Protokoll għal mal-Ftehim bejn il-KE u d-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil u l-"Eurodac" ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15822/2018 – C8-0151/2019 – 2018/0423(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15822/2018),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15823/2018).
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(2)(a), l-Artikolu 88(2) l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0151/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0196/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tar-Renju tad-Danimarka u tal-Istati Membri l-oħra.