Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2679(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0234/2019

Testi mressqa :

B8-0234/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2019)0331

Testi adottati
PDF 122kWORD 49k
Il-Ħamis, 4 ta' April 2019 - Brussell
L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP
P8_TA(2019)0331B8-0234/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP ((C(2019)02530 – 2019/2679(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)02530),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-1 ta' April 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(5) u 82(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/397 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-4 ta' April 2019,

A.  billi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/397, ir-regolament għandu japplika mid-data ta' wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ sa dik id-data jew ma jkunx ġie estiż il-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE;

B.  billi fit-22 ta' Marzu 2019 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476(3) li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi ftehim mar-Renju Unit, u billi, konsegwentement, it-tieni kundizzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2019/397, jiġifieri li l-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ma ġiex estiż, mhux se tkun issodisfata;

C.  billi r-raġunijiet sottostanti għar-Regolament Delegat (UE) 2019/397 se jibqgħu validi, irrispettivament minn kwalunkwe estensjoni tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE, u billi l-Parlament fit-13 ta' Frar 2019 iddikjara li ma kellu l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat (UE) 2019/397;

D.  billi l-Parlament xorta jaqbel dwar l-importanza għall-awtoritajiet kompetenti u s-swieq finanzjarji li jeżentaw ċerti tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn novazzjoni, għal perjodu limitat ta' 12-il xahar, jekk il-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit tinbidel għal kontroparti fl-UE-27, u f'dan il-kuntest jilqa' r-regolament delegat tat-28 ta' Marzu 2019 li jindirizza l-iżvilupp ġdid tal-estensjoni tal-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) ĠU L 71, 13.3.2019, p. 15.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80I, 22.3.2019, p. 1),

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza