Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (COM(2017)0753 – C8-0019/2018 – 2017/0332(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0753),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0019/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Parlament Irlandiż, mill-Kunsill Federali Awstrijak u mill-Kamra tal-Kummerċ tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Lulju 2018(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(3),
– wara li kkunsidra l-ittra tat-18 ta' Mejju 2018 indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0288/2018),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(4), filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Din il-pożizzjoni tikkorrispondi għall-emendi adottati fit-23 ta’ Ottubru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0397).
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE(4) ġiet emendata b’mod sostanzjali bosta drabi(5). Billi jenħtieġ isiru iżjed emendi, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.
(2) Id-Direttiva 98/83/KE stabbiliet il-qafas legali biex is-saħħa tal-bniedem titħares mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġis tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb. Jenħtieġ li din id-Direttiva tfittex li tiksebtilħaq l-istess għan u jenħtieġ li tipprovdi aċċess universali għal ilma bħal dan għal kulħadd fl-Unjoni. Għalhekk, hu meħtieġ li jiġu stabbiliti, fil-livell tal-Unjoni , rekwiżiti minimi li magħhom għandu jikkonforma l-ilma maħsub għal dak l-għan. L-Istati Membri jenħtieġ jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-ilma għall-konsum mill-bniedem ma jkunx fih mikroorganiżmi u parassiti u sustanzi li, f'ċerti każijiet, jikkostitwixxu periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u li l-ilma għall-konsum mill-bniedem jissodisfa dawk ir-rekwiżiti minimi. [Em. 161, 187, 206 u 213]
(2a) B'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "L-għeluq taċ-ċirku - Pjan ta' azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari", din id-Direttiva jenħtieġ li tirsisti biex tinkoraġġixxi l-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma, biex b'hekk jintlaħqu l-għanijiet tal-ekonomija ċirkolari. [Em. 2]
(2b) Id-Dritt tal-Bniedem għall-Ilma tax-Xorb u s-Sanità ġie rikonoxxut bħala dritt tal-bniedem mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) fit-28 ta' Lulju 2010 u għaldaqstant, l-aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb nadif jenħtieġ li ma jkunx ristrett minħabba n-nuqqas ta' affordabbiltà min-naħa tal-utent aħħari. [Em. 3]
(2c) Il-koerenza bejn id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u din id-Direttiva hija neċessarja. [Em. 4]
(2d) Ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li jirriflettu s-sitwazzjoni u l-kundizzjonijiet nazzjonali tal-fornituri tal-ilma fl-Istati Membri. [Em. 5]
(3) Hu meħtieġ li l-ilmijiet naturali minerali u ilmijiet li huma prodotti mediċinali jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva, peress li dawn l-ilmijiet huma diġà koperti mid-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u mid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Madankollu, id-Direttiva 2009/54/KE tittratta kemm ilmijiet minerali naturali kif ukoll ilma tan-nixxiegħa, u l-kategorija tal-aħħar biss tenħtieġ tkun eżentata mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2009/54/KE, ilma tan-nixxiegħa jenħtieġ ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Madankollu, dan l-obbligu jenħtieġ li ma jkunx estiż għall-parametri mikrobijoloġiċi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta' din id-Direttiva. Fil-każ ta’ ilma għall-konsum mill-bniedem ipprovdut mill-provvista pubblika tal-ilma jew minn bjar privati, li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ, jew li jintuża fil-manifattura, il-preparazzjoni jew it-trattament kummerċjali ta' ikel, l-ilma jenħtieġ li, bħala kwistjoni ta' prinċipju, ikompli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sal-punt tal-konformità (jiġifieri l-vit), u jenħtieġ li mbagħad jitqies bħala ikel, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). Meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza tal-ikel, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jawtorizzaw l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-industriji tal-ipproċessar tal-ikel. [Em. 6]
(4) Wara l-konklużjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar id-dritt għall-ilma (Right2Water)(10)li talbet lill-Unjoni żżid l-isforzi tagħha biex jinkiseb aċċess universali għall-ilma, tnediet konsultazzjoni pubblika mifruxa fl-Unjoni kollha u saret Evalwazzjoni tal-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tar-Regolamentazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE(11). Mill-eżerċizzju, deher evidenti li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE kellhom jiġu aġġornati. Ġew identifikati erba’ oqsma fejn kien hemm lok għal titjib, jiġifieri l-lista tal-valuri parametriċi bbażati fuq il-kwalità, id-dipendenza limitata fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, id-dispożizzjonijiet mhux preċiżi dwar l-informazzjoni għall-konsumatur, u d-differenzi bejn is-sistemi ta’ approvazzjoni għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-implikazzjonijiet li dan għandu fuq is-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar id-dritt għall-ilma identifikat bħala problema distinta l-fatt li parti tal-popolazzjoni, speċjalment il-gruppi li tinkludi l-gruppi emarġinati u vulnerabbli, ma għandhiex aċċess jew għandha aċċess limitat għal ilma affordabbli maħsub għall-konsum mill-bniedem, li huwa wkoll impenn meħud bħala parti mill-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 6 tal-Aġenda 2030 tan-NU. F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew irrikonoxxa d-dritt ta' aċċess għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd fl-Unjoni. Kwistjoni oħra li ġiet identifikata tikkonċerna n-nuqqas ġenerali ta' għarfien dwar it-tnixxija tal-ilma, li hija kkawżata kemm minn nuqqas ta' investiment fil-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura tal-ilma, kif issemma wkoll fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-infrastruttura tal-ilma(12), kif ukoll minn għarfien xi drabi mhux suffiċjenti tas-sistemi tal-ilma. [Em. 7]
(4a) Sabiex jissodisfaw l-għanijiet ambizzjużi stabbiliti taħt l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 6 tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni biex jiżguraw aċċess universali u ekwu għal ilma tax-xorb sikur u affordabbli għal kulħadd sal-2030. [Em. 8]
(4b) Il-Parlament Ewropew adotta, fit-8 ta' Settembru 2015, riżoluzzjoni dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Right2Water". [Em. 9]
(5) L-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa wettaq analiżi dettaljata tal-lista ta’ parametri u tal-valuri parametriċi stabbiliti fid-Direttiva 98/83/KE sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx bżonn li din tiġi adattata fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-analiżi(13), għandhom jiġu kkontrollati patoġeni enteriċi u l-Legionella, filwaqt li jentħieġ jiżdiedu sitt parametri kimiċi jew gruppi ta’ parametri, u tliet sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali għandhom jiġu kkunsidrati b’valuri ta’ parametraġġ referenzjarju prekawzjonarji. Għal tlieta mill-parametri l-ġodda jenħtieġ jiġu stabbiliti valuri parametriċi li huma aktar stretti minn dawk proposti mid-WHO, iżda li xorta huma vijabbli, u dan fid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Rigward iċ-ċomb, id-WHO innutat li l-konċentrazzjonijiet jenħtieġ ikunu baxxi sal-aktar livell raġonevolment prattiku, filwaqt li għall-kromju, il-valur għadu qed jiġi analizzat mid-WHO; għalhekk, qabel jiġu stabbiliti valuri aktar stretti għal dawn iż-żewġ parametri jenħtieġ japplika perjodu tranżitorju ta’ għaxar snin.
(5a) L-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu rwol fundamentali fl-isforzi kontinwi tal-Unjoni favur it-tisħiħ tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent kontra sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali.Ir-regolamentazzjoni tas-sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali f'din id-Direttiva tikkostitwixxi pass promettenti bi qbil mal-istrateġija aġġornata tal-Unjoni dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li twassal mingħajr dewmien ulterjuri. [Em. 11]
(6) Id-WHO irrakkomandat ukoll li jkun hemm valuri inqas stretti għal tliet valuri parametriċi, u li ħames parametri jitneħħew mil-lista. Madankollu, dawk il-bidliet ma tqiesux bħala meħtieġa, billi l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju li ġie introdott bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787(14) jippermetti lill-fornituri tal-ilma jneħħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, parametru mil-lista tas-sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati. Diġà hemm fis-seħħ tekniki tat-trattament biex jintlaħqu dawn il-valuri parametriċi.
(6a) Meta l-għarfien xjentifiku ma jkunx suffiċjenti biex jiġi ddeterminat ir-riskju jew in-nuqqas ta' riskju f'termini ta' saħħa tal-bniedem jew il-valur permess ta' sustanza preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jenħtieġ li tali sustanza titqiegħed f'lista ta' sorveljanza, abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, sakemm ikun hemm dejta xjentifika aktar ċara. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw dawn il-parametri emerġenti b'mod separat. [Em. 13]
(6b) Il-parametri indikaturi ma għandhom l-ebda impatt dirett fuq is-saħħa pubblika. Madankollu, dawn huma importanti bħala mezz biex jiġi ddeterminat il-funzjonament tal-faċilitajiet ta' produzzjoni u ta' distribuzzjoni tal-ilma u biex tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma.Dawn jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fit-trattament tal-ilma u għandhom rwol importanti wkoll fit-tisħiħ u ż-żamma tal-fiduċja tal-konsumatur fil-kwalità tal-ilma. Għalhekk, jenħtieġ li dawn ikunu mmonitorjati mill-Istati Membri. [Em. 14]
(7) Biex iħarsujimplimentaw b'mod sħiħ il-prinċipju ta' prekawzjoni u jħarsu s-saħħa tal-bniedem fit-territorji tagħhom, meta jkun hemm bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu valuri għal parametri addizzjonali mhux inklużi fl-Anness I. [Em. 15]
(8) L-ippjanar tas-sikurezza u elementi bbażati fuq ir-riskju għall-prevenzjoni ġew ikkunsidrati biss sa ċertu punt fid-Direttiva 98/83/KE. L-ewwel elementi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju diġà kienu ġew introdotti fl-2015 bid-Direttiva (UE) 2015/1787, li emendat id-Direttiva 98/83/KE biex l-Istati Membri jitħallew jidderogaw mill-programmi ta’ monitoraġġ li stabbilixxew, sakemm jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju kredibbli, li jistgħu jkunu bbażati fuq il-Linji Gwida tad-WHO għall-ilma tax-xorb(15). Dawn il-Linji Gwida, li jistabbilixxu l-hekk imsejjaħ approċċ tal-“Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma”, flimkien mal-istandard EN 15975-2 dwar is-sigurtà tal-provvista tal-ilma tax-xorb, huma prinċipji rikonoxxuti f’livell internazzjoni li fuqhom huma bbażati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-monitoraġġ u l-analiżi ta’ parametri fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawn jenħtieġ jinżammu f’din id-Direttiva. Biex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji ma jkunux limitati għal aspetti ta’ monitoraġġ, biex il-ħin u r-riżorsi jiġu ffukati fuq ir-riskji li huma importanti u fuq miżuri kosteffettivi applikati fis-sors, u biex jiġi evitat li jsiru analiżijiet u sforzi b’rabta ma’ kwistjonijiet li mhumiex rilevanti, huwa xieraq li jiġi stabbilit approċċ komplut ibbażat fuq ir-riskju, tul il-katina tal-provvista kollha, mill-punt li minnu jittella’ l-ilma, sad-distribuzzjoni u sal-vit. Dak l-approċċ jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-għarfien miksub u l-azzjonijiet imwettqa skont id-Direttiva 2000/60/KE u jenħtieġ li jikkunsidra b'mod aktar effettiv l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riżorsi tal-ilma.Approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ li jikkonsisti minnfi tliet komponenti: l-ewwel, valutazzjoni tal-perikli assoċjati maż-żona ta’ astrazzjoni li għandha ssir mill-Istat Membru, f’konformità mal-Linji Gwida u mal-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma(16) tad-WHO (“valutazzjoni tal-perikli”); it-tieni, il-possibbiltà li l-fornitur tal-ilma jadatta l-monitoraġġ għar-riskji ewlenin (“valutazzjoni tar-riskju tal-provvista”); u t-tielet, valutazzjoni min-naħa tal-Istat Membru tar-riskji possibbli li jistgħu jirriżultaw mis-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika (eż. il-Legionella jew iċ-ċomb), b'attenzjoni speċjali fir-rigward tal-postijiet ta' prijorità li għandha ssir mill-Istat Membru (“valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika”). Dawk il-valutazzjonijiet jenħtieġ li jiġu rieżaminati b’mod regolari, inter alia, b’rispons għal theddidiet minn avvenimenti estremi tat-temp relatati mal-klima, għal bidliet magħrufa tal-attività tal-bniedem fiż-żona ta’ astrazzjoni jew b’rispons għal inċidenti relatati mas-sorsi. L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jiżgura skambju kontinwu ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri tal-ilma u l-fornituripartijiet ikkonċernati oħrajn, inklużi dawk responsabbli mis-sorsi ta' tniġġis jew ir-riskju ta' tniġġis.Bħala eċċezzjoni, l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ li tkun adattata għar-restrizzjonijiet speċifiċi tas-settur tal-bastimenti marittimi li jwettqu desalinizzazzjoni tal-ilma u jġorru l-passiġġieri.Il-bastimenti marittimi li jtajru l-bandiera Ewropea jikkonformaw mal-qafas regolatorju internazzjonali meta jbaħħru f'ilmijiet internazzjonali.Barra minn hekk, hemm restrizzjonijiet partikolari għat-trasport u l-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tax-xorb abbord u dan ifisser li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu adattati skont dan tal-ilma. [Em. 16]
(8a) L-użu ineffettiv tar-riżorsi tal-ilma, b'mod partikolari t-tnixxijiet fl-infrastruttura tal-provvista tal-ilma, iwassal għal sfruttament żejjed tar-riżorsi skarsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.Dan ixekkel bil-qawwi lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-objettivi stabbiliti skont id-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 17]
(9) Il-valutazzjoni tal-perikli jenħtieġ tkun immirata lejn it-tnaqqis tal-livellli tieħu approċċ olistiku għall-valutazzjoni tar-riskju, abbażi tal-għan espliċitu li jitnaqqas il-livell ta’ trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, pereżempju billi jitnaqqsu l-pressjonijiet li jikkawżaw it-tniġġis tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw il-perikli u s-sorsi possibbli ta’ tniġġis tal-ilma assoċjati ma’ dawk il-korpi tal-ilma u li dawn jimmonitorjaw is-sustanzi niġġiesa li jidentifikaw bħala rilevanti, pereżempju minħabba l-perikli identifikati (eż. il-mikroplastiċi, in-nitrati, il-pestiċidi jew il-prodotti mediċinali identifikati skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17)), minħabba l-preżenza naturali tagħhom fiż-żona tal-astrazzjoni (pereżempju l-arseniku), jew minħabba informazzjoni mingħand il-fornituri tal-ilma (eż. żieda f’daqqa ta’ parametru speċifiku f’ilma mhux ittrattat). B'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, dawk il-parametri jenħtieġ li jintużaw bħala markaturi li permezz tagħhom tixkatta azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-korpi tal-ilma, bħal pereżempju miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ mitigazzjoni (inkluż riċerka biex, fejn meħtieġ, jiġu mifhuma l-impatti fuq is-saħħa), biex dawk il-korpi tal-ilma jiġu protetti u jiġi indirizzat is-sors jew ir-riskju tat-tniġġis, f’kooperazzjoni mal-forniturimal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi dawk responsabbli minn sustanzi niġġiesa jew sorsi ta' sustanzi niġġiesa potenzjali.Meta permezz tal-valutazzjoni tal-perikli, Stat Membru jidentifika li parametru ma jkunx preżenti f'żona tal-astrazzjoni partikolari, pereżempju minħabba li dik is-sustanza qatt ma tinstab fl-ilma ta' taħt l-art jew fl-ilma tal-wiċċ), l-Istat Membru jenħtieġ li jinforma lill-fornituri tal-ilma rilevanti u mal-partijiet ikkonċernatijenħtieġ li jkun jista' jippermettilhom inaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ għal dak il-parametru, jew ineħħu dak il-parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, mingħajr ma titwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-provvista. [Em. 18]
(10) Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-perikli, id-Direttiva 2000/60/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-korpi tal-ilma li jintużaw għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u jimmonitorjawhom, u li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi evitata deterjorazzjoni fil-kwalità tagħhom sabiex jitnaqqas il-livell ta’ trattament ta’ purifikazzjoni meħtieġ fil-produzzjoni tal-ilma tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Biex jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni tal-obbligi, jenħtieġ li meta jwettqu l-valutazzjoni tal-perikli, l-Istati Membri jagħmlu użu mill-monitoraġġ li għandu jitwettaq skont l-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u skont l-Anness V ta’ dik id-Direttiva, u mill-miżuri inklużi fil-programmi tagħhom ta’ miżuri skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE.
(11) Fil-punt li fih l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem isir disponibbli għall-utent xieraq, għandu jkun hemm konformità mal-valuri parametriċi użati biex tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Madankollu, il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tista’ tkun influwenzata mis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika. Id-WHO tinnota li, mill-patoġeni kollha li jinġarru mill-ilma, il-Legionella tikkawża l-ogħla piż sanitarju fl-Unjoni, b'mod partikolari l-Legionella pneumophila li tikkawża l-parti l-kbira tal-mard tal-Legionella fl-Unjoni. Din tiġi trażmessa permezz tan-nifs minn sistemi tal-ilma sħun, pereżempju waqt li dak li jkun ikun qed jieħu doċċa. Għalhekk, hija marbuta b’mod ċar mas-sistema ta’ distribuzzjoni domestika. Billi l-impożizzjoni ta’ obbligu unilaterali biex il-postijiet pubbliċi u privati kollha jiġu mmonitorjati għal dan il-patoġenu twassal għal spejjeż mhux raġonevoli u għoljin wisq u tmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà, valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika hija għalhekk iktar adattata biex tindirizza din il-kwistjoni, b'attenzjoni speċjali fir-rigward tal-postijiet ta' prijorità. Barra minn hekk, anki r-riskji potenzjali li jistgħu jirriżultaw minn prodotti u minn materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika. Għalhekk, il-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika jenħtieġ tinkludi, inter alia, l-iffokar tal-monitoraġġ fuq postijiet ta’ prijorità, il-valutazzjoni tar-riskji li jirriżultaw mis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika u mill-prodotti u l-materjali relatati, u l-verifika tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem abbażi tad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18). L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) għandha tiġi pprovduta flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw, inter alia, li l-miżuri xierqa ta’ kontroll u ta’ ġestjoni (eż. f’każ ta’ tifqigħat) huma fis-seħħ, f’konformità mal-gwida tad-WHO(20), u li l-migrazzjoni minn prodotti għall-bini ma tkunx ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 305/2011, fejn dawn il-miżuri jimplikaw limiti għall-moviment ħieles ta’ prodottisustanzi u materjali fl-Unjoni, dawn il-limiti għandhom ikunu debitament ġustifikati u strettament proporzjonati, filwaqt lili jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsumm mill-bniedem ma tkunx għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membriperiklu għas-saħħa tal-bniedem. [Em. 19]
(12) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tat-trattament, it-tagħmir u l-materjali ma rnexxilhomx jindirizzaw l-ostakoli għas-suq intern fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew jipprovdu protezzjoni suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem. L-approvazzjonijiet tal-prodotti fil-livell nazzjonali għadhom fis-seħħ, iżda l-Istati Membri għandhom rekwiżiti differenti. B'riżultat ta' dan, il-manifatturi jsibuha diffiċli biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom fl-Unjoni kollha. It-tneħħija ta' ostakoli tekniċi tista' tinkiseb b'mod effettiv biss billi jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011. Dak ir-Regolament jippermetti li jiġu żviluppati standardsDik is-sitwazzjoni hija dovuta għall-fatt li ma hemm l-ebda standards minimi Ewropej li jarmonizzaw il-metodi ta' valutazzjoniiġjene għall-prodotti għall-bini li jiġuu l-materjali kollha f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u li jiġu stabbiliti livelli ta' limitu u klassijiet b'rabta mal-livell ta' prestazzjoni ta' karatteristika essenzjali. Għal dak l-għan, fil-Programm ta' Ħidma għall-istandardizzazzjoni tal-2017(21) ġiet inkluża talba ta' standardizzazzjoni li teħtieġ, b'mod speċifiku, ħidma ta' standardizzazzjoni b'rabta mal-iġjenedan huwa essenzjali biex jiġi żgurat bis-sħiħ ir-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri. It-tneħħija tal-ostakoli tekniċi u s-sikurezza għall-prodottil-konformità tal-prodotti u l-materjali kollha li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, u sal-2018 se jinħareġ istandard. Il-pubblikazzjoni ta' dan l-istandard armonizzat f'Il-Ġurnal Uffiċjalifil-livell tal-Unjoni, għalhekk, jistgħu jinkisbu b'mod effettiv biss billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta' kwalità fil-livell tal-Unjoni Ewropea se jiżgura li jkun hemm proċess razzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet għat-tqegħid fis-suq u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti għall-biniB'konsegwenza ta' dan, dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jissaħħu permezz ta' proċedura ta' armonizzazzjoni ta' tali prodotti u materjali.Dik il-ħidma jenħtieġ li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkunu sikuri. B'konsegwenzatibbaża fuq l-esperjenza u l-progress miksuba minn għadd ta' dan, id-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ jitħassru, għandhom jiġu sostitwiti b'mod parzjali minn dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika u għandhom jiġu kkumplimentati minn standards armonizzati rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011Stati Membri li għal diversi snin ilhom jaħdmu, fi sforz miftiehem, biex joħolqu konverġenza regolatorja. [Em. 20]
(13) Jenħtieġ li kull Stat Membru jiżgura li jiġu stabbiliti programmi li bihom jara li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Il-biċċa l-kbira mill-monitoraġġ li jsir għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jitwettaq mill-fornituri tal-ilma, iżda, meta jkun neċessarju, l-Istati Membri jenħtieġ li jiċċaraw taħt liema awtoritajiet kompetenti jaqgħu l-obbligi li jirriżultaw mit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li tingħata ċerta flessibbiltà lill-fornituri tal-ilma fir-rigward tal-parametri li jimmonitorjaw għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista. Jekk parametru ma jiġix rilevat, il-fornituri tal-ilma jenħtieġ ikunuli jkunu jistgħu jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ, jew jieqfu għalkollox milli jimmonitorjaw dak il-parametru. Il-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista tenħtieġjenħtieġ li tiġi applikata għall-biċċa l-kbira tal-parametri. Madankollu, lista ewlenija ta’ parametri tenħtieġjenħtieġ li dejjem tiġi mmonitorjata b’ċerta frekwenza minima. Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipalment dispożizzjonijiet dwar il-frekwenza tal-monitoraġġ għal finijiet ta’ kontrolli tal-konformità, u dispożizzjonijiet limitati biss dwar il-monitoraġġ għal finijiet operattivi. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ monitoraġġ addizzjonali għal finijiet operattivi biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tat-trattament tal-ilma, skont id-diskrezzjoni tal-fornituri SWD(2016)0185 tal-ilma. F’dan ir-rigward, il-fornituri tal-ilma jistgħu jirreferu għal-Linji Gwida u għall-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma tad-WHO. [Em. 21]
(14) L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ jiġi applikat b'mod gradwali mill-fornituri kollha tal-ilma, inkluż mill-fornituri tal-ilma żgħar ħafna, żgħar u medji, peress li l-evalwazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE wasslet biex ġew identifikati nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva minn dawk il-fornituri, li xi drabi kienu kkawżati mill-ispejjeż li jinvolvi t-twettiq ta' operazzjonijiet ta' monitoraġġ mhux meħtieġa, filwaqt li jippermetti l-possibbiltà ta' derogi għal fornituri żgħar ħafna. Meta jiġi applikat l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, it-tħassib dwar is-sigurtà u t-tħassib relatat mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" jenħtieġ li jitqiesu. Fir-rigward tal-fornituri tal-ilma ż-żgħar, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tappoġġa l-attivitajiet ta' sorveljanza billi tipprovdi appoġġ espert. [Em. 188]
(14a) Sabiex tiġi pprovduta l-iktar protezzjoni b'saħħitha għas-saħħa pubblika, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw distribuzzjoni ċara u bilanċjata tar-responsabbiltajiet għall-applikazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju f'konformità mal-qafas istituzzjonali u legali nazzjonali tagħhom. [Em. 24]
(15) F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards imposti minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istat Membru konċernat jinvestiga minnufih il-kawża u jiżgura li, kemm jista' jkun malajr, tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex titranġa l-kwalità tal-ilma. F'każijiet fejn il-provvista tal-ilma tikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, il-provvista ta' dak l-ilma għandhajenħtieġ li tiġi pprojbita, jew l-użu ta' dak l-ilma għandujenħtieġ li jiġi ristrett.Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi ċċarat liuċ-ċittadini li jistgħu jkunu affettwati jenħtieġ li jkunu informati debitament.Barra minn hekk, fil-każ ta' nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għall-valuri relatati mal-parametri mikrobijoloġiċi u kimiċi jenħtieġ jiġi kkunsidrat b'mod awtomatiku mill-Istati Membri bħala periklu, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeterminaw jekk il-qbiż tal-valuri jikkostitwix riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu, b'mod partikolari, sa liema punt ir-rekwiżiti minimi ma jkunux ġew issodisfati u t-tip ta' parametru kkonċernat. F'każijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni korrettiva biex titranġa l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, skont l-Artikolu 191(2) tat-Trattat, għandhajenħtieġ li tingħata prijorità lill-azzjoni li ssewwi l-kawża tal-problema. [Em. 25]
(15a) Huwa importanti li l-ilma kkontaminat ma jitħalliex ikun ta' periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk jenħtieġ li l-provvista ta' dan l-ilma tiġi mwaqqfa jew li l-użu tiegħu jiġi ristrett. [Em. 26]
(16) Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jibqgħux ikunujiġu awtorizzati jagħtu derogi minn din id-Direttiva. Inizjalment, kienu ntużaw derogi biex l-Istati Membri jingħataw sa disa' snin biex isolvu nuqqas ta' konformità ma' valur parametriku. Din il-proċedura kienet ta' piż kemmwriet li kienet utli għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, f'ċertu, fid-dawl tal-livell ta' ambizzjoni tad-Direttiva. Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnutat li f'ċerti każijiet, din il-proċedura wasslet għal dewmien fl-azzjonijiet korrettivi meħuda, billi l-possibbiltà għal deroga xi drabi ġiet ikkunsidrata bħala perjodu tranżitorju. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjoni dwar id-derogi titħassar. Għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, meta l-valuri parametriċi jinqabżu, id-dispożizzjonijiet relatati ma' azzjonijiet korrettivi jenħtieġ japplikaw immedjatament mingħajr il-possibbiltà li tingħata deroga mill-valur parametriku.Fid-dawl tal-fatt li, l-ewwel nett, il-parametri tal-kwalità previsti f'din id-Direttiva jridu jiġu msaħħa u, it-tieni, li qed tiżdied l-identifikazzjoni tas-sustanzi niġġiesa emerġenti, li jirrikjedi żieda fl-azzjonijiet ta' evalwazzjoni, monitoraġġ u ġestjoni, jenħtieġ li, minkejja dan, xorta tinżamm proċedura ta' deroga adattata għal dawk iċ-ċirkostanzi, dment li tali derogi ma jikkostitwux riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dment li l-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fiż-żona kkonċernata ma tkun tista' tiġi mantnuta bl-ebda mezz raġonevoli ieħor.Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjoni fid-Direttiva 98/83/KE dwar id-derogi tiġi emendata sabiex tiġi żgurata konformità aktar mgħaġġla u aktar effettiva min-naħa tal-Istati Membri mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Id-derogi mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE li jkunu għadhom applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jenħtieġ, madankollu,li jibqgħu japplikaw sa tmiem id-deroga, iżda m'għandhomx jiġġeddu. b'konformità mal-arranġamenti stipulati fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ meta ngħatat id-deroga. [Em. 27]
(17) Fit-tweġiba tagħha għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Right2Water” fl-2014(22), il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal provvista minima tal-ilma, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. Barra minn hekk, impenjat ruħha li tkompli “ttejjeb l-aċċess għal ilma tax-xorb sikur […] għall-popolazzjoni kollha permezz ta’ politiki ambjentali”(23). Dan huwa konformi mal-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa konformi wkoll mal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 6 tan-NU u mal-mira assoċjata li “jinkiseb aċċess universali u ġust għal ilma tax-xorb sikur u affordabbli għal kulħadd”. Il-kunċett ta’ aċċess ġust ikopri firxa wiesgħa ta’ aspetti bħalma huma d-disponibbiltà (pereżempju minħabba raġunijiet ġeografiċi, in-nuqqas ta’ infrastruttura jew is-sitwazzjoni speċifika ta’ ċerti partijiet tal-popolazzjonijiet), il-kwalità, l-aċċettabbiltà, jew l-affordabbiltà finanzjarja. Dwar l-affordabbiltà tal-ilma, huwa importanti li jitfakkar li fl-istabbiliment tat-tariffi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, jekk ikunu qed jistabbilixxu tariffi tal-ilma skont il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż stipulat fid-Direttiva 2000/60/KEf'dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw il-varjazzjoni fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-popolazzjoni u b’hekk jistgħu jadottaw tariffi soċjali jew jieħdu miżuri biex jissalvagwardjaw lill-popolazzjonijiet li jinsabu fi żvantaġġ soċjoekonomiku. B’mod partikolari, din id-Direttiva tittratta l-aspetti ta’ aċċess għall-ilma li huma relatati mal-kwalità u mad-disponibbiltà. Sabiex jiġu indirizzati dawk l-aspetti bħala parti mir-risposta għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u biex ikun hemm kontribut għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(24) li tiddikjara "kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba, inkluż l-ilma", jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhomjkunu meħtieġa jindirizzaw il-kwistjoni tal-aċċess affordabbli għall-ilma fil-livell nazzjonali filwaqt li jgawdu minn ċerta marġni ta’ diskrezzjoni rigward it-tip eżatt ta’ miżuri li għandhom jiġu implimentati. Dan jista’ jsir permezz ta’ azzjonijiet immirati, inter alia, lejn it-titjib tal-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd, pereżempju permezzbilli r-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma ma jsirux aktar stretti b'mod mhux ġustifikat għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, li jżid il-prezz tal-ilma għaċ-ċittadini, billi jitqiegħdu funtani liberament aċċessibbli fl-ibliet, u permezz tal-promozzjoni tal-użu ta’ dan l-aċċess billi jiġi mħeġġeġ l-għoti, mingħajr ħlas, ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-binjiet pubbliċifir-ristoranti, ir-ristoranti, iċ-ċentri kummerċjali u rikreattivi, kif ukoll żoni ta' tranżitu u dawk b'influss pedonali qawwi bħall-istazzjonijiet tal-ferroviji jew l-ajruporti.L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi jiddeterminaw l-aħjar taħlita ta' tali strumenti fir-rigward taċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi tagħhom. [Em. 28]
(18) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar “is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ‘Right2Water’”(25), talab li “l-Istati Membri jenħtieġ jagħtu attenzjoni speċjali lill-bżonnijiet tal-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà”(26). Is-sitwazzjoni speċifika tal-kulturi ta’ minoranza bħar-Rom, is-Sinti, it-Travellers, il-Kalé, il-Gens du voyage, eċċ.,u t-Travellers, kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le – b’mod partikolari b’rabta man-nuqqas ta’ aċċess tagħhom għall-ilma tax-xorb – ġiet rikonoxxuta wkoll fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom(27) u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri(28). Fid-dawl ta’ dak il-kuntest ġenerali, huwa xieraq li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lil gruppi vulnerabbli u emarġinati billi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li dawk il-gruppi jkollhom aċċess għall-ilma. B'kont meħud tal-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż stabbilit fid-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri jenħtieġ li jtejbu l-aċċess għall-ilma għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati mingħajr ma jipperikolaw il-provvista ta' ilma ta' kwalità għolja bi prezz affordabbli għal kulħadd. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu dawn il-gruppi, dawn jenħtieġ li mill-inqas jinkludu refuġjati, komunitajiet nomadiċi, persuni mingħajr dar u kulturi ta’ minoranza bħar-Rom, is-Sinti, it-Travellers, il-Kalé, il-Gens du voyage, eċċ.,u t-Travellers kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le. Dawn il-miżuri mmirati lejn l-iżgurar tal-aċċess, li jitħallew f’idejn l-Istati Membri, jistgħu pereżempju jinkludu l-għoti ta’ sistemi alternattivi ta’ provvista (mezzi ta’ trattament individwali), il-provvista ta’ ilma permezz ta’ tankijiet (trakkijiet u ċisterni) u l-iżgurar tal-preżenza tal-infrastruttura meħtieġa għall-kampijiet. Meta l-awtoritajiet pubbliċi lokali jsiru responsabbli għal dawk l-obbligi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li dawn ikollhom riżorsi finanzjarji u kapaċitajiet tekniċi u materjali suffiċjenti, u jenħtieġ li jappoġġawhom b'konformità ma' dan, billi, pereżempju, jipprovdu appoġġ espert.B'mod partikolari, id-distribuzzjoni tal-ilma lill-gruppi vulnerabbli u emarġinati jenħtieġ li ma toħloqx spejjeż sproporzjonati għall-awtoritajiet pubbliċi lokali. [Em. 29]
(19) Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”(29) jeħtieġ li l-pubbliku jkollu aċċess għal tagħrif ambjentali ċar f’livell nazzjonali. Id-Direttiva 98/83/KE ipprevediet biss aċċess passiv għall-informazzjoni, li jfisser li l-Istati Membri kellhom jiżguraw biss li l-informazzjoni kienet disponibbli. Għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinbidlujenħtieġ li jiġu sostitwiti biex jiġi żgurat li jkun hemm aċċess faċli għal informazzjoni aġġornata informazzjoni aġġornata li tkun komprensibbli u rilevanti għall-konsumaturi u faċilment aċċessibbli, pereżempju fuqfi ktejjeb, sit web li l-ħolqa tiegħu titqassam b’mod attiv jew applikazzjoni intelliġenti. L-informazzjoni aġġornata m’għandhiex tinkludijenħtieġ li mhux biss ir-riżultatitinkludi r-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ, iżda wkoll informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun utli għall-pubbliku, bħal informazzjoni dwar l-indikaturi (il-ħadid, l-ebusija, il-minerali, eċċ.), li ta’ spiss tinfluwenza l-perċezzjoni tal-konsumaturi rigward l-ilma tal-vit. Għal dak l-għan,bħall-eżitu tal-azzjonijiet meħuda għall-monitoraġġ tal-fornituri tal-ilma fir-rigward tal-parametri tal-kwalità tal-ilma u informazzjoni dwar il-parametri indikaturi tad-Direttiva 98/83/KE li ma pprovdewx informazzjoni relatata mas-saħħa għandhom jinbidlu b’informazzjoni fuq l-internet dwar dawn il-parametri elenkati fil-PartiBa tal-Anness I. Għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna, fuq l-internet għandu jkun hemm disponibbli wkoll informazzjoni addizzjonali dwar, inter alia, l-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni, il-governanza, l-istruttura tal-ispejjeżtariffarja u t-trattament applikat. Huwa preżunt li għarfien aħjar għall-konsumaturi u trasparenza L-iskop tal-għarfien aħjar tal-konsumaturi dwar informazzjoni rilevanti u t-trasparenza mtejba se jikkontribwixxu biexjenħtieġ li jkun li tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fl-ilma fornut lilhom, kif ukoll fis-servizzi tal-ilma, u dan jenħtieġ. Dan, min-naħa tiegħu, huwa mistenni li jwassal għal żieda fl-użu tal-ilma tal-vit, biex b’hekk jingħata kontribut biex jitnaqqsu l-iskartbħala ilma tax-xorb, li mbagħad jista' jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-iskart tal-plastik u l-emissjonijiettal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, u għal impatt pożittiv fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fuq l-ambjent b’mod ġenerali. [Em. 30]
(20) Għall-istess raġunijiet, u sabiex il-konsumaturi jsiru aktar konxji dwar l-implikazzjonijiet tal-konsum tal-ilma, huma għandhomjenħtieġ li jirċievu wkoll informazzjoni (pereżempjub'mod faċilment aċċessibbli, pereżempju fil-fattura tagħhom jew permezz ta’ applikazzjonijiet intelliġenti) dwar il-volum ikkunsmat fis-sena, dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffi impostiil-bidliet fil-konsum, tqabbil mal-konsum medju ta' unità domestika, meta tali informazzjoni tkun disponibbli għall-fornitur tal-ilma, dwar l-istruttura tat-tariffa imposta mill-fornitur tal-ilma, inklużi l-ispejjeżinkluża d-distribuzzjoni tal-partijiet varjabbli u dawk fissi tagħha, kif ukoll dwar il-prezz għal kull litru ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex b’hekk ikun jista’ jsir tqabbil mal-prezz tal-ilma fi fliexken. [Em. 31]
(21) Il-prinċipji fundamentali li għandhom jiġu kkunsidrati fl-iffissar tat-tariffi tal-ilma, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, jiġifieri l-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma u l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, huma stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE f'dik id-Direttiva. Madankollu, is-sostenibbiltà finanzjarja tal-provvista tas-servizzi tal-ilma mhux dejjem tiġi żgurata, u xi kultant dan iwassal għal nuqqas ta’ investiment fil-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ilma. Permezz tat-titjib tat-tekniki ta’ monitoraġġ, ir-ratiil-livelli ta’ tnixxija – prinċipalment minħabba dan in-nuqqas ta’ investiment – saru dejjem aktar evidenti, u t-tnaqqis tat-telf tal-ilma għandujenħtieġ li jiġi imħeġġeġmħeġġeġ fil-livell tal-Unjoni biex tittejjeb l-effiċjenza tal-infrastruttura tal-ilma. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li din il-kwistjoni tiġi indirizzata billi jiżdiedu t-trasparenza u l-informazzjoni għall-konsumaturi rigward ir-rati ta’ tnixxija u l-effiċjenza enerġetika sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar din il-kwistjoni, l-informazzjoni relatata magħha jenħtieġ li tiġi kondiviża b'mod aktar trasparenti mal-konsumaturi. [Em. 32]
(22) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30) għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt ta’ aċċess għat-tagħrif ambjentali fl-Istati Membri f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Din tiġbor fiha obbligi ġenerali relatati kemm mal-għoti tat-tagħrif ambjentali fuq talba kif ukoll mat-tixrid ta’ dan it-tagħrif b’mod attiv. Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31) ukoll għandha kamp ta’ applikazzjoni wiesa’, u tkopri l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ġeografika, inklużi settijiet ta’ dejta dwar suġġetti ambjentali differenti. Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tad-dejta jikkumplimentaw dawk id-Direttivi, u li dawn ma joħolqux sistema legali separata. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar l-informazzjoni għall-pubbliku u dwar l-informazzjoni fuq il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.
(23) Id-Direttiva 98/83/KE ma stabbilixxietx obbligi ta’ rappurtar għall-fornituri tal-ilma ż-żgħar. Biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata, u biex tiġi indirizzata l-ħtieġa għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-konformità, għandha tiddaħħal sistema ġdida skont liema l-Istati Membri jridu jistabbilixxu, jaġġornaw b’mod kontinwu u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent settijiet ta’ dejta li jkun fihom biss dejta rilevanti, bħalma huma okkorrenzi meta jinqabżu l-valuri parametriċi u inċidenti ta’ ċerta importanza. Dan għandu jiżgura li l-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha jibqa’ limitat kemm jista’ jkun. Biex jiżguraw infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, għar-rappurtar u għall-kondiviżjoni tad-dejta bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jibbażaw l-ispeċifikazzjonijiet tad-dejta fuq id-Direttiva 2007/2/KE u fuq l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha.
(24) Id-dejta rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex meħtieġa biss għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità iżda hija essenzjali wkoll biex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni billi tqabbilha mal-għanijiet li trid tikseb sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni f’konformità mal-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016(32). F’dan il-kuntest, hemm ħtieġa għal dejta rilevanti li tippermetti valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effettività, tar-rilevanza u tal-valur miżjud tal-UE tad-Direttiva, u huwa proprju għalhekk li hemm bżonn li jiġu żgurati mekkaniżmi xierqa ta’ rappurtar li jistgħu jservu wkoll bħala indikaturi għal evalwazzjonijiet futuri ta’ din id-Direttiva.
(25) Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva fċertu perjodu ta’ żmien li jibda mid-data stipulata għat-traspożizzjoni tagħha. Dik l-evalwazzjoni għandhajenħtieġ li tkun ibbażata fuq esperjenza miksuba u fuq dejta miġbura matul l-implimentazzjoni tad-Direttiva, fuq dejta xjentifika, analitika, epidemjoloġika rilevantikwalunkwe rakkomandazzjoni disponibbli tad-WHO u fuq kwalunkwe rakkomandazzjonijiet disponibbli tad-WHO dejta xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti. [Em. 34]
(26) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva għandha l-għan li tippromwovi l-prinċipji relatati mal-kura tas-saħħa, mal-aċċess għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, mal-ħarsien tal-ambjent u mal-protezzjoni tal-konsumatur.
(27) Kif stabbilixxiet il-Qorti tal-Ġustizzja f’ħafna okkażjonijiet, fil-prinċipju, l-esklużjoni tal-possibbiltà li obbligu impost minn direttiva ma jkunx jista’ jiġi invokat minn persuni konċernati, mhuwiex kompatibbli mal-effett vinkolanti mogħti lil direttiva bit-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 tat-Trattat. Dik il-konsiderazzjoni tapplika, b’mod partikolari, b’rabta ma’ direttiva li għandha l-objettiv li tħares is-saħħa tal-bniedem mill-effetti ħżiena ta’ kull tniġġis ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali(33), il-membri kkonċernati tal-pubbliku għandu jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-ħarsien tad-dritt li wieħed jgħix f’ambjent li huwa xieraq għas-saħħa u l-benesseri personali. Barra minn hekk, fejn għadd kbir ta’ persuni jkunu f’“sitwazzjoni ta’ dannu ta’ massa”, minħabba l-istess prattiki illegali relatati mal-ksur tad-drittijiet mogħtija minn din id-Direttiva, dawn il-persuni jenħtieġ ikollhom il-possibbiltà li jużaw mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv, fejn dawn il-mekkaniżmi jkunu ġew stabbiliti mill-Istati Membri skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/396/UE(34).
(28) Sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress xjentifiku u tekniku jew sabiex jiġu speċifikati rekwiżiti ta’ monitoraġġ għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-perikli u tal-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandhajenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex din temenda l-Annessi I sa IV ta’ din id-Direttiva, u tieħu l-miżuri meħtieġa skont il-bidliet stipulati taħt l-Artikolu 10. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. Barra minn hekk, minħabba l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom(35), is-setgħa mogħtija stipulata fin-Nota 10 tal-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83/KE sabiex jiġu stabbiliti l-frekwenzi tal-monitoraġġ u l-metodi ta’ monitoraġġ għal sustanzi radjuattivi ma għadhiex tapplika, u għalhekk għandhajenħtieġ li titħassar. Is-setgħa mogħtija stipulata fit-tieni paragrafu tal-parti A tal-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE rigward l-emendi tad-Direttiva m’għadhiex meħtieġa, u għalhekk għandhajenħtieġ li titħassar. [Em. 35]
(29) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni għall-adozzjoni tal-format tal-informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u għall-adozzjoni tal-modalitajiet għall-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni, li għandha tingħata lill-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma. Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħat ta’ implimentazzjoni għall-adozzjoni tal-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri u li għandha tiġi kkompilata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u għall-adozzjoni tal-modalitajiet għall-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(36).
(30) Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(37), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni li huma applikabbli b’rabta mal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
(31) Id-Direttiva 2013/51/Euratom tistabbilixxi arranġamenti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, din id-Direttiva ma għandhiex tistabbilixxi valuri parametriċi b’rabta mar-radjuattività.
(32) Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jista’ pjuttost jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.
(33) L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbel mad-Direttivi preċedenti. L-obbligu tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula jirriżulta mid-Direttivi preċedenti.
(34) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għan
1. Din id-Direttiva hi dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd fl-Unjoni. [Em. 36]
2. L-għan ta’ din id-Direttiva għandu jkun dak li s-saħħa tal-bniedem tiġi mħarsa mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġis tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb, u li jiġi provdut aċċess universali għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 163, 189, 207 u 215]
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
1. “ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem” tfisser l-ilma kollu, fl-istat oriġinali tiegħu jew wara trattament, maħsub għax-xorb, tisjir, tħejjija jew produzzjoni tal-ikel u għanijiet, jew għal finijiet oħra relatati mal-ikel, jew għal għanijiet domestiċi oħra kemm f’postijiet pubbliċi kif ukoll f’postijiet privati,inklużi n-negozji tal-ikel, irrispettivament minn minn fejn ġej u minn jekk huwiex provvist minn network ta’ distribuzzjoni, provvist minn tank ċisterna, jew, għal ilma tan-nixxiegħa, imqiegħed ġo fliexken jew kontenituri. [Em. 38]
2. “sistema ta' distribuzzjoni domestika” tfisser is-sistema ta’ pajpijiet, fittings u appliances oħra li huma stallati bejn il-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem kemm f’postijiet pubbliċi kif ukoll f’postijiet privati u r-retikolat ta' distribuzzjoni imma biss jekk dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' min jipprovdi l-ilma, skont il-liġi nazzjonali relevanti. [Em. 39 ma taffettwax il-lingwa maltija]
3. “fornitur tal-ilma” tfisser entità ġuridika li bħala medja tforni mill-inqas 10 m3 ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kuljum. [Em. 40]
3a. "fornitur tal-ilma żgħir ħafna" tfisser fornitur tal-ilma li jforni inqas minn 50 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi inqas minn 250 persuna. [Em. 41]
4. “fornitur tal-ilma żgħir” tfisser fornitur tal-ilma li jforni inqas minn 500 m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi inqas minn 5 0002 500 persuna. [Em. 42]
4a. "fornitur tal-ilma medju" tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 500 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 2 500 persuna. [Em. 43]
5. “fornitur tal-ilma kbir” tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 5005 000m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 5 00025 000 persuna. [Em. 44]
6. “fornitur tal-ilma kbir ħafna” tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 5 000 20 000 m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 50 000100 000 persuna. [Em. 45]
7. “postijiet ta’ prijorità” tfisser binjiet kbar li ma jkunux unitajiet domestiċi, b’ħafna utentipersuni, b'mod partikolari persuni vulnerabbli, li potenzjalment jistgħu jkunu esposti għal riskji relatati mal-ilma, bħal sptarijiet, istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, djar tal-anzjani, skejjel, universitajiet u faċiltajiet oħra tal-edukazzjoni, crèches u skejjel primarji, faċilitajiet sportivi, rikreattivi, tad-divertiment u ta' eżibizzjoni, binjiet b’faċilità ta’ akkomodazzjoni, istituzzjonijiet penali u żoni għall-ikkampjar, kif identifikati mill-Istati Membri. [Em. 46]
8. “gruppi vulnerabbli u emarġinati” tfisser persuni iżolati mis-soċjetà, bħala riżultat ta’ diskriminazzjoni jew ta’ nuqqas ta’ aċċess għal drittijiet, riżorsi jew opportunitajiet, u li huma aktar esposti għal firxa ta’ riskji possibbli relatati mas-saħħa tagħhom, mas-sigurtà tagħhom, man-nuqqas ta’ edukazzjoni, mal-involviment tagħhom fi prattiki li jagħmlu ħsara, jew ma’ riskji oħra, meta mqabbel mal-bqija tas-soċjetà.
8a. "negozju tal-ikel" tfisser negozju tal-ikel kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. [Em. 47]
Artikolu 3
Eżenzjonijiet
1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:
(a) ilmijiet minerali naturali magħrufin bħala tali mill-awtorità responsabbli, kif imsemmija fid-Direttiva 2009/54/KE;
(b) ilmijiet li huma prodotti mediċinali skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE.
1a. Għall-ilma li jintuża fin-negozji tal-ikel għall-manifattura, l-ipproċessar, il-preservazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti jew sustanzi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom japplikaw biss l-Artikoli 4, 5, 6 u 11 ta' din id-Direttiva. Minkejja dan, l-ebda wieħed mill-Artikoli ta' din id-Direttiva ma għandu japplika meta operatur ta' negozju tal-ikel ikun jista' juri b'mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li l-kwalità tal-ilma li juża ma jaffettwax l-iġjene tal-prodotti jew is-sustanzi li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu u li tali prodotti u sustanzi jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(38). [Em. 48]
1b. Produttur tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri m'għandux jitqies bħala fornitur tal-ilma.
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem imqiegħed fi fliexken jew kontenituri sakemm dawn ma jkunux koperti mill-obbligi skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. [Em. 49]
1c. Il-bastimenti marittimi li jwettqu desalinizzazzjoni tal-ilma u jġorru l-passiġġieri u jaġixxu bħala fornituri tal-ilma għandhom ikunu soġġetti biss għall-Artikoli 1 sa 7 u 9 sa 12 ta' din id-Direttiva u l-Annessi tagħha. [Em. 50]
2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva:
(a) ilma maħsub esklussivament għal dawk l-għanijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li l-kwalità tal-ilma m'għandux influwenza, la diretta u lanqas indiretta, fuq is-saħħa tal-konsumaturi konċernati;
(b) ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun ġej minn provvista individwali li tipprovdi medja ta' inqas minn 10 metri kubi kuljum jew li sservi inqas minn 50 persuna, sakemm l-ilma ma jkunx provvist bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika.
3. L-Istati Membri li jirrikorru għall-eżenzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 2(b) għandhom jiżguraw li l-popolazzjoni konċernata tiġi mgħarrfa dwar dan u dwar kwalunkwe azzjoni li tista' tittieħed biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem minn effetti ħżiena kkawżati minn kwalunkwe tniġġis ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, meta jkun evidenti li hemm ħsara potenzali għas-saħħa tal-bniedem ġejja mill-kwalità ta' dan l-ilma, il-popolazzjoni konċernata għandha tiġi mgħarrfa minnufih.
Artikolu 4
Obbligi Ġenerali
1. Mingħajr preġudizzju lejn l-obbligi tagħhom skont dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni , l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huwa nadif u tajjeb għas-saħħa. Għall-għanijijiet tar-rekwiżiti minimi ta' din id-Direttiva, l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu jkun tajjeb għas-saħħa u nadif jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin :
(a) ma jkunx fih mikro-organiżmi u parassiti u sustanzi li, f'numri jew konċentrazzjonijiet, jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem;
(b) jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I;
(c) l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 12 ta' din id-Direttiva.:
(i) fl-Artikoli 4 sa 12 ta' din id-Direttiva għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fornut lill-konsumaturi finali minn netwerk ta' distribuzzjoni jew minn ċisterna;
(ii) fl-Artikoli 4, 5 u 6 u l-Artikolu 11(4) ta' din id-Direttiva għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħed fi flixken jew f'kontenituri f'negozju tal-ikel;
(iii) fl-Artikoli 4, 5, 6 u 11 ta' din id-Direttiva, għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem prodott u użat f'negozju tal-ikel għall-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel. [Em. 51]
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva jaderixxu b'mod sħiħ mal-prinċipju ta' prekawzjoni u fl-ebda ċirkostanzi ma jippermettu, direttament jew indirettament, xi tnaqqis tal-kwalità preżenti tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u lanqas xi żieda fit-tniġġis ta' ilmijiet użati għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 52]
2a. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni tal-livelli ta' tnixxija tal-ilma fit-territorju tagħhom u tal-potenzjal ta' titjib fit-tnaqqis ta' tnixxija tal-ilma fis-settur tal-ilma tax-xorb.Dik il-valutazzjoni għandha tieħu kont tal-aspetti ekonomiċi, tekniċi, ambjentali u ta' saħħa pubblika rilevanti. L-Istati Membri għandhom jadottaw, sal-31 ta' Diċembru 2022, miri nazzjonali biex inaqqsu l-livelli ta' tnixxija tal-fornituri tal-ilma fit-territorju tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2030.L-Istati Membri jistgħu jipprovdu inċentivi sinifikanti sabiex jiżguraw li l-fornituri tal-ilma fit-territorju tagħhom jissodisfaw dawn ir-rati. [Em. 53]
2b. Jekk awtorità kompetenti inkarigata mill-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tgħaddi lil fornitur tal-ilma l-ġestjoni tal-attivitajiet kollha ta' produzzjoni jew ta' distribuzzjoni tal-ilma, jew ta' parti minnhom, il-kuntratt bejn l-awtorità kompetenti u l-fornitur tal-ilma għandu jispeċifika r-responsabbiltajiet ta' kull parti skont din id-Direttiva. [Em. 54]
Artikolu 5
Standards tal-Kwalità
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri stipulati fl-Anness I , li m’għandhomx ikunu inqas stretti mill-valuri stipulati fl-istess Anness. [Em. 55]
1a. Il-valuri stabbiliti skont il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu inqas stretti minn dawk stipulati fil-Partijiet A, B u Ba tal-Anness I.F'dak li jirrigwarda l-parametri stipulati fil-Parti Ba tal-Anness I, il-valuri għandhom ikunu stabbiliti biss għal finijiet ta' monitoraġġ u bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12. [Em. 56]
2. Stat Membru għandu jistabbilixxi valuri għal parametri oħra mhux inklużi fl-Anness I jekk dan ikun meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fit-territorju nazzjonali tiegħu jew f’parti minnu. Il-valuri stabbiliti għandhom, tal-inqas, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1)(a).
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-aġenti tat-trattament, il-materjali u l-proċeduri ta' diżinfezzjoni użati għal finijiet ta' diżinfezzjoni fis-sistemi tal-provvista tal-ilma ma jaffettwawx ħażin il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.Kwalunkwe kontaminazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem bl-użu ta' tali aġenti, materjali u proċeduri għandha tiġi minimizzata mingħajr, madankollu, ma tiġi kompromessa l-effettività tad-diżinfezzjoni. [Em. 57]
Artikolu 6
Punt ta' konformità
Il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 għall-parametri mniżżla fl-Anness I, partijiet A, B u B C, għandhom jiġu mħarsa: [Em. 58]
(a) fil-każ ta' ilma provvist minn retikolat ta' distribuzzjoni, fil-punt , f’post jew fi stabbiliment li minnu joħroġ mill-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem;
(b) fil-każ ta' ilma provvist minn tank, fil-punt fejn joħroġ mit-tank;
(c) fil-każ ta' ilma tan-nixxiegħa maħsub għall-konsum mill-bniedem imqiegħed fi fliexken jew f'kontenituri, fil-punt li fihfejn l-ilma huwa mqiegħed fi fliexkenjitqiegħed fil-fliexken jew fil-kontenituri. [Em. 59]
(ca) fil-każ ta' ilma użat f'negozju tal-ikel meta l-ilma jiġi fornut minn fornitur tal-ilma, fil-punt ta' twassil fin-negozju tal-ikel. [Em. 60]
1a. Fil-każ ta' ilma kopert mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu meta jkun jista' jiġi stabbilit li nuqqas ta' konformità mal-parametri previsti fl-Artikolu 5 ikun ikkawżat minn sistema ta' distribuzzjoni privata jew mill-manutenzjoni tagħha, ħlief fir-rigward ta' postijiet ta' prijorità. [Em. 61]
Artikolu 7
L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-sikurezza tal-ilma
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provvista, it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huma soġġetti għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
(a) valutazzjoni tal-perikli ta’ korpi tal-ilma jew ta' partijiet ta' korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, imwettqa mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 8; [Em. 62]
(b) valutazzjoni tar-riskju tal-provvista mwettqa mill-fornituri tal-ilma f'kull sistema tal-provvista tal-ilma għall-finijiet tal-monitoraġġta' salvagwardja u monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma li jfornu, f’konformità mal-Artikolu 9 u mal-Parti C tal-Anness II; [Em. 63]
1a. L-Istati Membri jistgħu jadattaw l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, mingħajr ma jikkompromettu l-objettiv ta' din id-Direttiva rigward il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u s-saħħa tal-konsumaturi, meta jkun hemm limitazzjonijiet partikolari minħabba ċirkostanzi ġeografiċi bħalma huma l-periferiċità jew l-aċċessibbiltà taż-żona tal-provvista tal-ilma. [Em. 64]
1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw distribuzzjoni ċara u xierqa tar-responsabbiltajiet bejn il-partijiet ikkonċernati, skont id-definizzjoni tal-Istati Membri, għall-applikazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju fir-rigward tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u s-sistemi ta' distribuzzjoni domestika. Tali distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet għandha titfassal skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom. [Em. 65]
2. Il-valutazzjonijiet tal-perikli għandhom jitwettqu sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti kull 3 snin, b'kont meħud tar-rekwiżit, previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60/KE, li l-Istati Membri jidentifikaw il-korpi tal-ilma, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ. [Em. 66]
3. Il-fornituri tal-ilma kbar ħafna u l-fornituri tal-ilma kbar għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], filwaqt li l-fornituri tal-ilma ż-żgħar għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju sa [6 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari mhux itwal minn 6 snin, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ. [Em. 67]
3a. Skont l-Artikoli 8 u 9 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji fil-qafas tal-programmi ta' miżuri u tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara previsti rispettivament fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 68]
4. Il-valutazzjonijiet tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika fil-postijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom jitwettqu sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti kull 3 snin, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ. [Em. 69]
Artikolu 8
Valutazzjoni, monitoraġġ u ġestjoni tal-perikli ta’ korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem [Em. 70]
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6 u 7 tad-Direttivagħad-Direttiva 2000/60/KE, b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 8, l-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli mill-ilma, għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tal-perikli li tkopri l-korpi tal-ilma li jintużaw għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li bħala medja jipprovdu aktar minn 10 m3 kuljum. Il-valutazzjoni tal-perikli għandha tinkludi l-elementi li ġejjin: [Em. 71]
(a) l-identifikazzjoni tal-punti kollha ta’ astrazzjoni, kif ukoll ir-referenzi ġeografiċi tagħhom, fil-korpi jew partijiet mill-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli; Peress li d-dejta msemmija f'dan il-punt tista' tkun sensittiva, b'mod partikolari fil-kuntest tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali dejta tiġi protetta u kkomunikata biss lill-awtoritajiet rilevanti; [Em. 72]
(b) l-immappjar ta’ żoni ta’ salvagwardja, meta dawk iż-żoni jkunu ġew stabbiliti skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, u ż-żoni protetti msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva; [Em. 73]
(c) l-identifikazzjoni tal-perikli u tas-sorsi possibbli ta’ tniġġis li jaffettwaw il-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli. Tali riċerka u identifikazzjoni tas-sorsi tat-tniġġis għandhom jiġu aġġornati b'mod regolari sabiex jiġu identifikati sustanzi ġodda li jaffettwaw il-mikroplastiċi, b'mod partikolari l-PFAS. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mir-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettaq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u mill-informazzjoni dwar pressjonijiet sinifikanti miġbura skont il-punt 1.4 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva; [Em. 216]
(d) il-monitoraġġ b’mod regolari tal-korpi jew ta' partijiet minn korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli għas-sustanzi niġġiesa li huma rilevanti għall-provvista tal-ilma u li huma magħżula mil-listi li ġejjin: [Em. 75]
(i) il-parametri elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I ta’ din id-Direttiva;
(ii) sustanzi niġġiesa fl-ilma ta’ taħt l-art elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(39), u sustanzi niġġiesa u indikaturi tat-tniġġis li għalihom il-valuri ta’ limitu ġew stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Anness II ta’ dik id-Direttiva;
(iii) sustanzi ta’ prijorità u ċerti sustanzi niġġiesa oħrajn elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(40);
(iv) il-parametri għal finijiet ta' monitoraġġ biss elenkati fil-Parti Ca tal-Anness I, jew sustanzi niġġiesa oħra rilevanti, bħal pereżempju mikroplastiċi, dment li jkun hemm fis-seħħ metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi kif speċifikat fl-Artikolu 11(5b), jew sustanzi niġġiesa speċifiċi tal-baċiri tax-xmajjar stabbiliti mill-Istati Membri abbażi tar-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettaq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u skont l-informazzjoni dwar pressjonijiet sinifikanti miġbura skont il-punt 1.4 tal-Anness II ta' dik id-Direttiva; [Em. 76]
L-Istati Membri għandhom jagħżlu minn fost il-punti (i) sa (iv) għall-monitoraġġ tal-parametri, tas-sustanzi jew tas-sustanzi niġġiesa li huma kkunsidrati bħala rilevanti fid-dawl tal-perikli identifikati skont il-punt (c), jew fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-fornituri tal-ilma skont il-paragrafu 2.
Għall-fini tal-monitoraġġ b’mod regolari, kif ukoll għall-fini li jiġu identifikati sustanzi ġodda perikolużi permezz ta' investigazzjonijiet ġodda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-monitoraġġ imwettaqmill-kapaċità ta' monitoraġġ u ta' investigazzjoni mwettqa, skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. [Em. 217]
Il-fornituri tal-ilma żgħar ħafna jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, dment li l-awtorità kompetenti jkollha għarfien dokumentat minn qabel u aġġornat tal-parametri rilevanti msemmija f'dawk il-punti.Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti mill-inqas kull tliet snin u aġġornata fejn meħtieġ. [Em. 77]
2. Dawk il-fornituri tal-ilma li jimmonitorjaw l-ilma tagħhom mhux ittrattat għal skopijiet ta’ monitoraġġ operazzjonali għandhom ikunu meħtieġa jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar xejriet u dwar konċentrazzjonijiet mhux tas-soltu ta’ parametri, sustanzi jew sustanzi niġġiesa li jkunu qed jiġu mmonitorjati.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-fornituri tal-ilma li jkunu qed jużaw il-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(d) u, fuq il-bażi ta’ dawn ir-riżultati ta’ monitoraġġ, jistgħu:
(a) jeħtieġu li l-fornituri tal-ilma jwettqu monitoraġġ jew trattament addizzjonali ta’ ċerti parametri;
(b) jippermettu lill-fornituri jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ ta’ ċerti parametri, mingħajr ma jkunu meħtieġa jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-provvista, sakemm ma jkunux parametri ewlenin skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Parti B tal-Anness II, u sakemm ma jkun hemm l-ebda fattur li jista’ jiġi antiċipat b’mod raġonevoli li x’aktarx li jista’ jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma.[Em. 78]
4. F’każijiet fejn fornitur tal-ilma jkun jista’ jnaqqas il-frekwenza tal-monitoraġġ kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), l-Istati Membri għandhom ikomplu jimmonitorjaw, b’mod regolari, dawk il-parametri fil-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli. [Em. 79]
5. Fuq il-bażi tal-informazzjoni kkompilata skont il-paragrafi 1 u 2 u miġbura skont id-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn, jew jiżguraw li dawk il-miżuri jittieħdu mill-fornituri tal-ilma: [Em. 80]
(a) miżuri ta’ prevenzjoni sabiex jitnaqqas il-livell ta’ trattament u biex tiġi salvagwardjata l-kwalità tal-ilma, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(3)(d) tad-Direttiva 2000/60/KE; [Em. 178]
(aa) jiżguraw li dawk li jniġġsu, f'kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, jieħdu miżuri ta' prevenzjoni biex inaqqsu jew jevitaw il-livell ta' trattament meħtieġ u biex jissalvagwardjaw il-kwalità tal-ilma, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(3)(d) tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll miżuri addizzjonali meqjusa bħala meħtieġa abbażi tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; [Em. 82]
(b) miżuri ta’ mitigazzjoni, li huma meqjusa bħala meħtieġa fuq il-bażi tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(d), sabiex jiġi identifikat u indirizzat is-sors tat-tniġġis u jiġi evitat kwalunkwe trattament addizzjonali, meta l-miżuri ta' prevenzjoni jitqiesu li mhumiex vijabbli jew effettivi biżżejjed biex jindirizzaw is-sors tat-tniġġis b'tempestività. [Em. 83]
(ba) meta l-miżuri stabbiliti fil-punti (aa) u (b) ma jiġux meqjusa bħala suffiċjenti biex jipprovdu protezzjoni adegwata għas-saħħa tal-bniedem, jeħtieġu li l-fornituri tal-ilma jwettqu monitoraġġ addizzjonali ta' ċerti parametri fil-punt ta' astrazzjoni jew trattament, jekk ikun strettament meħtieġ għall-prevenzjoni tar-riskji tas-saħħa. [Em. 84]
L-Istati Membri għandhom iwettqu rieżami ta’ kull miżura ta’ dan it-tip fuq bażi regolari.
5a. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-fornituri tal-ilma li jkunu qed jużaw il-korp jew partijiet mill-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 u jistgħu, abbażi ta' dawk ir-riżultati ta' monitoraġġ, u tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafi 1 u 2 u skont id-Direttiva 2000/60/KE:
(a) jippermettu lill-fornituri tal-ilma jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ ta' ċerti parametri, jew in-numru ta' parametri mmonitorjati, mingħajr ma jkunu meħtieġa jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-provvista, dment li l-parametri kkonċernati ma jkunux parametri ewlenin skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Parti B tal-Anness II, u dment ma jkun hemm l-ebda fattur li jista' jiġi antiċipat b'mod raġonevoli li x'aktarx jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma.
(b) meta fornitur tal-ilma jitħalla jnaqqas il-frekwenza tal-monitoraġġ kif imsemmi fil-paragrafu (a), għandhom ikomplu jimmonitorjaw, b'mod regolari, dawk il-parametri fil-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli. [Em. 85]
Artikolu 9
Valutazzjoni, monitoraġġ u ġestjoni tar-riskju tal-provvista [Em. 86]
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-provvista b'konformità mal-Parti C tal-Anness II, li tipprevedi l-possibbiltà li tiġi aġġustata l-frekwenza tal-monitoraġġ għall-parametri individwali elenkati fil-Partijiet A, B u BBa tal-Anness I li mhumiex parametri ewlenin skont il-parti B tal-Anness II, skont l-okkorrenza tagħhom fl-ilma mhux ittrattat. [Em. 87]
Għal dawk il-parametri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jistgħu jiddevjaw mill-frekwenzi tal-kampjunar stipulati fil-Parti B tal-Anness II, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II, u abbażi tal-okkorrenza tagħhom fl-ilma mhux ittrattat u l-mekkaniżmu ta' trattament. [Em. 88]
Għal dak l-għan, il-fornituri tal-ilma għandhom ikunu meħtieġa jqisuiqisu r-riżultati tal-valutazzjoni tal-perikli mwettqa skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u r-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 89]
1a. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-fornituri tal-ilma żgħar ħafna mill-paragrafu 1, dment li l-awtorità kompetenti jkollha għarfien dokumentat minn qabel u aġġornat tal-parametri rilevanti u tqis li ma jkun hemm l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem b'riżultat ta' tali eżenzjonijiet, u mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtorità skont l-Artikolu 4
L-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti kull tliet snin jew meta jiġi identifikat kwalunkwe periklu ġdid ta' tniġġis fil-baċir idrografiku, u aġġornata fejn meħtieġ. [Em. 90]
2. Il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista għandhom jiġu approvati mill-awtoritajietikunu r-responsabbiltà tal-fornituri tal-ilma li għandhom jiżguraw li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għal dan il-għan, il-fornituri tal-ilma jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-awtoritajiet kompetenti.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti japprovaw jew jimmonitorjaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista tal-fornituri tal-ilma [Em. 91]
2a. Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista mwettqa skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jistabbilixxu pjan tas-sikurezza tal-ilma adattat għar-riskji identifikati u proporzjonat għad-daqs tal-fornitur tal-ilma. Pereżempju, dak il-pjan tas-sikurezza tal-ilma jista' jirrigwarda l-użu ta' materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma, il-prodotti ta' trattament tal-ilma, ir-riskji possibbli li jirriżultaw minn pajpijiet li jnixxu, jew miżuri ta' adattament għall-isfidi attwali u dawk futuri, bħat-tibdil fil-klima, u għandu jiġi definit f'aktar dettall mill-Istati Membri. [Em. 92]
Artikolu 10
Valutazzjoni, monitoraġġ u ġestjoni tar-Riskju tad-Distribuzzjoni Domestika [Em. 93]
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika fil-postijiet ta' prijorità, li għandha tinkludi l-elementi li ġejjin: [Em. 94]
(a) valutazzjoni tar-riskji potenzjali assoċjati mas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika, u mal-prodotti u l-materjali relatati, fejn jiġi indikat jekk dawn jaffettwawx il-kwalità tal-ilma fil-punt fejn joħroġ mill-viti li normalment jintużawjintuża għall-konsum mill-bniedem, b’mod partikolari fejn l-ilma jiġi fornut lill-pubbliku f’postijiet ta’ prijorità; [Em. 95]
(b) monitoraġġ regolari tal-parametri elenkati fil-Parti C tal-Anness I, f’postijiet fejn il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem huwa meqjusa bħala tal-ogħla livell. Il-parametri rilevanti u l-postijiet għall-monitoraġġ għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-valutazzjonita' prijorità fejn ikunu ġew identifikati riskji speċifiċi għa-kwalità tal-ilma matul il-valutazzjoni mwettqa skont il-punt (a). [Em. 96]
Rigward il-monitoraġġ regolari msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membril-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess għall-installazzjonijiet fil-postijiet ta' prijorità għall-finijiet ta' teħid ta' kampjuni u jistgħu jistabbilixxu strateġija ta' monitoraġġ li tiffoka fuq il-postijiet ta' prijorità, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-Legionella pneumophila; [Em. 97]
(c) verifika rigward jekk il-prestazzjoni ta' prodotti għall-biniu materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem hijiex xierqa b'rabta mal-karatteristiċi essenzjali relatati mar-rekwiżit bażiku għax-xogħlijiet tal-bini speċifikat fil-punt 3(e) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. [Em. 98]
(ca) verifika rigward jekk il-materjali użati humiex adatti li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u jekk ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 11 humiex issodisfati. [Em. 99]
2. Meta l-Istati Membri jikkunsidraw, abbażi tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1(a), li hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem li tirriżulta mis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika f'postijiet ta' prijorità jew mill-prodotti u l-materjali relatati, jew meta l-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(b) juri li l-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I ma jkunux ġew issodisfati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju ta' nonkonformità mal-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I.:
(a) jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi stipulati fil-Parti C tal-Anness I;
(b) jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-migrazzjoni ta’ sustanzi jew ta’ sustanzi kimiċi minn prodotti għall-bini użati fit-tħejjija jew fid-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma tkunx ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, la direttament u lanqas indirettament;
(c) jieħdu miżuri oħra, bħal metodi xierqa ta' kondizzjonament, f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma, biex jitbiddlu n-natura jew il-karatteristiċi tal-ilma qabel ma dan jiġi fornut sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi wara l-provvista;
(d) jinfurmaw b’mod debitu u jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-konsum u l-użu tal-ilma, u dwar azzjoni possibbli biex jiġi evitat li r-riskju jerġa’ jseħħ;
(e) jorganizzaw taħriġ għall-plamers u għal professjonisti oħra involuti fis-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika u fl-installazzjoni ta’ prodotti għall-bini;
(f) b’rabta mal-Legionella, jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri effettivi ta’ kontroll u ġestjoni sabiex jiġu pprevjenuti u indirizzati okkorrenzi possibbli ta’ tifqigħat ta’ mard. [Em. 100]
2a. Sabiex jitnaqqsu r-riskji assoċjati mad-distribuzzjoni domestika fis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika kollha, l-Istati Membri għandhom:
(b) jinfurmaw lill-konsumaturi u lis-sidien tal-postijiet pubbliċi u privati dwar il-miżuri li għandhom l-għan li jeliminaw jew inaqqsu r-riskju tan-nuqqas ta' konformità mal-istandards tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minħabba s-sistema ta' distribuzzjoni domestika;
(c) jinfurmaw b'mod debitu u jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-konsum u l-użu tal-ilma, u dwar azzjoni possibbli biex jiġi evitat li r-riskju jerġa' jseħħ;
(d) jippromwovu taħriġ għall-plamers u għal professjonisti oħra involuti fis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika u fl-installazzjoni ta' materjali u prodotti għall-bini f'kuntatt mal-ilma; u
(e) f'dak li jirrigwarda l-Legionella, b'mod partikolari l-Legionella pneumophila, għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri ta' kontroll u ġestjoni effettivi u proporzjonati għar-riskju sabiex jiġu evitati u indirizzati okkorrenzi possibbli ta' tifqigħat tal-marda. [Em. 101]
Artikolu 10a
Rekwiżiti minimi tal-iġjene għall-prodotti, is-sustanzi u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li s-sustanzi u l-materjali użati għall-manifattura tal-prodotti ġodda kollha li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, li jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-astrazzjoni, it-trattament jew id-distribuzzjoni, jew l-impuritajiet assoċjati ma' tali sustanzi:
(a) ma jnaqqsux direttament jew indirettament il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kif previst f'din id-Direttiva;
(b) ma jaffettwawx ir-riħa jew it-togħma tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;
(c) ma jkunux preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f'konċentrazzjoni ogħla mil-livell meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop li għalih ikunu qed jintużaw;u
(d) ma jiffavorixxux l-iżvilupp mikrobijoloġiku.
2. Għall-finijiet li tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata tal-paragrafu 1, sa ... [tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 19 sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tal-iġjene u l-lista ta' sustanzi użati għall-produzzjoni tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u jkunu approvati fl-Unjoni, inklużi limiti speċifiċi ta' migrazzjoni u kundizzjonijiet speċjali tal-użu kull fejn ikun applikabbli.Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u taġġorna b'mod regolari l-lista f'konformità mal-aħħar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.
3. Sabiex jappoġġa lill-Kummissjoni fl-adozzjoni u l-emendar tal-atti delegati skont il-paragrafu 2, għandu jitwaqqaf kumitat permanenti li jkun magħmul minn rappreżentati maħtura mill-Istati Membri li jistgħu jitolbu l-għajnuna ta' esperti jew konsulenti.
4. Il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li huma koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll(41), għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. [Em. 102]
Artikolu 11
Kontrolli
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jsiru kontrolli regolari tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex jaraw li l-ilma disponibbli għall-konsumaturidan jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u partikolarment il-valuri parametriċi dikjarati skont l-Artikolu 5. Għandhom jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-kwalità tal-ilma kkunsmat matul is-sena. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, fejn id-diżinfettazzjoni hi parti mill-preparazzjoni jew distribuzzjoni tal-ilma maħsub għal-konsum mill-bniedem, l-effiċjenza tad-diżinfettazzjoni hi verifikata, u li kwalunkwe tniġġis minn sustanzi prodotti mill-istess diżinfettazzjoni jinżamm baxx kemm jista' jkun mingħajr ma jikkomprometti d-disinfettazzjoni. [Em. 103]
2. Biex jiġu ssodisfati l-obbligi imposti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti programmi xierqa ta' kontroll skont il-Parti A tal-Anness II, għall-ilma kollu maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawn il-programmi ta' kontroll għandhom jikkonsistu mill-elementi li ġejjin:
(a) il-monitoraġġ tal-parametri elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I, u tal-parametri stabbiliti skont l-Artikolu 5(2), skont l-Anness II, u, meta titwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-provvista, skont l-Artikolu 9;
(b) il-monitoraġġ tal-parametri elenkati fil-Parti C tal-Anness I, għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika, kif previst fl-Artikolu 10(1)(b);
(c) il-monitoraġġ, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-perikli, kif previst fl-Artikolu 8(1)(d).
3. Il-punti li minnhom jittieħdu l-kampjuni għandhom jiġu determinati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti relevanti stipulati fil-Parti D tal-Anness II.
4. L-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet għall-analiżi tal-parametri mniżżla fl-Anness III , skont il-prinċipji li ġejjin:
(a) jistgħu jintużaw metodi ta’ analiżi differenti minn dawk speċifikati fil-Parti A tal-Anness III, sakemm ikun jista' jintwera li r-riżultati miksuba jkunu ta' min joqgħod fuqhom għall-inqas daqs dawk miksuba bil-metodi speċifikati billi l-Kummissjoni tiġi pprovduta bit-tagħrif relevanti kollu dwar dawn il-metodi u l-ekwivalenza tagħhom;
(b) fħal dawk il-parametri mniżżla fil-Parti B tal-Anness III, jista’ jintuża kwalunkwe metodu ta’ analiżi sakemm dan jissodisfa r-rekwiżiti dikjarati fihom.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru kontrolli żejda, każ b'każ, fuq sustanzi u mikro-organiżmi li għalihom ma kien stabbilit l-ebda valur parametriku skont l-Artikolu 5, jekk hemm raġuni biex wieħed jaħseb li dawn jistgħu ikunu preżenti f'ammonti jew numri li jikkostitwixxu periklu potenzali għas-saħħa tal-bniedem.
5a. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq b'konformità mal-monitoraġġ tal-parametri elenkati fil-Parti Ca tal-Anness I sa ... [tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u minn hemm 'il quddiem darba fis-sena.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex temenda din id-Direttiva billi taġġorna s-sustanzi inklużi fil-lista ta' sorveljanza stipulata fil-Parti Ca tal-Anness I. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżid sustanzi meta jkun hemm riskju li tali sustanzi jkunu preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u jkunu ta' riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, iżda li l-għarfien xjentifiku dwarhom ma jkunx wera riskju għas-saħħa tal-bniedem. Biex tagħmel dan il-Kummissjoni għandha tibbaża ruħha, b'mod partikolari, fuq ir-riċerka xjentifika tad-WHO. Iż-żieda ta' kwalunkwe sustanza ġdida għandha tkun debitament ġustifikata skont l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva. [Em. 104]
5b. Sa ... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi tadotta metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi elenkati fil-lista ta' sorveljanza stabbilita fil-Parti Ca tal-Anness I. [Em. 105]
Artikolu 12
Azzjoni Korrettiva u restrizzjonijiet fl-użu
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kazkaż li fih ma jintlaħqux il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 fil-punt ta' konformità msemmi fl-Artikolu 6, ikun investigat mill-ewwel ħalli tiġi identifikata l-kawża. [Em. 106]
2. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikolu 4(1), l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma' jilħaqx il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, l-Istati Membri konċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva mill-iktar fis possibli biex terġa' tintlaħaq il-kwalità u jagħtu prijorità lill-azzjoni tal-infurzar tagħhom, wara li jkunu ikkunsidraw inter alia b'kemm ikun inqabeż il-valur parametriku relevanti u l-ħsara li dan jista' jagħmel lis-saħħa tal-bniedem.
F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi stipulati fil-Parti C tal-Anness I, l-azzjoni korrettiva għandha tinkludi l-miżuri stipulati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu fl-Artikolu 10(2a). [Em. 107]
3. Irrispettivament minn jekk ikunux intlaħqu jew le l-valuri parametriċi , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun ipprojbit jew ristrett l-użu ta' kwalunkwe provvista ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jista' jkun ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem u li tittieħed kull azzjoni oħra ta’ rimedju meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.
L-Istati Membri għandhom, b’mod awtomatiku, iqisu kwalunkwe nuqqas b’rabta mal-issodisfar tar-rekwiżiti minimi għall-valuri parametriċi stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li n-nonkonformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali. [Em. 108]
4. Fil-każijiet deskritti fil-paragrafi 2 u 3, meta n-nonkonformità mal-valuri parametriċi titqies bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri għandhom, kemm jista’ jkun malajr, jieħdu l-miżuri kollha li ġejjin: [Em. 109]
(a) jinnotifikaw lill-konsumaturi affettwati kollha dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dwar il-kawża tiegħu, dwar il-qbiż tal-valur parametriku u dwar l-azzjonijiet korrettivi meħuda, inklużi l-projbizzjoni, ir-restrizzjoni jew azzjonijiet oħra;
(b) jagħtu, u jaġġornaw b’mod regolari, pariri lill-konsumaturi rigward il-konsum u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ilma, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari gruppi vulnerabbli potenzjali;
(c) jinfurmaw lill-konsumaturi ladarba jiġi stabbilit li m’għadx hemm periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u jgħarrfuhom li s-servizz reġa’ lura għan-normal.
Il-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jittieħdu f'kooperazzjoni mal-fornitur tal-ilma kkonċernat. [Em. 110]
5. Meta jiġi stabbilit in-nuqqas ta' konformità fil-punt tal-konformità, l-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jiddeċiedu x'azzjoni għandha tittieħed skont il-paragrafu 3, waqt li jżommu quddiem għajnejhom ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem li jinħolqu mit-twaqqif jew restrizzjoni fl-użu ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 111]
Artikolu 12a
Derogi
1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu derogi mill-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I, jew skont l-Artikolu 5(2), sa valur massimu li jiddeterminawh huma stess, dment li tali derogi ma jikkostitwixxux periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dment li l-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fiż-żona kkonċernata ma tkunx tista' tinżamm b'mezzi raġonevoli oħra. Tali derogi għandhom ikunu limitati għall-każijiet li ġejjin:
(a) żona ta' provvista tal-ilma ġdida;
(b) sors ġdid ta' tniġġis identifikat f'żona tal-provvista tal-ilma jew parametri li jkunu għadhom kemm ġew imfittxija jew identifikati.
Id-derogi għandhom ikunu limitati għall-iqsar żmien possibbli u ma għandhomx ikunu itwal minn tliet snin, u meta dan iż-żmien joqrob lejn tmiemu, l-Istati Membri għandhom iwettqu rieżami biex jiġi ddeterminat jekk sarx progress suffiċjenti.
F'ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista' jagħti t-tieni deroga fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jagħti t-tieni deroga, dan għandu jikkomunika r-rieżami, flimkien mar-raġunijiet li wassluh għad-deċiżjoni dwar it-tieni deroga, lill-Kummissjoni. Din it-tieni deroga m'għandhiex tkun itwal minn tliet snin.
2. Kwalunkwe deroga mogħtija skont il-paragrafu 1 għandha tispeċifika dan li ġej:
(a) ir-raġunijiet għad-deroga;
(b) il-parametru kkonċernat, ir-riżultati rilevanti ta' kontrolli li jkunu saru, u l-valur massimu permissibbli skont id-deroga;
(c) iż-żona ġeografika, il-kwantità ta' ilma pprovdut kuljum, il-popolazzjoni kkonċernata u jekk tkunx se tiġi affettwata xi impriża rilevanti li tipproduċi l-ikel;
(d) skema xierqa ta' monitoraġġ, b'żieda fil-frekwenza ta' monitoraġġ fejn meħtieġ;
(e) pjan fil-qosor tal-azzjoni korrettiva meħtieġa, inkluża skeda tax-xogħol u stima tal-ispejjeż u dispożizzjonijet għal reviżjoni; u
(f) it-tul taż-żmien meħtieġ tad-deroga.
3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jħossu li n-nuqqas ta' konformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali, u jekk azzjoni korrettiva meħuda skont l-Artikolu 12(2) tkun biżżejjed biex tirrimedja l-problema fi żmien massimu ta' tletin jum, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu ma jiġux speċifikari fid-deroga.
F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra rilevanti għandhom jistabbilixxu biss fid-deroga l-valur massimu permissibli għall-parametru kkonċernat u ż-żmien allokat għar-rimedju tal-problema.
4. Wieħed ma għandux aktar jirrikorri għall-paragrafu 3 jekk ikun ġie nnutat nuqqas ta' konformità ma' valur parametriku wieħed għal provvista partikolari ta' ilma li tkun seħħet f'aktar minn 30 jum fit-12-il xahar ta' qabel.
5. Kull Stat Membru li jkun irrikorra għad-derogi previsti f'dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affettwata minn din id-deroga tkun informata fil-pront u kif xieraq dwar id-deroga u dwar il-kundizzjonijiet li jirregolawha. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jingħata parir lil gruppi partikolari tal-popolazzjoni li għalihom id-deroga tista' tippreżenta riskju speċjali.
Dawn l-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 3 sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux mod ieħor.
6. Ħlief għal derogi mogħtija skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn bi kwalunkwe deroga li tirrigwarda provvista tal-ilma individwali b'medja ta' aktar minn 1000 m3 kuljum jew li sservi aktar minn 5 000 persuna, inkluż it-tagħrif speċifikat fil-paragrafu 2.
7. Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jiġi offrut għall-bejgħ fi fliexken jew kontenituri. [Em. 112]
Artikolu 13
Aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE u għall-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jqisu l-perspettivi u ċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali għad-distribuzzjoni tal-ilma, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex itejbu l-aċċess ta’ kulħadduniversali għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u biex jippromwovu l-użu tiegħu fit-territorju tagħhom. Dan għandu jinkludi l-miżuri kollha li ġejjin:
(a) l-identifikazzjoni ta’ persunital-persuni mingħajr aċċess għal ilma, jew b'aċċess limitat, għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-gruppi vulnerabbli u emarġinati, u r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ aċċess (pereżempju minħabba appartenenza għal gruppi vulnerabbli u emarġinati), il-valutazzjoni tal-possibbiltajiet u t-teħid ta' azzjonijiet l-evalwazzjoni tal-possibbiltajiet għat-titjib tal-aċċess għal dawk in-nies u li dawn jiġu infurmati dwar il-possibiltajietil-possibbiltajiet li jiġu konnessi ma’ netwerkman-netwerk ta’ distribuzzjoni, jew dwar mezzi alternattivi biex ikollhom aċċess għal ilma ta’ dan it-tip;
(aa) l-iżgurar tal-provvista pubblika tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;
(b) l-installazzjoni u ż-żamma fuq barra u fuq ġewwa ta’ tagħmir, inklużi punti ta' riforniment, għal aċċess ħieles għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fi spazjifl-ispazji pubbliċi, b'mod partikolari fiż-żoni li minnhom jgħaddu ħafna nies;fejn ikun teknikament fattibbli, dan għandu jsir b'mod li jkun proporzjonat mal-ħtieġa ta' tali miżuri u b'kont meħud tal-kundizzjonijiet lokali speċifiċi, bħall-klima u l-ġeografija;
(c) il-promozzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem permezz ta’ dawn li ġejjin:
(i) it-tnedijail-varar ta’ kampanji biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-kwalità tajba tal-ilma tal-vit u biex titqajjem kuxjenza dwar l-eqreb punt ta’ dan l-ilma riforniment maħsub apposta;
(ia) it-tnedija ta' kampanji biex il-pubbliku ġenerali jitħeġġeġ iġorr fliexken tal-ilma li jistgħu jerġgħu jintużaw u tnedija ta' inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni dwar il-punti ta' riforniment;
(ii) it-tħeġġiġl-iżgurar tal-forniment bla ħlas ta’ dan l-ilma f’amministrazzjonijiet u f’binjiet pubbliċi, kif ukoll l-iskoraġġiment tal-użu tal-ilma f'kontenituri jew fi fliexken tal-plastik li jintużaw darba biss f'tali amministrazzjonijiet u binjiet;
(iii) it-tħeġġiġ tal-għoti b’xejn ta’ ilma ta’ dan it-tip b'xejn jew b'tariffa baxxa għas-servizz, għall-klijenti f’ristoranti, f’kantins u f’servizzi ta’ catering. [Em. 113, 165, 191, 208, 166, 192, 169, 195, 170, 196, 197 u 220]
2. Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollhali jqisu meħtieġa u xierqa biex jiżguraw l-aċċess minn gruppi vulnerabbli u emarġinati għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 114]
F’każ li dawk il-gruppi ma jkollhomx aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-Istati Membri għandhom jgħarrfuhom minnufih rigward il-kwalità tal-ilma li jkunu qed jużaw, u rigward kwalunkwe azzjoni li tista’ tittieħed biex jiġu evitati l-effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem li jistgħu jirriżultaw minn kwalunkwe tniġġis ta’ dak l-ilma.
2a. Meta l-obbligi skont dan l-Artikolu jkunu jinkombu fuq l-awtoritajiet pubbliċi lokali skont id-dritt nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet ikollhom il-mezzi u r-riżorsi biex jiżguraw l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u li kwalunkwe miżura f'dak ir-rigward tkun proporzjonata mal-kapaċitajiet u d-daqs tan-netwerk ta' distribuzzjoni kkonċernat. [Em. 173, 199 u 209]
2b. B'kunsiderazzjoni tad-data miġbura skont id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu15(1), il-Kummissjoni għandha tikkollabora mal-Istati Membri u mal-Bank Ewropew tal-Investiment biex tappoġġa lil dawk il-muniċipalitajiet fl-Unjoni li m'għandhomx il-kapital meħtieġ, sabiex dawn ikunu jistgħu jaċċessaw għajnuna teknika, finanzjament tal-Unjoni disponibbli u self fuq terminu twil b'rata tal-imgħax preferenzjarja, b'mod partikolari bl-għan li tinżamm u tiġġedded l-infrastruttura tal-ilma sabiex jiġi żgurat il-forniment ta' ilma ta' kwalità għolja, u biex is-servizzi tal-ilma u tas-sanità jiġu estiżi għall-gruppi tal-popolazzjoni vulnerabbli u marġinalizzati. [Em. 174, 200 u 210]
Artikolu 14
Informazzjoni għall-pubbliku
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq l-internet, jew b'mezzi oħra faċili għall-utent, ikun hemm disponibbli, għall-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma, informazzjoni xierqa, aġġornata u aġġornataaċċessibbli dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, f’konformità mal-Anness IV, u f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. [Em. 116]
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma jirċievu, b’mod regolari u tal-anqas darba f’sena, fl-aktar forma xierqa u faċilment aċċessibbli (pereżempju fil-fattura tagħhom jew permezz ta’ applikazzjonijiet intelliġenti) u mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha skont kif jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti, l-informazzjoni li ġejja: [Em. 117]
(a) informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffaliema spejjeż jiġu rkuprati permezz ta' sistema tariffarja, informazzjoni dwar it-tariffa imposta għal kull metru kubu ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-ispejjeż inkluża d-distribuzzjoni tal-ispejjeż fissi u dawk varjabbli;, li tippreżenta tal-inqas l-ispejjeż relatati mal-elementi li ġejjin: [Em. 118]
(ii) it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; [Em. 120]
(iii) il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi; [Em. 121]
(iv) il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 13, f’każ li l-fornituri tal-ilma jkunu ħadu miżuri ta’ dak it-tip;[Em. 122]
(aa) informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-parametri indikaturi; [Em. 123]
(b) il-prezzmeta l-ispejjeż jiġu rkuprati permezz ta' sistema tariffarja, il-prezz tal-provvista ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kull metru kubu, u l-prezz fatturat għal kull litru; meta l-ispejjeż ma jiġux irkuprati permezz ta' sistema tariffarja, l-ispejjeż annwali totali mġarrba mis-sistema tal-ilma biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva, akkumpanjati minn informazzjoni kuntestwali u metru kubu ta’ ilmarilevanti dwar kif l-ilma maħsub għall-konsumgħall-konsum mill-bniedem fornut ikun qed jiġi pprovdut liż-żona; [Em. 124]
(ba) it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; [Em. 125]
(c) il-volum ikkunsmat mill-unità domestika, mill-inqas kull sena jew għal kull perjodu tal-kont, flimkien max-xejriet annwali ta’ konsum annwali tal-unitajiet domestiċi, jekk dan ikun teknikament fattibbli u biss jew din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-fornitur tal-ilma; [Em. 126]
(d) tqabbil tal-konsum annwali ta’ ilma mill-unità domestika, b’konsum medju għal unità domestika tal-istess kategorija, meta applikabbli skont il-punt (c); [Em. 127]
(e) ħolqa għas-sit web li jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness IV.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-għoti tal-informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu bejn il-fornituri tal-ilma, il-partijiet ikkonċernati u l-korpi lokali kompetenti. Il-Kummissjoni tista’hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjonidelegati skont l-Artikolu 19 li jissupplementaw din id-Direttiva billi jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-ewwel subparagrafu, kif ukoll il-modalitajiet għall-preżentazzjoni tagħha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).[Em. 128]
3. Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.
Artikolu 15
Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE u għad-Direttiva 2007/2/KE, l-Istati Membri, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandhom:
(a) jistabbilixxu, sa … [6 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], u jaġġornaw, kull 6 snin wara dik id-data, sett ta’ dejta li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 13, u dwar is-sehem tal-popolazzjoni tagħhom li għandu aċċess għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;
(b) jistabbilixxu, sa … [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], u jaġġornaw, kull 3 snin wara dik id-data, sett ta’ dejta li jkun fih il-valutazzjonijiet tal-periklu u l-valutazzjonijiet tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika mwettqa skont l-Artikoli 8 u 10, rispettivament, li jinkludu l-elementi li ġejjin:
(i) il-punti ta’ astrazzjoni, identifikati skont l-Artikolu 8(1)(a);
(ii) ir-riżultati tal-monitoraġġ miġbura skont l-Artikolu 8(1)(d) u l-Artikolu 10(1)(b); u
(iii) informazzjoni konċiża dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10(2);
(c) jistabbilixxu, u jaġġornaw kull sena minn hemm ’il quddiem, sett ta’ dejta li jkun fih ir-riżultati tal-monitoraġġ, f’każijiet fejn jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I, miġbura skont l-Artikoli 9 u 11 u informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi meħuda skont l-Artikolu 12;
(d) jistabbilixxu, u jaġġornaw kull sena minn hemm ’il quddiem, sett ta’ dejta li jkun fih informazzjoni dwar inċidenti relatati mal-ilma tax-xorb li kkawżaw perikluriskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, irrispettivament minn jekk ikunx seħħ jew le xi nuqqas fl-ilħiq tal-valuri parametriċi, li jkun dam għal aktar minn 10 ijiem konsekuttivi u li jkun affettwa mill-inqas 1 000 persuna, inklużi l-kawżi ta’ dawk l-inċidenti u l-azzjonijiet korrettivi meħuda skont l-Artikolu 12. [Em. 129]
Fejn possibbli, għall-preżentazzjoni ta’ dawk is-settijiet ta’ dejta għandhom jintużaw servizzi ta’ dejta spazjali kif definiti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikollhom aċċess għas-settijiet ta’ dejta msemmija fil-paragrafu 1.
3. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika deskrizzjoni ġenerali dwar l-Unjoni kollha abbażi tad-dejta miġbura mill-Istati Membri fuq bażi regolari, jew fuq talba tal-Kummissjoni.
Id-deskrizzjoni ġenerali dwar l-Unjoni kollha għandha tinkludi, skont kif xieraq, indikaturi għall-eżiti, għar-riżultati u għall-impatti ta’ din id-Direttiva, mapep li joffru ħarsa ġenerali u li jkopru l-Unjoni kollha u rapporti ġenerali tal-Istati Membri.
4. Il-Kummissjoni tista’hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19ta’ implimentazzjoni li jissupplementaw din id-Direttiva billi jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafi 1 u 3, inklużi rekwiżiti dettaljati dwar l-indikaturi, il-mapep li joffru ħarsa ġenerali u li jkopru l-Unjoni kollha u r-rapporti ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll il-modalitajiet għall-preżentazzjoni ta’ din l-informazzjoni. [Em. 130]
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2). [Em. 131]
Artikolu 16
Aċċess għall-ġustizzja
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għal proċedura ta’ stħarriġ quddiem qorti tal-ġustizzja jew quddiem korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta’ deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 4, 5, 12, 13 u 14, meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) ikollhom interess suffiċjenti;
(b) isostnu li ġarrbu l-ksur ta’ dritt, meta dan ikun meħtieġ bħala prekondizzjoni mil-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet.
3. Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u ksur ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-objettiv li jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja lill-pubbliku kkonċernat.
Għal dak l-għan, l-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa r-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies bħala suffiċjenti għall-finijiet tal-paragrafu 1(a).
Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jinkisru għall-finijiet tal-paragrafu 1(b).
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ stħarriġ preliminari quddiem awtorità amministrattiva u lanqas ma għandhom jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri ta’ stħarriġ amministrattiv qabel isir użu minn proċeduri ta’ stħarriġ ġudizzjarju, meta jkun jeżisti rekwiżit ta’ dan it-tip skont il-liġi nazzjonali.
5. Kwalunkwe proċedura ta’ stħarriġ ta’ dan it-tip imsemmija fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 4 għandha tkun ġusta, retta, u f’waqtha, filwaqt li ma għandhiex tinvolvi tant spejjeż li ssir projbittiva.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar l-aċċess għall-proċeduri ta’ stħarriġ amministrattiv u dwar il-proċeduri ta’ stħarriġ ġudizzjarju jkun disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 17
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni, sa [12-il sena wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, inter alia, fuq l-elementi li ġejjin:
(a) l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;
(b) is-settijiet ta’ dejta mingħand l-Istati Membri stabbiliti skont l-Artikolu 15(1) u d-deskrizzjonijiet ġenerali dwar l-Unjoni kollha kkompilati mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent f’konformità mal-Artikolu 15(3);
(c) id-dejta xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti;
(d) ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fejn dawn ikunu disponibbli.
2. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prestazzjoni ta’ din id-Direttiva b’rabta mal-aspetti li ġejjin:
(a) l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju stabbilit fl-Artikolu 7;
(b) id-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess għall-ilma stabbiliti fl-Artikolu 13 u s-sehem tal-popolazzjoni mingħajr aċċess għall-ilma; [Em. 132]
(c) id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-pubbliku skont l-Artikolu 14 u l-Anness IV, inkluża ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni tal-informazzjoni elenkata fil-punt 7 tal-Anness IV, li tkun faċli għall-utent. [Em. 133]
2a. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn ... [ħames snin mill-iskadenza finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] — u aktar tard meta jkun xieraq — tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-theddida potenzjali li l-mikroplastiċi, il-prodotti medċinali u, jekk ikun meħtieġ, sustanzi niġġiesa oħra emerġenti jippreżentaw għas-sorsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif ukoll dwar ir-riskji potenzjali għas-saħħa relatati.Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li li tadotta, jekk ikun meħtieġ, atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-livelli massimi għall-mikroplastiċi, il-prodotti mediċinali u sustanzi niġġiesa oħra emerġenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 134]
Artikolu 18
Reviżjoni u emendar tal-Annessi
1. Tal-anqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku .
Il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet tal-periklu u l-valutazzjonijiet tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika tal-Istati Membri inklużi fis-settijiet ta’ dejta stabbiliti skont l-Artikolu 15, għandha tirrevedi l-Anness II u tivvaluta jekk hemmx bżonn li dan jiġi adattat jew li jiġu introdotti speċifikazzjonijiet ġodda ta’ monitoraġġ għall-finijiet ta’ dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 19 li jemenda l-Annessi I sa IV, fejn meħtieġ, li tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku jew li tispeċifika rekwiżiti ta’ monitoraġġ għall-finijiet tal-valutazzjonijiet tal-periklu u l-valutazzjonijiet tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika skont l-Artikolu 8(1)(d) u l-Artikolu 10(1)(b).
2a. Sa ... [ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid jekk l-Artikolu 10a wassalx għal livell suffiċjenti ta' armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' iġjene fir-rigward tal-materjali u l-prodotti li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u, jekk ikun meħtieġ, tieħu aktar miżuri ulterjuri xierqa. [Em. 135]
Artikolu 19
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l- Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(2) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 18(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il- prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 18(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 20
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 21
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emendi sussegwenti li jaffettwawhom.
Artikolu 22
Trasposizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jibdew idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal- Artikolu 2, mal-Artikoli 5 sa 21 u mal-Annessi I sa IV sa … [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 23
Tħassir
1. Id-Direttiva 98/83/KE, kif emendata bl-istrumenti elenkati fil-Parti A tal-Anness V, hija mħassra b’effett minn [il-jum wara d-data fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1)] , mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri b’rabta mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V.
Ir-Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li hemm fl-Anness VI.
2. Id-derogi mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE li jkunu għadhom japplikaw sa [l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva] għandhom jibqgħu applikabbli sa tmiem id-durata tagħhom. Dawn ma jistax jiġġeddu aktar. [Em. 136]
Artikolu 24
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .
Artikolu 25
Lil Min hi Indirizzata
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VALURI PARAMETRIĊI UŻATI BIEX TIĠI EVALWATA L-KWALITÀ TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM
PARTI A
Parametri mikrobijoloġiċi
Parametru
Valur Parametriku
Unità
Spori tal-Clostridium perfringens
0
Numru/100 ml
Batterji Koliformi
0
Numru/100 ml
Enterokokki
0
Numru/100 ml
Escherichia coli (E.coli)
0
Numru/100 ml
L-għadd tal-kolonji Eterotrofiċi (HPC) 22o
L-ebda bidla mhux normali
Kolifaġi somatiċi
0
Numru/100 ml
Turbidità
<1
UTN
Nota
Il-parametri stabbiliti f'din il-Parti ma għandhomx japplikaw għall-ilmijiet minerali u min-nixxigħat b'konformità mad-Direttiva 2009/54/KE.
[Em. 179]
PARTI B
Parametri kimiċi
Parametru
Valur Parametriku
Unità
Noti
Akrilammid
0,10
μg/l
Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.
Antimonju
5,0
μg/l
Arseniku
10
μg/l
Benżen
1,0
μg/l
Benżo(a)piren
0,010
μg/l
Beta-estradijol (50-28-2)
0,001
μg/l
Bisfenol A
0,01 0,1
μg/l
Boron
1,01,5
mg/l
Bromat
10
μg/l
Kadmju
5,0
μg/l
Klorat
0,25
mg/l
Klorit
0,25
mg/l
Kromju
25
μg/l
Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għall-kromju sa dik id-data hu ta’ 50 μg/l.
Ram
2,0
mg/l
Ċjanur
50
μg/l
1,2-dikloroetan
3,0
μg/l
Epikloroidrin
0,10
μg/l
Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.
Fluworur
1,5
mg/l
Aċidi Aloaċetiċi (HAAs)
80
μg/l
L-għadd totali tad-disa’ sustanzi rappreżentattivi li ġejjin: aċidu monokloroaċetiku, dikloroaċetiku, u trikloroaċetiku, aċidu monoaċetiku u aċidu dibromoaċetiku, aċidu bromodikloroaċetiku, aċidu dibromokloroaċetiku u aċidu tribromoaċetiku.
Ċomb
5
μg/l
Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għaċ-ċomb sa dik id-data hu ta’ 10 μg/l.
Merkurju
1,0
μg/l
Mikroċistina-LR
1,0
μg/l
Nikil
20
μg/l
Nitrat
50
mg/l
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f’mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), titħares, u li jkun hemm konformità mal-valur ta 0,10 mg/l għan-nitriti f’ilma li jkun ġie trattat.
Nitrit
0,50
mg/l
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f’mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), tiġi mħarsa, u li jkun hemm konformità mal-valur ta 0,10 mg/l għan-nitriti f’ilma li jkun ġie trattat.
Nonilfenol
0,3
μg/l
Pestiċidi
0,10
μg/l
“Pestiċidi” tfisser:
– insettiċidi organiċi,
– erbiċidi organiċi,
– fungiċidi organiċi,
– nematoċidi organiċi,
– akariċidi organiċi,
– algiċidi organiċi,
– rodentiċidi organiċi,
– slimiċidi organiċi,
– prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir)
u l-metaboliti relevanti tagħhom kif definiti fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009(42) .
Il-valur parametriku japplika għal kull pestiċida individwali.
Fil-kaz tal-aldrin, tad-dieldrin, tal-ettakloru u tal-epossidu tal-ettakloru, il-valur parametriku huwa ta’ 0,030 μg/l.
Pestiċidi—Total
0,50
μg/l
“Pestiċidi — Total” tfisser l-għadd totali tal-pestiċidi individwali kollha, kif definiti fir-ringiela preċedenti, misjuba u kwantifikati fil-proċedura ta’ monitoraġġ.
PFAS
0,10
μg/l
“PFAS” tfisser kull sustanza per- u polifluworoalkilata individwali (formula kimika: CnF2n+1−R).
Il-formula għandha tintroduċi wkoll divrenzjar bejn PFASs ta' "katina twila" u PFASs ta' "katina qasira". Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal PFASs ta' "katina twila".
Dan il-valur parametriku għal sustanzi PFAS individwali għandu japplika biss għal dawk is-sustanzi PFAS, li x'aktarx ikunu preżenti u li huma ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, skont il-valutazzjoni tal-perikli msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.
PFASs - Totali
0,50
μg/l
“PFAS Totali” tfisser l-għadd totali tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati individwali (formula kimika: CnF2n+1−R).
Dan il-valur parametriku għal PFASs Totali għandu japplika biss għal dawk is-sustanzi PFAS, li x'aktarx ikunu preżenti u li huma ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, skont il-valutazzjoni tal-perikli msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.
Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi
0,10
μg/l
L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti kimiċi speċifikati li ġejjin: benżo(b)fluworanten, benżo(k)fluworanten, benżo(ghi)perilen, u indeno(1,2,3-cd)piren .
Selenju
10
μg/l
Tetrakloroeten u Trikloroeten
10
μg/l
L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-parametri speċifikati
Triħalometani —Total
100
μg/l
Fejn hu possibli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfezzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu valur aktar baxx.
L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti kimiċi speċifikati li ġejjin: kloroform, bromoform, dibromoklorometan, bromodiklorometan.
Uranju
30
μg/l
Klorur tal-vinil
0,50
μg/l
Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.
[Em. 138 u 180]
PART Ba
Parametri indikaturi
Parametru
Valur parametriku
Unità
Noti
Aluminju
200
μg/l
Ammonju
0,50
mg/l
Klorur
250
mg/l
Nota 1
Kulur
Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali
Konduttività
2 500
μS cm-1 f'20°C
Nota 1
Konċentrazzjoni ta' joni tal-idroġenu
≥ 6,5 u ≤ 9,5
unitajiet pH
Noti 1 u 3
Ħadid
200
μg/l
Manganiż
50
μg/l
Riħa
Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali
Sulfati
250
mg/l
Nota 1
Sodju
200
mg/l
Togħma
Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali
Kontenut ta' kolonji f'temperatura ta' 22°C
L-ebda bidla mhux normali
Batterji Koliformi
0
Numru/100 ml
Karbonju organiku totali (TOC)
L-ebda bidla mhux normali
Turbidità
Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali
Nota 1:
L-ilma ma jridx ikun qawwi.
Nota 2:
Dan il-parametru għandu jitkejjel biss jekk l-ilma jkun ġej minn ilma tal-wiċċ jew jekk ikun affettwat minnu. F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan il-valur parametriku, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinvestiga l-provvista biex jiżgura li ma hemm ebda periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-preżenza ta' mikroorganiżmi patoġeniċi, pereżempju l-cryptosporidium.
Nota 3:
Fil-każ tal-ilma bla gass fil-fliexken jew fil-kontenituri, il-valur minimu jista' jitnaqqas għal 4,5 unitajiet ta' pH.
Fil-każ tal-ilma fil-fliexken jew f'kontenituri li huwa arrikkit b'mod naturali jew artifiċjali bid-diossidu tal-karbonju, il-valur minimu jista' jkun aktar baxx.
F’każ li ma jintlaħaqx il-valur parametriku <1000/l għal-Legionella, għandu jerġa’ jsir teħid ta’ kampjuni għal-Legionella pneumophila . Jekk ma jkunx hemm preżenti l-Legionella pneumophila, il-valur parametriku għal-Legionella jkun <10 000/l
Legionella
< 10 000
Numru/l
Jekk ma jkunx hemm preżenti l-Legionella pneumophila, li l-valur parametriku tagħha huwa < 1 000/l, il-valur parametriku għal-Legionella għandu jkun <10 000/l.
Ċomb
5
μg/l
Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għaċ-ċomb sa dik id-data hu ta’ 10 μg/l.
[Em. 140]
PART Ca
Parametri emerġenti li qegħdin jiġu mmonitorjati
Mikroplastiċi
Il-monitoraġġ għandu jitwettaq skont il-metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi stabbilita fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 11(5b)
[Em. 141]
ANNESS II
MONITORAĠĠ
PARTI A
L-għanijiet ġenerali u l-programmi ta’ monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
1. Il-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 11(2) għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom :
(a) jivverifikaw li l-miżuri fis-seħħ għall-kontroll tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem tul il-katina tal-provvista tal-ilma miż-żona tal-astrazzjoni permezz tat-trattament u l-ħżin sad-distribuzzjoni qed jaħdmu b'mod effettiv u li l-ilma fil-punt tal-konformità jkun tajjeb u nadif;
(b) jagħtu informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma fornut għall-kunsum mill-bniedem biex juru li l-obbligi stipulati fl-Artikolu 4 u l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 huma ssodisfati;
(c) jidentifikaw l-aktar mezzi xierqa biex jitnaqqas ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem.
2. Il-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 11(2) għandhom jinkludu wieħed minn dawn li ġejjin :
(a) ġbir u analiżi ta' kampjuni diskreti tal-ilma;
(b) kejl irreġistrat permezz ta' proċess kontinwu ta' monitoraġġ.
Il-programmi ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu wkoll programm ta’ monitoraġġ operazzjonali li jikkomplementa l-verifika tal-monitoraġġ, li jipprovdi għarfien immedjat dwar il-prestazzjoni operattiva u dwar problemi relatati mal-kwalità tal-ilma, u li jippermettu li tittieħed azzjoni korrettiva rapida ta’ rimedju ppjanata minn qabel. Programmi ta’ monitoraġġ operazzjonali għandhom ikunu speċifiċi għall-provvista, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-perikli u l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista, u maħsuba biex jikkonfermaw l-effettività tal-miżuri kollha ta’ kontroll b’rabta mal-astrazzjoni, it-trattament, id-distribuzzjoni u l-ħżin. Il-programm ta’ monitoraġġ operazzjonali għandu jinkludi l-monitoraġġ tal-parametru tat-turbidità biex jikkontrolla b’mod regolari l-effikaċja tat-tneħħija b’mod fiżiku permezz ta’ proċessi ta’ filtrazzjoni, f’konformità mal-valuri parametriċi u l-frekwenzi indikati fit-tabella li ġejja:
Parametru
Valur Parametriku
Turbidità
0.3 NTU (95 %) u mhux >0.5 NTU għal 15-il minuta konsekuttiva
Volum (m3) ta’ ilma mqassam jew prodott kull ġurnata f’żona ta’ forniment
Frekwenza minima
≤ 10 000
Kuljum
>10 000
Online
Barra minn hekk, il-programmi ta' monitoraġġ jistgħu jikkonsistu minn:
(a) spezzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet tal-funzjonalità u l-manteniment tal-istatus tal-apparat;
(b) spezzjonijiet taż-żona tal-astrazzjoni , u tal-infrastruttura tad-distribuzzjoni, it-trattament u l-ħżin, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ previsti fl-Artikolu 8(1)(c) u l-Artikolu 10(1)(b) .
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi ta' monitoraġġ jiġu riveduti fuq bażi kontinwa u aġġornati jew ikkonfermati mill-ġdid tal-anqas kull sitt snin.
PARTI B
Parametri u frekwenzi ewlenin ta’ kampjunar
1. Parametri ewlenin
Escherichia coli (E. coli), spori tal-Clostridium perfringens u kolifaġi somatiċienterokokki huma meqjusa bħala “parametri ewlenin” u jistgħu ma jkunux soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju tal-provvista skont il-Parti C tal-Anness ta' dan l-Anness. Dawn għandhom dejjem ikunu mmonitorjati skont il-frekwenzi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-punt 2. [Em. 142]
2. Il-frekwenza tal-kampjunar
Il-parametri kollha stabbiliti skont l-Artikolu 5 għandhom jiġu mmonitorjati tal-anqas skont il-frekwenzi stipulati fit-Tabella li ġejja, sakemm ma tiġix determinata frekwenza ta’ kampjunar differenti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-provvista mwettqa skont l-Artikolu 9 u l-Parti C ta’ dan l-Anness:
Tabella 1
Il-frekwenza minima tal-kampjunar u l-analiżi tal-monitoraġġ tal-konformità
Għadd minimu ta’ kampjuni kull sena
≤ 100
10a
> 100
≤ 1 000
10a
> 1 000
≤ 10 000
50b
>10 000
≤ 100 000
365
>100 000
365
Volum (m3) ta’ ilma mqassam jew prodott kull ġurnata f’żona ta’ fornimentprovvista
(Ara n-Noti 1 u 2) m3
Parametru ta' Grupp A (parametru mikrobijoloġiku) –
għadd ta' kampjuni kull sena
(Ara n-Nota 3)
Parametru ta' Grupp B (parametru kimiku) –
għadd ta' kampjuni kull sena
≤ 100
> 0
(Ara n-Nota 4)
> 0
(Ara n-Nota 4)
> 100
≤ 1 000
4
1
> 1 000
≤ 10 000
4
+3
Għal kull 1 000m3 kuljum, u parti minnu mill-volum totali
1
+1
Għal kull 1 000m3 kuljum, u parti minnu mill-volum totali
> 10 000
≤ 10 0000
3
+ 1
għal kull 10 000m3 kuljum, u
parti minnu mill-volum totali
> 10 0000
12
+ 1
Għal kull 25 000 m3 kuljum, u parti minnu mill-volum totali
a: il-kampjuni kollha għandhom jittieħdu f’ħinijiet meta r-riskju li l-patoġeni enteriċi jgħaddu fl-ilma trattat ikun għoli.
b: f’ħinijiet meta r-riskju li l-patoġeni enteriċi jgħaddu fl-ilma trattat ikun għoli għandhom jittieħdu mill-inqas 10 kampjuni.
Nota 1: Żona ta' forniment hija żona ġeografika identifikata li tforni ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn sors wieħed jew aktar u li l-kwalità tal-ilma tagħha tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor l-istess.
Nota 2: Il-volumi huma kkalkulati bħala medji għal sena kalendarja. Jista' jintuża l-għadd ta' abitanti f'żona ta' forniment minflok il-volum ta' ilma biex tiġi ddeterminata l-frekwenza minima, meta wieħed jassumi l-konsum ta' ilma bħala 200 l/(ġurnata*capita).
Nota 3: Il-frekwenza indikata hija kkalkulata kif ġej: pereżempju 4300 m3/kuljum = 16-il kampjun (erba' għall-ewwel 1000 m3/kuljum + 12 għat-3300m3/kuljum addizzjonali).
Nota 34: L-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw fornimenti individwali skont l-Artikolu 3(2)(b) ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw dawn il-frekwenzi biss għaż-żoni ta' forniment li jqassmu bejn 10 u 100m3 kuljum. [Em. 186]
PARTI C
Valutazzjoni tar-riskju tal-provvista
1. Il-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 9 għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ġenerali tal-valutazzjoni tar-riskju stabbiliti fl-istandards internazzjonali bħall-istandard EN 15975-2 dwar “il-linji gwida dwar il-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżi għas-sigurtà tal-forniment tal-ilma tax-xorb”.
2. Wara li ssir valutazzjoni tar-riskju tal-provvista , il-lista tal-parametri kkunsidrati fil-monitoraġġ għandhom jiġu estiżi u l-frekwenzi tal-kampjunar stabbiliti fil- Parti B għandhom jiżdiedu, fejn hija ssodisfata kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-lista tal-parametri jew tal-frekwenzi stipulata f'dan l-Anness mhijiex biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-obbligi imposti skont l-Artikolu 11(1);
(b) huwa meħtieġ monitoraġġ addizzjonali għall-finijiet tal-Artikolu 11(6);
(c) huwa meħtieġ li jingħataw l-assigurazzjonijiet stipulati fil-punt (1)(a) tal-Parti A;
(d) huwa meħtieġ li l-frekwenzi tal-kampjunar jiżdiedu skont l-Artikolu 8(3)(a).
3. wara li ssir valutazzjoni tar-riskju tal-provvista , il-lista tal-parametri kkunsidrati fil-monitoraġġ u l-frekwenzi tal-kampjunar stipulati fil-Parti B jistgħu jitnaqqsu sakemm jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) il-post u l-frekwenza tal-kampjunar huma ddeterminati b'rabta mal-oriġini tal-parametri, kif ukoll mal-varjabbiltà u x-xejra fuq termini twal tal-konċentrazzjoni tagħhom, fid-dawl tal-Artikolu 6;
(b) biex titnaqqas il-frekwenza minima tal-kampjunar ta' parametru, ir-riżultati miksuba mill-kampjuni miġbura f'intervalli regolari fuq perjodu ta' mill-anqas tliet snin minn rapreżentazzjoni ta' punti ta' kampjunar miż-żona kollha ta' forniment, huma kollha anqas minn 60 % tal-valur parametriku;
(c) biex jitneħħa parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, ir-riżultati miksuba mill-kampjuni miġbura f'intervalli regolari fuq perjodu ta' mill-anqas tliet snin minn punti li jirrappreżentaw iż-żona kollha ta' forniment, huma kollha anqas minn 30 % tal-valur parametriku;
(d) biex jitneħħa parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, , id-deċiżjoni hi bbażata fuq ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju, sostnuta mir-riżultati tal-monitoraġġ tas-sorsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u għandha tikkonferma li s-saħħa tal-bniedem hija protetta minn kull effett ħażin ta' kontaminazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif stipulat fl-Artikolu 1;
(e) biex titnaqqas il-frekwenza tal-kampjunar ta’ parametru jew biex jitneħħa parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, il-valutazzjoni tar-riskju tikkonferma li ma jista' jiġi antiċipat l-ebda fattur li jista' jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
4. Meta r-riżultati tal-monitoraġġ, li juru li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, il-punti (b) sa (e) ikunu ġew issodisfati, ikunu diġà disponibbli minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], dawk ir-riżultati tal-monitoraġġ jistgħu jintużaw biex il-monitoraġġ jiġi adattat minn dik id-data wara li ssir l-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista.
PARTI D
Il-metodi u l-punti tal-kampjunar
1. Il-punti tal-kampjunar għandhom jintgħażlu b'mod li jassiguraw il-konformità mal-punti ta' konformità kif definit fl-Artikolu 6. F'każ ta' netwerk ta' distribuzzjoni, Stat Membru jista' jieħu kampjuni fiż-żona ta' forniment jew mix-xogħlijiet ta' trattament għal parametri partikolari jekk ikun jista' jintwera li mhux se jkun hemm l-ebda bidla negattiva għall-valur imkejjel tal-parametri kkonċernati. Sa fejn huwa possibbli, l-għadd ta' kampjuni għandu jitqassam ugwalment kemm fil-ħin kif ukoll fil-post.
2. Il-kampjunar fil-punt ta' konformità għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti:
(a) il-kampjuni tal-konformità għal ċerti parametri kimiċi (b'mod partikolari r-ram , iċ-ċomb , il-Legionella u n-nikil) għandhom jittieħdu mill-viti tal-konsumaturi mingħajr ifflaxxjar minn qabel. Għandu jittieħed kampjun aleatorju b'volum ta' litru matul il-ġurnata. Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi ta' żmien fiss ta' staġnar li jirriflettu s-sitwazzjonijiet nazzjonali tagħhom, sakemm fil-livell taż-żona ta' forniment, dan ma jirriżultax f'każijiet anqas ta' nuqqas ta' konformità minn meta jintuża l-metodu aleatorju ta' matul il-ġurnata;
(b) il-kampjuni ta' konformità għall-parametri mikrobijoloġiċi fil-punt ta' konformità għandhom jittieħdu u jiġu mmaniġjati skont EN ISO 19458, l-iskop B tal-kampjunar.
2a. Il-kampjuni tal-Legionella f'sistemi ta' distribuzzjoni domestika għandhom jittieħdu f'punti ta' riskju għall-proliferazzjoni tal-Legionella pneumophila u/jew għall-esponiment għaliha. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu linji gwida għal metodi ta' teħid ta' kampjuni għal-Legionella. [Em. 144]
3. Il-kampjunar fin-netwerk ta' distribuzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-kampjunar fil-vitin tal-konsumaturi, għandu jkun skont ISO 5667-5. Għall-parametri mikrobijoloġiċi, il-kampjunar fin-netwerk ta' distribuzzjoni għandu jittieħed u jiġi mmaniġjat skont EN ISO 19458, l-iskop A tal-kampjunar.
ANNEX IIa
Rekwiżiti minimi ta' iġjene għal sustanzi u materjali għall-manifattura ta' prodotti ġodda li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem:
(a) lista ta' sustanzi approvati għall-użu fil-manifattura ta' materjali, inkluż iżda mhux limitat għal materjali organiċi, l-elastomeri, silikoni, metalli, siment, reżini ta' skambju joniku, materjali komposti u prodotti derivati.
(b) rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta' sustanzi f'materjali u prodotti derivati minnhom.
(c) restrizzjonijiet speċifiċi fuq il-migrazzjoni ta' ċerti sustanzi fl-ilma tax-xorb.
(d) regoli ta' iġjene rigward proprjetajiet oħra li huma obbligatorji biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti.
(e) regoli bażiċi biex tiġi vverifikata l-konformità mal-punti (a) sa (d).
(f) regoli li jikkonċernaw il-kampjunar u l-metodi ta' analiżi biex tiġi eżaminata l-konformità mal-punti (a) sa (d). [Em. 145]
ANNESS III
SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ANALIŻI TA' PARAMETRI
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi ta' analiżi użati għall-finijiet ta' monitoraġġ u demostrazzjoni tal-konformità ma' din id-Direttiva huma vvalidati u ddokumentati skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorji jew partijiet ikkuntrattati ma' laboratorji japplikaw prattiki ta' sistema ta' ġestjoni ta' kwalità skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali.
Fin-nuqqas ta' metodu analitiku li jissodisfa l-kriterji tal-prestazzjoni minima stipulati fil-Parti B, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ isir bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli iżda li ma joħolqux spejjeż eċċessivi.
PARTI A
Parametri mikrobijoloġiċi b'metodi tal-analiżi speċifikati għalihom
Il-metodi għall-parametri mikrobijoloġiċi huma:
(a) Escherichia coli (E. coli) u batterji koliformi (EN ISO 9308-1 jew EN ISO 9308-2)
(b) Enterokokki (EN ISO 7899-2)
(c) Pseudomonas aeruginosa (EN ISO 16266)
(d) l-għadd tal-kolonji jew l-għadd tal-kolonji eterotrofiċi f'temperatura ta' 22 °C (EN ISO 6222)
(e) Clostridium perfringens inklużi l-ispori (EN ISO 14189)
(f) Turbidità (EN ISO 7027)
(g) Legionella (EN ISO 11731)
(h) Kolifaġi somatiċi (EN ISO 10705-2)
PARTI B
Parametri kimiċi b'karatteristiċi tal-prestazzjoni speċifikati għalihom
1. Parametri kimiċi
Għall-parametri stipulati fit-Tabella 1, il-metodu tal-analiżi użat għandu, bħala minimu, ikun kapaċi jkejjel il-konċentrazzjonijiet daqs il-valur parametriku b'limitu ta' kwantifikazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE(43), ta' 30 % jew anqas tal-valur parametriku u inċertezza tal-kejl kif speċifikat fit-Tabella 1. Ir-riżultat għandu jiġi espress bl-użu ta' mill-anqas l-istess għadd ta' cifri sinifikanti bħal dak tal-valur parametriku kkunsidrat fil-Parti B tal-Anness I.
L-inċertezza tal-kejl stabbilita fit-Tabella 1 ma għandhiex tintuża bħala tolleranza addizzjonali mal-valuri parametriċi stipulati fl-Anness I.
Tabella 1
Karatteristiċi minimi tal-prestazzjoni “Inċertezza tal-kejl”
Parametri
Inċertezzi tal-kejl
(Ara n-Nota 1)
% tal-valur parametriku
Noti
Akrilammid
30
Antimonju
40
Arseniku
30
Benżo(a)piren
50
Ara n-Nota 2
Benżen
40
Beta-estradijol (50-28-2)
50
Bisfenol A
50
Boron
25
Bromat
40
Kadmju
25
Klorat
30
Klorit
30
Kromju
30
Ram
25
Ċjanur
30
Ara n-Nota 3
1,2-dikloroetan
40
Epikloroidrin
30
Fluworur
20
HAAs
50
Ċomb
25
Merkurju
30
Mikroċistina-LR
30
Nikil
25
Nitrat
15
Nitrit
20
Nonilfenol
50
Pestiċidi
30
Ara n-Nota 4
PFASs
5020
Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi
30
Ara n-Nota 5
Selenju
40
Tetrakloroeten
30
Ara n-Nota 6
Trikloroeten
40
Ara n-Nota 6
Trialometani — total
40
Ara n-Nota 5
Uranju
30
Klorur tal-vinil
50
[Em. 177 u 224]
2. Noti għat- Tabella 1
Nota 1
L-inċertezza tal-kejl hija parametru mhux negattiv li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri ta' kwantità attribwiti għal mikjel u bbażat fuq l-informazzjoni li ntużat. Il-kriterju tal-prestazzjoni għall-kejl tal-inċertezza (k = 2) huwa l-persentaġġ tal-valur parametriku msemmi fit-tabella jew kwalunkwe valur aktar strett . Il-kejl tal-inċertezza għandu jiġi kkalkulat fil-livell tal-valur parametriku, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.
Nota 2:
Jekk il-valur tal-inċertezza tal-kejl ma jistax jiġi ssodisfat, għandha tingħażel l-aħjar teknika disponibbli (sa 60 %).
Nota 3:
Il-metodu għandu jistabilixxi t-total ta' ċjanur fil-forom kollha.
Nota 4:
Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni għal pestiċidi individwali jingħataw bħala indikazzjoni. Jistgħu jinkisbu valuri tal-inċertezza tal-kejl baxxi sa 30 % għal diversi pestiċidi, filwaqt li jistgħu jiġu permessi valuri għolja sa 80 % għal għadd ta' pestiċidi.
Nota 5:
Il-karatteristiċi ta' prestazzjoni japplikaw għal sustanzi individwali speċifikati f'25 % tal-valur parametriku fil-Parti B tal-Anness I.
Nota 6:
Il-karatteristiċi ta' prestazzjoni japplikaw għal sustanzi individwali speċifikati f'50 % tal-valur parametriku fil-Parti B tal-Anness I.
ANNESS IV
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA ONLINE LILL-PUBBLIKU [Em. 146]
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun aċċessibbli online għall-konsumaturi, u għandha tkun personalizzatajew b'modi ugwali personalizzati u faċli biex dak li jkun jaċċessaha u jifhimha: [Em. 147]
(1) l-identifikazzjoni tal-fornitur tal-ilma rilevanti, iż-żona u l-għadd ta' persuni fornuti, u l-metodu ta' produzzjoni tal-ilma; [Em. 148]
(2) l-aktar rieżami tal-aktar riżultati reċenti tal-monitoraġġ għal kull fornitur tal-ilma, għall-parametri elenkati fil-Partifil-Partijiet A, B u fil-Parti BBa tal-Anness I, inklużi inkluża l-frekwenza u l-post fejn jinsabu l-punti tal-kampjunar, li huma rilevanti għall-qasam ta’ interess għall-persuna li tkun qed tingħata l-provvista, flimkien mal-valur parametriku stabbilit skont l-Artikolu 5. Ir-riżultati tal-monitoraġġ ma għandhomx jirreferu għal perjodu li jkun qabeż: [Em. 149]
(a) żmien xahar, għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna;
(b) żmien sitt xhur, għall-fornituri tal-ilma medji u kbar; [Em. 202]
(c) żmien sena għall-fornituri tal-ilma żgħar ħafna u żgħar; [Em. 203]
(3) f'każ ta' periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem skont kif ikun determinat mill-awtoritajiet kompetenti wara li jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, informazzjoni dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u l-pariri assoċjati dwar is-saħħa u l-konsum, jew iperlink li jipprovdi aċċess għal tali informazzjoni; [Em. 150]
(5) informazzjoni dwar il-parametri indikaturi elenkati fil-Parti Ba u l-valuri parametriċi assoċjati li ġejjin:;
(a) Kulur;
(b) pH (Konċentrazzjoni tal-joni tal-idroġenu);
(c) Konduttività;
(d) Ħadid;
(e) Manganiż;
(f) Riħa;
(g) Togħma;
(h) Ebusija;
(i) Minerali, anjoni/katjoni dissolti fl-ilma:
– Borat BO3-
– Karbonat CO32-
– Klorur Cl-
– Fluworur F-
– Karbonat tal-idroġenu HCO3-
– Nitrat NO3-
– Nitrit NO2-
– Fosfat PO43-
– Silikat SiO2
– Sulfat SO42-
– Sulfur S2-
– Aluminju Al
– Ammonju NH4+
– Kalċju Ca
– Manjeżju Mg
– Potassju K
– Sodju Na
Dawk il-valuri parametriċi u komposti kimiċi u mikroelementi mhux ionizzati oħrajn jistgħu jintwerew b’valur ta’ referenza u/jew spjegazzjoni; [Em. 152]
(6) pariri lill-konsumaturi, inkluż dwar kif jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma meta jkun xieraq u kif jużaw l-ilma b'mod responsabbli skont il-kundizzjonijiet lokali; [Em. 153]
(7) għall-fornituri tal-ilma kbar u kbar ħafna, informazzjoni annwali dwar: [Em. 154]
(a) il-prestazzjoni ġenerali tas-sistema tal-ilma f’termini ta’ effiċjenza, inklużi r-ratil-livelli ta’ tnixxija u l-effiċjenza enerġetika għal kull metru kubu ta’ ilma fornut skont kif determinati mill-Istati Membri; [Em. 155]
(b) informazzjoni dwar il-ġestjoni il-mudell u l-governanza tal-fornitur tal-ilma, inkluża l-kompożizzjoni tal-bord tad-diretturi l-istruttura ta' sjieda tal-provvista tal-ilma mill-fornitur tal-ilma; [Em. 156]
(c) il-kwantità tal-ilma fornut kull sena, u x-xejriet ta’ konsum;
(d) informazzjoni meta l-ispejjeż jiġu rkuprati permezz ta' sistema tariffarja, informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffatat-tariffi għal kull metru kubu ta’ ilma, inklużi l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli, li tippreżenta tal-inqaskif ukoll l-ispejjeż relatati mal-użu ta’ enerġija għal kull metru kubu ta’ ilma fornut, il-miżurimal-miżuri meħuda mill-fornituri tal-ilma għall-valutazzjoni tal-perikli skont l-Artikolu 8(4), it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi, u l-ispejjeż relatati mal-miżuri għall-finijiet tal-Artikolu 13, fejn il-fornituri tal-ilma jkunu ħadu miżuri ta’ dan it-tip; [Em. 157]
(e) l-ammont tal-investimenti meqjusa bħala meħtieġa mill-fornitur biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tas-servizzi tal-forniment tal-ilma (inklużi l-manutenzjoni ta’ l-infrastruttura) u l-ammont tal-investiment li ġie effettivament riċevut jew irkuprat magħmula, dawk għaddejjin u dawk ippjanati, kif ukoll il-pjan ta' finanzjament; [Em. 158]
(f) it-tipi ta’ trattament u ta’ diżinfezzjoni applikati;
(g) sommarju u statistika dwar l-ilmenti mill-konsumaturi, u dwar il-puntwalità u l-adegwatezza tar-risponsi għall-problemi kif dawn jiġu solvuti; [Em. 159]
(8) aċċess, fuq talba, għal dejta storika b’rabta mal-informazzjoni msemmija fil-punti (2) u (3), li tmur lura għal perjodu ta’ sa għaxar snin, u mhux iktar kmieni mit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. [Em. 160]
ANNESS V
Parti A
Id-Direttiva mħassra
flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 23)
Id-Direttiva tal-kunsill 98/83/KE
(ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32)
Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)
Il-punt 29 biss tal-Anness II
Ir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 188, 18.7.2009, p. 14)
Il-punt 2.2 biss tal-Anness
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787
(ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6)
Parti B
Il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 23)
Id-Direttiva
Il-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni
98/83/KE
Il-25 ta’ Diċembru 2000
(UE) 2015/1787
Is-27 ta’ Ottubru 2017
ANNESS VI
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Id-Direttiva 98/83/KE
Din id-Direttiva
L-Artikolu 1
L-Artikolu 1
L-Artikolu 2, il-kliem introduttorju
L-Artikolu 2, il-kliem introduttorju
L-Artikolu 2, il-punti 1 u 2
L-Artikolu 2, il-punti 1 u 2
-
L-Artikolu 2, il-punti 3 sa 8
L-Artikolu 3(1), il-kliem introduttorju
L-Artikolu 3(1), il-kliem introduttorju
L-Artikolu 3(1)(a) u (b)
L-Artikolu 3(1)(a) u (b)
L-Artikolu 3(2) u (3)
L-Artikolu 3(2) u (3)
L-Artikolu 4(1), il-kliem introduttorju
L-Artikolu 4(1), il-kliem introduttorju
L-Artikolu 4(1)(a) u (b)
L-Artikolu 4(1)(a) u (b)
L-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu
L-Artikolu 4(1)(c)
L-Artikolu 4(2)
L-Artikolu 4(2)
L-Artikolu 5(1) u (2)
L-Artikolu 5(1)
L-Artikolu 5(3)
L-Artikolu 5(2)
L-Artikolu 6(1), il-punti (a) sa (c)
L-Artikolu 6, il-punti (a) sa (c)
L-Artikolu 6(1), il-punt (d)
-
L-Artikolu 6(2)
-
L-Artikolu 6(3)
-
-
L-Artikolu 7
-
L-Artikolu 8
L-Artikolu 9
-
L-Artikolu 10
L-Artikolu 7(1)
L-Artikolu 11(1)
L-Artikolu 7(2)
L-Artikolu 11(2), il-kliem introduttorju
-
L-Artikolu 11(2), il-punti (a) sa (c)
L-Artikolu 7(3)
L-Artikolu 11(3)
L-Artikolu 7(4)
-
L-Artikolu 7(5)(a)
L-Artikolu 11(4), il-kliem introduttorju
L-Artikolu 7(5)(b)
L-Artikolu 11(4)(a)
L-Artikolu 7(5)(c)
L-Artikolu 11(4)(b)
L-Artikolu 7(6)
L-Artikolu 11(5)
L-Artikolu 8(1)
L-Artikolu 12(1)
L-Artikolu 8(2)
L-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu
-
L-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu
L-Artikolu 8(3)
L-Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu
-
L-Artikolu 12(3), it-tieni subparagrafu
-
L-Artikolu 12(4), il-punti (a) sa (c)
L-Artikolu 8(4)
L-Artikolu 12(5)
L-Artikolu 8(5) sa (7)
-
L-Artikolu 9
-
L-Artikolu 10
-
-
L-Artikolu 13
-
L-Artikolu 14
-
L-Artikolu 15
-
L-Artikolu 16
-
L-Artikolu 17
L-Artikolu 11(1)
L-Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu
-
L-Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu
L-Artikolu 11(2)
-
-
L-Artikolu 18(2)
-
L-Artikolu 19
L-Artikolu 12(1)
L-Artikolu 20(1)
L-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu
L-Artikolu 20(1)
L-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu
-
L-Artikolu 12(3)
-
L-Artikolu 13
-
L-Artikolu 14
-
L-Artikolu 15
-
-
L-Artikolu 21
L-Artikolu 17(1) u (2)
L-Artikolu 22(1) u (2)
L-Artikolu 16(1)
L-Artikolu 23(1)
L-Artikolu 16(2)
-
L-Artikolu 23(2)
L-Artikolu 18
L-Artikolu 24
L-Artikolu 19
L-Artikolu 25
L-Anness I, il-Parti A
L-Anness I, il-Parti A
L-Anness I, il-Parti B
L-Anness I, il-Parti B
L-Anness I, il-Parti C
-
-
L-Anness I, il-Parti C
L-Anness II, il-Parti A (1)(a) sa (c)
L-Anness II, il-Parti A (1)(a) sa (c)
L-Anness II, il-Parti A (2), l-ewwel subparagrafu
L-Anness II, il-Parti A (2), l-ewwel subparagrafu
-
L-Anness II, il-Parti A (2), it-tieni subparagrafu u t-tabella
L-Anness II, il-Parti A (2), it-tieni subparagrafu
L-Anness II, il-Parti A (2), it-tielet subparagrafu
L-Anness II, il-Parti A (3)
-
L-Anness II, il-Parti A (4)
L-Anness II, il-Parti A (3)
L-Anness II, il-Parti B (1)
-
L-Anness II, il-Parti B (2)
L-Anness II, il-Parti B (1)
L-Anness II, il-Parti B (3)
L-Anness II, il-Parti B (2)
L-Anness II, il-Parti C (1)
-
L-Anness II, il-Parti C (2)
L-Anness II, il-Parti C (1)
L-Anness II, il-Parti C (3)
-
L-Anness II, il-Parti C (4)
L-Anness II, il-Parti C (2)
L-Anness II, il-Parti C (5)
L-Anness II, il-Parti C (3)
-
L-Anness II, il-Parti C (4)
L-Anness II, il-Parti C (6)
-
L-Anness II, il-Parti D, il-punti (1) sa (3)
L-Anness II, il-Parti D, il-punti (1) sa (3)
L-Anness III, l-ewwel u t-tieni subparagrafi
L-Anness III, l-ewwel u t-tieni subparagrafi
L-Anness III, il-Parti A, l-ewwel u t-tieni subparagrafi
-
L-Anness III, il-Parti A, it-tielet subparagrafu, il-punti (a) sa (f)
L-Anness III, il-Parti A, it-tielet subparagrafu, il-punti (a) sa (h)
L-Anness III, il-Parti B, (1), l-ewwel subparagrafu
L-Anness III, il-Parti B, (1), l-ewwel subparagrafu
L-Anness III, il-Parti B, (1), it-tieni subparagrafu
-
L-Anness III, il-Parti B, (1), it-tielet subparagrafu u t-Tabella 1
L-Anness III, il-Parti B, (1), it-tieni subparagrafu u t-Tabella 1
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).
Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
Ir-Rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri SR 12/2017: “Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb: titjib fil-kwalità tal-ilma u fl-aċċess għalih fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija, iżda l-ħtiġijiet ta’ investiment għadhom sostanzjali”.
Il-Proġett ta’ Kooperazzjoni tal-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa dwar il-Parametri tal-Ilma tax-Xorb "Appoġġ għar-Rakkomandazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb), il-11 ta’ Settembru 2017.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta’ Ottubru 2015 li temenda l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6).
Guidelines for drinking water quality, Fourth Edition, World Health Organisation, 2011 (Il-Linji Gwida tad-WHO għall-ilma tax-xorb, ir-Raba’ Edizzjoni, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2011) http://www.who.int/water_sanitation_health/publications/2011/dwq_guidelines/en/index.html
Water Safety Plan Manual: step-by-step risk management for drinking water suppliers, World Health Organisation, 2009 (Il-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma: ġestjoni tar-riskju pass pass għall-fornituri tal-ilma tax-xorb, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2009) http://apps.who.int/iris/bitstream/10665/75141/1/9789241562638_eng.pdf
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
“Legionella and the prevention of Legionellosis”, World Health Organisation, 2007 (“Il-Legionella u l-prevenzjoni tal-Leġjonellożi”, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2007), http://www.who.int/water_sanitation_health/emerging/legionella.pdf
Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/C 428/09) tas-17 ta' Novembru 2017 (ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10).
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 378/01) tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri, (ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1).
Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2000, p. 26).
Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv ta’ inġunzjoni u kumpensatorji fl-Istati Membri li jirrigwardaw il-ksur tad-drittijiet skont il-Liġi tal-Unjoni (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 60).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12).
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta' Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36).