Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0372),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 177, 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0227/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018 (2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, kif ukoll il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0094/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 177, l-Artikolu 178 u l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa maħsub sabiex jgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi reġjonali ewlenin li hemm fl-Unjoni. Skont dan l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u għat-tnaqqis fir-ritard tal-iżvilupp tar-reġjuni l-anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u gżejjer, reġjuni transfruntiera u reġjuni muntanjużi.
(2) Il-Fond ta’ Koeżjoni kien stabbilit biex jikkontribwixxi għall-għan ġenerali ta’ tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji fl-oqsma tal-ambjent u ta’ netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport” (“TEN-T”), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-CPR ġdidil-ġdid](5) jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-fondi differenti, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew (“FSE+”), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ("FAEŻR"), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (“AMIF”), il-Fond għas-Sigurtà Interna (“FSI”) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża” (“BMVI") li, joperaw taħt qafas komuni (il-“Fondi”). [Em. 1]
(3a) L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Soċjali (FSE+), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Agrikolu (FAEŻR), sabiex ikunu jistgħu jikkomplementaw lil xulxin meta dan ikun ta' benefiċċju għall-ħolqien ta' proġetti li jirnexxu. [Em. 2]
(4) Sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli applikabbli kemm għall-FEŻR kif ukoll għall-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, jenħtieġ li r-Regolament jistabbilixxi regoli applikabbli li jkopru ż-żewġ fondi.
(5) Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilitstabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizziu l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi soċjali u tal-introjtu, jaħdmu iktar biex jiġġieldu l-faqar, jippreservaw u jippromwovu l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità bid-drittijiet.Jenħtieġ li jmorru magħhom l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jiżguraw li l-FEŻR u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintegra l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll l-Fond ta' Koeżjoni jippromwovu opportunitajiet ugwali għal kulħadd, jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razzal-oriġini razzjali jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ ukoll li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli l-Fondi jippromwovu t-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għal kura fil-familja u bbażata fil-komunità, b'mod partikolari għal dawk li jġarrbu diskriminazzjoni multipla. Jenħtieġ li l-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni.L-investimenti taħt il-FEŻR, b'sinerġija mal-FSE+, jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, u biex tiżdied il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini skont l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbilità u l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUEid-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC) biex jikkontribwixxu għad-drittijiet tat-tfal. [Em. 3]
(6) Jeħtieġ li jiġu koperti dispożizzjonijiet għall-FEŻR għall-appoġġ tiegħu kemm għall-miri dwar Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi kif ukoll għall-miri tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) (“tal-ETC/Interreg”).
(7) Sabiex jiġu identifikati t-tip ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu appoġġati mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, l-objettivi ta’ politika speċifiċi għall-għoti ta’ appoġġ minn dawk il-fondi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li jikkontribwixxu għal għan ta’ politika komuni wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR ġdid].
(8) F'dinja dejjem aktar interkonnessa u minħabba d-dinamiċi demografiċi u dawk ta' migrazzjoni, huwa ċar li l-politika tal-migrazzjoni interni u esterni tal-Unjoni tirrikjedi approċċ komuni li jserraħ fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-istrumenti ta' finanzjament differenti. Il-FEŻR irid jagħti attenzjoni aktar speċifika lill-bidla demografika bħala sfida ewlenija u qasam ta' prijorità fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi. Sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltàgħar-responsabbiltà kif ukoll għall-isforzi ta' kondiviżjoni bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, jenħtieġ li l-FEŻR jipprovdi appoġġ biex jiffaċilitail-politika ta' koeżjoni tista' tikkontribwixxi għall-proċessi ta' integrazzjoni tar-rifuġjati u l-migranti taħt protezzjoni internazzjonali billi tadotta approċċ immirat lejn il-protezzjoni tad-dinjità u d-drittijiet tagħhom, mhux l-inqas fid-dawl tar-relazzjoni ta' tisħiħ reċiproku bejnl-integrazzjoni fit-tul tal-migrantiu t-tkabbir ekonomiku lokali, speċjalment billi tipprovdi appoġġ għall-infrastruttura lill-bliet u lill-awtoritajiet lokali involuti fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' integrazzjoni. [Em. 4]
(9) Sabiex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u r-reġjuni li qed jiffaċċjawbiex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp u jiġu armonizzati s-sitwazzjonijiet differenti tar-reġjuni tal-UE, jiġu indirizzati d-disparitajiet soċjali, sfidi ġodda u jiżgura soċjetajiet inklużivi u livell għoli ta' sigurtà għaċ-ċittadini tagħhom kif ukoll jipprevjeni l-marġinalizzazzjoni u r-radikalizzazzjoni, filwaqt li jiddependi fuq is-sinerġiji u komplementarjetajiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għas-sigurtà f'żoni fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati spazji pubbliċi u infrastruttura kritika sikuri, moderni, aċċessibbli u siguri, bħall-komunikazzjoni, it-trasport pubbliku, l-enerġija u servizzi pubbliċi universali u ta' kwalità għolja li huma vitali biex jindirizzaw id-disparitajiet reġjonali u soċjali, jippromwovu l-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp reġjonali u infrastruttura kritika, bħalma huma t-trasport u l-enerġijajinkoraġġixxu l-impriżi u n-nies biex jibqgħu fiż-żona lokali tagħhom. [Em. 5]
(10) Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ netwerk ta’ infrastruttura diġitali b’veloċità għolja u komprensiv, fl-Unjoni kollha, inkluż f'żoni rurali fejn huwa kontributur vitali għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)komprensiv, u l-promozzjonigħall-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli u nadifamingħajr tniġġis b'konċentrazzjoni fuq il-mixi, iċ-ċikliżmu, it-trasport pubbliku u l-mobbiltà kondiviża. [Em. 6]
(10a) Ħafna mill-akbar sfidi fl-Ewropa qed jaffettwaw dejjem aktar lill-komunitajiet Rom emarġinati, li ta' spiss jgħixu fil-mikroreġjuni l-aktar żvantaġġati li huma neqsin minn ilma tax-xorb sikur u aċċessibbli, drenaġġ, elettriku u li ma jgawdux minn possibbiltajiet ta' trasport, konnettività diġitali, sistemi ta' enerġija rinnovabbli jew reżiljenza f'każ ta' diżastru. Għalhekk, il-FEŻR-FK irid jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Rom u jissodisfa l-potenzjal reali tagħhom bħala ċittadini tal-UE u l-Istati Membri jridu jissalvagwardjaw li l-benefiċċji tal-ħames objettivi ta' politika tal-FEŻR-FK se jilħqu lir-Rom ukoll. [Em. 7]
(11) Minħabba l-għan ġenerali tal-Fond ta’ Koeżjoni previst fit-TFUE, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti u limitati l-għanijiet speċifiċi li l-Fond ta’ Koeżjoni jenħtieġ li jappoġġa.
(12) Sabiex titjieb il-kapaċitàjikkontribwixxu għal governanza xierqa, infurzar, kooperazzjoni transfruntiera u t-tixrid tal-aħjar prattiki u innovazzjonijiet fil-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-ekonomija ċirkolari, itejbu l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-istituzzjonijiet u l-governanza fl-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' programmi, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali fuq il-prinċipji tal-governanza f'diversi livelli, l-implimentazzjoni tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa meħtieġ li jkun hemmjiġu promossi miżuri ta' appoġġ taħt l-objettivitisħiħ amministrattiv ta' natura strutturali b'appoġġ għall-objettivi speċifiċi kollha. Billi huma bbażati fuq objettivi li jistgħu jitkejlu u huma notifikati liċ-ċittadini u lin-negozji bħala mezz ta' simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv impost fuq il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta' ġestjoni, huwa possibbli li dawn il-miżuri jilħqu l-bilanċ ideali bejn l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-politika u l-livell ta' verifiki u kontrolli. [Em. 8]
(13) Sabiex titħeġġeġ u tingħata spinta lill-kooperazzjoni, fil-programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa meħtieġ li jittejbu l-miżuri ta’ kooperazzjoni ma’ sħabmas-sħab, inklużi dawk fil-livell lokali u reġjonali fi Stat Membru jew bejn Stati Membri differenti fir-rigward ta’ sostennappoġġ ipprovdut taħt l-objettivi speċifiċi kollha. Din il-kooperazzjoni hija addizzjonali għall-kooperazzjoni taħt l-ETC / Interreg u b’mod partikolari jenħtieġ li tappoġġa l-kooperazzjoni fost sħubiji strutturati bil-ħsieb li jiġu implimentati strateġiji reġjonali kif imsemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “It-tisħiħ tal-innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli”(6). L-imsieħba Is-sħab jistgħu għalhekk jiġu minn kull kwalunkwe reġjun fl-Unjoni, iżda jistgħu jinkludu wkoll reġjuni transfruntiera u reġjuni li huma kollha koperti minn Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali, strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjoni kombinament tat-tnejn. [Em. 9]
(13a) Il-politika ta' koeżjoni futura tista' tikkunsidra b'mod adegwat u tipprovdi appoġġ għar-reġjuni tal-Unjoni li huma l-aktar milquta mill-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, b'mod partikolari dawk li, b'riżultat ta' dan, se jsibu ruħhom fuq il-fruntiera esterna tal-baħar jew tal-art tal-Unjoni; [Em. 10]
(14) FilwaqtL-objettivi tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ li jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari l-importanza kbira tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU kif ukoll il-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas kif ukoll l-iffukar fuq il-faqar, l-inugwaljanza u tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija soċjalment u ambjentalment sostenibbli f'approċċ parteċipattiv f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab ekonomiċi u soċjali, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti.Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenjiu telfien tal-bijodiversità sabiex isir kontribut għal finanzjament tal-azzjonijiet meħtieġa li jridu jittieħdu fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali biex jissodisfaw, f'konformità mal-impenjital-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll biex tiggarantixxi interventi integrati għall-prevenzjoni tad-diżastri, billi torbot ir-reżiljenza u l-prevenzjoni tar-riskji, il-preparazzjoni u l-azzjonijiet ta' reazzjoni, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jintegraw azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira ġenerali ta'l-protezzjoni tal-bijodiversità billi tiġi mmirata 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li jappoġġawtappoġġa l-objettivi tal-klima. Il-Fondi jridu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-kisba ta' ekonomija ċirkolari u ħielsa mill-karbonju fit-territorji kollha tal-Unjoni u l-inkorporazzjoni sħiħa tad-dimensjoni reġjonali. L-operazzjonijiet taħt il-FEŻR huma mistennijajenħtieġ li jikkontribwixxu għal 30mill-inqas 35 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEŻR għall-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-Fond ta' Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għal 3740 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Fond ta' Koeżjoni għall-objettivi tal-klima. Dawn il-perċentwali jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Għalhekk, l-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' dawn il-fondi, u jiġu valutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċeduri ta' rieżami rilevanti. Dawn l-azzjonijiet u l-allokazzjoni finanzjarja riżervata għall-implimentazzjoni tagħhom iridu jiġu inklużi fil-Pjanijiet Integrati nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] kif ukoll l-istrateġija ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil stabbilita skont id-Direttiva dwar il-Prestazzjoni tal-Enerġija tal-Bini (UE) 2018/844 riveduta biex tikkontribwixxi għall-kisba ta' stokk tal-bini dekarbonizzat sal-2050, u mehmuża mal-Programmi. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika liż-żoni intensivi fl-użu tal-karbonju li jiffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni, bil-għan li jiġu megħjuna jsegwu strateġiji konsistenti mal-impenn klimatiku tal-Unjoni u stabbiliti fi Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima u skont id-Direttiva ETS 2018/410 u biex jiġu protetti l-ħaddiema anki permezz ta' opportunitajiet ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid. [Em. 11]
(15) Sabiex il-FEŻR jipprovdi appoġġ taħt l-ETC / Interreg f’termini kemm ta’ investimenti fl-infrastruttura kif ukoll l-investimenti u l-attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ integrazzjoni assoċjati, sabiex jittejbu u jiġu żviluppati l-ħiliet u l-kompetenzi amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm provvedimentjiġi previst li, il-FEŻRl-FEŻRjista’ wkoll jipprovdi appoġġ għal attivitajiet taħt l-objettivi speċifiċi tal-FSE +, stabbilit bir-Regolamentmir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ESF+ ġdid](7). [Em. 12]
(16) Sabiex jiġi konċentrat l-użu ta’ riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, l-appoġġ mogħti mill-FEŻR għal investimenti produttivi taħt għan rilevanti speċifiku, jenħtieġ li jkun limitatdirett biss għal intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(8), ħlief fejn l-investimenti jinvolvu kooperazzjoni ma’ SMEs f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoniu għal intrapriżi apparti l-SMEs, mingħajr preġudizzju għall-impjiegi relatati mal-istess attività jew ma' attività simili f'reġjuni oħra tal-Ewropa, fit-tifsira tal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) .../...[is-CPR il-ġdid]. [Em. 190/rev1]
(17) Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibrijil-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjawjiffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni permezz tal-appoġġ finanzjarju għall-perjodu tranżitorju. Jenħtieġ li jinkoraġġixxi wkoll ir-reżiljenza u jipprevjeni li t-territorji vulnerabbli jaqgħu lura. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR[is-CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra speċifikament fuq l-objettiviiż-żewġ objettivi ta' politika ta' "Ewropa intelliġenti billi jippromwovi l-iżvilupp u t-trasformazzjoni ekonomika, innovattiva, intelliġenti u innovattiva"inklużiva, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u amministrazzjoni pubblika effiċjenti" u "Ewropa ekoloġika, reżiljenti u b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju għal kulħadd permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju" filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta' politika ġenerali ta' Ewropa aktar koeżiva u bbażata fuq is-solidarjetà li tgħin biex jitnaqqsu l-asimetriji ekonomiċi, soċjali u territorjali. Jenħtieġ li din il-konċentrazzjonitali konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti marġini ta' flessibbiltà fil-livell tal-programmita' programmi individwali u bejn tliet gruppi ta' Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettivil-kategoriji differenti tar-reġjuni, filwaqt li jitqiesu l-livelli differenti ta' żvilupp. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membrir-reġjuni tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħdaultraperiferiċi. [Em. 14]
(17a) Sabiex tiġi żgurata l-importanza strateġika tal-investimenti kofinanzjati mill-FEŻR u mill-FK, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu talba debitament ġustifikata għal aktar flessibbiltà fil-qafas attwali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti. [Em. 15]
(18) Sabiex jikkonċentra l-appoġġ fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, u f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 174 TFUE u l-objettivi ta' politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [is-CPR il-ġdid], huwa wkoll xieraq li rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta' programmar, inkluż fil-każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi. [Em. 16]
(18a) Il-FEŻR jenħtieġ li jindirizza l-problemi ta' aċċessibbiltà għas-swieq il-kbar u d-distanza kbira minnhom, li dawk iż-żoni b'densità ta' popolazzjoni estremament baxxa qegħdin jiffaċċaw, kif imsemmi fil-Protokoll Nru 6 dwar dispożizzjonjiet speċjali għall-Objettiv 6 fil-qafas tal-Fondi Strutturali fil-Finlandja u fl-Iżvezja għall-Att tal-Adeżjoni tal-1994. Il-FEŻR jenħtieġ li jindirizza wkoll id-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċaw ċerti gżejjer, reġjuni mal-fruntieri, reġjuni muntanjużi, u żoni b'popolazzjoni baxxa, li s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom tnaqqas il-pass tal-iżvilupp tagħhom, bil-għan li jiġi appoġġat l-iżvilupp sostenibbli tagħhom. [Em. 17]
(19) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta’ attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta’ investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE inkluż il-crowdfunding. Jenħtieġ li l-Fond ta’ Koeżjoni jkun jista’ jappoġġa investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-ERDFtal-FEŻR, jenħtieġ li l-lista ta’ attivitajiet tqis il-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali speċifiċi kif ukoll il-potenzjal endoġenu u tkun issimplifikatasimplifikata u jenħtieġ li tkun kapaċi tappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura inklużi l-infrastruttura u faċilitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, infrastruttura kulturali u patrimonjali, infrastruttura tat-turiżmu sostenibbli wkoll permezz ta' distretti turistiċi, servizzi għall-impriżi, kif ukoll investimenti fis-settur tal-abitazzjoni, investimenti fir-rigward ta’ aċċess għal servizzi b'konċentrazzjoni partikolari fuq komunitajiet żvantaġġati, emarġinati u segregati, investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, inċentivi matul il-perjodu ta' tranżizzjoni tar-reġjuni fil-proċess ta' dekarbonizzazzjoni, kif ukoll miżuri fir-rigward ta’ informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta’ esperjenzi bejn is-sħab u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll li jappoġġaw attivitajiet ta’ assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi għaljipprevedi firxa aktar wiesgħa ta’ interventi għal programmi għall-programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa’ biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma’ miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+. [Em. 18]
(20) Proġetti ta' netwerks trans-Ewropej ta' transporttrasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni, inkluż l-indirizzar tal-lakuni u l-konġestjoni, b'mod ibbilanċjat kif ukoll li jinkludi t-titjib tas-sikurezza tal-pontijiet u l-mini eżistenti kemm permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll il-modalità ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (is-"CEF - Connecting Europe Facility"). Dawn in-netwerks iridu jagħtu spinta lis-servizzi pubbliċi fiż-żoni rurali, speċjalment f'żoni b'popolazzjoni baxxa u f'żoni b'tixjiħ demografiku qawwi, sabiex titrawwem l-interkonnettività bejn il-bliet u l-kampanja, jiġi promoss l-iżvilupp rurali, jitnaqqas id-distakk diġitali. [Em. 19]
(21) Fl-istess ħin, huwa importanti li min-naħa waħda jiġu identifikati sinerġiji u min-naħa l-oħra jiġi ċċarat liliema huma dawk l-attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, inklużi l-investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis ta’ emissjonijiet dan sabiex jinkisbu l-effetti ta' gassijiet b’effett ta’ serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) sabiex multiplikazzjoni jew ikun evitat l-irduppjar tal-finanzjament disponibbli, li diġà jeżisti bħala parti minn din id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropejextra-Ewropej elenkati fl-Anness II tat-TFUEgħat-TFUE mhumiex eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR u l-Fondmill-Fond ta’ Koeżjoni. [Em. 20]
(22) Jenħtieġ li l-Istati Membri regolarment jibagħtu lill-Kummissjoni tagħrif dwar il-progress li jsir bl-użu ta’ indikaturi tal-output u tar-riżultati komuni stabbiliti fl-Anness I. Indikaturi tal-output u tar-riżultati komuni jistgħu jiġu kkomplementati, fejn meħtieġ, minn indikaturi ta’ output u indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm. Jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri tkun il-bażi li fuqha l-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba ta’ għanijiet speċifiċi matul il-perjodu kollu ta’ programmar u għal dan il-għan jintużaw sett ewlieni ta’ indikaturi stabbiliti fl-Anness II.
(23) Skont il-paragrafuil-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġu evalwati l-Fondi fuq il-bażi ta’ tagħrif miġbur permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejnmeta jkun xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi b’mod prattikufil-prattika. [Em. 21]
(24) Sabiex tiġi massimizzata l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp territorjali, azzjonijietu sabiex jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv l-isfidi ekonomiċi, demografiċi, ambjentali u soċjali, kif previst fl-Artikolu 174 TFUE, f'żoni bi żvantaġġi naturali jew demografiċi inkluż it-tixjiħ, id-deżertifikazzjoni rurali u t-tnaqqis demografiku, iżda wkoll il-pressjoni demografika jew fejn ikun diffiċli li wieħed ikollu aċċess għal servizzi bażiċi, l-azzjonijiet f'dan il-qasam jenħtieġ li jkunu bbażati fuq programmi, assi jew strateġiji territorjali integrati inkluż fiż-żoni, inklużi żoni urbani u komunitajiet rurali. Dawn l-azzjonijiet jenħtieġ li jkunu ż-żewġ naħat tal-istess munita, ibbażati kemm fuq il-hubs urbani ċentrali u l-madwar tagħhom kif ukoll fuq iż-żoni rurali l-aktar remoti. Dawn l-istrateġiji jistgħu jibbenefikaw ukoll minn approċċ plurifond u integrat li jinvolvi l-FEŻR, l-FSE +, il-FEMS u l-FAEŻR. Mira ta' mill-inqas 5% tar-riżorsi tal-FEŻR jenħtieġ li jiġu allokati fuq livell nazzjonali għal żvilupp territorjali integrat. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEŻR jitwassal permezz tal-formoli stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid] biex ikun waqt li jkun żgurat l-involviment xieraq tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u urbani, is-sħab ekonomiċi u soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi. [Em. 22]
(24a) Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika liż-żoni intensivi fl-użu tal-karbonju li jiffaċċjaw l-isfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni, bil-għan li jiġu megħjuna jsegwu strateġiji konsistenti mal-impenn klimatiku tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi li jipproteġu lill-ħaddiema u lill-komunitajiet affettwati bl-istess mod. Jenħtieġ li tali żoni jibbenefikaw minn appoġġ dedikat għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom filwaqt li titqies il-ħtieġa għal taħriġ vokazzjonali mmirat u opportunitajiet ta' taħriġ mill-ġdid għall-forza tax-xogħol. [Em. 23]
(25) Fil-qafas tal-iżvilupp urban sostenibbli, huwa kkunsidrat neċessarju li jiġu megħjun l-iżvilupp territorjali integrat sabiex jingħelbu b'mod aktar effettiv l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi, teknoloġiċi, soċjali u soċjalikulturali li jaffettwaw iż-żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali u l-komunitajiet rurali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, inklużi ż-żoni periurbani meta jkun xieraq. Il-prinċipji għall-għażla ta' żoni urbani li għalihom għandhomiridu jiġu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-ammonti indikattivi għal dawk l-azzjonijiet, jenħtieġ li jkunu stabbiliti fil-programmi taħt il-mira għall-Investiment għall-impiegi u t-tkabbir b'minimuDawn l-azzjonijiet jistgħu jibbenefikaw ukoll minn approċċ plurifond u integrat li jinvolvi l-FEŻR, l-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR.Mira ta' mill-inqas 610% tar-riżorsi tal-FEŻR jenħtieġ li jiġu allokati fil-livellfuq livell nazzjonali għal dan il-għangħall-prijorità tal-iżvilupp urban sostenibbli. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li dan il-perċentwal għandil-perċentwali jenħtieġ li jiġi rispettatirispettat matul il-perjodu ta' programmazzjoni f'każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi, inklużi fir-reviżjoniinkluż fir-rieżami ta' nofs it-terminu. [Em. 24]
(26) Sabiex jiġu identifikati jew ivvalutati soluzzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp urban sostenibbli, fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Azzjonijiet Innovattivi Urbani fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli jitkomplew u jiġu sostitwiti bl-Inizjattivażviluppati f'Inizjattiva Urbana Ewropea Jenħtieġ li dik l-inizjattiva tappoġġa l-Aġenda Urbana tal-Unjoni Ewropea1 bil-għan li tistimola t-tkabbir, il-kwalità tal-ħajja u l-innovazzjoni, u għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta jew indiretta. Jenħtieġ lin di l-inizjattiva tkopri ż-żoni urbani kollha u tappoġġa l-Aġenda Urbana għall-Unjoni Ewropeatidentifika u tindirizza l-isfidi soċjali b'suċċess(10). [Em. 25]
(27) Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni l-aktar imbiegħdaultraperiferiċi, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta' miżuri taħt l-Artikolu 349 TFUE li jipprovdi għaljipprevedi allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħdaultraperiferiċi biex tpatti għall-ispejjeż addizzjonali li dawnmġarrba f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat ta' restrizzjoni/jiet permanenti waħda jew bosta msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, jiġifieri d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, il-permanenza u l-kombinazzjonil-kombinament tagħhom li tillimita b'mod sever l-iżvilupp tagħhom. Din l-allokazzjoni tista' tkopri investimenti, spejjeż operattivi u obbligi ta' servizz pubbliku bil-għan li tibbilanċja l-ispejjeż addizzjonali kkawżati minn restrizzjonijiet bħal dawn. L-għajnuna operattiva tista' tkopri n-nefqa fuq is-servizzi ta' ġarr ta' merkanzija, il-loġistika ekoloġika, il-ġestjoni tal-mobbiltà u l-għajnuna sabiex jinbdew servizzi tat-trasport kif ukoll l-ispiża fuq l-operazzjonijiet marbutin ma' restrizzjonijiet ta' ħażna, ta' daqs eċċessiv u tal-manutenzjoni ta' għodod tal-produzzjoni, u man-nuqqas ta' kapital uman fis-suq tax-xogħol lokali. Din l-allokazzjoni ma tridx tkun soġġetta għall-konċentrazzjoni tematika prevista f'dan ir-Regolament. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, u kif huwa l-każ għall-operazzjonijiet kollha kofinanzjati mill-FEŻR u l-Fondmill-Fond ta' Koeżjoni, kull appoġġ tal-FEŻR għall-finanzjament tal-għajnuna operattiva u ta' investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħdaultraperiferiċi jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE. [Em. 26]
(28) Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti, fejn ikun iġġustifikat, fl-Anness II li jistabbilixxi l-lista ta’ indikaturi użati bħala bażi biex tipprovdi informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-programmi. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(11). B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.
(29) Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jiġu rimedjati l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni permezz ta' approċċ orjentat lejn iċ-ċittadini li huwa mmirat lejn l-appoġġ ta' żvilupp immexxi mill-komunità u t-trawwim ta' ċittadinanza attiva, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, imma pjuttost jista', minħabba l-livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti u l-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u r-reġjuni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv, [Em. 27]
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-“FEŻR”) fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) imsemmija fl-Artikolu [4(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid].
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond Ewropew fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi (“l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi”) imsemmi fil-[punt (a) tal-Artikolu 4(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid].
Artikolu 1a
Il-kompiti tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni
Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni (FK) għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.
Il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni fl-Unjoni, u għat-tnaqqis tar-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti, inklużi l-isfidi ambjentali, permezz tal-iżvilupp sostenibbli u l-aġġustament strutturali tal-ekonomiji reġjonali.
Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jikkontribwixxi għall-proġetti fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej u l-ambjent. [Em. 28]
Artikolu 2
Objettivi speċifiċi għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni
1. F’konformità mal-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], il-FEŻR għandu jappoġġa l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a) “Ewropa iktaraktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta’ żvilupp u trasformazzjoni ekonomika innovattivainnovattivi, intelliġenti u intelliġentiinklużivi, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti” (“PO 1”) permezz: [Em. 29]
(i) tat-tisħiħtal-appoġġ għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerkata' riċerka u l-innovazzjoniinnovazzjoni, l-investimenti u l-infrastruttura, l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati u l-appoġġ u l-promozzjoni tar-raggruppamenti għall-innovazzjoni bejn in-negozji, ir-riċerka, l-akkademja u l-awtoritajiet pubbliċi; [Em. 30]
(ii) tat-teħidtat-tisħiħ tal-konnettività diġitali u l-ksib tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, l-istabbilimenti xjentifiċi, il-kumpaniji, il-gvernijiet u l-gvernijietl-amministrazzjoni pubblika fil-livell reġjonali u lokali inklużi bliet intelliġenti u rħula intelliġenti; [Em. 31]
(iii) tat-tijibtat-titjib tat-tkabbir u l-kompetittività sostenibbli tal-SMEs u tal-għoti ta' appoġġ għall-ħolqien u s-salvagwardja tal-impjiegi u l-appoġġ għat-titjib teknoloġiku u l-modernizzazzjoni; [Em. 32]
(iv) l-iżvilupptal-iżvilupp ta’ ħiliet għal speċjalizzazzjoniu strateġiji, u tal-bini ta' kapaċitajiet għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijaliit-tranżizzjoni ġusta, l-ekonomija ċirkolari, l-innovazzjoni soċjali, l-intraprenditorija, is-settur tat-turiżmu u l-intraprenditorijat-tranżizzjoni għall-industrija 4.0; [Em. 33]
(b) “ekonomijaEwropa aktar ekoloġika Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonjuu reżiljentigħal kulħadd, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċiekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ('PO 2') permezz: [Em. 34]
(i) tal-promozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza u ffrankar enerġetiċi u tal-prekarjetà enerġetika; [Em. 35]
(ii) tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli sostenibbli; [Em. 36]
(iii) tal-iżvilupp ta’ sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna fil-livell lokali; [Em. 37]
(iv) tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskjitar-riskju, il-ġestjoni ta' avvenimenti estremi tat-temp u tad-diżastri naturali inklużi t-terremoti, in-nirien tal-foresti, l-għargħar u n-nixfa u r-reżiljenza għad-diżastrigħalihom, filwaqt li jitqiesu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistemi; [Em. 38]
(vi) tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u tat-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi; [Em. 40]
(via) tal-appoġġ tal-proċessi ta' trasformazzjoni reġjonali lejn id-dekarbonizzazzjoni kif ukoll it-tranżizzjoni lejn il-ġenerazzjoni ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju [Em. 41]
(vii) tat-tisħiħtal-protezzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urbanu l-wirt naturali, il-preservazzjoni u l-enfasizzar ta' żoni naturali protetti, ir-riżorsi naturali u t-tnaqqis ta' kull forma ta' tniġġis bħal tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija, tal-istorbju u tat-tniġġis tad-dawl; [Em. 42]
(viia) tat-titjib tal-infrastruttura ekoloġika f'żoni urbani funzjonali, tal-iżvilupp ta' mobbiltà urbana multimodali fuq skala żgħira bħala parti minn ekonomija b'emissjonijiet żero netti; [Em. 43]
(c) “Ewropa iktaraktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobilità u l-konnettività tal-ICT reġjonaligħal kulħadd permezz tat-titjib tal-mobbiltà” (“PO 3”) permezz: [Em. 44]
(i) tat-titjib tal-konnettività diġitali; [Em. 45] (Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali fl-Anness I u fl-Anness II)
(ii) tal-iżvilupp sostenibbli,ta' TEN-T intermodali reżiljenti għat-tibdil fil-klimagħall-klima, intelliġenti, sigur, intelliġentiu b'konnessjonijiet bit-triq u ferrovjarji u konnessjonijiet transfruntiera li jiffokaw fuq miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju, trasport pubbliku u intermodali tat-TEN-T netwerks ferrovjarji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; [Em. 46]
(iii) tal-iżvilupp ta’ mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobilità transfruntiera, il-mobbiltà transfruntiera u netwerks tat-trasport pubbliku li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; [Em. 47]
(iv) tal-promozzjni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli; [Em. 48] (Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali fl-Anness I u fl-Anness II)
(d) “Ewropa aktar soċjali bl-implimentazzjoni tal-Pilastruu inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (“PO 4”) billi: [Em. 49]
(i) jissaħħu l-effettività u l-inklużività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità għolja permezz tal-iżvilupp tal-innovazzjoni u l-infrastruttura soċjali u l-infrastruttural-promozzjoni tal-ekonomija u l-innovazzjoni soċjali; [Em. 50]
(ii) jittejjeb l-aċċess ugwali għal servizzi ta' kwalità u inklużivi fl-edukazzjoni, it-taħriġfit-taħriġ u t-tagħlimfit-tagħlim tul il-ħajja u l-isport permezz tal-iżvilupp fl-infrastruttura u s-servizzi aċċessibbli; [Em. 51]
(iia) investiment fis-settur tal-abitazzjoni, meta l-bini jkun il-proprjetà ta' awtoritajiet pubbliċi jew ta' operaturi mingħajr skop ta' profitt għal użu bħala abitazzjoni maħsub għal familji bi dħul baxx jew għal persuni bi bżonnijiet speċjali; [Em. 52]
(iii) tiżdied l-integrazzjonitiġi promossa l-inklużjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet marġinalizzati, migrantiemarġinati u komunitajiet fil-bżonn bħar-Rom u gruppi żvantaġġati, permezz ta’ miżuriazzjonijiet integrati li jinkludu akkomodazzjonis-settur tal-abitazzjoni u servizzi soċjali; [Em. 53]
(iiia) tiġi promossa l-integrazzjoni soċjoekonomika fit-tul tar-rifuġjati u l-migranti taħt protezzjoni internazzjonali permezz ta' azzjonijiet integrati inklużi s-settur tal-abitazzjoni u s-servizzi soċjali billi jiġi pprovdut appoġġ għall-infrastruttura għall-bliet u l-awtoritajiet lokali involuti; [Em. 54]
(iv) jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa u assi oħra, inkluża kural-kura primarja u miżuri preventivi u l-avvanz tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u bbażata fil-komunità; [Em. 55]
(iva) jingħata appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali ta' komunitajiet fil-bżonn; [Em. 56]
(e) “Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-iżvilupp integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostaliu ż-żoni l-oħrajn kollha permezz ta’ inizjattivi lokali” (“PO 5”) permezz: [Em. 57]
(i) tat-trawwim tal-iżvilupp integrat u inklużiv soċjali, ekonomikaekonomiku u ambjentali, il-wirt kulturali u naturali, it-turiżmu sostenibbli wkoll permezz tad-distretti turistiċi, l-isport u s-sigurtà fiż-żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali; [Em. 58]
(ii) trawwim integrat u inklużiv ta' żvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat ta' żvilupp lokali, il-wirt kulturali, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli wkoll permezz tad-distretti turistiċi, l-isport u s-sigurtà, inkluż għal żoniilkoll fil-livell lokali, reġjuni rurali, muntanjużi, insulari u kostali, kif żoni iżolati u b'popolazzjoni baxxa u ż-żoni l-oħrajn kollha li għandhom diffikultà ta' aċċess għas-servizzi bażiċi inkluż ukoll fil-livell NUTS 3, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali mmexxi mill-komunità, permezz tal-formoli indikati fl-Artikolu 22, punti (a) (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid]. [Em. 59]
1a. It-titjib tal-mobbiltà urbana multimodali fuq skala żgħira kif imsemmi fil-punt b (viia) ta' dan l-Artikolu, li għandha titqies bħala eliġibbli għall-appoġġ jekk il-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-operazzjoni ma għandhiex taqbeż l-EUR 10 000 000. [Em. 60]
2. Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jsostni PO 2 u għanijiet speċifiċi taħt PO 3 stabbiliti fil-punti (ii), (iii) u (iv) tal-paragrafu 1 (c).
3. Fir-rigward tal-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni, kif xieraq, jista' jistgħu wkoll jappoġġa l-attivitajiet taħt l-għan ta' Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, fejn jew: [Em. 61]
(a) itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm, u korpil-korpi marbuta mal-implimentazzjoni tal-Fondi , u jappoġġaw l-awtoritajiet pubbliċi, l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, permezz ta' pjanijiet ta' bini ta' kapaċità amministrattivi speċifiċi mmirati lejn il-lokalizzazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tnaqqis fil-ħin tal-implimentazzjoni għall-azzjonijiet, dment li dawn ikunu ta' natura strutturali u l-programm innifsu jkollu objettivi li jistgħu jitkejlu; [Em. 62]
(b) isaħħu l-kooperazzjoni mal-imsieħba ġewwa u barra minn Stat Membru speċifiku.
L-appoġġ għall-bini tal-kapaċità, imsemmi fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu, jista' jiġi komplementat b'appoġġ addizzjonali mill-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma stabbilit skont ir-regolament UE (2018/xxx (Programm ta' Appoġġ għar-Riforma); [Em. 63]
Il-kooperazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tinkludi l-kooperazzjoni ma’ msieħbasħab minn reġjuni transkonfinalitransfruntiera, minn reġjuni mhux kontigwi jew minn reġjuni li jinsabu fit-territorju kopert minn Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali, strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjonikombinament tagħhom. [Em. 64]
Parteċipazzjoni sinifikanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi l-benefiċjarji fl-istadji kollha tat-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programmi taħt il-FEŻR għandhom jiġu żgurati f'konformità mal-prinċipji, stabbiliti fil-Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija. [Em. 65]
Artikolu 3
Il-konċentrazzjoni tematika tal-appoġġ tal-FEŻR
1. Fir-rigward ta’ programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, it-total tar-riżorsi tal-FEŻR f’kull Stat Membru għandhom ikunu kkonċentrati fuq livell nazzjonali skont il-paragrafi 3 u 4.
2. Fir-rigward tal-konċentrazzjoni tematika ta’ appoġġ għall-Istati Membri li jinkludu reġjuni ultraperiferiċi, ir-riżorsi tal-FEŻR allokati speċifikament għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi u dawk allokati għar-reġjuni l-oħra kollha għandhom jiġu ttrattati b’mod separat.
3. L-Istati MembriIr-Reġjuni fil-livell NUTS 2 għandhom ikunu klassifikati, f'termini ta' proporzjon tad-dħul nazzjonali grosstal-prodott domestiku gross ("PDG") per capita tagħhom, kif ġej: [Em. 66]
(a) dawk b’introjtu nazzjonali gross ugwali għal jewb'PDG per capita ogħla minn 100 % tal-medja tal-UEtal-PDG tal-UE-27 (“grupp 1”); [Em. 67]
(b) dawk b'introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minnb'PDG per capita bejn 75 % u inqas minn 100 % tal-medja tal-UEtal-PDG tal-UE-27 ("grupp 2"); [Em. 68]
(c) dawk b'introjtu nazzjonali gross anqasb'PDG per capita inqas minn 75 % tal-medja tal-UEtal-PDG tal-UE-27 ("grupp 3"); [Em. 69]
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-proporzjon tad-dħul gross nazzjonali tfisser il-proporzjonil-klassifikazzjoni ta' reġjun f'waħda mit-tliet kategoriji ta' reġjuni għandha tiġi determinata fuq il-bażi tal-proporzjon bejn id-dħul gross nazzjonaliil-prodott domestiku gross per capita tal-Istat Membruta' kull reġjun, imkejjel permezz tal-istandards tal-poterskont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-20162014 sal-2016, u l-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist ta' 27 Stati Membrifuq il-medjatal-PDG tal-UE-27 għal dak l-istess perjodu ta' referenza. [Em. 70]
Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp 3.
4. L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika li ġejjin:
(a) L-Istati Membri tal-grupp 1 għandhom jallokaw mill-inqas 85% mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u PO 2 u mill-inqas 60 % għal PO 1;Għall-kategorija tar-reġjuni l-aktar żviluppati ("grupp 1") huma għandhom jallokaw; [Em. 71]
(i) mill-inqas 50 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 1; kif ukoll [Em. 72]
(ii) mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 2. [Em. 73]
(b) L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 45 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2;Għall-kategorija tar-reġjuni fi tranżizzjoni ("grupp2") huma għandhom jallokaw: [Em. 74]
i) mill-inqas 40 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 1 u; [Em. 75]
ii) mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 2. [Em. 76]
(c) L-Istati Membri tal-grupp 3 għandhom jallokaw mill-inqas 35 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2.Għall-kategorija tar-reġjuni l-inqas żviluppati ("grupp3") huma għandhom jallokaw: [Em. 77]
(i) mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 1 u [Em. 78]
(ii) mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 2. [Em. 79]
4a. F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob li l-livell ta' konċentrazzjoni għar-riżorsi fil-livell tal-kategorija reġjonali jitnaqqas b'mhux aktar minn 5 punti perċentwali, jew 10 punti perċentwali fil-każijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, għall-objettiv tematiku determinat f'konformità mal-Artikolu 3(4)(a)(i), l-Artikolu 3(4)(b)(i) u l-Artikolu 3(4)(c)(i) [il-FEŻR–Fond ta' Koeżjoni ġdid]. [Em. 80]
5. Ir-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika stipulati fil-paragrafu 4 għandhom jiġu segwiti matul il-perjodu kollu ta’ programmar, inkluż meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].
6. FejnMeta l-allokazzjoni tal-FEŻR fir-rigward ta’ POli tikkonċerna lill-PO 1 jew POlill-PO 2, jew it-tnejn, ta’l-objettivi ta' politika prinċipali, jew iż-żewġ objettivi magħżula għal programm partikolari hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikoluf'konformità mal-Artikolu [98] ta’ dan ir-Regolament, il-konformità mar-rekwiżit ta’ konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 4 ma għandhomx jiġu vvalutati mill-ġdid. [Em. 81]
Artikolu 4
Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ mill-FEŻR
1. Il-FEŻR għandu jappoġġa dawn li ġejjin:
(a) investimenti fl-infrastruttura;
(b) investimenti fl-aċċess għas-servizzi;
(c) investimenti produttivi u investimenti li jgħinu biex jiġu salvagwardjati l-impjiegi eżistenti u jinħolqu impjiegi ġodda fl-SMEs u kwalunkwe appoġġ fl-SMEs fil-forma ta' għotjiet u strumenti finanzjarji; [Em. 84 u 192/rev]
(d) tagħmir, softwer u assi intanġibbli;
(e) informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta’ esperjenza u attivitajiet li jinvolvu gruppi;
(f) assistenza teknika.
Barra minn hekk, l-investimenti produttivi f’intrapriżi li mhumiex SMEs jistgħu jiġu appoġġati meta dawn ikunu jinvolvu kooperazzjoni ma’ SMEs f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1)jew infrastruttura tan-negozju ta' benefiċċju għall-SMEs.
Barra minn hekk, investimenti produttivi f'intrapriżi apparti l-SMEs jistgħu jiġu appoġġati wkoll f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1) u f'attivitajiet ta' effiċjenza enerġetika u ta' enerġija rinnovabbli taħt il-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) rispettivament, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) .../...[is-CPR il-ġdid]. [Em. 193/rev]
Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt PO 1 stabbilit fil-punt (a) (iv) tal-Artikolu 2(1), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, il-mentoraġġ, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ mill-ġdid u attivitajietl-attivitajiet edukattivi. [Em. 87u 194/rev]
2. Taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-FEŻR jista’ jappoġġa wkoll:
(a) kondiviżjoni tal-faċilitajiet u tar-riżorsi umani;
(b) investimenti moderati ta’ akkumpanjament u attivitajiet oħra marbuta ma’ OP 4 taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/xxxx [ESF+ il-ġdid].
Artikolu 5
Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni
1. Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jappoġġa dawn li ġejjin:
(a) investimenti fl-ambjent, li jinkludu investimenti relatati mal-ekonomija ċirkolari, mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġijamal-enerġija rinnovabbli li jippreżentaw benefiċċji ambjentali; [Em. 88]
(b) investimenti f’TEN-Tfin-netwerk ewlieni u komprensiv tat-TEN-T; [Em. 89]
(c) assistenza teknika, inkluż it-titjib u l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi amministrattivi tal-awtoritajiet lokali fil-ġestjoni ta' dawn il-fondi. [Em. 90]
(ca) informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenza u attivitajiet li jinvolvu gruppi; [Em. 91]
L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a) u (b) fuq il-bażi tal-investimenti u tar-rekwiżiti speċifiċi ta' kull Stat Membru. [Em. 92]
2. L-ammont tal-Fond ta’ Koeżjoni trasferit lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa(12) għandu jkun proporzjonat u għandu jintuża għal proġetti tat-TEN-T. [Em. 93]
Artikolu 6
L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni
1. Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni ma għandhomx jappoġġaw:
(a) id-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari;
(b) l-investiment għall-kisba ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13);
(c) il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tabakk u prodotti tat-tabakk;
(eb) appoġġ marbut man-netwerks ewlenin tat-TEN-T; [Em. 96]
(ec) investiment relatat mal-ħarsien ambjentali jew immirat sabiex jittaffa jew jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tiegħu. [Em. 97]
(f) l-investiment f’rimi ta’ skart f’landfillf'miżbliet, ħlief fir-reġjuni ultraperiferiċi u għall-appoġġ tad-dekummissjonar, il-konverżjoni jew is-sigurtà ta' installazzjonijiet eżistenti u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2008/98 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15); [Em. 98]
(g) l-investimentiinvestiment f’faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwali residwu bl-eċċezzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi u fil-każ ta' soluzzjonijiet ta' riċiklaġġ tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku f'konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-ġerarkija tal-iskart filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ il-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva (UE) 2008/98 u dment li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew il-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart tagħhom skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/851. L-iskart residwu jrid jinftiehem bħala primarjament skart muniċipali mhux miġbur b'mod separat u rifjuti mit-trattament tal-iskart; [Em. 99]
(h) l-investimenti marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta’ investiment relatat ma’ vetturi nodfa kif iddefiniti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16); [Em. 100]
(i) l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband f’żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta’ kategorija ekwivalenti; [Em. 102]
(j) finanzjament għax-xiri tal-vetturi ferrovjarji għall-użu fit-trasport ferrovjarju, ħlief jekk dan huwa marbut:
(i) rilaxx tal-obbligu tas-servizz pubbliku maħruġ għall-offerti pubbliċi taħt ir-Regolament 1370/2007 kif emendat;
(ii) il-provvista ta’ servizzi tat-trasport bil-ferrovija fuq linji li nfetħu għall-kompetizzjoni, u l-benefiċjarju jkun membru ġdid eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2018/xxxx [Ir-Regolament Investi tal-UE]. [Em. 103 u 245]
(ja) investimenti fil-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ta' kura istituzzjonali li jissegregaw jew ifixklu l-għażla u l-indipendenza personali; [Em. 104]
1a. L-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu h għandhom ikunu limitati għal ammont sa 1 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR-FK fil-livell nazzjonali. [Em. 101]
2. Barra dan, il-Fond ta’ Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment f’akkomodazzjonifis-settur tal-abitazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli u mal-kundizzjonijiet ta' għajxien aċċessibbli għal persuni anzjani u persuni b'diżabbiltajiet u adattament sismiku. [Em. 105]
3. Pajjiżi u territorji barranin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, iżda jistgħu jieħdu sehem fil-programmi Interreg f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) 2018/xxxx [ETC (Interreg].
Artikolu 6a
Sħubija
Kull Stat Membru għandu jiżgura l-parteċipazzjoni sinifikanti u inklużiva tas-sħab soċjali, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-utenti tas-servizzi fil-ġestjoni, il-programmazzjoni, it-twettiq, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet u l-politiki appoġġati mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni taħt ġestjoni kondiviża, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament propost dwar is-CPR "Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014". [Em. 106]
Artikolu 7
Indikaturi
1. Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati, kif stabbilit u definit fl-Anness I fir-rigward tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, u, fejn meħtieġmeta jkun rilevanti, l-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati speċifiċi għall-programmi għandhom jintużaw skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [12(1)], il-punt (d)(ii) tal-Artikolu [17(3)] u l-punt (b) tal-Artikolu [37(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPRis-CPR il-ġdid]. [Em. 107]
2. Għall-indikaturi tar-rendiment, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.
3. F’konformità mar-rekwiżit ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu [38(3)(e)(i)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Anness II.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex temenda l-Anness I sabiex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-lista ta’ indikaturi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u biex temenda l-Anness II sabiex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandha tingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4a. L-Istati Membri jistgħu, f'każ debitament ġustifikat, jagħmlu talba għal aktar flessibbiltà fil-qafas kurrenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz tal-kofinanzjament ta' investimenti bħala parti mill-FEŻR u l-FK. Meta jkun qed jiġi definit l-aġġustament fiskali jew taħt il-parti preventiva jew taħt il-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa din it-talba b'mod li jirrifletti l-importanza strateġika tal-investimenti kofinanzjati mill-FEŻR u mill-FK. [Em. 108]
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trattament ta’ karatterisitiċi territorjali speċjali
Artikolu 8
Żvilupp territorjali integrat
1. Il-FEŻR jista’għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] skont il-Kapitolu II tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament [is-CPR il-ġdid]. [Em. 109]
1a. Mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR disponibbli fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp territorjali integrat, f'żoni mhux urbani li għandhom żvantaġġi naturali, ġeografiċi jew demografiċi jew li għandhom diffikultà biex jaċċedu għas-servizzi bażiċi. Minn dan l-ammont, mill-inqas 17,5 % għandhom jiġu allokati lil żoni u lil komunitajiet rurali filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' Patt dwar l-Irħula Intelliġenti biex jiġu żviluppati proġetti bħal irħula intelliġenti. [Em. 110]
2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FEŻR, esklussivamentpermezz ta' assi jew programm speċifiku jew permezz tal-formoli msemmijata' forom oħrajn imsemmija fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], u jistgħu jibbenefikaw minn approċċ plurifond u integrat taħt il-FEŻR, l-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR. [Em. 111]
Artikolu 9
Żvilupp urban sostenibbli
1. Il-FEŻRSabiex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali, il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat ibbażat fuq strateġiji territorjali f’konformità mal-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] iffokat, li jistgħu anki jibbenefikaw minn approċċ plurifond u integrat li jinvolvi l-FEŻR u l-FSE+, u ffokat fuq żoniiż-żoni urbani funzjonali (“żvilupp urban sostenibbli”) fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament. [Em. 112]
2. Mill-inqas 610 % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta’ programm speċifiku, ta' assi prijoritarju speċifiku, ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra, kif definit fl-Artikolu 22(c) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid]. L-"awtoritajiet urbani" imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2018/XXXX [is-CPR il-ġdid] għandhom jingħataw is-setgħa li jagħżlu l-miżuri u l-proġetti involuti. L-operazzjonijiet imwettqa fl-ambitu ta' PO differenti mill-PO 5 jistgħu, jekk ikunu konsistenti, jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-limitu minimu ta' 10 % għall-iżvilupp urban sostenibbli. Investimenti magħmula taħt l-għażla PO 5 (i) iridu jgħoddu bħala li jikkontribwixxu għall-allokazzjoni ta' 10 %, kif ukoll għal operazzjonijiet imwettqa taħt PO oħrajn, jekk ikunu konsistenti mal-iżvilupp urban sostenibbli. [Em. 113]
Il-programm jew il-programmi kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-ammonti ppjanati għal dan il-għan taħt il-punt (d) (vii) tal-Artikolu [17(3)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].
3. Il-perċentwal allokat għall-iżvilupp urban sostenibbli taħt il-paragrafu 2 għandu jiġi segwit matul il-perjodu kollu ta’ programmar, meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].
4. Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) Nru [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu [98] ta’ dak ir-Regolament, il-konformità mal-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi vvalutata mill-ġdid.
Artikolu 10
Inizjattiva Urbana Ewropea
1. Il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll l-Inizjattiva Urbana Ewropea, implimentata mill-Kummissjoni f’ġestjoni diretta u indiretta.
Din l-inizjattiva għandha tkopri ż-żoni urbani funzjonali kollha u għandha l-appoġġl-isħubijiet u l-kostijiet organizzattivi tal-Aġenda Urbana tal-Unjoni. L-awtoritajiet lokali jridu jiġu involuti b'mod attiv fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Urbana Ewropea. [Em. 114]
2. L-Inizjattiva Urbana Ewropea għandha tikkonsisti f’dawn it-tliet oqsma li ġejjin, ilkoll fir-rigward tal-iżvilupp urban sostenibbli:
(a) appoġġ għall-bini ta' kapaċità, inklużi azzjonijiet ta' skambju għar-rappreżentanti reġjonali u lokali fil-livell sottonazzjonali; [Em. 115]
(b) appoġġ għal azzjonijiet innovattivi li jistgħu jirċievu kofinanzjament addizzjonali għar-Regolament (UE) 2018/xxx (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) u jiġu pprovduti b'mod konġunt man-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali b'mod partikolari fir-rigward ta' konnessjonijiet rurali u urbani u proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp ta' żoni urbani u urbani funzjonali; [Em. 116]
(c) appoġġ għall-għarfien, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, l-iżvilupp ta’ politika u l-komunikazzjoni. [Em. 117]
Meta ssir talba minn Stat Membru wieħed jew iktar minn wieħed, l-Inizjattiva Urbana Ewropea tista’ tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni intergovernattiva fuq kwistjonijiet urbani bħalma huma l-qafas ta' referenza dwar bliet sostenibbli, l-aġenda territorjali tal-Unjoni Ewropea u l-aġġustament tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU għaċ-ċirkostanzi fil-livell lokali. [Em. 118]
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-iżviluppi b'rabta mal-Inizjattiva Urbana Ewropea. [Em. 119]
Artikolu 10a
Żoni li jiffaċċaw żvantaġġi u sfidi naturali jew demografiċi
Fil-programmi li huma kofinanzjati mill-FEŻR, li jkopru żoni bi żvantaġġi u sfidi gravi u permanenti, naturali jew demografiċi, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 174 TFUE, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-indirizzar tal-isfidi speċifiċi ffaċċjati minn dawk iż-żoni.
B'mod partikolari, iż-żoni jew raggruppamenti ta' unitajiet amministrattivi lokali (LAUs) tal-livell 3 NUTS b'densità ta' popolazzjoni ta' inqas minn 12,5-il abitant għal kull km² għal żoni b'popolazzjoni baxxa jew inqas minn 8 abitanti għal kull km² għal żoni b'popolazzjoni baxxa ħafna, jew bi tnaqqis medju tal-popolazzjoni ta' aktar minn 1 % bejn l-2007 u l-2017 għandhom ikunu soġġetti għal pjanijiet reġjonali u nazzjonali speċifiċi biex tissaħħaħ l-attraenza, jiżdied l-investiment fin-negozju u tingħata spinta lill-aċċessibbiltà tas-servizzi diġitali u pubbliċi, inkluż fond fil-ftehim ta' kooperazzjoni. Finanzjament dedikat jista' jiġi allokat fil-Ftehim ta' Sħubija. [Em. 120]
Artikolu 11
Ir-reġjuni l-iktar imbiegħda
1. L-allokazzjoniL-Artikolu 3 ma għandux japplika għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħdaultraperiferiċi. Din l-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f’dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE. [Em. 121]
2. L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tappoġġa:
(a) l-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 4;
(b) permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4, miżuri li jkopru l-ispejjeż operattivi bil-għan li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba fir-reġjuni ultraperiferiċi bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE.
L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tappoġġa wkoll in-nefqa li tkopri kumpens mogħti għall-provvediment ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku u kuntratti fir-reġjuni ultraperiferiċi.
3. L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tappoġġa:
(a) operazzjonijiet li jinvolvu l-prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE;
(b) għajnuna għat-trasport ta' persuni awtorizzati taħt il-punt (a) tal-Artikolu 107(2) TFUE;
(c) eżenzjonijiet mit-taxxa u eżenzjonijiet minn ħlasijiet soċjali.
(d) obbligi ta’ servizz pubbliku mhux rilaxxati minn impriżi u fejn l-Istat jaġixxi billi jeżerċita setgħa pubblika.
3a. B'deroga mill-Artikolu 4(1), il-FEŻR jista' jappoġġa l-investiment produttiv fl-impriżi fir-reġjuni ultraperiferiċi, irrispettivament mid-daqs tagħhom. [Em. 122]
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1300/2013 u 1301/2013 jew kwalunkwe att adottat skonthom għandhom ikomplu japplikaw għall-programmi u l-operazzjonijiet appoġġjati mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014 sal-2020.
Artikolu 13
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027. [Em. 123]
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din mhux se taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016(17).
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 7(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 13a
Tħassir
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2013 u r-Regolament (KE) Nru 1300/2013, huma mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2021. [Em. 124]
Artikolu 13b
Reviżjoni
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027 skont l-Artikolu 177 TFUE. [Em. 125]
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
Indikaturi komuni ta’ output u ta’ riżultati għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni - l-Artikolu 7(1)(18)
Tabella 1: Indikaturi komuni ta’ output u ta’ riżultati għall-FEŻR (Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u Interreg) u l-Fond ta’ Koeżjoni**
Objettiv ta’ politika
Outputs
Riżultati
(1)
(2)
(3)
1. Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti ("PO 1") billi: [Em. 126]
RCO(19)01 - Impriżi appoġġati (li minnhom: mikro, żgħar, medji, kbar)*
RCO -01a – Introjtu medju reġjonali [Em. 127]
RCO 02 - Impriżi appoġġati b’għotjiet*
RCO 03 - Impriżi appoġġati minn strumenti finanzjarji*
RCO 04 - Impriżi b’appoġġ mhux finanzjarju*
RCO 05 - Start-ups appoġġati*
RCO 06 - Riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet ta’ riċerka appoġġati
RCO 07 - Istituzzjonijiet ta’ riċerka li jipparteċipaw fi proġetti konġunti ta’ riċerka
RCO 08 - Valur nominali ta’ appart ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni
RCO 10 - Impriżi li jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet ta’ riċerka
RCO 10a – Impriżi appoġġati biex jittrasformaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom f'ekonomija ċirkolari [Em. 128]
RCO 96 – Investimenti interreġjonali fi proġetti tal-UE*
RCR 02 - Investimenti privati li jikkumplimentaw l-ammont ta’ appoġġ pubbliku (li minnhom: għotjiet, strumenti finanzjarji)*
RCR 03 – SMEs li jintroduċu innovazzjoni ta’ prodotti jew proċessi*
RCR 04 – SMEs li jintroduċu innovazzjoni fit-tqegħid fis-suq jew fil-metodi ta’ organizzazzjoni*
RCR 05 - SMEs li jagħmlu innovazzjoni interna*
RCR 06 - Applikazzjonijiet għal privattivi ppreżentati lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi*
RCR 07 - Applikazzjonijiet għal trademarks u diżinn*
RCR 08 - Kopubblikazzjonijiet pubbliċi-privati
RCO 12 - Impriżi appoġġati biex jiddiġitalizzaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom
RCO 13 - Servizzi u prodotti diġitali żviluppati għall-impriżi
RCO 14 - Istituzzjonijiet pubbliċi appoġġati biex jiżviluppaw servizzi u applikazzjonijiet diġitali
RCO 14a – Hubs soċjoekonomiċi addizzjonali b'aċċess għal broadband ta' kapaċità għolja ħafna [Em. 129]
RCR 11 - Utenti ta’ servizzi u applikazzjonijiet diġitali pubbliċi ġodda*
RCR 12 - Utenti ta’ prodotti, servizzi u applikazzjonijiet diġitali ġodda żviluppati minn impriżi*
RCR 13 - Impriżi li laħqu intensità diġitali għolja*
RCR 14 - Impriżi li jużawUtenti ta'servizzi diġitali pubbliċi*[Em. 132]
RCR 14a – Hubs soċjoekonomiċi b'abbonamenti għall-broadband ma' netwerk b'kapaċità għolja ħafna [Em. 130]
RCO 15 - Kapaċità tal-inkubazzjoni maħluqa*
RCR 16 - Impriżi bi tkabbir għoli mogħtija sostenn*
RCR 17 - Impriżi li jibqgħu jeżistu fis-suq wara tliet (3) snin*
RCR 18 - SMEs li jkunu qed jużaw servizzi ta’ inkubatur sena wara l-ħolqien tal-inkubatur
RCR 19 - Impriżi b’fatturat aktar għoli
RCR 25 - Valur miżjud għal kull impjegat f’SMEs appoġġati*
RCO 16 - Entitajiet interessati li jipparteċipaw fi proċess ta’ skoperta imprenditorjali
RCO 17 - Investmenti f’ekosistemi reġjonali / lokali għall-iżvilupp tal-ħiliet
RCO 101 - SMEs li jinvestu fl-iżvilupp tal-ħiliet
RCO 102 - SMEs li jinvestu f’sistemi ta’ ġestjoni ta’ taħriġ*
RCR 24 - SMEs li jibbenefikaw minn attivitajiet għall-iżvilupp tal-ħiliet li jirriżultaw mill-ekosistema lokali / reġjonali
RCR 97 – Apprendistati appoġġati fl-SMEs
RCR 98 - Persunal tal-SMEs li jikkompletaw Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali Kontinwat (CVET) (skont it-tip ta’ ħila: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn)
RCR 99 -Persunal tal-SMEs li jikkompletaw taħriġ alternattiv għal attivitajiet ta’ servizzi intensivi fl-għarfien (KISA) (skont it-tip ta’ ħiliet: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn)
RCR 100 - Persunal tal-SMEs li jikkompletaw taħriġ formali fl-iżvilupp tal-ħiliet (KISA) (skont it-tip ta’ ħiliet: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn)*
2. Ewropa aktar ekoloġika, bl-użu ta’ anqaskarbonjuu reżiljenti għal kulħadd, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju , permezz tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju [Em. 133]
RCO 18 - Unitajiet domestiċi appoġġati biex itejbu l-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu
RCO 18a – Il-perċentwal tal-iffrankar tal-enerġija annwali għall-istokk kollu tal-bini (meta mqabbel max-xenarju ta' referenza) f'konformità mal-objettiv tal-ilħuq ta' stokk tal-bini effiċjenti ħafna u dekarbonizzat kif inkluż fl-istrateġija nazzjonali għar-rinnovazzjoni fit-tul biex tiġi appoġġata r-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali [Em. 134]
RCO 18b – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet tagħhom li tilħaq mill-inqas iffrankar tal-enerġija ta' 60% [Em. 135]
RCO 18c – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet tagħhom li tilħaq livell standard ta' bini mingħajr konsum nett ta' enerġija (NZEB) wara r-rinnovazzjoni [Em. 136]
RCO 19 - Bini pubbliku appoġġat biex itejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali) [Em. 137]
RCO 19b – Għadd ta' konsumaturi f'sitwazzjoni ta' faqar enerġetiku/vulnerabbli appoġġati biex tittejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjoni tagħhom [Em. 138]
RCO 20 - Linji ta’ tisħin distrettwali kostruwiti ġodda jew imtejba
RCO 20a – Bini appoġġat biex tittejjeb it-tħejjija intelliġenti tiegħu [Em. 139]
RCR 26 - Konsum finali annwali tal-enerġija (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)
RCORCR 27 - Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdutal-abitazzjonijiet tagħhom li tilħaq mill-inqas iffrankar tal-enerġija ta' 60 %[Em. 150]
RCO 28 - Bini bi klassifikazzjoni tal-enerġija mtejba (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)
RCR 28aBini bi prestazzjonijiet tal-enerġija mtejba li jirriżultaw mill-arranġamenti kuntrattwali li jiggarantixxu ffrankar tal-enerġija verifikabbli u effiċjenza mtejba, bħall-ikkuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE(21) [Em. 151]
RCO 23 - Sistemi ta’ ġestjoni diġitali għall-grilji intelliġenti
RCO 98 - Unitajiet domestiċi appoġġati biex jużaw il-grilji tal-enerġija intelliġenti
RCO 98a – Appoġġ ta' reġjuni f'perjodu ta' tranżizzjoni affettwati mid-dekarbonizzazzjoni [Em. 144]
RCR 33 - Utenti konnessi ma’ grilji intelliġenti
RCR 34 - Kollokazzjoni ta’ proġetti għal grilji intelliġenti
RCO 24 - Sistemi ta’ tħejjija, ġodda jew imtejba, għal sistemi ta’ monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni għad-diżastri naturali bħal terremoti, nirien fil-foresti, għargħar jew nixfiet*[Em. 145]
RCO 25 - Sistemi ta’ protezzjoni ta’ żoni kostali, ta’ żoni biswit xmajjar u lagi, u kontra l-valangi, mibnija ġodda jew ikkonsolidati għall-protezzjoni tan-nies, l-assi u l-ambjent naturali
RCO 26 - Infrastruttura ekoloġika mibnija għall-adatament għat-tibdil fil-klima
RCO 27 - Strateġiji nazzjonali / reġjonali/ u lokali li jindirizzaw l-adattament għat-tibdil fil-klima
RCO 28 - Żoni koperti minn miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti, terremoti, għarar u nixfiet [Em. 146]
RCR 35 - Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għarar
RCR 36 - Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti
RCR 37 - Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra diżastri naturali marbuta mal-klima (għajr għargħar u nirien fil-foresta)
RCR 96 – Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra riskji naturali mhux marbuta mal-klima u riskji marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem.*
RCR 38 - Żmien medju stmat meħtieġ għal reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ diżastru*
RCO 30 - Tul ta’ pajpijiet ġodda jew konsolidati għal konnessjonijiet ta’ provvista tal-ilma għall-unitajiet domestiċi
RCO 31 - Tul ta’ netwerks ta’ ġbir ta’ drenaġġ mibnija ġodda jew konsolidati
RCO 32 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ
RCO 32a – Fjuwils fossili totali sostitwiti minn sorsi ta' enerġija b'livell baxx ta' emissjonijiet [Em. 147]
RCR 41 - Għadd totali ta’ persuni konnessi ma’ provvista tal-ilma mtejba
RCR 42 - Għadd totali ta’ persuni konnessi ma’ mill-anqas impjant ta’ trattament tal-ilma tat-tieni klassi
RCO 59 - Infrastruttura appoġġata ta’ karburanti alternattivi (punti ta’ mili ta’ karburant / iċċarġjar)
RCO 60 - Bliet b’sistemi ġodda jew imtejba ta’ trasport urban diġitalizzat
RCR 62 - Passiġġieri tat-trasport pubbliku kull sena
RCR 63 - Utenti fis-sena ta’ linji ġodda / imtejba tat-tram u tal-metro
RCR 64 - Utenti fis-sena ta’ infrastruttura ddedikata għar-roti
4. Ewropa iktaraktar soċjali u inklużiva fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali [Em. 168]
RCO 61 - Persuni fis-sena servuti minn faċilitajiet imtejba għal servizzi tal-impjiegi (kapaċità)
RCR 65 - Għadd fis-sena ta’ persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol li jużaw is-servizzi ta’ servizzi tal-impjieg appoġġati
RCO 63 - Kapaċità ta’ infrastruttura temporanja ta’ akkoljenza maħluqa
RCO 64 - Kapaċità ta’ akkomodazzjoni rijabilitata – migranti, refuġjati u persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li applikaw għaliha
RCO 65 - Kapaċità ta’ akkomodazzjoni rijabilitata - oħrajn
RCR 66 - Okkupanza ta’ infrastruttura temporanja ta’ akkoljenza mibnija jew rinnovata
RCR 67 - Okkupanza ta’ akkomodazzjoni rijabilitata – migranti, refuġjati u persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li applikaw għaliha
RCR 68 - Okkupanza ta’ akkomodazzjoni rijabilitata - other
RCR -68a – Membri ta' komunitajiet emarġinati u gruppi żvantaġġati permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu s-settur tal-abitazzjoni u s-servizzi soċjali (ħlief ir-Rom) [Em. 169]
RCR -68b – Membri ta' komunitajiet emarġinati u gruppi żvantaġġati permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu s-settur tal-abitazzjoni u s-servizzi soċjali (Rom) [Em. 170]
RCR 70 - Għadd annwali ta’ tfal li jużaw infrastruttura appoġġata tal-indukrar tat-tfal
RCR 71 - Għadd annwali ta’ studenti li jużaw infrastruttura appoġġata tal-edukazzjoni
RCO 69 - Kapaċità ta’ infrastruttura appoġġata tal-kura tas-saħħa
RCO 70 - Kapaċità ta’ infrastruttura soċjali appoġġata (barra l-akkomodazzjoni)
RCR 72 - Persuni b'aċċess għal servizzi mtejba ta’ kura tas-saħħa
RCR 73 - Għadd annwali ta’ persuni li jużaw il-faċilitajiet appoġġati tal-kura tas-saħħa
RCR 74 - Għadd annwali ta’ persuni li jużaw il-faċilitajiet appoġġati tal-kura soċjali
RCR 75 - Żmien medju meħtieġ biex tingħata reazzjoni fil-każ ta’ emerġenzi mediċi fil-qasam appoġġat
5. Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadinitaċ-ċittadini bit-trawwmin tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostali u tal-inizjattiviu ż-żoni l-oħrajn kollha permezz ta' inizjattivi lokali [Em. 171]
RCO 74 - Popolazzjoni koperta minn strateġiji għall-iżvilupp urban integrat
RCR 94 - Sessjoni waħda ta’ offerti għal interventi tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni*
** Għal raġunijiet ta’ preżentazzjoni, l-indikaturi huma miġbura fi gruppi taħt objettiv ta’ politika, iżda mhumiex limitati għalih. B’mod partikolari, taħt l-objettiv ta’ politika 5, jistgħu jintużaw objettivi speċifiċi mill-objettivi ta’ politika minn 1 sa 4 bl-indikaturi rilevanti. Barra minn hekk, bil-għan li tiġi żviluppata stampa sħiħa tal-prestazzjoni mistennija u reali tal-programmi, l-indikaturi mmarkati b’(*) jistgħu jintużaw minn objettivi speċifiċi taħt aktar minn wieħed mill-objettivi ta’ politika minn 1 sa 4, meta rilevanti.
Tabella 2: Indikaturi komuni addizzjonali tal-output u tar-riżultati għall-FEŻR ta’ Interreg
Indikaturi speċifiċi għal Interreg
RCO 81 - Parteċipanti f’inizjattivi ta’ mobbiltà transfruntiera
RCO 82 - Parteċipanti f’azzjonijiet konġunti li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni soċjali
RCO 83 - Strateġiji konġunti / pjani ta’ azzjoni żviluppati jew implimentati
RCO 84 - Attivitajiet pilota konġunti implimentati fi proġetti
RCO 85 - Parteċipanti fi skemi konġunti ta’ taħriġ
RCO 96 – Ostakli legali jew amministrattivi identifikati
RCO 86 - Ftehimiet konġunti amministrattivi jew legali ffirmati
RCO 87 - Organizzazzjonijiet li jikkooperaw b’mod transfruntier
RCO 88 - Proġetti lil hinn mill-fruntieri nazzjonali għal tagħlim bejn il-pari għat-titjib ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni
RCO 90 - Proġetti transfruntiera li jwasslu għal netwerks / raggruppamenti
RCR 79 - Strateġiji konġunti / pjani ta’ azzjoni adottati minn organizzazzjonijiet fil-mument ta’ tlestija ta’ proġett, jew warajh
RCR 80 - Attivitajiet piloti konġunti adottati jew imwessgħa minn organizzazzjonijiet fil-mument ta’ tlestija ta’ proġett, jew warajh
RCR 81 - Parteċipanti li jikkompletaw skemi konġunti ta’ taħriġ
RCR 82 - Ostakli legali jew amministrattivi indirizzati jew mitigati
RCR 83 - Persuni koperti minn ftehimiet konġunti ffirmati
RCR 84 - Organizzazzjonijiet li jikkooperaw b’mod transfruntier minn sitt xhur sa 12-il xahar wara t-tlestija ta’ proġett
RCR 85 - Parteċipanti f’azzjonijiet konġunti minn sitt xhur sa 12-il xahar wara t-tlestija ta’ proġett
RCR 86 - Partijiet interessati / istituzzjonijiet b’kapaċità ta’ kooperazzjoni mtejba lil hinn mill-fruntieri nazzjonali
ANNESS II
Ġabra ċentrali ta’ indikaturi tal-prestazzjoni għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 7(3)(23)
Objettiv ta’ politika
Objettiv speċifiku
Outputs
Riżultati
(1)
(2)
(3)
(4)
1. Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz ta': [Em. 172]
(i) It-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati
CCO 01 - Impriżi appoġġati biex iwettqu innovazzjoni
CCO -01a – Impriżi appoġġati għal attività ekonomika sostenibbli [Em. 173]
CCO 02 - Riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet ta’ riċerka appoġġati
CCR 01 – (SMEs li jintroduċu innovazzjoni fil-prodott, il-proċess, it-tqegħid fis-suq jew fil-metodi ta’ organizzazzjoni
(ii) Il-ħsad tal-benefiċċji tad-diġitizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-gvernijiet
CCO 03 - Impriżi u istituzzjonijiet pubbliċi appoġġati biex jiżviluppaw prodotti, servizzi u applikazzjonijiet diġitali
CCR 02 - Utenti addizzjonali ta’ prodotti, servizzi u applikazzjonijiet diġitali ġodda żviluppati minn impriżi u minn istituzzjonijiet pubbliċi
(iii) Jitkattru t-tkabbir u l-kompetittività tal-SMEs
CCO 04 - SMEs appoġġati biex joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli [Em. 174]
CCR03 - Impjiegi maħluqa f’SMEs appoġġati
(iv) L-iżvilupp ta’ ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u imprenditorija
CCO 05 - SMEs li jinvestu fl-iżvilupp tal-ħiliet
CCR 04 - Persunal ta’ SMEs li jibbenefika minn taħriġ għall-iżvilupp tal-ħiliet
2. Ewropa aktar ekoloġika, bl-użuta’anqas u reżiljenti għal kulħadd, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, permezz tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċiekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju [Em. 176]
(i) Il-promozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija
CCO 06 - Investimenti f’miżuri biex titjieb l-effiċjenza tal-enerġija
CCR 05 - Benefiċjarji bi klassifikazzjoni mtejba fejn tidħol l-enerġija
(ii) Il-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli
CCO 07 - Kapaċità ta’ produzzjoni addizzjonali ta’ enerġija rinnovabbli
CCR 06 - Volum ta’ enerġija rinnovabbli addizzjonali prodotta
(iii) L-iżvilupp ta’ sistemi intelliġenti tal-enerġija, grilji u ħażna fil-livell lokali
CCO 08 - Sistemi ta’ ġestjoni diġitali żviluppati għall-grilji intelliġenti
CCO 08a – Żvilupp ta' impriżi ġodda [Em. 177]
CCR 07 - Utenti addizzjonali konnessi ma’ grilji intelliġenti
CCR 07a – Numru ta' impjiegi maħluqa [Em. 179]
(iv) Il-promozzjoni ta' adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji u l-ġestjoni tad-diżastri
CCO 09 - Sistemi ta’ monitoraġġ, twissija u reazzjoni għad-diżastri, ġodda jew imtejba
CCO 09a – Adattament tat-tibdil fil-klima akbar, prevenzjoni tar-riskju tad-diżastri naturali akbar u reżiljenza mtejba għad-diżastri u għall-avvenimenti estremi tat-temp [Em. 178]
CCR 08 - Għadd ta’ persuni totali addizzjonali li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għargħar, in-nirien fil-foresti u diżastri naturali oħra relatati mal-klima
(v) Il-promozzjoni ta' ġestjoni sostenibbli tal-ilma
CCO 10 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ
CCR 09 – Għadd addizzjonali ta’ persuni konnessi ma’ impjant ta’ trattament tal-ilma mill-anqas tat-tieni klassi
(vi) Il-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari
CCO 11 - Kapaċità ġdida jew imtejba għar-riċiklar tal-iskart
CCR 10 - Skart riċiklat addizzjonali
(vii) It-titjib tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u t-tnaqqis tat-tniġġiż
CCO 12 - Id-daqs taż-żona ta’ infrastruttura ekoloġika f’żoni urbani
CCR 11 - Għadd ta’ nies li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja
3. Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobilità u l-konnettività ICT reġjonaligħal kulħadd permezz tat-titjib tal-mobbiltà [Em. 180]
(i) It-titjib tal-konnettività diġitali
CCO 13 - Unitajiet domestiċi u impriżi addizzjonali fil-kopertura ta’ netwerks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna
CCR 12 - Unitajiet domestiċi u impriżi addizzjonali b’abbonamenti għall-broadband ma’ netwerk ta’ kapaċità għolja ħafna
(ii) L-iżvilupp ta’ TEN-T sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, sigur, intelliġenti u intermodali
CCO 14 - Toroq TEN-T: Toroq u pontijiet ġodda u aġġornati [Em. 181]
CCR 13 - Iffrankar ta’ ħin bis-saħħa ta’ infrastruttura tat-toroq u tal-pontijiet imtejba [Em. 182]
(iii) L-iżvilupp ta’ mobbiltà sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż aċċess imtejjeb għal TEN-T u mobilità transfruntiera
CCO 15 - Ferroviji TEN-T: Ferroviji ġodda u aġġornati
CCR 14 - Ammont fis-sena ta’ passiġġieri moqdija minn trasport ferrovjarju mtejjeb
(iv) Il-promozzjoni ta’ mobbiltà urbana multimodali sostenibbli
CCO 16 - Estensjoni u modernizzazzjoni ta’ linji tat-tram u tal-metro
CCR 15 - Utenti fis-sena moqdija minn linji ġodda u modernizzati tat-tram u tal-metro
4. Ewropa iktaraktar soċjali u inklużiva fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali [Em. 183]
(i) It-tisħiħ tal-effettività tas-swieq tax-xogħol u aċċess għal impjiegi ta’ kwalità permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura u innovazzjoni soċjali
CCO 17 - Persuni qiegħda fis-sena moqdija minn faċilitajiet imtejba għal servizzi tal-impjiegi
CCR 16 - Persuni li qed ifittxu x-xogħol li jużaw kull sena faċilitajiet imtejba għal servizzi ta’ impjieg
(ii) It-titjib tal-aċċess għal servizzi inklużivi u ta’ kwalità fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura
CCO 18 - Kapaċità ġdida jew imtejba għall-infrastruttura tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni
CCR 17 - Utenti fis-sena moqdija minn infrastruttura ġdida jew imtejba tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni
(iii) Tiżdied l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet marġinalizzati, migranti u gruppi żvantaġġati, permezz ta’ miżuri integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali;
CCO 19 - Kapaċità addizzjonali ta’ infrastrutturi ta’ akkoljenza maħluqa jew imtejba
CCR 18 - Utenti fis-sena moqdija minn faċilitajiet ta’ akkoljenza u ta’ akkomodazzjoni, ġodda u mtejba
(iv) L-iżgurar ta’ aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluż tal-kura primarja
CCO 20 - Kapaċità ġdida jew imtejba tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa
CCR 19 - Għadd totali ta’ persuni b'aċċess għal servizzi mtejba ta’ kura tas-saħħa
5. Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadinitaċ-ċittadini bit-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostali u tal-inizjattivi lokaliż-żoni l-oħrajn kollha [Em. 184]
(i) It-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomiku u anbjentali, tal-wirt kulturali u tas-sigurtà f’żoni urbani
CCO 21 - Għadd totali ta’ persuni koperti minn strateġiji għall-iżvilupp urban integrat
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni tat-8 ta’ Lulju 2017 (COM(2015)0376).
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).
1Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
Dawn l-indikaturi se jintużaw mill-Kummissjoni f’konformità mar-rekwiżit ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu 38(3)(e)(i) tar-Regolament Finanzjarju [applikabbli]