Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0190(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0156/2019

Testi mressqa :

A8-0156/2019

Dibattiti :

PV 28/03/2019 - 4
CRE 28/03/2019 - 4

Votazzjonijiet :

PV 28/03/2019 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0323

Testi adottati
PDF 347kWORD 106k
Il-Ħamis, 28 ta' Marzu 2019 - Strasburgu
L-istabbiliment tal-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) ***I
P8_TA(2019)0323A8-0156/2019
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (COM(2018)0366 – C8-0237/2018 – 2018/0190(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0366),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 167(5) u 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0237/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l - opinjoni tal - Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta’ Frar 2019,(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0156/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 87.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013
P8_TC1-COD(2018)0190

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 167(5), u l-Artikolu 173(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Il-kultura, l-arti, il-wirt kulturali u d-diversità kulturali huma ta' valur kbir għas-soċjetà Ewropea mil-lat kulturali, edukattiv, demokratiku, ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u ekonomiku, u jenħtieġ li jiġu promossi u appoġġati. Id-dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017 u l-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2017 iddikjaraw li l-edukazzjoni u l-kultura huma kruċjali biex jinbnew soċjetajiet li jiffavorixxu l-inklużività u l-koeżjoni ta' kulħadd, u biex tiġi appoġġata l-kompetittività Ewropea. [Em. 1]

(2)  Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi". Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid u huma stabbiliti b'mod ċar fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), li għandha l-istess valur legali bħat-Trattati, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-TUE. B'mod partikolari, il-libertà ta' espressjoni u tal-informazzjoni hija minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta u l-libertà tal-arti u x-xjenza hija minquxa fl-Artikolu 13 tal-Karta. [Em. 2]

(3)  L-Artikolu 3 tat-TUE jispeċifika wkoll li l-mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha u li, fost affarijiet oħra, għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew.

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura(4) tkompli tistabbilixxi l-għanijiet tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi. Għandha l-għan li tisfrutta s-setgħa tal-kultura u tad-diversità kulturali għall-koeżjoni soċjali u l-benessri fis-soċjetà, u li trawwem id-dimensjoni transfruntiera tas-setturi kulturali u kreattivi u tappoġġa l-kapaċità tagħhom li jikbru, filwaqt li tħeġġeġ il-kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni u l-innovazzjoni. Il-Komunikazzjoni tittratta wkoll l-impjiegi, it-tkabbir u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali. Il-programm Ewropa Kreattiva, flimkien ma’ programmi oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ din l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura . Dan , filwaqt li jqis il-fatt li jitqies li l-valur intrinsiku tal-kultura u tal-espressjoni artistika jenħtieġ li dejjem jiġi ppreservat u promoss u li l-kreazzjoni artisitika tinsab fil-qalba tal-proġetti ta' kooperazzjoni. L-appoġġ lill-implimentazzjoni ta' din l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura ġdida huwa wkoll b’konformità mal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2007, u li l-Unjoni hija parti għaliha. [Em. 3]

(4a)  Il-politiki tal-Unjoni se jikkomplementaw lill-intervent mill-Istati Membri fil-qasam kulturali u kreattiv u jżidu l-valur tiegħu. Jenħtieġ li l-impatt tal-politiki tal-Unjoni jiġi vvalutat fuq bażi regolari, filwaqt li jitqiesu indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi bħall-benefiċċji għaċ-ċittadini, il-parteċipazzjoni attiva tagħhom, il-benefiċċji għall-ekonomija tal-Unjoni f'termini ta' tkabbir u impjiegi u r-riperkussjonijiet f'setturi oħra tal-ekonomija, u l-ħiliet u l-kompetenzi tal-persuni li jaħdmu fis-setturi kulturali u kreattivi. [Em. 4]

(4b)  Is-salvagwardja u t-titjib tal-wirt kulturali Ewropew huma għanijiet ta' dan il-Programm. Dawn l-objettivi ġew rikonoxxuti wkoll bħala inerenti għad-dritt għall-għarfien tal-wirt kulturali u l-parteċipazzjoni fih, stabbilit fil-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà (il-Konvenzjoni ta' Faro), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011. Dik il-Konvenzjoni tissottolinja r-rwol tal-wirt kulturali fil-kostruzzjoni ta' soċjetà paċifika u demokratika, u fil-proċessi ta' żvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tad-diversità kulturali. [Em. 5]

(5)  Il-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea tiddependi mill-eżistenza u tal-għarfien tal-għeruq komuni hija bbażata fuq il-libertà ta' espressjoni artistika, il-kapaċità u l-kompetenzi tal-artisti u tal-operaturi kulturali, l-eżistenza ta’ setturi kulturali u kreattivi ta’ suċċess li jkunu reżiljenti fid-dominju pubbliku, u li jkunu kapaċi privat u l-kapaċità tagħhom li joħolqu, jipproduċu jinnovaw u jqassmu x-xogħlijiet jipproduċu xogħlijiet tagħhom u jqassmuhom lil udjenza Ewropea kbira u diversifikata. Dan ikabbar Din b'hekk tkabbar il-potenzjal kummerċjali tagħhom, iżżid l-aċċess għall-kontenut kreattiv, ir-riċerka artisitika u jikkontribwixxi lejn l-kreattività u l-promozzjoni tagħhom u tikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli u lejn il-ħolqien ħolqien tal-impjiegi. Barra minn hekk, il-promozzjoni tal-kreattività tagħti u l-għarfien ġdid jagħtu spinta lill-kompetittività u lill-innovazzjoni fil-ktajjen tal-valur industrijali. Jenħtieġ li jiġi adottat approċċ usa' għall-edukazzjoni artistika u kulturali u r-riċerka artistika, li jiżviluppa minn approċċ STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Matematika) għal approċċ STEAM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Arti, Matematika). Minkejja l-progress li sar dan l-aħħar fir-rigward tal-assistenza għat-traduzzjoni u s-sottotitolar, is-suq kulturali u kreattiv Ewropew għadu frammentat fil-livell nazzjonali u lingwistiku. Dan ixekkel lis-setturi Filwaqt li tiġi rispettata l-ispeċifiċità ta' kull suq, jista' jsir sforz akbar sabiex is-setturi kulturali u kreattivi minħabba li ma jippermettilhomx jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku Ewropew u, mis-suq uniku diġitali, b’mod partikolari, mis-suq uniku diġitali inkluż billi titqies il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. [Em. 6]

(5a)  It-tranżizzjoni diġitali tirrappreżenta bidla fil-paradigma u hija waħda mill-akbar sfidi għas-setturi kulturali u kreattivi. L-innovazzjoni diġitali bidlet id-drawwiet, ir-relazzjonijiet u l-mudelli ta' produzzjoni u konsum kemm fil-livell personali kif ukoll f'dak soċjali, u jenħtieġ li tagħti spinta lill-espressjoni kulturali u kreattiva u n-narrattiva kulturali u kreattiva, filwaqt li tirrispetta l-valur speċifiku tas-setturi kulturali u kreattivi fi ħdan fl-ambjent diġitali. [Em. 7]

(6)  Il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura doppja tas-setturi kulturali u kreattivi filwaqt li jirrikonoxxi, minn naħa waħda, il-valur intrinsiku u artistiku tal-kultura u, min-naħa l-oħra, il-valur ekonomiku ta’ dawk is-setturi, inkluż il-kontribut aktar wiesa’ tagħhom għat-tkabbir u l-kompetittività, u għall-kreattività u l-innovazzjoni il-kreattività, l-innovazzjoni, id-djalogu interkulturali, il-koeżjoni soċjali u l-ġenerazzjoni tal-għarfien. Dan jeħtieġ setturi kulturali u kreattivi Ewropej qawwija b'saħħithom, kemm fl-oqsma għall-qligħ kif ukoll mingħajr qligħ, b’mod partikolari industrija awdjoviżiva Ewropea vivaċi, li l-kapaċità tagħha li tilħaq udjenzi kbar fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni u l-importanza ekonomika tagħha, inkluż għal setturi kreattivi oħra u għat-turiżmu kulturali, ikunu u għall-iżvilupp reġjonali, lokali u urban ġew ikkunsidrati. Madankollu, il-kompetizzjoni globali tas-swieq awdjoviżivi ġiet intensifikata iktar bħala riżultat tat-tfixkil diġitali li qed ikopli jikber maż-żmien, eż. bidliet fil-produzzjoni u l-konsum tal-midja, u l-pożizzjoni ta’ importanza dejjem akbar tal-pjattaformi globali fid-distribuzzjoni tal-kontenut. Għalhekk, għandu jingħata aktar appoġġ lill-industrija Ewropea. [Em. 8]

(6a)  Iċ-ċittadinanza Ewropea attiva, il-valuri komuni, il-kreattività u l-innovazzjoni jeħtieġu bażi soda li fuqha jkunu jistgħu jiżviluppaw. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-edukazzjoni ċinematografika u awdjoviżiva, b'mod partikolari fost il-minorenni u ż-żgħażagħ. [Em. 9]

(7)  Sabiex ikun effettiv, il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra n-natura u l-isfidi speċifiċi tas-setturi differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta fi ħdan fergħa ddedikata lis-settur awdjoviżiv, fergħa ddedikata lis-setturi kulturali u kreattivi l-oħra, kif ukoll fergħa transsettorjali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-istess appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi permezz ta' skemi orizzontali li jkunu mmirati lejn il-ħtiġijiet komuni. Billi jibni fuq proġetti pilota, il-Programm jenħtieġ ukoll li jimplimenta l-azzjonijiet settorjali elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament. [Em. 10]

(7a)  Il-mużika, fil-forom u fl-espressjonijiet kollha tagħha, u speċjalment il-mużika kontemporanja u l-mużika live, hija komponent essenzjali tal-wirt kulturali, artistiku u ekonomiku tal-Unjoni. Din hija element ta' koeżjoni soċjali, integrazzjoni multikulturali u soċjalizzazzjoni taż-żgħażagħ, u sservi bħala strument ewlieni biex titjieb il-kultura, inkluż it-turiżmu kulturali. Is-settur tal-mużika għalhekk jenħtieġ li jiffoka b'mod partikolari fuq l-azzjonijiet speċifiċi segwiti bħala parti mill-fergħa KULTURA skont dan ir-Regolament f'termini ta' distribuzzjoni finanzjarja u azzjonijiet immirati. Jenħtieġ li t-talbiet u l-istrumenti mfassla apposta jgħinu biex tingħata spinta lill-kompetittività tas-settur tal-mużika u jindirizzaw xi sfidi speċifiċi li dan jiffaċċja. [Em. 11]

(7b)  Huwa meħtieġ li l-appoġġ tal-Unjoni jissaħħaħ fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali. Jenħtieġ li l-Programm ifittex li jikkontribwixxi għat-tielet objettiv strateġiku tal-Aġenda Ewropea l-Ġdida għall-Kultura billi juża d-djalogu kulturali u interkulturali bħala magni għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli. Fl-Unjoni u madwar id-dinja, il-bliet qed jixprunaw politiki kulturali ġodda. Għadd kbir ta' komunitajiet kreattivi inġabru f'ċentri, inkubaturi u spazji ddedikati madwar id-dinja. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun strumentali biex tgħaqqad flimkien dawk il-komunitajiet mill-Unjoni u mill-pajjiżi terzi u trawwem kollaborazzjoni multidixxiplinarja fil-ħiliet artistiċi, kreattivi u diġitali. [Em. 12]

(8)  Il-fergħa transsettorjali għandha l-għan li tisfrutta l-potenzjal ta’ kollaborazzjoni fost setturi tindirizza l-isfidi komuni li jħabbtu wiċċhom magħhom is-setturi kulturali u kreattivi differenti, u tisfrutta l-potenzjal ta' kollaborazzjoni fosthom. Approċċ trażversali konġunt iwassal għal benefiċċji f’termini ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ effiċjenza amministrattiva. [Em. 13]

(9)  Hemm bżonn ta’ intervent mill-Unjoni fis-settur awdjoviżiv, maħsub biex jakkumpanja l-politiki tal-Unjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-modernizzazzjoni tal-qafas tad-drittijiet tal-awtur u r-Regolament propost dwar trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir bid-Direttiva (UE) 2019/789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), kif ukoll il-proposta biex tiġi emendata u d-Direttiva 2010/13/UE (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6). Għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tal-atturi tas-settur awdjoviżiv Ewropew biex joħolqu, jiffinanzjaw, jippproduċu jipproduċu u jiddisseminaw xogħlijiet li jistgħu jkunu viżibbli b’mod suffiċjenti ta' diversi formati fuq it-tipi differenti ta’ midja ta’ komunikazzjoni disponibbli (eż. it-TV, iċ-ċinema jew il-Video On Demand) u li l-udjenzi jsibuhom attraenti f’suq akbar u aktar kompetittiv kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha. L-appoġġ jenħtieġ li jiġi miżjud sabiex jindirizza l-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar fis-suq u, b’mod partikolari, il-pożizzjoni iktar b’saħħitha tal-pjattaformi globali ta’ distribuzzjoni meta mqabbla ma’ xandara nazzjonali li tradizzjonalment jinvestu fil-produzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej. [Em. 14]

(10)  L-azzjonijiet speċjali mfassla bħala parti mill-Programm Ewropa Kreattiva, bħaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, il-Jiem tal-Patrimonju Ewropew, il-premjijiet Ewropej fl-oqsma tal-mużika kontemporanja, il-pop u r-rock, il-letteratura, il-patrimonju u l-arkitettura u l-Kapitali Ewropej tal-Kultura ġibdu l-attenzjoni ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej, urew il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-politiki kulturali Ewropea u, għaldaqstant, jenħtieġ li jibqgħu jsiru u, kull meta jkun possibbli, għandhom jitwessgħu. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-attivitajiet tan-netwerking tas-siti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. [Em. 15]

(10a)  Il-Programm Ewropa Kreattiva taħt ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 xpruna l-ħolqien ta' proġetti innovattivi u ta' suċċess li ġġeneraw prattiki tajbin f'termini tal-kooperazzjoni transnazzjonali Ewropea fis-setturi kreattivi u kulturali. Bħala riżultat, dan żied id-diversità kulturali Ewropea għall-udjenzi, u ingrana l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-politiki kulturali Ewropej. Sabiex ikunu aktar effiċjenti, jenħtieġ li dawn l-istejjer ta' suċċess jiġu enfasizzati u, kull fejn ikun possibbli, jitwessgħu. [Em. 16]

(10b)  Il-livelli kollha ta' atturi fis-setturi kulturali u kreattivi jenħtieġ li jkunu involuti b'mod attiv fl-ilħuq tal-għanijiet tal-Programm u fl-iżvilupp ulterjuri tiegħu. Minħabba li l-esperjenza tal-involviment formali tal-partijiet ikkonċernati fil-mudell tal-governanza parteċipattiva tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, stabbilita permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2017/864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), deher li kienet effiċjenti għall-integrazzjoni sistematika kultura, huwa ssuġġerit li dan il-mudell jiġi applikat għall-Programm ukoll. Dan il-mudell ta' governanza parteċipattiva jenħtieġ li jinkludi approċċ trasversali bl-għan li jinħolqu sinerġiji bejn id-diversi programmi u inizjattivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kultura u l-kreattività. [Em. 17]

(10c)  Jenħtieġ li tiġi inkluża azzjoni transsettorjali emblematika li jkollha l-għan li tippreżenta d-diversità kreattiva u kulturali Ewropea lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi bħala parti mill-azzjonijiet speċjali li jaqgħu taħt il-Programm. L-azzjoni jenħtieġ li tenfasizza l-eċċellenza tal-kreattivià Ewropea bbażata fuq il-kultura biex tiskatta l-innovazzjoni transsettorjali fl-ekonomija usa', billi tagħti premju speċjali. [Em. 18]

(11)  Il-kultura hija essenzjali għat-tisħiħ ta’ komunitajiet inklużivi u, koeżivi u riflettivi, biex it-territorji jingħataw ħajja ġdida u biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali għal persuni bi sfond żvantaġġat. Fil-kuntest tal-pressjoni migratorja tal-kwistjonijiet migratorji u l-isfidi b'rabta mal-integrazzjoni, il-kultura għandha rwol importanti fundamentali fil-ħolqien ta' spazji inklużivi għal djalogu interkulturali u fl-integrazzjoni tal-migranti u r-rifuġjati, billi tgħinhom iħossuhom parti mis-soċjetajiet li jospitawhom, filwaqt li tgħin ukoll u fl-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-migranti u komunitajiet ġodda. [Em. 19]

(11a)  Il-kultura tipprovdi u trawwem is-sostenibilità ekonomika, soċjali u ambjentali. Għalhekk jenħtieġ li tkun fil-qalba tal-istrateġiji ta' żvilupp politiku. Il-kontribut tal-kultura għall-benessri tas-soċjetà kollha jenħtieġ li jiġi enfasizzat. Skont id-"Dikjarazzjoni ta' Davos" tat-22 ta' Jannar 2018 bit-titlu "Lejn Baukultur ta' kwalità għolja għall-Ewropa", jenħtieġ li jittieħdu passi biex jiġi promoss approċċ integrat ġdid għat-tfassil tal-ambjent mibni ta' kwalità għolja, li jkun integrat fil-kultura, isaħħaħ il-koeżjoni soċjali, jiżgura ambjent sostenibbli u jikkontribwixxi għas-saħħa u l-benessri tal-popolazzjoni kollha. Jenħtieġ li dak l-approċċ ma jpoġġix enfasi fuq iż-żoni urbani biss, iżda jenħtieġ li jiffoka primarjament fuq l-interkonnettività ta' żoni periferiċi, remoti u rurali. Il-kunċett ta' Baukultur jinkorpora l-fatturi kollha li jħallu impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u tal-komunitajiet, u għalhekk irawwem l-inklużività, il-koeżjoni u s-sostenibilità b'mod konkret ħafna. [Em. 20]

(11b)  Hija prijorità li l-kultura, inklużi oġġetti u servizzi kulturali u awdjoviżivi, isiru iktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità bħala strumenti biex jitrawwem is-sodisfazzjon personali u l-parteċipazzjoni attiva sħaħ tagħhom, u b'hekk tikkontribwixxi biex ikun hemm soċjetà verament inklużiva ibbażata fuq is-solidarjetà. Jenħtieġ għalhekk li l-Programm jippromwovi u jżid il-parteċipazzjoni kulturali fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari fir-rigward ta' persuni b'diżabilità u minn sfondi żvantaġġati, kif ukoll dawk li jgħixu f'żoni rurali u remoti. [Em. 21]

(12)  Il-libertà tal-espressjoni artistika hija l-qalba u kulturali, il-libertà ta' espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja jinsabu fil-qalba ta’ setturi kulturali u kreattivi vivaċi, u dan jgħodd ukoll għas-settur tas-settur tal-mezzi ta’ informazzjoni. Il-programm jenħtieġ li jippromwovi kollegamenti u kollaborazzjoni bejn is-settur awdjoviżiv u s-settur tal-pubblikazzjoni sabiex jiġi promoss bl-għan li jippromwovi ambjent medjatiku pluralistiku u indipendenti bi qbil mad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ għall-professjonisti ġodda tal-midja u jtejjeb l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku fost iċ-ċittadini permezz tal-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ. [Em. 22]

(12a)  Il-mobilità tal-artisti u tal-ħaddiema kulturali, fir-rigward tal-iżvilupp tal-ħiliet, it-tagħlim, is-sensibilizzazzjoni interkulturali, il-kokreazzjoni, il-koproduzzjoni, iċ-ċirkolazzjoni u d-disseminazzjoni ta' xogħlijiet artistiċi, il-parteċipazzjoni f'avvenimenti internazzjonali, bħal fieri, festivals eċċ., hija prerekwiżit ewlieni għal setturi kulturali u kreattivi aktar marbuta flimkien, aktar b'saħħithom u aktar sostenibbli fl-Unjoni. Din il-mobilità sikwit tiġi mxekkla min-nuqqas ta' status legali, diffikultajiet biex jinkisbu l-viżi u t-tul ta' żmien tal-permessi, ir-riskju ta' tassazzjoni doppja u kundizzjonijiet tas-sigurtà soċjali prekarji u instabbli. [Em. 23]

(13)  B’konformità mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Programm, fl-attivitajiet kollha tiegħu, jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-għanijiet ta’ nondiskriminazzjoni u, fejn applikabbli, jenħtieġ li jiddefinixxi kriterji xierqa ta’ bilanċ bejn is-sessi u diversità. Il-Programm jenħtieġ li jfittex li jiżgura li l-parteċipazzjoni fil-Programm u l-proġetti mwettqa taħt il-Programm tilħaq u tirrifletti d-diversità tas-soċjetà Ewropea. L-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u rrapportati sabiex tiġi aċċertata l-prestazzjoni tal-Programm f'dak ir-rigward u biex dawk li jfasslu l-politika jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar fir-rigward ta' programmi futuri. [Em. 24]

(13a)  In-nisa huma preżenti ħafna fil-qasam artistiku u kulturali fl-Unjoni bħala awturi, professjonisti, għalliema, u bħala udjenza b'aċċess dejjem ikbar tal-pubbliku kulturali. Madankollu, kif evidenzjat minn riċerka u studji bħall-"European Women´s Audiovisual Network" (in-Netwerk Ewropew Awdjoviżiv tan-Nisa) għad-diretturi tal-films u mill-proġett We Must fil-qasam tal-mużika, jeżistu inugwaljanzi fil-pagi bejn is-sessi u huwa inqas probabbli li n-nisa jwettqu xogħlijiethom u jokkupaw karigi ta' teħid tad-deċiżjonijiet f'istituzzjonijiet kulturali, artistiċi u kreattivi. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu promossi t-talenti femminili u li jiġu ċċirkolati x-xogħlijiet tagħhom sabiex jiġu appoġġati l-karrieri artistiċi tan-nisa. [Em. 25]

(14)  B’konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta “Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali”, li ġiet approvata bir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2017(9), l-istrumenti ta’ finanzjament Ewropej u, b’mod partikolari, dan il-programm, jenħtieġ li jagħrfu r-rilevanza tal-kultura fir-relazzjonijiet internazzjonali u r-rwol tagħha fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej permezz ta’ azzjonijiet immirati mfasslin b’tali mod li jkollhom impatt ċar tal-UE fuq ix-xena globali.

(14a)  F'konformità mal-konklużjonijiet li nstiltu wara s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018, il-Programm jenħtieġ li jtejjeb il-kooperazzjoni u l-kapaċità ta' promozzjoni tas-settur permezz ta' appoġġ għal attivitajiet relatati mal-legat tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 u filwaqt li jqisu. B'rabta ma' dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni lid-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kultura li saret f'Novembru 2018 u d-dikjarazzjonijiet magħmula fl-avveniment ta' għeluq tal-Kunsill, fis-7 ta' Diċembru 2018. Il-Programm jenħtieġ li jikkontrobwixxi għall-preservazzjoni sostenibbli fit-tul tal-wirt kulturali Ewropew permezz ta' azzjonijiet ta' appoġġ għall-artiġjani u għan-nies li jkunu mħarrġa fis-snajja' tradizzjonali relatati mar-restawr tal-wirt kulturali. [Em. 26]

(15)  B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali” tat-22 ta’ Lulju 2014(10), il-politiki u l-istrumenti rilevanti jenħtieġ li joħorġu l-valur fuq terminu ta’ żmien twil u tas-sostenibbiltà tal-wirt kulturali tal-passat, tal-preżenti, tanġibbli, intanġibbli u diġitali tal-Ewropa, u jiżviluppaw approċċ aktar integrat lejn il-preżervazzjoni u l-valorizzazzjoni tiegħu, il-konservazzjoni, l-użu mill-ġdid adattiv, it-tixrid, il-valorizzazzjoni u l-appoġġ billi jappoġġaw kondiviżjoni ta' kwalità u kkoordinata tal-għarfien professjonali u l-iżvilupp ta' standards ta' kwalità komuni għas-settur u mobilità għall-professjonisti tas-settur. Il-wirt kulturali jifforma parti integrali mill-koeżjoni Ewropea u jappoġġa r-rabta bejn it-tradizzjoni u l-innovazzjoni. Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali u l-appoġġ għas-sengħa tal-artisti u tal-persuni li joħolqu xogħlijiet artistiċi jenħtieġ li jkunu prijorità tal-Programm. [Em. 27]

(15a)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-impenn u l-involviment taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-kultura u s-soċjetà, għall-promozzjoni tal-edukazzjoni kulturali u biex l-għarfien u l-wirt kulturali jsiru aċċessibbli pubblikament. Jenħtieġ ukoll li l-Programm irawwem il-kwalità u l-innovazzjoni fil-ħolqien u l-konservazzjoni inkluż permezz ta' sinerġiji fost il-kultura, l-arti, ix-xjenza, ir-riċerka u t-teknoloġija. [Em. 28]

(16)  B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ninvestu f’Ewropa intelliġenti, innovattiv u sostenibbli tal-Industrija — Tiġdid tal-Politika Industrijali” tat-13 ta’ Settembru 2017(11), l-azzjonijiet futuri jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ta’ kreattività, id-disinn u t-teknoloġiji l-aktar avvanzati biex joħolqu ktajjen ta’ valur industrijali ġodda u jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-kompetittività tal-industriji tradizzjonali.

(16a)  F'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi, l-appoġġ għas-setturi kulturali u kreattivi jenħtieġ li jkun kwistjoni trasversali. Il-proġetti jenħtieġ li jiġu integrati matul il-Programm kollu sabiex jiġu appoġġati mudelli ta' negozju u ħiliet ġodda, savoir-faire tradizzjonali kif ukoll il-bidla ta' soluzzjonijiet kreattivi u interdixxiplinari f'valur ekonomiku u soċjali. Barra minn hekk, is-sinerġiji potenzjali li jeżistu bejn il-politiki tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu sfruttati bis-sħiħ, sabiex jintuża b'mod effettiv il-finanzjament disponibbli bħala parti mill-programmi tal-Unjoni - bħal Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Erasmus+, EaSI u InvestEU. [Em. 29]

(17)  Soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, fil-Programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, il-pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali li jkunu qed jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, kif ukoll il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-sħab strateġiċi tal-UE.

(18)  Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Il-kontribuzzjonijiet ta' pajjiżi terzi għall-Programm jenħtieġ li jiġu rapportati fuq bażi annwali lill-awtorità baġitarja. [Em. 30]

(19)  Il-programm jenħtieġ li jkattar il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (l-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa, inkluż Eurimages u l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (l- “Osservatorju”), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali. Dan il-programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-impenji tal-Unjoni b’rabta mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari d-dimensjoni kulturali tagħha(12). Fir-rigward tas-settur awdjoviżiv, il-programm jenħtieġ li jiżgura l-kontribut tal-Unjoni għall-ħidma tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew.

(20)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta’ mira ġenerali fejn 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġa għanijiet relatati mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

(21)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament(UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) ( Ir-Regolament Finanzjarju) u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedu t-twettiq ta’ verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament tal-Unjoni effettiv.

(22)  Sa mill-ħolqien tagħha, l-Akkademja Ewropea tal-Films żviluppat kompetenza unika, permezz tal-għarfien speċjali u tinsab f’pożizzjoni l-pożizzjoni unika biex toħloq tagħha, ikkontribwiet għall-iżvilupp ta' komunità pan-Ewropea ta’ persuni li joħolqu l-films u professjonisti tal-films, bl-għan li l-films billi ippromwoviet il-films Ewropej jiġu promossi u disseminati lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom biex tiżi żviluppata u rawmet l-emerġenza ta' udjenza verament Ewropea internazzjonali ta' kull età. Għalhekk, jenħtieġ li b'mod eċċezzjonali tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni, fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħha mal-Parlament Ewropew fl-organizzazzjoni tal-Premju Ċinematografiku LUX. Madankollu, l-appoġġ dirett jenħtieġ li jkun marbut mal-negozjar ta' ftehim dwar il-kooperazzjoni, b'missjonijiet u objettivi speċifiċi, bejn iż-żewġ partijiet, u jenħtieġ li jkun biss possibbli li jingħata appoġġ dirett ladarba dak il-ftehim ikun ġie konkluż. Dan ma jipprekludix lill-Akkademja Ewropea tal-Films milli tapplika għal finanzjament għal inizjattivi u proġetti oħra taħt il-fergħat differenti tal-Programm. [Em. 31]

(23)  Sa mill-ħolqien tagħha, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea żviluppat kompetenza unika fil-promozzjoni tad-djalogu ta' wirt mużikali Ewropew għani, aċċess għall-mużika u djalogu interkulturali, tar-rispett u rispett u fehim reċiproku reċiproċi u tal-fehim permezz tal-kultura, kif ukoll fit-tisħiħ tal-professjonaliżmu tal-mużiċisti żgħażagħ, billi pprovdiethom bil-ħiliet meħtieġa għal karriera fis-settur kulturali u kreattiv. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-Presidenti suċċessivi tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew, irrikonoxxew il-kontribut tal-Orkestra tal-Unjoni Ewropea. L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea hija partikolari minħabba li hija orkestra Ewropea li tmur lil hinn mill-konfini kulturali, u hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta' kwalità permezz ta' proċess annwali rigoruż u trasparenti ta' udjenza bi prova li jsir fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, jenħtieġ li b'mod eċċezzjonali tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni abbażi ta' missjonijiet u objettivi speċifiċi li jenħtieġ li jiġu stabbiliti u evalwati regolarment mill-Kummissjoni. Sabiex tiżgura dak l-appoġġ, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li żżid il-viżibilità tagħha, tagħmel kull sforz sabiex tikseb rappreżentazzjoni aktar ibbilanċjata tal-mużiċisti mill-Istati Membri kollha fi ħdan l-orkestra u tiddiversifika d-dħul tagħha billi tfittex b'mod attiv appoġġ finanzjarju minn sorsi oħra mill-finanzjament tal-Unjoni. [Em. 32]

(24)  Organizzazzjonijiet mis-setturi kulturali u kreattivi b’kopertura ġeografika Ewropea kbira li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu l-għoti ta’ servizzi kulturali direttament liċ-ċittadini tal-Unjoni u li għalhekk għandhom il-potenzjal li jkollhom impatt dirett fuq l-identità Ewropea jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ mill-Unjoni.

(25)  Sabiex jiġi żgurat li l-allokazzjoni ta’ fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni ssir b’mod effiċjenti, hemm bżonn li jiġu żgurati l-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha li jitwettqu skont il-Programm, u l-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li jenħtieġ li jiġu mfittxija l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u sinerġiji ma’ programmi ta’ finanzjament li jappoġġaw l-oqsma ta’ politika b’rabtiet mill-qrib ma’ xulxin kif ukoll ma’ politiki orizzontali bħall-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni.

(26)  L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar u li jkunu xierqa għall-proġetti speċifiċi li jkunu qed jappoġġaw. Il-Programm jenħtieġ li ma jikkunsidrax biss il-valur ekonomiku tal-proġetti, iżda wkoll id-dimensjoni kulturali u kreattiva tagħhom u l-ispeċifiċità tas-setturi kkonċernati. [Em. 33]

(26a)  Il-finanzjament mill-programmi stabbiliti bir-Regolament …/…[Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali(14) u r-Regolament …/… [IPA III](15) jenħtieġ li jintuża wkoll biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet taħt id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm. Dawk l-azzjonijiet jenħtieġ li jiġu implimentati bi qbil ma' dan ir-Regolament. [Em. 34]

(27)  Waħda Is-setturi kulturali u kreattivi huma setturi innovattivi, reżiljenti u li qed jikbru fl-ekonomija Ewropea, li jiġġeneraw valur ekonomiku u kulturali mill-proprjetà intellettwali u mill-kreattività individwali. Madankollu, in-natura frammentata u intanġibbli tal-assi tagħhom tillimita l-aċċess tagħhom għall-finanzjament privat. Waħda mill-akbar sfidi għas-setturi kulturali u kreattivi hija l-aċċess għal finanzjament li jippermetti li jiżdied l-aċċess tagħhom għall-finanzi, li l-attivitajiet li jwettqu jkabbru, huwa essenzjali biex jikbru iżommu jew iżidu l-kompetittività, jew jinternazzjonalizzaw l-attivitajiet tagħhom tagħhom fil-livell internazzjonali. L-għanijiet ta’ politika ta’ dan il-Programm jenħtieġ ukoll li jiġu indirizzati permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja, speċjalment għall-SMEs, bħala parti mit-tieqa ta’ politika/twieqi ta’ politika tal-Fond InvestEU b'konformità mal-prattiki żviluppati fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013. [Em. 35]

(28)  L-impatt, il-kwalità u l-effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-Proġett jenħtieġ li jikkostitwixxu l-kriterji ewlenin ta' evalwazzjoni għall-għażla tal-proġett ikkonċernat. Filwaqt li jitqies l-għarfien espert tekniku meħtieġ biex issir valutazzjoni tal-proposti li huma parti minn azzjonijiet speċifiċi tal-Programm, jenħtieġ li jkun previst li, fejn rilevanti, il-kumitati ta’ evalwazzjoni valutazzjoni jistgħu jkunu magħmula minn esperti esterni li jenħtieġ li jkollhom sfond professjonali u ta' ġestjoni b'rabta mal-qasam ta' applikazzjoni li jkun qed jiġi vvalutat. Fejn rilevanti, jenħtieġ li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ġenerali mal-objettivi ta' inklużjoni tal-udjenzi u d-diversità. [Em. 36]

(29)  Il-Programm jenħtieġ li jinkludi sistema realistika u maniġġabbli ta' indikaturi tal-prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi li takkumpanja l-azzjonijiet tiegħu u timmonitorja l-prestazzjoni tiegħu fuq bażi kontinwa, filwaqt li jitqies il-valur intrinsiku tal-arti u s-setturi kulturali u kreattivi. Tali indikaturi tal-prestazzjoni jenħtieġ li jiġu żviluppati mal-partijiet interessati. Dan il-monitoraġġ, kif ukoll l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm u mal-azzjonijiet tiegħu jenħtieġ li jibnu fuq it-tliet fergħat tal-programm. Il-fergħat jenħtieġ li jqisu indikatur kwantitattiv u kwalitattiv wieħed jew aktar. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jkunu vvalutati skont dan ir-Regolament. [Em. 37]

(29a)  Meta titqies il-kumplessità u d-diffikultà biex tinġabar, tiġi analizzata u adattata d-data u biex jitkejjel l-impatt tal-politiki kulturali u jiġu ddefiniti l-indikaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni fi ħdan is-servizzi tagħha, bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-EUROSTAT, bl-għan li tiġbor u tanalizza data statistika xierqa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni ma' ċentri ta' eċċellenza fl-Unjoni, istituti nazzjonali tal-istatistika u organizzazzjonijiet rilevanti għas-setturi kulturali u kreattivi fl-Ewropa u f'kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-Unesco. [Em. 38]

(30)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-programm Ewropa Kreattiva li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(16), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(31)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru […] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, bl-inklużjoni tar-regoli dwar għotjiet, inklużi għotjiet lil partijiet terzi, premjijiet, akkwist pubbliku, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(32)  It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom tal-operatur tal-proġett li jiksbu jikseb l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu jagħti r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet d-daqs tal-operatur u tal-proġett, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 39]

(33)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95(18) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(19) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (20), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(33a)  Sabiex jiġu ottimizzati s-sinerġiji bejn il-fondi tal-Unjoni u l-istrumenti ġestiti direttament, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-għoti ta' appoġġ għal operazzjonijiet li diġà rċevew ċertifikazzjoni ta' Siġill ta' Eċċellenza. [Em. 40]

(34)  Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE(22), persuni u entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mir-remotezza ta' dawk il-pajjiżi jew territorji jenħtieġ li titqies meta jiġi implimentat il-Programm, u l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Programm jenħtieġ li tiġi mmonitorjata u evalwata regolarment. [Em. 41]

(34a)  Skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, jenħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobilità għall-artisti u x-xogħlijiet tagħhom, u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u l-ġirien tagħhom u pajjiżi terzi. Għalhekk, se jkun possibbli li l-persuni jibbenefikaw bl-istess mod mill-vantaġġi kompetittivi li l-industriji kulturali u kreattivi jistgħu joffru, b'mod partikolari t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Tali miżuri jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment. [Em. 42]

(35)  Sabiex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 15 u fl-Anness II. Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Dawk il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(36)  Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-Programm l-kontinwità tal-appoġġ finanzjarju previst skont il-Programm u jiġu koperti d-diskrepanzi tal-likwidità dejjem jiżdiedu li qed jiġu esperjenzati mill-benefiċjarji, il-kostijiet imġarrba mill-benefiċjarju qabel tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għotja, b’mod partikolari l-kostijiet relatati mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, jistgħu jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli, sakemm dawn ikunu marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jkunu qed jingħataw appoġġ. [Em. 43]

(37)  Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika.

(38)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta l-programmi ta' ħidma. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23). Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma. Hemm bżonn li jiġi żgurat l-għeluq b’mod korrett tal-Programm predeċessur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti pluriennali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament ta’ assistenza teknika u amministrattiva. Mill-[1 ta’ Jannar 2021], l-assistenza teknika u amministrattiva jenħtieġ li tiżgura, jekk ikun meħtieġ, il-ġestjoni tal-azzjonijiet li għadhom ma ġewx iffinalizzati bħala parti mill-programm predeċessur sal-[31 ta’ Diċembru 2020]. [Em. 44]

(38a)  Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda piż burokratiku mhux meħtieġ għall-applikanti la matul l-istadju ta' applikazzjoni u lanqas matul l-istadju tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. [Em. 45]

(38b)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil proġetti fuq skala żgħira u l-valur miżjud tagħhom, meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi kulturali u kreattivi. [Em. 46]

(39)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament hu li jiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u tad-dritt ta’ nondiskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, ta’ oriġini razzjali jew etnika, ta’ reliġjon jew twemmin, ta’ diżabbiltà, ta’ età jew ta’ orjentazzjoni sesswali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa wkoll konformi mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà.

(40)  Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-karattru transnazzjonali tagħhom, il-volum għoli u l-ambitu ġeografiku wiesa’ tal-attivitajiet ta’ mobbiltà u ta’ kooperazzjoni ffinanzjati, l-effetti tagħhom fuq l-aċċess għall-mobbiltà għat-tagħlim u, b’mod aktar ġenerali, fuq l-integrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll id-dimensjoni internazzjonali msaħħa tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(41)  Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-[1 ta’ Jannar 2021].

(42)  Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ finanzjarju previst skont il-Programm, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-[1 ta’ Jannar 2021].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (“il-Programm”).

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-UE, inklużi dawk fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta' appoġġ li mhumiex rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE b’forom ta' sostenn rimborsabbli minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u minn investituri;

(2)  “setturi kulturali u kreattivi” tfisser is-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u/jew espressjonijiet artistiċi u espressjonijiet, u prattiki kreattivi oħra individwali jew kollettivi, indipendentement min jekk l-attivitajiet humiex orjentati lejn is-suq jew le. L-attivitajiet jistgħu jinkludu l-iżvilupp, il-ħolqien, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preżervazzjoni ta' prattiki, prodotti u servizzi li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew espressjonijiet kreattivi oħra, kif ukoll il-funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni jew il-ġestjoni. Se jkollhom Ħafna minn dawn għandhom potenzjal li jiġġeneraw l-innovazzjoni u l-impjiegi, b’mod partikolari mill-proprjetà intellettwali. Is-setturi jinkludu l-arkitettura, l-arkivji, il-libreriji u l-mużewijiet, is-snajja’ artistiċi, l-awdjoviżiv (inkluż il-film, it-televiżjoni, il-logħob tal-vidjo u l-multimedia), il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, id-disinn (inkluż id-disinn tal-moda), il-festivals, il-mużika, il-letteratura, l-arti tal-ispettaklu, il-kotba u l-pubblikazzjoni, ir-radju, u l-arti viżiva, il-festivals, u d-disinn, inkluż id-disinn tal-moda; [Em. 47]

(3)  “intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew (SMEs) tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(24).

(4)  “entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu [197(2)(c)] tar-Regolament Finanzjarju;

(5)  “is-Siġill ta’ Eċċellenza” hija t-tikketta ta’ kwalità għolja li tingħata lil proġetti ppreżentati għal Ewropa Kreattiva li huma meqjusa li jistħoqqilhom finanzjament iżda li ma jirċevuhx minħabba limiti baġitarji. Dan jirrikonoxxi l-valur tal-proposta u jappoġġa t-tfittxija għal finanzjament alternattiv.

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

(1)  L-għanijiet ġenerali tal-programm huma:

(-a)  il-kontribut għar-rikonoxximent u l-promozzjoni tal-valur intrinsiku tal-kultura, u s-salvagwardja u l-promozzjoni tal-kwalità tal-kultura u l-kreattività Ewropej bħala dimensjoni distintiva tal-iżvilupp personali, l-edukazzjoni, il-koeżjoni soċjali, il-libertà ta' espressjoni u tal-opinjoni, u tal-arti, it-tisħiħ u ż-żieda tad-demokrazija, il-ħsieb kritiku, is-sens ta' appartenenza u ċittadinanza u bħala sorsijiet għal midja pluralistika u ambjent kulturali; [Em. 48]

(a)  il-promozzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea b’rabta mad-diversità kulturali, artistika u lingwistika, inkluż permezz tat-tisħiħ tar-rwol tal-artisti u mal-wirt tal-operaturi kulturali, tal-kwalità tal-produzzjoni kulturali u lingwistikuartistika Ewropea, u tal-wirt kulturali komuni tanġibbli u intanġibbli Ewropew; [Em. 49]

(b)  żieda fil-kompetittività trawwim tal-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi kollha u żieda tal-piż ekonomiku tagħhom, b’mod partikolari f’dik tas-settur awdjoviżivs-settur awdjoviżiv, permezz tal-ħolqien ta' impjiegi u ż-żieda fl-innovazzjoni u l-kreattività ta' dawk is-setturi. [Em. 50]

(2)  Il-programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)  it-tisħiħ tad-dimensjoni ekonomika artistika, kulturali, soċjali u esterna tal-kooperazzjoni fil-livell Ewropew biex jiġu żviluppati u promossi d-diversità kulturali Ewropea u l-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli tal-Ewropa, filwaqt li tissaħħaħ il-kompetittività u l-innovazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jittejbu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali; [Em. 51]

(aa)  il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż is-settur awdjoviżiv, l-appoġġ lill-artisti, l-operaturi, lin-nies tas-sengħa u l-involviment tal-udjenza b'enfasi partikolari fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-gruppi sottorappreżentati; [Em. 52]

(b)  il-promozzjoni tal-kompetittività u tal-iskalabbiltà tal-industrija awdjoviżiva Ewropea , l-innovazzjoni, u l-iskalabbiltà tas-settur awdjoviżiv Ewropew, b'mod partikolari tal-SMEs, il-kumpaniji indipendenti tal-produzzjoni u l-organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi u l-promozzjoni tal-kwalità tal-attivitajiet tas-settur awdjoviżiv Ewropew b'mod sostenibbli bil-mira ta' approċċ settorjali u ġeografiku bbilanċjat; [Em. 53]

(c)  il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni politika u ta’ azzjonijiet innovattivi, inklużi mudelli ġodda ta' negozju u ġestjoni u soluzzjonijiet kreattivi, li jappoġġaw il-fergħat kollha tal-programm, inkluż il-promozzjoni kemm u s-setturi kulturali u kreattivi kollha, inkluża s-salvagwardja tal-libertà ta' espressjoni artistika u l-promozzjoni ta’ ambjent ambjenti kulturali u tal-midja diversi, indipendenti u pluralistiċi, litteriżmu medjatiku diversifikat, ħiliet diġitali, edukazzjoni kulturali u pluralistiku, kif ukoll tal-litteriżmu medjatiku artistika, ugwaljanza bejn is-sessi, ċittadinanza attiva, djalogu interkulturali, reżiljenza u tal-inklużjoni inklużjoni soċjali, b'mod partikolari ta' persuni b'diżabilità, inkluż permezz ta' aċċessibilità akbar għall-beni u s-servizzi kulturali; [Em. 54]

(ca)  il-promozzjoni tal-mobilità tal-artisti u tal-operaturi tas-setturi kulturali u kreattivi u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet tagħhom; [Em. 55]

(cb)  il-provvista lis-setturi kulturali u kreattivi b'data, analiżi u b'sett adegwat ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi u l-iżvilupp ta' sistema koerenti ta' evalwazzjonijiet u ta' valutazzjonijiet tal-impatt, inklużi dawk b'dimensjoni transsettorjali. [Em. 56]

(3)  Il-Programm għandu jkopri l-fergħat li ġejjin:

(a)  il-fergħa “KULTURA” tkopri s-setturi kulturali u kreattivi, għajr is-settur awdjoviżiv;

(b)  il-fergħa “MEDIA” tkopri s-settur awdjoviżiv;

(c)  il-fergħa “TRANSSETTORJALI” tkopri l-attivitajiet kollha fis-setturi kulturali u kreattivi, inkluż is-settur tal-mezzi ta' informazzjoni. [Em. 57]

Artikolu 3a

Valur miżjud Ewropew

Ir-rikonoxximent tal-valur intrinsiku u ekonomiku tal-kultura u l-kreattività u r-rispett tal-kwalità u l-pluralità tal-valuri u l-politiki tal-Unjoni.

Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li joħolqu valur miżjud Ewropew potenzjali u li jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 3.

Il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandu jiġi żgurat partikolarment permezz ta':

(a)  il-karattru transnazzjonali tal-azzjonijiet u l-attivitajiet li jikkomplementaw programmi u politiki reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni oħra, u l-impatt ta' tali azzjonijiet u attivitajiet fuq l-aċċess taċ-ċittadini għall-kultura u l-involviment attiv taċ-ċittadini, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u d-djalogu interkulturali;

(b)  l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni transnazzjonali u internazzjonali bejn l-atturi kulturali u kreattivi, inklużi l-artisti, il-professjonisti awdjoviżivi, l-organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi u l-SMEs u l-operaturi awdjoviżivi, li jkunu ffokati biex jistimolaw tweġibiet aktar komprensivi, rapidi, effettivi u fit-tul għall-isfidi globali, b'mod partikolari għall-bidla diġitali;

(c)  l-ekonomiji ta' skala u t-tkabbir u l-impjiegi li jrawwem l-appoġġ mill-Unjoni, li joħloq effett ta' ingranaġġ għal fondi addizzjonali;

(d)  l-iżgurar ta' kundizzjonijiet aktar ekwi fis-setturi kulturali u kreattivi billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' pajjiżi differenti, inklużi pajjiżi jew reġjuni b'sitwazzjoni ġeografika jew lingwistika partikolari, bħar-reġjuni ultraperiferiċi rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-TFUE u l-pajjiżi jew it-territorji extra-Ewropej li jaqgħu taħt l-awtorità ta' Stat Membru elenkati fl-Anness II tat-TFUE;

(e)  il-promozzjoni ta' narrattiva dwar l-għeruq komuni u d-diversità Ewropea. [Em. 58]

Artikolu 4

Il-fergħa KULTURA

B’konformità mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “KULTURA” għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

(-a)  il-promozzjoni tal-espressjoni u l-ħolqien artistiku; [Em. 59]

(-aa)  it-trawwim tat-talenti, il-kompetenza u l-ħiliet u l-istimolar tal-kollaborazzjoni u l-innovazzjoni permezz tal-katina sħiħa tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż il-wirt; [Em. 60]

(a)  it-tisħiħ tad-dimensjoni transfruntiera, iċ-ċirkolazzjoni u taċ-ċirkolazzjoni l-viżibilità ta’ operaturi kulturali u xogħlijiet kulturali kreattivi Ewropej u tax-xogħlijiet tagħhom, inkluż permezz ta' programmi ta' residenza, tours, avvenimenti, sessjonijiet ta' ħidma, wirjiet u festivals, kif ukoll iffaċilitar tal-iskambju tal-aħjar prattiki u kreattivi Ewropej tisħiħ tal-kapaċitajiet professjonali; [Em. 61]

(b)  iż-żieda tal-parteċipazzjoni fl-aċċess kulturali fl-Ewropa kollha, il-parteċipazzjoni u s-sensibilizzazzjoni, u l-involviment tal-udjenza madwar l-Ewropa, speċjalment fir-rigward ta' persuni b'diżabilità jew persuni minn sfondi żvantaġġati; [Em. 62]

(c)  il-promozzjoni tar-reżiljenza soċjetali u l-inklużjoni t-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali, id-djalogu interkulturali u demokratiku u l-iskambju kulturali permezz tal-kultura tal-arti, il-kultura u tal-wirt l-wirt kulturali; [Em. 63]

(d)  it-tisħiħ tal-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej bl-għan li dawn jirnexxu u jinnovaw, li joħolqu xogħlijiet artistiċi, li jiġġeneraw, u biex jinħolqu l-impjiegi jiżviluppaw kompetenzi ewlenin, għarfien, ħiliet, prattiki artistiċi ġodda u t-tkabbir impjiegi sostenibbli u tkabbir u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp lokali u reġjonali; [Em. 64]

(da)  li titrawwem il-kapaċità professjonali ta' persuni fis-setturi kulturali u kreattivi, billi tingħatalhom is-setgħa permezz ta' miżuri xierqa; [Em. 65]

(e)  it-tisħiħ tal-identità Ewropea, iċ-ċittadinanza attiva u tal-valuri Ewropej s-sens ta' komunità u l-valuri demokratiċi permezz tal-kuxjenza kulturali, l-edukazzjoni il-wirt kulturali, l-espressjoni, il-ħsieb kritiku, l-espressjoni artistika, il-viżibilità u r-rikonoxximent tal-persuni li joħolqu xogħlijiet artistiċi, l-arti, l-edukazzjoni u l-kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni formali, mhux formali u informali tul il-ħajja; [Em. 66]

(f)  il-promozzjoni tal-bini ta' kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi internazzjonali, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' bażi u mikro, sabiex ikunu attivi fil-livell internazzjonali; [Em. 67]

(g)  l-għoti ta’ kontribut lejn l-istrateġija globali tal-Unjoni għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali billi jimmira li jiżgura l-impatt fit-tul tal-istrateġija permezz tad-diplomazija ta' approċċ bejn il-persuni li tinvolvi lin-netwerks kulturali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet lokali. [Em. 68]

Dawn il-prijoritajiet huma spjegati aktar fid-dettall fl-Anness I.

Bħala parti mill-azzjonijiet speċifiċi segwiti bħala parti mill-fergħa KULTURA, is-settur tal-mużika se jkun fokus partikolari f'termini tad-distribuzzjoni finanzjarja u tal-azzjonijiet immirati. It-talbiet u l-istrumenti mfassla apposta se jgħinu jagħtu spinta lill-kompetittività tas-settur tal-mużika u jindirizzaw xi sfidi speċifiċi li dan jiffaċċja. [Em. 69]

Artikolu 5

Il-fergħa MEDIA

B’konformità mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “MEDIA” għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

(a)  it-trawwim tat-talenti, tal-kompetenzi, tal-ħiliet u tal-użu ta' teknoloġiji diġitali u l-istimolar tal-kollaborazzjoni, tal-mobbiltà u tal-innovazzjoni fil-ħolqien u l-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, inkluż bejn il-fruntieri; [Em. 70]

(b)  it-tisħiħ tad-distribuzzjoni fiċ-ċinemas it-titjib taċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali u online internazzjonali u l-provvista ta’ aċċess usa’ bejn il-fruntieri għal tad-distribuzzjoni online u offline, b'mod partikolari d-distribuzzjoni fiċ-ċinemas, ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, inkluż permezz ta’ mudelli ta’ negozju innovattivi u permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda fl-ambjent diġitali l-ġdid; [Em. 71]

(ba)  l-għoti ta' aċċess usa' għax-xogħlijiet awdjoviżivi tal-Unjoni għall-udjenzi internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni, l-avvenimenti, l-attivitajiet u l-festivals tal-litteriżmu fil-qasam tal-films; [Em. 72]

(bb)  it-tisħiħ tal-wirt awdjoviżiv u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal, u l-appoġġ u l-promozzjoni ta', arkivji u libreriji awdjoviżivi bħala sorsi ta' memorja, edukazzjoni, użu mill-ġdid u negozju ġdid, anke permezz tal-aħħar teknoloġiji diġitali; [Em. 73]

(c)  il-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u l-għoti ta’ appoġġ lill-iżvilupp l-appoġġ tal-involviment tal-udjenzi kemm ta' kull età, b'mod partikolari l-udjenzi żgħażagħ u l-persuni b'diżabilità, għall-użu proattiv u legali ta' xogħlijiet awdjoviżivi fl-Ewropa kif ukoll u lil hinn minnha u għall-kondiviżjoni tal-kontenut iġġenerat mill-utent, anke bil-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar il-films u l-edukazzjoni awdjoviżiva. [Em. 74]

Dawn il-prijoritajiet għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ appoġġ għall-ħolqien, il-promozzjoni, l-aċċess, u d-disseminazzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej b’potenzjal, it-tixrid tal-valuri u tal-identità komuni Ewropej, bil-potenzjal li jilħqu udjenzi kbar ta' kull età kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha, u b’hekk għandhom iwasslu għal adattament għal żviluppi ġodda tas-suq u jakkumpanjaw id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.

Dawn il-prijoritajiet huma spjegati aktar fid-dettall fl-Anness I. [Em. 75]

Artikolu 6

Il-fergħa TRANSSETTORJALI

B’konformità mal-għanijiet tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “TRANSSETTORJALI” għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

(a)  l-għoti ta' appoġġ għall-kooperazzjoni politika transnazzjonali u transsettorjali, inkluż fir-rigward tal-promozzjoni tar-rwol tal-kultura fl-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari fir-rigward tal-persuni b'diżabilità u tat-tisħiħ tad-demokrazija u l-promozzjoni tal-għarfien tal-programm, kif ukoll l-għoti ta' appoġġ għat-trasferibbiltà tar-riżultati sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-Programm; [Em. 76]

(b)  il-promozzjoni ta’ approċċi innovattivi għall-ħolqien tal-kontenut artistiku u għar-riċerka, l-aċċess, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-kontenut fost setturi artistiċi filwaqt li titqies il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, fis-setturi kulturali u kreattivi differenti, li jkopru kemm id-dimensjoni tas-suq kif ukoll dik mhux tas-suq; [Em. 77]

(c)  il-promozzjoni ta’ attivitajiet trażversali li jkopru bosta setturi bl-għan li jsir aġġustament għall-bidliet strutturali u teknoloġiċi li jiffaċċja s-settur tal-media, inkluż it-tisħiħ ta’ ambjent medjatiku, artistiku u kulturali ħieles, diversifikat u pluralistiku, tal-ġurnaliżmu ta’ kwalità l-etika professjonali fil-ġurnaliżmu, il-ħsieb kritiku u tal-litteriżmu l-litteriżmu medjatiku , b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ bl-għajnuna għall-adattament għal għodod u formats medjatiċi ġodda u għall-ġlieda kontra t-tixrid tad-diżinformazzjoni; [Em. 78]

(d)  it-twaqqif u l-għoti ta’ appoġġ lil l-appoġġ tal-involviment attiv ta' Desks tal-Programm għal għanijiet ta’ promozzjoni tal-Programm fil-pajjiżi parteċipanti, il-promozzjoni tal-Programm fil-pajjiż tagħhom, b'mod ġust u bilanċjat, anke permezz ta' attivitajiet ta' netwerks fil-post, u biex iħeġġu l-kooperazzjoni l-appoġġ tal-applikanti b'rabta tal-Programm u l-għoti ta' informazzjoni bażika dwar opportunitajiet ta' appoġġ rilevanti oħra disponibbli taħt programmi ffinanzjati mill-Unjoni u t-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-iskambju tal-aħjar prattiki fis-setturi kulturali u kreattivi. [Em. 79]

Dawn il-prijoritajiet huma spjegati aktar fid-dettall fl-Anness I.

Artikolu 7

Baġit

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 850 000 000 2 806 000 000, f’termini ta’ prezzijiet attwali kostanti. [Em. 80]

Il-programm għandu jiġi implimentat skont id-distribuzzjoni finanzjarja indikattiva li ġejja:

–  sa EUR 609 000 000 mhux inqas minn 33 % għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) (il-fergħa KULTURA); [Em. 81]

–  sa EUR 1 081 000 000 mhux inqas minn 58 % għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) (il-fergħa MEDIA); [Em. 82]

–  sa EUR 160 000 000 9 % għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(c) (il-fergħa TRANSSETTORJALI) li jiżguraw allokazzjoni finanzjarja lil kull Desk nazzjonali "Ewropea Kreattiva" mill-inqas fl-istess livell bħall-allokazzjoni finanzjarja prevista fir-Regolament (UE) Nru 1295/2013. [Em. 83]

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

3.  Apparti l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, jistgħu jiġu magħmula disponibbli kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-istrumenti ta’ finanzjament esterni [l-Istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)], bħala appoġġ għal azzjonijiet implimentati u ġestiti skont dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffinanzjata skont ir-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti u għandha tiġi rapportata kull sena lill-awtorità baġitarja, flimkien mal-kontribuzzjonijiet ta' pajjiżi terzi għall-programm. [Em. 84]

4.  Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-[Artikolu 62(1)(a)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont l-[Artikolu 62(1)(c)] ta' dak ir-Regolament. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 8

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

1.  Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)  Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(b)  pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)  il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)  il-pajjiżi l-oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim uniku speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

(a)  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(b)  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid];

(c)  ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

(d)  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fl-istrutturi ta' governanza tal-Programmi u fil-forums tal-partijiet ikkonċernati bil-għan tal-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni. [Em. 85]

2.  Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) sa (d) tal-paragrafu 1 fil-fergħa MEDIA u fil-fergħa TRANSSETTORJALI għandha tkun soġġetta għas-sodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE. [Em. 85]

3.  Il-ftehimiet konklużi ma’ pajjiżi speċifikati fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jistgħu jidderogaw mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 f’każijiet debitament ġustifikati.

3a.  Il-ftehimiet mal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' proċeduri li jkunu aktar rapidi minn dawk taħt ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013. Il-ftehimiet ma' pajjiżi ġodda għandhom jiġu promossi b'mod proattiv. [Em. 86]

L-Artikolu 8 bis

Pajjiżi terzi oħra

Jekk ikun fl-interess tal-Unjoni li jsir hekk, il-Programm jista’ jappoġġa l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, għajr ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 8, fir-rigward ta’ azzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-istrumenti ta’ finanzjament esterni skont l-Artikolu 7(3).

Artikolu 9

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjoni internazzjonali u mal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew

1.  L-aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għal organizzazzjonijiet internazzjonali li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm, bħall-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa, permezz ta' kollaborazzjoni aktar strutturata mar-Rotot Kulturali u mal-Euroimages, l-Osservatorju tal-EUIPO, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali u l-OECD, abbażi ta' kontributi konġunti, għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Programm u b'konformità mar-Regolament Finanzjarju. [Em. 87]

2.  L-Unjoni għandha tkun membru tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew tul il-Programm. Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Osservatorju għandha tikkontribwixxi lejn l-ilħuq tal-prijoritajiet tal-fergħa MEDIA. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fit-trattamenti tagħha mal-Osservatorju. Il-fergħa MEDIA għandha tappoġġa l-ħlas tat-tariffa ta' kontribuzzjoni għas-sħubija tal-Unjoni fl-Osservatorju biex jitrawmu u l-ġbir u l-analiżi tad-data fis-settur awdjoviżiv. [Em. 152]

Artikolu 9a

Ġbir tad-data dwar is-setturi kulturali u kreattivi

Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni fis-servizzi tagħha, bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-Eurostat, bil-għan li tiġbor data statistika xierqa u tanalizza l-impatt tal-politiki kulturali. Għal dak il-kompitu, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni maċ-ċentri ta' eċċellenza fl-Ewropa u mal-istituti nazzjonali tal-istatistika u għandha taġixxi f'kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, mal-OECD u mal-UNESCO. B'hekk għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-fergħa KULTURA u ssegwi mill-qrib l-iżviluppi tal-politika kulturali, anke billi tinkludi lill-partijiet ikkonċernati fi stadju aktar bikri fir-riflessjoni u fl-adattament tal-indikaturi komuni għal setturi differenti jew indikaturi speċifiċi għal kull dominju ta' attivitajiet. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment dwar dawk l-attivitajiet lill-Parlament Ewropew. [Em. 88]

Artikolu 10

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet, u akkwist pubbliku. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.

3.  L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[regolament InvestUE] u t-Titolu X mat-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju u l-proċeduri stabbiliti fir-[Regolament InvestEU]. Il-faċilità ta' garanzija dedikata maħluqa taħt Ewropa Kreattiva għandha titkompla taħt ir-[Regolament InvestUE] u għandha tqis il-prattiki ta' implimentazzjoni żviluppati fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013. [Em. 89]

4.  Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-[Artikolu X tar-] Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija], mibnija fuq, u li jqisu, il-prattiki ta' implimentazzjoni diġà żviluppati. [Em. 90]

4a.  Sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, il-programmi stabbiliti bir-Regolament …/…[Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali] u r-Regolament …/… [IPAIII] għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-azzjonijiet stabbiliti taħt dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-użu ta' dawk il-programmi, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolamenti li jirregolawhom rispettivament. [Em. 91]

Artikolu 11

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm permezz ta’ deċiżjoni taħt ftehim internazzjonali jew permezz ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa mill-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, drittijiet bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

Artikolu 12

Programmi ta’ ħidma

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. L-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma għandha tkun preċeduta b'konsultazzjonijiet mad-diversi partijiet ikkonċernati sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet ippjanati jappoġġaw lis-setturi differenti involuti bl-aħjar mod possibbli. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit, li m'għandhomx jieħdu preċedenza fuq il-finanzjament dirett fil-forma ta' sussidji.

L-objettivi ġenerali u speċifiċi u l-prijoritajiet u l-azzjonijiet ta' politika korrispondenti tal-Programm, kif ukoll il-baġit allokat għal kull azzjoni, għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-programmi ta' ħidma annwali. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun fih ukoll skeda ta' żmien indikattiva ta' implimentazzjoni. [Em. 92]

2.  Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 19 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma annwali. [Em. 93]

Kapitolu II

Għotjiet u entitajiet eliġibbli

Artikolu 13

Għotjiet

1.  Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

1a.  Is-sejħiet għal proposti jistgħu jqisu l-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ xieraq għal proġetti fuq skala żgħira taħt il-fergħa KULTURA permezz ta' miżuri li jistgħu jinkludu rati ogħla ta' kofinanzjament. [Em. 94]

1b.  L-għotjiet għandhom jingħataw b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin ta' kull proġett:

(a)  il-kwalità tal-proġett;

(b)  l-effett;

(c)  il-kwalità u l-effiċjenza fl-implimentazzjoni tiegħu. [Em. 95]

2.  Il-kumitat ta’ evalwazzjoni jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

Għandu jiltaqa' fil-preżenza fiżika tal-membri tiegħu jew b'mod remot.

L-esperti għandu jkollhom sfond professjonali relatat mal-qasam ivvalutat. Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jitlob l-opinjoni ta' esperti mill-pajjiż tal-applikazzjoni. [Em. 96]

3.  B’deroga mill-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, u f’każijiet debitament ġustifikati, il-kostijiet imġarrba mill-benefiċjarju qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jistgħu għandhom jitqiesu eliġibbli, sakemm ikunu marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-attivitajiet appoġġati. [Em. 97]

4.  Fejn applikabbli, l-azzjonijiet tal-Programm għandhom jiddefinixxu kriterji xierqa ta’ nondiskriminazzjoni, inkluż b’rabta mal-bilanċ bejn is-sessi.

Artikolu 14

Entitajiet eliġibbli

1.  Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 2 sal-paragrafu 4 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-[Artikolu 197] tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

(a)  l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::

(1)  Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(2)  pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm;

(3)  pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 4;

(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

3.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

4.  Jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm, fil-prinċipju, iġarrbu l-kost tal-parteċipazzjoni tagħhom. Jekk ikun fl-interess tal-Unjoni, l-kostijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom jistgħu jiġu koperti minn kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-istrumenti ta’ finanzjament estern skont l-Artikolu 7(3).

5.  L-entitajiet li ġejjin jistgħu eċċezzjonalment jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għal proposti, abbażi ta' missjonijiet u objettivi speċifiċi li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni u vvalutati regolarment bi qbil mal-objettivi tal-Programm: [Em. 98]

(a)  L-Akkademja Ewropea tal-Films fil-qafas ta' kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew dwar il-Premju Ċinematografiku LUX, wara ftehim ta' kooperazzjoni nnegozjat u ffirmat mill-partijiet u b'kollaborazzjoni maċ-Ċinemas Ewropej; sakemm jiġi konkluż ftehim ta' kooperazzjoni, il-fondi previsti għandhom jitqiegħdu f'riżerva; [Em. 99]

(b)  L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għall-attivitajiet tagħha, inkluża l-għażla regolari ta', u t-taħriġ għal, mużiċisti żgħażagħ mill-Istati Membri kollha permezz ta' programmi ta' residenza li joffru mobbiltà u l-opportunità li jdoqqu f'festivals u f'tours fl-Unjoni u fil-livell internazzjonali u li jikkontribwixxu għaċ-ċirkolazzjoni tal-kultura Ewropea bejn il-fruntieri u għall-internazzjonalizzazzjoni tal-karrieri ta' mużiċisti żgħażagħ, bil-għan ta' bilanċ ġeografiku tal-parteċipanti; l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għandha tiddiversifika kontinwament id-dħul tagħha billi tfittex b'mod attiv appoġġ finanzjarju minn sorsi ġodda, filwaqt li tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq fondi tal-Unjoni; l-attivitajiet tal-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu konformi mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm u tal-fergħa KULTURA, b'mod partikolari l-involviment tal-udjenzi. [Em. 100]

Kapitolu III

Sinerġiji u kumplimentarjetà

Artikolu 15

Kumplimentarjetà

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza u l-kumplementarjetà komplementarjetà globali tal-Programm mal-politiki u l-programmi rilevanti, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-bilanċ bejn is-sessi, l-edukazzjoni, b'mod partikolari l-edukazzjoni diġitali u l-litteriżmu medjatiku, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari għall-gruppi emarġinati u għall-minoranzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni soċjali, l-industrija u l-intrapriżi, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u urbana, it-turiżmu sostenibbli, l-għajnuna mill-Istat, il-mobbiltà u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali, anke biex tippromwovi l-użu effikaċi tal-fondi pubbliċi.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta l-proċeduri stabbiliti fil-[Programm InvestEU] jiġu applikati għall-finijiet tal-Programm, iqisu l-prattiki żviluppati fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013. [Em. 101]

Artikolu 16

Finanzjament kumulattiv u kombinat

1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, inkluż Fondi skont ir-Regolament (UE) Nru XX/XXXX [CPR], sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata.

2.  Proposta eliġibbli bħala parti mill-Programm tista’ tiġi ppremjata b’Siġill ta’ Eċċellenza, dejjem sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)  tkun ġiet ivvalutata f’sejħa għal proposti bħala parti mill-Programm;

(b)  tikkonforma mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità għolja ta’ dik is-sejħa għal proposti; [Em. 102]

(c)  ma tistax tiġi ffinanzjata bħala parti minn dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.

2a.  Proposti li ngħataw Siġill ta' Eċċellenza jistgħu jirċievu fondi direttament minn programmi oħra u minn fondi taħt ir-Regolament [ir-Regolament CPR COM(2018)0375] b'konformità mal-Artikolu 67(5) tiegħu, dment li tali proposti jkunu konsistenti mal-objettivi tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kriterji tal-għażla u tal-għoti għall-proġetti li għandhom jingħataw is-Siġill ta' Eċċellenza jkunu koerenti, ċari u trasparenti għall-benefiċjarji potenzjali. [Em. 103]

Artikolu 16a

Il-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi taħt InvestEU

1.  L-appoġġ finanzjarju permezz tal-Programm InvestEU l-ġdid għandu jibni fuq l-objettivi u l-kriterji tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi filwaqt li jqis l-ispeċifiċità tas-settur.

2.  Il-Programm InvestEU għandu jipprovdi:

(a)  lill-SMEs u lill-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u ta' daqs medju fis-setturi kulturali u kreattivi b'aċċess għall-fondi;

(b)  garanziji lill-intermedjarji finanzjarji parteċipanti minn kwalunkwe pajjiż li jipparteċipa fil-Faċilità ta' Garanzija;

(c)  lill-intermedjarji finanzjarji parteċipanti b'għarfien espert addizzjonali għall-valutazzjoni tar-riskji assoċjati mal-SMEs u l-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u ta' daqs medju u ma' proġetti kulturali u kreattivi;

(d)  il-volum tal-finanzjament b'dejn li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-SMEs u tal-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u ta' daqs medju;

(e)  l-SMEs u l-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u medji madwar ir-reġjuni u s-setturi bil-kapaċità li jibnu portafoll diversifikat ta' self u li jipproponu pjan ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni;

(f)  il-forom ta' self li ġejjin: investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli bl-esklużjoni ta' kollateral personali; trasferiment tan-negozju; kapital operatorju, bħal self interim, gap financing, fluss ta' flus u linji ta' kreditu. [Em. 104]

Kapitolu IV

Monitoraġġ, Evalwazzjoni u Kontroll

Artikolu 17

Monitoraġġ u rapportar

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.

1a.  Il-fergħat għandu jkollhom sett komuni ta' indikaturi kwalitattivi. Kull fergħa għandu jkollha sett iddedikat ta' indikaturi. [Em. 105]

2.  Biex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-programm lejn il-kisba l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 19 sabiex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi emendi għall-Anness II bl-għan li l-indikaturi jiġi rieżaminati jew supplimentati fejn meħtieġ għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni supplementati. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat dwar l-indikaturi sal-31 ta' Diċembru 2022. [Em. 106]

3.  Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u, fejn rilevanti l-Istati Membri.

Artikolu 18

Evalwazzjoni

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1a.  Iċ-ċifri disponibbli dwar l-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li kienu jkunu meħtieġa għall-finanzjament tal-proġetti mogħtija s-Siġill ta' Eċċellenza għandhom jiġu kkomunikati kull sena liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, tal-inqas tliet xhur qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar il-baġit tal-Unjoni għas-sena ta' wara, skont il-kalendarju stabbilit bi ftehim komuni għall-proċedura baġitarja annwali. [Em. 107]

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Programm għandu jsir sat-30 ta' Ġunju 2024.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2024.

Il-Kummissjoni, fejn meħtieġ u abbażi tar-rieżami ta' nofs it-terminu, għandha tressaq proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament. [Em. 108]

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq titressaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. [Em. 109]

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5.  Is-sistema ta’ rapportar dwar l-evalwazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-evalwazzjoni tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti u effettiv, f’waqtu u fil-livell xieraq ta’ granularità. Dik id-data u l-informazzjoni għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni b’mod li jkun konformi ma’ dispożizzjonijiet legali oħra; pereżempju, meta jkun meħtieġ li jsir hekk, id-data personali għandha ssir anonima. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE.

Artikolu 19

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 12(2) u  17 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12(2) u 17 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 12(2) u 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Kapitolu V

Dispożizzjonijiet Tranżitorji u Finali

Artikolu 20

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja lill-media u lill-pubbliku, b'mod partikolari l-isem tal-Programm u, fil-każ ta' azzjonijiet iffinanzjati permezz tal-fergħa MEDIA, il-logo MEDIA. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa logo KULTURA li għandu jintuża għal azzjonijiet iffinanzjati taħt il-fergħa KULTURA. [Em. 110]

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha appoġġati permezz tal-fergħat tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 21

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.  Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll il-kostijiet tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013.

3.  Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-kostijiet previsti fl-Artikolu 7(4), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Informazzjoni kumplimentari dwar l-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati

1.  FERGĦA KULTURA

Il-prijoritajiet tal-fergħa KULTURA tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 4 għandhom jiġu segwiti permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

Azzjonijiet orizzontali:

(a)  Proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali b'distinzjoni ċara bejn proġetti fuq skala żgħira, medja u kbira u b'attenzjoni speċjali għal organizzazzjonijiet kulturali mikro u żgħar; [Em. 111]

(b)  Netwerks Ewropej ta’ organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi minn pajjiżi differenti;

(c)  Pjattaformi pan-Ewropej kulturali u kreattivi;

(d)  Mobbiltà tal-artisti , tal-artiġjani u tal-operaturi tas-setturi kulturali u kreattivi fl-attività transnazzjonali tagħhom, inkluż li jkopru kostijiet relatati mal-attività artistika, iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet artistiċi u kulturali; [Em. 112]

(e)  Appoġġ għal organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi biex joperaw fil-livell internazzjonali u biex jiżviluppaw it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom; [Em. 113]

(f)  Żvilupp, kooperazzjoni u implimentazzjoni tal-politika fil-qasam tal-kultura, inkluż permezz tal-provvista ta’ data u tal-iskambju tal-aħjar prassi, jew proġetti pilota.

Azzjonijiet settorjali:

(a)  Appoġġ għas-settur tal-mużika: promozzjoni tad-diversità, tal-kreattività u tal-innovazzjoni fis-settur tal-mużika, b’mod partikolari d-distribuzzjoni tar-repertorju s-settur tal-mużika live, anke permezz tan-netwerking, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet u ta' repertorju mużikali Ewropej diversifikati fl-Ewropa u lil hinn minnha, azzjonijiet ta’ taħriġ it-taħriġ, il-parteċipazzjoni fil-mużika u l-aċċess għall-mużika, l-iżvilupp tal-udjenzi għar-repertorju Ewropew, il-viżibbiltà u r-rikonoxximent ta' dawk li joħolqu xogħlijiet artistiċi, tal-promoturi u tal-artisti, b'mod partikolari dawk żgħażagħ u emerġenti, kif ukoll appoġġ għall-ġbir u l-analiżi tad-data; [Em. 114]

(b)  Appoġġ għas-settur tal-kotba u tal-pubblikazzjoni: azzjonijiet immirati għall-promozzjoni tad-diversità, tal-kreattività u tal-innovazzjoni, b’mod partikolari t-traduzzjoni u l-promozzjoni, l-adattament f'formats aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, il-promozzjoni tal-letteratura Ewropea fost bejn il-fruntieri fl-Ewropa u lil hinn minnha, taħriġ anke permezz tal-libreriji, it-taħriġ u skambji l-iskambji għall-professjonisti fis-settur, l-awturi u t-tradutturi kif ukoll proġetti transnazzjonali għall-kollaborazzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp fis-settur; [Em. 115]

(c)  Appoġġ għas-setturi tal-arkitettura u tal-wirt kulturali tal-wirt kulturali u għall-arkitettura: azzjonijiet immirati għall-mobbiltà tal-operaturi, il-bini tal-kapaċità, l-iżvilupp ir-riċerka, l-istabbiliment ta' standards ta' kwalità għolja, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-ħiliet professjonali għall-artiġjani, l-involviment tal-udjenzi u l-internazzjonalizzazzjoni tas-setturi tal-wirt kulturali u tal-arkitettura, l-appoġġ għas-salvagwardja, il-konservazzjoni, ir-riġenerazzjoni tal-ispazji tal-ħajja, l-użu mill-ġdid adattiv, il-promozzjoni ta' Baukultur, l-appoġġ għas-salvagwardja, għall-konservazzjoni tal-Baukultur, is-sostenibbiltà, id-disseminazzjoni, it-titjib u għat-titjib l-internazzjonalizzazzjoni tal-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u tal-valuri tiegħu permezz ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' netwerking u ta' tagħlim bejn il-pari; [Em. 116]

(d)  Appoġġ għal setturi oħra: azzjonijiet immirati ta' promozzjoni mmirati favur l-iżvilupp tal-aspetti kreattivi tas-setturi ta' setturi oħra, inklużi s-setturi tad-disinn u tal-moda u tat-turiżmu turiżmu kulturali sostenibbli, kif ukoll il-promozzjoni u r-rappreżentanza tagħhom barra l-Unjoni Ewropea. [Em. 117]

Appoġġ għas-setturi kulturali u kreattivi kollha fl-oqsma ta' ħtieġa komuni, billi azzjoni settorjali tista' tiġi żviluppata kif ikun xieraq fil-każijiet fejn l-ispeċifiċitajiet ta' subsettur jiġġustifikaw approċċ immirat. Għandu jittieħed approċċ orizzontali għall-proġetti transnazzjonali għall-kollaborazzjoni, għall-mobbiltà u għall-internazzjonalizzazzjoni, inkluż permezz ta' programmi ta' residenza, tours, avvenimenti, live performances, wirjiet u festivals, kif ukoll għall-promozzjoni tad-diversità, il-kreattività u l-innovazzjoni, it-taħriġ u l-iskambji għal professjonisti tas-settur, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, in-netwerking, il-ħiliet, l-iżvilupp tal-udjenzi u l-ġbir u l-analiżi tad-data. L-azzjonijiet settorjali għandhom jibbenefikaw minn baġits li jkunu proporzjonati għas-setturi identifikati bħala prijoritajiet. L-azzjonijiet settorjali għandhom jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw is-setturi ta' prijorità differenti identifikati f'dan l-Anness, billi jibnu fuq il-proġetti pilota eżistenti u fuq azzjonijiet preparatorji. [Em. 118]

Azzjonijiet speċjali bl-għan li l-identità Ewropea u d-diversità u l-wirt kulturali Ewropej isiru tagħha jsiru viżibbli u tanġibbli, u biex jitrawwem id-djalogu interkulturali: [Em. 119]

(a)  Il-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura jiżguraw appoġġ finanzjarju għad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25);

(b)  Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jiżgura appoġġ finanzjarju għad-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26) u n-netwerk tas-siti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew; [Em. 120]

(c)  Il-premjijiet kulturali tal-UE, inkluż il-Premju Teatrali Ewropew; [Em. 121]

(d)  Il-Jiem tal-Wirt Ewropew;

(da)  azzjonijiet favur produzzjonijiet interdixxiplinari relatati mal-Ewropa u mal-valuri tagħha; [Em. 122]

(e)  Appoġġ għal dawk l-istituzzjonijiet kulturali Ewropej li għandhom l-għan li jwasslu servizz kulturali dirett liċ-ċittadini Ewropej b’kopertura ġeografika kbira.

2.  FERGĦA MEDIA

Il-prijoritajiet tal-fergħa MEDIA tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom iqisu r-rekwiżiti tad-Direttiva 2010/13/UE u d-differenzi bejn il-pajjiżi rigward il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-aċċess għall-kontenut awdjoviżiv, kif ukoll id-daqs u l-ispeċifiċitajiet tas-swieq rispettivi u għandhom jiġu segwiti, fost l-oħrajn, permezz ta’ dawn li ġejjin: [Em. 123]

(a)  L-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, b'mod partikolari films u xogħlijiet tat-televiżjoni bħal films ta' finzjoni, films qosra, dokumentarji, films tat-tfal u films animati, u xogħlijiet interattivi bħal video games u multimedia ta' kwalità u narrattivi, li jkollhom potenzjal akbar ta' ċirkolazzjoni transfruntiera u magħmula minn kumpaniji Ewropej ta' produzzjoni indipendenti; [Em. 124]

(b)  Il-produzzjoni ta’ kontenut televiżiv u xenarji ta’ sensiliet innovattivi u ta' kwalità għall-etajiet kollha, bl-appoġġ tal-kumpaniji Ewropej ta' produzzjoni indipendenti; [Em. 125]

(ba)  Appoġġ għal inizjattivi dedikati għall-ħolqien u għall-promozzjoni ta' xogħlijiet relatati mal-istorja tal-integrazzjoni Ewropea u mal-istejjer Ewropej. [Em. 126]

(c)  Għodod ta’ promozzjoni, ta' reklamar u ta’ kummerċjalizzazzjoni, inkluż dawk online u bl-użu tal-analiżi tad-data biex ix-xogħlijiet Ewropej tiżdidilhom il-prominenza, il-viżibbiltà, l-aċċess transfruntiera transfruntier, u jilħqu udjenzi akbar; [Em. 127]

(d)  Appoġġ għall-bejgħ u ċ-ċirkolazzjoni internazzjonali ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali fuq il-pjattaformi kollha, kemm għall-produzzjonijiet żgħar kif ukoll għal dawk kbar, inkluż permezz ta' strateġiji ta' distribuzzjoni koordinati li jkopru diversi pajjiżi u s-sottotitolar, id-doppjaġġ u d-deskrizzjoni awdjo; [Em. 128]

(da)  Azzjonijiet li jkollhom l-għan li jappoġġaw lill-pajjiżi ta' kapaċità baxxa biex itejbu n-nuqqasijiet rispettivi identifikati tagħhom; [Em. 129]

(e)  Appoġġ għall-iskambji minn negozju għal negozju u attivitajiet ta' netwerking biex il-koproduzzjonijiet Ewropej u internazzjonali u ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħlijiet Ewropej jiġu faċilitati; [Em. 130]

(ea)  Appoġġ għan-netwerks Ewropej tal-persuni li joħolqu xogħlijiet artistiċi awdjoviżivi minn pajjiżi differenti li jkollhom l-għan li jrawmu t-talenti kreattivi fis-settur awdjoviżiv; [Em. 131]

(eb)  Miżuri speċifiċi biex jikkontribwixxu għat-trattament ġust tat-talent kreattiv fis-settur awdjoviżiv; [Em. 132]

(f)  Il-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej f’avvenimenti u fieri industrijali fl-Ewropa u lil hinn minnha;

(g)  Inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp u l-involviment tal-udjenzi, b'mod partikolari fiċ-ċinema, u l-edukazzjoni dwar il-films ċinematografika u awdjoviżiva, li jindirizzaw b'mod partikolari lill-udjenzi żgħażagħ; [Em. 133]

(h)  Attivitajiet ta' taħriġ u ta' mentoraġġ biex tittejjeb il-kapaċità tal-operaturi awdjoviżivi li, inklużi l-artiġjani u n-nies tas-sengħa, biex jadattaw għal żviluppi ġodda tas-suq u għat-teknoloġiji diġitali; [Em. 134]

(i)  Netwerk wieħed jew aktar ta' operaturi ta' servizzi Video on Demand (VOD), li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali; [Em. 135]

(j)  Netwerk(s) Festivals Ewropej u netwerks ta' festivals Ewropej li juru u li jippromwovu varjetà ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, bi proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali; [Em. 136]

(k)  Netwerk ta’ operaturi taċ-ċinema Ewropej li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali, li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-rwol tas-swali taċ-ċinema fil-katina tal-valur u li jenfasizza l-wiri pubbliku tal-films bħala esperjenza soċjali; [Em. 137]

(l)  Miżuri speċifiċi, inklużi attivitajiet ta' mentoraġġ u ta' netwerking, li jikkontribwixxu għal parteċipazzjoni aktar bilanċjata bejn is-sessi fis-settur awdjoviżiv; [Em. 138]

(m)  Appoġġ għad-djalogu politiku, għal azzjonijiet innovattivi ta’ politika u għall-iskambju tal-aħjar prassi – inkluż permezz ta’ attivitajiet analitiċi u permezz tal-forniment ta’ data affidabbli;

(n)  L-iskambju transnazzjonali tal-esperjenzi u tal-għarfien, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u netwerking fost is-settur awdjoviżiv u dawk li jfasslu l-politika.

(na)  Appoġġ għaċ-ċirkolazzjoni ta' kontenut kulturali televiżiv online u offline u aċċess għalih b'diversi lingwi, inkluż permezz ta' sottotitoli, għall-promozzjoni tar-rikkezza u d-diversità tal-wirt kulturali Ewropew, il-kreazzjonijiet kontemporanji u l-lingwi. [Em. 139]

3.  FERGĦA TRANSSETTORJALI

Il-prijoritajiet tal-fergħa TRANSSETTORJALI tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom jiġu segwiti b’mod partikolari permezz ta’:

Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Politika u sensibilizzazzjoni:

(a)  L-iżvilupp tal-politika, l-iskambju transnazzjonali tal-esperjenzi u tal-għarfien, l-attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari, inkluż il-mentoraġġ tal-pari għal parteċipanti ġodda fil-Programm, is-sensibilizzazzjoni u n-netwerking fost l-organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi u dawk li jfasslu l-politika ta' natura transsettorjali, anke permezz ta' djalogu strutturali permanenti mal-partijiet ikkonċernati, u ma' Forum ta' Setturi Kulturali u Kreattivi għat-tisħiħ tad-djalogu u l-orjentazzjoni tal-politiki settorjali; [Em. 140]

(b)  Attivitajiet analitiċi transettorjali;

(c)  Appoġġ għall-azzjonijiet li għandhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni fil-politika transfruntiera u l-iżvilupp tal-politika b’rabta mar-rwol tal-inklużjoni soċjali permezz tal-kultura;

(d)  It-titjib tal-għarfien dwar il-programm u t-temi li jkopri, it-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, u l-għajnuna għat-trasferibbiltà tar-riżultati lil hinn mil-livell tal-Istat Membru.

Il-Laboratorju tal-Innovazzjoni Kreattiva:

(a)  Inkoraġġiment biex jinħolqu forom ġodda fit-tlaqqigħ bejn setturi kulturali u kreattivi differenti, u ma' operaturi ta' setturi oħra, pereżempju bl-użu ta', u l-mentoraġġ fl-użu ta', teknoloġiji innovattivi f'organizzazzjonijiet kulturali u kollaborazzjoni permezz ta' hubs diġitali; [Em. 141]

(b)  It-trawwim ta’ approċċi transsettorjali innovattivi u għodod li jiffaċilitaw l-aċċess, id-distribuzzjoni, il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-kultura u tal-kreattività, inkluż il-wirt kulturali.

(ba)  Azzjonijiet favur produzzjonijiet interdixxiplinari relatati mal-Ewropa u mal-valuri tagħha; [Em. 142]

Desks tal-Programm:

(a)  Il-promozzjoni tal-programm f'livell nazzjonali u l-forniment ta' informazzjoni rilevanti dwar id-diversi tipi ta' appoġġ finanzjarju disponibbli skont il-politika tal-Unjoni u dwar il-kriterji, il-proċedura u r-riżultati tal-evalwazzjoni; [Em. 143]

(b)  L-appoġġ għal benefiċjarji potenzjali fil-proċess ta' applikazzjoni, it-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-professjonisti, l-istituzzjonijiet, il-pjattaformi u n-netwerks fl-oqsma ta' politika u fis-setturi koperti mill-programm u bejniethom; [Em. 144]

(c)  L-appoġġ għall-Kummissjoni biex tiżgura komunikazzjoni u disseminazzjoni xierqa tar-riżultati tal-programm liċ-ċittadini u lill-operaturi kemm minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel. [Em. 145]

L-attivitajiet trażversali li jappoġġaw is-settur tal-mezzi tal-informazzjoni:

(a)  L-indirizzar tal-bidliet strutturali u teknoloġiċi li qed jiffaċċja s-settur tal-media tal-aħbarijiet, permezz tal-promozzjoni u l-monitoraġġ ta’ ambjent medjatiku diversifikat indipendenti u pluralistiku u bl-appoġġ ta' monitoraġġ indipendenti għall-valutazzjoni tar-riskji u tal-isfidi għall-pluraliżmu u għal-libertà tal-media; [Em. 146]

(b)  L-appoġġ għal standards għoljin tal-produzzjoni tal-media billi jitrawmu l-kooperazzjoni, il-ħiliet diġitali, il-ġurnaliżmu ta' kollaborazzjoni transfruntiera, u l-kontenut ta' kwalità u mudelli ekonomiċi tal-media sostenibbli biex tiġi żgurata l-etika professjonali fil-ġurnaliżmu; [Em. 147]

(c)  Il-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku sabiex iċ-ċittadini jkunu, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, ikunu jistgħu jiżviluppaw fehim kritiku tal-media u l-appoġġ tal-ħolqien ta' pjattaforma tal-Unjoni għall-kondiviżjoni ta' prattiki u politiki tal-litteriżmu medjatiku fost l-Istati Membri kollha, anke permezz ta' netwerks universitarji ta' radju u media li jittrattaw l-Ewropa u jipprovdu lill-professjonisti tal-media tal-aħbarijiet bi programmi ta' taħriġ sabiex jagħrfu u jindirizzaw id-diżinformazzjoni. [Em. 148]

(ca)  It-tħeġġiġ u s-salvagwardja tad-djalogu politiku u tas-soċjetà ċivili dwar theddid għal-libertà tal-media u l-pluraliżmu tal-media fl-Ewropa; [Em. 149]

ANNES II

INDIKATURI KOMUNI KWALITATTIVI U KWANTITATTIVI TAL-IMPATT TAL-PROGRAMM

(1)  Il-benefiċċju għaċ-ċittadini u għall-komunitajiet;

(2)  Il-benefiċċju għat-tisħiħ tad-diversità kulturali u tal-wirt kulturali Ewropej;

(3)  Il-benefiċċju għall-ekonomija u l-impjiegi tal-Unjoni, b'mod partikolari s-setturi kulturali u kreattivi u l-SMEs;

(4)  L-integrazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, inklużi r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

(5)  Il-valur miżjud Ewropew tal-proġetti;

(6)  Il-kwalità tas-sħubijiet u tal-proġetti kulturali;

(7)  L-għadd ta' persuni li jaċċessaw xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej appoġġati mill-Programm;

(8)  L-għadd ta' postijiet tax-xogħol marbuta mal-proġetti ffinanzjati;

(9)  Il-bilanċ bejn is-sessi, meta meħtieġ, il-mobbiltà u l-awtonomizzazzjoni tal-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi. [Em. 150]

Indikaturi

FERGĦA KULTURA:

In-numru u l-iskala ta’ sħubijiet transnazzjonali maħluqa bl-appoġġ tal-Programm

In-numru ta’ artisti u atturi kulturali u/jew kreattivi (ġeografikament) mobbli lil hinn mill-fruntieri nazzjonali bl-appoġġ tal-Programm, skont il-pajjiż ta’ oriġini

In-numru ta’ nies li jaċċessaw xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej iġġenerati mill-Programm, inklużi xogħlijiet minn pajjiżi li ma jkunux tagħhom

In-numru ta’ proġetti appoġġati mill-Programm indirizzati lejn gruppi żvantaġġati, jiġifieri ż-żgħażagħ u l-migranti mingħajr xogħol

In-numru ta’ proġetti appoġġati mill-Programm li jinvolvu organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi

FERGĦA MEDIA:

In-numru ta’ nies li jaċċessaw xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej minn pajjiżi oħra għajr tagħhom stess u li huma appoġġati mill-Programm

In-numru ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ tagħlim appoġġati mill-Programm li jistmaw li tejbu l-kompetenzi u żiedu l-impjegabbiltà tagħhom

In-numru u l-baġit ta’ koproduzzjonijiet żviluppati u maħluqa bl-appoġġ tal-Programm

In-numru ta’ nies li ntlaħqu mill-attivitajiet promozzjonali ta’ Negozju għal Negozju fis-swieq ewlenin

FERGĦA TRANSSETTORJALI:

In-numru u l-iskala ta’ sħubijiet transnazzjonali ffurmati (indikatur kompost għal laboratorji tal-innovazzjonijiet kreattivi u azzjonijiet tal-media tal-informazzjoni)

In-numru ta’ avvenimenti għall-promozzjoni tal-Programm organizzati mid-desks tal-programm

(1)ĠU C 110, 22.3.2019, p. 87.
(2)ĠU C […], […], p. […].
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019.
(4)COM(2018)0267.
(5)Direttiva (UE) 2019/789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li tistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal- programmi tat-televiżjoni u tar-radju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 82).
(6)Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69).
(7) Deċiżjoni (UE) 2017/864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018), (ĠU L 131, 20.5.2017, p. 1).
(8) Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
(9)JOIN/2016/029
(10)COM(2014)0477.
(11)COM(2017)0479.
(12)L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li ġiet adottata min-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru 2015, A/RES/70/1.
(13) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(14) 2018/0243 (COD).
(15) 2018/0247 (COD).
(16)ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(17)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(18)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(19)Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(20)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p.1).
(21)Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(22)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea ) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(23)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(24)ĠU L 124, 20.5.2003
(25)Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ April 2014 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 1).
(26)Id-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza