Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0121(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0206/2018

Testi mressqa :

A8-0206/2018

Dibattiti :

PV 03/07/2018 - 18
CRE 03/07/2018 - 18
PV 27/03/2019 - 8
CRE 27/03/2019 - 8

Votazzjonijiet :

PV 14/06/2018 - 7.7
CRE 14/06/2018 - 7.7
PV 04/07/2018 - 9.1
CRE 04/07/2018 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 04/04/2019 - 6.7
CRE 04/04/2019 - 6.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0339

Testi adottati
PDF 305kWORD 93k
Il-Ħamis, 4 ta' April 2019 - Brussell Verżjoni finali
Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ***I
P8_TA(2019)0339A8-0206/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq (COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0278),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0170/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta’ Frar 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0206/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti Nazzjonali.

(1) ĠU C 197, 8.6.2018, p. 45.
(2) ĠU C 176, 23.5.2018, p. 57.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") [Em. 764]
P8_TC1-COD(2017)0121

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(-1)   Fid-dawl tal-livell għoli ta' mobbiltà tal-forza tax-xogħol fis-settur tat-trasport bit-triq, huma meħtieġa regoli speċifiċi għas-settur li jiżguraw bilanċ bejn il-libertà tal-operaturi biex jipprovdu servizzi transfruntiera, il-moviment liberu tal-merkanzija u l-protezzjoni soċjali tax-xufiera. Għalhekk, l-għan ta' din id-direttiva huwa li tipprovdi ċertezza u ċarezza tad-dritt, li tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni u t-tħeġġiġ tal-infurzar u għall-ġlieda kontra prattiki illegali u għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv. [Em. 765]

(1)  Sabiex ikun jista' jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ huwa meħtieġ li min-naħa jiġi żgurat li jkun hemm jiġu żgurati l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-forniment ta' servizzi, kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u li min-naħa l-oħra jiġu pprovduti kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni għall-operaturi ambjent kompetittiv għall-operaturi, filwaqt li jiġu rispettati l-libertajiet fundamentali, il-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-forniment ta' servizzi b'mod partikolari kif iggarantit mit-Trattati. [Em. 766]

(1a)   Kwalunkwe regola nazzjonali li tiġi applikata għat-trasport bit-triq trid tkun proporzjonata u ġustifikata u ma tridx tostakola jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, bħall-moviment liberu tas-servizzi, sabiex tinżamm jew tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u l-protezzjoni soċjali tagħhom. [Em. 767]

(2)  Il-mobbiltà għolja inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq teħtieġ tirrikjedi attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom u li l-operaturi, li ħafna minnhom (90 %) huma SMEs b'inqas minn 10 ħaddiema, ma jkollhomx iħabbtu wiċċhom ma' ostakli amministrattivi sproporzjonati jew kontrolli abbużivi u diskriminatorji, li jillimitaw bla bżonn indebitament il-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi transfruntiera. [Em. 768]

(2a)   Kwalunkwe regola nazzjonali li tiġi applikata għat-trasport bit-triq trid tkun proporzjonata kif ukoll ġustifikata u ma tridx tostakola jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti bit-Trattat, bħall-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-forniment ta' servizzi sabiex tinżamm jew saħansitra tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni, inklużi l-kostijiet ta' prodotti u servizzi billi jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali għax-xufiera kif ukoll l-ispeċifiċitajiet tas-settur peress li x-xufiera huma ħaddiema mobbli ħafna, mhux ħaddiema stazzjonati. [Em. 769]

(3)  Il-bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol għax-xufiera u l-iffaċiltar l-iffaċilitar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta' kompetizzjoni ġusta, proporzjonata u nondiskriminatorja bejn l-operaturi nazzjonali u barranin huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Kwalunkwe att leġiżlattiv nazzjonali jew linja ta' politika implimentata fil-livell nazzjonali fis-settur tat-trasport trid għalhekk twassal għall-iżvilupp u t-tisħiħ ta' spazju Ewropew uniku tat-trasport u bl-ebda mod m'għandha tikkontribwixxi għall-frammentazzjoni tas-suq intern. [Em. 770]

(4)  Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni, filwaqt li nstabu nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom, kif ukoll prattiki illegali, bħall-użu ta' kumpaniji fittizji. Jenħtieġ li ssir enfasi addizzjonali fuq il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fis-settur tat-trasport. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli, u dan joħloq inċertezza legali u trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi piż amministrattiv kbir ħafna għax-xufiera u għall-operaturi. Dan joħloq inċertezza tad-dritt, li huwa ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, soċjali u tal-kompetizzjoni fis-settur. [Em. 771]

(4a)  Sabiex jiġi żgurat li d-Direttivi 96/71/KE(4) u 2014/67/UE(5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu applikati b'mod korrett, jenħtieġ li jissaħħu l-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi relatata mal-istazzjonar tax-xufiera, u jenħtieġ li jsiru kontrolli aktar stretti biex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet soċjali għall-ħaddiema stazzjonati fil-fatt jitħallsu. [Em. 772]

(5)  L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol u tal-mistrieħ huwa kruċjali għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, għall-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità. Għalhekk huwa mixtieq li r-rekwiżiti uniformi eżistenti ta' infurzar stipulati fid-Direttiva 2006/22/KE jiġu estiżi għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stipulati fid-Direttiva 2002/15/KE. Jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll, mingħajr piż amministrattiv addizzjonali, il-possibbiltà li jiġu kkombinati flimkien kontrolli dwar il-ħin tas-sewqan u l-ħin tax-xogħol ma' kontrolli dwar ir-regoli fuq l-istazzjonar tax-xufiera. Jenħtieġ li l-kontrolli tal-konformità mal-ħin tax-xogħol ikunu limitati għal kontrolli mwettqa fl-istabbilimenti tal-operaturi tat-trasport sakemm teknoloġija ġdida ma tippermettix kontrolli dwar il-ħin tax-xogħol li jitwettqu b'mod effettiv fil-ġenb tat-triq. [Em. 773]

(5a)   Fil-qies tal-karattru speċifiku tas-servizzi tat-trasport u tal-impatt dirett fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, b'attenzjoni speċjali għas-sikurezza u s-sigurtà fit-toroq, il-kontrolli fit-triq jenħtieġ li jkunu limitati għall-minimu. Jenħtieġ li x-xufiera ma jkunux responsabbli għal obbligi amministrattivi addizzjonali tal-kumpaniji rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-kontrolli tal-ħin tax-xogħol isiru biss fl-istabbiliment tal-operatur tat-trasport. [Em. 774]

(5b)   Sabiex il-kontrolli fil-ġenb tat-triq ikunu aktar effiċjenti, aktar veloċi u aktar numerużi filwaqt li jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq ix-xufiera, il-konformità mad-Direttiva 2002/15/KE jenħtieġ li tiġi vverifikata fil-kuntest ta' spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-kumpanija pjuttost milli fil-kuntest ta' kontrolli fil-ġenb tat-triq. [Em. 775]

(6)  Jidher li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli soċjali fis-settur tat-trasport bit-triq ma kinitx biżżejjed, u wasslet biex l-infurzar transfruntiera jkun aktar diffiċli, ineffiċjenti u inkonsistenti. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas għal komunikazzjoni effettiva u assistenza reċiproka, inkluż l-iskambju ta’ dejta dwar każijiet ta’ ksur u informazzjoni dwar prattiki tajba fil-qasam tal-infurzar.

(6a)  Sabiex titrawwem kooperazzjoni amministrattiva effettiva u skambju effettiv ta' informazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri joħolqu interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tagħhom (NER) permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU), fuq il-bażi tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6). Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interkonnessi sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-ispetturi fit-triq, ikunu jistgħu jkollhom aċċess dirett f'ħin reali għad-data u għall-informazzjoni fl-ERRU. [Em. 776]

(6b)  Biex tiġi ffaċilitata applikazzjoni aktar effettiva u uniformi tal-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE, u biex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-operaturi tat-trasport bit-triq mar-rekwiżiti amministrattivi meta jiġu stazzjonati x-xufiera, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa modulu wieħed jew diversi moduli tal-IMI għat-tressiq tad-dikjarazzjonijiet ta' stazzjonar kif ukoll applikazzjoni elettronika li tagħti lill-ispetturi aċċess dirett u f'ħin reali għall-ERRU u għall-IMI matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq. [Em. 777]

(7)  Sabiex ikomplu jittejbu l-effettività, l-effiċjenza u l-konsistenza tal-infurzar, huwa mixtieq li jiġu żviluppati l-karatteristiki u l-użu tas-sistemi nazzjonali eżistenti tal-klassifikazzjoni tar-riskju. L-aċċess għad-dejta fis-sistemi tal-klassifikazzjoni tar-riskju jippermetti li l-kontrolli jiġu mmirati aħjar lejn l-operaturi mhux konformi, filwaqt li formula uniformi għall-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża tat-trasport għandha tagħti kontribut biex ikun hemm trattament aktar ġust tal-operaturi waqt il-kontrolli.

(7a)  Sabiex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi għall-ħaddiema u għan-negozji, jeħtieġ li jsir progress lejn infurzar intelliġenti u li jiġi pprovdut l-appoġġ kollu possibbli għall-introduzzjoni u l-użu komplet ta' sistemi ta' klassifikazzjoni tar-riskji. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jingħataw aċċess f'ħin reali għar-reġistri elettroniċi nazzjonali (NERs), filwaqt li jsir użu massimu mir-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU). [Em. 778]

(8)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/22/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011(7).

(8a)   Jenħtieġ li r-regoli dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema applikabbli għall-attivitajiet tat-trasport fit-triq ikunu bbilanċjati, sempliċi, u b'piż amministrattiv żgħir għall-Istati Membri u għall-impriżi tat-trasport. Jenħtieġ li ma jkollhomx l-għan li jiskoraġġixxu lill-impriżi milli joperaw barra mill-pajjiż ta' stabbiliment. [Em. 779]

(9)  Instabu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) għas-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. L-istess jgħodd fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). Il-miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw inċertezza legali, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur tat-trasport u piżijiet amministrattivi kbar għall-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti. Dan ħoloq restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport transfruntiera bit-triq, b’effetti kollaterali negattivi fuq l-impjiegi u l-kompetittività tal-kumpaniji tat-trasport. Jeħtieġ li r-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll jiġu armonizzati sabiex it-trasportaturi ma jitħallewx ibatu minn dewmien bla bżonn jew dewmien arbitrarju.. [Em. 780]

(9a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiskambjaw data u informazzjoni, jimpenjaw ruħhom f'kooperazzjoni amministrattiva u jipprovdu assistenza reċiproka permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), li l-bażi legali għaliha hija pprovduta mir-Regolament (UE) Nru 1024/2012, bil-għan li jiżguraw konformità sħiħa mar-regoli. Bl-istess mod, l-IMI jenħtieġ li tintuża biex tissottometti u taġġorna d-dikjarazzjonijiet dwar l-istazzjonar bejn l-operaturi tat-trasport u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri destinatarji. Biex jintlaħaq dan l-aħħar objettiv, ikun meħtieġ li tiġi żviluppata interfaċċja pubblika parallela fi ħdan is-sistema tal-IMI li għaliha jkollhom aċċess l-operaturi tat-trasport. [Em. 781]

(9b)  L-atturi kollha fil-katina tal-konsenja tal-merkanzija jenħtieġ li jerfgħu s-sehem ġust tagħhom ta' responsabbiltà għall-ksur tar-regoli previsti f'din id-Direttiva. Dan jenħtieġ li jkun il-każ meta l-atturi fil-fatt ikunu saru jafu bi ksur jew meta, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, ikun messhom ikunu jafu bihom. [Em. 782]

(9c)  Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta' kontroll għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu applikati b'mod korrett kif definit fid-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE, jenħtieġ li jissaħħu l-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tiġi miġġielda l-frodi relatata mal-istazzjonar tax-xufiera. [Em. 783]

(9d)  Jenħtieġ li l-kuntratturi jiġu mħeġġa jaġixxu b'responsabbiltà soċjali billi jużaw l-operaturi tat-trasport li jikkonformaw mar-regoli previsti f'din id-Direttiva. Biex ikun aktar faċli għal kuntratturi li jsibu tali operaturi tat-trasport, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-istrumenti eżistenti u l-aħjar prassi li jippromwovu l-imġiba soċjalment responsabbli tal-atturi kollha fil-katina tal-konsenja ta' merkanzija bil-ħsieb li titwaqqaf pjattaforma Ewropea ta' kumpaniji tat-trasport ta' fiduċja, jekk ikun xieraq [Em. 784]

(9e)  In-nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-istabbiliment ta' kumpaniji internazzjonali tat-trasport bit-triq joħloq differenzi fis-suq uniku kollu u jikkontribwixxi għal kompetizzjoni żleali bejn il-kumpaniji. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-istabbiliment ta' kumpaniji internazzjonali tat-trasport bit-triq għalhekk jenħtieġ li jkunu aktar stretti u aktar faċli biex jiġu ssorveljati, b'mod partikolari bil-għan li jiġi miġġieled il-ħolqien ta' kumpaniji fittizji. [Em. 785]

(10)  Fil-proposta tagħha tat-8 ta’ Marzu 2016(10) għar-reviżjoni tad-Direttiva 96/71/KE, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva tqajjem kwistjonijiet u diffikultajiet legali partikolari fis-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. Il-Kummissjoni indikat ukoll li jenħtieġ li l-aħjar mod kif dawk il-kwistjonijiet jiġu indirizzati huwa permezz ta’ leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tat-trasport bit-triq.

(10a)   Fid-dawl tal-fatt li hemm nuqqas ta' xufiera fl-Ewropa, il-kundizzjonijiet tax-xogħol jenħtieġ li jittejbu b'mod sinifikanti sabiex il-professjoni tkun aktar attraenti. [Em. 786]

(11)  Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 96/71/KE tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq b'mod effettiv u proporzjonat jeħtieġ huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur li jirriflettu n-natura partikolari tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq, u li jiġi pprovdut bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li l-operaturi jipprovdu servizzi transfruntiera. Id-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, fid-Direttiva 96/71/KE, u dwar l-infurzar ta' dawk id-dispożizzjonijiet, fid-Direttiva 2014/67/UE, jenħtieġ li japplikaw għas-settur tat-trasport bit-triq skont it-termini ta' din id-Direttiva. [Em. 787]

(12)  Jenħtieġ li kriterji bbilanċjati bħal dawn ikunu bbażati fuq kunċett ta' rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta' żmien, li meta jinqabeż għandhom japplikaw ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti Din ir-rabta suffiċjenti teżisti fil-każ ta' operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali. Dan il-limitu ta' żmien ma għandux japplika għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti definit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009(11) u fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009(12), minħabba li l-operazzjoni ta' trasport kollha kemm hi qed issir fi Stat Membru ospitanti. Bħala konsegwenza, ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti għandhom id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE jenħtieġ li japplikaw għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u miż-żmien ta' kemm idumu l-operazzjonijiet imwettqa minn xufier. [Em. 788]

(12a)  F'każ ta' trasport internazzjonali, ir-rabta predominanti ta' xufier fit-trasport internazzjonali bilaterali tkun ma' Stat Membru ta' stabbiliment tal-kumpanija tat-trasport, minħabba li x-xufier jirritorna regolarment lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment tal-kumpanija tat-trasport. Ix-xufier jista' jwettaq diversi operazzjonijiet tat-trasport bilaterali matul vjaġġ wieħed. Min-naħa l-oħra, hemm rabta suffiċjenti mat-territorju ta' Stat Membru ospitanti meta xufier iwettaq tipi oħra ta' operazzjonijiet, b'mod partikolari operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali mhux bilaterali, f'dak l-Istat Membru. [Em. 789]

(12b)  Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti tar-riżorsi tat-trasport, jitqiesu r-realtajiet operattivi u jitnaqqas l-għadd ta' vjaġġi vojta, li hu element importanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2, għadd limitat ta' attivitajiet tat-trasport addizzjonali jenħtieġ li jkunu possibbli mingħajr ma jiskattaw ir-regoli dwar l-istazzjonar. Tali attivitajiet jikkonsistu f'operazzjonijiet imwettqa waqt perjodu li matulu jew qablu jkun hemm operazzjoni ta' trasport internazzjonali bilaterali mill-Istat Membru ta' stabbiliment u qabel il-vjaġġ ta' ritorn lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment. [Em. 790]

(12c)  F'każ li x-xufier ikun involut f'operazzjoni tat-trasport ikkombinat, in-natura tas-servizz ipprovdut matul it-triq tal-vjaġġ inizjali jew finali hija marbuta mill-qrib mal-Istat Membru ta' stabbiliment dment li t-triq tal-vjaġġ waħidha tkun operazzjoni ta' trasport bilaterali. Min-naħa l-oħra, jkun hemm rabta suffiċjenti mat-territorju ta' Stat Membru ospitanti meta l-operazzjoni ta' trasport matul il-parti bit-triq tal-vjaġġ titwettaq fl-Istat Membru ospitanti jew bħala operazzjoni ta' trasport internazzjonali mhux bilaterali, u għalhekk, f'każ bħal dan, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli tal-istazzjonar. [Em. 791]

(12d)   Peress li ma hemm l-ebda rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ta' tranżitu, jenħtieġ li operazzjonijiet ta' tranżitu ma jkunux ikkunsidrati bħala sitwazzjonijiet ta' stazzjonar. Jenħtieġ li jkun iċċarat ukoll li l-fatt li passiġġieri jinżlu mix-xarabank matul waqfa għal raġunijiet iġeniċi ma jbiddilx il-mod li bih hi kkwalifikata l-operazzjoni ta' trasport. [Em. 792]

(12e)  It-trasport bit-triq huwa settur mobbli ħafna u jirrikjedi approċċ komuni għal ċerti aspetti ta' remunerazzjoni fis-settur. L-impriżi tat-trasport jeħtieġu ċertezza tad-dritt dwar ir-regoli u r-rekwiżiti li għandhom jikkonformaw magħhom. Dawk ir-regoli u r-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu ċari, jinftiehmu faċilment u jkunu aċċessibbli faċilment għall-impriżi tat-trasport u jenħtieġ li jippermettu kontrolli effettivi. Huwa importanti li regoli ġodda ma jintroduċux piż amministrattiv bla bżonn u li dawn iqisu kif xieraq l-interessi tal-SMEs. [Em. 793]

(12f)  Fejn, skont il-liġi, it-tradizzjonijiet u l-prassi nazzjonali inkluż b'rispett sħiħ għall-awtonomija tas-sħab soċjali, it-termini u l-kondizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE huma stabbiliti fi ftehimiet kollettivi skont l-Artikolu 3(1) u (8) ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw, bi qbil mad-Direttiva 2014/67/UE, li dawk it-termini u l-kondizzjonijiet ikunu magħmula disponibbli b'mod aċċessibbli u trasparenti għall-impriżi tat-trasport minn Stati Membri oħra u għax-xufiera stazzjonati, u jenħtieġ li jfittxu li jinvolvu s-sħab soċjali f'dak ir-rigward. L-informazzjoni rilevanti għandha, b'mod partikolari, tkopri r-remunerazzjonijiet differenti u l-elementi kostitwenti tagħhom ta' remunerazzjonijiet previsti fil-ftehimiet kollettivi applikabbli lokali u reġjonali, il-metodu użat għall-kalkolu tar-remunerazzjoni dovuta u, fejn rilevanti, il-kriterji ta' kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta' paga differenti. F'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) li temenda d-Direttiva 96/71/KE, jenħtieġ li impriżi tat-trasport ma jkunux penalizzati minħabba nuqqas ta' konformità ma' elementi ta' remunerazzjoni, il-metodu użat biex jikkalkulaw ir-remunerazzjoni dovuta u, fejn rilevanti, il-kriterja ta' kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta' paga differenti li ma jkunux pubblikament disponibbli. [Em. 794]

(13)  Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema u sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għas-settur tal-operaturi mhux residenti, jenħtieġ li fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u ta' kontroll speċifiċi, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox l-għodod ta' kontroll bħat-takografu diġitali. Bil-ħsieb li titnaqqas il-kumplessità tal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu ħielsa li jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi speċifikati f'din id-Direttiva – li kienu mfassla biex ikunu adattati għas-settur tat-trasport bit-triq – fuq l-operaturi tat-trasport bit-triq [Em. 795]

(13a)   Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-kompiti ta' ġestjoni tad-dokumenti imposti fuq ix-xufiera, l-operaturi tat-trasport għandhom jipprovdu, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn huwa bbażat l-operatur, id-dokumenti kollha meħtieġa, kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2014/67/UE dwar assistenza u kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri. [Em. 796]

(13b)   Sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li fl-Istati Membri tintuża s-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) għall-iskambju mtejjeb ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-livell transfruntier. L-estensjoni tal-karatteristiċi tal-IMI biex jinkludu l-preżentazzjoni u t-trażmissjoni ta' dikjarazzjonijiet sempliċi tista' wkoll tkun ta' vantaġġ. [Em. 797]

(13c)   Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-operaturi tat-trasport, li ta' spiss huma impriżi żgħar u ta' daqs medju, ikun xieraq li jiġi ssimplifikat il-proċess li bih jintbagħtu d-dikjarazzjonijiet dwar l-istazzjonar mill-operaturi tat-trasport permezz ta' formoli standardizzati b'xi elementi definiti minn qabel tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. [Em. 798]

(13d)   Implimentazzjoni u applikazzjoni ġenerali tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema għat-trasport bit-triq jistgħu jaffettwaw l-istruttura tal-industrija tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dan il-proċess [Em. 799]

(13e)   Jenħtieġ li l-infurzar jikkonċentra fuq spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-impriżi. Jenħtieġ li l-kontrolli mal-ġenb tat-triq ma jiġux esklużi, iżda jenħtieġ li jsiru b'mod mhux diskriminatorju unikament għal noti tal-kunsinna jew il-verżjonijiet elettroniċi tagħhom, għal konfermi tal-prereġistrazzjoni u l-attestazzjoni għal ritorn lejn il-pajjiż tal-istabbiliment tal-operatur jew ir-residenza tax-xufier. Jenħtieġ li l-kontrolli mal-ġenb tat-triq jikkontrollaw l-ewwel nett id-data takografika li hija importanti biex tiġi determinata l-attività ta' xufier u ta' vettura fuq perjodu kontinwu ta' erba' ġimgħat u l-kopertura ġeografika ta' din l-attività. Ir-reġistrazzjoni tal-kodiċi tal-pajjiż tista' tkun ta' għajnuna. [Em. 800]

(13f)   L-impatt tal-applikazzjoni u tal-infurzar tar-regoli għall-istazzjonar tal-ħaddiema fuq l-industrija tat-trasport bit-triq jenħtieġ li jiġi ripetutament evalwat mill-Kummissjoni u rrapportat lill-Parlament u lill-Kunsill, u jenħtieġ li jsiru proposti biex dawn ikomplu jiġu ssimplifikati u jitnaqqas il-piż amministrattiv. [Em. 801]

(13g)   B'rikonoxximent tal-ħtieġa għal trattament speċifiku għas-settur tat-trasport, li fih il-moviment huwa l-essenza proprja tal-ħidma mwettqa mix-xufiera, l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE għas-settur tat-trasport bit-triq jenħtieġ li tikkoinċidi mad-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda tad-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' infurzar, u tar-regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq. [Em. 802]

(13h)   Sabiex l-Annessi ta' din id-Direttiva jiġu adattati għall-iżviluppi tal-aħjar prattiki, jenħtieġ li tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex jiġu adottati atti fir-rigward tal-emenda ta' dawk l-Annessi, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(15). B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 803]

(-14a)  Jenħtieġ li, fil-kuntest ta' assistenza reċiproka u ta' kooperazzjoni amministrattiva effikaċi bejn l-Istati Membri, l-iskambju ta' informazzjoni jkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679. [Em. 804]

(-14b)   Jenħtieġ li s-sħab kollha fil-katina tal-provvista jirrispettaw ir-regoli li jissalvagwardjaw kundizzjonijiet soċjali tajba fis-suq Ewropew tat-trasport tal-merkanzija bit-triq kollu kemm hu. Sabiex jinħoloq suq intern Ewropew ekonomikament u soċjalment sostenibbli, jenħtieġ li tiġi stabbilita u implimentata katina ta' responsabbiltà li tkopri lill-atturi kollha fil-katina loġistika. It-tisħiħ tat-trasparenza u tar-responsabbiltà u ż-żieda fl-ugwaljanza soċjali u ekonomika se żżid il-possibbiltà li l-professjoni tkun aktar attraenti u tiġi promossa kompetizzjoni b'saħħitha. [Em. 805]

(14)  Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 2006/22/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/22/KE hija emendata kif ġej:

(1)  it-titolu jinbidel b’dan li ġej:"

“Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali marbuta ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE”;

"

(2)  L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:"

“Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014* u tad-Direttiva 2002/15/KE**.

______________________

*Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

** Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).”;

"

(3)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"

“Kull sena dawn il-kontrolli għandhom ikopru kampjun wiesa' u rappreżentattiv ta' ħaddiema mobbli, xufiera, impriżi u vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u f'każ ta' kontrolli fl-istabbilimenti, ta' ħaddiema mobbli u xufiera li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw kontrolli fil-ġenb tat-triq fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE biss wara l-introduzzjoni ta' teknoloġija li tippermetti li jsiru kontrolli effikaċi. Sadanittant, dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu esklussivament fl-istabbilimenti ta' impriżi tat-trasport..”; [Em. 806]

"

(b)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"

“Kull Stat Membru għandu jorganizza kontrolli b'tali mod li jsiru kontrolli fuq mill-inqas 3 % tal-jiem li jkunu nħadmu mix-xufiera ta' vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE. Wara li jsiru kontrolli fil-ġenb tat-triq u fejn ix-xufier ma jkunx f'pożizzjoni li jippreżenta dokument wieħed meħtieġ jew aktar, ix-xufiera għandhom ikunu rilaxxati biex ikomplu l-operazzjoni tagħhom ta' trasport u l-operatur ta' trasport fl-Istat Membru ta' stabbiliment huwa obbligat jippreżenta d-dokumenti permezz tal-awtoritajiet kompetenti.”; [Em. 807]

"

(c)  il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:"

“4. L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha tinkludi l-għadd ta' xufiera li sarulhom kontrolli fil-ġenb tat-triq, l-għadd ta' kontrolli li jkunu saru fl-istabbilimenti tal-impriżi, l-għadd ta' jiem ta' xogħol li saru kontrolli dwarhom fl-istabbilimenti u l-għadd u t-tipi ta' ksur li ġew irrappurtati, kif ukoll reġistru li juri jekk ġewx trasportati passiġġieri jew ġietx ittrasportata merkanzija.”; [Em. 808]

"

(3a)  L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej"

“Artikolu 5

Kontrolli organizzati

L-Istati Membri għandhom, tal-anqas sitt darbiet fis-sena, jagħmlu kontrolli flimkien fit-triq u fl-istabbilimenti ta' xufiera u vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet tal-infurzar ta' żewġ Stati Membri jew aktar, kull waħda topera fit-territorju tagħha. Is-sommarju tar-riżultati ta' kontrolli miftiehma għandhom isiru pubbliċi f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data.".”; [Em. 809]

"

(4)  fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

“1. Il-kontrolli fl-istabbiliment għandhom ikunu ppjanati fid-dawl tal-esperjenza tal-passat fir-rigward tad-diversi tipi ta' trasport u ta' impriżi. Dawn għandhom jitwettqu wkoll jekk waqt il-kontroll fil-ġenb tat-triq jinstab xi ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 jew tad-Direttiva 2002/15/KE.”; [Em. 810]

"

(4a)  fl-Artikolu 7(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(b) li jgħaddi l-prospetti tal-istatistika li jsiru darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006;”; [Em. 811]

"

(5)  fl-Artikolu 7(1), jiżdied il-punt (d) li ġej:"

“(d) sabiex jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u d-Direttiva 2002/15/KE.”;

"

(6)  L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(-a)  Fl-Artikolu 8(1), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:"

“1. Tagħrif li jsir disponibbli bilateralment skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 għandu jiġi skambjat bejn il-korpi nominati notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7:”; [Em. 812]

"

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:"

“(b) fuq talba motivata speċifika minn Stat Membru f'każijiet individwali, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli permezz ta' konsultazzjoni diretta ta' reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.”; [Em. 813]

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:"

“1a. Stat Membru għandu jippreżenta l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħra skont il-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu fi żmien 25 jum għaxart ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba. F'każijiet debitament ġustifikati li jeħtieġu analiżi fil-fond jew li jinvolvu kontrolli fl-istabbilimenti tal-impriżi kkonċernati, il-limitu ta' żmien għandu jkun 20 jum ta' xogħol. Jista' jiġi miftiehem limitu ta' żmien iqsar bi qbil reċiproku bejn l-Istati Membri. F'każijiet urġenti jew f'każijiet li jeħtieġu konsultazzjoni sempliċi tar-reġistri, bħal pereżempju dawk ta' sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju, l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppreżentata fi żmien tlett ijiem ta' xogħol. [Em. 814]

Jekk l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jikkunsidra li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b’dan fi żmien għaxart ħamest ijiem ta’ xogħol. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jissostanzja t-talba b’mod ulterjuri. Fejn dan ma jkunx possibbli, it-talba tista’ tiġi miċħuda mill-Istat Membru. [Em. 815]

Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma' talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru inkwistjoni li tkun saritlu t-talba għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien għaxart ħamest ijiem ta' xogħol, u għandu filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal danraġunijiet biex debitament jiġġustifika d-diffikultà jew l-impossibbiltà li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddiskutu ma' xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe diffikultà li tista' titqajjem.”. [Em. 816]

Meta l-Kummissjoni ssir konxja ta' problema persistenti fl-iskambju ta' informazzjoni jew ta' rifjut permanenti biex tingħata informazzjoni, hija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkoreġi s-sitwazzjoni, inkluża, jekk ikun xieraq, tiftaħ investigazzjoni tal-kwistjoni u, imbagħad, tapplika sanzjonijiet fil-konfront tal-Istat Membru.”; [Em. 817]

"

(ba)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“2. B'deroga mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri previst fil-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu għandu jiġi implimentat permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess dirett f'ħin reali għal data fir-reġistri elettroniċi nazzjonali permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.; [Em. 818]

"

(bb)  fl-Artikolu 8, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"

“2a. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa applikazzjoni elettronika komuni għall-Istati Membri kollha tal-UE, li ser tagħti lill-ispetturi aċċess dirett f'ħin reali għall-ERRU u għall-IMI matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq u fl-istabbilimenti mis-sena 2020. Din l-applikazzjoni għandha tiġi żviluppata permezz ta' proġett pilota.” ; [Em. 819]

"

(7)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

“1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju għall-impriżi bbażata fuq l-għadd u s-serjetà ta' kull każ ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2002/15/KE mwettqa minn impriża individwali.

Permezz ta' Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha delegati skont l-Artikolu 15 biex tistabbilixxi metodu komuni għall-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi li għandu jikkunsidra l-għadd, is-serjetà il-gravità u l-frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur, u li jqis ukoll ir-riżultati tal-kontrolli meta ma jkun instab ebda ksur, u jekk impriża tat-trasport bit-triq kinitx qed tagħmel użu mit-takografu intelliġenti fil-vetturi kollha tagħha skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) ta' din id-Direttiva.”; [Em. 820]

"

(b)  fil-paragrafu 2, titħassar it-tieni sentenza.

(ba)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej"

“3. Lista inizjali ta' ksur tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 tinsab fl-Anness III.” ; [Em. 821]

"

(bb)  fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“Bil-ħsieb li jingħataw linji gwida dwar il-kejl tal-piż tal-ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew ir-Regolament (UE) Nru 165/2014, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a li jemenda l-Anness III bil-ħsieb li tistabbilixxi linji gwida dwar firxa komuni ta' ksur, maqsuma f'kategoriji skont il-gravità tagħhom..”; [Em. 822]

"

(bc)  fil-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

Il-kategorija għall-ksur l-aktar serju għandha tinkludi dak fejn in-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 jew (UE) 165/2014 joħolqu riskju serju ta' riskju ta' mewt jew ta' korriment personali gravi.”; [Em. 823]

"

(c)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

“4. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq, fil-ħin tal-kontroll, id-dejta li tinsab fis-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tar-riskju għandha tkun u r-reġistri nazzjonali tal-impriżi u l-attivitajiet tat-trasport għandhom ikunu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha ta' kontroll tal-Istat Membru kkonċernat tal-inqas permezz ta' applikazzjoni elettronika komuni għall-Istati Membri kollha, li permezz tagħha jkollhom aċċess dirett f'ħin reali għall-ERRU.; [Em. 824]

5.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni li tkun tinsab fis-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tar-riskju disponibbli fuq talba, jew għandhom jagħmluha direttament aċċessibbli direttament aċċessibbli permezz tar-reġistri elettroniċi nazzjonali interoperabbli kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri l-oħra skont il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 8. F'dan ir-rigward, l-iskambju ta' informazzjoni u dejta dwar kwalunkwe ksur mill-operaturi tat-trasport u dwar il-klassifikazzjoni tar-riskju għandu jkun ikkonċentrat u mwettaq permezz tal-interkonnessjoni li l-ERRU jipprovdi bejn ir-reġistri nazzjonali differenti fl-Istati Membri”; [Em. 825]

"

(8)  fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"

“3. Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a biex tistabbilixxi approċċ komuni għar-reġistrazzjoni u għall-kontroll ta' perjodi ta' xogħol ieħor, kif stabbilit fil-punt (e) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, inkluża l-forma tar-rekordjar u tal-każijiet speċifiċi li fihom se jseħħ u r-rekordjar u l-kontrolli ta' perjodi ta' mill-inqas ġimgħa li matulhom xufier ma jkunx mal-vettura. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) u ma jkunx jista' jwettaq ebda attività b'dik il-vettura”; [Em. 826]

"

(8a)  L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“Artikolu 12

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011." ; [Em. 827]

"

(8b)  fl-Artikolu 13, il-punt b huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“(b) li tħeġġeġ koerenza fl-approċċ bejn awtoritajiet tal-infurzar u interpretazzjoni armonizzata tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 bejn l-awtoritajiet tal-infurzar;” [Em. 828]

"

(8c)  L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“Artikolu 14

Negozjati ma' pajjiżi terzi

Ladarba din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, l-Unjoni għandha tibda negozjati mal-pajjiżi terzi rilevanti bil-ħsieb li jkunu applikati regoli ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva.

Fl-istennija tal-konklużjoni ta' dawn in-negozjati, l-Istati Membri għandhom jinkludu data dwar kontrolli, fuq vetturi minn pajjiżi terzi, fl-informazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.”; [Em. 829]

"

(8d)  L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“Artikolu 15

Aġġornament tal-annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a biex temenda l-Annessi I u II sabiex jiġu introdotti l-adattamenti meħtieġa għall-iżviluppi fl-aħjar prattiki.” ; [Em. 830]

"

(8e)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej"

“Artikolu 15a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 9(3) u 15 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; [Em. 831]

"

(9)  L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(-a)  fil-Parti A, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej"

“(1) ħinijiet ta' sewqan kuljum u ta' kull ġimgħa, pawżi u perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa; anke l-folji li fihom jitniżżlu r-rekords tal-jiem preċedenti u li għandhom jinġarru abbord il-vettura skont l-Artikolu 36(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u/jew id-data maħżuna għall-istess perijodu fuq il-kard tax-xufier u/jew fil-memorja tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni skont l-Anness II ta' din id-Direttiva u/jew fil-materjal f'forma stampata;”; [Em. 832]

"

(-aa)  fil-Parti A, il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“(2) għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 36(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, każijiet fejn tinqabeż il-veloċità awtorizzata tal-vettura, jiġifieri kull perjodu ta' aktar minn minuta li fiha l-veloċità tal-vettura teċċedi d-90 kilometru fis-siegħa għal vetturi fil-kategoriji N3 jew il-105 kilometru fis-siegħa km/h għal vetturi fil-kategorija M3 (kategoriji N3 u M3 huma skont id-definizzjoni fid-Direttiva 2007/46/KE(16); [Em. 833]

"

(-ab)  fil-Parti A, il-punt (4) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“(4) it-tħaddim tajjeb tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni (li tkun determinata l-possibbiltà ta' użu ħażin tat-tagħmir u/jew il-kard tax-xufier u/jew il-folji li fihom jitniżżlu r-rekords) jew, fejn xieraq, il-preżenza tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006;” ; [Em. 834]

"

(a)  fil-Parti A, jiżdied il-punt (6) li ġej:"

“(6) il-ħinijiet tax-xogħol fil-ġimgħa kif stipulat stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2002/15/KE, dment li t-teknoloġija tippermetti li jitwettqu verifiki effikaċi. [Em. 835]

"

(b)  fil-Parti B, jiżdied il-punt (4) li ġej:"

“(4) ir-rekwiżiti dwar il-ħinijiet tax-xogħol fil-ġimgħa, il-pawżi u x-xogħol ta’ billejl kif stipulati fl-Artikoli 4, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/15/KE.”;

"

(ba)  fil-Parti B, is-subparagrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"L-Istati Membri jistgħu, jekk ikun xieraq, jikkontrollaw ir-responsabbilità konġunta ta' instigaturi jew aċċessorji oħra fil-katina tat-trasport, bħalma huma dawk li jieħdu ħsieb il-merkanzija trasportata, burdnara jew kuntratturi, jekk ikun instab li twettaq xi ksur, inkluż il-verifika li l-kuntratti għall-provvista tat-trasport jippermettu l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u r-Regolament (UE) Nru 165/2014."; [Em. 836]

"

Artikolu 2

1.  Dan l-Artikolu jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward ta’ ċerti aspetti tad-Direttiva 96/71/KE b’rabta mal-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u fir-rigward ta’ ċerti aspetti tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mar-rekwiżiti amministrattivi u mal-miżuri ta’ kontroll għall-istazzjonar ta’ dawk ix-xufiera.

1a.  Dawn ir-regoli speċifiċi għandhom japplikaw għax-xufiera impjegati minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru li jkun ħa xi waħda mill-miżuri transnazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(3) (a) tad-Direttiva 96/71/KE.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta’ dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009, meta l-perjodu ta’ stazzjonar fit-territorju tagħhom għat-twettiq tal-operazzjonijiet ikun ugwali għal 3 ijiem jew inqas matul perjodu ta’ xahar kalendarju wieħed.

2.  Xufier ma għandux jitqies stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta jwettaq operazzjonijiet ta' trasport bilaterali.

Għall-fini ta' din id-Direttiva, operazzjoni ta' trasport bilaterali fir-rigward ta' merkanzija hija l-moviment ta' merkanzija, abbażi ta' kuntratt ta' trasport, mill-Istat Membru ta' stabbiliment, kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz, jew minn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment.

2a.  Mid-data li fiha x-xufiera għandhom jirreġistraw id-data dwar il-qsim tal-fruntieri manwalment, kif previst fl-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, l-Istati Membri għandhom japplikaw ukoll l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija meta:

–   ix-xufier li jwettaq operazzjoni ta' trasport bilaterali jwettaq magħha attività waħda ta' tagħbija u/jew ħatt fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi li x-xufier jgħaddi minnhom, dment li x-xufier ma jgħabbix merkanzija u jħottha fl-istess Stat Membru.

Meta operazzjoni ta' trasport bilaterali li tibda mill-Istat Membru ta' stabbiliment u li matulha ma tkun twettqet ebda attività addizzjonali tkun segwita minn operazzjoni ta' trasport bilaterali lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment, l-eċċezzjoni għandha tapplika għal mhux iżjed minn żewġ attivitajiet addizzjonali ta' tagħbija u/jew ħatt, skont il-kundizzjonijiet stipulati hawn fuq.

Din l-eżenzjoni għandha tapplika biss sad-data li fiha jitwaħħal għall-ewwel darba takografu intelliġenti li jikkonforma mar-reġistrazzjoni tal-qsim tal-fruntiera u l-attivitajiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 8(1), subparagrafu 1 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 fil-vetturi reġistrati fi Stat Membru kif speċifikat fl-Artikolu 8(1), subparagrafu 2 ta' dak ir-Regolament. Minn dik id-data, l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika biss għax-xufiera li jużaw vetturi li jkollhom takografu intelliġenti kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10 ta' dak ir-Regolament.

2b.  Xufier involut fil-ġarr internazzjonali okkażjonali jew regolari ta' passiġġieri, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, ma għandux jitqies stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta:

–   jiġbor passiġġieri fl-Istat Membru ta' stabbiliment u jniżżilhom fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz; jew

–   jiġbor passiġġieri fi Stat Membru jew f'pajjiż terz u jniżżilhom fl-Istat Membru ta' stabbiliment; jew

–   jiġbor u jniżżel passiġġieri fl-Istat Membru ta' stabbiliment għall-fini ta' eskursjoni lokali, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009.

2c.  Xufier li jwettaq kabotaġġ kif definit bir-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009 għandu jitqies stazzjonat skont id-Direttiva 96/71/KE.

2d.  Minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71/KE, xufier ma għandux jitqies stazzjonat fit-territorju ta' Stat Membru li x-xufier jgħaddi minnu mingħajr ma jgħabbi jew iħott merkanzija u mingħajr ma jtella' jew iniżżel passiġġieri.

2e.  Fil-każ fejn ix-xufier ikun qed iwettaq il-parti inizjali jew finali tal-vjaġġ ta' operazzjoni ta' trasport ikkombinata kif definita fid-Direttiva 92/106/KEE, ix-xufier ma għandux jitqies stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE jekk il-parti tal-vjaġġ waħidha tikkonsisti f'operazzjonijiet ta' trasport bilaterali kif definiti fil-paragrafu 2.

2f.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bi qbil mad-Direttiva 2014/67/UE, it-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE, li jkunu mniżżla fi ftehimiet kollettivi f'konformità mal-Artikolu 3(1) u (8) ta' dik id-Direttiva jkunu disponibbli b'mod aċċessibbli u trasparenti għall-impriżi tat-trasport minn Stati Membri oħra u għax-xufiera stazzjonati. L-informazzjoni rilevanti għandha, b'mod partikolari, tkopri r-remunerazzjonijiet differenti u l-elementi kostitwenti tagħhom, inklużi elementi ta' remunerazzjonijiet previsti fil-ftehimiet kollettivi lokali jew reġjonali applikabbli, il-metodu użat għall-kalkolu tar-remunerazzjoni dovuta u, meta rilevanti, il-kriterji ta' kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta' paga differenti. F'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/957 li temenda d-Direttiva 96/71/KE, impriżi tat-trasport ma għandhomx jiġu penalizzati għal nuqqas ta' konformità ma' elementi ta' remunerazzjoni, il-metodu użat għall-kalkolu tar-remunerazzjoni dovuta u, fejn rilevanti, il-kriterji ta' kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta' paga differenti li ma jkunux disponibbli pubblikament.

2g.  L-impriżi tat-trasport stabbiliti fi Stat li mhux membru m'għandhomx jingħataw trattamenti iktar favorevoli minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru.

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri ekwivalenti għad-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva [XX/XX] (lex specialis) fil-ftehimiet bilaterali tagħhom ma' pajjiżi terzi meta jagħtu aċċess għas-suq tal-UE lil impriżi ta' trasport bit-triq stabbiliti f'dawk il-pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom ukoll jaħdmu biex jimplimentaw miżuri ekwivalenti fil-kuntest ta' ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali u multilaterali tagħhom ma' pajjiżi terzi lill-Kummissjoni.

Sabiex jiġi żgurat kontroll adegwat ta' dawn il-miżuri ekwivalenti fuq l-istazzjonar minn operaturi ta' pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli riveduti fir-Regolament (UE) XXX/XXX fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografu [Regolament li jimmodifika r-Regolament (UE) Nru 165/2014] ikunu implimentati fil-qafas tal-Ftehim Ewropew dwar il-Ħidma ta' Ekwipaġġi ta' Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali bit-Triq (AETR). [Em. 837]

Meta l-perjodu ta’ stazzjonar ikun itwal minn 3 ijiem, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għall-perjodu kollu ta’ stazzjonar fit-territorju tagħhom matul il-perjodu ta’ xahar kalendarju wieħed imsemmi fl-ewwel subparagrafu. [Em. 838]

3.  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodi ta’ stazzjonar imsemmija fil-paragrafu 2: [Em. 839]

(a)  perjodu ta’ xogħol ta’ kuljum ta’ inqas minn sitt sigħat imqattgħin fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti għandu jitqies bħala nofs ġurnata; [Em. 840]

(b)  perjodu ta’ xogħol ta’ kuljum ta’ sitt sigħat jew aktar imqattgħin fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti għandu jitqies bħala ġurnata sħiħa; [Em. 841]

(c)  il-pawżi, il-perjodi ta’ mistrieħ u l-perjodi ta’ disponibbiltà mqattgħin fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti għandhom jitqiesu bħala perjodi ta’ xogħol. [Em. 842]

4.  B'deroga mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll li ġejjin: [Em. 843]

(a)  obbligu li operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru ieħor jibgħat jissottometti dikjarazzjoni ta' stazzjonar jissottometti f'forma elettronika permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012, lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun stazzjonat ix-xufier mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonar, b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż u tal-Unjoni Ewropea li jkun fiha biss l-informazzjoni li ġejja: [Em. 844]

(i)  l-identità tal-operatur tat-trasport bit-triq permezz tan-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa intra-Komunitarju tiegħu jew in-numru tal-Liċenzja Komunitarja; [Em. 845]

(ii)  id-dettalji ta’ kuntatt ta' maniġer tat-trasport jew ta’ persuna/i oħra ta’ kuntatt fl-Istat Membru ta’ stabbiliment biex jikkomunikaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qed jiġu pprovduti s-servizzi, u biex jibagħtu u jirċievu dokumenti jew avviżi;

(iii)  l-għadd antiċipat informazzjoni dwar ix-xufier stazzjonat, inkluż dan li ġej: l-identità, il-pajjiż ta' residenza, il-pajjiż fejn isir il-pagament tal-kontribuzzjonijiet soċjali, in-numru tas-sigurtà soċjali u l-identitajiet tax-xufiera stazzjonati n-numru tal-liċenzja tas-sewqan; [Em. 846]

(iv)  kemm mistenni jdum, id-data prevista tal-bidu id-data prevista tal-bidu u d-durata stmata, u d-data tat-tmiem tal-istazzjonar u l-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-impjieg; [Em. 847]

(iva)  għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq: l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tad-destinatarji, dment li l-operatur tat-trasport ma jużax e-CMR; [Em. 848]

(v)  in-numri tal-pjanċi ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi li jintużaw fl-istazzjonar;

(vi)  it-tip ta’ servizzi tat-trasport, jiġifieri l-ġarr tal-merkanzija, it-trasport tal-passiġġieri, it-trasport internazzjonali, l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ;

(via)  għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq: l-indirizzi tat-tagħbija u tal-ħatt, dment li l-operatur tat-trasport ma jużax e-CMR; [Em. 849]

(b)  obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq jiżgura li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronikaikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, , fuq karta jew f'forma elettronika, kopja tad-dikjarazzjoni tal-istazzjonar u evidenza dwar l-operazzjoni tat-trasport li tkun qed isseħħ fl-Istat Membru ospitanti, bħal nota ta' konsenja elettronika (e-CMR) jew il-provi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; [Em. 850]

(c)  obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq jiżgura li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbliikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, u b’mod partikolari l-kodiċijiet tal-pajjiż tal-Istati Membri li fihom kien preżenti x-xufier meta kien qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq jew operazzjonijiet ta’ kabotaġġ; [Em. 851]

(ca)  matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq imsemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan l-Artikolu, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi d-dokumenti mitluba [Em. 852]

(d)  obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli fuq karta jew f’forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tal-kuntratt ta’ impjieg jew dokument ekwivalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE(17), tradott lejn waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż; [Em. 854]

(e)  obbligu li x-xufier jagħmel disponibbli fuq karta jew f’forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tar-riċevuti tal-paga tal-aħħar xahrejn; waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista’ tipprovdi din il-kopja; [Em. 855]

(f)  obbligu li x-xufier, wara l-perjodu ta' stazzjonar, jippreżenta fuq karta jew f'forma elettronika, għall-operatur tat-trasport bit-triq li jibgħat permezz tal-interfaċċja pubblika IMI, wara l-perjodu ta' stazzjonar [...] kopji tad-dokumenti msemmija fil-punti (b), (c) u (e) (c), fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti f'perjodu ta' żmien raġonevoli;li fih ġie stazzjonat xufier kif ukoll id-dokumentazzjoni tar-remunerazzjoni tax-xufiera stazzjonati li tikkonċerna l-perjodu tal-istazzjonar u l-kuntratt ta' impjieg jew dokument ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE(18), ir-reġistri tal-ħinijiet relatati max-xogħol tax-xufier u prova tal-pagamenti.

L-operatur tat-trasport bit-triq għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni mitluba billi juża l-interfaċċja pubblika IMI fi żmien xahrejn mid-data tat-talba.

Meta l-operatur tat-trasport bit-triq jonqos milli jipprovdi d-dokumentazzjoni mitluba kollha permezz tal-interfaċċja pubblika IMI fl-iskadenza stabbilita, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-istazzjonar jistgħu, f'konformità mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2014/67/UE, jitolbu l-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment tal-operatur. Meta talba bħal din issir permezz tal-IMI, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment tal-operatur għandu jkollhom aċċess għad-dikjarazzjoni ta' stazzjonar u għal informazzjoni rilevanti oħra mressqa mill-operatur permezz tal-interfaċċja pubblika IMI.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabiliment tal-operatur għandhom jiżguraw li d-dokumenti mitluba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ l-istazzjonar jingħataw permezz tal-IMI fi żmien 25 jum ta' xogħol mid-data tat-talba. [Em. 853]

5.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4, operatur tat-trasport bit-triq jista’ jipprovdi dikjarazzjoni ta’ stazzjonar li tkopri perjodu mhux itwal minn sitt xhur. [Em. 856]

5a.  L-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet għandha tinżamm fir-repożitorju tal-IMI għall-fini ta' kontrolli għal perjodu ta' 18-il xahar u għandha tkun aċċessibbli direttament u f'ħin reali għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri l-oħra maħtura b'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/22/KE.

L-awtorità nazzjonali kompetenti tista' tippermetti li s-sħab soċjali, f'konformità mad-dritt u l-prattika nazzjonali, jiksbu aċċess għall-informazzjoni dment:

–   li l-informazzjoni tkun relatata mal-istazzjonar fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat;

–   li l-informazzjoni tintuża għall-fini tal-infurzar tar-regoli dwar l-istazzjonar; u

–   li l-ipproċessar tad-data jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data. [Em. 857]

5b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiġu mfassla formoli standardizzati bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni bil-ħsieb li jintużaw għat-tressiq ta' dikjarazzjonijiet permezz tal-interfaċċja pubblika tal-IMI, tispeċifika l-funzjonalitajiet tad-dikjarazzjoni fl-IMI u l-mod kif l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(i) sa (via) tal-paragrafu 4, trid tiġi ppreżentata fid-dikjarazzjoni u tiżgura li dik l-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet tiġi awtomatikament tradotta b'lingwa ta' Stat Membru ospitanti. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2).[Em. 858]

5c.   L-Istati Membri għandhom jevitaw dewmien bla bżonn fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kontroll li jista' jaffettwa t-tul ta' żmien u d-dati tal-istazzjonar.[Em. 859]

5d.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib u għandhom jagħtu assistenza reċiproka u l-informazzjoni rilevanti kollha lil xulxin, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE u fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. [Em. 860]

Artikolu 2a

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 861]

Artikolu 2b

L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, meta huma jkunu jafu, jew, fid-dawl taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, suppost ikunu jafu li s-servizzi tat-trasport li jikkummissjonaw jiksru din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji. [Em. 862]

Artikolu 2c

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istrumenti eżistenti u l-aħjar prassi li jippromwovu l-imġiba soċjalment responsabbli tal-atturi kollha fil-katina tal-konsenja ta' merkanzija u tfassal proposta leġiżlattiva biex tistabbilixxi Pjattaforma Ewropea ta' Fiduċja, jekk ikun xieraq, sa ...[sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. [Em. 863]

Artikolu 2d

Infurzar intelliġenti

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/67/UE u sabiex l-obbligi previsti fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva jiġu infurzati aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata strateġija ta' infurzar nazzjonali koerenti fit-territorju tagħhom. Din l-istrateġija għandha tiffoka fuq l-impriżi klassifikati bħala ta' riskju għoli, imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontrolli previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE jinkludu, meta rilevanti, kontroll dwar l-istazzjonar u li dan il-kontroll għandu jitwettaq mingħajr diskriminazzjoni, b'mod partikolari mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq il-pjanċi tal-vetturi li jintużaw għall-istazzjonar.

3.   L-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq l-impriżi li huma kklassifikati bħala li jikkostitwixxu riskju akbar ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, applikabbli għalihom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom, fi ħdan is-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita minnhom skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li ġiet estiża skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jittrattaw ir-riskju ta' ksur ta' dan it-tip bħala riskju fih innifsu.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni u d-dejta rilevanti rreġistrati, ipproċessati jew maħżuna mit-takografu intelliġenti msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 għad-dikjarazzjonijiet ta' stazzjonar imsemmija fl-Artikolu 2(4) ta' din id-Direttiva u fid-dokumenti tat-trasport elettroniċi, bħalma huma noti ta' konsenja elettronika skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija bit-Triq (eCMR).

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tistabbilixxi l-karatteristiċi tad-dejta li l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għaliha, il-kundizzjonijiet tal-użu ta' tali dejta u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tagħha jew l-aċċess għaliha, filwaqt li jiġu speċifikati b'mod partikolari:

(a)   lista dettaljata ta' informazzjoni u dejta li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom aċċess għaliha, li għandha tinkludi tal-inqas il-ħin u l-post tal-qsim tal-fruntieri, l-operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt, il-pjanċa ta' reġistrazzjoni tal-vettura u d-dettalji tax-xufier;

(b)   id-drittijiet ta' aċċess tal-awtoritajiet kompetenti, differenzjati fejn xieraq, skont it-tip ta' awtoritajiet kompetenti, it-tip ta' aċċess u l-għan li għalih tintuża d-dejta;

(c)   l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni jew l-aċċess għad-dejta msemmija fil-punt (a), inkluż, meta jkun rilevanti, id-durata massima li d-dejta tinżamm, meta xieraq b'divrenzjar skont it-tip ta' dejta.

6.   Kwalunkwe dejta personali msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun aċċessibbli jew maħżuna għal mhux iktar minn dak li jkun neċessarju għall-finijiet li għalihom id-dejta tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata aktar. Ladarba tali dejta ma tkunx meħtieġa iżjed għal dawk il-finijiet, din għandha tinqered.

7.   L-Istati Membri għandhom iwettqu, tal-inqas tliet darbiet fis-sena, il-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq fuq l-istazzjonar, li jistgħu jikkoinċidu mal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/22/KE. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli fil-qasam tal-istazzjonar ta' żewġ Stati Membri jew aktar, fejn kull waħda minnhom topera fit-territorju tagħha. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-għadd u t-tipi ta' ksur osservati wara li jkunu saru l-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq.

Is-sommarju tar-riżultati tal-kontrolli miftiehma għandhom isiru pubbliċi f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta. [Em. 864]

Artikolu 2e

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

“12a. Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE: Artikolu 8

12b.   Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq: Artikolu 2(5). [Em. 865]

"

Artikolu 3

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-impatt tal-Artikolu 2, sa [3 snin wara d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva] u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Jekk ikun xieraq, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment dwar l-implimentazzjoni tal-infurzar intelliġenti msemmi fl-Artikolu 2d u dwar id-diffikultajiet potenzjali fl-infurzar.

Sabiex tkun tista' tiġi vvalutata l-effikaċja tal-informazzjoni tal-infurzar, ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-effikaċja ta':

–   it-takografu intelliġenti msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014;

–   l-użu tal-IMIs, imsemmija fl-Artikolu 2(5a) u (5b) ta' din id-Direttiva;

–   l-użu ta' dokumenti tat-trasport elettroniċi, bħalma huma n-noti elettroniċi ta' konsenja skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt ta' Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq (eCMR);

–   l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti permezz tal-ERRU u tal-IMI, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-effikaċja ta' aċċess dirett u f'ħin reali kemm għall-ERRU kif ukoll għall-IMI mill-awtoritajiet permezz tal-applikazzjoni tal-UE matul kontrolli fil-ġenb tat-triq, kif imsemmi fl-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2006/22/KE; u

–   l-implimentazzjoni tal-programm ta' taħriġ bil-għan li jgħin lix-xufiera u l-atturi l-oħra kollha involuti fil-proċedura, inklużi l-impriżi, l-amministrazzjonijiet u l-ispetturi, biex jadattaw għar-regoli u r-rekwiżiti l-ġodda li jaffettwawhom.

2.  Wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva fuq bażi regolari u għandha tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format u l-istabbiliment ta' sett ta' linji gwida għar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jistgħu jinkludu regoli li jesiġu li l-Istat Membri jgħaddu lill-Kummissjoni dejta dwar il-fluss tat-traffiku u dejta dwar il-ġbir ta' reġistrazzjoni ta' vetturi mill-Istati Membri permezz ta' sistemi ta' pedaġġ, fejn dawn jeżistu, għall-fini ta' valutazzjoni tal-effikaċja ta' infurzar ta' din id-Direttiva.

3.  Fejn ikun xieraq, ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti rilevanti.

3.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-effikaċja ta' infurzar, inkluża analiżi tal-kostijiet f'termini tal-benefiċċji tal-użu ta' sensuri ta' ponderazzjoni għall-fini ta' reġistrazzjoni awtomatika ta' punti ta' tagħbija/ħatt. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. [Em. 866]

Artikolu 3a

Taħriġ

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm komprensiv u integrat ta' taħriġ u adattament għar-regoli u r-rekwiżiti l-ġodda għax-xufiera u l-atturi l-oħra kollha involuti fil-proċedura, l-impriżi, l-amministrazzjonijiet u l-ispetturi. [Em. 867]

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [...] [Il-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni se jkun qasir kemm jista’ jkun, u ġeneralment, ma għandux jaqbeż sentejn], sat-30 ta' Lulju 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. [Em. 868]

Is-settur tat-trasport, minħabba l-karatteristiċi rikonoxxuti tiegħu ta' mobbiltà għolja, huwa eżenti mill-miżuri li jirriżultaw mill-att leġiżlattiv li jemenda d-Direttiva 96/71/KE sakemm din id-Direttiva ssir applikabbli. [Em. 869]

Is-settur tat-trasport huwa eżentat mill-miżuri li jirriżultaw mill-att leġiżlattiv li jemenda d-Direttiva 96/71/KE sad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti ta' infurzar li jistabbilixxu regoli speċifiċi fir-rigward tat-trasport ta' din id-Direttiva. [Em. 870]

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn […].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fi jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Gћall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C 197, 8.6.2018, p. 45.
(2)ĠU C ,176, 23.5.2018, p. 57.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019.
(4) Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa biex tiġi segwita l-okkupazzjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
(7)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(8)Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).
(9)Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).
(10)COM(2016)0128.
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali għas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
(13) Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 16).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament IMI")(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).
(15) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(16) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(17)Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Ottubru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza