Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0191(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0111/2019

Testi mressqa :

A8-0111/2019

Dibattiti :

PV 28/03/2019 - 5
CRE 28/03/2019 - 5

Votazzjonijiet :

PV 28/03/2019 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0324

Testi adottati
PDF 465kWORD 124k
Il-Ħamis, 28 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
'Erasmus': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport ***I
P8_TA(2019)0324A8-0111/2019
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0367),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0233/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Frar 2019(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0111/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 194.
(2) ĠU C 168, 16.5.2019, p. 49.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”‘Erasmus+’: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 [Em. 1 Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu)
P8_TC1-COD(2018)0191

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165(4) u 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  F'kuntest ta' bidliet rapidi u profondi kkawżati mir-rivoluzzjoni teknoloġika u l-globalizzazzjoni, l-investiment fil-mobbilità L-investiment fil-mobbiltà għat-tagħlim għal kulħadd, irrispettivament mill-isfond soċjali jew kulturali u irrispettivament mill-mezzi, kif ukoll l-iżvilupp ta' politika ta' kooperazzjoni u innovattiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi, demokratiċi koeżivi u reżiljenti u ż-żamma tal-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-identità Ewropea, il-prinċipji u l-valuri Ewropeju għal Unjoni aktar demokratika. [Em. 2]

(2)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura tal-14 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ressqet il-viżjoni tagħha sabiex taħdem lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, li fiha t-tagħlim ma jkunx imfixkel mill-fruntieri; Unjoni, li fiha jkun sar standard li wieħed iqatta’ żmien fi Stat Membru ieħor biex jistudja u jitgħallem fi kwalunkwe mod jew ambjent, u fejn, tkun saret in-norma li wieħed jitkellem żewġ lingwi oħra minbarra l-lingwa materna tiegħu; Unjoni li fiha l-persuni ikollhom sens qawwi tal-identità tagħhom bħala Ewropej, tal-wirt kulturali tal-Ewropa u tad-diversità tagħha. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tingħata spinta lill-programm Erasmus+ ippruvat u ttestjat fil-kategoriji kollha ta’ studenti li diġà jkopri u li jintlaħqu studenti li ġejjin minn kuntesti żvantaġġati.

(3)  L-importanza tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ għall-futur tal-Unjoni hija riflessa fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2018 intitolata “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020”(4), li tenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu l-impenji magħmula mill-Istati Membri fis-Summit Soċjali ta’ Gothenburg, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(5) u l-ewwel prinċipju tiegħu dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja. Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-mobbiltà u l-iskambji, inkluż permezz ta’ programm sostanzjalment imsaħħaħ, inklużiv u estiż, kif kien mitlub mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017.

(4)  Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat u ffirmat solennement fis-17 ta' Novembru 2017 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, jistabbilixxi, bħala l-ewwel prinċipju ewlieni tiegħu, li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jġestixxu b'suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jafferma b'mod ċar l-importanza ta' edukazzjoni bikrija tat-tfal ta' kwalità tajba u li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal kulħadd. [Em. 3]

(5)  Fis-16 ta' Settembru 2016 fi Bratislava, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jipprovdu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ. Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma li ġiet iffirmata fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wegħdu li jaħdmu għal Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg madwar l-Unjoni il-kontinent; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u li tippromwovi d-diversità kulturali; Unjoni li tiġġieled il-qgħad, id-diskriminazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-faqar.[Em. 4]

(6)  Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ 2014-2020 ikkonferma li l-ħolqien ta' programm uniku dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-sport irriżulta f'simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-Programm filwaqt li huwa meħtieġ titjib ulterjuri sabiex issir konsolidazzjoni ulterjuri tal-kisbiet fl-effiċjenza tal-Programm 2014-2020. Fil-konsultazzjonijiet għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u dwar il-Programm futur, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għamlu talba għall-kontinwità fil-kamp ta' applikazzjoni, l-arkitettura u l-mekkaniżmi eżekuttivi tal-Programm, filwaqt li talbu għadd ta' titjib, bħal li l-Programm isir aktar inklużiv, aktar sempliċi u aktar ġestibbli għall-benefiċjarji ż-żgħar u proġetti ta' daqs iżgħar. Esprimew ukoll l-appoġġ sħiħ tagħhom biex il-Programm jinżamm integrat u msejjes fuq il-paradigma tat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni ta' Erasmus+, laqa' l-istruttura integrata tal-programm u stieden lill-Kummissjoni tisfrutta b'mod sħiħ id-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm billi trawwem u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni transsettorjali fil-programm futur. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll il-ħtieġa tinżamm li tkompli tissaħħaħ id-dimensjoni internazzjonali qawwija fil-Programm u li tiġi estiża għal setturi oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll għaż-żgħażagħ u l-isport. [Em. 5]

(7)  Il-konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-finanzjament tal-Unjoni fl-oqsma tal-valuri u l-mobbiltà kkonfermat dawn is-sejbiet ewlenin u enfasizzat il-ħtieġa li l-programm futur isir programm aktar inklużiv u li jkompli jiffoka l-prijoritajiet fuq l-immodernizzar tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ kif ukoll it-tisħiħ tal-prijoritajiet dwar it-trawwim tal-identità Ewropea, iċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika.

(7a)  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 22/2018 tat-3 ta' Lulju 2018 dwar Erasmus+1(6), enfasizzat li l-Programm ta prova ta' valur miżjud Ewropew, iżda li mhux id-dimensjonijiet kollha ta' dak il-valur miżjud, bħal sens akbar ta' identità Ewropea jew multilingwiżmu msaħħaħ, qed jiġu kkunsidrati jew imkejla b'mod adegwat. Il-Qorti qieset li l-Programm li jmiss jenħtieġ li jiżgura li l-indikaturi jkunu allinjati aħjar mal-objettivi tal-Programm biex tiġi żgurata valutazzjoni tal-prestazzjoni xierqa. Ir-rapport tal-Qorti nnota wkoll li, minkejja l-isforzi ta' simplifikazzjoni fil-Programm 2014-2020, il-piżijiet amministrattivi għadhom għoljin wisq u għaldaqstant irrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli tissimplifika l-proċeduri tal-Programm, b'mod partikolari l-proċeduri ta' applikazzjoni u r-rekwiżiti ta' rappurtar, u li ttejjeb l-għodod tal-IT. [Em. 6]

(8)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar "Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi - il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027"(7) adottata fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet li jsir investiment akbar fin-nies u ssir enfasi aktar qawwija fuq "iż-żgħażagħ" fil-qafas finanzjarju li jmiss b'mod partikolari billi tirdoppja u aktar id-daqs tal-Programm Erasmus+ 2014-2020, u rrikonoxxiet li l-Programm Erasmus+ kien waħda mill-aktar stejjer ta' suċċess viżibbli tal-Unjoni. Il-fokus tal-Programm il-ġdid jenħtieġ li jkun fuq l-inklużività, u sabiex jintlaħqu aktar żgħażagħ Minkejja dan is-suċċess ġenerali, il-Programm 2014-2020 baqa' ma jistax jissodisfa d-domanda għolja għal finanzjament u sofra minn rati ta' suċċess baxxi tal-proġett. Sabiex jiġu rimedjati dawn in-nuqqasijiet, huwa meħtieġ li jiżdied il-baġit pluriennali għall-Programm suċċessur għall-Programm 2014-2020. Barra minn hekk, il-Programm suċċessur għandu l-għan li jkun aktar inklużiv billi jilħaq lil aktar persuni minn kuntesti żvantaġġati, Dan jenħtieġ li jippermetti aktar żgħażagħ li jmorru f'pajjiż ieħor sabiex jitgħallmu jew jaħdmu u jinkorpora għadd ta' inizjattivi ġodda u ambizzjużi. Għaldaqstant, kif issottolinjat mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, huwa meħtieġ li l-baġit jittriplika, bi prezzijiet kostanti, għall-Programm suċċessur meta mqabbel mal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020. [Em. 7]

(9)  F'dan il-kuntest, huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm suċċessur għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (il-"Programm") tal-programm Erasmus+ 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). In-natura integrata tal-programm 2014-2020 li tkopri t-tagħlim fil-kuntesti kollha - formali, mhux formali u informali, u f'kull stadju tal-ħajja - jenħtieġ li tinżamm sabiex tagħti tiġi msaħħa bil-għan li jiġi żgurat approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja u tingħata spinta lill-modi ta' tagħlim flessibbli li jippermettu lill-individwi jiżviluppaw dawk il-kompetenzi lin-nies jiksbu u jtejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma meħtieġa sabiex jiżviluppaw bħala individwi u jaffaċċaw l-isfidi u jieħdu dak kollu li jistgħu mill-opportunitajiet tas-seklu wieħed u għoxrin. Tali approċċ għandu jirrikonoxxi wkoll il-valur tal-attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali u informali u r-rabtiet ta' bejniethom. [Em. 8]

(10)  Il-Programm jenħtieġ li jkun mgħammar sabiex isir kontributur terġa' ikbar għall-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Approċċ koerenti għat-tagħlim tul il-ħajja huwa ċentrali għall-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet differenti li l-persuni se jaffaċċaw tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, b'mod partikolari persuni akbar fl-età li jeħtieġ jitgħallmu ħiliet għall-ħajja ġodda jew ħiliet għal suq tax-xogħol li dejjem jevolvi. Jenħtieġ li tali approċċ jiġi mħeġġeġ permezz ta' kooperazzjoni transsettorjali effikaċi u permezz ta' interazzjoni akbar bejn il-forom ta' edukazzjoni differenti. Fit-teħid ta' dan l-approċċ 'il quddiem, il-Programm li jmiss jenħtieġ li jżomm relazzjoni mill-qrib mal-qafas strateġiku ġenerali għall-politika ta' kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, inkluż l-aġendi ta' politika għall-iskejjel, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti, filwaqt li jsaħħaħ u jiżviluppa sinerġiji ġodda ma' programmi u oqsma ta' politika relatati oħra tal-Unjoni.. [Em. 9]

(10a)  L-organizzazzjonijiet li joperaw f'kuntest transfruntier jipprovdu kontribut importanti għad-dimensjoni transnazzjonali u internazzjonali tal-Programm. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ lin-netwerks rilevanti fil-livell tal-Unjoni u lil organizzazzjonijiet nongovernattivi Ewropej u internazzjonali li l-attivitajiet tagħhom huma relatati mal-objettivi tal-Programm u jikkontribwixxu għalihom. [Em. 10]

(11)  Il-Programm huwa komponent ewlieni tal-bini ta’ Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni u tal-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja(9), sal-2025. Jenħtieġ li jkun mgħammar biex jikkontribwixxi għas-suċċessur tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa(10) b’impenn kondiviż għall-importanza strateġika tal-ħiliet u l-kompetenzi , il-kompetenzi u l-għarfien għaż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività, il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-koeżjoni soċjali. Jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni(11). [Em. 11]

(12)  Il-Programm jenħtieġ li jkun koerenti mal-istrateġija ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar iż-żgħażagħ(12), il-qafas għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ għall-2019-2027, ibbażat fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar “L-impenn, il-konnessjoni u l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ”(13), inkluż l-għan tal-Istrateġija li tappoġġa impjiegi u tagħlim mhux formali ta' kwalità għolja għaż-żgħażagħ. [Em. 12]

(13)  Il-Programm jenħtieġ li jqis il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni għall-isport li huwa l-qafas ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport għas-snin […](14). Jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni u l-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm fil-qasam tal-isport. Hemm bżonn li wieħed jiffoka b'mod partikolari fuq l-isport tal-organizzazzjonijiet ta' bażi l-isport grassroots, b'kunsiderazzjoni tar-rwol importanti li għandu l-isports fil-promozzjoni tal-attività fiżika u l-istil stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa, ir-relazzjonijiet interpersonali, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet ta' mobbiltà biss fil-kuntest tal-isport grassroots, kemm għaż-żgħażagħ li jipprattikaw sport organizzat fuq bażi regolari kif ukoll għall-persunal sportiv. Huwa importanti wkoll li jiġi rrikonoxxut li l-membri tal-persunal sportiv jistgħu jkunu professjonisti, fis-sens li jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-isport, u xorta waħda jkunu involuti fl-isport grassroots. Jenħtieġ, għaldaqstant, li l-azzjonijiet ta' mobbiltà jkunu miftuħin ukoll għal dan il-grupp. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej permezz tal-isport, il-governanza tajba u l-integrità fl-isport, is-sostenibbiltà u prattiki ambjentali tajbin fl-isport, kif ukoll l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet fl-isport u permezz tal-isport. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-persuni kkonċernati, inklużi l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ, jipparteċipaw fi sħubijiet, kooperazzjoni u djalogu ta' politika fil-qasam tal-isport. [Em. 13]

(14)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità ta' innovazzjoni tal-Unjoni b'mod partikolari billi jappoġġa attivitajiet ta' mobbiltà u kooperazzjoni li jrawmu l-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi f'oqsma ta' studju jew dixxiplini li jħarsu 'l quddiem, bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-arti, l-inġinerija u l-matematika (STEAM), it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali, l-iżvilupp sostenibbli, l-enerġija nadifa, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-analiżi tad-data, id-disinn u l-arkitettura, u litteriżmu diġitali u medjatiku sabiex jgħinu lil-persuni jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-futur. [Em. 14]

(14a)  F'konformità mal-missjoni tiegħu li jixpruna l-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp ta' strateġiji edukattivi u ta' tagħlim immirati lejn tfal b'don u talent, irrispettivament min-nazzjonalità, l-istatus soċjoekonomiku jew is-sess tagħhom. [Em. 15]

(14b)  Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għas-segwitu tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali permezz ta' attivitajiet ta' appoġġ maħsuba biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa ħalli jipproteġu u jippreservaw il-wirt kulturali Ewropew u biex jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet edukattivi li joffri s-settur kulturali u kreattiv. [Em. 16]

(15)  Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li jintużaw riżorsi kombinati mill-Programm u l-Programm Orizzont Ewropa(15) biex jappoġġaw attivitajiet dedikati għat-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ewropej. Orizzont Ewropa, fejn xieraq, se jikkumplimenta l-appoġġ tal-Programm għall-inizjattiva azzjonijiet u inizjattivi li juru dimensjoni tar-riċerka, bħall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, b’mod partikolari d-dimensjoni tar-riċerka tiegħu bħala parti mill-iżvilupp ta’ strateġiji ġodda konġunti u integrati fit-tul u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa se jgħinu jrawmu l-integrazzjoni tal-edukazzjoni u r-riċerka, b'mod partikolari fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. [Em. 17]

(16)  Il-Programm jenħtieġ li jkun iktar inklużiv billi jtejjeb is-sensibilizzazzjoni tiegħu għal dawk ir-rati ta' parteċipazzjoni fost persuni li għandhom inqas opportunitajiet. Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li livelli baxxi ta' parteċipazzjoni fost nies li għandhom inqas opportunitajiet jistgħu jirriżultaw minn kawżi differenti u jiddependu minn kuntesti nazzjonali differenti. Għaldaqstant, fi ħdan qafas għall-Unjoni kollha, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżviluppaw strateġiji ta' inklużjoni b'miżuri biex itejbu l-komunikazzjoni, jissimplifikaw il-proċeduri, joffru taħriġ u jappoġġaw u jimmonitorjaw l-effikaċja. Jenħtieġ li jintużaw ukoll mekkaniżmi oħra biex tissaħħaħ l-inklużjoni, inkluż billi jiġu pprovduti formats tal-mobbiltà għat-tagħlim li jaqblu mal-ħtiġijiet tal-persuni li għandhom inqas opportunitajiet, u billi titrawwem il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar u lokali, b'mod partikolari parteċipanti ġodda u organizzazzjonijiet ta' bażi grassroots bbażati fil-komunità li jaħdmu direttament ma' studenti żvantaġġati ta' kull età. Il-formats virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, il-mobbiltà mħallta u dik virtwali, jenħtieġ li jiġu promossi biex jilħqu iktar parteċipanti, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet u dawk li għalihom iċ-ċaqliqa fiżika minn pajjiż ieħor li huwa differenti mill-pajjiż ta' residenza tagħhom tkun ostaklu. [Em. 18]

(16a)  Meta persuni li għandhom inqas opportunitajiet ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fil-Programm għal raġunijiet finanzjarji, kemm minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom kif ukoll minħabba l-ispejjeż ogħla għall-parteċipazzjoni fil-Programm iġġenerati mis-sitwazzjoni speċifika tagħhom, kif spiss ikun il-każ għal persuni b'diżabbiltà, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri ta' appoġġ finanzjarju adegwati. Tali miżuri jistgħu jinkludu strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus, l-iskemi nazzjonali jew l-aġġustamenti ta' għotjiet jew top-ups permezz tal-Programm. Meta jiġi vvalutat jekk il-persuni b'inqas opportunitajiet jistgħux jipparteċipaw fil-Programm għal raġunijiet finanzjarji u l-livell ta' appoġġ li għandhom bżonn, jenħtieġ li jintużaw kriterji oġġettivi. Jenħtieġ li l-ispejjeż addizzjonali tal-miżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni qatt ma jiġġustifikaw ir-rifjut ta' applikazzjoni għal proġett. [Em. 19]

(16b)  Jenħtieġ li l-Programm ikompli jiffoka l-appoġġ tiegħu fuq il-mobbiltà għat-tagħlim fiżiku u għandu jiftaħ opportunitajiet akbar għal persuni li għandhom inqas opportunitajiet biex jibbenefikaw minn azzjonijiet ta'mobbiltà fiżika għat-tagħlim. Fl-istess ħin, għandu jiġi rikonoxxut li l-formati virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, it-tagħlim imħallat u t-tagħlim virtwali, jistgħu jikkomplementaw b'mod effikaċi il-mobbiltà fiżika għall-finijiet ta' tagħlim u jimmassimizzaw l-effikaċja tagħha. F'każijiet eċċezzjonali, meta n-nies ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f'azzjonijiet u attivitajiet ta' mobbiltà, il-formati virtwali jaf jippermettulhom igawdu ħafna mill-benefiċċji tal-Programm b'mod kosteffikaċi u innovattiv. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi wkoll sostenn għal tali formati u għodod virtwali. Tali formati u għodod, b'mod partikolari dawk użati għat-tagħlim tal-lingwi, jenħtieġ li jkunu disponibbli b'mod kemm jista' jkun mifrux għall-pubbliku. [Em. 20]

(16c)  F'konformità mal-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha dwar l-aċċessibbiltà u l-Artikolu 24 tagħha dwar l-edukazzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabbiltà jgawdu minn aċċess nondiskriminatorju u mingħajr ostakli għall-Programm. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jingħata appoġġ addizzjonali, inkluż sostenn finanzjarju, fejn meħtieġ. [Em. 21]

(16d)  L-ostakli legali u amministrattivi, bħalma huma d-diffikultajiet biex jinkisbu l-viżi u l-permessi ta' residenza, u fl-aċċess għas-servizzi ta' appoġġ, b'mod partikolari s-servizzi tas-saħħa, jistgħu jimpedixxu l-aċċess għall-Programm. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jitneħħew dawn l-ostakli, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, u biex jiġu ffaċilitati l-iskambji transfruntiera, pereżempju billi tinħareġ il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea. [Em. 22]

(17)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura, il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-edukazzjoni, il-kultura u l-isport fil-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva, valuri komuni u sens ta' solidarjetà fost l-iżgħar ġenerazzjonijiet. It-tisħiħ tal-identità Ewropea u t-trawwim tal-parteċipazzjoni attiva tal-individwi u tas-soċjetà ċivili fil-proċessi demokratiċi huwa kruċjali għall-futur tal-Ewropa u s-soċjetajiet demokratiċi tagħna. Jekk persuna ssiefer sabiex tistudja, titgħallem, titħarreġ u taħdem jew sabiex tipparteċipa f'attivitajiet taż-żgħażagħ u tal-isports, dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' din l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha u s-sens li tkun parti minn komunità kulturali kif ukoll sabiex titrawwem din iċ-ċittadinanza attiva, il-koeżjoni soċjali u l-ħsieb kritiku fost persuni ta' kull età. Dawk li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tagħhom kif ukoll jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tal-pajjiż ospitanti tagħhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom. L-attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ u t-tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin individwali jenħtieġ li jiġu appoġġati. [Em. 23]

(17a)  Huwa importanti li l-Programm iwassal valur miżjud Ewropew. Għaldaqstant, l-azzjonijiet u l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu eliġibbli biss għal finanzjament taħt il-Programm jekk huma jkunu jistgħu juru valur miżjud potenzjali Ewropew. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-valur miżjud Ewropew jintwera f'diversi modi, pereżempju permezz tal-karattru transnazzjonali tal-azzjonijiet, il-komplementarjetà u s-sinerġiji tagħhom ma' programmi u politiki oħra tal-Unjoni, il-kontribut tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod ta' trasparenza u ta' rikonoxximent tal-Unjoni, il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards ta' assigurazzjoni ta' kwalità madwar l-Unjoni kollha, il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards komuni madwar l-Unjoni kollha fil-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ, u l-promozzjoni tagħhom tal-multilingwiżmu u tad-djalogu interkulturali u interkonfessjonali, it-trawwim ta' sens ta' appartenenza Ewropew u t-tisħiħ taċ-ċittadinanza Ewropea. [Em. 24]

(18)  Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm jenħtieġ li tingħata spinta li timmira li billi toffri għadd akbar ta' opportunitajiet għall-mobbiltà, kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet, għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu ta' politika ma' pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm, b'mod partikolari pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Id-dimensjoni internazzjonali jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp tal-ħiliet u l-iskambji interpersonali u, b'mod partikolari għaċ-ċittadini tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, jenħtieġ li tappoġġa t-trasferiment tal-għarfien lura lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom fi tmiem il-perjodi ta' studju tagħhom. Jenħtieġ ukoll li ssaħħaħ il-bini ta' kapaċità tas-sistemi edukattivi fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Billi nibnu fuq l-implimentazzjoni b'suċċess ta' attivitajiet internazzjonali ta' edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ skont il-programmi predeċessuri fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, l-attivitajiet internazzjonali ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu estiżi għal setturi oħra, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-isport. [Em. 25]

(18a)  Sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-attivitajiet fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, huwa importanti li jissaħħu s-sinerġiji bejn Erasmus+ u l-istrumenti għal azzjoni esterna tal-Unjoni, bħall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni. [Em. 26]

(19)  L-arkitettura bażika tal-programm 2014-2020 fi tliet kapitoli - l-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport - strutturata madwar tliet azzjonijiet ewlenin kienet ta’ suċċess u jenħtieġ li tinżamm. Jenħtieġ li jiġi introdott titjib biex jiġu simplifikati u razzjonalizzati l-azzjonijiet appoġġati mill-Programm.

(20)  Il-Programm jenħtieġ li jirrinforza l-opportunitajiet ta' mobbiltà għat-tagħlim eżistenti, b'mod partikolari f'dawk is-setturi fejn il-Programm jista' jkollu l-akbar kisbiet fl-effiċjenza, sabiex iwessa' l-ilħuq tiegħu u jissodisfa d-domanda għolja mhux milħuqa. Dan jenħtieġ li jsir b'mod partikolari billi jiżdiedu u jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta' mobbiltà għal studenti ta' edukazzjoni mobbiltà għall-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għolja, studenti l-istudenti u l-persunal tal-iskola , inklużi l-għalliema tal-iskola preprimarja u l-edukazzjoni bikrija u l-persunal ta' indukrar, u studenti u persunal fis-settur tal-edukazzjoni t-taħriġ vokazzjonali. Il-mobbiltà ta' studenti adulti b'livell baxx ta' ħiliet jenħtieġ li tkun inkorporata fi sħubiji għall-kooperazzjoni. permezz ta' miżuri mmirati li jieħdu kont tal-ħtiġijiet edukattivi speċifiċi tal-benefiċjarji intenzjonati. L-opportunitajiet ta' mobbiltà għall-istudenti tal-edukazzjoni u taġħriġ vokazzjonali fir-reġjuni tal-fruntiera jenħtieġ li jiġu promossi aktar sabiex jitħejjew għall-kuntest tas-suq tax-xogħol transfruntier speċifiku. Il-programm jenħtieġ li joffri wkoll opportunitajiet ta' mobbiltà għall-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti. L-objettivi ewlenin tal-edukazzjoni għall-adulti huma t-trasferiment tal-għarfien, il-kompetenzi u l-ħiliet u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp personali u l-benesseri. L-opportunitajiet ta' mobbiltà għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' tagħlim mhux formali jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll sabiex jilħqu aktar żgħażagħ, speċjalment parteċipanti ġodda, dawk b'inqas opportunitajiet u sezzjonijiet tal-popolazzjoni li diffiċli jintlaħqu. Il-mobbiltà tal-persunal fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jenħtieġ li tiġi rinforzata wkoll, b'konsiderazzjoni tal-effett ta' ingranaġġ li għandha, b'enfasi partikolari fuq it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet u l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-ħiliet għas-suq tax-xogħol.. B'mod konformi mal-viżjoni ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni reali, il-Programm jenħtieġ li jagħti spinta wkoll lill-mobbiltà u l-iskambji u jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-istudenti f'attivitajiet edukattivi u kulturali u sportivi billi diġitalizzati jappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi l-proċessi sabiex jiffaċilitaw il-proċeduri ta' applikazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-Programm, billi jiġu żviluppati sistemi online faċli għall-utent ibbażati fuq l-aħjar prattika u billi jinħolqu għodod ġodda, bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti. Din l-inizjattiva tista' tkun pass importanti biex il-mobbiltà ssir realtà għal kulħadd billi tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jibgħatu u jirċievu iktar studenti ta' skambju filwaqt li ttejjeb il-kwalità fil-mobbiltà tal-istudenti u wkoll billi tiffaċilita l-aċċess tal-istudenti għal diversi servizzi (librerija, trasport, akkomodazzjoni) qabel ma jaslu fl-istituzzjoni barra minn pajjiżhom.[Em. 27]

(20a)  Jenħtieġ li l-Programm jiżgura esperjenzi ta' mobbiltà ta' kwalità abbażi tal-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta' Diċembru 2006, dwar il-mobbiltà transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta' edukazzjoni u taħriġ: il-Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà(16), li tagħmilha ċara li l-kwalità tal-informazzjoni, it-tħejjija, l-appoġġ u r-rikonoxximent tal-esperjenza u tal-kwalifiki, kif ukoll pjanijiet ta' tagħlim u eżiti tat-tagħlim ċari mfassla minn qabel, għandhom impatt fuq il-benefiċċji tal-mobbiltà. L-attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu mħejjija b'mod xieraq minn qabel. Tali tħejjija spiss tista' ssir b'mod effiċjenti bl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Fejn xieraq, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Programm jipprovdi appoġġ għal żjarat preparatorji għal attivitajiet ta' mobbiltà. [Em. 28]

(20b)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa u jħeġġeġ il-mobbiltà tal-għalliema u tal-persunal edukattiv fil-livelli kollha bil-għan li jtejjeb il-prattiki tax-xogħol u jikkontribwixxi għall-iżvilupp professjonali. Minħabba r-rwol vitali li għandha l-edukazzjoni preprimarja u bikrija fil-prevenzjoni tal-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi, huwa importanti li l-għalliema u l-persunal f'dan il-livell ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-mobbiltà għat-tagħlim taħt il-Programm. Fir-rigward tat-tagħlim, il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll il-pilotaġġ ta' innovazzjonijiet ta' politika sabiex jiġu indirizzati wħud mill-isfidi komuni li jħabbtu wiċċhom magħhom is-sistemi edukattivi fl-Unjoni, bħall-attirar ta' talent ġdid fit-tagħlim għall-aktar tfal marġinalizzati u l-iżvilupp tat-taħriġ tal-għalliema biex dawn jiġu megħjuna jgħallmu lil studenti żvantaġġati. Bil-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-parteċipazzjoni fil-Programm għall-għalliema u l-persunal edukattiv, jenħtieġ li jsir kull sforz biex jiġi żgurat li dawn igawdu minn ambjent ta' appoġġ għall-mobbiltà, li fil-kuntest tiegħu jibbenefikaw minn programm ta' ħidma u ammont ta' xogħol regolari, li dawn għandhom aċċess għal opportunitajiet xierqa ta' taħriġ u jirċievu appoġġ finanzjarju xieraq abbażi tal-pajjiż u, fejn rilevanti, ir-reġjun fejn għandha sseħħ il-mobbiltà għat-tagħlim [Em. 29]

(20c)  B'rikonoxximent tar-rwol vitali li għandhom l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fit-titjib tal-prospetti tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-Programm jenħtieġ li jgħin biex tissaħħaħ l-inklużività, il-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività(17). Il-Programm għandu jippromwovi rabtiet aktar b'saħħithom bejn dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u min iħaddem, kemm dawk privati kif ukoll dawk pubbliċi. Jenħtieġ ukoll li jgħin biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi għas-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, bħat-taħriġ lingwistiku, it-trawwim ta' sħubijiet ta' mobbiltà ta' kwalità għolja u r-rikonoxximent u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi, u jħeġġeġ lill-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex japplikaw għall-Karta tal-Mobbiltà tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali bħala marka ta' kwalità [Em. 30]

(21)  Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, inkluż billi jappoġġa proġetti ta' parteċipazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, ikollhom sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni Ewropej inkluż id-drittijiet fundamentali, l-istorja, il-kultura u ċ-ċittadinanza Ewropej, biex b'hekk jiġbor flimkien żgħażagħ liż-żgħażagħu lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll jikkontribwixxi għall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Programm iqajjem kuxjenza dwar l-għodod ta' demokrazija elettronika, inkluża l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-iskambji interġenerazzjonali bejn iż-żgħażagħ u l-persuni akbar fl-età. Fid-dawl tar-rwol ewlieni li għandhom l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-ksib ta' dawk l-objettivi, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp tas-settur taż-żgħażagħ fl-Unjoni. [Em. 31]

(22)  Il-Programm jenħtieġ li joffri l-opportunità liż-żgħażagħ sabiex jiskopru l-Ewropa, permezz ta' esperjenzi ta' tagħlim barra minn pajjiżhom taħt l-inizjattiva l-ġdida intitolata DiscoverEU. Iż-żgħażagħ ta' tmintax-il sena ta' bejn it-18 u l-20 sena, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet, jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jkollhom esperjenza ta' vjaġġ fl-Ewropa għall-ewwel darba, għal terminu qasir fil-livell individwali jew fi grupp fil-qafas ta'bħala parti minn attività edukattiva mhux formali jew informali mmirata lejn it-trawwim tas-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea u l-iskoperta tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha. Jenħtieġ li l-inizjattiva jkollha komponent ta' tagħlim robust u verifikabbli, u li tiżgura li l-esperjenzi jiġu disseminati kif xieraq u li t-tagħlimiet jiġu kondiviżi sabiex l-inizjattiva tiġi vvalutata u mtejba fuq bażi kontinwa. Il-Programm jenħtieġ li jidentifika l-korpi responsabbli biex jilħqu u jagħżlu l-parteċipanti b'attenzjoni xierqa għall-bilanċ ġeografikuu jappoġġa l-attivitajiet li jrawmu d-dimensjoni tat-tagħlim tal-esperjenza. Dawk il-korpi jenħtieġ li jkunu involuti wkoll, fejn xieraq, fl-għoti ta' taħriġ u appoġġ għal qabel u wara l-mobbiltà, inkluż fir-rigward tal-ħiliet lingwistiċi u interkulturali. L-inizjattiva DiscoverEU jenħtieġ li tibni rabtiet ukoll mal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, il-Kapitali Ewropej taż-Żgħażagħ, il-Kapitali Ewropej tal-Volontarjat u l-Kapitali Ekoloġiċi Ewropej. [Em. 32]

(23)  Il-Programm It-tagħlim tal-lingwi jikkontribwixxi għal fehim reċiproku u mobbiltà fl-Unjoni u 'l barra minnha. Fl-istess ħin, il-kompetenzi lingwistiċi jikkostitwixxu ħiliet essenzjali għall-ħajja u x-xogħol. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jtejjeb ukoll it-tagħlim tal-lingwi b'mod partikolari permezz ta' korsijiet tal-lingwa fuq il-post, u użu iktar mifrux ta' għodod online aċċessibbli, għaliex it-tagħlim elettroniku jista' joffri vantaġġi addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwi f'termini ta' aċċess u flessibbiltà. L-appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi pprovdut permezz tal-Programm għandu jagħti attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-utenti, b'enfasi fuq il-lingwi użati fil-pajjiż riċeventi u, fir-reġjuni mal-fruntiera, fuq il-lingwi tal-pajjiżi ġirien. L-appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi jenħtieġ li jkopri wkoll il-lingwi nazzjonali tas-sinjali. L-Appoġġ Lingwistiku Online ta' Erasmus+ jenħtieġ li jkun imfassal skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-parteċipanti tal-Programm u jkun miftuħ għal kulħadd. [Em. 33]

(23a)  Il-Programm jenħtieġ li jagħmel użu mit-teknoloġiji tal-lingwa bħal teknoloġiji tat-traduzzjoni awtomatika, bil-għan li jiġu ffaċilitati l-iskambji bejn l-awtoritajiet u jittejjeb id-djalogu interkulturali. [Em. 34]

(24)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom li jgħammru lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa f'dinja li qed tinbidel kif ukoll biex jissodisfaw b'mod adegwat il-potenzjal għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b'mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi żgurata kooperazzjoni effikaċi bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livelli kollha tal-implimentazzjoni tal-Programm. [Em. 35]

(25)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproċedu b’għadd ta’ inizjattivi sabiex iżidu l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal livell ġdid, inkluż billi jinkoraġġixxu l- emerġenza ta’ “Universitajiet Ewropej” sal-2024, li jikkonsistu f’netwerks minn isfel għal fuq ta’ universitajiet madwar l-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dawn l-Universitajiet Ewropej, li jenħtieġ li li jkunu xprunati mill-eċċellenza u intiżi li jżidu l-attraenza tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja fl-Unjoni u li jtejbu l-kooperazzjoni bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. Il-kunċett ta' "eċċellenza" għandu jinftiehem b'mod wiesa', pereżempju anki b'rabta mal-kapaċità li tissaħħaħ l-inklużjoni. L-appoġġ tal-Programm għandu jimmira għal kopertura ġeografika wiesgħa tal-"Universitajiet Ewropej". [Em. 36]

(26)  Il-Communiqué ta’ Bruges tal-2010 talbet appoġġ għall-eċċellenza vokazzjonali għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli. Il-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa tal-2017 tindika li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jingħaqdu mas-sistemi tal-innovazzjoni, bħala parti minn strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell reġjonali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-mezzi sabiex tingħata risposta lil dawn it-talbiet u jappoġġa l-iżvilupp ta’ pjattaformi transnazzjonali ta’ Ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali integrati mill-qrib fi strateġiji lokali u reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività, il-kompetittività, l-iżvilupp sostenibbli u l-inklużjoni soċjali. Dawn iċ-ċentri ta’ eċċellenza jenħtieġ li jaġixxu ta’ xprunaturi ta’ ħiliet vokazzjonali ta’ kwalità f’kuntest ta’ sfidi settorjali, filwaqt li jappoġġaw bidliet strutturali ġenerali u politiki soċjoekonomiċi fl-Unjoni. [Em. 37]

(27)  Sabiex iżid l-użu ta' attivitajiet virtwali ta' kooperazzjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa użu iktar sistematiku tal-pjattaformi online eżistenti, bħal eTwinning, School Education Gateway, il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-pjattaforma online għall-edukazzjoni għolja. Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta' pjattaformi online ġodda biex jissaħħaħ u jiġi mmodernizzat it-twassil tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, u tal-politika dwar l-isport u ż-żgħażagħ fil-livell Ewropew. Tali pjattaformi jenħtieġ li jkunu faċli għall-utent u aċċessibbli fis-sens tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18). [Em. 38]

(28)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ ħiliet u kompetenzi, kwalifiki u diplomi, kif ukoll it-trasferiment ta’ krediti jew unitajiet ta’ eżiti tat-tagħlim, sabiex irawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità u jappoġġa l-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. F’dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ ukoll għall-punti ta’ kuntatt u n-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jiffaċilitaw jipprovdi informazzjoni u assistenza lil parteċipanti prospettivi, u b'hekk jiffaċilita skambji trans-Ewropej kif ukoll l-iżvilupp ta’ mogħdiji ta’ tagħlim flessibbli bejn oqsma differenti ta’ edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u f’kuntesti formali u mhux formali. [Em. 39]

(29)  Il-Programm jenħtieġ li jimmobilizza l-potenzjal tal-parteċipanti preċedenti ta’ Erasmus+ u jappoġġa l-attivitajiet b’mod partikolari n-networks tal-Alumni, l-ambaxxaturi u l-Europeers, billi jħeġġiġhom jaġixxu ta’ multiplikaturi tal-Programm.

(29a)  Il-programm jenħtieġ li jpoġġi enfasi speċjali fuq il-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-perjodi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ barra mill-pajjiż, inkluż fl-edukazzjoni sekondarja. F'dan ir-rigward, l-għotjiet jenħtieġ li jkunu marbuta mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-kwalità u ma' deskrizzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u mal-applikazzjoni sħiħa tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi(19), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-Validazzjoni tat-Tagħlim Informali u Mhux Formali(20) u għodod Ewropej li jikkontribwixxu għar-rikonoxximent tat-tagħlim barra mill-pajjiż u jiżguraw tagħlim ta' kwalità, bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR), is-Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u l-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET). [Em. 40]

(30)  Bħala mod ta' kif tiġi żgurata l-kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu offruti opportunitajiet ta' mobbiltà lil persuni f'diversi setturi ta' attività, bħas-settur pubbliku u privat, tal-agrikoltura u tal-intrapriża, sabiex ikunu jistgħu jkollhom taħriġ, internship jew esperjenza ta' tagħlim barra minn pajjiżhom li tippermettilhom, fi kwalunkwe stadju tal-ħajja tagħhom, jikbru u jiżviluppaw professjonalment kif ukoll personalment, b'mod partikolari billi jiżviluppaw sensibilizzazzjoni rigward l-identità Ewropea tagħhom u fehim tad-diversità kulturali Ewropea, u professjonalment, b'mod partikolari billi jakkwistaw ħiliet rilevanti għas-suq tax-xogħol. Il-Programm jenħtieġ li joffri punt tad-dħul għall-iskemi ta' mobbiltà transnazzjonali tal-Unjoni b'dimensjoni ta' tagħlim b'saħħitha, li jissimplifika l-offerta ta' tali skemi għall-benefiċjarji u dawk li jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet. L-espansjoni tal-proġetti Erasmus Erasmus+ jenħtieġ li tiġi ffaċilitata; jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-promoturi tal-proġetti Erasmus Erasmus+ japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz tal-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi relatati mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa, il-mezzi tax-xandir u l-kultura, kif ukoll il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. [Em. 41]

(31)  Huwa importanti li jiġu stimulati t-tagħlim, l-apprendiment (kemm għall-għalliema kif ukoll l-istudenti) u r-riċerka fi kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea tal-integrazzjoni Ewropea u l-isfidi u l-opportunitajiet futuri tal-Unjoni, kif ukoll li jiġu promossi d-dibattiti jiġi promoss id-dibattitu dwar dawn il-kwistjonijiet permezz ta' appoġġ għall-azzjonijiet tal-azzjonijiet Jean Monnet fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja iżda wkoll f'oqsma oħrajn kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ. It-trawwim ta' sens ta' identità Ewropeaappartenenza fl-Ewropa u l-impenn huma partikolarment importanti fi żminijiet meta l-valuri minħabba l-isfidi għall-valuri komuni li l-Unjoni hija msejsa fuqhom, u li jiffurmaw parti mill-identità minn identità Ewropea tagħna, qed jiġu ttestjati, u meta ċ-ċittadini komuni, u minħabba li ċ-ċittadini qed juru livelli baxxi ta' involviment. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-eċċellenza fl-istudji ta' integrazzjoni tal-integrazzjoni Ewropea u fl-istess ħin, għat-titjib tal-impenn tal-komunità usa' tat-tagħlim u tal-pubbliku ġenerali mal-integrazzjoni Ewropea. [Em. 42]

(32)  Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil Il-Programm jenħtieġ li jkun konformi mal-għan ċentrali tal-Ftehim ta' Pariġi biex jissaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima. B'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u sabiex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni sistematika tal-azzjoni klimatika u l-iżvilupp sostenibbli fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' 25% tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-għanijiet tal-klima b'appoġġ għall-għanijiet tal-klima tul il-perjodu kopert mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % li għandha tiġi introdotta mill-aktar fis, u mhux aktar tard mill-2027. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni. [Em. 43]

(32a)  Minħabba r-rwol tal-Unjoni bħala attur globali u f'konformità mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u mal-impenji meħuda mill-Istati Membri fil-Konferenza Rio + 20, il-Programm jenħtieġ li jintegra sistematikament l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja inklużivi, ekwi u ta' kwalità, inkluż b'rikonoxximent tar-rwol vitali li l-edukazzjoni għandha fil-ġlieda kontra l-faqar. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-aġenda tal-iżvilupp sostenibbli billi jappoġġa l-isforzi biex jiġu żviluppati l-ħiliet meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli u biex in-nies jiġu mgħallma dwar is-sostenibbiltà, il-protezzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima permezz tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali. [Em. 44]

(33)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu kollu tal-Programm li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira ta' [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(21)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li mill-2021 'il quddiem ikun hemm żieda sinifikanti fil-baġit annwali għall-Programm, meta mqabbel mas-sena finali tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, segwit minn tkabbir lineari u gradwali fl-allokazzjonijiet annwali. Profil baġitarju bħal dan jgħin biex jiġi żgurat aċċess akbar mill-bidu nett tal-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u jiġu evitati żidiet sproporzjonati fis-snin finali li jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu assorbiti. [Em. 45]

(34)  Fi ħdan pakkett bażiku għal azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li jiġi definit tqassim tal-allokazzjoni minima għal kull settur (edukazzjoni għolja, edukazzjoni skolastika, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni għall-adulti) sabiex tkun garantita massa kritika ta’ approprjazzjonijiet biex jintlaħqu l-output u r-riżultati maħsuba f’kull wieħed minn dawn is-setturi. L-allokazzjoni baġitarja preċiża skont l-azzjoni u l-inizjattiva jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-programm ta' ħidma.[Em. 46]

(35)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”)(22) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u implimentazzjoni indiretta.

(36)  It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jrendu r-riżultati, filwaqt li jqiesujqisu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta’ unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif jissemma fl-Artikolu [125(1)] tar-Regolament Finanzjarju. Il-prinċipji ta' trasparenza, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni kif stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Programm. [Em. 47]

(37)  Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-Programm fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll abbażi ta’ strumenti legali oħrajn. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħti d-drittijiet neċessarji u aċċess għall-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw l-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Il-parteċipazzjoni sħiħa tal-pajjiżi terzi fil-Programm jenħtieġ li tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi li jkopru l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz konċernat mal-Programm. Parteċipazzjoni sħiħa tinvolvi, barra minn hekk, l-obbligu li titwaqqaf aġenzija nazzjonali u li jiġu ġestiti wħud mill-azzjonijiet tal-Programm f’livell deċentralizzat. Individwi u entitajiet minn pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw f’xi wħud mill-azzjonijiet fl-azzjonijiet tal-Programm, kif definit fil-programm ta’ ħidma u s-sejħiet għall-proposti ppubblikati mill-Kummissjoni. Meta jiġi implimentat il-Programm, jistgħu jiġu kkunsidrati arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet mill-Istati mikro Ewropej. [Em. 48]

(38)  B’konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultarperiferiċi ultraperiferiċi tal-Unjoni’(23) ("il-komunikazzjoni dwar sħubija strateġika"), il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika ta’ dawn ir-reġjuni. Il-miżuri Se jikkunsidraw iż-żieda tal-parteċipazzjoni jittieħdu miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-ġirien tagħhom. Tali miżuri se jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment. [Em. 49]

(38a)  Fil-komunikazzjoni tagħha dwar sħubija strateġika, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li ż-żieda fil-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal fl-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari taħt il-programm Erasmus+, tkun ta' benefiċċju kbir għar-reġjuni ultraperiferiċi u impenjat ruħha li taġġusta aktar l-appoġġ finanzjarju għall-parteċipanti li jivvjaġġaw minn u lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi billi żżomm regoli ta' finanzjament speċifiċi għal dawk ir-reġjuni taħt l-Erasmus+, li tesplora l-possibbiltajiet li testendi l-kooperazzjoni reġjonali tal-Erasmus+ biex tistimula aktar il-mobbiltà bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi terzi ġirien, u li tuża l-Fond Soċjali Ewropew+ bħala komplement għal Erasmus+. [Em. 50]

(39)  Skont [ir-referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-Deċiżjoni l-ġdida dwar l-OCT l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/KE(24)], l-individwi u l-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi jew territorji barranin huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-għanijiet tal-Programm u l-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju barrani huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mir-remotezza ta’ dawn il-pajjiżi jew territorji jenħtieġ li titqies meta jiġi implimentat il-Programm, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm tiġi mmonitorjata u evalwata regolarment.

(40)  B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni Il-Programm jenħtieġ li jżomm il-kontinwità f'termini tal-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu. Madankollu, minħabba li għandu jiġi implimentat fuq perjodu ta' seba' snin, jeħtieġ li jiġi previst ċertu grad ta' flessibbiltà sabiex tippermettilu jadatta għar-realtajiet li jinbidlu u l-prijoritajiet politiċi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Għaldaqstant, ir-Regolament ma jiddefinixxix fid-dettall kif għandhom jitfasslu l-inizjattivi speċifiċi, u ma jippreġudikax il-prijoritajiet politiċi kollha u l-prijoritajiet baġitarji rispettivi għas-seba' snin li ġejjin. Minflok, l-għażliet u l-prijoritajiet tal-politiki sekondarji, inklużi d-dettalji ta' inizjattivi speċifiċi ġodda, jenħtieġ li tadotta jiġu determinati permezz ta' programmi ta' ħidma f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. It-tfassil tal-inizjattivi ġodda jenħtieġ li jislet tagħlimiet mill-inizjattivi pilota kurrenti u mgħoddija f''dan il-qasam, u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan jenħtieġ li jqis il-valur miżjud Ewropew kemm fis-sustanza kif ukoll fl-istruttura tal-inizjattiva. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ ukoll li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom b'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm, il-kriterji tal-għażla u tal-għotja, kif ukoll l-elementi l-oħrajn kollha meħtieġa. Il-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda fihom jenħtieġ li jiġu adottati minn atti permezz ta' att delegat. Huwa ta' implimentazzjoni importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert u b'konsultazzjoni mal-aġenziji u l-partijiet interessati nazzjonali, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-proċedura ta' eżami mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti de [Em. 51]

(40a)  Il-Kummissjoni, flimkien mal-aġenziji nazzjonali, jenħtieġ li timmonitorja u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, kemm waqt it-tul tal-ħajja tal-Programm kif ukoll wara li jitlesta. L-evalwazzjoni finali tal-Programm jenħtieġ li ssir fil-ħin b'tali mod li tkun tista' tikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-programm suċċessur jekk ikun rilevanti. B'mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament. [Em. 52]

(41)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(25), hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tal-Programm abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri il-benefiċjarji. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi speċifiċi, miżurabbli u realistiċi li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fir-realtà. [Em. 53]

(42)  Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, reklamar u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm, fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, reklamar u ta’ disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta’ implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta jkun rilevantiapplikabbli, bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati ewlenin rilevanti oħra. [Em. 54]

(43)  Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa b’inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament. [Em. 55]

(44)  Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Programm jagħmel użu massimu mill-mekkaniżmi eżekuttivi diġà fis-seħħ. L-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li għalhekk tiġi fdata lill-Kummissjoni, u lill-aġenziji nazzjonali, li jenħtieġ li jiżguraw applikazzjoni konsistenti u koerenti tar-regoli tal-Programm fil-pajjiżi kollha tal-UE u matul iż-żmien. Għal dak il-għan u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Programm, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jaħdmu flimkien, u b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, biex jiżviluppaw proċeduri konsistenti, sempliċi u b'livell għoli ta' kwalità u biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' prattiki tajbin li jistgħu jtejbu l-kwalità tal-proġetti taħt il-Programm. Fejn ikun fattibbli, u sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li ikunu l-istess bħal dik deżinjata għall-ġestjoni tal-programm predeċessur. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità ex-ante jenħtieġ li jkun limitat għar-rekwiżiti li huma ġodda u speċifiċi għall-Programm, sakemm dan ma jkunx ġustifikat, bħal f’każ ta’ nuqqasijiet serji jew sottoprestazzjoni min-naħa tal-aġenzija nazzjonali konċernata. [Em. 56]

(44a)  Sabiex l-organizzaturi tal-proġetti mingħajr esperjenza ta' programmi ta' finanzjament tal-Unjoni jiġu inkoraġġiti japplikaw għal finanzjament, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jipprovdu pariri u appoġġ u jenħtieġ li jiżguraw li l-proċeduri ta' applikazzjoni jkunu ċari u sempliċi kemm jista' jkun. Il-gwida tal-Programm jenħtieġ li tittejjeb aktar biex issir ċara u faċli għall-utent, waqt li l-formoli ta' applikazzjoni jenħtieġ li jkunu sempliċi u disponibbli fil-ħin. Sabiex il-proċess ta' applikazzjoni jiġi modernizzat u armonizzat aktar, jenħtieġ li tiġi żviluppata għodda komuni, multilingwi u one-stop-shop għall-benefiċjarji tal-Programm u għal dawk involuti fil-ġestjoni tal-Programm [Em. 57]

(44b)  Bħala regola ġenerali, it-talbiet għal għotjiet u l-applikazzjonijiet għal proġetti jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-aġenzija nazzjonali tal-pajjiż fejn ikun ibbażat l-applikant, u ġestiti minnha. Madankollu, bħala deroga, it-talbiet għal għotjiet u l-applikazzjonijiet għal proġetti għal attivitajiet organizzati minn netwerks tal-Unjoni kollha u minn organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u ġestiti b'mod dirett minnha. [Em. 58]

(45)  Biex jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja tajba u ċ-ċertezza tad-dritt f’kull pajjiż parteċipanti, jenħtieġ li kull awtorità nazzjonali tiddeżinja korp indipendenti tal-awditjar. Fejn fattibbli, u sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, il-korp indipendenti tal-awditjar jenħtieġ li jkun l-istess bħal dak iddeżinjat għall-azzjonijiet imsemmija fil-programm preċedenti.

(46)  L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament li jistgħu jipprevjenu l-aċċess għall-Programm jew jimpedixxu l-funzjonament xieraq tiegħutal-Programm. Dan jinkludi r-risolviment, fejn possibbli, u mingħajr ħsara preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tad-dħul id-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi kwistjonijiet li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta’ viżi u ta’ permessi ta’ residenza. B’mod konformi mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26), l-Istati Membri huma nkoraġġuti inkoraġġuti jistabbilixxu proċeduri rapidi għall-ammissjoni. [Em. 59]

(47)  Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm ta’ monitoraġġ tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu, u fil-livell xieraq ta’ granularità. Din id-data jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni b’mod li tkun konformi mar-regoli rilevanti tal-protezzjoni tad-data.

(48)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(27). [Em. 60]

(49)  Sabiex jiġu simplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun għotjiet simplifikati fil-forma ta' somom f'daqqa, spejjeż ta' unità kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa. Skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u sabiex tiġi simplifikata l-amministrazzjoni tal-Programm, ħlasijiet b'rata fissa bbażati fuq il-proġett rilevanti jenħtieġ li jintużaw għall-attivitajiet ta' mobbiltà fis-setturi kollha. L-għotjiet simplifikati biex jappoġġaw l-azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm, kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li iqisu l-ispejjeż jiġu riveduti u aġġustati b'mod regolari għall-kostijiet tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż u r-reġjun ospitanti. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali tal-pajjiżi mittenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw dawn l-għotjiet simplifikati fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, b'mod partikolari sabiex jiżguraw aċċess għal persuni b'inqas opportunitajiet. B'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu wkoll jeżentaw dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa u imposta soċjali. L-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati li jagħtu appoġġ finanzjarju bħal dan lill-individwi konċernati. [Em. 61]

(50)  B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(29) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1939(30), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod skorrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn tal-Unjoni li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31). B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u trid tiżgura li kwalunkwe terza parti involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(51)  Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-Programm ma’ attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri u ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura u l-midja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali b’fokus fuq il-bdiewa żgħażagħ, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali.

(52)  Filwaqt li l-qafas regolatorju diġà ppermetta lill-Istati Membri u lir-reġjuni jistabbilixxu sinerġiji fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti bejn Erasmus+ u strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, li jappoġġaw ukoll l-iżvilupp kwalitattiv ta’ sistemi edukattivi, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ fl-Unjoni, dan il-potenzjal s’issa għadu ma ġiex sfruttat, u għalhekk ġew limitati l-effetti sistemiċi tal-proġetti u l-impatt fuq il-politika. Jenħtieġ li ssir komunikazzjoni u kooperazzjoni effettiva fil-livell nazzjonali bejn il-korpi nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni ta’ dawn l-istrumenti varji sabiex jiġi massimizzat l-impatt rispettiv tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jippermetti l-kooperazzjoni attiva ma’ dawn l-istrumenti, b'mod partikolari billi jiżgura li applikazzjoni b'livell għoli ta' kwalità li ma tistax tiġi ffinanzjata fl-ambitu tal-Programm, minħabba fondi insuffiċjenti, tkun tista' titqies għal finanzjament, permezz ta' proċedura simplifikata, taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Sabiex tiġi simplifikata l-proċedura għal azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħataw "Siġill ta' Eċċellenza" b'rikonoxximent tal-livell ta' kwalità għoli tagħhom. Tali komplementarjetà bejn il-programmi jenħtieġ li tagħti lok ta' żieda fir-rati ta' suċċess tal-proġetti.. [Em. 62]

(52a)  Sabiex tiġi massimizzata l-effikaċja tal-appoġġ tal-politika u tal-finanzjament Ewropej, huwa importanti li jitrawmu sinerġiji u komplementarjetà fil-programmi rilevanti kollha b'mod koerenti. Tali sinerġiji u komplementarjetà jenħtieġ li ma jwasslux biex fondi allokati għall-Programm Erasmus + jiġu ġestiti barra mill-istruttura tal-Programm, u jenħtieġ ukoll li ma jwasslux biex il-fondi jintużaw biex jiġu segwiti għanijiet differenti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe sinerġija u komplementarjetà jenħtieġ li tirriżulta fi proċeduri ta' applikazzjoni simplifikati fil-livell tal-implimentazzjoni. [Em. 63]

(53)  Sabiex tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Anness. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni tal-atti delegati.

(54)  Huwa xieraq li jiġi żgurat l-għeluq korrett tal-programm predeċessur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti pluriennali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament ta’ assistenza teknika u amministrattiva. Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-assistenza teknika u amministrattiva jenħtieġ li tiżgura, jekk meħtieġ, il-ġestjoni tal-azzjonijiet li għadhom ma ġewx finalizzati skont il-programm predeċessur sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(55)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ lejn id-dritt għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-dritt għal non-diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Programm għandu jappoġġa b'mod attiv l-inizjattivi li jfittxu li jqajmu kuxjenza u jippromwovu perċezzjonijiet pożittivi ta' kwalunkwe wieħed mill-gruppi li jaf ikunu soġġetti għal diskriminazzjoni, u li jrawmu l-ugwaljanza bejn is-sessi. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-isforzi biex jiġi indirizzat id-distakk edukattiv u d-diffikultajiet speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-Rom, billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni sħiħa u attiva tagħhom fil-Programm. Ir-rispett għad-drittijiet u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li jiġi integrat fil-proċess tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm. [Em. 64]

(56)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għaliex ir-rispett lejn l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament tal-Unjoni effettiv.

(57)  Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-karattru transnazzjonali tiegħu, il-volum kbir u l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku wiesa’ tal-attivitajiet ta’ mobbiltà u kooperazzjoni ffinanzjati, l-effetti tiegħu fuq l-aċċess għall-mobbiltà għat-tagħlim u b’mod aktar ġenerali dwar l-integrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll id-dimensjoni internazzjonali rinforzata tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

(58)  Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

(59)  Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ finanzjarju previst skont il-Programm, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi ErasmusErasmus+, il-programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (“il-Programm”).

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “tagħlim tul il-ħajja” tfisser tagħlim fil-forom kollha tiegħu (tagħlim formali, mhux formali u informali) li jseħħ fl-istadji kollha tal-ħajja, minn edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja, u tagħlim għall-adulti, li jirriżulta f’titjib jew aġġornament fl-għarfien, il-ħiliet, il-kompetenzi u l-attitudnijiet jew il-parteċipazzjoni fis-soċjetà f’perspettiva personali, ċivika, kulturali, soċjali u/jew relatata mal-impjieg, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza u gwida; [Em. 65]

(2)  “mobbiltà għat-tagħlim” tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ, inkluż taħriġ mill-ġdid jew titjib tal-ħiliet, jew tagħlim mhux formali jew informali tista' tieħu l-forma ta' traineeships, apprendistati, skambji bejn iż-żgħażagħ, tagħlim jew parteċipazzjoni f'attività ta' żvilupp professjonali; din; Dan tista’ tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku, fosthom għal-lingwi nazzjonali tas-sinjali, u/jew tkun ikkumplimentata ikkomplementata minn tagħlim online u kooperazzjoni virtwali. F’xi każijiet speċifiċi, tista’ tkun fil-forma ta’ tagħlim online permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni aċċessibbli u tal-komunikazzjoni kooperazzjoni virtwali; [Em. 66]

(2a)  "tagħlim virtwali" tfisser il-kisba tal-ħiliet u l-għarfien bl-użu ta' għodod aċċessibbli tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; [Em. 67]

(2b)  "tagħlim imħallat" tfisser il-ksib tal-ħiliet u l-għarfien permezz ta' taħlita ta' għodod tal-edukazzjoni u tat-taħriġ virtwali u metodi tradizzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 68]

(3)  “tagħlim mhux formali” tfisser tagħlim volontarju li jseħħ barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali permezz ta’ attivitajiet ta’ skop (f’termini ta’ għanijiet, metodi u żmien) u b’xi forma ta’ appoġġ għat-tagħlim;

(4)  “tagħlim informali” tfisser tagħlim li jirriżulta minn attivitajiet ta’ kuljum u esperjenzi li mhumiex organizzati jew strutturati f’termini ta’ appoġġ għall-għanijiet, żmien jew tagħlim. Jista’ jkun mhux intenzjonat mill-perspettiva tal-istudent;

(5)  “żgħażagħ” tfisser individwi bejn it-13 u t-30 sena;

(6)  “l-isport tal-organizzazzjonijiet ta’ bażigrassroots” tfisser l-isport organizzat fil-livell lokali mill-persuniipprattikat b'mod regolari minn sportivi mhux professjonisti, u l-isport għal kulħaddta' kull età, għal finijiet ta' saħħa, edukattivi jew soċjali; [Em. 69]

(7)  “studenti ta’ edukazzjoni għolja” tfisser kwalunkwe persuna rreġistrata f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja, inkluż għal ċiklu qasir, f’livell ta’ baċellerat, master jew dottorat jew ekwivalenti. Tkopri wkoll gradwati riċenti, jew kwalunkwe persuna li tkun iggradwat minn istituzzjoni ta' dan it-tip fl-24 xahar preċedenti; [Em. 70]

(8)  “persunal” tfisser kwalunkwe persuna li, fuq bażi professjonali jew volontarja, hija involuta fl-edukazzjoni fil-livelli kollha, fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali, u tista’ tinkludi professuri, għalliema, persuni li jħarrġu, riċerkaturi, mexxejja tal-iskola, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, kowċis tal-isports, persunal mhux edukattiv u prattikanti oħra involuti fil-promozzjoni tat-tagħlim; [Em. 71]

(8a)  "persunal tal-isport" tfisser persuni involuti fil-ġestjoni, fl-istruzzjoni jew fit-taħriġ ta' tim sportiv jew ta' bosta persuni sportivi individwali, bi ħlas jew fuq bażi volontarja; [Em. 72]

(9)  “student ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali” tfisser kwalunkwe persuna reġistrata fi programm ta’ edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali jew kontinwu fi kwalunkwe livell sa livell ta’ wara l-iskola sekondarja. Jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ individwi li reċentament iggradwaw minn tali programmi, jew kwalunkwe persuna li tkun iggradwat minn programm ta' dan it-tip fl-24 xahar preċedenti; [Em. 73]

(10)  “student tal-iskola” tfisser kwalunkwe persuna reġistrata f’kapaċità ta’ tagħlim f’istituzzjoni li tipprovdi edukazzjoni ġenerali fi kwalunkwe livell mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni sekondarja superjuri, jew kwalunkwe persuna li tkun ħadet edukazzjoni barra minn kuntest istituzzjonali meqjusa mill-awtoritajiet Nazzjonali kompetenti bħala eliġibbli sabiex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom; [Em. 74]

(11)  “edukazzjoni għall-adulti” tfisser kwalunkwe forma ta’ tagħlim mhux vokazzjonali għall-adulti wara l-edukazzjoni inizjali, kemm jekk tkun ta’ natura formali, mhux formali jew informali;

(12)  “pajjiż terz mhux assoċjat mal-Programm” tfisser pajjiż terz li mhux qed jipparteċipa bis-sħiħ fil-Programm iżda li l-entitajiet legali tiegħu jistgħu eċċezzjonalment jibbenefikaw mill-Programm f’każijiet debitament ġustifikati fl-interess tal-Unjoni; [Em. 75]

(13)  “pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru;

(14)  “sħubija” tfisser ftehim bejn grupp ta’ istituzzjonijiet u/jew organizzazzjonijiet sabiex jitwettqu attivitajiet u proġetti konġunti;

(15)  “lawrja konġunta tal-masterta' master jew ta' dottorat” tfisser programm ta’ studju integrat offrut tal-inqas minn żewġ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jirriżulta f’ċertifikat wieħed ta’ lawrja maħruġ u ffirmat b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet parteċipanti kollha u rikonoxxut uffiċjalment fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet parteċipanti; [Em. 76]

(16)  “internazzjonali” tirrigwarda kwalunkwe azzjoni li tinvolvi mill-inqas pajjiż terz wieħed li mhuwiex assoċjat mal-Programm;

(17)  “kooperazzjoni virtwali” tfisser kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni li tuża għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(18)  “istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja” tfisser kwalunkwe tip ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għoljaentità li, b’konformità mad-dritt jew prattika nazzjonali, toffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki tal-livell terzjarju oħrajn rikonoxxuti, irrispettivament minn x’jissejjaħ dan l-istabbiliment kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għoljaentità oħra kumparabbli li hija kkunsidrata mill-awtoritajiet nazzjonali bħala eliġibbli biex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom; [Em. 77]

(19)  “transnazzjonali” tirrelata ma’ kwalunkwe azzjoni li tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi li huma Stati Membri jew pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm;

(20)  “attività ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ” tfisser attività barra mill-iskola mwettqa minn gruppi informali ta’ żgħażagħ u/jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u karatterizzata ikkaratterizzata minn approċċ ta’ tagħlim mhux formali jew informali u minn appoġġ għall-aċċessibilità u l-inklużjoni; [Em. 78]

(21)  “ħaddiem li jaħdem maż-żgħażagħ” tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali jew informali li jappoġġa liż-żgħażagħ fl-iżvilupp personali, tagħhom, inkluż l-iżvilupp soċjoedukattiv u professjonali tagħhom u l-iżvilupp tal-kompetenzi tagħhom.; [Em. 79]

(22)  "djalogu maż-żgħażagħ tal-UE" tfisser djalogu maż-żgħażagħ id-djalogu bejn min ifassal il-politika, min jieħu d-deċiżjonijiet, esperti, riċerkaturi jew partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, kif xieraq, u ż-żgħażagħ u mal-organizzazzjonijiet l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, li jservi; dan iservi bħala forum għal riflessjoni konġunta kontinwa dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta' rilevanza għaż-żgħażagħ; [Em. 80]

(23)  “pajjiż terz assoċjat mal-Programm” tfisser pajjiż terz li huwa parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Programm u li jissodisfa l-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-Istati Membri; [Em. 81]

(24)  “entità legali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika b’konformità mal-Artikolu [197(2)(c)] tar-Regolament Finanzjarju;

(25)  “persuni b’inqas opportunitajiet” tfisser dawk persuni li jaffaċċaw ostakli li ma jħalluhomx ikollhom aċċess effettiv għal opportunitajiet skont il-Programm għal raġunijiet ekonomiċihuma żvantaġġati fl-aċċess tagħhom għall-Programm minħabba diversi ostakoli li jinħolqu minħabba, pereżempju, diżabilità, problemi tas-saħħa, diffikultajiet edukattivi, l-isfond ta' migrazzjoni tagħhom, differenzi kulturali, il-qagħda ekonomika, soċjali, kulturali, ġeografiċi huma żvantaġġati fl-aċċess tagħhom għall-Programm minħabba diversi ostakoli li jinħolqu minħabba, pereżempju, diżabilità, problemi tas-saħħa, diffikultajiet edukattivi, l-isfond ta' migrazzjoni tagħhom, differenzi kulturali, il-qagħda ekonomika jew ta’ saħħa, kuntest persuni li jissograw li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni abbaż ta’ migrazzjoni jew għal raġunijiet bħal diżabbiltà u diffikultajiet edukattivikwalunkwe waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; [Em. 82]

(26)  “awtorità nazzjonali” tfisser l-awtorità inkarigata, fil-livell nazzjonali, mill-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-ġestjoni tal-Programm fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

(27)  “aġenzija nazzjonali” tfisser korp wieħed jew iktar fi Stat Membru jew pajjiż terz partikolari assoċjata mal-Programm responsabbli mill-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali. Jista’ jkun hemm aktar minn aġenzija nazzjonali waħda fi Stat Membru jew pajjiż terz partikolari assoċjat mal-Programm;

(27a)  "Siġill ta' Eċċellenza" tfisser it-tikketta ta' livell għoli ta' kwalità mogħtija lil proġetti mressqa lill-Programm, li jitqiesu li jistħoqqilhom finanzjament madankollu ma jirċevuhx minħabba limitazzjonijiet baġitarji; dan jirrikonoxxi l-valur tal-proposta u jappoġġa t-tfittxija għal finanzjament alternattiv [Em. 83]

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

1.  L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ l-attivitajiet taż-żgħażagħ u l-isport permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b'hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi ta' kwalità, koeżjoni soċjali u inklużjoni, għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva kif ukoll li jsaħħaħ l-identità għat-tisħiħ tal-identità Ewropea. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni għall-bini ta' żona Ewropea tal-edukazzjoni, għall-avvanz tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, filwaqt li tappoġġa jappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-aġendi settorjali sottostanti tiegħu, li javvanzaw il-kooperazzjoni tagħha, javvanza l-kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-Unjoni 2019-2027 u l-iżvilupp tad-dimensjoni jiżviluppa d-dimensjoni Ewropea fl-isport.. [Em. 84]

2.  Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)  li jippromwovi l-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-ekwità,l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 85]

(b)  li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u informali, it-tagħlim interkulturali, il-ħsieb kritiku u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kwalità, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ; [Em. 86]

(c)  li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis fl-isports grassroots, tal-persunal sportiv u l-persunal tal-isporttaż-żgħażagħ li jipprattikaw sport b'mod regolari u f'ambjent organizzat, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-isport u l-politiki tal-isport; [Em. 87]

(ca)  li jippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja permezz ta' approċċ transsettorjali f'ambjenti formali, mhux formali u informali u li jappoġġa perkorsi flessibbli għat-tagħlim. [Em. 88]

2a.  Il-Programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali msaħħa bil-għan li jiġu appoġġati l-għanijiet ta' azzjoni esterna u ta' żvilupp tal-Unjoni permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi [Em. 89]

3.  L-għanijiet tal-Programm għandhom jiġu segwiti permezz tat-tliet azzjonijiet ewlenin li ġejjin:

(a)  mobbiltà għat-tagħlim (“azzjoni ewlenija 1”);

(b)  kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet (“azzjoni ewlenija 2”); u

(c)  għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni (“azzjoni ewlenija 3”);

L-għanijiet għandhom jiġu segwiti permezz tal-azzjonijiet Jean Monnet kif stabbilit fl-Artikolu 7.

L-azzjonijiet kollha tal-Programm għandu jkun fihom element qawwi ta' tagħlim li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm stabbiliti f'dan l-Artikolu. Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet appoġġati skont kull azzjoni ewlenija hija stabbilita fil-Kapitolu II (edukazzjoni u taħriġ), il-Kapitolu III (iż-żgħażagħ) u l-Kapitolu IV (l-isport). L-għanijiet operattivi u l-prijoritajiet tal-politika korrispondenti għal kull azzjoni għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 19. [Em. 90]

Artikolu 3a

Valur miżjud Ewropew

1.  Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li jipprovdu valur miżjud Ewropew potenzjali u li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

2.  Il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandu jiġi żgurat, pereżempju, permezz

(a)  tal-karattru transnazzjonali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni li għandhom l-għan li jiksbu impatt sistemiku sostenibbli;

(b)  tal-komplementarjetà u tas-sinerġiji tagħhom ma' programmi u politiki oħra fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)  tal-kontribut tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod ta' trasparenza u ta' rikonoxximent tal-Unjoni;

(d)  tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards tal-assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni, inklużi karti;

(e)  tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards tal-assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni, inklużi karti;;

(f)  tat-trawwim tagħhom ta' djalogu interkulturali u interreliġjuż fl-Unjoni kollha;

(g)  tat-trawwim tagħhom tal-multilingwiżmu fl-Unjoni kollha; or

(h)  tal-promozzjoni tagħhom ta' sens ta' appartenenza fl-Ewropa u tat-tisħiħ ta' ċittadinanza Ewropea komuni. [Em. 91]

KAPITOLU II

EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ

Artikolu 4

Azzjoni ewlenija 1

Mobbiltà għat-tagħlim

Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 1:

(a)  il-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal ta’ edukazzjoni għolja;

(b)  il-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;

(c)  il-mobbiltà ta’ studenti tal-istudenti u tal-persunal tal-iskejjel, inklużi l-għalliema tal-livell preskolastiku u l-persunal tal-edukazzjoni u persunal tal-iskolal-indokrar bikrin; [Em. 92]

(d)  il-mobilità il-mobbiltà tal-istudenti adulti u tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti; [Em. 93]

(e)  opportunitajiet ta’ tagħlim tal-lingwa, inklużi dawk li jappoġġaw attivitajiet ta’ mobbilità.

Il-Programm għandu jappoġġa miżuri ta' tagħlim virtwali u ta' tagħlim imħallat biex jakkumpanjaw l-attivitajiet ta' mobbiltà stabbiliti fil-paragrafu 1. Għandu wkoll jappoġġa miżuri ta' dan it-tip għal persuni li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà bħal dawn

Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fejn xieraq, li l-għodod tat-tagħlim virtwali u tat-tagħlim imħallat żviluppat fl-ambitu tal-Programm isiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali. [Am. 94]

L-appoġġ jista' jingħata għat-tħejjija tal-attivitajiet ta' mobbiltà stabbiliti f'dan l-Artikolu, inkluż, kif meħtieġ, għal żjarat ta' tħejjija [Am. 95]

Artikolu 5

Azzjoni ewlenija 2

Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:

(a)  sħubiji sħubijiet strateġiċi għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm; [Em. 96]

(b)  ssħubiji għall-eċċellenza, b'mod partikolari universitajiet Ewropej, Ċentri ta ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u lawrji masters u master dottorati konġunti tal-Erasmus Mundus; L-universitajiet u ċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali Ewropej għandhom jinvolvu mill-inqas entità waħda stabbilita fi Stat Membru; [Em. 97]

(c)  sħubiji għall-innovazzjoni, bħal alleanzi tal-edukazzjoni għall-adulti, għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa; [Em. 98]

(d)  pjattaformi u għodod online li jkunu aċċessibli u faċli għall-utent sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni virtwali, inkluż is-servizzi ta' appoġġ għal eTwinning u għall-pjattaforma elettronika għat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa, għodod biex jiġu promossi l-metodi ta' Tagħlim b'Disinn Universali, kif ukoll għodod għall-iffaċilitar tal-mobbiltà, bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti msemmija fl-Artikolu 25(7c). [Em. 99]

(da)  bini ta' kapaċità mmirat fil-qasam tal-edukazzjoni għolja fil-pajjiżi tersi mhux assoċjati mal-Programm. [Em. 100]

Artikolu 6

Azzjoni ewlenija 3

Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni

Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġendi ta’ politika ġenerali u settorjali tal-Unjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż bl-appoġġ tan-netwerk Eurydice jew attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet rilevanti oħra;

(b)  l-appoġġ għal għodod u miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent u l-aġġornament ta’ kompetenzi, ħiliet u kwalifiki(32); [Em. 101]

(c)  djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijietmal-partijiet ikkonċernati ewlenin rilevanti u appoġġ għalihom, inklużi netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 102]

(d)  miżuri mmirati li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva mmirati u inklużiva tal-Programm; [Em. 103]

(e)  kooperazzjoni ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni;

(f)  attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta’ politika Ewropea kif ukoll fuq il-Programm.

Artikolu 7

Azzjonijiet Jean Monnet

IIl-Programm għandu jappoġġa tagħlim, apprendiment, riċerka u dibattiti dwar kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea u dwar l-isfidi u l-oportunitajiet futuri tal-Unjoni permezz tal-azzjonijiet li ġejjin [Em. 104]

(a)  azzjoni Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja; [Em. 105]

(b)  azzjoni Jean Monnet f’oqsma oħra fl-oqsma kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 106]

(c)  appoġġ għall-istituzzjonijiet li ġejjin, li jsegwu mira ta’ interess Ewropew: l-Istitut Universitarju Ewropew, Firenze, inkluż l-Iskola tal-Governanza Transnazzjonali tiegħu; il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta’ Bruges u dak ta’ Natolin); l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, Maastricht; l-Akkademja tad-Dritt Ewropew, Trier; l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva, Odense u ċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew, Nizza.

KAPITOLU III

ŻGĦAŻAGĦ

Artikolu 8

Azzjoni ewlenija 1

Mobbiltà għat-tagħlim

Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 1:

(a)  il-mobbilità taż-żgħażagħ;

(b)  attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ;

(c)  attivitajiet ta’ DiscoverEU;

(d)  il-mobbilità ta’ dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ.

Artikolu 9

Azzjoni ewlenija 2

Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:

(a)  sħubiji strateġiċi għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm; [Em. 107]

(b)  sħubiji għall-innovazzjoni għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa;

(c)  pjattaformi u għodod online aċċessibbli u faċli għall-utent għall-kooperazzjoni virtwali. [Em. 108]

Artikolu 10

Azzjoni ewlenija 3

Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni

Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' politika tal-Unjoni dwar iż-żgħażagħ, bl-appoġġ, kif rilevanti, tan-netwerk Wiki taż-Żgħażagħ Youth Wiki; [Em. 109]

(b)  għodod u miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent ta’ kompetenzi u ħiliet, b’mod partikolari permezz ta’ Youthpass;

(c)  djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijietmal-partijiet ikkonċernati rilevnatirilevanti, u appoġġ għalihom, inkluż netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi, u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-appoġġ għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej; [Em. 110]

(d)  miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva rilevanti, u appoġġ għalihomu inklużiva tal-Programm; [Em. 111]

(e)  kooperazzjoni ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni;

(f)  attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta’ politika Ewropea kif ukoll fuq il-Programm.

KAPITOLU IV

SPORT

Artikolu 11

Azzjoni ewlenija 1

Mobbiltà għat-tagħlim

Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa, taħt l-azzjoni ewlenija 1, il-mobbiltà tal-kowċis taż-żgħażagħ li jeżerċitaw l-isport tal-massa, u tal-persunal l-persunal sportiv involut fih. [Em. 112]

Artikolu 12

Azzjoni ewlenija 2

Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:

(a)  sħubiji għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm;

(b)  avvenimenti sportivi tal-isports tal-massa mingħajr qligħ, inklużi avvenimenti fuq skala żgħira, li jimmiraw lejn żvilupp ulterjuri tad-dimensjoni Ewropea tal-isport. [Em. 113]

Artikolu 13

Azzjoni ewlenija 3

Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni

Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:

(a)  il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ politika tal-Unjoni dwar l-isport u l-attività fiżika;

(b)  djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijietmal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-isport; [Em. 114]

(ba)  miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' kwalità għolja u inklużiva tal-Programm [Em. 115]

(bb)  kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni; [Em. 116]

(c)  attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet tal-politika Ewropea u dwar il-Programm, inklużi premjijiet u għotjiet sportivi.

Kapitolu IVa

Inklużjoni[Em. 117]

Artikolu 13a

Strateġija ta' inklużjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2021, tiżviluppa qafas ta' miżuri ta' inklużjoni, kif ukoll gwida għall-implimentazzjoni tagħhom. Abbażi ta' dak il-qafas u filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-problemi speċifiċi ta' aċċess għall-programm fil-kuntest nazzjonali, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżviluppaw strateġija ta' inklużjoni nazzjonali multiannwali. Dik l-istrateġija għandha ssir pubblika sal-30 ta' Ġunju 2021 u l-implimentazzjoni tagħha għandha tiġi ssorveljata fuq bażi regolari.

2.  Il-qafas u l-istrateġija msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-elementi li ġejjin:

(a)  kooperazzjoni mas-sħab soċjali, l-awtoritajiet nazzjonali u lokali u s-soċjetà ċivili;

(b)  l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet fil-livell lokali, ibbażati fil-komunità li jaħdmu direttament mal-gruppi fil-mira.

(c)  intervent fil-post u komunikazzjoni mal-gruppi fil-mira, inkluż permezz tat-tixrid ta' informazzjoni faċli għall-utent;

(d)  is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' applikazzjoni;

(e)  il-forniment ta' servizzi speċifiċi ta' konsulenza, taħriġ u appoġġ lill-gruppi fil-mira, kemm qabel l-applikazzjonijiet tagħhom kif ukoll biex jiġu preparati għall-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Programm;

(f)  l-aħjar prattiki fl-aċċessibbiltà u s-servizzi ta' appoġġ għall-persuni b'diżabbiltà;

(g)  il-ġbir ta' data kwalitattiva u kwantitattiva xierqa biex tiġi evalwata l-effettività tal-istrateġija;

(h)  l-applikazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ finanzjarju skont l-Artikolu 13b. [Am. 118]

Artikolu 13b

Miżuri ta' appoġġ finanzjarju għall-inklużjoni

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri ta' appoġġ finanzjarju adegwati, inkluż il-prefinanzjament, fejn rilevanti, biex jappoġġaw persuni b'inqas opportunitajiet li għalihom il-parteċipazzjoni fil-Programm hija mxekkla minħabba raġunijiet finanzjarji, jew minħabba li jinsabu f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ ekonomiku jew minħabba li l-ispejjeż addizzjonali tal-parteċipazzjoni tal-Programm, minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħhom, jirrappreżentaw ostaklu sinifikanti. Il-valutazzjoni tar-raġunijiet finanzjarji u tal-livell ta' appoġġ għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi.

2.  Il-miżuri ta ' appoġġ finanzjarju msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:

(a)  appoġġ disponibbli minn strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew+;

(b)  appoġġ disponibbli fil-qafas ta' skemi nazzjonali;

(c)  aġġustament u żieda fl-appoġġ għal azzjonijiet ta' mobbiltà disponibbli fil-qafas tal-Programm.

3.  Sabiex tikkonforma mal-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, taġġusta jew tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali biex jaġġustaw l-għotjiet biex jappoġġaw azzjonijiet ta' mobbiltà fil-qafas ta' dan il-Programm. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14, baġit speċifiku biex jiffinanzja miżuri ta' appoġġ finanzjarju addizzjonali fil-qafas ta' dan il-Programm.

4.  L-ispejjeż tal-miżuri biex tiġi ffaċilitata jew appoġġata l-inklużjoni, fl-ebda ċirkostanza, ma għandhom jiġġustifikaw ir-rifjut ta' applikazzjoni fil-qafas ta dan il-Programm.[Em. 119]

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 14

Baġit

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR30 000 000 000  41 097 000 000 fi prezzijiet kostanti tal-2018 (EUR 46 758 000 000 fi prezzijiet attwali). [Em. 120]

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali. [Em. 121]

2.  Il-Programm għandu jkun implimentat skont id-distribuzzjoni indikattiva li ġejja:

(a)  EUR 24 940 000 000 83 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li minnhomminnu: [Em. 122]

(1)  mill-inqas EUR 8 640 000 000 jenħtieġ li 34,66 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5; [Em. 123]

(2)  mill-inqas EUR 5 230 000 000 23 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5; [Em. 124]

(3)  mill-inqas EUR 3 790 000 000 15,63 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet ta' edukazzjoni skolastika msemmija, inkluża l-edukazzjoni ta' qabel il-primarja u dik bikrija, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5; [Em. 125]

(4)  mill-inqas EUR 1 190 000 000 6 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet edukattivi għall-adulti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5; [Em. 126]

(5)  EUR 450 000 0006 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet Jean Monnet imsemmija fl-Artikolu 7; [Em. 127]

(5a)  13.91 % tal-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet li huma primarjament ġestiti direttament, inklużi dawk stipulati fil-punt (e) tal-Artikolu 4, il-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 5, u l-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 6; [Em. 128]

(5b)  il-5 % li jifdal jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw kwalunkwe azzjoni fi ħdan il-Kapitolu II; [Em. 129]

(b)  EUR 3 100 000 000 10,3 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ imsemmija fl-Artikoli 8 sa 10; [Em. 130]

(c)  EUR 550 000 000 2 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam tal-isport imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13; u[Em. 131]

(d)  mill-inqas EUR 960 000 000 3,2 % tal-ammont immsemmi fil-paragrafu 1 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali. [Em. 132]

Il-1,5 % li jifdal li ma jiġux allokati fil-qafas tad-distribuzzjoni indikattiva stabbilita fl-ewwel subparagrafu jistgħu jintużaw għall-appoġġ tal-programm. [Em. 133]

3.  Minbarra l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, għandha ssir disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali permezz tar-Regolament ir-Regolament .../... [Strument tal-Viċinat, tal-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Internazzjonali](33) u permezz tar-Regolamentr-Regolament .../... [IPA III](34), għandhom jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji sabiex tappoġġa jiġu appoġġati azzjonijiet implimentati u ġestiti b’konformità ma’ stabbilitiuy implimentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha Dan ir-Regolament għandu japplika għall-użu ta' dawk il-fondi, filwaqt li tiġi ffinanzjata b’konformità żgurata konformità mar-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumentijirregolaw rispettivament l-NDICI u l-IPA III. [Em. 134]

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva kif ukoll il-konsulenza u t-taħriġ fil-qasam tal-aċċessibbiltà.. [Em. 135]

5.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta’ ħidma tista’ tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021.

6.  Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament b’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament b’konformità mal-[punt (c)] ta’ dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

6a.  Il-prijoritajiet għall-allokazzjoni baġitarja skont l-azzjoni previsti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ddeterminati fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 19 [Em. 136]

Artikolu 15

Forom ta’ finanzjament mill-UE u metodi ta’ implimentazzjoni

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat, b’mod konsistenti, b’ġestjoni diretta b’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku.

3.  Il-kontribuzzjonijiet għall-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-reċipjenti u għandhom jiġu kkunsidrati bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-[Artikolu X tar-]Regolament X [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandhom japplikaw.

KAPITOLU VI

PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMM

Artikolu 16

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

1.  Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)  membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)  pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)  pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)  pajjiżi terzi oħrajn, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

–  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

–  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;

–  ma jagħtix lill-pajjiż terz setgħa ta’ deċiżjoni fuq il-programm;

–  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni sabiex jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u jipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

2.  Il-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-Programm biss safejn jissodisfaw l-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-Istati Membri.

Artikolu 17

Pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm

Fir-rigward tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4 sa 6, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7, u l-Artikoli 8 sa 10, 12 u 13, il-Programm jista’ jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin ta' entitajiet legali minn kwalunkwe pajjiż terz f'każijiet debitament iġġustifikati fl-interess tal-Unjoni.:

(a)  il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 16 li ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu;

(b)  kwalunkwe pajjiż terz ieħor. [Em. 137]

Artikolu 18

Regoli applikabbli għal ġestjoni diretta u indiretta

1.  Il-Programm għandu jkun miftuħ għal entitajiet legali pubbliċi u privati attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.

2.  Meta jimplimentaw il-Programm, inter alia fir-rigward tal-għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta’ għotjiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru sforzi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u li tittejjeb is-sensibilizzazzjoni għal persuni b’anqas opportunitajiet. [Em. 138]

3.  Għall-għażliet taħt ġestjoni diretta u indiretta, il-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [145(3), it-tielet inċiż] tar-Regolament Finanzjarju jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

4.  L-entitajiet pubbliċi, kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, li jkunu rċevew iktar minn ħamsin fil-mija tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi fl-aħħar sentejn, għandhom jitqiesu li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet skont il-Programm. Ma għandhomx għalfejn jippreżentaw aktar dokumentazzjoni biex juru dik il-kapaċità.

4a.  Il-livelli ta' appoġġ finanzjarju, bħal għotjiet, sommom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, għandhom jiġu riveduti u aġġustati regolarment għall-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż jew tar-reġjun ospitanti, fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. L-aġġustament tal-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza għandu jqis kif xieraq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-pajjiż jew reġjun ospitanti. [Em. 139]

5.  Sabiex ittejjeb l-aċċess għall-persuni b’inqas opportunitajiet u tiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm, il-Kummissjoni tista’ taġġusta jew tista’ tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 biex jaġġustaw, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, l-għotjiet sabiex jappoġġaw azzjonijiet ta’ mobbiltà tal-Programm. [Em. 140]

6.  Il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħiet konġunti mal-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji tagħhom biex jiffinanzjaw proġetti abbażi ta’ fondi korrispondenti. Il-proġetti jistgħu jiġu evalwati u magħżula permezz ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni u għażla konġunta li jridu jiġu maqbula mill-organizzazzjonijiet jew aġenziji ta’ finanzjament, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

KAPITOLU VII

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 19

Programm ta’ ħidma

Il-Programm għandu jiġi implimentat Il-politiki u l-prijoritajiet sekondarji, inklużi dettalji tal-inizjattivi speċifiċi deskritti fl-Artikoli 4 sa 13, għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-programmi tata' programm ta' ħidma msemmija fl-Artikolu [108] kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi wkoll kif għandu jiġi implimentat il-Programm. AddizzjonalmentBarra minn hekk, il-programm ta’ ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni ta’ fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li jridu jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-programm ta' ħidma. [Em. 141]

Artikolu 20

Monitoraġġ u rapportar

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.

2.  Sabiex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 30, li temenda l-Anness biex tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi fejn meqjus neċessarju u li tissupplimenta dan ir-Regolament bid-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

3.  Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, fil-ħin u fil-livell xieraq ta’ dettall mill-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2(5)] tar-Regolament Finanzjarju. Għal dak il-fini, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonat fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u l-Istati Membri.

Artikolu 21

EvalwazzjoniEvalwazzjonijiet, rieżami ta' nofs it-terminu u reviżjoni. [Em. 142]

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom Kwalunkwe evalwazzjoni għandha titwettaq f'waqtha sabiex jikkontribwixxu tikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. [Em. 143]

2.  L-evalwazzjoni interimIr-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Programm għandha titwettaq għandu jitwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmfi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024. Din għandha tkun akkumpanjata wkoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur, li se tikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu. Ir-rieżami ta' nofs it-terminu, minbarra li jivvaluta l-effikaċja u l-prestazzjoni ġenerali tal-Programm, għandu jevalwa, b'mod partikolari, ir-riżultati mal-miżuri ta' inklużjoni stipulati fil-Kapitolu IVa, l-isforzi mwettqa biex jiġi ssimplifikat il-Programm għall-benefiċjarji u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ġodda msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5 u fil-punt (c) tal-Artikolu 8. Waqt dan ir-rieżami, għandu jiġi eżaminat it-tqassim tal-parteċipazzjoni tal-Programm, b'mod partikolari fir-rigward ta' persuni b'inqas opportunitajiet.. [Em. 144]

3.  Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IX u l-obbligi tal-aġenziji nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ April 2024, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom. Is-SEAE għandu jippreżenta rapport simili dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp parteċipanti. [Em. 145]

3a.  Fejn ikun meħtieġ u abbażi tar-rieżami ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġiżlattivi xierqa biex temenda dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tidher quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u l-korp kompetenti tal-Kunsill biex tirrapporta dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu, inkluż fir-rigward tad-deċiżjoni tagħha dwar jekk dan ir-Regolament għandux jiġi emendat. [Em. 146]

4.  Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba’ tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. [Em. 147]

5.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiettittrażmetti kwalunkwe evalwazzjoni u r-reviżjoni ta' nofs it-terminu, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. [Em. 148]

KAPITOLU VIII

INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI U DISSEMINAZZJONI

Artikolu 22

Informazzjoni, komunikazzjoni u disseminazzjoni

1.  F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fuq il-bażi ta' qafas fil-livell tal-Unjoni, l-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati ta' attivitajiet appoġġati skont l-azzjonijiet li jġestixxu fil-qafas tal-azzjonijiet li jiġġestixxu fil-Programm u għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha ta' disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar il-Programm, inkluż informazzjoni dwar azzjonijiet u attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni u r-riżultati tiegħu. L-aġenziji nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-gruppi fil-mira rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa fil-pajjiż tagħhom, bil-għan li jtejbu l-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u li jappoġġaw approċċ transsettorjali fl-implimentazzjoni tal-Programm. Fit-twettiq tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni u fit-tixrid tal-informazzjoni, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali għandhom, f'konformità mal-Kapitolu IVa, jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni b'inqas opportunitajiet bil-ħsieb li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm. [Em. 149]

1a.  Id-dokumenti kollha essenzjali tal-Programm għall-benefiċjarji, inklużi l-formoli tal-applikazzjoni, l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni essenzjali, għandhom ikunu disponibbli mill-inqas fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.Å150

2.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku..

3.  L-entitajiet legali fis-setturi koperti mill-Programm għandhom jużaw il-marka kummerċjali “Erasmus”‘Erasmus+’ għall-finijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni ta’ informazzjoni marbuta mal-Programm.

4.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. tagħhom b'mod aċċessibbli [Em. 151]

4a.  L-aġenziji nazzjonali għandhom jagħtu wkoll informazzjoni dwar il-Programm lis-servizzi ta' gwida tal-karrieri fl-istituzzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ, u lis-servizzi tal-impjiegi. [Em. 152]

KAPITOLU IX

ĠESTJONI U SISTEMA TA’ AWDITU

Artikolu 23

Awtorità nazzjonali

1.  Sa [ …], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz ta’ notifika formali trażmessa mir-Rappreżentant Permanenti tagħhom, tal-persuna/i awtorizzata/i legalment biex taġixxi/jaġixxu f’isimhom bħala l-awtorità nazzjonali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ sostituzzjoni tal-awtorità nazzjonali matul l-iżvolġiment tal-Programm, l-Istat Membru konċernat għandu immedjatament jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan, b’konformità mal-istess proċedura.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament kif suppost tal-Programm, inkluż, fejn possibbli, miżuri maħsuba biex jevitaw it-tassazzjoni fuq l-għotjiet, jiżguraw il-portabbiltà tad-drittijiet bejn is-sistemi soċjali tal-Unjoni, u jirriżolvu kwistjonijiet li jikkawżaw diffikultajiet fil-ksib tal-viżi jew permessi ta' residenza. [Em. 153]

3.  Sa [ …], l-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja aġenzija nazzjonali jew aġenziji nazzjonali. F’każijiet fejn ikun hemm aktar minn aġenzija nazzjonali waħda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mekkaniżmu adegwat sabiex jikkoordina l-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiżguraw implimentazzjoni koerenti u kosteffiċjenti tal-Programm u kuntatt effettiv mal-Kummissjoni f’dan ir-rigward, u biex jiffaċilitaw it-trasferiment possibbli tal-fondi bejn l-aġenziji, biex b’hekk jippermettu l-flessibbiltà u użu aħjar tal-fondi allokati lill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jiddetermina kif jorganizza r-relazzjoni bejn l-awtorità nazzjonali u l-aġenzija nazzjonali tiegħu, inkluż kompiti bħall-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali.

L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjoni tal-konformità ex-ante xierqa li l-aġenzija nazzjonali tikkonforma mal-punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu [58(1)] u l-Artikolu [60(1), (2) u (3)] tar-Regolament Finanzjarju, u mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-istandards tal-kontroll intern għall-aġenziji nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi tal-programm għall-appoġġ għall-għotjiet.

4.  L-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja korp indipendenti tal-awditjar kif jissemma fl-Artikolu 26.

5.  L-awtorità nazzjonali għandha tibbaża l-valutazzjoni tal-konformità ex ante tagħha fuq il-kontrolli u l-awditi tagħha stess, u/jew fuq il-kontrolli u l-awditi li saru mill-korp indipendenti tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 26. Fejn l-aġenzija nazzjonali tiddeżinja għall-Programm tkun l-istess bħall-aġenzija nazzjonali ddeżinjata għall-Programm predeċessur, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità ex ante għandu jkun limitat għar-rekwiżiti li jkunu ġodda u speċifiċi għall-Programm.

6.  F’każ li l-Kummissjoni tirrifjuta d-deżinjazzjoni tal-aġenzija nazzjonali bbażata fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-valutazzjoni tal-konformità ex-ante, jew jekk l-aġenzija nazzjonali ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-Kummissjoni, l-awtorità nazzjonali għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa ta’ rimedju sabiex jiġi żgurat li l-aġenzija nazzjonali tikkonforma mar-rekwiżiti minimi, jew għandha tiddeżinja korp ieħor bħala aġenzija nazzjonali.

7.  L-awtorità nazzjonali għandha timmonitorja u twettaq superviżjoni tal-ġestjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali. Għandha tinforma u tikkonsulta lill-Kummissjoni mingħajr dewmien qabel ma tieħu kull deċiżjoni li jista’ jkollha impatt sinifikattiv fuq il-ġestjoni tal-Programm, b’mod partikolari dwar l-aġenzija nazzjonali tagħha.

8.  L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi kofinanzjament adegwat għall-operazzjonijiet tal-aġenzija nazzjonali tagħha biex tiżgura li l-Programm ikun ġestit b’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

9.  Abbażi tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-opinjoni tal-verifika indipendenti dwarha u l-analiżi tal-Kummissjoni tal-konformità u l-prestazzjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, kull sena, informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha ta' monitoraġġ u superviżjoni fir-rigward tal-Programm. Fejn possibbli, tali informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. [Em. 154]

10.  L-awtorità nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni kif suppost tal-fondi tal-Unjoni ttrasferiti mill-Kummissjoni lill-aġenzija nazzjonali fil-qafas tal-Programm.

11.  F’każ ta’ xi irregolarità, negliġenza jew frodi attribwibbli għall-aġenzija nazzjonali, jew kwalunkwe nuqqasijiet serji jew prestazzjoni insuffiċjenti min-naħa tal-aġenzija nazzjonali, u fejn dan iwassal għal pretensjonijiet mill-Kummissjoni kontra l-aġenzija nazzjonali, l-awtorità nazzjonali għandha tinżamm responsabbli li tħallas lura lill-Kummissjoni il-fondi mhux irkuprati.

12.  Fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 11, l-awtorità nazzjonali tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Kummissjoni, tirrevoka l-mandat tal-aġenzija nazzjonali. F’każ li l-awtorità nazzjonali tixtieq tirrevoka dak il-mandat għal kwalunkwe raġuni oħra ġustifikata, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bir-revoka minn tal-inqas sitt xhur qabel id-data maħsuba għat-terminazzjoni tal-mandat tal-aġenzija nazzjonali. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom formalment jaqblu dwar miżuri tranżitorji speċifiċi u f’waqthom.

13.  Fil-każ ta’ revoka, l-awtorità nazzjonali għandha twettaq l-kontrolli meħtieġa dwar il-fondi tal-Unjoni fdati lill-aġenzija nazzjonali li l-mandat tagħha ġie revokat u għandha tiżgura trasferiment bla tfixkil ta’ dawk il-fondi u tad-dokumenti u tal-għodod ta’ ġestjoni kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm lill-aġenzija nazzjonali l-ġdida. L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-aġenzija nazzjonali li l-mandat tagħha ġie revokat bl-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex tkompli timplimenta l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Programm u tal-Kummissjoni sakemm isir trasferiment ta’ dawk l-obbligi lill-aġenzija nazzjonali ġdida.

14.  Jekk il-Kummissjoni titlob dan, l-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet, jew it-tipi ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet bħal dawn, li għandhom jiġu kkunsidrati eliġibbli jipparteċipaw f’azzjonijiet speċifiċi tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom.

Artikolu 24

Aġenzija nazzjonali

1.  L-aġenzija nazzjonali għandha:

(a)  jkollha personalità ġuridika jew tkun parti minn entità li jkollha personalità ġuridika, u tkun regolata mid-dritt tal-Istat Membru konċernat; ministeru ma jistax jiġi deżinjat bħala aġenzija nazzjonali;

(b)  ikollha l-kapaċità ta’ ġestjoni, persunal u infrastrutturi adegwati biex tissodisfa l-kompiti tagħha b’mod sodisfaċenti, tiżgura ġestjoni effiċjenti u effettiva tal-Programm u ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni;

(ba)  ikollha l-għarfien espert meħtieġ biex tkopri s-setturi kollha tal-Programm [Em. 155]

(c)  ikollha l-mezzi operattivi u legali biex tapplika r-regoli ta’ ġestjoni amministrattiva, kuntrattwali u finanzjarja stabbiliti fil-livell tal-Unjoni;

(d)  toffri garanziji finanzjarji xierqa, preferibbilment maħruġa minn awtorità pubblika, korrispondenti għal-livell ta’ fondi tal-Unjoni li hija għandha tintalab tamministra;

(e)  tkun deżinjata għad-durata tal-Programm.

2.  L-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett tal-azzjonijiet li għandhom jiġu deskritti fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu [19], b’mod konformi mal-[punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament Finanzjarju.

3.  L-aġenzija nazzjonali għandha tippubblika appoġġ għall-għotja lill-benefiċjarji fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2(5)] tar-Regolament Finanzjarju permezz ta’ ftehim ta’ għotja kif speċifikat mill-Kummissjoni għall-azzjoni konċernata tal-Programm.

4.  L-aġenzija nazzjonali għandha tirrapporta kull sena lill-Kummissjoni u lill-awtorità nazzjonali b’konformità mal-Artikolu [60(5)] tar-Regolament Finanzjarju. L-aġenzija nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-implimentazzjoni tal-osservazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni b’segwitu għall-analiżi tagħha tad-dikjarazzjoni tal-ġestjoni annwali u tal-opinjoni tal-awditu indipendenti dwarha.

5.  L-aġenzija nazzjonali ma tistax mingħajr awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel mill-awtorità nazzjonali u mill-Kummissjoni tiddelega lill-parti terza kwalunkwe kompitu tal-Programm jew l-implimentazzjoni tal-baġit konferita lilha. L-aġenzija nazzjonali għandha żżomm ir-responsabbiltà unika għal kwalunkwe kompiti delegati lil parti terza.

6.  Fejn il-mandat ta’ aġenzija nazzjonali jiġi revokat, dik l-aġenzija nazzjonali għandha tibqa’ legalment responsabbli li tissodisfa l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Programm u tal-Kummissjoni sakemm isir it-trasferiment ta’ dawk l-obbligi lill-aġenzija nazzjonali l-ġdida.

7.  L-aġenzija nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-ġestjoni u mil-likwidazzjoni tal-ftehimiet finanzjarji relatati mal-programmi predeċessuri li jkunu għadhom miftuħa fil-bidu tal-Programm.

7a.  F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-implimentazzjoni tar-Regolament ikunu konsistenti u sempliċi u li l-informazzjoni tkun ta' kwalità għolja, inkluż bl-iżvilupp ta' standards komuni għall-applikazzjonijiet u l-evalwazzjoni ta' proġetti. L-aġenziji nazzjonali għandhom jikkonsultaw regolarment lill-benefiċjarji tal-Programm biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-rekwiżit [Em. 156]

Artikolu 25

Il-Kummissjoni Ewropea

1.  Abbażi tar-rekwiżiti ta’ konformità għall-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23(3), il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll, b’mod partikolari abbażi tal-valutazzjoni tal-konformità ex ante pprovduti lilha mill-awtorità nazzjonali, id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali u l-opinjoni dwarha tal-korp indipendenti tal-awditjar, b’kont meħud tal-informazzjoni annwali pprovduta mill-awtorità nazzjonali dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni tagħha fir-rigward tal-Programm.

2.  Fi żmien xahrejn minn meta tasal il-valutazzjoni tal-konformità ex ante mingħand l-awtorità nazzjonali kif jissemma fl-Artikolu 23(3), il-Kummissjoni għandha taċċetta, kundizzjonalment taċċetta jew tirrifjuta d-deżinjazzjoni tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tidħol f’relazzjoni kuntrattwali mal-aġenzija nazzjonali sakemm tkun aċċettat il-valutazzjoni tal-konformità ex ante. Fil-każ ta’ aċċettazzjoni b’mod kundizzjonali, il-Kummissjoni tista’ tapplika miżuri proporzjonati ta’ prekawzjoni għar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-aġenzija nazzjonali.

3.  Il-Kummissjoni għandha kull sena tagħmel il-fondi tal-Programm li ġejjin disponibbli għall-aġenziji nazzjonali:

(a)  fondi ta’ appoġġ għall-għotja fl-Istat Membru konċernat għall-azzjonijiet tal-Programm li l-ġestjoni tagħhom hija fdata lill-aġenzija nazzjonali;

(b)  kontribuzzjoni finanzjarja f’appoġġ għall-kompiti ta’ ġestjoni tal-Programm tal-aġenzija nazzjonali li għandha tiġi stabbilita abbażi tal-ammont ta’ fondi tal-Unjoni ta’ appoġġ għall-għotja fdati lill-aġenzija nazzjonali;

(c)  fejn rilevanti, fondi addizzjonali għal miżuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 6 u l-punt (d) ,il-punt (d tal-Artikolu 10 u l-punt (ba) tal-Artikolu 13. [Em. 157]

3a.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ġestiti minnha direttament. Din għandha għalhekk tiġġestixxi l-istadji kollha tal-għotjiet u tal-applikazzjonijiet tal-proġetti għall-azzjonijiet tal-Programm elenkati fil-Kapitoli II, III u IV meta dawn jiġu sottomessi minn netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali. [Em. 158]

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel il-fondi tal-Programm disponibbli lill-aġenzija nazzjonali qabel mal-Kummissjoni tkun approvat formalment il-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali.

5.  Wara l-valutazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni u tal-opinjoni tal-korp indipendenti tal-awditjar dwarha, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-opinjoni u l-osservazzjonijiet tagħha lill-aġenzija nazzjonali u lill-awtorità nazzjonali.

6.  Fil-każ li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta d-dikjarazzjoni annwali ta’ ġestjoni jew l-opinjoni tal-awditjar indipendenti dwarha, jew fil-każ ta’ implimentazzjoni mhux sodisfaċenti mill-aġenzija nazzjonali tal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ timplimenta kwalunkwe miżura ta’ prekawzjoni u korrettiva meħtieġa biex tissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konformità mal-Artikolu [60(4)] tar-Regolament Finanzjarju.

7.  Għandhom jiġu organizzati laqgħat regolari man-netwerk tal-aġenziji nazzjonali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-Programm fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-Artikolu 17 u jiġi żgurat l-iskambju tal-aħjar prattika. L-esperti esterni, inklużi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, tas-sħab soċjali u tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, għandhom jiġu mistiedna biex jieħdu sehem f'tali laqgħat. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi mistieden bħala osservatur għal tali laqgħat. [Em. 159]

7a.  Sabiex jiġi ssimplifikat u armonizzat il-proċess tal-applikazzjoni, sat-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda komuni, multilingwi, u li tikkostitwixxi punt uniku ta' kuntatt għall-Programm. Dik l-għodda għandha ssir disponibbli, kemm online kif ukoll fuq apparat mobbli, għal kwalunkwe entità li jew tibbenefika mill-Programm jew tkun involuta fil-ġestjoni tal-Programm. L-għodda għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dwar sħab possibbli għal benefiċjarji prospettivi. [Em. 160]

7b.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżultati tal-proġetti jsiru disponibbli għall-pubbliku u jiġu mxerrda b'mod wiesgħa sabiex jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-aġenziji nazzjonali, il-partijiet ikkonċernati u l-benefiċjarji tal-Programm. [Em. 161]

7c.  Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa Kard Ewropea tal-Istudenti għall-istudenti kollha li jieħdu sehem fil-Programm. Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-Kard Ewropea tal-Istudenti disponibbli għall-istudenti kollha fl-Unjoni. [Em. 162]

Artikolu 26

Korp indipendenti tal-awditjar

1.  Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu joħroġ opinjoni tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu [60(5)] tar-Regolament Finanzjarju. Għandha tifforma l-bażi tal-assigurazzjoni kumplessiva skont l-Artikolu [123] tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu:

(a)  ikollu l-kompetenza professjonali meħtieġa biex jagħmel l-awditjar tas-settur pubbliku;

(b)  jiżgura li l-awditjar tiegħu ikun iqis l-istandards tal-awditjar aċċettati fil-livell internazzjonali;

(c)  ma jkunx f’pożizzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-entità legali li l-aġenzija nazzjonali tifforma parti minnha. B’mod partikolari, għandu jkun indipendenti fir-rigward tal-funzjonijiet tiegħu, mill-entità legali li l-aġenzija nazzjonali tifforma parti minnha.

3.  Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu jagħti lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tagħha, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, aċċess sħiħ għad-dokumenti u r-rapporti kollha b’appoġġ għall-opinjoni tal-awditjar li huwa jippubblika dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali.

KAPITOLU X

SISTEMA TA’ KONTROLL

Artikolu 27

Prinċipji tas-sistema ta’ kontroll

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jkunu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, fejn hu xieraq, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kontrolli ta’ superviżjoni fir-rigward tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-Programm ġestiti mill-aġenziji nazzjonali. Għandha tistipula r-rekwiżiti minimi għall-kontrolli mill-aġenzija nazzjonali u l-korp indipendenti tal-awditjarr, billi tqis is-sistemi ta' kontroll interni tal-finanzi pubbliċi nazzjonali. [Em. 163]

3.  L-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotja għall-azzjonijiet tal-Programm kif jissemma fl-Artikolu 24(2). Dawn il-kontroll għandhom jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif intenzjonat u b’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

4.  Fir-rigward tal-fondi tal-Programm trasferiti lill-aġenziji nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni kif suppost tal-kontrolli tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-aġenziji nazzjonali, abbażi tal-prinċipju ta’ awditjar uniku u wara li ssir analiżi bbażata fuq ir-riskju. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Artikolu 28

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa għall-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

KAPITOLU XI

KOMPLEMENTARJETÀ

Artikolu 29

Komplementarjetà ma’ politiki, programmi u fondi tal-Unjoni oħrajn

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat sabiex jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà kumplessivi tiegħu ma’ politiki, programmi u fondi tal-Unjoni rilevanti oħrajn, b’mod partikolari dawk relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kultura u l-medja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, il-politika diġitali, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-klima, il-koeżjoni, il-politika reġjonali, il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp.

2.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jisboq l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni. [Em. 164]

3.  Fejn il-Programm u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) XX [CPR] jipprovdu appoġġ finanzjarju b’mod konġunt għal azzjoni unika, dik l-azzjoni għandha tiġi implimentata b’konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż ir-regoli dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament.

4.  L-azzjonijiet eliġibbli skont il-Programm li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

—   dawn ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għall-proposti skont il-Programm u li;

—   dawn ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta’ dik is-sejħa għall-proposti,

—   dawn ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji

iżda li mhumiex iffinanzjati , jistgħu jista' jingħatalhom Siġill ta' Eċċellenza fid-dawl tal-kwalità għolja tagħhom, biex b'hekk tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom għall-finanzjament minn sorsi oħra u/jew ikun hemm il-possibbiltà li dawn jintgħażlu għall-finanzjament mill-fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE), mingħajr proċess ta' applikazzjoni ġdid. F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-rati ta’ kofinanzjament u r-regoli ta’ eliġibbiltà bbażati fuq dan ir-Regolament. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-awtorità ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu [65] tar-Regolament (UE)XX [CPR] b’konformità mar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament u jiffinanzjaw regolamenti speċifiċi, inkluż regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji. [Em. 165]

KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 30

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolufl-Artikoli 19 u 20 hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028. [Em. 166]

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolufl-Artikoli 19 u 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ. [Em. 167]

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 31

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Il-kumitat jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta kwistjonijiet settorjali. Fejn ikun xieraq, u b’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu u fuq bażi ad hoc, esperti esterni, inklużi rappreżentanti tas-sħab soċjali, jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 168]

Artikolu 32

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.  Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

3.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu [130(2)] tar-Regolament Finanzjarju, u f’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-kostijiet marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet appoġġati u mġarrba matul l-ewwel sitt xhur tal-2021 bħala eliġibbli għal finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk il-benefiċjarju ma jkunx ġarrabhom qabel ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-għotja.

4.  Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 14(5), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet u attivitajiet mhux lesti sal-[31 ta’ Diċembru 2027].

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq livell nazzjonali t-tranżizzjoni bla tfixkil bejn l-azzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-programmi Erasmus+ (2014-2020) u dawk li għandhom jiġu implimentati taħt dan il-Programm.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi […] [għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Indikaturi

(1)  Mobbiltà għat-tagħlim ta’ kwalità għolja għal persuni minn diversi oqsma

(2)  L-Ewropizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet

X’għandu jitkejjel?

(3)  L-għadd ta’ persuni li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ mobbiltà skont il-Programm

(4)  L-għadd ta’ persuni b’inqas opportunitajiet li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim skont il-Programm

(5)  Is-sehem ta’ parteċipanti li jikkunsidraw li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim skont il-Programm

(6)  L-għadd ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet appoġġati mill-Programm skont l-azzjoni ewlenija 1 (mobbiltà għat-tagħlim) u l-azzjoni ewlenija 2 (kooperazzjoni)

(7)  L-għadd ta’ organizzazzjonijiet ġodda appoġġati mill-Programm skont l-azzjoni ewlenija 1 (mobbiltà għat-tagħlim) u l-azzjoni ewlenija 2 (kooperazzjoni)

(8)  Is-sehem ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet appoġġati mill-Programm li żviluppaw prattiki ta’ kwalità għolja b’riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm [Em. 169]

ANNESS IA

L-indikaturi kwantitattivi kollha għandhom ikunu mqassma tal-inqas skont l-Istat Membru u l-ġeneru

L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 1 - Mobbiltà għat-tagħlim

Indikaturi:

L-għadd ta' persuni li qed jieħdu sehem fl-azzjonijiet u fl-attivitajiet ta' mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

L-għadd ta' individwi li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

L-għadd ta' individwi li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà;

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jieħdu sehem fl-azzjonijiet u fl-attivitajiet ta' mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà;

Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Azzjoni Ewlenija 1;

Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li għandhom sens Ewropew ta' appartenenza akbar wara li ħadu sehem fil-Programm;

Il-kwota ta' parteċipanti jqisu li tejbu l-profiċjenza tagħhom f'lingwa barranija wara li ħadu sehem fil-Programm;

L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 2 - Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Indikaturi:

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet appoġġati mill-Programm skont l-Azzjoni Ewlenija 2

Il-kwota ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Azzjoni Ewlenija 2;

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jagħmlu użu mill-għodod u mill-pjattaformi tal-Unjoni għall-kooperazzjoni;

L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 3 - Appoġġ għall-iżvilupp u għall-kooperazzjoni tal-politika

Indikaturi:

L-għadd ta' individwi jew organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jibbenefikaw mill-azzjonijiet skont l-Azzjoni Ewlenija 3

L-għan li għandu jitkejjel: Inklużjoni

Indikaturi:

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet u l-attivitajiet ta' mobbiltà;

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà;

L-għadd ta' organizzazzjonijiet ġodda appoġġati mill-Programm fil-qafas tal-Azzjoni Ewlenija 1 u l-Azzjoni Ewlenija 2;

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm;

L-għan li għandu jitkejjel: Simplifikazzjoni

Indikaturi:

L-għadd ta' sħubiji fuq skala żgħira appoġġati fil-qafas tal-Azzjoni Ewlenija 2

Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li l-proċeduri tal-applikazzjoni, tal-parteċipazzjoni u tal-evalwazzjoni huma proporzjonati u sempliċi;

Il-medja ta' żmien meħud għat-tlestija ta' kull applikazzjoni skont l-azzjoni meta mqabbel mal-programm preċedenti; [Am. 170]

ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari għandha tinftiehem bħala pakkett. Jekk il-pakkett finanzjarju għall-Programm 2021-2027 ikun anqas mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 14 tal-pożizzjoni tal-Parlament, il-Parlament Ewropew jirriżerva d-dritt li jerġa' jeżamina l-appoġġ tiegħu għal kwalunkwe azzjoni fil-Programm biex jiżgura li l-attivitajiet ewlenin tal-Programm u l-appoġġ imsaħħaħ tiegħu għall-miżuri ta' inklużjoni jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effettiv.

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew jagħmilha ċara li l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi ġodda li jinsabu fil-pożizzjoni tiegħu – b'mod partikolari l-Universitajiet Ewropej, iċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u DiscoverEU – jiddependi fuq (a) l-evalwazzjoni tal-fażijiet pilota li għaddejjin bħalissa u (b) id-definizzjoni ulterjuri ta' kull inizjattiva. Fin-nuqqas ta' dan ta' hawn fuq, il-Parlament Ewropew se juża l-prerogattivi tiegħu fl-ambitu tal-proċedura baġitarja annwali biex ipoġġi l-fondi rilevanti fir-riżerva sa meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati.

(1)ĠU C , , p. .
(2)ĠU C , , p. .
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019.
(4)COM(2018)0098.
(5)ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.
(6) Rapport Speċjali Nru 22/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-3 ta' Lulju 2018 bit-titolu "Il-Mobbiltà taħt Erasmus+: Miljuni ta' parteċipanti u Valur Miżjud Ewropew multidimensjonali, iżda jeħtieġ li jittejjeb ulterjorment il-kejl tal-prestazzjoni".
(7) COM(2018)0321.
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).
(9) ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.
(10)COM(2016)0381.
(11)[Referenza].
(12)[Referenza - irid jiġi adottat mill-Kunsill sal-aħħar tal-2018].
(13)COM(2018)0269.
(14) [Referenza].
(15)COM(2018) [ ].
(16) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5.
(17) COM(2016)0381.
(18) Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(19) ĠU C 153, 2.5.2018, p. 1
(20) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(21) ĠU L […], […], p. […].
(22)ĠU L […], […], p. […].
(23)COM(2017)0623.
(24)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(25)Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(26)Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).
(27)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011 p. 13).
(28)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), ĠU L 248 (18.9.2013, p. 1).
(29)Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(30)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(31)Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(32)B’mod partikolari l-Europass - il-qafas uniku tal-Unjoni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi; il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki; il-Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali ; is-Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali; is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti; ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja; l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Garanzija ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja; in-Netwerk Ewropew ta’ Ċentri tal-Informazzjoni fir-Reġjun Ewropew u ċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent Akkademiku fl-Unjoni Ewropea; u n-netwerks ta’ Euroguidance.
(33)[Referenza].
(34)[Referenza].

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza