Għar-reġjuni ġeografiċi kollha

NIES

1.  Governanza tajba, demokrazija, stat tad-dritt u drittijiet tal-bniedem

(a)  Tisħiħ tad-demokrazija u tal-proċessi demokratiċi inklussivi, tal-governanza u tas-sorveljanza, inklużi ġudikatura indipendenti, l-istat tad-dritt u proċessi elettorali trasparenti, paċifiċi u kredibbli; [Em. 325]

(b)  Tisħiħ tal-promozzjoni u tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kif ipproklamat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-drittijiet tal-bniedem u l-issodisfar ta' strumenti internazzjonali relatati, li jappoġġaw u jipproteġu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' patti u oqfsa globali u reġjonali, iżidu l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom, u jistabbilixxu l-pedamenti għall-ħolqien ta' qafas legali għall-protezzjoni ta' persuni spostati minħabba t-tibdil fil-klima; [Em. 326]

(c)  Promozzjoni tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, kif ukoll tal-prinċipju tal-ugwaljanza, b'mod partikolari l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, u d-drittijiet tat-tfal, taż-żgħażagħ, tal-persuni b'diżabbiltà, tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi, tal-persuni LGBTI u tal-popli indiġeni; [Em. 327]

(d)  Għoti ta' appoġġ lil soċjetà ċivili li qed tikseb riżultati u lir-rwol, it-tisħiħ tar-rwol tagħha fi proċessi tranżizzjonijiet politiċi, f'proċessi ta' riforma u fi trasformazzjonijiet demokratiċi, kif ukoll il-promozzjoni ta' spazju li jippermetti li s-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini jkunu involuti fil-ħajja politika u fl-iskrutinju tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi; [Em. 328]

(e)  Titjib tal-pluraliżmu, l-indipendenza u l-professjonaliżmu ta’ midja libera u indipendenti;

(f)  Bini ta' reżiljenza tal-istati, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi għal pressjonijiet u skossi politiċi, biex dawn jitħejjew biex jirreżistu, jadattaw u jirkupraw malajr mill-iskossi ambjentali u ekonomiċi, ambjentali, tal-ikel, demografiċi u soċjetalimid-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem u, mill-kunflitti, il-kriżijiet tas-saħħa u s-sigurtà alimentari; [Em. 329]

(g)  Tisħiħ tal-iżvilupp tal-istituzzjonijiet pubbliċi demokratiċi fil-livelli internazzjonali, nazzjonali u sottonazzjonali, inklużi sistema ġudizzjarja indipendenti, effettiva, effiċjenti u responsabbli, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, il-ġustizzja internazzjonali u l-obbligu ta' rendikont u l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd; [Em. 330]

(h)  Għoti ta' appoġġ lill-proċessi ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż permezz ta' approċċi tal-Gvern elettroniku ċċentrati fuq iċ-ċittadin, it-tisħiħ tal-oqfsa ġuridiċi u tal-istruttura istituzzjonali, is-sistemi nazzjonali tal-istatistika, il-kapaċitajiet, il-ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi, u l-kontribut għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa; [Em. 331]

(i)  Promozzjoni ta’ politiki territorjali u urbani inklużivi, bilanċjati u integrati, permezz tat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-korpi pubbliċi fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali kif ukoll bl-għoti ta’ appoġġ għal deċentralizzazzjoni u ristrutturar effiċjenti tal-istat;

(j)  Aktar trasparenza u obbligu ta' rendikont tal-istituzzjonijiet pubbliċi, tisħiħ tal-akkwist pubbliku inkluż l-inkoraġġiment tal-iżvilupp tal-kriterji ta' sostenibbiltà (ambjentali, soċjali u ekonomika) u miri u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, żvilupp tal-gvern elettroniku u tisħiħ tal-għoti ta' servizzi; [Em. 332]

(k)  Għoti ta’ appoġġ lil ġestjoni sostenibbli, akkontabbli u trasparenti tas-setturi tar-riżorsi naturali u dħul relatat, kif ukoll lir-riformi, biex jiġu żgurati politiki ta’ tassazzjoni ġusti u sostenibbli.

(ka)   il-promozzjoni tad-demokrazija parlamentari [Em. 333]

2.  Qerda tal-faqar, ġlieda kontra l-inugwaljanzi u żvilupp tal-bniedem

(a)  Qerda tal-faqar fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-inugwaljanzi, u sforzi, biex ħadd ma jaqa' lura; u li l-ewwel nett tilħaq lil dawk li qegħdin l-aktar lura, billi tipprijoritizza l-investimenti fis-servizzi pubbliċi dwar is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali; [Em. 334]

(b)  (b) Tisħiħ tal-isforzi għall-adozzjoni ta' politiki u għal investiment xieraq biex jiġu promossi, protetti u jiġu ssodisfati d-drittijiet tan-nisa, taż-żgħażagħ, tat-tfal u tal-persuni b'diżabbiltà biex jiġi ffaċilitat l-involviment tagħhom u l-parteċipazzjoni sinifikanti fil-ħajja soċjali, ċivika u ekonomika, u biex jiġi żgurat il-kontribut sħiħ tagħhom għat-tkabbir inklużiv u għall-iżvilupp sostenibbli; [Em. 335]

(c)  Promozzjoni tal-protezzjoni u l-issodisfar tad-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, inklużi drittijiet ekonomiċi, drittijiet tax-xogħol u drittijiet soċjali, id-drittijiet tal-art, is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, kif ukoll il-prevenzjoni ta' u l-protezzjoni tagħhom minn vjolenza sesswali u sessista fil-forom kollha tagħha; dan jinkludi l-promozzjoni tal-aċċess għal kulħadd għal informazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva komprensiva u għal edukazzjoni dwar is-sesswalità komprensiva; il-promozzjoni ta' kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni għal għodod ġodda u mtejba għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż l-ippjanar tal-familja, partikolarment f'ambjenti b'riżorsi baxxi; [Em. 336]

(d)  Attenzjoni speċjali għal persuni żvantaġġati, vulnerabbli u marġinalizzati, fost l-oħrajn tfal, persuni ta' età avvanzata, persuni b'diżabbiltà, persuni LGBTI u popli indiġeni. Dan jinkludi l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità, b'diżabbiltà u mingħajr; [Em. 337]

(e)  Promozzjoni ta' appoċċ approċċ integrat għall-għoti ta' appoġġ lil komunitajiet, b'mod partikolari l-ifqar fosthom biex u dawk l-aktar diffiċli biex jintlaħqu, billi jitjieb l-aċċess universali għall-ħtiġijiet u s-servizzi bażiċi, b'mod partikolari s-saħħa, inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, l-informazzjoni u l-provvisti, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni u l-protezzjoni soċjali;[Em. 338]

(f)  GħotiL-għoti l-itfal, b'mod partikolari dawk l-aktar emarġinati, l-aħjar bidu fil-ħajja permezz ta' investiment fl-iżvilupp fit-tfulija bikrija u l-iżgurar li t-tfal li jesperjenzaw il-faqar jew l-inugwaljanza jkollhom aċċess għal servizzi bażiċi bħas-saħħa, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali; l-għoti ta' appoġġ biex jinħoloq ambjent li jsostni lit-tfal bħala element importanti fit-trawwim ta' popolazzjoni żgħażugħa b'saħħitha li tkun kapaċi tilħaq il-potenzjal kollu tagħha, u l-għoti ta' attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet tat-bniet; [Em. 339]

(g)  Għoti ta' appoġġ lil aċċess universali għal biżżejjed ikel affordabbli, sikur u sustanzjuż, b'mod partikolari għal dawk fl-aktar sitwazzjonijiet vulnerabbli, inter alia tfal taħt l-età ta' ħames snin, l-adoloxxenti, kemm bniet u subien, u nisa, speċjalment waqt it-tqala u treddigħ, kif ukoll it-tisħiħ tas-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni, b'mod partikolari f'pajjiżi li qed jiffaċċjaw kriżijiet fit-tul jew rikorrenti; it-trawwim ta' approċċi multisettorjali relatati man-nutrizzjoni għall-agrikoltura [Em. 340]

(h)  Għoti ta' appoġġ lil aċċess universali għal sanità sikura u suffiċjenti tal-ilma tax-xorb, kif ukoll iġjene u ġestjoni tal-ilma sostenibbli u integrata bħala determinanti ewlenin tas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-ugwaljanza bejn is-sessi [Em. 341]

(i)  Ksib ta' kopertura universali tas-saħħa b'aċċess ekwu għal servizzi tas-saħħa ta' kwalità u affordabbli, inkluż servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u permezz tal-għoti ta' appoġġ għall-bini ta' sistemi tas-saħħa inklussivi b'saħħithom li huma aċċessibbli għal kulħadd, ta' kwalità u reżiljenti, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċità għal twissija bikrija, tnaqqis tar-riskju, ġestjoni tar-riskju u rkupru; l-ikkomplementar tal-azzjoni permezz tal-programm qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġi indirizzat it-theddid globali għas-saħħa, jiġu żviluppati vaċċini u trattamenti sikuri, effiċjenti u bi prezz li jintlaħaq kontra l-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat, u biex jitjiebu r-reazzjonijiet għall-isfidi tas-saħħa inkluż il-mard li jittieħed, ir-reżistenza antimikrobika u l-mard u l-epidemiji emerġenti; [Em. 342]

(j)  Għoti ta’ appoġġ għal protezzjoni soċjali universali u ekwa kif ukoll tisħiħ ta’ xbieki ta’ sikurezza soċjali biex jiġi ggarantit introjtu bażiku, jiġi evitat il-faqar estrem u tinbena r-reżiljenza;

(ja)  Tisħiħ tar-reżiljenza tan-nies u tal-komunitajiet, inkluż permezz ta' investiment akbar fi proġetti tat-tnaqqis ta' riskju tad-diżastru (DRR) u ta' tħejjija mmexxija mill-komunità; [Em. 343]

(jb)  Jagħti appoġġ lill-gvernijiet u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex joħolqu l-infrastruttura meħtieġa, inter alia r-riżorsi fiżiċi, teknoloġiċi u umani, u bl-użu tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi u amministrattivi li jippermettu li r-reġistrazzjonijiet ċivili kollha (mit-twelid sal-mewt) jiġu reġistrati b'mod preċiż, u li dokumenti duplikati rikonoxxuti b'mod uffiċjali jiġu ppubblikati meta jkun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jeżistu b'mod uffiċjali u jkunu jistgħu jaċċessaw id-drittijiet fundamentali tagħhom; [Em. 344]

(k)  Promozzjoni ta' żvilupp urban inklużiv u sostenibbli biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza urbana, b'fokus fuq dawk li jinsabu l-aktar fil-bżonn u li tadotta approċċ li jieħu kont ta' kwistjonijiet marbutin mal-ugwaljanza bejn is-sessi; [Em. 345]

(l)  Għoti ta’ appoġġ lill-awtoritajiet lokali biex itejbu, fil-livell tal-bliet, il-forniment ta’ servizzi bażiċi u ta’ aċċess ekwu għas-sigurtà alimentari, kif ukoll għal abitazzjoni u għal kwalità tal-ħajja aċċessibbli, deċenti u affordabbli, b’mod partikolari għal dawk li jgħixu f’residenzi informali u f’bassifondi. [Em. 346]

(m)  Promozzjoni tal-ilħuq tal-għanijiet miftiehma fuq livell internazzjonali fl-edukazzjoni b'fokus partikolari fuq sistemi pubbliċi tal-edukazzjoni mingħajr ħlas, permezz ta' edukazzjoni ta' kwalità tajba li tkun inklużiva u ekwa, formali, informali u mhux formali, u li tippromwovi opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd fil-livelli kollha u li tkun tinkludi l-iżvilupp bikri tat-tfal, taħriġ tekniku u vokazzjonali, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi, u wkoll permezz tal-użu ta' teknoloġiji diġitali biex jittejbu t-tagħlim u l-apprendiment fl-edukazzjoni; [Em. 347]

(ma)  Appoġġ ta' kurituri tal-edukazzjoni biex jiġi żgurat li l-istudenti li jkunu ġejjin minn pajjiżi li jinsabu f'gwerra jistgħu jistudjaw f'universitajiet tal-Unjoni; [Em. 348]

(n)  Appoġġ għal azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità, għall-mobilità mobbiltà fit-tagħlim, bini ta' kapaċità u kooperazzjoni kulturali lejn, minn jew bejn pajjiżi sħab, kif ukoll għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku ma’ istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet, korpi u awtoritajiet lokali ta’ implimentazzjoni, minn dawk il-pajjiżi; [Em. 349]

(na)   Il-promozzjoni tal-bini tal-kapaċità u l-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija u r-riċerka, b'mod partikolari l-indirizzar tal-isfidi relatati mal-faqar li jaffettwaw b'mod sproporzjonat il-pajjiżi sħab u l-oqsma traskurati ta' riċerka u innovazzjoni b'investimenti limitati fis-settur privat, u data miftuħa u t-trawwim tal-innovazzjoni soċjali; [Em. 350]

(o)  Promozzjoni tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u tal-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tar-riċerka, kif ukoll tad-data miftuħa, tal-big data, tal-intelliġenza artifiċjali, u tal-innovazzjoni, f'koordinazzjoni mal-programm qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-eżodu ta' mħuħ; [Em. 351]

(p)  Titjib tal-koordinazzjoni fost l-atturi rilevanti kollha biex tingħata għajnuna lit-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-fażi ta’ żvilupp;

(q)  Il-promozzjoni ta’ djalogu interkulturali u diversità kulturali fil-forom kollha tagħhom, u l-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali, u l-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji tas-setturi kulturali u kreattivi għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli; [Em. 352]

(qa)  Appoġġ għal azzjonijiet, u promozzjoni tal-kooperazzjoni, fil-qasam tal-isport li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, taż-żgħażagħ, tal-individwi u tal-komunitajiet kif ukoll għall-kisba tal-għanijiet tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-inklużjoni soċjali tal-Aġenda 2030. [Em. 353]

(r)  Promozzjoni tad-dinjità u tar-reżiljenza ta’ persuni spostati fit-tul u bil-forza, kif ukoll tal-inklużjoni tagħhom fil-ħajja ekonomika u soċjali tal-pajjiżi u tal-komunitajiet ospitanti.

3.  Migrazzjoni u, mobbiltà u l-ispostament furzat [Em. 354]

(-a)  Għoti ta' appoġġ lil politiki tal-migrazzjoni effettivi u bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, fil-livelli kollha, inklużi programmi ta' protezzjoni, biex tiġi ffaċilitata migrazzjoni sikura, ordnata u regolari; [Em. 355]

(a)  It-tisħiħ Kontribut għat-tisħiħ tas-sħubijiet bilaterali, reġjonali, inklużi dawk Nofsinhar-Nofsinhar u internazzjonali dwar il-migrazzjoni u l-mobilità l-mobbiltà abbażi ta' approċċ integrat u bilanċjat, li jkopri l-aspetti kollha tal-migrazzjoni, inkluż assistenza fl-implimentazzjoni tal-Unjoni għall-ftehimiet u f'konformità mad-dritt internazzjonali u l-arranġamenti bilaterali jew reġjonali, inkluż is-sħubijiet għall-mobbiltà tal-Unjoni u mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem; [Em. 356]

(aa)  Għoti ta' assistenza fl-implimentazzjoni ta' ftehimiet u arranġamenti bilaterali jew reġjonali ma' pajjiżi terzi, inklużi s-sħubijiet għall-mobbiltà, u l-ħolqien ta' rotot sikuri u legali, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' faċilitazzjoni tal-viżi u ftehimiet ta' risistemazzjoni u fuq il-bażi tal-obbligu ta' rendikont reċiproku u r-rispett sħiħ tal-obbligi umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem; [Em. 357]

(b)  Għoti ta' appoġġ għar-riintegrazzjoni sostenibbli u soċjoekonomika ta' suċċess ta' migranti ritornati; [Em. 358]

(c)  Indirizzar u mitigazzjoni tal-kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u ċ-ċaqliq sfurzat;

(d)  Indirizzar -tnaqqis tal-vulnerabbiltajiet fil-migrazzjoni, inkluż permezz tal-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, it-traffikar u t-tisħiħ tar-rispons transnazzjonali għat-traffikar tal-bnedmin , il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni u l-immigrazzjoni illegali, it-titjib tal-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri skont id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni; [Em. 359]

(e)  It-tisħiħ xjentifiku, tekniku, tal-kapaċità umana u istituzzjonali għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluż il-ġbir u l-użu ta' data preċiża u diżaggregata bħala bażi għall-politiki bbażati fuq l-evidenza sabiex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni sikura, ordnata u responsabbli; [Em. 360]

(f)  Għoti ta’ appoġġ lil politiki tal-migrazzjoni effettivi u bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem inkluż programmi ta’ protezzjoni; [Em. 361]

(g)  Promozzjoni ta’ kundizzjonijiet li jiffaċilitaw il-migrazzjoni legali u l-mobbiltà mmaniġġjata sew, kif ukoll il-kuntatti bejn il-persuni, biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-iżvilupp inkluż billi tiġi pprovduta informazzjoni preċiża u f'waqtha fl-istadji kollha tal-migrazzjoni; [Em. 362]

(ga)  L-immassimizzar tal-impatt tal-iżvilupp tal-migrazzjoni u t-titjib ta' fehim komuni tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; [Em. 363]

(h)  Żgurar tal-protezzjoni tal-migranti u tal-persuni spostati bil-forza, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli u l-applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u l-iżgurar tar-rikonoxximent u d-determinazzjoni tal-istatus tal-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fost il-flussi migratorji mħallta; [Em. 364]

(i)  Għoti ta' appoġġ lil soluzzjonijiet ibbażati fuq l-iżvilupp għal persuni spostati bil-forza u għall-komunitajiet ospitanti tagħhom, inkluż permezz tal-aċċess għall-edukazzjoni u impjiegi diċenti, biex jiġu promossi d-dinjità, ir-reżiljenza u l-awtodipendenza ta' persuni spostati, u l-inklużjoni tagħhom fil-ħajja ekonomika u soċjali tal-pajjiżi ospitanti; [Em. 365]

(j)  Għoti ta' appoġġ lill-involviment tad-dijaspora fil-pajjiżi ta' oriġini, biex jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-iżvilupp sostenibbli; [Em. 366]

(k)  Promozzjoni ta’ trasferimenti ta’ rimessa aktar veloċi, irħas u aktar sikuri kemm fil-pajjiżi ta’ oriġini kif ukoll fil-pajjiżi riċevituri, biex b’hekk jiġi sfruttat il-potenzjal tagħhom għall-iżvilupp.

(ka)  Kontribut għat-tisħiħ tal-pożizzjoni lill-migranti u lis-soċjetajiet biex iwettqu l-inklużjoni sħiħa tagħhom u l-koeżjoni soċjali. [Em. 367]

Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam se tiġi ġestita f'koerenza mal-[Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil], b'rispett sħiħ tal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. [Em. 368]

IL-PJANETA

4.  Ambjent u tibdil fil-klima

(a)  Tisħiħ tal-kapaċità xjentifika, teknika, umana u istituzzjonali għall-ġestjoni, l-integrazzjoni u l-monitoraġġ tal-klima u tal-ambjent; It-tisħiħ tal-governanza reġjonali u nazzjonali tal-klima.

(b)  KontributGħoti ta' appoġġ lill-adattament għat-tibdil fil-klima, b'enfasi speċjali fuq stati u popolazzjonijiet partikolarment vulnerabbli li ma jkollhomx riżorsi biex jieħdu l-miżuri meħtieġa; kontribut għall-isforzi tas-sħab biex isegwu l-impenji tagħhom rigward it-tibdil fil-klima f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, inkluża l-implimentazzjoni tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) u tal-pjanijiet ta' azzjoni rigward il-mitigazzjoni u l-adattament, inklużi sinerġiji bejn l-adattament u l-mitigazzjoni, kif ukoll l-impenji tagħhom fl-ambitu ta' ftehimiet ambjentali pluriennali oħra, bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni; [Em. 369]

(c)  Żvilupp u/jew tisħiħ ta’ tkabbir ekoloġiku u tkabbir blu sostennibbli fis-setturi ekonomiċi kollha;

(d)  Promozzjoni tal-aċċess għall-enerġija sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan li tiġi rrispettata l-wegħda tal-Unjoni tal-2012 biex sal-2030 jingħata tali aċċess għal 500 miljun persuna oħra, filwaqt li tingħata prijorità lil soluzzjonijiet fuq skala żgħira, mhux kollegati mal-grilja jew ma' grilja żgħira ta' valur ambjentali u ta' żvilupp għoli. Tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-enerġija sostenibbli. Promozzjoni u żieda tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-effiċjenza fl-enerġija u fl-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli; promozzjoni tal-aċċess għal servizzi tal-enerġija affidabbli, sikuri, affordabbli, nodfa u sostenibbli, b'mod partikolari soluzzjonijiet lokali u deċentralizzati li jiżguraw aċċess għall-enerġija għal persuni li jgħixu fil-faqar u f'reġjuni mbiegħda; [Em. 370]

(da)  Il-bini tal-kapaċità biex jiġu integrati l-għanijiet tas-sostenibbiltà ambjentali u tat-tibdil fil-klima, u s-segwitu tat-tkabbir ekoloġiku fl-istrateġiji tal-iżvilupp nazzjonali u lokali inkluż l-appoġġ għall-kriterji tas-sostenibbiltà fl-akkwist pubbliku; [Em. 371]

(db)  Promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva, diliġenza dovuta fil-ktajjen tal-provvista, u tal-applikazzjoni konsistenti tal-"approċċ prekawzjonarju" u tal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas"; [Em. 372]

(dc)   Promozzjoni ta' prattiki agrikoli ambjentalment sostenibbli, inkluża l-agroekoloġija, li juru li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ekosistemi u l-bijodiversità u jsaħħu r-reżiljenza ambjentali u soċjali għat-tibdil fil-klima fuq perjodu twil ta' żmien; [Em. 373]

(e)  Titjib tan-netwerks u s-servizzi lokali, nazzjonali, reġjonali u kontinentali tat-trasport multimodali biex ikomplu jissaħħu l-opportunitajiet għal żvilupp ekonomiku u ħolqien tal-impjiegi sostenibbli u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, bil-ħsieb li jsir żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Tisħiħ tal-faċilitazzjoni u l-liberalizzazzjoni tat-trasport, titjib tas-sostenibbiltà, tas-sigurtà fit-toroq u tar-reżiljenza tad-dominji tat-trasport;

(f)  Tisħiħ tal-involviment tal-komunitajiet lokali u l-popli indiġeni fir-risponsi għat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra t-telf tal-bijodiversità u l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi, fil-konservazzjoni ta' ekosistemi u fil-governanza ta' riżorsi naturali, inkluż permezz tat-titjib fil-ġestjoni taż-żamma tal-art u tar-riżorsi tal-ilma. Promozzjoni ta' żvilupp urban sostenibbli u tar-reżiljenza fiż-żoni urbani [Em. 374]

(fa)  Tmiem tal-kummerċ fil-minerali ta' kunflitt kif ukoll tal-abbuż kontra l-minaturi, u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-komunitajiet lokali f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/821 dwar l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista u l-miżuri li jakkumpanjawhom, kif ukoll l-elaborazzjoni ta' dan l-approċċ għall-minerali li bħalissa għadhom mhumiex koperti; [Em. 375]

(fb)   Promozzjoni tal-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli biex in-nies jingħataw is-setgħa li jittrasformaw is-soċjetà u jibnu futur sostenibbli; [Em. 376]

(g)  Promozzjoni tal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-użu sostenibbli, u r-restawr tar-riżorsi naturali, ekosistemi b'saħħtihom b'saħħithom u biex jieqaf it-telf tal-bijodiversità, kif ukoll il-protezzjoni tal-ħajja selvaġġa, inkluża l-ġlieda kontra l-kaċċa illegali u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi; [Em. 377]

(ga)  L-indirizzar tat-telf tal-bijodiversità, l-implimentazzjoni ta' inizjattivi internazzjonali u tal-Unjoni biex jindirizzaw it-telf, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-ġestjoni tal-ekosistemi tal-art u tal-baħar u l-bijodiversità assoċjata; [Em. 378]

(h)  Promozzjoni tal-ġestjoni integrata u sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-kooperazzjoni transfruntiera rigward l-ilma skont id-dritt internazzjonali; [Em. 379]

(i)  Promozzjoni tal-konservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju permezz ta' ġestjoni sostenibbli tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, kif ukoll ġlieda kontra d-degradazzjoni ambjentali, id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art u tal-foresti, u n-nixfa; [Em. 380]

(j)  Limitazzjoni tad-deforestazzjoni u promozzjoni tal-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (FLEGT), kif ukoll il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u kontra l-kummerċ illegali tal-injam u ta' prodotti tal-injam. L-appoġġ lil governanza aħjar u lill-bini tal-kapaċitajiet għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali; l-appoġġ għan-negozjar u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja; [Em. 381]

(k)  L-appoġġ għall-governanza tal-oċeani, inkluż il-protezzjoni, ir-restawr u l-preservazzjoni taż-żoni kostali u tal-baħar f'kull forma tagħha, inkluż l-ekosistemi, il-ġlieda kontra l-iskart tal-baħar, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) u l-protezzjoni tal-bijodiversità marittima f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); [Em. 382]

(l)  It-tisħiħ reġjonali għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri (DRR), it-tħejjija u r-reżiljenza permezz ta' approċċ ibbażat fuq il-komunità u ċċentrat fuq il-persuni, b'sinerġija ma' politiki u azzjonijiet ta' adattament għat-tibdil fil-klima; [Em. 383]

(m)  Promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi u fil-konsum u l-produzzjoni sostenibbli (u tul il-katina tal-provvista kollha), inkluż billi jitrażżan l-użu tar-riżorsi naturali għall-finanzjament tal-kunflitti, u tiġi appoġġata l-konformità mill-partijiet ikkonċernati b'inizjattivi bħall-iskema ta' ċertifikazzjoni Kimberley Process; l-indirizzar tat-tniġġis u l-ġestjoni soda tal-kimiċi u tal-iskart; [Em. 384]

(n)  Għoti ta' appoġġ lill-isforzi għat-titjib tad-diversifikazzjoni ekonomika sostenibbli sostenibbli, il-kompetittività, il-ktajjen tal-provvista għall-kondiviżjoni tal-valur u l-kummerċ ġust, lill-iżvilupp tas-settur privat b'fokus partikolari fuq tkabbir ekoloġiku b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, kif ukoll lil mikrointrapriżi, intrapriżi soċjali u SMEs u kooperattivi, fejn jittieħed vantaġġ mill-ftehimiet mill-benefiċċji tal-iżvilupp ta' ftehimiet kummerċjali eżistenti mal-UE; [Em. 385]

(na)  Il-kisba tal-impenji internazzjonali rigward il-konservazzjoni tal-bijodiversità fi trattati bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB), il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċijiet Migratorji tal-Annimali Selvaġġi (CMS) u trattati oħra relatati mal-bijodiversità; [Em. 386]

(nb)   Żieda fl-integrazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-għanijiet relatati mat-tibdil fil-klima u l-ambjent fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni permezz ta' appoġġ għall-ħidma metodoloġika u ta' riċerka dwar, fi u minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, li tinkludi mekkaniżmi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, il-kartografija tal-ekosistemi, evalwazzjoni u valutazzjoni, titjib tal-kompetenza ambjentali u l-promozzjoni ta' azzjonijiet innovattivi u l-koerenza tal-politika; [Em. 387]

(nc)   L-indirizzar tal-effetti globali u transreġjonali tal-bidla fil-klima li jkollhom impatt potenzjalment destabbilizzanti fuq l-iżvilupp, il-paċi u s-sigurtà. [Em. 388]

PROSPERITÀ

5.  Tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli, kif ukoll impjieg deċenti

(a)  Għoti ta' appoġġ lill-intraprenditorija, inkluż permezz tal-mikrofinanzjament, lill-impjieg deċenti u lill-impjegabbiltà permezz tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi, inklużi l-edukazzjoni, it-titjib tal-applikazzjoni sħiħa tal-istandards tax-xogħol tal-ILO inkluż id-djalogu soċjali u l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol f'ambjent b'saħħtu, tal-pagi li jiggarantixxu l-għajxien kif ukoll il-ħolqien ta' opportunitajiet, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ; [Em. 389]

(b)  Għoti ta' appoġġ lill-perkorsi għall-iżvilupp nazzjonali li jimmassimizzaw l-eżiti u l-impatti soċjali pożittivi, u jippromwovu tassazzjoni progressiva effettiva u sostenibbli u politiki pubbliċi ridistributtivi, u l-istabbiliment u t-tisħiħ ta' sistemi tal-protezzjoni soċjali sostenibbli u ta' skemi tal-assigurazzjoni soċjali; għoti ta' appoġġ lill-isforzi fil-livelli nazzjonali u internazzjonali biex jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji fiskali; [Em. 390]

(c)  Titjib tal-klima kummerċjali u tal-investiment responsabbli biex jinħoloq ambjent regolatorju li jippermetti l-iżvilupp ekonomiku kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lil kumpaniji, b'mod partikolari intrapriżi mikro, żgħar u medji, kooperattivi u intrapriżi soċjali biex jespandu n-negozju tagħhom u joħolqu l-impjiegi, jingħata appoġġ lill-iżvilupp ta' ekonomija solidali u tingħata spinta lill-obbligu ta' rendikont tas-settur privat; [Em. 391]

(ca)  Il-promozzjoni tal-obbligu ta' rendikont korporattiv u l-mekkaniżmi ta' rimedju għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati ma' attivitajiet tas-settur privat; l-għoti ta' appoġġ lil sforzi fil-livell lokali, reġjonali u globali biex tiġi żgurata l-konformità korporattiva mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u mal-iżviluppi regolatorji, inkluż dwar diliġenza dovuta obbligatorja u strument internazzjonali vinkolanti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem f'livell globali; [Em. 392]

(d)  Tisħiħ tas-sostennibbiltà tas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali, ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u ta' kondotta kummerċjali responsabbli tul il-ktajjen kollha tal-valur, filwaqt li jiġu żgurati l-kondiviżjoni tal-valur, il-prezzijiet ġusti u l-kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust; [Em. 393]

(e)  Żieda fl-effettività u s-sostenibbiltà tan-nefqa pubblika, inkluż permezz tal-promozzjoni tal-akkwist pubbliku sostenibbli; u promozzjoni ta' użu aktar strateġiku tal-finanzi pubbliċi, inklużi permezz ta' strumenti ta' taħlit biex jiġi attirat investiment addizzjonali mis-settur pubbliku u mis-settur privat; [Em. 394]

(f)  Tingħata spinta lill-potenzjal tal-bliet bħala ċentri għal tkabbir u innovazzjoni sostenibbli u inklużivi;

(g)  Il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali interna, li ssawwar rabtiet aktar b'saħħithom bejn iż-żoni urbani u rurali u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp kemm tal-industriji kreattivi kif ukoll tas-settur tat-turiżmu kulturali bħala ingranaġġ għall-iżvilupp sostenibbli; [Em. 395]

(h)  Tingħata spinta u jiġu diversifikati l-ktajjen tal-valur tal-agrikoltura u tal-ikel, promozzjoni tad-diversifikazzjoni sostenibbli u inklużivi, jiġu promossi s-sigurtà alimentari u d-diversifikazzjoni ekonomika, żieda iż-żieda tal-valur, integrazzjoni, kompetittività l-integrazzjoni reġjonali, il-kompetittività u kummerċ reġjonali, kif ukoll tisħiħ ta’ innovazzjonijiet l-kummerċ ġust, u jissaħħu l-innovazzjonijiet sostenibbli, b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima; [Em. 396]

(ha)   Issir enfasi fuq intensifikazzjoni agrikola ekoloġikament effiċjenti għal bdiewa żgħar, u b'mod partikolari n-nisa, billi jiġi pprovdut appoġġ għal politiki nazzjonali, strateġiji u oqfsa legali effettivi u sostenibbli, u għal aċċess ekwu u sostenibbli għar-riżorsi, inklużi l-art, l-ilma, (mikro) kreditu u inputs agrikoli oħra; [Em. 397]

(hb)   Jingħata appoġġ b'mod attiv lill-parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet tal-bdiewa fit-tfassil tal-politika u l-programmi ta' riċerka u jiżdied l-involviment tagħhom fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi tal-gvern; [Em. 398]

(i)  Għoti ta’ appoġġ lil ġestjoni sostenibbli tas-sajd u lil akkwakultura sostenibbli;

(j)  Trawwim ta' aċċess universali għall-enerġija sikura, affordabbli u sostenibbli, promozzjoni ta' ekonomija ċirkolari b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u effiċjenti fir-riżorsi, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima; [Em. 399]

(k)  Il-promozzjoni ta’ mobbiltà intelliġenti, sostenibbli, inklużiv u sikura, kif ukoll it-titjib tal-konnettività tat-trasport mal-Unjoni;

(l)  Promozzjoni Il-promozzjoni ta' konnettività diġitali affordabbli, inklużiva, affidabbli u affidabbli sikura, kif ukoll tisħiħ it-tisħiħ tal-ekonomija diġitali; il-promozzjoni tal-litteriżmu u l-ħiliet diġitali; it-trawwim ta' intraprenditorija diġitali u l-ħolqien tal-impjiegi; il-promozzjoni tal-użu ta' teknoloġiji diġitali bħala faċilitatur għall-iżvilupp sostenibbli; l-indirizzar taċ-ċibersigurtà, il-privatezza tad-data u kwistjonijiet regolatorji oħra marbuta mad-diġitalizzazzjoni; [Em. 400]

(m)  Żvilupp u tisħiħ tas-swieq u tas-setturi b'tali mod li jsaħħaħ it-tkabbir inklużiv u sostenibbli, u l-kummerċ ġust; [Em. 401]

(n)  Għoti ta' appoġġ lill-aġenda dwar l-integrazzjoni reġjonali u lill-politiki kummerċjali ottimali favur żvilupp inklużiv u sostenibbli, kif ukoll għoti ta' appoġġ lill-konsolidazzjoni u lill-implimentazzjoni ta' ftehimiet kummerċjali ġusti bejn l-UE l-Unjoni u s-sħab tagħha, inklużi l-ftehimiet olistiċi u asimmetriċi mas-sħab tal-pajjiż li qed jiżviluppa; il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-multilateraliżmu, tal-kooperazzjoni ekonomika sostenibbli kif ukoll tar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; [Em. 402]

(o)  Promozzjoni tal-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tar-riċerka, kif ukoll tad-diġitalizzazzjoni, tad-data miftuħa tal-innovazzjoni, tal-big data u tal-intelliġenza artifiċjali u l-innovazzjoni, inkluż l-iżvilupp tad-diplomazija tax-xjenza; [Em. 403]

(p)  Promozzjoni ta' djalogu interkulturali u diversità kulturali fil-forom kollha tagħha, l-iżvilupp ta' artiġjanat lokali kif ukoll l-arti kontemporanji u l-espressjonijiet kulturali, il-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali; [Em. 404]

(q)  Għoti ta’ setgħa lin-nisa biex ikollhom rwol akbar fl-ekonomija u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet;

(r)  Titjib tal-aċċess għal impjieg deċenti għal kulħadd f'ambjent b'saħħtu, u ħolqien ta' swieq tax-xogħol u politiki tal-impjiegi aktar inklużivi u li jiffunzjonaw sew, li jkunu orjentati lejn impjieg deċenti, lejn ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol, inklużi l-pagi li jiggarantixxu l-għajxien, għal kulħadd, speċjalment iż-żgħażagħ; [Em. 405]

(ra)   L-iżgurar li l-aċċess għal setturi tal-estrazzjoni jkun ġust u sostenibbli filwaqt li ma jkunx qed jikkontribwixxi għal kunflitti jew korruzzjoni; [Em. 406]

(s)  Il-promozzjoni ta' aċċess ġust, sostenibbli u mingħajr distorsjoni għas-setturi estrattivi tal-estrazzjoni; l-iżgurar ta' żieda fit-trasparenza, diliġenza dovuta u responsabbiltà tal-investitur filwaqt li jiġi promoss l-obbligu ta' rendikont tas-settur privat; l-applikazzjoni ta' miżuri li jakkumpanjaw lir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli. [Em. 407]

PAĊI

6.  SigurtàPaċi, stabbiltàsigurtà u paċistabbiltà

(a)  Kontribut għall-paċi u l-istabbiltà , il-prevenzjoni ta' kunflitti u għalhekk għall-istabbiltà permezz tal-bini tar-reżiljenza tal-istati, is-soċjetajiet, il-komunitajiet u l-individwi għal pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi, ambjentali, demografiċi u soċjetali, inkluż permezz tal-appoġġ għall-valutazzjonijiet tar-reżiljenza mfassla biex jidentifikaw il-kapaċitajiet indiġeni fis-soċjetajiet li jippermettulhom jirreżistu u jadattaw għal dawn il-pressjonijiet u x-xokkijiet u jirkupraw malajr minnhom; [Em. 409]

(aa)  Il-promozzjoni ta' kultura ta' nonvjolenza, inkluż billi tiġi appoġġata l-edukazzjoni dwar il-paċi formali u informali; [Em. 410]

(b)  Għoti ta' appoġġ lill-prevenzjoni ta' konflitti, lit-twissija bikrija u lill-konsolidazzjoni tal-paċi permezz ta' medjazzjoni, maniġġar ta' kriżijiet u stabilizzazzjoni u rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitt, inkluż rwol imsaħħaħ għan-nisa f'dawn l-istadji kollha; il-promozzjoni, l-iffaċilitar u l-bini tal-kapaċità fil-bini ta' fiduċja, il-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni, relazzjonijiet tajba ta' viċinat u miżuri oħra li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, b'mod partikolari fir-rigward ta' tensjonijiet interkomunitarji emerġenti kif ukoll miżuri ta' konċiljazzjoni bejn segmenti ta' soċjetajiet u kunflitti u kriżijiet imtawla; [Em. 411]

(ba)  L-appoġġ għar-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-vittmi ta' kunflitti armati kif ukoll id-diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ex ġellieda u l-familji tagħhom fis-soċjetà ċivili, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa; [Em. 412]

(bb)  It-tisħiħ tar-rwol tan-nisa u ż-żgħażagħ fil-konsolidazzjoni tal-paċi u l-prevenzjoni tal-kunflitti, u l-inklużjoni, il-parteċipazzjoni ċivili u politika sinifikanti u r-rikonoxximent soċjali tagħhom; l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1325, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet fraġli, ta' kunflitt u ta' wara kunflitt; [Em. 413]

(c)  Għoti ta' appoġġ lir-riforma tas-settur tas-sigurtà sensittiva għall-kunflitti li gradwalment tipprovdi lill-individwi u lill-istat aktar sigurtà effettiva, demokratika u akkontabbli għall-iżvilupp sostenibbli u l-paċi; [Em. 414]

(d)  Għoti ta’ appoġġ lill-bini tal-kapaċitajiet ta’ atturi militari b’sostenn għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD); [Em. 415]

(da)   għoti ta' appoġġ għal inizjattivi ta' diżarm reġjonali u internazzjonali u għal sistemi u mekkaniżmi ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi; [Em. 416]

(e)  Għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi lokali, reġjonali u internazzjonali li jikkontribwixxu għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi kif ukoll ir-rabta ta' dawk l-inizjattivi differenti; [Em. 417]

(f)  Prevenzjoni u ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u għat-terroriżmu permezz ta' programmi u azzjonijiet speċifiċi għall-kuntest, sensittivi għall-kunflitti u għall-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u li jiffokaw fuq in-nies; [Em. 418]

(fa)  Indirizzar tal-impatt soċjoekonomiku fuq il-popolazzjoni ċivili ta' mini kontra l-persunal, munizzjon li għadu ma splodiex jew fdalijiet splussivi tal-gwerra, inklużi l-ħtiġijiet tan-nisa; [Em. 419]

(fb)  Indirizzar tal-effetti soċjali jew tar-ristrutturar tal-forzi armati, inklużi l-ħtiġijiet tan-nisa; [Em. 420]

(fc)  Għoti ta' appoġġ għal tribunali lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali ad hoc, kummissjonijiet u mekkaniżmi għall-verità u r-rikonċiljazzjoni; [Em. 421]

(g)  Glieda kontra kull forma ta’ vjolenza, korruzzjoni, kriminalità organizzata u ħasil tal-flus;

(h)  Promozzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera rigward il-ġestjoni sostennibbli sostenibbli ta' riżorsi naturali kondiviżi f'konformità mad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni; [Em. 422]

(i)  Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, b'mod partikolari permezz tal-bini ta' kapaċità u l-iżvilupp tal-infrastruttura f'pajjiżi terzi fl-oqsma tas-saħħa, l-agrikoltura u s-sikurezza tal-ikel; kif ukoll appoġġ għall-azzjonijiet soċjali li jindirizzaw il-konsegwenzi fuq il-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli esposta għal xi inċident radjoloġiku u bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom; il-promozzjoni tal-ġestjoni tal-għarfien, it-taħriġ u l-edukazzjoni f'oqsma relatati man-nukleari. Tali attivitajiet għandhom jiġu żviluppati flimkien ma' dawk fl-ambitu tal-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari stabbilit mir-Regolament EINS; [Em. 423]

(j)  It-tisħiħ tas-sigurtà marittima u s-sikurezza marittimi sabiex ikunu possibbli oċeani bla periklu, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli; [Em. 424]

(k)  Appoġġa għall-bini tal-kapaċità fiċ-ċibersigurtà, f’netwerks diġitali reżiljenti, fil-protezzjoni u l-privatezza tad-data.

SĦUBIJA

7.  Sħubija

(a)  Tisħiħ tas-sjieda mill-pajjiżi, tas-sħubija u tad-djalogu, sabiex jingħata kontribut għal aktar effettività fid-dimensjonijiet kollha tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (b’kunsiderazzjoni speċjali għall-isfidi speċifiċi tal-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u l-pajjiżi affettwati minn kunflitti, kif ukoll għall-isfidi tranżizzjonali speċifiċi ta’ pajjiżi fil-fażi aktar avvanzata ta’ żvilupp);

(b)  Approfondiment tad-djalogu politiku, ekonomiku, soċjali, ambjentali u kulturali bejn l-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali, kif ukoll għoti ta’ appoġġ lill-implimentazzjoni ta’ impenji bilaterali u internazzjonali;

(c)  Tisħiħ ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, integrazzjoni reġjonali, u konnettività, kooperazzjoni u djalogu msaħħa;

(ca)  Appoġġ u żieda fil-kooperazzjoni minn pajjiżi u reġjuni sħab ma' reġjuni ultraperiferiċi tal-viċinat tal-Unjoni u ma' pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill1 ta' [...] dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea; [Em. 425]

_________________________

1 Deċiżjoni tal-Kunsill .../... ta’ ... dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barranin ma' l-Unjoni Ewropea...(ĠU ...)

(d)  Il-promozzjoni ta’ ambjent abilitanti għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż fondazzjonijiet, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni sinifikanti u strutturata tagħhom fil-politiki domestiċi u l-kapaċità tagħhom li jwettqu r-rwoli tagħhom bħala atturi indipendenti fl-iżvilupp u l-governanza; u t-tisħiħ ta’ modi ġodda ta’ sħubiji ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-promozzjoni ta’ djalogu sostantiv u strutturat mal-Unjoni u l-użu effettiv u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet direzzjonali tal-pajjiżi għall-involviment tal-UE tal-Unjoni mas-soċjetà ċivili; [Em. 426]

(e)  Involviment mal-awtoritajiet lokali u għoti ta’ appoġġ lir-rwol tagħhom bħala dawk li jfasslu l-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet, biex tingħata spinta lill-iżvilupp lokali u lill-governanza aħjar;

(f)  Involviment aktar effettiv maċ-ċittadini u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi, inkluż billi jsir użu sħiħ mid-diplomazija ekonomika, kulturali, sportiva u pubblika; [Em. 427]

(g)  Involviment ta’ pajjiżi industrijalizzati u f’fażi aktar avvanzata ta’ żvilupp fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, beni pubbliċi u sfidi globali, inkluż fil-qasam tal-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u triangolari;

(h)  Tħeġġiġ ta’ integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali b’mod orjentat lejn ir-riżultati, permezz ta’ appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali u d-djalogu.

B.  Speċifikament għaż-Żona tal-Viċinat

(a)  Promozzjoni ta’ kooperazzjoni politika msaħħa;

(b)  Għoti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew ftehimiet oħra eżistenti jew fil-futur, kif ukoll ta’ aġendi ta’ assoċjazzjoni miftiehma b’mod konġunt u prijoritajiet ta’ sħubija jew dokumenti ekwivalenti;

(c)  Promozzjoni ta’ sħubija msaħħa ma’ soċjetajiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab, inkluż permezz ta’ kuntatti bejn il-persuni;

(d)  Tisħiħ ta’ kooperazzjoni reġjonali, b’mod partikolari fi ħdan il-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran u l-kollaborazzjoni mal-Viċinat Ewropew kollu, kif ukoll il-kooperazzjoni transfruntiera;

(e)  Kisba ta’ integrazzjoni progressiva fis-suq intern tal-Unjoni u kooperazzjoni settorjali u transsettorjali msaħħa, inkluż permezz ta’ approssimazzjoni leġislattiva u konverġenza regolatorja lejn l-istandards tal-Unjoni u standards internazzjonali rilevanti oħra, kif ukoll aċċess aħjar għas-suq inkluż permezz ta’ oqsma profondi u komprensivi ta’ kummerċ ħieles, il-bini ta’ istituzzjonijiet u l-investiment relatati. [Em. 428]

ANNESS III

OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-PROGRAMMI TEMATIĊI

1.  OQSMA TA’ INTERVENT GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U D-DEMOKRAZIJA

–  Kontribut għall-avvanz tal-valuri fundamentali tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u tar-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali. [Em. 429]

–  Possibbiltà ta’ kooperazzjoni u sħubija mas-soċjetà ċivili fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet relatati mad-demokrazija, inkluż f’sitwazzjonijiet sensittivi u urġenti. Biex jintlaħqu l-għanijet ta’ hawn taħt, għandha tiġi żviluppata strateġija koerenti u olistika fil-livelli kollha. [Em. 430]

–  Rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, li jikkontribwixxi għall-bini ta’ soċjetajiet li fihom ikunu prevalenti l-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja u l-akkontabbilta, is-solidarjetà u l-ugwaljanza. Ir-rispett u l-osservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd għandhom jiġu mmonitorjati, promossi u msaħħa f’konformità mal-prinċipji tal-universalità, l-indiviżibbiltà u l-interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem. L-ambitu tal-programm jinkludi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali. L-isfidi għad-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu indirizzati filwaqt li tissaħħaħ is-soċjetà ċivili u jiġu protetti u jingħataw is-setgħa d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, anke fir-rigward tal-ambitu dejjem iżgħar għall-azzjonijiet tagħhom. [Em. 431]

–  Żvilupp, tisħiħ u protezzjoni tad-demokrazija, fejn jiġu indirizzati b’mod komprensiv l-aspetti kollha tal-governanza demokratika, inkluż ir-rinforz tal-pluraliżmu demokratiku, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-għoti ta’ appoġġ lil proċessi elettorali kredibbli, inklużivi u trasparenti. Id-demokrazija għandha tissaħħaħ permezz tar-rispett għall-pilastri prinċipali tas-sistemi demokratiċi, inkluż l-istat tad-dritt, l-istandards u l-valuri demokratiċi, il-midja indipendenti, istituzzjonijiet akkontabbli u inklużivi, inklużi l-partiti politiċi u l-parlamenti, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. L-osservazzjoni elettorali għandha rwol sħiħ fl-appoġġ usa’ għall-proċessi demokratiċi. F'dan il-kuntest, l-osservazzjoni elettorali tal-UE għandha tkompli tkun komponent ewlieni tal-programm, bħalma għandu jkun il-każ ukoll tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE. [Em. 432]

–  Promozzjoni ta’ multilateraliżmu u sħubija strateġika effettivi, li jikkontribwixxu biex jiġu rinforzati l-kapaċitajiet tal-oqfsa internazzjonali, reġjonali u nazzjonali fil-promozjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. Is-Sħubiji Strateġiċi għandhom jingħataw spinta, b’attenzjoni partikolari għall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) u l-mekkaniżmi reġjonali u nazzjonali rilevanti għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, il-programm għandu jippromwovi l-edukazzjoni u r-riċerka dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, inkluż permezz tal-Kampus Globali għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija. [Em. 433]

Taħt dan il-programm, l-Unjoni għandha tipprovdi assistenza biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokratizzazzjoni globali, reġjonali, nazzjonali u lokali fi sħubija mas-soċjetà ċivili fi ħdan l-oqsma strateġiċi ta' intervent li ġejjin:

1a.  Il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi u f'sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju, inkluż billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' protezzjoni urġenti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem b'mod flessibbli u komprensiv.

Il-fokus huwa fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet relatati mad-demokrazija li ma jistgħux jiġu indirizzati bi programmi ġeografiċi jew tematiċi oħra minħabba l-karattru sensittiv jew in-natura ta' emerġenza tagħhom. F'tali każijiet, il-prijorità għandha tkun li jiġi promoss ir-rispett għad-dritt internazzjonali rilevanti u li jiġu pprovduti appoġġ tanġibbli u mezzi ta' azzjoni lis-soċjetà ċivili lokali f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali lit-tisħiħ ta' mekkaniżmu speċifiku għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.

1b.  Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, li jikkontribwixxi għall-bini ta' soċjetajiet li fihom ikunu prevalenti l-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali, il-ġustizzja internazzjonali u l-obbligu ta' rendikont.

L-assistenza tal-Unjoni għandu jkollha l-kapaċità li tindirizza l-aktar kwistjonijiet politiċi sensittivi bħall-piena tal-mewt, it-tortura, il-libertà tal-espressjoni f'kuntesti restrittivi, id-diskriminazzjoni kontra gruppi vulnerabbli, kif ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal (pereżempju, it-tħaddim tat-tfal, it-traffikar tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u s-suldati tfal) u għandha tirrispondi għall-isfidi emerġenti u kumplessi bħall-protezzjoni tal-persuni spostati minħabba t-tibdil fil-klima, minħabba l-indipendenza ta' azzjoni tagħha u l-flessibbiltà għolja tagħha f'termini tal-modalitajiet ta' kooperazzjoni.

1c.  Il-konsolidazzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija filwaqt li jiġu indirizzati l-aspetti kollha ta' governanza demokratika, inkluż it-tisħiħ tal-pluraliżmu demokratiku u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, il-ħolqien ta' ambjent abilitanti għas-soċjetà ċivili, u l-appoġġ ta' proċessi elettorali kredibbli, inklużivi u trasparenti, b'mod partikolari permezz ta' MOE tal-UE.

Id-demokrazija għandha tissaħħaħ permezz tar-rispett għall-pilastri prinċipali tas-sistemi demokratiċi, inklużi l-istat tad-dritt, l-istandards u l-valuri demokratiċi, il-midja indipendenti, l-istituzzjonijiet responsabbli u inklużivi li jinkludu lill-partiti politiċi u l-parlamenti, kif ukoll settur tas-sigurtà responsabbli u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-prijorità għandha tkun li jiġi pprovdut appoġġ tanġibbli u mezzi ta' azzjoni lill-atturi politiċi li jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. L-osservazzjoni elettorali għandha rwol sħiħ fl-appoġġ usa' tal-proċessi demokratiċi. F'dan il-kuntest, l-osservazzjoni elettorali tal-UE għandha tkompli tkun komponent ewlieni tal-programm, bħalma għandu jkun il-każ ukoll tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-MOE tal-UE. Fokus ieħor se jkun li jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini u n-netwerks reġjonali tagħhom madwar id-dinja.

Għandhom jissaħħu l-kapaċità u l-viżibbiltà tal-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini fil-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ewropa u tal-organizzazzjonijiet tal-pjattaforma reġjonali rispettivi, b'mod partikolari billi jiġi promoss programm ta' tagħlim bejn il-pari sostenibbli għall-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali indipendenti u mhux partiġġjani. L-Unjoni għandha tfittex li ttejjeb il-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini domestiċi, tipprovdi edukazzjoni lill-votanti, litteriżmu medjatiku, programmi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali domestiċi u internazzjonali, u għandha tiddefendi l-kredibbiltà u l-fiduċja fl-istituti tal-elezzjoni u tal-osservazzjoni elettorali.

1d.  Il-promozzjoni ta' multilateraliżmu u sħubiji strateġiċi effettivi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' oqfsa internazzjonali, reġjonali u nazzjonali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi lokali fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.

Is-sħubiji għad-drittijiet tal-bniedem li għandhom jiffokaw fuq it-tisħiħ tal-arkitettura tad-drittijiet tal-bniedem nazzjonali u internazzjonali, inkluż l-appoġġ lill-multilateraliżmu, peress li l-indipendenza u l-effettività tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u tal-mekkaniżmi reġjonali rilevanti għad-drittijiet tal-bniedem huma essenzjali. L-appoġġ għall-edukazzjoni u r-riċerka dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija kif ukoll il-promozzjoni tal-libertà akkademika għandhom ikomplu, inkluż permezz tal-appoġġ lill-Kampus Globali għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija.

1e.  It-trawwim ta' sinerġiji u netwerking transreġjonali ġodda fost is-soċjetajiet ċivili lokali u bejn is-soċjetà ċivili u korpi u mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra sabiex tiġi massimizzata l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u tinħoloq dinamika pożittiva.

Il-fokus għandu jitqiegħed fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-prinċipju tal-universalità, l-identifikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem kollha, kemm jekk ċivili u politiċi, jew ekonomiċi, soċjali u kulturali, u l-libertajiet fundamentali, jiġifieri meta jiġu indirizzati sfidi ewlenin, inkluża s-sigurtà sostenibbli, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-migrazzjoni irregolari u l-ispazju dejjem jiċkien għall-NGOs. Dan jirrikjedi sforz akbar biex tingħaqad flimkien firxa wiesgħa ta' partijiet interessati relatati mad-drittijiet tal-bniedem (pereżempju, is-soċjetà ċivili lokali u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, l-akkademiċi, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa, sindakati) minn pajjiżi u kontinenti differenti li flimkien jistgħu joħolqu narrattiva pożittiva dwar id-drittijiet tal-bniedem b'effett multiplikatur.

1f.  L-Unjoni għandha tippromwovi aktar, fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi taħt l-istrument, l-isforzi internazzjonali lejn ftehim multilaterali li jipprojbixxi l-kummerċ ta' beni użati għat-tortura u għall-piena kapitali. [Em. 434]

2.  OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI GĦAS-SOĊJETÀ ĊIVILI U L-AWTORITAJIET LOKALI [Em. 425]

1.  Spazju ċiviku inklużiSoċjetà ċivili u awtoritajiet lokali inklużivi, parteċipatorjuparteċipatorji, mogħimogħtija s-setgħa u indipendenti għas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab [Em. 436]

(a)  Ħolqien ta' ambjent li jippermetti l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-azzjoni minn naħa tas-soċjetà ċivili, inkluż billi jingħata appoġġ lill-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili fid-djalogu ta' politika permezz ta' fondazzjonijiet; [Em. 437]

(b)  BiniGħoti ta' appoġġ u bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi fondazzjonijiet, biex jaġixxu bħala atturi kemm tal-iżvilupp kif ukoll tal-governanza; [Em. 438]

(c)  Żieda fil-kapaċità tan-netwerks, tal-pjattaformi u tal-alleanzi tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab.

(ca)  Il-bini tal-kapaċitajiet, il-koordinazzjoni u t-tisħiħ istituzzjonali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, inklużi n-netwerks tan-Nofsinhar tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet umbrella biex jinvolvu ruħhom fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom u bejn tipi differenti ta' partijiet interessati attivi fid-dibattitu pubbliku dwar l-iżvilupp, joħolqu djalogu mal-gvernijiet dwar il-politika pubblika u jieħdu sehem b'mod effettiv fil-proċess tal-iżvilupp. [Em. 439]

2.  Djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar il-politika tal-iżvilupp u bejniethom [Em. 440]

(a)  Promozzjoni ta' fora ta' djalogu inklużivi b'diversi partijiet ikkonċernati inkluż u tisħiħ istituzzjonali tas-soċjetà ċivili u tan-netwerks tal-awtoritajiet lokali, inklużi l-interazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali, l-Istati Membri, il-pajjiżi sħab u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra; [Em. 441]

(b)  Possibbiltà ta’ kooperazzjoni u skambju tal-esperjenza bejn l-atturi fis-soċjetà ċivili;

(c)  Żgurar ta’ djalogu strutturat u ta’ sħubiji sostantivi u kontinwi mal-UE.

3.  Sensibilizzazzjoni, għarfien u involviment taċ-ċittadini Ewropej fir-rigward ta’ kwistjonijijiet relatati mal-iżvilupp

(a)  Għoti ta’ setgħa lin-nies biex jiżdied l-involviment tagħhom;

(b)  Mobilizzazzjoni tal-appoġġ pubbliku fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali għal tnaqqis tal-faqar u strateġiji ta' żvilupp sostenibbli u inklużivi fil-pajjiżi sħab. [Em. 442]

(ba)   Is-sensibilizzazzjoni dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, l-għarfien dwar il-ktajjen tal-provvista u l-effetti tal-kapaċità tal-akkwist taċ-ċittadini tal-Unjoni li tippermetti żvilupp sostenibbli. [Em. 443]

3a.  Il-provvista ta' servizzi soċjali bażiċi mogħtija lill-popolazzjonijiet fil-bżonn

Interventi f'pajjiżi sħab li jappoġġaw lil gruppi vulnerabbli u marġinalizzati billi jipprovdu servizzi soċjali bażiċi bħas-saħħa - inklużi n-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali u l-aċċess għall-ilma sikur, is-sanità u l-iġjene mogħtija permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali. [Em. 444]

3b.  Tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali bħala atturi tal-iżvilupp permezz ta':

(a)  żieda fil-kapaċità tal-Unjoni u n-netwerks, il-pjattaformi u l-alleanzi tal-awtoritajiet lokali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiġu żgurati djalogu ta' politika sostantiv u kontinwu u parteċipazzjoni effettiva fil-qasam tal-iżvilupp u tiġi promossa governanza demokratika, b'mod partikolari permezz tal-Approċċ Territorjali għall-Iżvilupp Lokali;

(b)  żieda fl-interazzjonijiet maċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp (sensibilizzazzjoni, kondiviżjoni tal-għarfien u involviment, inkluż permezz tal-adozzjoni ta' kriterji ta' sostenibbiltà fl-akkwist pubbliku), b'mod partikolari rigward dawk relatati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, inkluż fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali;

(c)  żieda fis-sjieda u l-assorbiment tal-għajnuna permezz ta' programmi ta' taħriġ fil-pajjiż għall-ħaddiema taċ-ċivil tal-awtoritajiet lokali dwar kif japplikaw għal finanzjament mill-Unjoni. [Em. 445]

3.  OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-ISTABBILTÀ GĦALL-KONSOLIDAZZJONI TAL-PAĊI, GĦALL-PREVENZJONI TAL-KUNFLITTI U L-PAĊIGĦALL-ISTABBILTÀ [Em. 446]

1.  Assistenza għall-prevenzjoni tal-konflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u t-tħejjija għall-kriżijiet

L-Unjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja li tkopri l-appoġġ għal miżuri mmirati lejn il-bini u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni u tas-sħab tagħha biex jevitaw il-kunflitt, jikkonsolidaw il-paċi u jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' qabel u wara kriżijiet f'koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u sottoreġjonali oħra, kif ukoll mal-Istat u mal-atturi fis-soċjetà ċivili, b'relazzjoni b'rabta mal-isforzi tagħhom prinċipalment fl-oqsma li ġejjin, inkluż attenzjoni speċifika tan-nisa għall-ugwaljanza bejn is-sessi, għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ: [Em. 447]

(a)  twissija bikrija u analiżi tar-riskju sensittiva għall-kunflitti; bini tal-fiduċja, medjazzjoni, djalogufit-tfassil tal-politika u miżuri ta’ rikonċiljazzjonifl-implimentazzjoni tagħha; [Em. 448]

(aa)  il-faċilitazzjoni u l-bini tal-kapaċità fit-tisħiħ tal-fiduċja, medjazzjoni, djalogu u miżuri ta' rikonċiljazzjoni, b'attenzjoni partikolari għal tensjonijiet interkomunitarji emerġenti, speċjalment il-prevenzjoni tal-ġenoċidju u r-reati kontra l-umanità; [Em. 449]

(ab)  tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-parteċipazzjoni u l-iskjerament fil-missjonijiet ta' stabbilizzazzjoni ċivili; tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni, tas-soċjetà ċivili u tas-sħab tal-Unjoni għall-parteċipazzjoni u l-iskjerament ta' missjonijiet ċivili taż-żamma tal-paċi u tal-konsolidazzjoni tal-paċi; skambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki dwar il-konsolidazzjoni tal-paċi, l-analiżi tal-kunflitti, it-twissija bikrija jew it-taħriġ u t-twettiq ta' servizzi [Em. 450]

(b)  irkupru appoġġ tal-irkupru wara konflitt kunflitt, inkluż l-indirizzar tal-kwistjoni ta' persuni nieqsa f'sitwazzjonijiet ta' wara kunflitt, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' ftehimiet multilaterali rilevanti li jindirizzaw il-mini u l-fdalijiet splussivi tal-gwerra kif ukoll irkupru wara diżastru b'rilevanza għas-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà; [Em. 451]

(c)  konsolidazzjoni l-appoġġ għall-konsolidazzjoni tal-paċi u azzjonijiet ta' appoġġ l-azzjonijiet għall-bini tal-istat, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali, stati u organizzazzjonijiet internazzjonali ; u l-iżvilupp ta' djalogi strutturali bejniethom f'diversi livelli, bejn is-soċjetà ċivili lokali u l-pajjiżi sħab, u mal-Unjoni; [Em. 452]

(d)  prevenzjoni tal-kunflitti u r-rispons għall-kriżijiet;

(da)  it-tnaqqis tal-użu tar-riżorsi naturali għall-finanzjament tal-kunflitti, u l-appoġġ tal-konformità tal-partijiet ikkonċernati ma' inizjattivi bħall-Iskema ta' Ċertifikazzjoni Kimberley Process u li jinkludu dawk relatati mar-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli(50), speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' kontrolli domestiċi effiċjenti fuq il-produzzjoni tar-riżorsi naturali u l-kummerċ tagħhom; [Em. 453]

(e)  Bini tal-Kapaċità fil-qasam tas-Sigurtà u l-Iżvilupp (CBSD)tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp. [Em. 454]

(ea)  l-għoti ta' appoġġ għal azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1325 u 2250 kif ukoll il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tan-nisa u ż-żgħażagħ fi proċessi ta' paċi formali u informali; [Em. 455]

(eb)  l-għoti ta' appoġġ għal azzjonijiet li jippromwovu kultura ta' nonvjolenza, inkluża l-edukazzjoni formali u mhux formali dwar il-paċi; [Em. 456]

(ec)  l-għoti ta' appoġġ għal azzjonijiet li jsaħħu r-reżiljenza tal-istati, is-soċjetajiet, il-komunitajiet u l-individwi, inklużi valutazzjonijiet tar-reżiljenza mfassla biex jidentifikaw il-kapaċitajiet endoġeni fis-soċjetajiet li jippermettulhom jirreżistu u jadattaw għall-pressjonijiet u x-xokkijiet u jirkupraw malajr minnhom; [Em. 457]

(ed)   appoġġ għat-tribunali kriminali internazzjonali u t-tribunali nazzjonali ad hoc, għall-kummissjonijiet tal-verità u tar-rikonċiljazzjoni, u għall-ġustizzja tranżizzjonali u mekkaniżmi oħra għas-soluzzjoni legali ta' talbiet marbutin mad-drittijiet tal-bniedem u d-dikjarazzjoni u l-aġġudikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali fl-oqsma tad-drittijet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt; [Em. 458]

(ee)   l-appoġġ għall-miżuri biex jiġi miġġieled l-użu illegali tal-armi tan-nar, tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-aċċess għalihom; [Em. 459]

Il-miżuri f'dan il-qasam:

(a)  għandhom jinkludu t-trasferiment tal-għarfien espert, l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki, il-valutazzjoni tar-riskju jew tat-theddid, ir-riċerka u l-analiżi, is-sistemi ta' twissija bikrija, it-taħriġ u l-għoti ta' servizzi;

(b)  għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ulterjuri ta' djalogu strutturali dwar kwistjonijiet ta' konsolidazzjoni tal-paċi;

(c)  jistgħu jinkludu assistenza teknika u finanzjarja għall-applikazzjoni tal-azzjonijiet ta' appoġġ għall-konsolidazzjoni tal-paċi u ta' bini tal-istat. [Esm. 460]

2.  Assistenza fl-indirizzar ta’ theddid u thedded emerġenti globali u transreġjonali

L-Unjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja biex tappoġġa l-isforzi tas-sħab u l-azzjonijiet tal-Unjoni fl-indirizzar ta’ theddid globali u theddid emerġenti globali transreġjonali u transreġjonali, prinċipalment theddid emerġenti fl-oqsma li ġejjin: [Em. 461]

(a)  theddid għal-liġi u l-ordni, u għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, inkluż it-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, it-theddid ibridu u t-traffikar, il-kummerċ u t-tranżitu illeċiti, b'mod partikolari t-tisħiħ tal-kapaċità tal-infurzar tal-liġi u tal-awtoritajiet ġudizzjarji u ċivili involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, inkluża ċ-ċiberkriminalità, u l-forom kollha ta' traffikar illeċitu u fil-kontroll effettiv ta' kummerċ illegali u ta' tranżitu.

Għandha tingħata prijorità lill-kooperazzjoni transreġjonali li tinvolvi żewġ pajjiżi terzi jew aktar li urew li għandhom rieda politika ċara biex jindirizzaw il-problemi li jinqalgħu.

Il-miżuri għandhom ipoġġu enfasi partikolari fuq governanza tajba u għandhom ikunu f'konformità mad-dritt internazzjonali. Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu tista' titwettaq ukoll ma' pajjiżi u reġjuni individwali jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali.

Fir-rigward tal-assistenza lill-awtoritajiet involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, għandha tingħata prijorità lill-miżuri ta' appoġġ li jikkonċernaw l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-liġijiet kontra t-terroriżmu, l-implimentazzjoni u l-prattika tal-liġi finanzjarja, tal-liġi doganali u tal-liġi tal-immigrazzjoni, l-iżvilupp tal-proċeduri tal-infurzar tal-liġi li huma allinjati mal-ogħla standards internazzjonali u li jikkonformaw mad-dritt internazzjonali, it-tisħiħ tal-kontroll demokratiku u l-mekkaniżmi ta' sorveljanza istituzzjonali, u l-prevenzjoni tar-radikaliżmu vjolenti.

Fir-rigward tal-assistenza relatata mal-problema tad-drogi, għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-kooperazzjoni internazzjonali li għandha l-għan li tippromwovi l-aħjar prattiki relatati mat-tnaqqis tad-domanda, tal-produzzjoni u tal-periklu. [Em. 462]

(b)  theddid għall-ispazji pubbliċi, l-infrastruttura kritika, inkluż it-trasport internazzjonali, li jinkludi t-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija, l-operazzjonijiet tal-enerġija u d-distribuzzjoni tal-enerġija, is-sigurtà ċibernetika, is-saħħa pubblika, li tinkludi l-epidemiji mhux mistennija b'impatt transnazzjonali potenzjali, jew għall-istabbiltà ambjentali, theddidt theddid għas-sigurtà marittima, theddid globali u transreġjonali li ġej minn impatti tat-tibdil fil-klima li jkollu impatt potenzjalment destabilizzanti fuq il-paċi u s-sigurtà; [Em. 463]

(c)  mitigazzjoni kontra riskji, kemm jekk ikunu ta' oriġini intenzjonali, aċċidentali jew naturali, relatati ma' materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, jew inkella aġenti u riskji relatati ma' installazzjonijiet jew siti, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

(1)  l-appoġġ u l-promozzjoni tal-attivitajiet ċivili ta' riċerka bħala alternattiva għar-riċerka relatata mad-difiża;

(2)  it-tisħiħ tal-prattiki tas-sigurtà relatati mal-faċilitajiet ċivili fejn il-materjali jew l-aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari sensittivi jinħażnu jew jiġu ġestiti fil-kuntest tal-programmi ta' riċerka ċivili;

(3)  l-għoti ta' appoġġ, fi ħdan il-qafas tal-politiki ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet tagħhom, lill-istabbiliment tal-infrastruttura ċivili u l-istudji ċivili rilevanti meħtieġa għaż-żarmar, ir-rimedju jew il-konverżjoni ta' faċilitajiet u siti relatati mal-armi fejn dawn huma ddikjarati bħala li ma għadhomx jagħmlu parti minn programm ta' difiża;

(4)  it-tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet ċivili kompetenti involuti fl-iżvilupp u l-infurzar tal-kontroll effettiv tat-traffikar illeċitu f'materjali jew aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (inkluż it-tagħmir għall-produzzjoni jew it-twassil tagħhom);

(5)  l-iżvilupp tal-qafas legali u tal-kapaċitajiet istituzzjonali għall-istabbiliment u l-infurzar tal-kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni, b'mod partikolari fuq oġġetti b'użu doppju, inklużi miżuri ta' kooperazzjoni reġjonali u fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u l-promozzjoni tal-adeżjoni miegħu;

(6)  l-iżvilupp ta' tħejjija għal diżastri, ippjanar ta' emerġenza u rispons għall-kriżijiet ċivili effettivi, u kapaċitajiet għall-miżuri ta' tindif.

Tali attivitajiet għandhom jiġu żviluppati flimkien ma' dawk fl-ambitu tal-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari stabbilit mir-Regolament UE .../... [Regolament EINS]. [Em. 464]

(d)  Bini tal-Kapaċità fil-qasam tas-Sigurtà u l-Iżvilupp (CBSD) tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp. [Em. 465]

4.  OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-ISFIDI GLOBALI

A.  NIES

1.  Saħħa

(a)  Żvilupp tal-elementi kruċjali ta' sistema tas-saħħa effettiva u komprensiva li jistgħu jiġu indirizzati l-aħjar fil-livell supranazzjonali, biex jiġi żgurat aċċess ekwu, affordabbli, inklużiv u universali għas-servizzi tas-saħħa pubblika u għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; [Em. 466]

(aa)  Promozzjoni, forniment u espansjoni tas-servizzi essenzjali u tas-servizzi ta' appoġġ psikoloġiku għall-vittmi tal-vjolenza, b'mod partikolari n-nisa u t-tfal vittmi ta' stupru; [Em. 467]

(b)  Rinforz ta’ inizjattivi globali ewlenin li jippermettu kopertura universali tas-saħħa, permezz ta’ tmexxija globali f’approċċ “is-saħħa fil-politiki kollha” b’kontinwità tal-kura, inkluż il-promozzjoni tas-saħħa mill-prevenzjoni sa wara t-trattament;

(c)  Indirizzar tas-sigurtà globali tas-saħħa permezz tar-riċerka tal-mard li jittieħed, inkluż dwar mard relatat mal-faqar u traskurat - u l-kontroll tal-mard li jittieħed tiegħu, billi jiġu miġġielda dan il-mar u l-mediċini foloz, il-konkretizzazzjoni tal-għarfien fi prodotti sikuri, aċċessibbli u affordabbli u f'politiki li jindirizzaw il-piż tal-mard dejjem jinbidel l-immunizzazzjoni, l-ispettru wiesa' tal-piż persistenti tal-infezzjonijiet, il-mard u l-epidemiji emerġenti u riemerġenti u r-reżistenza għall-antimikrobiċi (mard mhux komunikabbli, il-forom kollha ta' malnutrizzjoni u l-fatturi ta' riskju ambjentali), u l-forma tas-swieq globali biex jitjieb l-aċċess għall-komoditajiet essenzjali tas-saħħa u għas-servizzi tas-saħħa, speċjalment fir-rigward tas-saħħa sesswali u riproduttiva. [Em. 468]

(ca)  L-appoġġ għal inizjattivi biex jiżdied l-aċċess għal mediċini sikuri, effiċjenti u affordabbli (li jinkludu mediċini ġeneriċi), dijanjostika u teknoloġiji tas-saħħa relatati u l-użu tal-għodod disponibbli kollha biex jitnaqqas il-prezz tal-mediċini li jsalvaw il-ħajja u d-dijanjostika. [Em. 469]

(cb)  It-trawwim ta' saħħa tajba u l-ġlieda kontra l-mard li jittieħed billi jissaħħu s-sistemi tas-saħħa u jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll billi jissaħħaħ il-fokus fuq il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim; [Em. 470]

2.  Edukazzjoni

(a)  Promozzjoni tal-ilħuq tal-għanijiet miftiehma internazzjonalment fl-edukazzjoni u tal-ġlieda kontra l-faqar edukattiv permezz tal-isforzi globali konġunti għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità tajba li jkunu inklużivi u ekwi fil-livelli kollha, għall-etajiet kollha, inkluż fl-iżvilupp bikri tat-tfal, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi u bi prijorità partikolari għat-tisħiħ tas-sistemi pubbliċi tal-edukazzjoni mingħajr ħlas; [Em. 471]

(b)  Tisħiħ tal-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-ħiliet u l-valuri permezz ta' sħubiji u alleanzi, għall-finijiet ta' ċittadinanza attiva u produttiva kif ukoll ta' soċjetajiet soċjetajiet produttivi, edukati, demokratiċi, inklużivi u reżiljenti; [Em. 472]

(c)  Għoti ta' appoġġ lill-azzjoni globali għat-tnaqqis tal-inugwaljanza tad-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi fid-dimensjonijiet kollha tagħha, bħad-diskrepanzi bejn il-bniet/in-nisa u s-subien/l-irġiel, biex jiġi żgurat li kulħadd ikollu opportunità ugwali biex jipparteċipa fil-ħajja ekonomika, politika, soċjali u kulturali. [Em. 473]

(ca)   Għoti ta' appoġġ lill-isforzi u t-titjib tal-prattiki tajba adottati mill-atturi tas-soċjetà ċivili biex tiġi żgurata edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità f'ambjenti fraġli fejn l-istrutturi ta' governanza huma dgħajfa. [Em. 474]

(cb)  L-appoġġ għal azzjonijiet, u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni, fil-qasam tal-isport li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ, l-individwi u l-komunitajiet kif ukoll għall-għanijiet tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-inklużjoni soċjali tal-Aġenda 2030; [Em. 475]

3.  Nisa u tfal [Em. 476]

(a)  Tmexxija u għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi lokali, nazzjonali u reġjonali u lill-isforzi globali, lis-sħubiji u lill-alleanzi għad-drittijiet tan-nisa kif stabbilit fil-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokoll Fakultattiv tagħha biex jiġu eliminati l-forom kollha ta' vjolenza, il-prattiki dannużi u l-forom kollha ta' diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa u l-bniet; dan jinkludi vjolenza fiżika, psikoloġika, sesswali, ekonomika, politika u tipi oħra ta' vjolenza u diskriminazzjoni, inkluża l-esklużjoni li n-nisa jiffaċċjaw fl-oqsma differenti tal-ħajja privata u pubblika tagħhom; [Em. 477]

(aa)  L-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-inugwaljanzi bejn is-sessi bħala mezz ta' appoġġ għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi; promozzjoni tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, inkluż fir-rwoli tagħhom bħala atturi għall-iżvilupp u bennejja tal-paċi; it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet biex jiġu jissaħħu l-vuċijiet u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja soċjali, ekonomika, politika u ċivika; [Em. 478]

(ab)  Il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-issodisfar tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, inklużi d-drittijiet ekonomiċi, tax-xogħol, soċjali u politiċi, u s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi, l-edukazzjoni u l-provvisti. [Em. 479]

(b)  Promozzjoni ta’ inizjattivi ġodda biex jiġu ffurmati sistemi aktar b’saħħithom ta’ protezzjoni tat-tfal f’pajjiżi terzi, l-iżgurar li t-tfal ikunu protetti mill-vjolenza, l-abbuż u n-negliġenza fl-oqsma kollha, inkluż billi tiġi promossa t-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità. [Em. 480]

3a.  It-tfal u ż-żgħażagħ

(a)  Il-promozzjoni ta' inizjattivi ġodda biex jiġu ffurmati sistemi aktar b'saħħithom ta' protezzjoni tat-tfal f'pajjiżi terzi, li jiżguraw li t-tfal jibdew ħajjithom bl-aħjar mod possibbli u jkunu protetti mill-vjolenza, l-abbuż u n-negliġenza fl-oqsma kollha, inkluż billi tiġi promossa t-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità.

(b)  Il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi soċjali bażiċi għat-tfal u ż-żgħażagħ, inklużi dawk l-aktar marġinalizzati, b'enfasi fuq is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni, l-iżvilupp bikri tat-tfal u l-protezzjoni soċjali, u inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, l-informazzjoni u l-provvisti, is-servizzi ddedikati għaż-żgħażagħ u l-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali;

(c)  Il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għall-ħiliet, l-impjiegi diċenti u ta' kwalità permezz tal-edukazzjoni, tat-taħriġ vokazzjonali u tekniku, u tal-aċċess għat-teknoloġiji diġitali; l-appoġġ għall-intraprenditorija taż-żgħażagħ u l-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli b'kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti;

(d)  Il-promozzjoni ta' inizjattivi li jagħtu setgħa liż-żgħażagħ u lit-tfal, u jappoġġaw politiki u azzjonijiet li jiggarantixxu l-inklużjoni tagħhom, il-parteċipazzjoni ċivili u politika sinifikanti u r-rikonoxximent soċjali, filwaqt li jirrikonoxxu l-potenzjal reali tagħhom bħala aġenti pożittivi tal-bidla f'oqsma bħall-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-qerda tal-faqar. [Em. 481]

4.  Migrazzjoni, mobbiltà u ċaqliq sfurzat [Em. 482]

(a)  Żgurar ta' tmexxija kontinwata tal-UE fil-formazzjoni tal-aġenda globali dwar il-governanza tal-migrazzjoni u taċ-ċaqliq sfurzat fid-dimensjonijiet kollha tagħhom, biex tiġi ffaċilitata migrazzjoni sikura, ordnata u regolari; [Em. 483]

(b)  Tmexxija u għoti ta' appoġġ lid-djalogi ta' politika globali u transreġjonali, inkluż dwar migrazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-iskambju u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat; [Em. 484]

(c)  Għoti ta’ appoġġ lill-implimentazzjoni ta’ impenji internazzjonali u tal-UE rigward il-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat, inkluż bħala segwitu għall-Patt Globali għall-Migrazzjoni u l-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati;

(d)  Titjib tal-bażi globali tal-evidenza, inkluż ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, u bidu ta’ azzjonijiet ta’ karattru pilota bl-għan li jiġu żviluppati approċċi operazzjonali innovattivi fil-qasam tal-migrazzjoni u taċ-ċaqliq sfurzat.

(da)  Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandha tadotta approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u tkun ġestita f'koerenza mal-[Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil], b'rispett sħiħ tad-dinjità tal-bniedem u tal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. [Em. 485]

5.  Impjieg deċenti, protezzjoni soċjali u inugwaljanza

(a)  Formazzjoni tal-aġenda globali u għoti ta’ appoġġ lill-inizjattivi tal-integrazzjoni ta’ pilastru b’saħħtu dwar l-ekwità u l-ġustizzja soċjali, f’konformità mal-valuri Ewropej;

(b)  Kontribut għall-aġenda globali dwar l-impjieg deċenti għal kulħadd f'ambjent b'saħħtu, fuq il-bażi tal-istandards bażiċi tax-xogħol tal-ILO, inkluż id-djalogu soċjali, il-pagi li jiggarantixxu l-għajxien u l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, b'mod partikolari fi ktajjen billi l-ktajjen globali tal-valur t-tisħiħ tal-għarfien isiru sostenibbli u responsabbli, abbażi ta' obbligi orizzontali tad-diliġenza dovuta, u jissaħħaħ l-għarfien dwar politiki tal-impjiegi effettivi li jirreaġixxu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi l-ETV u t-tagħlim tul il-ħajja; [Em. 486]

(ba)   l-appoġġ għal inizjattivi globali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-obbligu ta' rendikont korporattiv għall-ksur tad-drittijiet u l-aċċess għar-rimedji; [Em. 487]

(c)  Għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi globali dwar il-protezzjoni soċjali universali li jirrispettaw il-prinċipji tal-effiċjenza, tas-sostenibbiltà u tal-ekwità, inklużjoni ta' appoġġ biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza u tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari bl-istabbiliment u t-tisħiħ tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali sostenibbli, l-iskemi tal-assigurazzjoni soċjali, u b'riforma fiskali, it-tisħiħ tal-kapaċità tas-sistemi tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa; [Em. 488]

(d)  Kontinwità tar-riċerka u l-iżvilupp globali permezz tal-innovazzjoni soċjali li ssaħħaħ l-inklużjoni soċjali u tindirizza l-ħtiġijiet tat-taqsimiet l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà.

6.  Kultura

(a)  Promozzjoni ta' inizjattivi għad-diversità kulturali u d-djalogu, id-djalogu interkulturali u interreliġjuż għal relazzjonijiet interkomunitarji paċifiċi; [Em. 489]

(b)  Għoti ta' appoġġ lill-kultura u lill-espressjoni kreattiva u artistika bħala katalist għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli, u għar-rinforz tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-patrimonju kulturali u l-arti kontemporanja u espressjonijiet kulturali oħra u tal-preservazzjoni tagħhom; [Em. 490]

(ba)  Żvilupp tal-artiġjanat lokali, bħala mezz biex jiġi ppreservat il-patrimonju kulturali lokali. [Em. 491]

(bb)  It-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar is-salvagwardja, il-konservazzjoni u t-titjib tal-wirt kulturali, inkluża l-preservazzjoni ta' wirt kulturali partikolarment vulnerabbli, b'mod partikolari minn komunitajiet minoritarji u iżolati u popli indiġeni; [Em. 492]

(bc)   L-appoġġ għal inizjattivi għar-ritorn ta' proprjetà kulturali lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom jew ir-restituzzjoni tagħhom f'każ ta' approprjazzjoni illeċita. [Em. 493]

(bd)  L-appoġġ tal-kooperazzjoni kulturali mal-Unjoni, inkluż permezz ta' skambji, sħubiji u inizjattivi oħra u r-rikonoxximent tal-professjonaliżmu tal-awturi, l-artisti u l-operaturi kulturali u kreattivi; [Em. 494]

(be)  L-appoġġ tal-kooperazzjoni u tas-sħubiji fost l-organizzazzjonijiet tal-isport; [Em. 495]

B.  IL-PJANETA

1.  Żgurar ta’ ambjent b’saħħtu u indirizzar tat-tibdil fil-klima

(a)  Tisħiħ tal-klima globali u tal-governanza ambjentali, l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Konvenzjonijiet ta’ Rio u ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali oħra;

(b)  Kontribut għall-projezzjoni esterna tal-politiki ambjentali u l-politiki dwar it-tibdil fil-klima tal-Unjoni b'rispett sħiħ għall-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp; [Em. 496]

(c)  Integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri fil-politiki, il-pjanijiet u l-investimenti, inkluż permezz ta' għarfien u informazzjoni aħjar, inkluż fil-programmi jew fil-miżuri ta' kooperazzjoni interreġjonali bejn il-pajjiżi u r-reġjuni sħab fuq naħa, u r-reġjuni ultraperiferiċi tal-viċinat u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni PTEE fuq in-naħa l-oħra; [Em. 497]

(d)  Implimentazzjoni tal-inizjattivi internazzjonali u tal-UE għall-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, kif ukoll għal żvilupp b'emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) u ta' strateġiji reżiljanti reżiljenti għall-klima b'emissjonijiet baxxi, il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, l-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali u t-telf tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-konservazzjoni, il-konservazzjoni, l-użu u l-ġestjoni sostenibbli ta' ekosistemi terrestri u marini u ta' riżorsi naturali rinnovabbli - inklużi l-art, l-ilma, l-oċeani, is-sajd u l-foresti, l-indirizzar tad-deforestazzjoni, id-degredazzjoni id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art, il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi, l-indirizzar tat-tniġġis u l-iżgurar ta' ambjent b'saħħtu, l-indirizzar ta' kwistjonijiet emerġenti relatati mal-klima u mal-ambjent, il-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u l-ġestjoni soda tal-kimiċi u tal-iskart, u l-għoti ta' appoġġ lit-tranżizzjoni għal ekonomiji ekoloġiċi u ċirkolari b'emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. [Em. 498]

(da)  Promozzjoni ta' prattiki agrikoli ambjentalment sostenibbli, li jinkludu l-agroekoloġija, sabiex jiġu protetti l-ekosistemi u l-bijodiversità u tissaħħaħ ir-reżiljenza ambjentali u soċjali għat-tibdil fil-klima, b'enfasi partikolari fuq l-appoġġ lill-bdiewa żgħar, lill-ħaddiema u lill-artiġjani; [Em. 499]

(db)  Implimentazzjoni ta' inizjattivi internazzjonali u tal-Unjoni biex jindirizzaw it-telf tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-ġestjoni tal-ekosistemi tal-art u tal-baħar u l-bijodiversità assoċjata. [Em. 500]

2.  Enerġija Sostenibbli

(a)  Għoti ta' appoġġ lill-isforzi globali, l-impenji, is-sħubiji u l-alleanzi, inkluż it-tranżizzjoni b'mod partikolari t-tranżizzjoni lejn l-enerġija sostenibbli; [Em. 501]

(aa)  Promozzjoni tas-sigurtà tal-enerġija għall-pajjiżi sħab u l-komunitajiet lokali, pereżempju permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi u tar-rotot, il-kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-volatilità tal-prezzijiet, il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet, it-titjib tas-swieq u t-trawwim tal-interkonnessjonijiet u l-kummerċ tal-enerġija u b'mod partikolari tal-elettriku; [Em. 502]

(b)  Tħeġġiġ ta' gvernijiet sħab biex jadottaw politika għas-settur tal-enerġija u riformi tas-suq sabiex jistabbilixxu ambjent li jwassal biex it-tkabbir inklużiv u l-investimenti jżidu l-aċċess għal servizzi tal-enerġija li jkunu ma jagħmlux ħsara lill-klima, ikunu affordabbli, moderni, affidabbli u sostenibbli, b'fokus qawwi fuq l-enerġija filwaqt li tingħata prijorità lill-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija; [Em. 503]

(c)  Esplorazzjoni, identifikazzjoni, integrazzjoni globali u għoti ta’ appoġġ lil mudelli kummerċjali finanzjarjament sostenibbli b’potenzjal li jiġu skalati jew replikati li jipprovdu teknoloġiji diġitali u innovattivi permezz ta’ riċerka innovativa li tiżgura aktar effiċjenza b’mod partikolari għal approċċi deċentralizzati li jipprovdu aċċess għall-enerġija permezz ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż f’żoni fejn il-kapaċità tas-suq lokali tkun limitata.

C.  PROSPERITÀ

1.  Tkabbir sostenibbli u inklużiv, impjiegi deċenti u involviment tas-settur pubbliku

(a)  Promozzjoni ta' investiment privat sostenibbli permezz ta' mekkaniżmi ta' finanzjament innovattivi, inkluż għall-pajjiżi l-anqas żviluppati u kondiviżjoni tar-riskju dawk fraġli, li kieku ma jattirawx tali investiment u fejn tista' tiġi ppruvata l-addizzjonalità; [Em. 504]

(b)  TitjibŻvilupp ta' settur privat lokali soċjalment u ekoloġikament responsabbli, titjib tal-ambjent kummerċjali u tal-klima tal-investiment, għoti ta' appoġġ lil djalogu msaħħaħ bejn is-settur pubbliku u s-settur privat, u bini tal-kapaċitajiet, kompetittività u reżiljenza ta' Intrapriżi lokali Mikro, Żgħar u Medji kif ukoll kooperattivi u intrapriżi soċjali, u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekonomija lokali, reġjonali u globali; [Em. 505]

(ba)  Il-promozzjoni tal-inklużjoni finanzjarja billi jitrawwem l-aċċess għas-servizzi finanzjarji u l-użu effettiv tagħhom, bħall-mikrokreditu u t-tfaddil, il-mikroassigurazzjoni u t-trasferiment ta' pagament, mill-mikrointrapriżi u l-SMEs u d-djar, b'mod partikolari l-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli; [Em. 506]

(c)  Appoġġ għall-politika għall-implimentazzjoni ta' politika kummerċjali tal-Unjoni u għall-ftehimiet kummerċjali bil-għan tal-iżvilupp sostenibbli; u t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-pajjiżi sħab u l-għoti ta ' ta' spinta lill-opportunitajiet ta ' kummerċ ġust, ta' investiment u negozju għall-kumpanniji responsabbli u akkontabbli għall-kumpaniji mill-Unjoni, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakoli għall-aċċess għas-suq u l-investiment, kif ukoll bil-għan li jitħaffef l-aċċess għal teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-klima u għall-proprjetà intellettwali, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm kemm jista' jkun kondiviżjoni tal-valur u diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem fil-ktajjen tal-provvista, u b'rispett sħiħ lejn il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, fejn huma kkonċernati l-pajjiżi li qed jiżviluppaw; [Em. 507]

(d)  Promozzjoni ta’ taħlita ta’ politika effettiva li tappoġġa d-diversifikazzjoni ekonomika, iż-żieda fil-valur u l-integrazzjoni reġjonali, u l-ekonomiji ekoloġiċi u blu sostennibbli;

(e)  Trawwim ta’ aċċess għal teknoloġiji diġitali, inkluż il-promozzjoni tal-aċċess għall-finanzi u l-inklużjoni finanzjarja;

(f)  Li jiġu promossi l-konsum u l-produzzjoni sostennibbli u teknoloġiji u prattiki innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi, u l-ekonomija ċirkolari.

2.  Sigurtà alimentari u nutrizzjoni

(a)  Għoti ta' appoġġ u influwenzar ta' strateġiji, organizzazzjonijiet, mekkaniżmi u atturi internazzjonali li jniedu kwistjonijiet u oqfsa ta' politika globali maġġuri relatati mas-sigurtà sostenibbli, alimentari u nutrizzjonali, u l-kontribuzzjoni għall-obbligu ta' rendikont tal-impenji internazzjonali dwar is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni u l-agrikoltura sostenibbli inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi; [Em. 508]

(b)  TitjibL-iżgurar tal-aċċess ekwu għall-ikel inkluż billi tingħata għajnuna biex tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-finanzjament għan-nutrizzjoni; titjib tal-beni pubbliċi globali bil-ħsieb li jintemmu l-ġuħ u l-malnutrizzjoni; għodda bħan-Netwerk Globali dwar il-Kriżijiet tal-Ikel isaħħu l-kapaċità ta' rispons adegwat għall-kriżijiet tal-ikel u tan-nutrizzjoni fil-kuntest tar-rabta bejn l-għajnuna umanitarja, l-iżvilupp u l-paċi (b'hekk jgħin fil-mobilitazzjoni fil-mobilizzazzjoni ta' riżorsi tal-Pilastru 3); [Em. 509]

(ba)   It-titjib ta' sforzi transsettorjali b'mod koordinat u aċċellerat sabiex tiżdied il-kapaċità għall-produzzjoni tal-ikel lokali u reġjonali diversifikata, tiġi żgurata s-sigurtà alimentari u nutrizzjonali u l-aċċess għall-ilma tax-xorb, u tissaħħaħ ir-reżiljenza ta' dawk l-aktar vulnerabbli, b'mod partikolari fil-pajjiżi li jiffaċċjaw kriżijiet fit-tul jew rikorrenti; [Em. 510]

(c)  Riaffermazzjoni, fil-livell globali, tar-rwol ċentrali tal-agrikoltura u s-sajd u l-akkwakultura sostenibbli, inkluża l-agrikoltura fuq skala żgħira, it-trobbija tal-bhejjem u l-pastoraliżmu għal sigurtà alimentari akbar, għall-qerda tal-faqar, il-ħolqien tal-impjiegi, l-aċċess ekwu u sostenibbli għar-riżorsi u l-ġestjoni tagħhom, inkluż l-art u d-drittijiet tal-art, l-ilma, il-(mikro) kreditu, iż-żrieragħ "open source" u inputs agrikoli oħra, il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, ir-reżiljenza u ekosistemi b'saħħithom; [Em. 511]

(d)  Forniment ta' innovazzjonijiet permezz ta' riċerka internazzjonali u rinforz tal-għarfien u tal-għarfien espert globali, il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-istrateġiji ta' adattament lokali u awtonomi, b'mod partikolari dak relatat mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, mal-agrobijodiversità, mal-ktajjen tal-valur globali u inklużivi, mal-kummerċ ġust, mas-sikurezza alimentari, ma' investimenti responsabbli, mal-governanza tal-art u mal-pussess ta' riżorsi naturali. [Em. 512]

(da)   Għoti ta' appoġġ b'mod attiv lill-parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet tal-bdiewa fit-tfassil tal-politika u l-programmi ta' riċerka u ż-żieda fl-involviment tagħhom fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi tal-gvern. [Em. 513]

D.  SĦUBIJIET

1.  Tisħiħ tar-rwol tal-Awtoritajiet Lokali bħala atturi tal-iżvilupp, permezz ta’:

(a)  Żieda fil-kapaċità tan-netwerks, tal-pjattaformi u tal-alleanzi tal-awtoritajiet lokali Ewropej u tan-Nofsinhar, biex jiġi żgurat djalogu ta’ politika sostantiv u kontinwat fil-qasam tal-iżvilupp u biex tiġi promossa governanza demokratika, b’mod notevoli permezz tal-Approċċ Territorjali għall-Iżvilupp Lokali;

(b)  Żieda fl-interazzjonijiet maċ-ċittadini Ewropej dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp (sensibilizzazzjoni, kondiviżjoni tal-għarfien, involviment), b’mod notevoli b’relazzjoni mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u inkluż fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali.

2.  Promozzjoni ta' soċjetajiet inklużivi u ta' governanza ekonomika tajba, inklużi mobilizzazzjoni ġusta u inklużiva tad-dħul domestiku u l-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi, u nefqa pubblika effettiva u inklużiva. [Em. 514]

4a.  OQSMA TA' INTERVENT GĦALL-ĦTIĠIJIET U L-PRIJORITAJIET TAL-POLITIKA ESTERA

L-azzjonijiet biex jiġu appoġġati l-għanijiet stabbiliti fil-punt (da) tal-Artikolu 4(3) għandhom jappoġġaw il-politika estera tal-Unjoni fi kwistjonijiet politiċi, ta' żvilupp, ekonomiċi u ta' sigurtà. Dawk l-azzjonijiet għandhom jippermettu lill-Unjoni taġixxi fejn ikun hemm interess għall-politika estera, jew tieqa ta' opportunità biex tilħaq l-għanijiet tagħha, u li diffiċli jiġu indirizzati b'mezzi oħra. Dawn jistgħu jkopru dan li ġej:

(a)  appoġġ għall-istrateġiji bilaterali, reġjonali u interreġjonali ta' kooperazzjoni tal-Unjoni, il-promozzjoni tad-djalogu ta' politika u l-iżvilupp ta' approċċi u reazzjonijiet kollettivi għal sfidi ta' tħassib globali, li jinkludu l-migrazzjoni, l-iżvilupp, it-tibdil fil-klima u l-kwistjonijiet tas-sigurtà, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

–  appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija u ta' Kooperazzjoni, pjanijiet ta' azzjoni u strumenti bilaterali simili;

–  approfondiment tad-djalogu politiku u ekonomiku ma' pajjiżi terzi ta' rilevanza partikolari fix-xena dinjija, inkluża l-politika estera;

–  appoġġ tal-impenn ma' pajjiżi terzi rilevanti fir-rigward ta' kwistjonijiet bilaterali u globali ta' tħassib komuni;

–  promozzjoni ta' segwitu adegwat jew implimentazzjoni kkoordinata tal-konklużjonijiet milħuqa u l-impenji magħmula f'fora internazzjonali rilevanti;

(b)  appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni:

–  appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni u n-negozjar, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ftehimiet kummerċjali, b'rispett sħiħ tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, fejn huma kkonċernati l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u allinjament sħiħ mas-segwitu tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

–  appoġġ għat-titjib tal-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi sħab u l-għoti ta' spinta lill-opportunitajiet għal kummerċ, ta' investiment u ta' negozju għal kumpaniji mill-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakoli għall-aċċess għas-suq u l-investiment u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, permezz ta' diplomazija ekonomika, kooperazzjoni kummerċjali u regolatorja b'rabta mal-pajjiżi sħab li qed jiżviluppaw;

(c)  kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni:

–  kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni bħal fost l-oħrajn l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, ix-xjenza u l-edukazzjoni u l-kooperazzjoni rigward il-ġestjoni u l-governanza tal-oċeani;

–  promozzjoni tal-politiki interni tal-Unjoni ma' pajjiżi sħab ewlenin u appoġġ għall-konverġenza regolatorja f'dan ir-rigward;

(d)  promozzjoni ta' fehim u viżibbiltà wiesgħa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija:

–  promozzjoni ta' fehim u viżibbiltà wiesgħa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija, permezz ta' komunikazzjoni strateġika, diplomazija pubblika, kuntatti bejn il-persuni, diplomazija kulturali, kooperazzjoni fi kwistjonijiet edukattivi u akkademiċi, u attivitajiet ta' outreach biex jiġu promossi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni;

–  tisħiħ tal-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal akkademiku, li jwassal għall-ħolqien ta' sħubiji mmirati lejn it-titjib tal-kwalità ta' edukazzjoni għolja u ta' lawrji konġunti li jwassal għal rikonoxximent akkademiku ("Programm Erasmus+").

Dawn l-azzjonijiet għandhom japplikaw politiki jew inizjattivi innovattivi, li jikkorrispondu għal ħtiġijiet, opportunitajiet u prijoritajiet attwali jew evolventi fit-terminu qasir jew medju, inkluż bil-potenzjal li jinfurmaw azzjonijiet fil-futur taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi. Huma għandhom jiffukaw fuq l-approfondiment tar-relazzjonijiet u d-djalogu tal-Unjoni kif ukoll fuq il-bini ta' sħubiji u ta' alleanzi ma' pajjiżi ewlenin ta' interess strateġiku, speċjalment dawk l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju li għandhom rwol dejjem aktar importanti fix-xena dinjija, fil-governanza globali, fil-politika estera, fl-ekonomija internazzjonali u fil-fora multilaterali. [Em. 515]

ANNESS IV

OQSMA TA’ INTERVENT GĦAL AZZJONIJIET TA’ RISPONS RAPIDU

1.  Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-istabbiltà għall-paċi, l-istabbiltà u għall-prevenzjoni ta' konflitti kunflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, ta' kriżi emerġenti, waqt kriżi u wara kriżi. [Em. 516]

L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu li jissemmew fil-punt a) tal-Artikolu 4(4) għandhom jitfasslu għal rispons rapidu tal-Unjoni f’każ li jseħħu dawn is-sitwazzjonijiet eċċezzjonali u imprevisti:

(a)  sitwazzjoni ta' urġenza, ta' kriżi, ta' kriżi emerġenti jew ta' diżastri naturali, fejn rilevanti għall-istabbiltà, il-paċi u s-sigurtà; [Em. 517]

(b)  sitwazzjoni li tippreżenta theddida għall-paċi, għad-demokrazija, għal-liġi u l-ordni, għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, jew għas-sigurtà u s-sikurezza ta' individwi, b'mod partikolari dawk esposti għal vjolenza abbażi tas-sess f'sitwazzjonijiet ta' instabbiltà; [Em. 518]

(c)  sitwazzjoni li thedded li jkun hemm eskalazzjoni għal konflitt armat jew għal destabbilizzazzjoni severa f’pajjiż terz jew fil-pajjiżi kkonċernati.

1 a.  L-assistenza teknika u finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 tista' tkopri dan li ġej:

(a)  appoġġ, permezz tal-provvista ta' assistenza teknika u loġistika, għall-isforzi mwettqa mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u lokali u mill-Istat u l-atturi tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-bini tal-fiduċja, il-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja tranżizzjonali, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ, partikolarment fir-rigward tat-tensjonijiet fil-komunità u l-kunflitti fit-tul;

(b)  appoġġ għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari fir-rigward ta' dawk dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà u ż-żgħażagħ, b'mod partikolari f'pajjiżi fraġli, f'pajjiżi ta' kunflitt u f'pajjiżi ta' wara kunflitt;

(c)  appoġġ għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-amministrazzjonijiet interim li ngħataw mandat f'konformità mad-dritt internazzjonali;

(d)  appoġġ għall-iżvilupp ta' istituzzjonijiet demokratiċi, pluralistiċi tal-istat, inklużi miżuri biex isaħħu r-rwol tan-nisa f'tali istituzzjonijiet, amministrazzjoni ċivili u sorveljanza ċivili effettivi fuq is-sistema tas-sigurtà, kif ukoll miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-forom kollha tat-traffikar illeċitu;

(e)  appoġġ għat-tribunali kriminali internazzjonali u t-tribunali nazzjonali ad hoc, għall-kummissjonijiet tal-verità u tar-rikonċiljazzjoni, u għall-ġustizzja tranżizzjonali u mekkaniżmi oħra għas-soluzzjoni legali ta' talbiet marbutin mad-drittijiet tal-bniedem u d-dikjarazzjoni u l-aġġudikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali fl-oqsma tad-drittijet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

(f)  appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istat - quddiem pressjonijiet sinifikanti biex jibni, iżomm jew jirrestawra malajr il-funzjonijiet ewlenin tiegħu, u koeżjoni soċjali u politika bażika;

(g)  appoġġ għall-miżuri meħtieġa biex tinbeda r-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-infrastruttura ewlenija, tad-djar, tal-bini pubbliku u tal-assi ekonomiċi, u l-kapaċità produttiva essenzjali, kif ukoll miżuri oħra biex tinbeda mill-ġdid l-attività ekonomika, biex jinħolqu l-impjiegi u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet minimi meħtieġa għall-iżvilupp soċjali sostenibbli;

(h)  appoġġ għall-miżuri ċivili relatati mad-demobilizzazzjoni u r-riintegrazzjoni ta' ex ġellieda u l-familji tagħhom fis-soċjetà ċivili, u fejn xieraq ir-ripatrijazzjoni tagħhom, kif ukoll miżuri biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tas-suldati tfal u tal-ġellieda nisa;

(i)  appoġġ għall-miżuri biex jitnaqqsu l-effetti soċjali tar-ristrutturar tal-forzi armati;

(j)  appoġġ għall-miżuri biex jiġi indirizzat, fi ħdan il-qafas tal-politiki ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet tagħhom, l-impatt soċjoekonomiku fuq il-popolazzjoni ċivili tal-mini tal-art, splussivi attivi jew fdalijiet tal-isplussivi tal-gwerra kontra l-persunal. L-attivitajiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, l-edukazzjoni dwar ir-riskju, is-sejba u t-tneħħija tal-mini u, flimkien ma' dawn, il-qerda tal-ħażniet;

(k)  appoġġ għall-miżuri biex, fi ħdan il-qafas tal-politiki ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet tagħhom, jiġi miġġieled l-użu illeċitu tal-armi tan-nar, tal-armi żgħar u tal-armi ħfief u l-aċċess għalihom;

(l)  appoġġ għall-miżuri sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u tat-tfal f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' kunflitt, inkluża l-prevenzjoni tal-esponiment tagħhom għall-vjolenza sessista, jiġu ssodisfati b'mod adegwat;

(m)  appoġġ għar-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni tal-vittmi ta' kunflitt armat, inklużi miżuri biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u tat-tfal;

(n)  appoġġ għall-miżuri biex jippromwovu u jħarsu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u l-istrumenti internazzjonali relatati;

(o)  appoġġ għall-miżuri soċjoekonomiċi biex jippromwovu l-aċċess ekwu għar-riżorsi naturali u l-ġestjoni trasparenti tagħhom, f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, inkluża l-konsolidazzjoni tal-paċi;

(p)  appoġġ għall-miżuri biex jindirizzaw l-impatt potenzjali ta' movimenti għal għarrieda ta' popolazzjonijiet b'rilevanza għas-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà, inklużi miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-komunitajiet ospitanti f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, inkluża l-konsolidazzjoni tal-paċi;

(q)  appoġġ għall-miżuri biex jippromwovu l-iżvilupp u l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċess politiku, inklużi miżuri biex isaħħu r-rwol tan-nisa f'tali proċessi u miżuri biex jippromwovu midja indipendenti, pluralista u professjonali;

(r)  bini tal-kapaċitajiet tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp. [Em. 519]

2.  Azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza u għall-irbit flimkien tal-azzjoni umanitarja u dik għall-iżvilupp

L-azzjonijiet ta' rispons rapidu msemmija fil-punt b) tal-Artikolu 4(4) għandhom jitfasslu biex effettivament isaħħu r-reżiljenza u biex jorbtu flimkien l-azzjonijiet umanitarji u dawk tal-iżvilupp, li ma jistgħux jiġu indirizzati b'ħeffa permezz ta' programmi ġeografiċi u tematiċi u biex tiġi żgurata koerenza, konsistenza u komplementarjetà mal-għajnuna umanitarja kif speċifikat fl-Artikolu 5. [Em. 520]

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkopru dan li ġej:

(a)  it-tisħiħ tar-reżiljenza permezz tal-appoġġ lil individwi, komunitajiet, istituzzjonijiet u pajjiżi biex issir tħejjija, ikun hemm ilqugħ, adattament għal u rkupru minn pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi u soċjetali, kif ukoll minn diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem, kunflitti u theddid globali; inkluż bir-riforz tal-kapaċità billi tissaħħaħ il-kapaċità ta' stat - li jkun qed jiffaċċa pressjonijiet sinifikanti biex jifformula, iżomm jew jirrestawra l-funzjonijiet ewlenin tiegħu, kif ukoll il-koeżjoni bażika soċjali u politika, u ta' soċjetajiet, soċjetajiet, komunitajiet u individwi biex jimmaniġġjaw opportunitajiet u riskji b'mod paċifiku, sensittiv għall-kunflitti u stabbli, u biex jibnu, iżommu jew jirrestawraw l-għajxien tagħhom meta jiffaċċjaw pressjonijiet kbar u billi jingħata appoġġ lil individwi, komunitajiet u individwi soċjetajiet biex jimmaniġġjaw opportunitajiet u riskji b'mod paċifiku u stabbli, u biex jibnu, iżommu jew jirrestawraw l-għajxien tagħhom meta jiffaċċjaw pressjonijiet kbarjidentifikaw u jsaħħu l-kapaċitajiet indiġeni eżistenti tagħhom biex jifilħu u jadattaw għal dawn il-pressjonijiet u x-xokkijiet u jirkupraw malajr minnhom, inklużi dawk li jistgħu jwasslu għal eskalazzjoni tal-vjolenza; [Em. 521]

(b)  il-mitigazzjoni tal-effetti avversi fit-terminu qasir li jirriżultaw minn skossi eżoġeni u li joħolqu instabbiltà makroekonomika, bl-għan li jiġu ssalvagwardjati r-riformi soċjoekonomiċi u n-nefqa pubblika ta’ prijorità għall-iżvilupp soċjoekonomiku u t-tnaqqis tal-faqar;

(c)  it-twettiq ta’ riabilitazzjoni u rikostruzzjoni fit-terminu qasir biex il-vittmi ta’ diżastri naturali jew ta’ dawk ikkawżati mill-bniedem, ta’ kunflitti u ta’ theddid globali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn livell minimu ta’ integrazzjoni soċjoekonomika u, mill-aktar fis possibbli joħolqu l-kundizzjonijiet għat-tkomplija tal-iżvilupp abbażi ta’ għanijiet fit-tul stabbiliti mill-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati; dan jinkludi l-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti u immedjati li jirriżultaw mill-ispostament furzat ta’ nies (rifuġjati, persuni spostati u persuni ritornati) wara diżastri naturali u diżastri kkawżati mill-bniedem; u [Em. 522]

(d)  l-għoti ta' assistenza lill-istat ir-reġjun, ir-reġjun, l-awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet nongovernattivi rilevanti fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi fit-terminu qasir għall-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom, inkluż għat-tbassir u għat-twissija bikrija, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-konsegwenzi tad-diżastri. [Em. 523]

3.  Azzjonijiet li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera

L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu biex jingħata appoġġ lill-għanijiet stipulati fil-punt c) tal-Artikolu 4(4) għandhom jappoġġaw il-politika estera tal-Unjoni fi kwistjonijiet relatati mal-politika, mal-ekonomija u mas-sigurtà. Huma għandhom jippermettu li l-Unjoni taġixxi fejn ikun hemm interess urġenti jew imperattiv għall-politika estera, jew inkella opportunità temporanja biex tikseb l-għanijiet tagħha li tkun teħtieġ reazzjoni rapida u li ma tkunx tista’ tiġi indirizzata faċilment b’mezzi oħra.

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkopru dan li ġej:

(a)  appoġġ għall-istrateġiji bilaterali, reġjonali u interreġjonali ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni, promozzjoni tad-djalogu ta’ politika u żvilupp ta’ approċċi u reazzjonijiet kollettivi għal sfidi ta’ tħassib globali, inklużi kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni u mas-sigurtà, kif ukoll sfruttament ta’ opportunitajiet temporanji f’dan ir-rigward;

(b)  appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni u għall-ftehimiet kummerċjali u l-implimentazzjoni tagħhom; u għat-titjib tal-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi sħab u l-għoti ta’ spinta lill-opportunitajiet għal kummerċ, ta’ investiment u ta’ negozju għal kumpaniji mill-Unjoni, b’mod partikolari SMEs, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakli għall-aċċess għas-suq u l-investiment permezz ta’ diplomazija ekonomika kif ukoll ta’ kooperazzjoni kummerċjali u regolatorja;

(c)  kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni bħal fost l-oħrajn l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni u tal-governanza tal-oċeani;

(d)  promozzjoni ta’ fehim u viżibbiltà wiesgħa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija, permezz ta’ komunikazzjoni strateġika, diplomazija pubblika, kuntatti bejn il-persuni, diplomazija kulturali, kooperazzjoni fi kwistjonijiet edukazzjonali u akkademiċi, u attivitajiet ta’ outreach biex jiġu promossi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni.

Dawn l-azzjonijiet għandhom jimplimentaw politiki jew inizjattivi innovattivi, li jikkorrispondu għal ħtiġijiet, opportunitajiet u prijoritajiet attwali jew evolventi fit-terminu qasir jew medju, inkluż bil-potenzjal li jinfurmaw azzjonijiet fil-futur taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi. Huma għandhom jiffukaw fuq l-approfondiment tar-relazzjonijiet u d-djalogu tal-Unjoni kif ukoll fuq il-bini ta’ sħubiji u ta’ alleanzi ma’ pajjiżi ewlenin ta’ interess strateġiku, speċjalment dawk l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju li għandhom rwol dejjem aktar importanti fix-xena dinjija, fil-governanza globali, fil-politika estera, fl-ekonomija internazzjonali u fil-fora multilaterali. [Em. 524]

ANNESS V

OQSMA TA’ PRIJORITÀ TAL-OPERAZZJONIJIET TAL-EFSD+ KOPERTI MILL-GARANZIJA TAL-AZZJONI ESTERNA

B'mod partikolari, l-operazzjonijiet tal-EFSD+ eliġibbli għall-appoġġ mill-Garanzija għall-Azzjoni tal-Azzjoni Esterna għandhom ikunu mmirati lejn l-oqsma jikkontribwixxu għall-oqsma ta' prijorità li ġejjin: [Em. 525]

(a)  jipprovdu finanzjament u appoġġ għall-iżvilupp tas-setturi privati tas-settur privat, tas-settur tal-intrapriżi soċjali u dawk kooperattivi dak kooperattiv li jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 209(2) tar-[Regolament Finanzjarju], biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, il-Ftehim ta' Pariġi u, fejn xieraq, il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament IPA III, il-qerda tal-faqar, il-promozzjoni tal-ħiliet u l-intraprenditorija, l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ, filwaqt li jsegwu u jsaħħu l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem, b'fokus partikolari fuq kumpaniji lokali u fuq, intrapriżi soċjali u intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq il-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi diċenti u fuq f'konformità mal-istandards rilevanti tal-ILO, il-pagi li jiggarantixxu l-għajxien, l-opportunitajiet ekonomiċi u l-inkoraġġiment għall-kumpaniji Ewropej biex jikkontribwixxu għall-iskop tal-EFSD+; [Em. 526]

(b)  jindirizzaw konġestjonijiet għal investimenti privati billi jipprovdu strumenti finanzjarji, li jistgħu jkunu ddenominati fil-munita lokali tal-pajjiż sieħeb ikkonċernat, inklużi garanziji kontra l-ewwel telf għall-portafolli, garanziji għal proġetti fis-settur pubbliku bħal garanziji għal self għal intrapriżi żgħar u medji, u garanziji għal riskji speċifiċi għal proġetti ta’ infrastruttura u kapital ta’ riskju ieħor;

(c)  ikollhom effett ta’ ingranaġġ fuq il-finanzjament mis-settur privat, b’fokus partikolari fuq intrapriżi mikro, żgħar u medji, billi jindirizzaw konġestjonijiet u ostakli għall-investiment;

(d)  isaħħu s-setturi u l-oqsma soċjoekonomiċi u l-infrastruttura pubblika u privata relatata u l-konnettività sostennibbli, inklużi l-enerġija rinnovabbli u sostenibbli, l-ilma u l-ġestjoni tal-ilma, it-trasport, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, kif ukoll l-ambjent, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, l-agrikoltura sostenibbli u l-ekonomija blu, l-infrastruttura soċjali, is-saħħa u l-kapital uman, sabiex jitjieb l-ambjent soċjoekonomiku;

(e)  jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika u għall-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent, biex b'hekk jinħolqu kobenefiċċji għall-klima u l-ambjent, billi jallokaw 45 % tal-finanzjament għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-issodisfar tal-objettivi klimatiċi, tal-ġestjoni u tal-protezzjoni ambjentali, tal-bijodiversità u tal-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, li minnhom 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv għandu jkun iddedikat għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih; [Em. 527]

(f)  jikkontribwixxu, billi jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, biex jiġu indirizzati kawżi speċifiċi fl-għeruq tal-migrazzjoni l-faqar u l-inugwaljanza bħala fatturi ewlenin għall-migrazzjoni, inkluża l-migrazzjoni irregolari kif ukoll irawmu u l-ispostament furzat, u jikkontribwixxu għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari, billi jrawmu r-reżiljenza tal-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti, u jikkontribwixxu għar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, bl-attenzjoni dovuta għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-bniedem. [Em. 528]

Għandhom jinħolqu t-twieqi ta' investiment li ġejjin:

–  Enerġija Sostenibbli u Konnettività Sostenibbli

–  Il-Finanzjament tal-Intrapriżi Mikro, Żgħar u Medji (MSMEs)

–  Agrikoltura sostenibbli, imprendituri rurali, inklużi sussistenza u biedja fuq skala żgħira, raħħala u agroindustrija li tirrispetta l-ambjent

–  Bliet sostenibbli

–  Diġitalizzazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli

–  L-Iżvilupp tal-Bniedem [Em. 529]

ANNESS VI

GOVERNANZA TAL-EFSD+

1.  Struttura tal-EFSD+

1.  L-EFSD għandu jkun magħmul minn pjattaformi ta’ investiment reġjonali stabbiliti fuq il-bażi tal-metodi ta’ ħidma, il-proċeduri u l-istrutturi tal-faċilitajiet esterni ta’ taħlit eżistenti tal-Unjoni, li jistgħu jikkombinaw l-operazzjonijiet ta’ taħlit tagħhom u l-operazzjonijiet ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+.

2.  Il-ġestjoni tal-EFSD+ għandha tiġi żgurata mill-Kummissjoni.

2.  Il-bord strateġiku tal-EFSD+

1.  Fil-ġestjoni tal-EFSD+, il-Kummissjoni għandha tingħata pariri minn bord strateġiku, ħlief fil-każ tal-operazzjonijiet li jkopru l-politika tat-Tkabbir tal-UE u ffinanzjati mill-[IPA III], li għandu jkollhom bord strateġiku għalihom kif żgurata mill-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF).

2.  Il-bord strateġiku għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-orjentament strateġiku u l-prijoritajiet ta' investimenti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+ u jikkontribwixxi għall-allinjament tagħhom mal-prinċipji gwida u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, tal-politika tal-iżvilupp, tal-politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u mal-iskop tal-EFSD+ kif stabbilit fl-Artikolu 26. Dan għandu wkoll jappoġġja lill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-miri kumplessivi tal-investiment fir-rigward tal-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna f’appoġġ għall-operazzjonijiet tal-EFSD u timmonitorja kopertura ġeografika u tematika xierqa u diversifikata għat-twieqi ta’ investiment.

3.  Il-Bord strateġiku għandu jappoġġa wkoll il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza ġenerali bejn il-pjattaformi ta’ investiment reġjonali, bejn it-tliet pilastri tal-Pjan ta’ Investiment Ewropew, bejn il-Pjan ta’ Investiment Ewropew u l-isforzi l-oħra tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, kif ukoll ma’ programmi oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament.

4.  Il-bord strateġiku għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli, tal-Istati Membri kollha u tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Parlament Ewropew għandu jkollu status ta’ osservatur. Il-kontributuri, il-kontropartijiet eliġibbli, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti u partijiet ikkonċernati oħra, jistgħu jingħataw status ta’ osservaturi, meta jkun xieraq. Il-bord strateġiku għandu jiġi kkonsultat qabel l-inklużjoni ta’ kwalunkwe osservatur ġdid. Il-bord strateġiku għandu jkun kopresedut mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli.

5.  Il-bord strateġiku għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena u, meta jkun possibbli, jadotta opinjonijiet b’kunsens. Laqgħat addizzjonali jistgħu jiġu organizzati fi kwalunkwe ħin mill-president jew fuq it-talba ta’ terz tal-membri tiegħu. F’każ li ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, għandhom japplikaw id-drittijiet tal-vot kif maqbula matul l-ewwel laqgħa tal-bord strateġiku u stipulati fir-regoli ta’ proċedura tiegħu. Dawk id-drittijiet tal-vot għandhom jieħdu kont dovut tas-sors tal-finanzjament. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jistabbilixxu qafas rigward ir-rwol tal-osservaturi. Il-minuti u l-aġendi tal-laqgħat tal-bord strateġiku għandhom, wara li jiġu adottati, isiru pubbliċi.

6.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-bord strateġiku dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-EFSD+. Il-bord strateġiku tad-WBIF għandu jipprovdi l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-istrument ta’ garanzija għar-reġjun tat-Tkabbir biex jikkomplementa r-rappurtar imsemmi hawn fuq. Il-bord strateġiku għandu jorganizza regolarment konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-orjentazzjoni strateġika u l-implimentazzjoni tal-EFSD+.

7.  L-eżistenza taż-żewġ bordijiet strateġiċi ma jkollhiex influwenza fuq il-ħtieġa li jkun hemm qafas ta’ ġestjoni tar-riskji wieħed, unifikat għall-EFSD+.

3.  Bordijiet operazzjonali reġjonali

Il-bordijiet operazzjonali tal-pjattaformi tal-investiment reġjonali għandhom jappoġġjaw lill-Kummissjoni fil-livell ta' implimentazzjoni, fl-istabbiliment tal-miri ta' investiment reġjonali u settorjali, u tat-twieqi ta' investiment settorjali u tematiċi u għandhom jifformulaw opinjonijiet dwar l-operazzjonijiet ta' taħlit u dwar l-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tkopri l-operazzjonijiet tal-EFSD+. [Em. 530]

ANNESS VII

LISTA TA’ INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI

F’koerenza mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, il-lista li ġejja ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandha tintuża biex tgħin fil-kejl tal-kontribut tal-Unjoni biex jinkisbu l-għanijiet speċifiċi tagħha.

(1)  Punteġġ tal-Istat tad-Dritt

(2)  Proporzjon tal-popolazzjoni taħt il-linja internazzjonali tal-faqar

(3)  Għadd ta’ nisa ta’ età riproduttiva, tfajliet adolexxenti, u tfal ta’ inqas minn 5 snin li għandhom aċċess għal programmi ta’ nutrizzjoni bl-appoġġ tal-UE

(4)  Għadd ta’ trabi ta’ sena li huma kompletament immunizzati bl-appoġġ tal-UE

(5)  Għadd ta' studenti rreġistrati f'edukazzjoni li jkunu lestew l-edukazzjoni primarja u/jew sekondarja u jkunu kisbu ħiliet minimi fil-qari u l-matematika, u f'taħriġ bl-appoġġ tal-UE tal-Unjoni [Em. 531]

(6)  Emissjonijiet ta’ gass serra mnaqqsa jew evitati (Ktons CO2eq) bl-appoġġ tal-UE

(7)  Ekosistemi tal-baħar, terrestri u tal-ilma ħelu protetti u/jew li jinsabu taħt ġestjoni sostenibbli bl-appoġġ tal-UE

(8)  L-ingranaġġ ta’ investimenti u l-effett multiplikatur milħuq

(9)  L-indikatur tal-istabbiltà politika u n-nuqqas ta' vjolenza mibni fuq valutazzjoni bażika [Em. 532]

(10)  Għadd ta’ proċessi relatati mal-prattiki tal-pajjiż sieħeb fir-rigward tal-kummerċ, tal-investiment u tan-negozju, jew li jippromwovu d-dimensjoni esterna tal-politiki interni tal-UE, li ġew influwenzati

L-indikatur (4) għandu jiġi diżaggregat skont is-sess, u l-indikaturi kollha (2), (3) u (5) għandhom jiġu disaggregati diżaggregati skont is-sess kull meta rilevanti. u l-età. [Em. 533]

Anness VIIa

Il-pajjiżi sħab li fir-rigward tagħhom l-assistenza tal-Unjoni hija sospiża.

[Għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15a.] [Eam. 534]

(1)ĠU C 45, 4.2.2019, p. 1.
(2)ĠU C 110, 22.3.2019, p. 163.
(3)ĠU C 86, 7.3.2019, p. 295.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2019.
(5) "Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", adottata fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015 (A/RES/70/1).
(6)Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44.)
(7)Ftehim intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 210/1, 6.8.2013).
(8)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58/1, 3.3.2015).
(9)Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27.)
(10)Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 1).
(11)Ir-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 85.)
(12)Ir-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 77.)
(13)Ir-Regolament (Euratom) tal-Kunsill Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109.)
(14)Ir-Regolament (UE) 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95.)
(15)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10.)
(16)Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD.
(17)Iffirmata fi New York fit-22 ta’ April 2016.
(18)“Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa tat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp”, adottata fis-16 ta’ Ġunju 2015 u approvata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-27 ta’ Lulju 2015 (A/RES/69/313).
(19)"Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b’saħħitha. Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni", Ġunju 2016.
(20)“Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp ‘Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna’”, Dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, 8 ta’ Ġunju 2017.
(21) Il-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri", adottat fl-fit-18 ta' Marzu 2015 u approvat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-3 ta' Ġunju 2015 (A/RES/69/283).
(22)Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat”, 18 ta’ Novembru 2015.
(23) Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).
(24)COM(2018)0465, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)
(25)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).
(26)COM(2018)0461, Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka fuq in-naħa l-oħra (“id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”).
(27)COM(2018)0462, Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari li jikkumplimenta l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom.
(28)C(2018)3800 Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew għall-Paċi.
(29)COM(2018)0367, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) 1288/2013
(30) COM(2018)0366 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013.
(31) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(32) Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar ... (ĠU ...).
(33)ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(34) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li tħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(35)Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (European Fund for Sustainable Development, EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD.
(36) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom tad-29 ta' Marzu 1977 li tagħti l-jedd lill-Kummissjoni li toħroġ self tal-Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' power stations nukleari (ĠU L 88, 6.4.1977, p. 9).
(37) Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar ... (ĠU ...).
(38)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)
(39)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
(40)Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2)
(41)ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.
(42)Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU 198, 28.7.2017, p. 29)
(43)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
(44)Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.
(45)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(46)Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (ĠU L ).
(47)COM(2018)0374, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern
(48)Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (ĠU L 26 28.1.2012, p.1).
(49)Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, 05.07.1985. p. 0040 – 0048)
(50) ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza