Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0224(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0401/2018

Testi mressqa :

A8-0401/2018

Dibattiti :

PV 11/12/2018 - 23
CRE 11/12/2018 - 23
PV 16/04/2019 - 20
CRE 16/04/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2018 - 12.11
CRE 12/12/2018 - 12.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 17/04/2019 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0509
P8_TA(2019)0395

Testi adottati
PDF 774kWORD 172k
L-Erbgħa, 17 ta' April 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
L-istabbiliment ta' Orizzont Ewropa – stabbiliment tar-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu ***I
P8_TA(2019)0395A8-0401/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu (COM(2018)0435 – C8-0252/2018 – 2018/0224(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0435),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173(3), 182(1), 183 u 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0252/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ittra mill-President tiegħu lill-presidenti tal-kumitati tal-25 ta’ Jannar 2019 li tispjega l-approċċ tal-Parlament għall-programmi settorjali tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) wara l-2020,

–  wara li kkunsidra l-ittra mill-Kunsill lill-President tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ April 2019 li tikkonferma l-ftehim komuni milħuq bejn il-koleġiżlaturi matul in-negozjati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0401/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-12 ta’ Diċembru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0509).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu
P8_TC1-COD(2018)0224

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 182(1), l-Artikolu 183 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Huwa l-objettiv tal-Unjoni li ssaħħaħ l-eċċellenza xjentifika u l-bażijiet teknoloġiċi tagħha fejn ir-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkulaw liberament u tħeġġeġ il-kompetittività tagħha, inkluż fl-industrija tagħha, biex issaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka waqt li tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka u innovazzjoni biex jinkisbu l-prijoritajiet u l-impenji strateġiċi tal-Unjoni, li fl-aħħar mill-aħħar għandhom l-għan li jippromwovu l-paċi, il-valuri tal-Unjoni u l-benesseri tal-popli tagħha.

(2)  Biex jitwassal l-impatt xjentifiku, ekonomiku u soċjetali fl-ilħuq ta' dan l-objettiv ġenerali u jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tal-Unjoni tal-investimenti RDI tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li tinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' Orizzont Ewropa - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2021-2027 (il-"Programm") biex tappoġġa l-ħolqien, id-diffużjoni u t-trasferiment ta' teknoloġiji u għarfien ta' kwalità għolja fl-Unjoni, biex issaħħaħ l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-indirizzar tal-isfidi globali inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u t-tibdil fil-klima, u fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, biex tappoġġa l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi u sostenibbli fl-industrija u s-soċjetà tal-Unjoni ħalli toħloq l-impjiegi u ssaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività industrijali; Il-Programm jenħtieġ li jrawwem il-forom kollha ta' innovazzjoni, isaħħaħ l-implimentazzjoni fis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi u jottimizza t-twettiq ta' investimenti.

(2a)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiżdied l-investiment pubbliku u privat fir-R&I fl-Istati Membri u b'hekk jgħin biex jinkiseb investiment globali ta' mill-inqas 3 % tal-PDG tal-Unjoni fir-riċerka u l-iżvilupp. L-ilħuq tal-mira jirrikjedi li l-Istati Membri u s-settur privat jikkomplementaw il-Programm bl-azzjonijiet ta' investiment imsaħħa tagħhom stess fir-riċerka, fl-iżvilupp u fl-innovazzjoni.

(2b)  Bil-għan li l-objettivi ta' dan il-Programm jintlaħqu u filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-eċċellenza, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ, fost l-oħrajn, il-konnessjonijiet kollaborattivi fl-Ewropa, biex b'hekk jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-distakk fir-R&I.

(3)  Il-promozzjoni ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni meqjusa bħala meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni jenħtieġ li tqis il-prinċipju ta' innovazzjoni, ▌xprunatur ewlieni sabiex l-assi sostanzjali tal-għarfien tal-Unjoni jinbidlu b'mod aktar rapidu u aktar intensiv f'innovazzjonijiet.

(4)  It-tkomplija ta' "Xjenza Miftuħa, Innovazzjoni Miftuħa, Miftuħin għad-Dinja" filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-interessi xjentifiċi u soċjoekonomiċi tal-Unjoni jenħtieġ li tiżgura l-eċċellenza u l-impatt tal-investiment tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni u ssaħħaħ il-kapaċità tar-R&I tal-Istati Membri kollha. Dan jenħtieġ li jwassal għal implimentazzjoni bilanċjata tal-Programm▌.

(5)  Ix-xjenza miftuħa ▌għandha l-potenzjal li żżid il-kwalità, l-impatt u l-benefiċċji tax-xjenza u taċċellera l-avvanz tal-għarfien billi tagħmlu aktar affidabbli, aktar effiċjenti u preċiż, jinftiehem aħjar mis-soċjetà u li jwieġeb għall-isfidi tas-soċjetà. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jipprovdu aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi vvalutati mill-pari, data tar-riċerka u riżultati tar-riċerka oħra b'mod miftuħ u nondiskriminatorju, bla ħlas u kmieni kemm jista' jkun fil-proċess tad-disseminazzjoni, u li jippermettu l-użu u l-użu mill-ġdid l-aktar wiesa' possibbli. F'dak li għandu x'jaqsam mad-data tar-riċerka, il-prinċipju jenħtieġ li jkun "miftuħ kemm jista' jkun, magħluq kemm meħtieġ", biex b'hekk tiġi żgurata l-possibbiltà ta' eċċezzjonijiet li jqisu l-interess soċjoekonomiku tal-Unjoni, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tad-data personali u l-kunfidenzjalità, it-tħassib dwar is-sigurtà u interessi leġittimi oħra. Aktar enfasi jenħtieġ li ▌tingħata lill-ġestjoni responsabbli tad-data tar-riċerka, li jenħtieġ li tikkonforma mal-prinċipji FAIR ta' "Traċċabilità", "Aċċessibilità", "Interoperabilità" u "Riutilizzabilità", notevolment permezz tal-integrazzjoni tal-Pjanijiet tal-Ġestjoni tad-Data. Meta jkun xieraq, il-benefiċjarji jenħtieġ li jagħmlu użu mill-possibbiltajiet offruti mill-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa u mill-Infrastruttura Ewropea tad-Data u jaderixxu ma' aktar prinċipji u prattiki tax-xjenza miftuħa. L-aċċess miftuħ reċiproku jenħtieġ li jitħeġġeġ fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali xjentifika u teknoloġika fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni rilevanti.

(5a)  Il-benefiċjarji tal-SMEs huma mħeġġa jagħmlu użu mill-istrumenti eżistenti bħall-Helpdesk għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali tal-SMEs li jappoġġa lill-intrapriżi żgħar u medji tal-Unjoni Ewropea biex jipproteġu u jinfurzaw id-drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IP) tagħhom permezz tal-għoti ta' informazzjoni u servizzi bla ħlas, fil-forma ta' pariri kunfidenzjali dwar il-proprjetà intellettwali u kwistjonijiet relatati, kif ukoll it-taħriġ, il-materjali u r-riżorsi online.

(6)  Il-ħsieb u d-disinn tal-Programm jenħtieġ li jwieġbu għall-ħtieġa tal-istabbiliment ta' massa kritika ta' attivitajiet appoġġati fl-Unjoni kollha u permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali, filwaqt li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha fil-Programm, skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU u l-Ftehim ta' Pariġi. L-implimentazzjoni tal-programm jenħtieġ li ssaħħaħ l-isforzi biex dan l-għan jintlaħaq.

(7)  L-attivitajiet appoġġati taħt il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi, tal-prijoritajiet u tal-impenji tal-Unjoni u tal-Programm, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-progress fir-rigward ta' dawk l-objettivi, il-prijoritajiet u l-impenji, u għall-iżvilupp ta' prijoritajiet ġodda jew riveduti.

(7a)   Il-Programm jenħtieġ li jipprova jikseb allinjament ma' pjanijiet direzzjonali u strateġiji ta' riċerka u innovazzjoni Ewropej li diġà jeżistu.

(8)  Il-Programm jenħtieġ li jżomm approċċ bilanċjat bejn l-investiment minn isfel għal fuq (xprunat mill-investigaturi jew l-innovaturi) u minn fuq għal isfel (determinat skont prijoritajiet definiti strateġikament), skont in-natura tal-komunitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni li huma involuti madwar l-Unjoni, ir-rati ta' suċċess skont il-qasam ta' intervent, it-tipi u l-iskop tal-attivitajiet imwettqa, il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-impatti li huma mfittxija. It-taħlita ta' dawn il-fatturi jenħtieġ li tiddetermina l-għażla tal-approċċ għall-partijiet rispettivi tal-Programm, li lkoll jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm.

(8-a)   Il-baġit ġenerali għall-fergħa Twessigħ tal-parteċipazzjoni u tixrid tal-eċċellenza tal-parti "Twessigħ tal-parteċipazzjoni u tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka" ta' Orizzont Ewropa jenħtieġ li jkun mill-inqas 3,3 % tal-baġit ġenerali ta' Orizzont Ewropa. Dan il-baġit jenħtieġ li jkun ta' benefiċċju primarjament għall-entitajiet legali fil-pajjiżi li fihom trid tiżdied il-parteċipazzjoni.

(8-b)  L-Inizjattivi ta' Eċċellenza jenħtieġ li jkollhom l-għan li jsaħħu l-eċċellenza fir-riċerka u fl-innovazzjoni fil-pajjiżi eliġibbli, inkluż pereżempju l-appoġġ għat-taħriġ biex jittejbu l-ħiliet maniġerjali tar-R&I, il-premjijiet, it-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni kif ukoll il-ħolqien ta' netwerks tar-R&I, anke abbażi ta' infrastrutturi ta' riċerka ffinanzjati mill-UE. L-applikanti jeħtieġ li juru b'mod ċar li l-proġetti huma marbuta ma' strateġiji nazzjonali u/jew reġjonali dwar ir-R&I biex ikunu jistgħu japplikaw għal fondi taħt il-fergħa tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tixrid tal-eċċellenza tal-parti "Twessigħ tal-parteċipazzjoni u tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka" ta' Orizzont Ewropa.

(8a)  Għadd ta' azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni jenħtieġ li japplikaw loġika ta' Rotta Rapida lejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fejn iż-żmien għall-għotja jenħtieġ li ma jaqbiżx is-sitt xhur. Dan jenħtieġ li jippermetti aċċess minn isfel għal fuq aktar mgħaġġel għall-fondi għal konsorzji kollaborattivi żgħar li jkopru azzjonijiet mir-riċerka fundamentali għall-applikazzjoni kummerċjali.

(8b)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-istadji kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni speċjalment fi ħdan proġetti kollaborattivi. Ir-riċerka fundamentali hija assi essenzjali u kundizzjoni importanti biex tiżdied il-kapaċità tal-Unjoni li tattira l-aqwa xjenzati sabiex issir ċentru globali ta' eċċellenza. Il-bilanċ bejn ir-riċerka bażika u r-riċerka applikata jenħtieġ li jiġi żgurat. Flimkien mal-innovazzjoni, dan jappoġġa l-kompetittività ekonomika, it-tkabbir u l-impjiegi tal-Unjoni.

(8c)  Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt ta' Orizzont Ewropa, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-approċċi multidixxiplinari, interdixxiplinari u transdixxiplinari bħala elementi neċessarji għal progress xjentifiku kbir.

(8d)  L-interazzjoni mas-soċjetà trid titrawwem permezz ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli bħala element trasversali bil-għan li tinbena kooperazzjoni effettiva bejn ix-xjenza u s-soċjetà. Dan jippermetti lill-atturi kollha tas-soċjetà (ir-riċerkaturi, iċ-ċittadini, dawk li jfasslu l-politika, in-negozji, l-organizzazzjonijiet tat-tielet settur, eċċ.) biex jaħdmu flimkien matul il-proċess kollu tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex kemm il-proċess kif ukoll l-eżiti tiegħu jiġu allinjati aħjar mal-valuri, il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tas-soċjetà Ewropea.

(9)  L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa taħt il-pilastru "Xjenza Eċċellenti u Miftuħa" jenħtieġ li jiġu ddeterminati skont il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tax-xjenza. L-aġenda tar-riċerka jenħtieġ li tiġi stabbilita f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-komunità xjentifika u tinkludi enfasi fuq il-kapaċità li jiġu attirati talenti ġodda fil-qasam tar-R&I u riċerkaturi żgħażagħ filwaqt li ż-ŻER tissaħħaħ u jiġi evitat l-eżodu ta' mħuħ. Ir-riċerka jenħtieġ li tiġi ffinanzjata fuq il-bażi tal-eċċellenza.

(10)  Il-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" jenħtieġ li jiġi stabbilit permezz ta' clusters ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, li jimmassimizzaw l-integrazzjoni tal-oqsma ta' ħidma rispettivi filwaqt li jiżguraw livelli għoljin u sostenibbli ta' impatt għall-Unjoni fir-rigward tar-riżorsi li jintefqu. Dan jinkoraġġixxi kollaborazzjoni transdixxiplinari, transsettorjali, transpolitika u transfruntiera biex jintlaħqu l-SDGs tan-NU u l-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi u, fejn ikun meħtieġ, jindirizza l-isfidi soċjetali, u l-kompetittività tal-industriji tal-Unjoni fihom. L-attivitajiet taħt dan il-pilastru jenħtieġ li jkopru l-firxa sħiħa tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni inklużi r-R&Ż, il-proġetti pilota, id-dimostrazzjoni, u l-appoġġ għall-akkwist pubbliku, ir-riċerka normattiva minn qabel u l-iffissar ta' standards, u l-introduzzjoni fis-suq ta' innovazzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa' fuq quddiem nett fir-riċerka fi prijoritajiet iddefiniti b'mod strateġiku.

(11)  L-involviment sħiħ u f'waqtu tal-industrija fil-Programm, fil-livelli kollha minn intraprendituri individwali u intrapriżi żgħar u medji sa intrapriżi ta' skala kbira, jenħtieġ li ▌jkollu l-għan speċifiku tal-ħolqien ta' tkabbir u impjiegi sostenibbli fl-Ewropa. ▌

(12)  Huwa importanti li l-industrija tal-Unjoni tiġi appoġġata biex tibqa' jew issir minn ta' quddiem fid-dinja fl-innovazzjoni, id-diġitizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni, notevolment permezz tal-investimenti fit-teknoloġiji abilitanti ewlenin li se jsostnu n-negozju tal-ġejjieni. Huwa mistenni li t-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali (KETs) ikollhom rwol ċentrali fl-"Isfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali Ewropea" tal-Pilastru II u jenħtieġ li jkomplu jiġu konnessi mal-Inizjattivi Ewlenin tat-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) sabiex il-proġetti ta' riċerka jkunu jistgħu jkopru l-katina tal-innovazzjoni kollha kemm hi. L-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li jirriflettu l-Istrateġija tal-Politika Industrijali tal-Unjoni sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' falliment fis-swieq jew investiment subottimali, biex jagħtu spinta lill-investimenti b'mod proporzjonat u trasparenti, bla ma jiġu dduplikati jew imrassa 'l barra l-finanzjamenti privati u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar u redditu pubbliku fuq l-investimenti. Dan jiżgura l-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-programm u r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-RDI, li jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex tiġi inċentivata l-innovazzjoni.

(13)  Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni b'mod integrat, filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-kunċett tar-riċerka, inkluż l-iżvilupp sperimentali jenħtieġ li jintuża skont il-Manwal ta' Frascati żviluppat mill-OECD, filwaqt li l-kunċett tal-innovazzjoni jenħtieġ li jintuża skont il-Manwal ta' Oslo żviluppat mill-OECD u mill-Eurostat, skont approċċ wiesa' li jkopri l-innovazzjoni soċjali, id-disinn u l-kreattività. Id-definizzjonijiet tal-OECD rigward it-Technological Readiness Level (TRL) jenħtieġ li jitqiesu, bħal fil-Programm Qafas Orizzont 2020 preċedenti ▌. Il-programm ta' ħidma għal sejħa partikolari taħt il-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" jista' jippermetti għotjiet għal validazzjoni ta' prodotti u replikazzjoni fis-suq fuq skala kbira.

(14)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 (COM(2018)0002) u r-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u tal-proposta għad-9 Programm Qafas (2016/2147(INI)) ipprovdew sett ta' rakkomandazzjonijiet għal dan il-Programm, inklużi r-Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, li jibnu fuq il-lezzjonijiet meħuda mill-Programm preċedenti kif ukoll mill-kontribut tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-partijiet ikkonċernati. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jipprevedu li jsir investiment b'mod aktar ambizzjuż sabiex tinkiseb il-massa kritika u jiġi mmassimizzat l-impatt; biex jingħata appoġġ lill-innovazzjoni rivoluzzjonarja; biex tingħata prijorità lill-investimenti tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) f'oqsma ta' valur miżjud għoli, notevolment permezz ta' orjentazzjoni tal-missjonijiet, l-involviment sħiħ, infurmat sew u f'waqtu taċ-ċittadini u komunikazzjoni wiesgħa; biex jiġi rrazzjonalizzat ix-xenarju tal-finanzjament tal-Unjoni, sabiex jintuża bis-sħiħ il-potenzjal tar-R&I tal-Istati Membri kollha inkluż billi jiġu ssimplifikati l-firxa ta' inizjattivi ta' sħubija u l-iskemi ta' kofinanzjament; l-iżvilupp ta' aktar sinerġiji konkreti bejn strumenti differenti ta' finanzjament mill-Unjoni, b'mod partikolari bil-għan li jgħinu biex jiġi mobilizzat il-potenzjal mhux sfruttat biżżejjed tar-R&I madwar l-Unjoni; biex jiġu involuti aħjar l-infrastrutturi tar-riċerka ffinanzjati mill-Unjoni – speċjalment mill-FEŻR – fil-proġetti tal-Programm, biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali u tissaħħaħ it-trasparenza għas-sehem ta' pajjiżi terzi filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-interess tal-Unjoni u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha fil-Programm; u biex titkompla s-simplifikazzjoni bbażata fuq l-esperjenzi tal-implimentazzjoni minn Orizzont 2020.

(15)  Il-politika ta' koeżjoni jenħtieġ li tkompli tikkontribwixxi għar-riċerka u l-innovazzjoni. Għalhekk, hemm bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lill-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn iż-żewġ politiki tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jipprova jikseb allinjament tar-regoli u s-sinerġiji ma' programmi oħra tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, mit-tfassil u l-ippjanar strateġiku tagħhom, sal-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-użu tar-riżultati, il-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza tal-proġetti. Bil-ħsieb li jiġu evitati s-sovrapożizzjonijiet u d-duplikazzjoni u jiżdied l-effett ta' lieva tal-finanzjament tal-Unjoni, kif ukoll li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti u għall-benefiċjarji, it-tipi kollha ta' sinerġiji jenħtieġ li jsegwu l-prinċipju "azzjoni waħda ssegwi sett ta' regoli wieħed":

   trasferimenti minn programmi oħra tal-Unjoni inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), għal attivitajiet ta' Orizzont Ewropa jistgħu jsiru fuq bażi volontarja. F'tali każijiet, dawn isegwu r-regoli ta' Orizzont Ewropa, iżda jintużaw biss għall-benefiċċju tal-Istat Membru jew l-awtorità maniġerjali, skont kif ikun rilevanti, li jiddeċiedu li jagħmlu t-trasferiment;
   kofinanzjament ta' azzjoni minn Orizzont Ewropa u programm ieħor tal-Unjoni jista' jiġi previst ukoll filwaqt li ma jaqbiżx il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. F'tali każijiet, japplikaw biss ir-regoli ta' Orizzont Ewropa u jenħtieġ li jiġu evitati l-awditi doppji;
   Siġilli ta' Eċċellenza jenħtieġ li jingħataw lill-proposti kollha li jkunu qabżu l-limitu ta' "eċċellenza" f'Orizzont Ewropa iżda li ma jistgħux jiġu ffinanzjati minħabba restrizzjonijiet baġitarji. F'tali każijiet, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi appoġġ bl-eċċezzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.

(16)  Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni u l-iżjed kontribut effettiv lejn l-objettivi u l-impenji ta' politika tal-Unjoni, il-Programm jista' jidħol fi Sħubijiet Ewropej ma' sħab privati u/jew tas-settur pubbliku, abbażi tal-eżitu tal-Ippjanar Strateġiku. Tali sħab jinkludu l-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni, ċentri ta' kompetenza, inkubaturi tan-negozju, parks tax-xjenza u tat-teknoloġija, korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali, meta jkun xieraq, li jappoġġaw u/jew iwettqu r-riċerka u l-innovazzjoni, sakemm l-impatti mixtieqa jistgħu jinkisbu b'mod aktar effettiv fi sħubija milli mill-Unjoni waħedha.

(17)  Il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-Sħubijiet Ewropej u s-sħab mis-settur privat u/jew pubbliku fil-livell internazzjonali inkluż permezz tal-konġunzjoni ta' programmi ta' riċerka u innovazzjoni u investiment transfruntier fir-riċerka u innovazzjoni li jġibu benefiċċji reċiproki lin-nies u n-negozji filwaqt li jiżguraw li l-Unjoni tista' tiddefendi l-interessi tagħha.

(17a)  L-Inizjattivi Ewlenin fil-qasam tal-FET taw prova li huma strument effikaċi u effiċjenti, u joffru benefiċċji għas-soċjetà bi sforz konġunt u koordinat mill-UE u l-Istati Membri tagħha. L-attivitajiet imwettqa fl-Inizjattivi Ewlenin fil-qasam tal-FET dwar Graphene, "Human Brain Project" u "Quantum Technology", li huma appoġġati taħt Orizzont 2020, se jibqgħu jiġu appoġġati taħt Orizzont Ewropa permezz ta' sejħiet għal proposti inklużi fil-programm ta' ħidma. L-azzjonijiet preparatorji appoġġati taħt l-Inizjattivi Ewlenin fil-qasam tal-FET li jagħmlu parti minn Orizzont 2020 se jikkontribwixxu għall-proċess tal-Ippjanar Strateġiku taħt Orizzont Ewropa u se jinformaw il-ħidma fuq missjonijiet, sħubijiet kofinanzjati/koprogrammati u sejħiet regolari għal proposti.

(18)  Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) jenħtieġ li jkompli jipprovdi lill-politiki tal-UE b'appoġġ indipendenti ta' evidenza xjentifika u appoġġ tekniku matul iċ-ċiklu ta' politika kollu. L-azzjonijiet diretti tal-JRC jenħtieġ li jkunu implimentati b'mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet rilevanti tal-utenti tal-JRC, ir-restrizzjonijiet baġitarji u l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Unjoni, u billi tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-JRC jenħtieġ li jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali

(19)  Il-pilastru "Ewropa Innovattiva" jenħtieġ li jistabbilixxi sensiela ta' miżuri għal appoġġ integrat għall-ħtiġijiet tal-intraprendituri u l-intraprenditorija mmexxija mir-riċerka bil-għan tat-twettiq u t-tħaffif tal-innovazzjoni rivoluzzjonarja għat-tkabbir mgħaġġel tas-suq kif ukoll tal-promozzjoni tal-awtonomija teknoloġika tal-Unjoni f'oqsma strateġiċi. Jenħtieġ li jattira kumpaniji innovattivi, inklużi SMEs u negozji ġodda, b'potenzjal ta' espansjoni fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell tal-Unjoni u joffri għotjiet veloċi, flessibbli u ta' koinvestimenti, inkluż ma' investituri privati. Dawn l-objettivi jenħtieġ li jintlaħqu permezz tal-ħolqien ta' Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC). Dan il-Pilastru jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), l-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT u l-ekosistemi ta' innovazzjoni Ewropea b'mod ġenerali, fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari permezz ta' kofinanzjament ta' sħubijiet ma' atturi nazzjonali u reġjonali, kemm pubbliċi kif ukoll privati, ta' appoġġ għall-innovazzjoni.

(20)  Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa li jiġi appoġġat l-investiment fl-attivitajiet ta' riskju ogħla u mhux lineari bħar-riċerka u l-innovazzjoni, huwa essenzjali li Orizzont Ewropa, b'mod partikolari l-EIC kif ukoll l-EIT bil-KICs tiegħu, jaħdem f'sinerġija mal-prodotti finanzjarji li se jiġu implimentati skont InvestEU. F'dak ir-rigward, l-esperjenza li tkun inkisbet mill-istrumenti finanzjarji implimentati skont Orizzont 2020 bħal InnovFin u l-garanzija ta' self għall-SMEs, jenħtieġ li sservi bħala bażi b'saħħitha biex jingħata dan l-appoġġ immirat. L-EIC jenħtieġ li jiżviluppa intelligence strateġika u attivitajiet ta' evalwazzjoni f'ħin reali sabiex jimmaniġġjaw u jikkoordinaw fi żmien xieraq id-diversi attivitajiet tiegħu.

(21)  L-EIC, flimkien ma' partijiet oħra ta' Orizzont Ewropa, jenħtieġ li jistimola l-forom kollha ta' innovazzjoni li jvarjaw mill-innovazzjoni inkrimentali għal dik rivoluzzjonarja u ta' tfixkil, b'mod speċjali fir-rigward tal-innovazzjoni li toħloq is-swieq. Permezz tal-istrumenti tiegħu – Pathfinder u Accelerator – l-EIC jenħtieġ li jkollu l-għan li jidentifika, jiżviluppa u jimplimenta innovazzjonijiet b'riskju għoli ta' kull tip, inklużi dawk inkrimentali, b'enfasi ewlenija fuq innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, ta' tfixkil u ta' teknoloġija avvanzata li għandhom il-potenzjal li jsiru innovazzjonijiet li joħolqu s-swieq. Permezz ta' appoġġ koerenti u simplifikat ▌, l-EIC jenħtieġ li jimla l-vojt attwali fl-appoġġ pubbliku u l-investiment privat għall-innovazzjoni rivoluzzjonarja. L-istrumenti tal-EIC jeħtieġu karatteristiċi ġuridiċi u tal-ġestjoni dedikati sabiex jirriflettu l-objettivi tiegħu, b'mod partikolari l-attivitajiet ta' implimentazzjoni fis-suq.

(21a)  Fis-sens ta' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari għall-attivitajiet imwettqa taħt l-EIC, negozju ġdid huwa SME fl-istadju bikri fiċ-ċiklu tal-ħajja tagħha (inklużi l-ispin-offs universitarji), li għandu l-għan ta' soluzzjonijiet innovattivi u mudell kummerċjali li jista' jikber, u li huwa awtonomu fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(4); u "mid-cap" hija kumpanija li mhijiex intrapriża mikro, żgħira u medja kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, u li għandha numru ta' impjegati bejn 250 u 3000 fejn l-għadd totali tal-persunal huwa kkalkulat skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tat-Titolu I tal-Anness ta' dik ir-Rakkomandazzjoni; mid-cap żgħira hija mid-cap b'mhux aktar minn 499 impjegat.

(22)  Permezz ta' finanzjament imħallat mill-EIC, Accelerator tal-EIC mistenni jxejjen il-"wied tal-mewt" bejn ir-riċerka, il-prekummerċjalizzazzjoni tal-massa u t-tkabbir tal-kumpaniji. B'mod partikolari, jenħtieġ li Accelerator jipprovdi appoġġ lil operazzjonijiet li jippreżentaw tali riskji teknoloġiċi jew tas-suq li mhumiex ikkunsidrati bħala bankabbli u ma jkunux jistgħu joħolqu effett ta' lieva fuq investimenti sinifikanti mis-suq, u b'hekk jikkomplementa l-programm InvestEU stabbilit bir-Regolament …(5).

(22a)  L-SMEs jirrappreżentaw sors sinifikanti ta' innovazzjoni u tkabbir fl-Ewropa. Għalhekk, f'Orizzont Ewropa hemm bżonn ta' parteċipazzjoni b'saħħitha mill-SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. Abbażi tal-aħjar prattiki minn Orizzont 2020, Orizzont Ewropa jenħtieġ li jkompli jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-Programm Qafas b'mod integrat.

(22b)   Filwaqt li l-finanzjament imħallat jenħtieġ li jkun l-użu ewlieni tal-baġit ta' Accelerator tal-EIC, għall-fini tal-Artikolu 43, l-appoġġ minn għotjiet biss ta' Accelerator tal-EIC lill-SMEs, inklużi n-negozji ġodda, jenħtieġ li jikkorrispondi għal dak taħt il-baġit tal-istrument tal-SMEs tal-Programm Qafas Orizzont 2020 preċedenti stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6).

(22c)   F'sinerġija mill-qrib ma' InvestEU, Accelerator tal-EIC, fil-forom tiegħu ta' finanzjament imħallat u ta' appoġġ finanzjarju f'ekwità, jenħtieġ li jiffinanzja l-SMEs, inklużi n-negozji ġodda, u, f'każijiet eċċezzjonali, il-proġetti mmexxija minn mid-caps żgħar, li jew għadhom ma jistgħux jiġġeneraw dħul, jew għadhom mhumiex profittabbli, jew li għadhom mhux kapaċi jattiraw investimenti suffiċjenti biex jimplimentaw bis-sħiħ il-pjan kummerċjali tal-proġetti tagħhom. Tali entitajiet eliġibbli jitqiesu bħala mhux bankabbli, filwaqt li parti mill-ħtiġijiet ta' investiment tagħhom setgħu jew jistgħu jiġu pprovduti minn investitur wieħed jew minn diversi investituri bħal bank privat jew pubbliku, uffiċċju tal-familja, fond ta' kapital ta' riskju, investitur informali, eċċ. B'dan il-mod, filwaqt li jingħeleb falliment tas-suq, Accelerator tal-EIC jiffinanzja entitajiet promettenti iżda li għadhom mhumiex bankabbli li jwettqu proġetti ta' innovazzjoni rivoluzzjonarja li joħolqu s-swieq. Ladarba jsiru bankabbli, dawk il-proġetti, fi stadju suċċessiv tal-iżvilupp tagħhom, jistgħu jiġu ffinanzjati taħt InvestEU.

(23)  L-EIT, primarjament permezz tal-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni (KICs) tiegħu u l-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT, jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni għall-iżvilupp ta' kapaċità ġenerali tal-Unjoni għall-innovazzjoni li jindirizzaw l-isfidi globali, billi titrawwem l-integrazzjoni tan-negozju, ir-riċerka, l-edukazzjoni ogħla u l-intraprenditorija. F'konformità mal-att ta' twaqqif tiegħu, ir-Regolament dwar l-EIT(7) u l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-EIT(8), l-EIT jenħtieġ li jippromwovi l-innovazzjoni fl-attivitajiet tiegħu u jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni tal-edukazzjoni ogħla fl-ekosistema tal-innovazzjoni, b'mod partikolari billi: jistimula l-edukazzjoni imprenditorjali, jippromwovi kollaborazzjonijiet mhux dixxiplinari qawwija bejn l-industrija u l-komunità akkademika; u jidentifika kwalifiki prospettivi għall-innovaturi tal-futur biex jindirizzaw l-isfidi globali, li jinkludu kwalifiki diġitali avvanzati u ta' innovazzjoni. L-iskemi ta' appoġġ ipprovduti mill-EIT jenħtieġ li jibbenefikaw lill-benefiċjarji tal-EIC, filwaqt li negozji ġodda li ħerġin mill-KICs tal-EIT jenħtieġ li jkollhom aċċess rapidu għall-azzjonijiet tal-EIC. Filwaqt li l-enfasi tal-EIT fuq l-ekosistemi tal-innovazzjoni suppost tagħmlu b'mod naturali idoneu fi ħdan il-pilastru "Ewropa Innovattiva", jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-pilastri l-oħra kollha kif xieraq, u l-ippjanar tal-KICs tiegħu jenħtieġ li jkun allinjat permezz tal-proċess ta' ppjanar strateġiku mal-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea". Id-duplikazzjoni bejn il-KICs u strumenti oħra fl-istess qasam jenħtieġ li tiġi evitata, b'mod partikolari sħubijiet oħra.

(24)  L-iżgurar u ż-żamma ta' kundizzjonijiet indaqs għal kumpaniji li jikkompetu f'suq partikolari jenħtieġ li jkunu rekwiżit ewlieni ħalli l-innovazzjoni rivoluzzjonarja u ta' tfixkil jimxu 'l quddiem, u b'hekk l-innovaturi żgħar u medji b'mod partikolari jkunu jistgħu jaħsdu l-benefiċċji tal-investiment tagħhom u jieħdu sehem mis-suq. B'mod simili, ċertu grad ta' ftuħ fl-iskala tal-innovazzjoni ta' azzjonijiet iffinanzjati – li jindirizzaw netwerk kbir ta' benefiċjarji – jista' jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-bini tal-kapaċità tal-SMEs, peress li jipprovdilhom il-mezzi meħtieġa biex jattiraw l-investimenti u biex jirnexxu.

(25)  Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi u jintegra l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u inizjattivi bbażati fuq l-interess tal-Unjoni, u l-benefiċċji reċiproċi u l-impenji globali għall-implimentazzjoni tal-SDGs tan-NU. Il-kooperazzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollha l-għan li ssaħħaħ l-eċċellenza tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-attraenza u l-kompetittività ekonomika u industrijali, biex jiġu indirizzati l-isfidi globali tas-soċjetà, kif inkorporati fl-SDGs tan-NU, u biex jingħata appoġġ għall-politiki esterni tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi segwit approċċ għal eċċellenza fil-parteċipazzjoni internazzjonali u azzjonijiet immirati ta' kooperazzjoni internazzjonali, filwaqt li jeħtieġ li jiġu applikati kriterji ta' eliġibbiltà xierqa, li jqisu l-livelli differenti tal-kapaċitajiet tar-R&I, għall-finanzjament ta' entitajiet stabbiliti fil-pajjiżi bi dħul minn baxx sa medju. Fl-istess waqt, jenħtieġ li tiġi promossa l-assoċjazzjoni ta' pajjiżi terzi mal-Programm fejn tkun prevista ir-reċiproċità u fejn l-interess tal-Unjoni jiġi ssalvagwardjat u tiġi promossa ż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha fil-Programm.

(26)  Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u jiġu mmassimizzati l-benefiċċji tal-interazzjonijiet tagħhom, il-Programm jenħtieġ li jimpenja u jinvolvi liċ-ċittadini u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u l-ħolqien konġunti ta' aġendi u kontenuti responsabbli tar-riċerka u l-innovazzjoni (RRI) li jissodisfaw it-tħassib, il-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, filwaqt li tiġi promossa l-edukazzjoni fix-xjenza, l-għarfien xjentifiku jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, u tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-attivitajiet tiegħu. Il-miżuri meħuda biex jitjieb l-involviment taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jiġu mmonitorjati.

(26a)  Orizzont Ewropa jenħtieġ li jappoġġa teknoloġiji ġodda li jikkontribwixxu biex jingħelbu l-ostakli li jipprevjenu l-aċċess u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni b'diżabbiltà u li konsegwentement irażżnu l-iżvilupp ta' soċjetà verament inklużiva.

(27)  Skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni huma intitolati għal miżuri speċifiċi (filwaqt li titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom) fir-rigward tal-aċċess għall-programmi orizzontali tal-Unjoni. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn ir-reġjuni f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE" (COM(2017)0623) kif approvata mill-Kunsill fit-12 ta' April 2018 u, meta jkun possibbli, jippromwovi l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm.

(28)  L-attivitajiet żviluppati taħt il-Programm jenħtieġ li jkollhom l-għan li jeliminaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri, jevitaw il-preġudizzju bejn il-ġeneri, jintegraw b'mod adegwat id-dimensjoni tal-ġeneri fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni, bil-għan li jtejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel inklużi l-prinċipji ta' paga ugwali kif imsemmi fl-Artikolu 141(3) tat-TFUE u fid-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol, kif ukoll jiżguraw l-aċċessibbiltà tar-riċerkaturi b'diżabbiltà għar-riċerka u l-innovazzjoni. ▌

(29)  Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet fis-settur tal-industrija tad-difiża, dispożizzjonijiet dettaljati għall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti ta' riċerka tad-difiża jenħtieġ li jiġu stabbiliti fir-Regolament ... li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża(9) li jiddefinixxi r-regoli ta' parteċipazzjoni fil-qasam tar-riċerka tad-difiża. Għalkemm jistgħu jiġu mħeġġa sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u l-Fond Ewropew għad-Difiża filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-azzjonijiet li jittieħdu taħt Orizzont Ewropa jenħtieġ li jkunu ffukati esklussivament fuq applikazzjonijiet ċivili.

(30)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm. L-ammont indikat għall-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) irid jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens ta' [referenza li trid tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(10)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(31)  Ir-Regolament (EU, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-"Regolament Finanzjarju") (11) japplika għal dan il-Programm, dment li ma jiġix speċifikat mod ieħor. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(31a)  Simplifikazzjoni amministrattiva, b'mod partikolari t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, jenħtieġ li tiġi mfittxija kontinwament tul il-Programm kollu. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissimplifika aktar l-għodod u l-gwida tagħha b'tali mod li jimponu piż minimu fuq il-benefiċjarji. B'mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis li toħroġ verżjoni fil-qosor tal-gwida.

(31b)  Sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa' fuq quddiem nett tar-riċerka u l-innovazzjoni globali fil-qasam diġitali u sabiex titqies il-ħtieġa li jiżdiedu l-investimenti sabiex wieħed ikun jista' jibbenefika mill-opportunitajiet li qed jiżdiedu tat-teknoloġiji diġitali, jenħtieġ li jiġi allokat biżżejjed baġit għall-prijoritajiet diġitali ewlenin.

(32)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95(13), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(14) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939(15), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, meta jkun xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni għandha l-obbligu li tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(33)  Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif xieraq skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE(17)], persuni u entitajiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Il-Programm jenħtieġ li jqis debitament l-ispeċifiċitajiet ta' dawn it-territorji sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom u jiġu appoġġati l-kooperazzjoni u s-sinerġiji, b'mod partikolari mar-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll mal-pajjiżi terzi fil-viċinat tagħhom.

(34)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li l-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji tal-Programm. Dawn ir-rekwiżiti, meta jkun xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika.

(35)  Sabiex ikun possibbli li jiġu ssupplementati jew emendati l-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt, fejn jitqies li huwa meħtieġ, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(36)  Il-koerenza u s-sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u l-Programm Spazjali tal-UE jrawmu settur spazjali Ewropew innovattiv u kompetittiv globalment; isaħħu l-awtonomija tal-Ewropa fl-aċċess u fl-użu tal-ispazju f'ambjent mingħajr periklu u sikur; u jsaħħu r-rwol tal-Ewropa bħala attur globali. Soluzzjonijiet rivoluzzjonarji f'Orizzont Ewropa jkunu appoġġati minn data u servizzi disponibbli permezz tal-Programm Spazjali.

(36a)  Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jqis l-eżitu ta' proġetti preċedenti speċifiċi u l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà, biex azzjoni partikolari tiġi ffinanzjata.

(37)  Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni jenħtieġ li jirriflettu b'mod adegwat il-ħtiġijiet tal-Programm b'kunsiderazzjoni tat-tħassib imqajjem u r-rakkomandazzjonijiet magħmula minn diversi partijiet ikkonċernati.

(38)  Ir-regoli u r-rekwiżiti komuni fil-Programm kollu jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm għodod ta' implimentazzjoni simplifikati u komuni, inkluż għall-monitoraġġ u r-rapportar, u qafas koerenti li jiffaċilita l-parteċipazzjoni fil-programmi appoġġati finanzjarjament mill-baġit tal-Programm, inkluż il-parteċipazzjoni fil-programmi ġestiti minn entitajiet tal-finanzjament bħall-EIT, impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra taħt l-Artikolu 187 tat-TFUE, u l-parteċipazzjoni fi programmi mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 185 tat-TFUE. L-adozzjoni ta' regoli speċifiċi jenħtieġ li tkun possibbli iżda l-eċċezzjonijiet iridu jkunu limitati għal meta jkun strettament meħtieġ u ġustifikat debitament.

(39)  Azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Azzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jkunu f'konformità ma' kwalunkwe obbligu ġuridiku inkluż id-dritt internazzjonali u ma' kwalunkwe deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni bħall-avviż tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2013(18), kif ukoll mal-prinċipji etiċi, li jinkludu l-evitar ta' kwalunkwe ksur tal-integrità tar-riċerka. Jenħtieġ li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Fl-attivitajiet ta' riċerka jenħtieġ li jittieħed kont tal-Artikolu 13 tat-TFUE u jenħtieġ li jitnaqqas l-użu tal-annimali fir-riċerka u fl-ittestjar, bil-ħsieb li finalment l-użu tagħhom jiġi ssostitwit.

(40)  F'konformità mal-objettivi tal-kooperazzjoni internazzjonali kif stabbiliti fl-Artikoli 180 u 186 tat-TFUE, jenħtieġ li tiġi promossa l-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-aħjar interessi xjentifiċi, soċjetali, ekonomiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni. L-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li tkun f'konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikoli 75 u 215 tat-TFUE u jenħtieġ li tkun f'konformità mad-dritt internazzjonali. Għal azzjonijiet relatati mal-assi strateġiċi, l-interessi, is-sigurtà jew l-awtonomija tal-Unjoni, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet speċifiċi tal-Programm tista' tkun limitata għal entitajiet stabbiliti fi Stati Membri biss, jew għal entitajiet stabbiliti f'pajjiżi assoċjati jew f'pajjiżi terzi oħra speċifikati minbarra għall-Istati Membri.

(41)  Filwaqt li jirrikonoxxi t-tibdil fil-klima bħala waħda mill-akbar sfidi globali u soċjetali u filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u għall-ilħuq ta' mira ġenerali ta' mill-anqas 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima matul il-perjodu 2021-2027 tal-QFP, u mira annwali ta' 30 % mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2027. L-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika jenħtieġ li tkun riflessa b'mod adegwat fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni u tiġi applikata fl-istadji kollha taċ-ċiklu ta' riċerka.

(41a)  Fil-kuntest tad-direzzjoni tal-impatt relatata mal-klima, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-outputs, l-innovazzjonijiet u l-effetti stmati aggregati ta' proġetti li huma rilevanti għall-klima, anke skont il-parti tal-Programm u skont il-mod ta' implimentazzjoni. Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-kostijiet u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjetali u ambjentali fit-tul għaċ-ċittadin Ewropew li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-Programm, inkluża l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta' adattament għalih, l-impatti stmati fuq l-impjiegi u l-ħolqien tal-kumpaniji, it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività, l-enerġija nadifa, is-saħħa u l-benesseri (inkluża l-kwalità tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma). Ir-riżultati ta' din l-analiżi tal-impatt jenħtieġ li jkunu pubbliċi, ivvalutati fil-kuntest tal-għanijiet tal-Ewropa dwar il-klima u l-enerġija u integrati fil-proċess sussegwenti ta' ppjanar strateġiku u l-programmi ta' ħidma futuri.

(42)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta' għotjiet, tal-akkwist, ta' premjijiet u tal-implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x'jaqsmu wkoll mal-ħarsien tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati b'rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE.

(43)  L-użu ta' informazzjoni dwar tagħrif eżistenti sensittiv jew l-aċċess minn individwi mhux awtorizzati għal riżultati u data tar-riċerka sensittivi jista' jkollu effett ħażin fuq l-interessi tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar tal-Istati Membri. Għaldaqstant, it-trattament ta' data kunfidenzjali u informazzjoni klassifikata jenħtieġ li jkun irregolat mil-liġijiet rilevanti kollha tal-Unjoni, inklużi r-regoli interni tal-Istituzzjonijiet, bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444(19), li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE.

(45)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-Unjoni lil parteċipanti f'azzjonijiet taħt il-Programm. L-għotjiet ikunu t-tip ewlieni ta' finanzjament fil-Programm. Tipi oħra ta' finanzjament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet ta' kontroll, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Għall-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju ▌, bil-għan li sseħħ aktar simplifikazzjoni. Qabel ma kwalunkwe sistema ġdida ta' rimborż tal-kostijiet tkun tista' titqies bħala simplifikazzjoni reali għall-benefiċjarji, din jenħtieġ li tiġi ppreċeduta minn evalwazzjoni estensiva u pożittiva.

(47)  B'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-"Regolament Finanzjarju")(20), il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-bażi għal aċċettazzjoni usa' tal-prattiki abitwali taż-żamma tal-kontijiet tal-ispiża tal-benefiċjarji fir-rigward tal-ispejjeż tal-persunal u l-kostijiet unitarji tal-oġġetti u s-servizzi fatturati internament (inkluż għall-infrastrutturi kbar tar-riċerka fis-sens ta' Orizzont 2020). L-użu ta' kostijiet unitarji għal oġġetti u servizzi fatturati internament ikkalkulati skont il-prattiki abitwali tal-kontabilità tal-benefiċjarji li jikkombinaw kostijiet diretti u kostijiet indiretti attwali jenħtieġ li jkun possibbiltà li tista' tintgħażel mill-benefiċjarji kollha. F'dan ir-rigward, il-benefiċjarji jenħtieġ li jkunu jistgħu jinkludu l-kostijiet indiretti attwali kkalkulati abbażi ta' skemi ta' allokazzjoni f'tali kostijiet unitarji għal oġġetti u servizzi fatturati internament.

(48)  Is-sistema kurrenti ta' rimborż tal-ispejjeż attwali tal-persunal jenħtieġ li tiġi ssimplifikata aktar billi tibni fuq l-approċċ ta' rimunerazzjoni bbażata fuq il-proġetti żviluppati taħt Orizzont 2020 u b'aktar allinjament mar-Regolament Finanzjarju, bil-għan li jitnaqqas id-distakk fir-rimunerazzjoni bejn riċerkaturi tal-UE involuti fil-Programm.

(49)  Il-Fond ta' Garanzija tal-Parteċipanti mwaqqaf taħt Orizzont 2020 u ġestit mill-Kummissjoni wera li huwa mekkaniżmu ta' salvagwardja importanti li jimmitiga r-riskji assoċjati mal-ammonti dovuti u mhux rimborżati minn parteċipanti inadempjenti. Għaldaqstant, il-Fond tal-Garanzija tal-Benefiċjarji, li ssejjaħ mill-ġdid il-Mekkaniżmu tal-Assikurazzjoni Reċiproka ("il-Mekkaniżmu") jenħtieġ li jitkompla u jitkabbar għal entitajiet ta' finanzjament oħra, b'mod partikolari għal inizjattivi skont l-Artikolu 185 tat-TFUE. Il-Mekkaniżmu jenħtieġ li jinfetaħ għall-benefiċjarji ta' kwalunkwe programm ieħor ġestit direttament tal-Unjoni.

(50)   Regoli li jirregolaw l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jipproteġu, jużaw, jiddisseminaw u jagħtu aċċess għal dawk ir-riżultati kif ikun xieraq. Jenħtieġ li ssir aktar enfasi fuq l-użu tar-riżultati u l-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika u tgħin biex jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet għall-benefiċjarji biex jużaw ir-riżultati, b'mod partikolari fl-Unjoni. L-użu jenħtieġ li jqis il-prinċipji ta' dan il-programm, inklużi l-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-Unjoni u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(51)  L-elementi ewlenin tas-sistema ta' valutazzjoni u l-għażla tal-proposta tal-programm predeċessur Orizzont 2020 b'enfasi partikolari fuq il-kriterji ta' "eċċellenza", "impatt" u "kwalità u effiċjenza tal-implimentazzjoni" jenħtieġ li jinżammu. Il-proposti jenħtieġ li jkomplu jintgħażlu fuq il-bażi ta' evalwazzjoni magħmula minn esperti indipendenti li jiġu mill-ogħla numru possibbli ta' Stati Membri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li torganizza evalwazzjoni anonima fejn xieraq u tanalizza r-riżultati tagħha sabiex jiġi evitat il-preġudizzju tal-għażla. Meta jkun rilevanti, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ġenerali tal-portafoll ta' proġetti jenħtieġ li titqies minn esperti indipendenti.

(52)  Firxa sistematika ta' kontrodipendenza fuq l-awditi u l-valutazzjonijiet – ▌ma' programmi oħra tal-Unjoni – jenħtieġ li tiġi implimentata skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju għall-partijiet kollha tal-Programm, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji ta' fondi tal-Unjoni. Il-kontrodipendenza jenħtieġ li tkun espliċitament prevista billi jiġu kkunsidrati wkoll elementi oħra ta' assigurazzjoni bħal sistemi u proċessi ta' awditjar.

(53)  Sfidi speċifiċi fl-oqsma tar-riċerka u tal-innovazzjoni jenħtieġ li jiġu indirizzati bi premjijiet, inkluż permezz ta' premjijiet komuni jew konġunti meta jkun xieraq, organizzati mill-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament ma' korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ. B'mod partikolari, jenħtieġ li jingħataw premjijiet lil proġetti li jattiraw ix-xjenzati lejn pajjiżi li fihom trid tiżdied il-parteċipazzjoni kif ukoll lil proġetti ta' suċċess biex tiżdied il-viżibilità tagħhom u jippermettu li tiżdied il-promozzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Unjoni.

(54)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u jwasslu għal riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta' kostijiet unitarji,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ("il-Programm") u r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'azzjonijiet indiretti taħt il-Programm u jiddetermina l-qafas li jirregola l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni.

2.  Jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament.

3.  Il-programm għandu jiġi implimentat permezz ta':

(a)  il-programm speċifiku stabbilit bid-Deċiżjoni …/…/UE(21) ▌;

(aa)  kontribuzzjoni finanzjarja lill-EIT stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 294/2008;

(b)  il-programm speċifiku ta' riċerka dwar id-difiża stabbilit bir-Regolament …/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi il-Fond Ewropew għad-Difiża.

4.  It-termini "Orizzont Ewropa", "il-Programm" u "programm speċifiku" użati f'dan ir-Regolament jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti biss għall-programm speċifiku deskritt fil-paragrafu 3(a), dment li ma jkunx iddikjarat espliċitament mod ieħor.

L-EIT għandu jimplimenta l-Programm skont l-objettivi strateġiċi tiegħu għall-perjodu 2021-2027, kif stabbilit fl-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-EIT, b'kunsiderazzjoni tal-ippjanar strateġiku.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "infrastrutturi tar-riċerka" tfisser faċilitajiet li jipprovdu riżorsi u servizzi lill-komunitajiet tar-riċerka biex iwettqu r-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tagħhom. Din id-definizzjoni tinkludi r-riżorsi umani assoċjati, u tkopri tagħmir maġġuri jew settijiet ta' strumenti; il-faċilitajiet relatati mal-għarfien bħall-kollezzjonijiet, l-arkivji jew l-infrastrutturi tad-data xjentifika; is-sistemi tal-informatika, in-netwerks tal-komunikazzjoni, u kwalunkwe infrastruttura oħra, ta' natura unika u miftuħa għall-utenti esterni, essenzjali biex tinkiseb l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni. Meta jkun rilevanti, dawn jistgħu jintużaw lil hinn mir-riċerka, pereżempju għal servizzi edukattivi jew pubbliċi u jistgħu jkunu "siti uniċi", "virtwali" jew "distribwiti";

(2)  "strateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti" għandha l-istess tifsira bħal strateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti kif definita fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22) u tissodisfa l-kundizzjonijiet abilitanti stipulati fir-Regolament (UE) XX [Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni];

(3)  "Sħubija Ewropea" tfisser inizjattiva fejn l-Unjoni, imħejjija bl-involviment bikri tal-Istati Membri u/jew tal-pajjiżi assoċjati, flimkien mas-sħab privati u/jew pubbliċi (bħalma huma l-industrija, l-universitajiet, organizzazzjonijiet tar-riċerka, korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi fondazzjonijiet u NGOs), jimpenjaw irwieħhom li jappoġġaw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programm ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, inklużi dawk relatati mal-adozzjoni ta' politika, regolatorja u tas-suq;

(4)  "aċċess miftuħ" tfisser il-prattika li jingħata aċċess online għall-outputs tar-riċerka li jirriżultaw minn azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm, ▌mingħajr ħlas għall-utent finali, f'konformità mal-Artikoli 10 u 35(3) ta' dan ir-Regolament;

(4a)   "xjenza miftuħa" tfisser approċċ għall-proċess xjentifiku bbażat fuq il-kooperazzjoni miftuħa fir-rigward ta' xogħol, strumenti u tixrid tal-għarfien, inklużi l-elementi tal-Artikolu 10.

(5)  "missjoni" tfisser portafoll ta' azzjonijiet ta' R&I bbażati fuq l-eċċellenza u bil-għan li jinkiseb impatt fid-dixxiplini u s-setturi kollha, maħsuba biex:

–  jinkiseb ▌, f'perjodu ta' żmien stipulat, għan li jista' jitkejjel li ma jistax jinkiseb permezz ta' azzjonijiet individwali,

–  ikollhom impatt fuq is-soċjetà u fuq it-tfassil tal-politika permezz tax-xjenza u t-teknoloġija, u

–  ikunu rilevanti għal parti sinifikanti tal-popolazzjoni Ewropea u għal firxa wiesgħa ta' ċittadini Ewropej;

(6)  "akkwist pubbliku prekummerċjali" tfisser l-akkwist ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp li jinvolvu l-kondiviżjoni tal-benefiċċji tar-riskji skont il-kundizzjonijiet tas-suq, u żvilupp kompetittiv f'fażijiet, fejn hemm separazzjoni ċara tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp akkwistati mit-tqegħid ta' volumi kummerċjali ta' prodotti aħħarin;

(7)  "akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi" tfisser akkwist fejn l-awtoritajiet kontraenti jaġixxu bħala klijenti ta' tnedija għal prodotti jew servizzi innovattivi li għalissa għad mhumiex disponibbli fuq bażi kummerċjali fuq skala kbira, u jistgħu jinkludu l-ittestjar tal-konformità;

(8)  "drittijiet ta' aċċess" tfisser id-drittijiet li jintużaw riżultati jew tagħrif eżistenti taħt it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti skont dan ir-Regolament;

(9)  "tagħrif eżistenti" tfisser kwalunkwe data, għarfien jew informazzjoni tkun xi tkun il-forma jew in-natura tagħha, tanġibbli jew intanġibbli, inkluż kwalunkwe dritt bħad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li huwa: (i) miżmum mill-benefiċjarji qabel l-adeżjoni tagħhom mal-azzjoni; u (ii) identifikat mill-benefiċjarji fi ftehim bil-miktub bħala meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew għall-użu tar-riżultati tagħha;

(10)  "disseminazzjoni" tfisser l-iżvelar pubbliku tar-riżultati permezz ta' mezzi adatti (minbarra dawk li jirriżultaw mill-protezzjoni jew mill-użu tar-riżultati), inkluż permezz ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi bi kwalunkwe mezz;

(11)  "użu" tfisser l-użu tar-riżultati f'attivitajiet oħra ta' riċerka u innovazzjoni għajr dawk koperti mill-azzjoni kkonċernata, inkluż, inter alia, l-użu kummerċjali bħall-iżvilupp, il-ħolqien, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess, il-ħolqien u l-għoti ta' servizz, jew f'attivitajiet ta' standardizzazzjoni;

(12)  "kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli" tfisser kundizzjonijiet adatti, inklużi termini finanzjarji possibbli jew kundizzjonijiet mingħajr ħlas ta' drittijiet, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi tat-talba għal aċċess, pereżempju l-valur attwali jew potenzjali tar-riżultati jew tat-tagħrif eżistenti li jintalab l-aċċess għalih u/jew l-ambitu, it-tul ta' żmien jew kwalunkwe karatteristika oħra tal-użu previst;

(13)  "korp ta' finanzjament" tfisser korp jew organizzazzjoni, minbarra l-Kummissjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, li lilhom il-Kummissjoni fdat il-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit taħt il-Programm;

(14)  "organizzazzjoni internazzjonali ta' riċerka Ewropea" tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew pajjiżi assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa;

(15)  "entità legali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista', meta taġixxi f'isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju;

(15a)  "pajjiżi li fihom trid tiżdied il-parteċipazzjoni"/"pajjiżi bi prestazzjoni baxxa fir-R&I" tfisser dawk il-pajjiżi fejn l-entitajiet legali jeħtieġ li jkunu stabbiliti sabiex ikunu eliġibbli bħala koordinaturi taħt il-fergħa "twessigħ tal-parteċipazzjoni u tixrid tal-eċċellenza" tal-parti Twessigħ tal-Parteċipazzjoni u Tisħiħ taż-ŻER ta' Orizzont Ewropa. Mill-Istati Membri tal-UE, dawn il-pajjiżi huma l-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja, għat-tul kollu tal-Programm. Għall-pajjiżi assoċjati, il-lista' ta' pajjiżi eliġibbli se tiġi ddefinita abbażi ta' indikatur u se tiġi ppubblikata fil-Programm ta' Ħidma. Abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, l-entitajiet legali mir-Reġjuni Ultraperiferiċi se jkunu kompletament eliġibbli wkoll bħala koordinaturi taħt din il-fergħa.

(16)  "entità legali mingħajr skop ta' qligħ" tfisser entità legali li skont il-forma legali tagħha hija mingħajr skop ta' qligħ jew li għandha obbligu ġuridiku jew statutorju li ma tqassamx qligħ lil-azzjonisti jew lill-membri individwali tagħha;

(16a)  "SME" tfisser intrapriża mikro, żgħira u medja, kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE;

(17)  "mid-cap żgħira" tfisser entità li mhijiex intrapriża mikro, żgħira u medja ("SME") kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE li timpjega sa 499 impjegat ▌fejn l-għadd totali tal-persunal huwa kkalkulat skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tat-Titolu I tal-Anness ta' dik ir-Rakkomandazzjoni;

(18)  "riżultati" tfisser kwalunkwe effett tanġibbli jew intanġibbli tal-azzjoni, bħal data, għarfien jew informazzjoni, fi kwalunkwe forma jew natura, sew jekk jistgħu jiġu protetti kif ukoll jekk le, kif ukoll kwalunkwe dritt marbut magħhom, inklużi drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(18a)  "outputs tar-riċerka" tfisser riżultati ġġenerati mill-azzjoni li jista' jingħata aċċess għalihom fil-forma ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi, data jew riżultati u proċessi oħra tal-inġinerija bħal software, algoritmi, protokolli u notebooks elettroniċi;

(19)  "siġill ta' eċċellenza" tfisser tikketta ċertifikata li turi li proposta sottomessa għal sejħa għal proposti qabżet il-limiti ta' evalwazzjoni kollha stabbiliti fil-programm ta' ħidma, imma ma setgħetx tiġi ffinanzjata minħabba nuqqas ta' baġit disponibbli għal dik is-sejħa fil-programm ta' ħidma, iżda li jaf tirċievi appoġġ minn sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jew nazzjonali;

(19a)  "pjan strateġiku tar-R&I" tfisser att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi strateġija għat-twettiq tal-kontenut fil-programm ta' ħidma li jkopri perjodu massimu ta' erba' snin, wara proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa obbligatorju b'diversi partijiet ikkonċernati. Jiddefinixxi l-prijoritajiet, it-tipi xierqa ta' azzjoni u l-forom ta' implimentazzjoni li għandhom jintużaw.

(20)  "programm ta' ħidma" tfisser id-dokument adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku(23) skont l-Artikolu 12 tiegħu jew id-dokument ekwivalenti fil-kontenut u l-istruttura adottat minn korp ta' finanzjament.

(21)  "avvanz rimborsabbli" tfisser il-parti ta' finanzjament imħallat ta' EIC jew Orizzont Ewropa li tikkorrispondi għal self skont it-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju, iżda li hija direttament mogħtija mill-Unjoni fuq bażi mingħajr skop ta' qligħ biex tkopri l-ispejjeż ta' attivitajiet li jikkorrispondu għal azzjoni ta' innovazzjoni, u titqies li titħallas lura mill-benefiċjarju lill-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt;

(22)  "kuntratt" tfisser ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni jew korp ta' finanzjament ma' entità legali li timplimenta azzjoni ta' innovazzjoni u implimentazzjoni fis-suq u appoġġata minn finanzjament imħallat ta' EIC jew Orizzont Ewropa;

(23)  "informazzjoni klassifikata" tfisser informazzjoni klassifikata tal-UE kif definita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444, kif ukoll informazzjoni klassifikata tal-Istati Membri, informazzjoni klassifikata ta' pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha ftehim ta' sigurtà u informazzjoni klassifikata ta' organizzazzjoni internazzjonali li magħha l-Unjoni għandha ftehim ta' garanzija;

(24)  "operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjoni appoġġata mill-baġit tal-UE, inkluż fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li tikkombina forom mhux ripagabbli ta' appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE b'forom ripagabbli ta' appoġġ minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra ta' finanzjament pubbliku, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji u investituri kummerċjali;

(25)  "finanzjament imħallat ta' ▌Orizzont Ewropa" tfisser appoġġ finanzjarju għal programm biex jipprovdi appoġġ lil attivitajiet ta' innovazzjoni u implimentazzjoni fis-suq, li jikkonsisti f'kombinazzjoni speċifika ta' għotja jew avvanz rimborsabbli b'investiment f'ekwità jew kwalunkwe forma ripagabbli oħra ta' appoġġ;

(25-a)  "finanzjament imħallat tal-EIC" tfisser appoġġ finanzjarju dirett mogħti taħt l-EIC lil azzjoni ta' innovazzjoni u implimentazzjoni fis-suq, li jikkonsisti f'kombinazzjoni speċifika ta' għotja jew avvanz rimborsabbli b'investiment f'ekwità jew kwalunkwe forma ripagabbli oħra ta' appoġġ;

(25a)  "azzjoni ta' riċerka u innovazzjoni" tfisser azzjoni li primarjament tikkonsisti minn attivitajiet li għandhom l-għan li jistabbilixxu għarfien ġdid u/jew li jesploraw il-fattibbiltà ta' teknoloġija, prodott, proċess, servizz jew soluzzjoni ġodda jew imtejba. Dan jista' jinkludi r-riċerka bażika u applikata, l-iżvilupp u l-integrazzjoni tat-teknoloġija, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-validazzjoni ta' prototip ta' skala żgħira f'laboratorju jew f'ambjent simulat;

(25b)  "azzjoni ta' innovazzjoni" tfisser azzjoni li primarjament tikkonsisti minn attivitajiet immirati direttament lejn il-produzzjoni ta' pjanijiet u arranġamenti jew disinji ta' prodotti, proċessi jew servizzi ġodda, mibdula jew imtejba, li possibbilment jinkludu l-prototipi, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni, il-proġetti pilota, il-validazzjoni tal-prodotti fuq skala kbira u r-replikazzjoni fis-suq;

(25c)  "riċerka fil-fruntieri tal-għarfien tal-ERC (inkluża l-Prova tal-Kunċett tal-ERC)" tfisser azzjonijiet ta' riċerka mmexxija minn investigatur prinċipali, ospitat minn benefiċjarju wieħed jew aktar tal-ERC biss;

(25d)  "azzjoni ta' taħriġ u ta' mobbiltà" tfisser azzjoni mmirata lejn it-titjib tal-ħiliet, l-għarfien u l-prospetti tal-karriera tar-riċerkaturi abbażi tal-mobbiltà bejn il-pajjiżi, u, jekk rilevanti, bejn is-setturi jew id-dixxiplini;

(25e)  "azzjoni ta' kofinanzjament tal-programm" tfisser azzjoni biex tipprovdi kofinanzjament pluriennali lil programm ta' attivitajiet stabbilit u/jew implimentat minn entitajiet li jimmaniġġjaw u/jew jiffinanzjaw programmi ta' riċerka u innovazzjoni, għajr il-korpi ta' finanzjament tal-Unjoni. Tali programm ta' attivitajiet jista' jappoġġa n-netwerking u l-koordinazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-azzjonijiet pilota, u l-azzjonijiet ta' innovazzjoni u implimentazzjoni fis-suq, l-azzjoni ta' taħriġ u ta' mobbiltà, is-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-użu, kwalunkwe appoġġ finanzjarju rilevanti bħalma huma għotjiet, premjijiet, akkwist, kif ukoll finanzjament imħallat ta' Orizzont Ewropa jew taħlita tagħhom. L-azzjoni ta' kofinanzjament tal-programm tista' tiġi implimentata minn dawk l-entitajiet direttament jew minn partijiet terzi f'isimhom;

(25f)  "azzjoni ta' akkwist prekummerċjali" tfisser azzjoni bil-għan primarju li jitwettaq akkwist prekummerċjali implimentat mill-benefiċjarji li jkunu awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti;

(25g)  "azzjoni ta' akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi" tfisser azzjoni bil-għan primarju li jitwettaq akkwist pubbliku konġunt jew ikkoordinat ta' soluzzjonijiet innovattivi implimentati mill-benefiċjarji li jkunu awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti;

(25h)  "azzjoni ta' koordinazzjoni u appoġġ" tfisser azzjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Programm, esklużi l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, għajr meta ssir fil-fergħa "twessigħ tal-parteċipazzjoni u tixrid tal-eċċellenza" tal-parti "Twessigħ tal-Parteċipazzjoni u Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka"; u koordinazzjoni minn isfel għal fuq mingħajr kofinanzjament tal-attivitajiet ta' riċerka mill-UE li tippermetti l-kooperazzjoni bejn l-entitajiet legali mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati sabiex tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

(25i)  "premju ta' inkoraġġiment" tfisser premju biex tingħata spinta lill-investiment f'direzzjoni partikolari, billi jispeċifika mira qabel it-twettiq tax-xogħol;

(25j)  "premju ta' rikonoxximent" tfisser premju li jikkumpensa l-kisbiet tal-passat u x-xogħol eċċellenti wara li jkun sar;

(25k)  "azzjoni ta' innovazzjoni u implimentazzjoni fis-suq" tfisser azzjoni li tankra azzjoni ta' innovazzjoni u attivitajiet oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' innovazzjoni fis-suq, inklużi l-espansjoni tal-kumpaniji filwaqt li jiġi pprovdut finanzjament imħallat minn Orizzont Ewropa (taħlita ta' finanzjament skont it-tip tal-għotja u finanzi privati);

(25l)  "azzjonijiet indiretti" tfisser attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni li l-Unjoni tipprovdilhom appoġġ finanzjarju għalihom u li jitwettqu mill-parteċipanti;

(25m)  "azzjonijiet diretti" tfisser attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tagħha;

(27)  "akkwist" tfisser akkwist kif definit fl-Artikolu 2(49) tar-Regolament Finanzjarju;

(28)  "entità affiljata" tfisser kwalunkwe entità legali kif definita fl-Artikolu 187(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(30)  "ekosistema tal-innovazzjoni" tfisser ekosistema li tiġbor flimkien atturi jew entitajiet fil-livell tal-UE li l-għan funzjonali tagħhom huwa li jippermettu l-iżvilupp u l-innovazzjoni tat-teknoloġija. Jinkludu r-relazzjonijiet bejn riżorsi materjali (bħal fondi, tagħmir u faċilitajiet), entitajiet istituzzjonali (bħal istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u servizzi ta' appoġġ, RTOs, kumpaniji, operaturi fil-kapital ta' riskju u intermedjarji finanzjarji) u entitajiet ta' tfassil ta' politika nazzjonali, reġjonali u lokali u entitajiet ta' finanzjament;

Artikolu 3

Objettivi tal-programm

1.  L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jwassal l-impatt xjentifiku, teknoloġiku, ekonomiku u soċjetali tal-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni biex isaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni u jrawwem il-kompetittività tagħha fl-Istati Membri kollha inkluż fl-industrija tagħha, iwettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettivi u l-politiki tal-UE, jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli billi jsegwi l-prinċipji tal-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta' Pariġi, u biex isaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka. B'hekk, il-Programm għandu jimmassimizza l-valur miżjud tal-Unjoni billi jiffoka fuq objettivi u attivitajiet li ma jistgħux jitwettqu b'mod effettiv mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom, iżda jistgħu jitwettqu b'kooperazzjoni.

2.  Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)  li jiżviluppa, jippromwovi u javvanza l-eċċellenza xjentifika, jappoġġa l-ħolqien u t-tixrid ta' għarfien, ħiliet, teknoloġiji u soluzzjonijiet ġodda u ta' kwalità għolja fundamentali u applikati, it-taħriġ u l-mobbiltà tar-riċerkaturi, jattira t-talent fil-livelli kollha u jikkontribwixxi għall-involviment sħiħ tar-riżerva tat-talenti tal-Unjoni f'azzjonijiet appoġġati taħt dan il-Programm;

(b)  li jiġġenera l-għarfien, isaħħaħ l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u jappoġġa l-aċċess għal u l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi fl-industrija Ewropea, b'mod partikolari fl-SMEs, u s-soċjetà biex dawn jindirizzaw l-isfidi globali, inklużi t-tibdil fil-klima u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

(c)  li jrawwem il-forom kollha ta' innovazzjoni, jiffaċilita l-iżvilupp teknoloġiku, id-dimostrazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġija, isaħħaħ l-implimentazzjoni u l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi;

(d)   li jottimizza t-twassil tal-Programm għat-tisħiħ u ż-żieda tal-impatt u l-attraenza taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, li jrawwem il-parteċipazzjonijiet ibbażati fuq l-eċċellenza mill-Istati Membri kollha, inklużi l-Istati Membri bi prestazzjoni baxxa fir-R&I, f'Orizzont Ewropa u li jiffaċilita rabtiet kollaborattivi fir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea.

Artikolu 4

Struttura tal-Programm

1.  Il-Programm huwa maqsum fil-partijiet li ġejjin li jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3:

(1)  Pilastru I "Xjenza Eċċellenti" ▌bil-komponenti li ġejjin:

(a)  il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC);

(b)  l-Azzjonijiet Marie-Skłodowska Curie (MSCA);

(c)  infrastrutturi tar-riċerka.

(2)  Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" bil-komponenti li ġejjin, b'kont meħud li x-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi (SSH) għandu jkollhom rwol importanti fil-clusters kollha:

(a)  cluster "Saħħa";

(b)  cluster "Kultura, kreattività u soċjetà inklużiva";

(ba)  cluster "Sigurtà Ċivili għas-Soċjetà";

(c)   cluster "Diġitali, ▌Industrija u Spazju";

(d)  cluster "Klima, Enerġija u Mobbiltà";

(f)   cluster "Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent";

(g)   azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC).

(3)  Pilastru III "Ewropa Innovattiva" ▌bil-komponenti li ġejjin:

(a)  il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC);

(b)  l-ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropea;

(c)  l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 294/2008.

(4)  Parti "Twessigħ tal-parteċipazzjoni u tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka", ▌bil-komponenti li ġejjin:

(a)  it-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tixrid tal-eċċellenza;

(b)  ir-riforma u t-titjib tas-Sistema Ewropea tar-R&I.

2.  Il-linji ġenerali tal-attivitajiet huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 5(24)

Riċerka u żvilupp fil-qasam tad-difiża

1.  L-attivitajiet li għandhom jiġu mwettqa taħt il-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) u li huma stabbiliti fir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża, għandu jkollhom enfasi esklussiva fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża, bl-objettivi u l-linji ġenerali ta' attivitajiet li ġejjin:

—  attivitajiet bil-għan li jrawmu l-kompetittività, l-effiċjenza u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea.

2.  ▌Dan ir-Regolament ma japplikax għall-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(b), bl-eċċezzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 1 ▌u l-Artikolu 9(1).

Artikolu 6(25)

Ippjanar strateġiku u implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-UE

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta mal-korpi ta' finanzjament imsemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-Programm jista' jipprovdi fondi għal azzjonijiet indiretti fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet li għandhom ikunu l-forma ewlenija ta' appoġġ fil-programm. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament permezz ta' premjijiet, akkwisti u strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit u appoġġ ta' ekwità taħt Accelerator tal-EIC.

3.  Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-azzjonijiet indiretti.

4.  It-tipi ewlenin ta' azzjoni li għandhom jintużaw taħt il-Programma huma stabbiliti u definiti fl-Artikolu 2. Il-forom ▌ta' finanzjament, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jintużaw b'mod flessibbli fl-objettivi kollha tal-Programm u l-użu tagħhom jiġi ddeterminat abbażi tal-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tal-objettivi partikolari.

5.  Il-Programm għandu jappoġġa wkoll azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC. Meta dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu għal inizjattivi stabbiliti skont l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 tat-TFUE, din il-kontribuzzjoni m'għandhiex titqies bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lil dawk l-inizjattivi.

6.  L-implimentazzjoni tal-programm speċifiku u l-KICs tal-EIT għandha tkun appoġġata minn ippjanar strateġiku u trasparenti ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni kif stabbilit fil-programm speċifiku, b'mod partikolari fil-każ tal-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" ▌u jkopru wkoll attivitajiet rilevanti f'pilastri oħra u l-parti "Twessigħ tal-Parteċipazzjoni u Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura involviment bikri tal-Istati Membri u skambji estensivi mal-Parlament Ewropew, ikkomplementati b'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku inġenerali.

L-Ippjanar Strateġiku għandu jiżgura l-allinjament ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni u l-konsistenza mal-prijoritajiet u l-impenji tal-UE u jżid il-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-programmi ta' finanzjament u l-prijoritajiet nazzjonali u reġjonali, biex b'hekk tissaħħaħ iż-ŻER. Oqsma għal missjonijiet possibbli u oqsma għal Sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati possibbli għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness Va.

6a.  Meta jkun xieraq, sabiex ikun hemm aċċess aktar veloċi għall-fondi għal konsorzji kollaborattivi żgħar, tista' tiġi proposta Proċedura ta' Rotta Rapida lejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (FTRI) taħt uħud mis-sejħiet għal proposti dedikati biex jintgħażlu azzjonijiet ta' riċerka u/jew innovazzjoni taħt il-partijiet "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" u "Pathfinder tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni" tal-Programm Qafas.

Sejħa taħt il-Proċedura FTRI għandu jkollha l-karatteristiċi kumulattivi li ġejjin:

—  sejħiet għal proposti minn isfel għal fuq

—  żmien iqsar għall-għotja, li ma jaqbiżx is-6 xhur;

—  appoġġ ipprovdut biss lil konsorzji kollaborattivi żgħar komposti minn massimu ta' 6 entitajiet legali differenti u indipendenti;

—  appoġġ finanzjarju massimu għal kull konsorzju li ma jaqbiżx EUR 2,5 miljun.

Il-programm ta' ħidma għandu jidentifika s-sejħiet bl-użu tal-Proċedura FTRI.

7.  L-attivitajiet ta' Orizzont Ewropa għandhom jitwettqu permezz ta' sejħiet għal proposti miftuħa u kompetittivi, inkluż f'missjonijiet u fi Sħubijiet Ewropej, ħlief għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 39 dwar Premjijiet.

Artikolu 6a

Prinċipji tal-Programm

1.  L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa skont il-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) u skont l-EIT għandu jkollhom enfasi esklussiva fuq l-applikazzjonijiet ċivili. It-trasferimenti baġitarji bejn l-ammont allokat lill-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) u l-EIT u l-ammont allokat lill-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) m'għandhomx ikunu permessi u d-duplikazzjoni mhux meħtieġa bejn iż-żewġ programmi għandha tiġi evitata.

2.  Orizzont Ewropa għandu jiżgura approċċ multidixxiplinari u, meta jkun xieraq, għandu jipprevedi l-integrazzjoni tax-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi fil-clusters u fl-attivitajiet kollha żviluppati taħt il-Programm, inklużi sejħiet speċifiċi dwar suġġetti relatati mal-SSH.

3.  Il-partijiet kollaborattivi tal-Programm għandhom jiżguraw bilanċ bejn TRLs baxxi u dawk għoljin biex titkopra l-katina tal-valur kollha.

3a.  Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni u l-integrazzjoni effikaċi tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet u inizjattivi internazzjonali bbażati fuq il-benefiċċji reċiproċi, l-interessi tal-UE, l-impenji internazzjonali u, meta jkun xieraq, ir-reċiproċità.

4.  Il-Programm għandu jgħin lill-pajjiżi li fihom trid tiżdied il-parteċipazzjoni biex iżidu l-parteċipazzjoni f'Orizzont Ewropa u biex jippromwovu kopertura ġeografika wiesgħa fi proġetti kollaborattivi, anke permezz tat-tixrid tal-eċċellenza xjentifika, it-tisħiħ ta' rabtiet kollaborattivi ġodda, l-istimolu taċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ kif ukoll permezz tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 20(3) u 45(4). Dawk l-isforzi għandhom jiġu riflessi b'miżuri proporzjonali mill-Istati Membri, anke dwar l-istabbiliment ta' salarji attraenti għar-riċerkaturi, bl-appoġġ tal-fondi tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-bilanċ ġeografiku, soġġett għas-sitwazzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kkonċernat, fil-panels ta' evalwazzjoni u fil-korpi bħalma huma l-bordijiet u l-gruppi ta' esperti, mingħajr ma jiġu mminati l-kriterji ta' eċċellenza.

5.  Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effikaċi ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, u tad-dimensjoni tal-ġeneri fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni, u għandu jkollu l-għan li jindirizza l-kawżi tal-iżbilanċ tal-ġeneri. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-iżgurar, sa fejn hu possibbli, tal-bilanċ bejn il-ġeneri, fil-panels ta' evalwazzjoni u f'korpi konsultattivi rilevanti oħra bħall-bordijiet u l-gruppi ta' esperti.

5a.  Orizzont Ewropa għandu jiġi implimentat f'sinerġija ma' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni filwaqt li tiġi mfittxija simplifikazzjoni amministrattiva massima. Lista mhux eżawrjenti ta' tali sinerġiji ma' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni hija inkluża fl-Anness IV.

5b.  Il-Programm jikkontribwixxi biex jiżdied l-investiment pubbliku u privat fir-R&I fl-Istati Membri u b'hekk jgħin biex jinkiseb investiment globali ta' mill-inqas 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-Unjoni fir-riċerka u l-iżvilupp.

6.  Il-Kummissjoni, fl-implimentazzjoni tal-Programm, għandu jkollha l-għan tas-simplifikazzjoni amministrattiva kontinwa u tat-tnaqqis tal-piż għall-applikanti u għall-benefiċjarji.

7.  Bħala parti mill-objettiv ġenerali tal-Unjoni tal-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi fil-politiki settorjali tal-UE u l-fondi tal-UE, l-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jikkontribwixxu mill-inqas 35 % tan-nefqa għall-objettivi klimatiċi, meta jkun xieraq. L-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika għandha tkun riflessa b'mod adegwat fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

8.  Il-Programm għandu jippromwovi l-ħolqien u d-disinn konġunti permezz tal-involviment taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili.

9.  Il-Programm għandu jiżgura t-trasparenza u r-responsabbiltà tal-finanzjament pubbliku fil-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni, biex b'hekk jitħares l-interess pubbliku.

10.  Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli gwida u informazzjoni suffiċjenti għall-parteċipanti potenzjali kollha meta tiġi ppubblikata s-sejħa għal proposti, b'mod partikolari l-mudell ta' ftehim tal-għotja applikabbli.

Artikolu 7

Missjonijiet

1.  Il-missjonijiet għandhom ikunu pprogrammati fi ħdan il-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea", iżda jistgħu jibbenefikaw ukoll minn azzjonijiet imwettqa f'partijiet oħra tal-Programm kif ukoll azzjonijiet komplementarji mwettqa taħt programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni. Il-missjonijiet għandhom jippermettu soluzzjonijiet li jikkompetu, li jirriżultaw f'valur miżjud u f'impatt pan-Ewropej.

2.  Il-missjonijiet għandhom jiġu definiti u implimentati skont ir-Regolament u l-Programm Speċifiku, biex jiġu żgurati l-involviment attiv u bikri tal-Istati Membri u skambji estensivi mal-Parlament Ewropew. Il-missjonijiet, l-objettivi, il-baġit, il-miri, il-kamp ta' applikazzjoni, l-indikaturi u l-objettivi intermedji tagħhom għandhom jiġu identifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tar-R&I jew fil-Programmi ta' Ħidma kif xieraq. L-evalwazzjoni tal-proposti taħt il-missjonijiet għandha ssir skont l-Artikolu 26.

2a.  Matul l-ewwel tliet snin tal-programm, massimu ta' 10 % tal-baġit annwali tal-Pilastru II għandu jiġi pprogrammat permezz ta' sejħiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-missjonijiet. Għall-aħħar parti tal-programm, u biss wara valutazzjoni pożittiva tal-proċess tal-għażla u l-ġestjoni tal-missjoni, dan il-perċentwal jista' jiżdied. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sehem baġitarju totali ta' kull programm ta' ħidma dedikat għall-missjonijiet.

3.  Il-missjonijiet għandhom:

(a)  bl-użu tal-SDGs bħala sorsi għad-disinn u l-implimentazzjoni tagħhom, ikollhom kontenut ta' riċerka u innovazzjoni, valur miżjud tal-UE ċar, u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-prijoritajiet u l-impenji tal-Unjoni u l-objettivi tal-programm Orizzont Ewropa stabbiliti fl-Artikolu 3;

(aa)  ikopru oqsma ta' rilevanza Ewropea komuni, ikunu inklużivi, jinkoraġġixxu involviment wiesa' u parteċipazzjoni attiva ta' diversi tipi ta' partijiet ikkonċernati mis-setturi pubbliċi u privati, inklużi ċ-ċittadini u l-utenti aħħarin, u jagħtu riżultati tar-R&I li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-Istati Membri kollha;

(b)  ikunu kuraġġużi u ta' ispirazzjoni, u allura jkollhom rilevanza u impatt xjentifiċi, teknoloġiċi, soċjetali, ekonomiċi, ambjentali jew politiċi wiesa';

(c)  jindikaw direzzjoni u objettivi ċari u jkollhom miri, li jistgħu jitkejlu u marbutin biż-żmien, u jkollhom qafas baġitarju ċar;

(d)  jintgħażlu b'mod trasparenti u jkunu ċċentrati fuq miri ambizzjużi, ibbażati fuq l-eċċellenza u bil-għan li jħallu impatt, iżda realistiċi, u fuq attivitajiet tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

(da)  ikollhom il-kamp ta' applikazzjoni, l-iskala u l-mobilizzazzjoni meħtieġa tar-riżorsi u l-effett ta' lieva tal-fondi pubbliċi u privati addizzjonali meħtieġa biex jinkiseb ir-riżultat tal-missjoni;

(e)  jistimulaw l-attività fid-dixxiplini kollha (inklużi x-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi) u jinkludu attivitajiet minn firxa wiesgħa ta' TRLs, inklużi t-TRLs aktar baxxi;

(f)  ikunu miftuħa għal approċċi u soluzzjonijiet multipli, minn isfel għal fuq, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-benefiċċji umani u soċjetali u tiġi rikonoxxuta l-importanza ta' diversi kontributi biex jinkisbu dawn il-missjonijiet;

(fa)  jibbenefikaw minn sinerġiji b'mod trasparenti ma' programmi oħra tal-Unjoni oħra kif ukoll ma' ekosistemi tal-innovazzjoni nazzjonali u, meta jkun rilevanti, reġjonali.

4.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tevalwa kull missjoni skont l-Artikoli 45 u 47 u l-Anness V ta' dan ir-Regolament, inkluż il-progress lejn miri fuq medda qasira, medja u twila ta' żmien, li jkopru l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-eliminazzjoni gradwali tal-missjonijiet. Valutazzjoni tal-ewwel missjonijiet stabbiliti taħt Orizzont Ewropa għandha ssir mhux aktar tard mill-2023 u qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ħolqien ta' missjonijiet ġodda, il-kontinwazzjoni, it-terminazzjoni jew ir-riorjentazzjoni ta' missjonijiet li għadhom għaddejjin. Ir-riżultati ta' din il-valutazzjoni għandhom isiru pubbliċi u għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, l-analiżi tal-proċess tal-għażla tagħhom u tal-governanza, il-baġit, l-enfasi u l-progress tagħhom sal-lum.

Artikolu 7a

Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) bħala punt uniku ta' servizz ġestit ċentralment għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet taħt il-Pilastru III "Ewropa Innovattiva" li huma relatati mal-EIC. L-EIC għandu jiffoka prinċipalment fuq innovazzjoni rivoluzzjonarja u ta' tfixkil, billi jimmira b'mod partikolari lejn l-innovazzjoni li toħloq is-swieq, filwaqt li jappoġġa wkoll it-tipi kollha ta' innovazzjoni, inklużi dawk inkrimentali. L-EIC għandu jopera skont il-prinċipji li ġejjin: il-valur miżjud ċar tal-UE, l-awtonomija, l-abbiltà li jittieħed riskju, l-effiċjenza, l-effikaċja, it-trasparenza u r-responsabbiltà.

2.  L-EIC għandu jkun miftuħ għat-tipi kollha ta' innovaturi minn individwi għal universitajiet, organizzazzjonijiet ta' riċerka u kumpaniji (SMEs, inklużi negozji ġodda u, f'każijiet eċċezzjonali, mid-caps żgħar) u minn benefiċjarji uniċi għal konsorzji multidixxiplinari. Mill-inqas 70 % tal-baġit tal-EIC għandu jkun iddedikat għal SMEs, inklużi negozji ġodda.

3.  Il-Bord tal-EIC u l-elementi tal-ġestjoni tal-EIC huma definiti fid-Deċiżjoni (UE)... [Programm Speċifiku] u l-annessi tagħha.

Artikolu 8

Sħubijiet Ewropej

1.  Partijiet minn Orizzont Ewropa jistgħu jiġu implimentati permezz ta' Sħubijiet Ewropej. L-involviment tal-Unjoni fis-Sħubijiet Ewropej jista' jkollu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a)  il-parteċipazzjoni fi sħubijiet stabbiliti fuq il-bażi ta' memoranda ta' ftehim u/jew arranġamenti kuntrattwali bejn il-Kummissjoni u s-sħab imsemmija fl-Artikolu 2(3), li jispeċifikaw l-objettivi tas-sħubija, l-impenji relatati mill-partijiet involuti kollha għal kontribuzzjonijiet finanzjarji u/jew in natura tas-sħab, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-indikaturi tal-impatt, l-outputs li jridu jirriżultaw u l-modalitajiet tar-rapportar. Dawn jinkludu l-identifikazzjoni ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni li huma implimentati mis-sħab u mill-Programm (Sħubijiet Ewropej Koprogrammati);

(b)  il-parteċipazzjoni fi u kontribuzzjoni finanzjarja lil programm ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, li jispeċifika l-objettivi, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u tal-impatt, u l-outputs li jridu jirriżultaw, abbażi tal-impenn tas-sħab għal kontribuzzjonijiet finanzjarji u/jew in natura u l-integrazzjoni tal-attivitajiet rilevanti tagħhom bl-użu ta' azzjoni kofinanzjata tal-Programm (Sħubijiet Kofinanzjati Ewropej);

(c)  il-parteċipazzjoni fi u kontribuzzjoni finanzjarja lil programmi ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa minn diversi Stati Membri b'konformità mal-Artikolu 185 TFUE, jew minn korpi stabbiliti skont l-Artikolu 187 TFUE, bħalma huma l-Impriżi Konġunti, jew mill-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni tal-EIT b'konformità mar-Regolament EIT (Sħubijiet Ewropej Istituzzjonalizzati). Tali sħubijiet għandhom jiġu implimentati biss fejn partijiet oħra tal-programm Orizzont Ewropa, inklużi forom oħra ta' Sħubijiet Ewropej, ma jilħqux l-objettivi jew ma jiġġenerawx l-impatti meħtieġa mistennija, u jekk ikun iġġustifikat minn perspettiva fit-tul u grad għoli ta' integrazzjoni. Is-sħubijiet konformi mal-Artikolu 185 tat-TFUE jew skont l-Artikolu 187 tat-TFUE għandhom jimplimentaw ġestjoni ċentrali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha, ħlief f'każijiet ġustifikati debitament. Fil-każ ta' ġestjoni finanzjarja ċentrali, se jsiru kontribuzzjonijiet fil-livell tal-proġett minn stat parteċipanti wieħed abbażi tal-finanzjament mitlub fi proposti minn entitajiet stabbiliti f'dak l-istat parteċipanti, dment li ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-istati parteċipanti kollha kkonċernati.

Ir-regoli għal tali sħubijiet għandhom jispeċifikaw, inter alia, l-objettivi, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u tal-impatt, u l-outputs li jridu jirriżultaw, kif ukoll l-impenji relatati għal kontribuzzjonijiet finanzjarji u/jew in natura tas-sħab.

2.  Is-Sħubijiet Ewropej għandhom:

(a)  Jiġu stabbiliti biex jindirizzaw sfidi Ewropej jew globali biss f'każijiet fejn jilħqu b'mod aktar effettiv l-objettivi ta' Orizzont Ewropa milli kieku l-Unjoni waħedha u meta mqabbel ma' forom oħra ta' appoġġ tal-Programm Qafas. Dawk il-partijiet għandu jkollhom sehem xieraq tal-baġit ta' Orizzont Ewropa. Il-biċċa l-kbira tal-baġit fil-pilastru II għandha tiġi allokata lil azzjonijiet barra s-sħubijiet Ewropej;

(b)  Jaderixxu mal-prinċipji tal-valur miżjud tal-Unjoni, it-trasparenza, il-ftuħ, l-impatt fl-Ewropa u għaliha, l-effett ta' lieva qawwi fuq skala suffiċjenti, l-impenji finanzjarji fit-tul tal-partijiet kollha involuti, il-flessibbiltà fl-implimentazzjoni, il-koerenza, il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà ma' inizjattivi tal-Unjoni, lokali, reġjonali, nazzjonali u, fejn rilevanti, dawk internazzjonali jew sħubijiet u missjonijiet oħra;

(c)  Ikollhom approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja ċar, ikunu limitati fiż-żmien u jinkludu l-kundizzjonijiet għat-tneħħija gradwali tal-fondi mill-Programm.

2a.  Is-Sħubijiet Ewropej skont l-Artikolu 8(1) (a u b) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu identifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tar-R&I qabel ma jiġu implimentati fil-programmi ta' ħidma.

Id-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-għażla, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u t-tneħħija gradwali tagħhom huma stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 8a

Rieżami tal-oqsma tal-missjonijiet u tas-sħubijiet

Mhux aktar tard mill-2023, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-Anness Va bħala parti mill-monitoraġġ ġenerali tal-programm, inklużi missjonijiet u sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati abbażi tal-Artikolu 185 tat-TFUE jew l-Artikolu 187 tat-TFUE, u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 9

Baġit

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 120 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għall-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) u, barra minn hekk, l-ammont għall-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(b), kif stabbilit bir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża.

2.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel nofs sentenza, għandha tkun:

(a)  27,42 % għall-Pilastru I "Xjenza Eċċellenti u Miftuħa" għall-perjodu 2021-2027, li minnhom

(1)  17,64% għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka;

(2)  7,23 % għall-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie;

(3)  2,55 % għall-infrastrutturi ta' riċerka;

(b)  55,48 % għall-Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" għall-perjodu 2021-2027, li minnhom

(1)  8,16 % għall-cluster "Saħħa";

(2)  2,50 % għall-cluster "Soċjetà Inklużiva u Kreattiva";

(2a)  2,00 % għall-cluster "Soċjetajiet Sikuri";

(3)  15,94 % għall-cluster "Diġitali, Industrija u Spazju";

(4)  15,84 % għall-cluster "Klima, Enerġija u Mobbiltà";

(5)  9,00 % għall-cluster "Ikel, Riżorsi Naturali u Agrikoltura";

(6)  2,04 % għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC);

(c)  12,71 % għall-Pilastru III "Ewropa Innovattiva" għall-perjodu 2021-2027, li minnhom:

(1)  8,71 % għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) inkluż sa 0,53 % għall-Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni;

(2)  4 % għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT);

(d)  4,39 % għall-Parti "Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka" bil-komponenti li ġejjin:

(1)  4,00 % għat-Tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni madwar l-Unjoni;

(2)  0,39 % għar-riforma u t-tisħiħ tas-Sistema Ewropea tar-R&I.

3.  Sabiex twieġeb għal sitwazzjonijiet mhux previsti jew żviluppi u ħtiġijiet ġodda, il-Kummissjoni tista', bil-proċedura baġitarja annwali, tiddevja mill-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 sa massimu ta' 10 %, inkluża l-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati.

3c.  45 % tal-baġit tal-cluster "Soċjetà Inklużiva u Kreattiva" għandu jappoġġa riċerka dwar is-setturi kulturali u kreattivi, inkluż il-wirt kulturali tal-Unjoni, li għandu jinkludi EUR 300 miljun assenjati għall-ħolqien ta' Cloud għall-Wirt Kulturali Ewropew kif stabbilit fl-Anness I għall-Programm Speċifiku wara valutazzjoni tal-impatt li jrid jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew.

3d.  Mill-inqas EUR 1 biljun għandhom ikunu dedikati għar-Riċerka Quantum taħt il-cluster "Diġitali, Industrija u Spazju" taħt il-Pilastru II.

4.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għall-programm speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) u għall-EIT, jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, kontroll, awditjar, evalwazzjoni u attivitajiet oħra u spejjeż meħtieġa għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż l-infiq amministrattiv kollu, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-ilħuq tal-objettivi tiegħu. L-ispejjeż amministrattivi relatati mal-azzjonijiet indiretti m'għandhomx jaqbżu 5 % tal-ammont totali taħt il-Programm. Dan jista', barra minn hekk, ikopri spejjeż relatati mal-azzjonijiet ta' studji, laqgħat ta' esperti, informazzjoni u komunikazzjoni meħtieġa sa fejn dawn ikunu relatati mal-objettivi tal-Programm, kif ukoll l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza oħra teknika u amministrattiva meħtieġa marbuta mal-ġestjoni tal-Programm.

5.  Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fil-paragrafu 4, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta' Diċembru 2027.

6.  L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta' aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.

7.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta' ħidma tista' tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2021.

Artikolu 10

Xjenza miftuħa

1.  Il-programm għandu jinkoraġġixxi x-xjenza miftuħa bħala approċċ għall-proċess xjentifiku bbażat fuq il-ħidma kooperattiva u t-tixrid tal-għarfien, b'mod partikolari f'konformità mal-elementi li ġejjin:

—  aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata taħt il-Programm;

—  aċċess miftuħ għad-data tar-riċerka, inkluża dik li fuqha huma bbażati l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi.

Dawn l-elementi għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 35(3) ta' dan ir-Regolament. Dan tal-aħħar għandu jkun ukoll f'konformità mal-prinċipju "miftuħ kemm jista' jkun, magħluq kemm meħtieġ";

1a.  Il-prinċipju tar-reċiproċità fix-xjenza miftuħa għandu jiġi promoss u mħeġġeġ fil-ftehimiet kollha ta' assoċjazzjoni u ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, inklużi l-ftehimiet iffirmati mill-korpi ta' finanzjament fdati bil-ġestjoni indiretta tal-Programm.

2.  Ġestjoni responsabbli tad-data tar-riċerka għandha tkun żgurata f'konformità mal-prinċipji "Traċċabilità", "Aċċessibilità", "Interoperabilità" u "Riutilizzabilità" (FAIR). Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-preservazzjoni fit-tul tad-data.

3.  Prattiki oħra tax-xjenza miftuħa għandhom jiġu promossi u mħeġġa, anke għall-benefiċċju tal-SMEs.

Artikolu 11

Finanzjament komplementari, ikkombinat u kumulattiv

1.   Orizzont Ewropa għandu jiġi implimentat f'sinerġija ma' programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni filwaqt li tiġi mfittxija simplifikazzjoni amministrattiva massima. Lista mhux eżawrjenti ta' sinerġiji ma' programmi ta' finanzjament oħra hija inkluża fl-Anness IV. Sett uniku ta' regoli għandu japplika għal azzjoni kofinanzjata tar-RŻI.

2.   Is-Siġill ta' Eċċellenza għandu jingħata għall-partijiet kollha tal-Programm. L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b'Siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

(a)  ġew evalwati f'sejħa għal proposti skont il-Programm;

(b)  jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti;

(c)  ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji,

jistgħu jirċievu appoġġ minn fondi nazzjonali jew reġjonali, inkluż mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew+ jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Finanzjament, ġestjoni u monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], mingħajr ma tkun meħtieġa xi applikazzjoni u evalwazzjoni ulterjuri u dment li t-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-objettivi tal-programm ikkonċernat. Bl-eċċezzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi appoġġ.

2a.   F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) XX [... Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], l-awtorità maniġerjali, fuq bażi volontarja, tista' titlob it-trasferiment ta' partijiet tal-allokazzjonijiet finanzjarji tagħha lejn Orizzont Ewropa. Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati skont ir-regoli ta' Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali fondi trasferiti jiġu allokati kompletament għall-programmi u/jew proġetti li se jiġu implimentati fl-Istat Membru jew fir-reġjun, kif applikabbli, li jkunu oriġinaw minnu.

2b.   B'awtorizzazzjoni minn qabel mill-applikanti, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-allokazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fis-sistema ta' informazzjoni dwar proġetti magħżula sabiex ikun permess skambju rapidu ta' informazzjoni u l-awtoritajiet ta' finanzjament ikunu jistgħu jipprovdu finanzjament għall-azzjonijiet magħżula.

Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni skont il-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkunux ikopru l-istess kostijiet.

Artikolu 12

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

1.  Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-assoċjazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)  Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(b)  pajjiżi ta' adeżjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)  pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)  it-territorji u l-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

i.  kapaċità tajba fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni;

ii.  impenn fir-rigward ta' ekonomija tas-suq miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, inkluż trattament ġust u ekwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, bl-appoġġ ta' istituzzjonijiet demokratiċi;

iii.  promozzjoni attiva ta' politiki li jtejbu l-benesseri ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini.

L-assoċjazzjoni sħiħa jew parzjali mal-Programm ta' kull wieħed mill-pajjiżi terzi skont il-punt (d) għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-benefiċċji għall-Unjoni. B'mod partikolari għandha tkun skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, dment li dak il-ftehim:

–  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

–   jikkonferixxi d-dritt ta' koordinazzjoni ta' azzjoni taħt il-Programm dment li tkun ta' benefiċċju għall-Unjoni u li tkun żgurata l-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni;

–  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Programm, inkluż il-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal (sotto) programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju;

–  ma jagħtix lill-pajjiż terz is-setgħa ta' deċiżjoni dwar il-programm;

–  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja soda u tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

2.  L-iskop ta' assoċjazzjoni ta' kull pajjiż terz mal-Programm għandu jqis l-objettiv li jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni permezz tal-innovazzjoni u għandu jevita l-eżodu ta' mħuħ mill-Unjoni. Għaldaqstant, bl-eċċezzjoni tal-membri taż-ŻEE, il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, xi partijiet monobenefiċjarji tal-Programm jistgħu jiġu esklużi minn ftehim ta' assoċjazzjoni ma' xi pajjiż speċifiku, b'mod partikolari dawk dedikati lill-entitajiet privati.

3.  Il-ftehim ta' assoċjazzjoni għandu, meta jkun xieraq, jipprevedi u jfittex il-parteċipazzjoni reċiproka ta' entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni fi programmi ekwivalenti tal-pajjiżi assoċjati b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

4.  Il-kundizzjonijiet tal-ftehim ta' assoċjazzjoni li jiddeterminaw il-livell ta' kontribuzzjoni finanzjarja għandhom jiżguraw korrezzjoni awtomatika, kull sentejn, ta' kwalunkwe żbilanċ meta mqabbla mal-ammont li entitajiet stabbiliti f'pajjiż assoċjat jirċievu permezz tal-parteċipazzjoni fil-Programm, b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż fil-ġestjoni, l-eżekuzzjoni u l-operat tal-Programm.

4a.  Il-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati kollha għandhom ikunu inklużi fil-partijiet rilevanti tal-Programm dment li t-tqassim tal-baġit kif speċifikat fl-Artikolu 9(2) jiġi rrispettat. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament waqt il-proċedura baġitarja annwali l-baġit totali ta' kull parti tal-Programm, filwaqt li tidentifika kull wieħed mill-pajjiżi assoċjati, kontribuzzjonijiet individwali u l-bilanċ finanzjarju tagħhom.

TITOLU II

REGOLI GĦAL PARTEĊIPAZZJONI U DISSEMINAZZJONI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 13

Korpi ta' finanzjament u azzjonijiet diretti tal-JRC

1.  Il-korpi ta' finanzjament jistgħu jitbiegħdu mir-regoli stabbiliti f'dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 14, 15 u 16, f'każijiet ġustifikati debitament u biss jekk dan ikun previst fl-att bażiku li jistabbilixxi l-korp ta' finanzjament jew fil-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja tiegħu jew, fil-każ ta' korpi ta' finanzjament skont l-Artikolu 62(1)(c)(ii), (iii) jew (v) tar-Regolament Finanzjarju, jekk huwa previst fil-ftehim ta' kontribuzzjoni u l-ħtiġiet speċifiċi operattivi tagħhom jew jekk in-natura tal-azzjoni tirrikjedi hekk.

2.  Ir-regoli stabbiliti f'dan it-Titolu m'għandhomx japplikaw għal azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC.

Artikolu 14

Azzjonijiet eliġibbli u prinċipji etiċi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, huma biss l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 li għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

L-oqsma ta' riċerka li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati:

(a)  attivitajiet immirati lejn il-klonazzjoni umana għal skopijiet riproduttivi;

(b)  attivitajiet maħsuba biex jimmodifikaw il-wirt ġenetiku tal-bnedmin, li jistgħu jwasslu biex tibdiliet bħal dawn isiru ereditarji(26);

(c)  attivitajiet intenzjonati li joħolqu embrijuni umani għall-iskop ta' riċerka jew għall-iskop ta' akkwist taċ-ċelloli staminali biss, inkluż b'mezzi ta' trasferiment tan-nuklei taċ-ċelloli somatiċi.

2.  Ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali umani, kemm adulti kif ukoll tal-embrijuni, tista' tiġi ffinanzjata, iżda din tiddependi kemm fuq il-kontenut tal-proposta xjentifika kif ukoll fuq il-qafas legali tal-Istati Membri involuti. M'għandux jingħata finanzjament, la fl-UE u lanqas barra l-UE, għal attivitajiet ta' riċerka li huma pprojbiti fl-Istati Membri kollha. Ebda attività m'għandha tingħata finanzjament fi Stat Membru fejn tali attività hija pprojbita.

Artikolu 15

Etika(27)

1.  L-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli Supplementari tagħha.

Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali ta' persuna, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, il-ħtieġa li jiġu żgurati l-ħarsien tal-ambjent u livelli għoljin ta' protezzjoni tas-saħħa umana.

2.  Entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjoni għandhom jipprovdu:

(a)  awtovalutazzjoni tal-etika li tidentifika u tagħti d-dettalji prevedibbli kollha relatati ma' kwistjonijiet ta' etika b'rabta mal-objettiv, l-implimentazzjoni u l-impatt probabbli tal-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati, inkluż konferma ta' konformità mal-paragrafu 1, u deskrizzjoni ta' kif din se tiġi żgurata;

(b)  konferma li l-attivitajiet se jikkonformaw mal-Kodiċi ta' Kondotta Ewropea għall-Integrità tar-Riċerka ppubblikata mill-Akkademji Ewropej kollha u li l-ebda attività eskluża mill-finanzjament ma tkun se titwettaq;

(c)  għall-attivitajiet imwettqa barra l-Unjoni, konferma li l-istess attivitajiet kieku kienu jitħallew jitwettqu f'xi Stat Membru; u

(d)  għall-attivitajiet li jagħmlu użu minn ċelloli staminali embrijonali tal-bniedem, kif adatt, dettalji tal-miżuri ta' liċenzjar u ta' kontroll li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati kif ukoll dettalji tal-approvazzjonijiet rigward l-etika li għandhom jinkisbu qabel jibdew l-attivitajiet ikkonċernati.

3.  Il-proposti għandhom jiġu skrinjati b'mod sistematiku sabiex jiġu identifikati dawk l-azzjonijiet li jqajmu kwistjonijiet ta' etika kumplessi jew serji u jissottomettuhom għal valutazzjoni tal-etika. Il-valutazzjoni tal-etika għandha titwettaq mill-Kummissjoni dment li ma tkunx iddelegata lill-korp ta' finanzjament. Għal azzjonijiet li jinvolvu l-użu ta' ċelloli staminali embrijonali tal-bniedem jew embrijuni tal-bniedem, valutazzjoni tal-etika għandha tkun mandatorja. Eżamijiet u valutazzjonijiet tal-etika għandhom jitwettqu bl-appoġġ ta' esperti tal-etika. Il-Kummissjoni u l-korpi ta' finanzjament għandhom jiżguraw it-trasparenza tal-proċeduri tal-etika mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-kontenut tal-proċedura.

4.  Entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjoni għandhom jiksbu l-approvazzjonijiet kollha jew dokumenti mandatorji oħra mingħand il-kumitati tal-etika rilevanti lokali nazzjonali jew korpi oħra bħall-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data qabel jinbdew l-attivitajiet rilevanti. Dawk id-dokumenti għandhom jinżammu maħżuna u jiġu pprovduti lill-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament meta jintalbu.

5.  Jekk ikun xieraq, kontrolli tal-etika għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament. Għal kwistjonijiet ta' etika kumplessi jew serji, il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni dment li ma jkunux iddelegati lill-korp ta' finanzjament.

Kontrolli tal-etika għandhom jitwettqu bl-appoġġ ta' esperti tal-etika.

6.  Azzjonijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-etika msemmija fil-paragrafi 1-4, u għalhekk mhumiex etikament aċċettabbli, għandhom jiġu miċħuda jew terminati ladarba l-inaċċettabilità etika tkun ġiet stabbilita.

Artikolu 16

Sigurtà

1.  L-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar is-sigurtà u b'mod partikolari r-regoli dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata kontra żvelar mhux awtorizzat, inkluża l-konformità ma' kwalunkwe liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti. Fil-każ ta' riċerka mwettqa barra l-Unjoni bl-użu u/jew bil-ġenerazzjoni ta' informazzjoni klassifikata, huwa meħtieġ li, minbarra l-osservanza ta' dawn ir-rekwiżiti, jiġi konkluż ftehim ta' sigurtà bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz li fih titwettaq ir-riċerka.

2.  Meta jkun xieraq, il-proposti għandhom jinkludu awtovalutazzjoni tas-sigurtà li tidentifika kwalunkwe kwistjoni tas-sigurtà u tiddeskrivi kif dawn il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati sabiex tiġi ssodisfata l-liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti.

3.  Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandhom iwettqu skrutinju tas-sigurtà għall-proposti li jqajmu kwistjonijiet tas-sigurtà.

4.  Meta jkun xieraq, l-azzjonijiet għandhom ikunu konformi mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444, u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

5.  Entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjoni għandhom jiżguraw protezzjoni kontra żvelar mhux awtorizzat ta' informazzjoni klassifikata użata u/jew iġġenerata mill-azzjoni. Għandhom jagħtu prova tal-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal u/jew tal-faċilità mill-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali rilevanti, qabel il-bidu tal-attivitajiet ikkonċernati.

6.  Jekk esperti esterni jkollhom jittrattaw informazzjoni klassifikata, l-approvazzjoni tas-sigurtà adatta għandha tkun meħtieġa qabel jinħatru dawk l-esperti.

7.  Meta jkun xieraq, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jistgħu jwettqu kontrolli tas-sigurtà.

▌Azzjonijiet li ma jikkonformawx mar-regoli tas-sigurtà skont dan l-Artikolu jistgħu jiġu miċħuda jew terminati fi kwalunkwe mument.

KAPITOLU II

Għotjiet

Artikolu 17

Għotjiet

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 18

Entitajiet eliġibbli għall-parteċipazzjoni

1.  Kwalunkwe entità legali, irrispettivament mill-post fejn ġiet stabbilita, inklużi entitajiet ġuridiċi minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew organizzazzjoni internazzjonali, tista' tipparteċipa f'azzjonijiet taħt il-Programm, diment li l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati flimkien ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra stabbilita fil-programm ta' ħidma jew fis-sejħa.

2.  L-entitajiet għandhom ikunu parti minn konsorzju li għandu jinkludi mill-inqas tliet entitajiet ġuridiċi indipendenti stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż assoċjat u li mill-inqas wieħed minnhom ikun stabbilit fi Stat Membru, sakemm:

(a)  il-programm ta' ħidma ma jipprovdix mod ieħor jekk debitament iġġustifikat;

3.  L-azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), l-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), l-azzjonijiet tat-taħriġ u l-mobilità jew azzjonijiet ta' kofinanzjament ta' programm jistgħu jiġu implimentati minn entità legali waħda jew aktar, li waħda minnhom trid tkun stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat abbażi ta' ftehim konkluż f'konformità mal-Artikolu 12.

4.  Azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ jistgħu jiġu implimentati minn entità legali waħda jew aktar, li tista' tkun stabbilita fi Stat Membru, jew pajjiż assoċjat jew f'pajjiż terz ieħor.

5.  Għal azzjonijiet relatati mal-assi strateġiċi, l-interessi, is-sigurtà jew l-awtonomija tal-Unjoni, il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi li l-parteċipazzjoni tista' tkun limitata għal dawk l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stati Membri biss, jew dawk l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi assoċjati jew pajjiżi terzi oħra speċifikati flimkien mal-Istati Membri.

6.  Fejn xieraq u debitament ġustifikat, il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi kriterji ta' eliġibilità b'żieda ma' dawk stipulati fil-paragrafi 2, 3, 4, u 5 skont ir-rekwiżiti ta' politika speċifiċi jew skont in-natura u l-objettivi tal-azzjoni, inkluż in-numru ta' entitajiet ġuridiċi, it-tip ta' entità ġuridika u l-post ta' stabbiliment.

7.  Fil-każ ta' azzjonijiet li jibbenefikaw minn ammonti skont l-Artikolu 11, il-parteċipazzjoni għandha tkun limitata għal entità ġuridika waħda stabbilita fil-ġurisdizzjoni tal-Awtorità Amministrattiva deleganti, ħlief jekk ikun miftiehem mod ieħor mal-Awtorità ta' Ġestjoni u prevista fil-programm ta' ħidma.

8.  Fejn ikun indikat fil-programm ta' ħidma, il-JRC jista' jipparteċipa f'azzjonijiet.

9.  Il-JRC, organizzazzjonijiet internazzjonali Ewropej tar-riċerka u entitajiet legali maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni għandhom jitqiesu li huma stabbiliti fi Stat Membru differenti minn dawk li fihom huma stabbilit l-entitajiet legali oħra li qed jipparteċipaw fl-azzjoni.

10.  Għall-azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera, taħriġ u azzjonijiet ta' mobilità tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) u fejn previst fil-programm ta' ħidma l-azzjonijiet tat-taħriġ u l-mobilità, l-organizzazzjonijiet internazzjonali bil-kwartieri ġenerali fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat għandhom jitqiesu li huma stabbiliti f'dan l-Istat Membru jew pajjiż assoċjat.

Għal partijiet oħra tal-Programm, l-organizzazzjonijiet internazzjonali għajr organizzazzjonijiet internazzjonali tar-riċerka Ewropea għandhom jitqiesu bħala stabbiliti f'pajjiż terz mhux assoċjat.

Artikolu 19

Entitajiet eliġibbli għall-finanzjament

1.   Il-benefiċjarji huma eliġibbli għall-finanzjament jekk ikunu stabbiliti fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat kif iddefinit fl-Artikolu 12.

Fil-każ ta' azzjonijiet li jibbenefikaw minn ammonti skont l-Artikolu 11(3), huma biss l-entitajiet stabbiliti fil-ġurisdizzjoni tal-Awtorità Maniġerjali li deleganti li għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament minn dawn l-ammonti.

1b.  Fil-każ ta' pajjiżi bi dħul minn baxx sa medju u b'mod eċċezzjonali fil-każ ta' pajjiżi terzi oħrajn mhux assoċjati, dawn jistgħu jkunu eliġibbli għall-fondi f'azzjoni jekk:

(a)  il-pajjiż terz ikun identifikat fil-programm ta' ħidma; kif ukoll

(b)  il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament iqisu li l-parteċipazzjoni tiegħu hija essenzjali għall-implimentazzjoni tal-azzjoni;

2.  L-entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz mhux assoċjat ieħor għandhom ▌ iħallsu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom. Jistgħu jiġu stabbiliti ftehimiet tal-R&Ż bejn dawk il-pajjiżi terzi mhux assoċjati u l-Unjoni kull fejn jitqies li jkun utli, u jista' jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' kofinanzjament simili għal dawk maqbula fi ħdan Orizzont 2020. Dawk il-pajjiżi għandhom jiżguraw aċċess reċiproku għall-entitajiet ġuridiċi tal-Unjoni għal dawk il-programmi ta' finanzjament RŻI tal-pajjiżi, kif ukoll reċiproċità f'aċċess miftuħ għar-riżultati xjentifiċi u d-data xjentifika u għal termini ġusti u ekwitabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

3.  Entitajiet affiljati huma eliġibbli għall-finanzjament f'azzjoni jekk huma stabbiliti fi Stat Membru jew Pajjiż assoċjat ▌.

3a.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill, filwaqt li tispeċifika, għal kull pajjiż terz mhux assoċjat l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni pprovduti lill-entitajiet parteċipattivi u l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti mill-istess pajjiż lill-entitajiet tal-Unjoni li jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 20

Sejħiet għal proposti

1.  ▌Il-kontenut tas-sejħiet għal proposti għall-azzjonijiet kollha għandu jkun inkluż fil-programm ta' ħidma.

3.  Jekk ikun meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tagħhom, is-sejħiet jistgħu jiġu ristretti, f'każijiet eċċezzjonali, biex jiġu żviluppati attivitajiet addizzjonali jew biex jiżdiedu sħab addizzjonali għal azzjonijiet eżistenti. Barra minn hekk, il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi l-possibbiltà li entitajiet legali minn Stati Membri bi prestazzjoni baxxa fir-R&I jingħaqdu f'azzjonijiet kollaborattivi tar-R&I diġà magħżula, soġġett għall-qbil tal-konsorzju rispettiv u diment li l-entitajiet legali minn tali Stati Membri mhumiex diġà qed jipparteċipaw fih.

4.   Sejħa għal proposti mhijiex meħtieġa għal azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ jew azzjonijiet ta' kofinanzjament ta' programm li:

(a)  jridu jitwettqu mill-JRC jew l-entitajiet ġuridiċi identifikati fil-programm ta' ħidma; kif ukoll

(b)  ma jaqgħux fi ħdan il-kamp tal-applikazzjoni ta' sejħa għal proposti, f'konformità mal-Artikolu 195(e) tar-Regolament Finanzjarju.

5.   Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika s-sejħiet li għalihom ser jingħataw "Siġilli ta' Eċċellenza". B'awtorizzazzjoni minn qabel mill-applikant, l-informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni jistgħu jiġu kondiviżi ma' awtoritajiet finanzjarji interessati, soġġett għall-konklużjoni ta' ftehimiet ta' konfidenzjalità.

Artikolu 21

Sejħiet konġunti

Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jista' joħroġ sejħa konġunta għal proposti ma':

(a)  pajjiżi terzi, inklużi l-organizzazzjonijiet jew l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom;

(b)  organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)  entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ.

Fil-każ ta' sejħa konġunta, il-konsorzji li japplikaw għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament u għandhom jiġu stabbiliti proċeduri konġunti għall-għażla u għall-evalwazzjoni tal-proposti. Il-proċeduri għandhom jinvolvu grupp bilanċjat ta' esperti maħtura minn kull parti.

Artikolu 22

L-akkwist prekummerċjali u l-akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi

1.  L-azzjonijiet jistgħu jinvolvu jew ikollhom bħala l-għan primarju tagħhom l-akkwist prekummerċjali jew l-akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi li għandhom jitwettqu mill-benefiċjarji li huma awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttivi 2014/24/UE(28), 2014/25/UE(29) u 2009/81/KE(30).

2.  Il-proċeduri tal-akkwist:

(a)  għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament ugwali, ġestjoni finanzjarja tajba, proporzjonalità u regoli tal-kompetizzjoni;

(b)  għal akkwist prekummerċjali, fejn xieraq u mingħajr preġudizzju għall-prinċipji elenkati fil-punt (a), tista' tintuża proċedura ssimplifikata u/jew aċċellerata, u jistgħu jipprevedu kundizzjonijiet speċifiċi bħal li l-post tal-prestazzjoni tal-attivitajiet akkwistati jiġi limitat għat-territorju tal-Istati Membri u tal-Pajjiżi Assoċjati.

(c)  jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' kuntratti multipli fi ħdan l-istess proċedura (provenjenza multipla); kif ukoll

(d)  għandhom jipprevedu l-għoti tal-kuntratti lill-offerta(i) li toffri l-aħjar valur għall-flus waqt li tiżgura nuqqas ta' kunflitt ta' interess.

3.  Il-kuntrattur li jiġġenera riżultati fl-akkwist prekummerċjali għandu jkollu s-sjieda mill-inqas tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali involuti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom mill-inqas igawdu d-dritt tal-aċċess mingħajr ħlas ta' drittjiet għar-riżultati għall-użu tagħhom proprju u d-dritt li jagħtu, jew jirrikjedu lill-kuntratturi li jipparteċipaw li jagħtu, liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi biex jużaw ir-riżultati għall-awtorità kontraenti taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli mingħajr ebda dritt ta' subliċenzjar. Jekk kuntrattur jonqos milli jisfrutta b'mod kummerċjali r-riżultati fi żmien perjodu partikolari wara l-akkwist prekummerċjali kif identifikat fil-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti, wara li jkunu kkonsultaw il-kuntrattur dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' sfruttament, jistgħu jirrikjeduh li jittrasferixxi kwalunkwe sjieda tar-riżultati lill-awtoritajiet kontraenti.

Artikolu 24

Il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti

1.  Barra mill-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 198(5) tar-Regolament Finanzjarju, il-kapaċità finanzjarja għandha tiġi vverifikata biss għall-koordinatur u biss jekk il-finanzjament mitlub mill-Unjoni għall-azzjoni jkun ugwali għal jew aktar minn EUR 500 000.

2.  Madankollu, jekk ikun hemm raġunijiet li jwasslu biex tiġi ddubitata l-kapaċità finanzjarja jew jekk ikun hemm riskju akbar minħabba l-parteċipazzjoni f'diversi azzjonijiet li jkunu għaddejjin iffinanzjati mill-programmi tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandu jivverifika wkoll il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti l-oħra jew tal-koordinaturi taħt il-limitu msemmi fil-paragrafu 1.

3.  Jekk il-kapaċità finanzjarja hija strutturalment garantita minn entità legali oħra, il-kapaċità finanzjarja ta' din tal-aħħar għandha tiġi verifikata.

4.  F'każ ta' nuqqas ta' kapaċità finanzjarja, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni kundizzjonali fuq l-għoti ta' dikjarazzjoni dwar obbligazzjoni in solidum minn entità affiljata.

5.  Il-kontribuzzjoni lejn il-Mekkaniżmu ta' Assikurazzjoni Reċiproka li hija stipulata fl-Artikolu 33 għandha titqies bħala garanzija suffiċjenti skont l-Artikolu 152 tar-Regolament Finanzjarju. L-ebda garanzija jew sigurtà addizzjonali ma tista' tiġi aċċettata minn benefiċjarji jew imposta fuqhom.

Artikolu 25

Kriterji tal-għotja u tal-għażla

1.  Proposta għandha tiġi evalwata abbażi tal-kriterji tal-għotja li ġejjin:

(a)  l-eċċellenza;

(b)  l-impatt;

(c)  il-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni.

2.  Il-kriterju msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 biss għandu japplika għall-proposti għall-azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera tal-ERC.

3.  Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi aktar dettalji tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-għotja stabbiliti fil-paragrafu 1, inklużi l-piżijiet, il-limiti u fejn rilevanti r-regoli biex jiġu trattati proposti ex-aequo, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tas-sejħa għal proposti. Il-kundizzjonijiet biex jiġu ttrattati proposti ex-aequo jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati, għall-kriterji li ġejjin: SMEs, ġeneru, diversità ġeografika.

3a.  Il-Kummissjoni u l-korpi ta' finanzjament l-oħra għandhom iqisu l-possibbiltà ta' proċedura ta' sottomissjoni f'żewġ stadji u, fejn adatt, proposti anonimizzati jistgħu jiġu evalwati matul l-ewwel stadju ta' evalwazzjoni abbażi ta' kriterju tal-għoti jew diversi kriterji msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 26

Evalwazzjoni

1.  Il-proposti għandhom jiġu evalwati mill-kumitat evalwattiv li għandu jkun kompost minn esperti indipendenti esterni.

Fil-każ tal-attivitajiet, il-missjonijiet tal-EIC, u f'każijiet debitament ġustifikati fil-programm ta' ħidma adottat mill-Kummissjoni, il-kumitat evalwattiv jista' jkun kompost parzjalment jew, fil-każ ta' azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, parzjalment jew kollu kemm huwa minn rappreżentanti tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jew korpi kif imsemmija fl-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-proċess ta' evalwazzjoni jista' jiġi segwit minn osservaturi indipendenti.

2.  Kull meta jkun applikabbli, il-kumitat evalwattiv għandu jikklassifika l-proposti li għaddew mil-limiti applikabbli, skont:

(a)   it-tabella tal-valutazzjoni;

(b)   il-kontribuzzjoni tagħhom għall-ksib ta' objettivi tal-politika speċifiċi, inkluż il-kostituzzjoni ta' portafoll konsistenti ta' proġetti prinċipalment għal attivitajiet tal-pathfinder tal-EIC, missjonijiet, u f'każijiet oħra debitament ġustifikati, kif stabbilit fil-programm ta' ħidma adottat mill-Kummissjoni fid-dettall.

Fil-każ tal-attivitajiet tal-EIC, missjonijiet, u f'każijiet oħra debitament ġustifikati kif stabbiliti fil-programm ta' ħidma adottat mill-Kummissjoni fid-dettall, il-kumitat evalwattiv jista' wkoll jipproponi ▌aġġustamenti għall-proposti sa fejn huwa meħtieġ għall-konsistenza tal-approċċ tal-portafoll. Dawn l-aġġustamenti għandhom ikunu f'konformità mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u jikkonformaw mal-prinċipju tat-trattament indaqs. Il-Kumitat tal-Programm għandu jiġi infurmat b'dawn il-każijiet.

2a.  Il-proċess ta' evalwazzjoni għandu jiġi mfassal biex jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess u preġudizzju. It-trasparenza tal-kriterji tal-evalwazzjoni u tal-metodu ta' punteġġ tal-proposta għandha tkun garantita.

3.  F'konformità mal-Artikolu 200(7) tar-Regolament Finanzjarju, l-applikanti għandhom jirċievu reazzjonijiet fl-istadji kollha tal-evalwazzjoni u, fejn applikabbli, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda.

4.  L-entitajiet legali stabbiliti fi Stati Membri bi prestazzjoni baxxa fir-R&I li pparteċipaw b'suċċess fil-komponent "Twessigħ tal-Parteċipazzjoni u l-Kondiviżjoni tal-Eċċellenza" għandhom jirċievu, fuq talba, rekord ta' din li il-parteċipazzjoni li jista' jakkumpanja l-proposti għall-partijiet kollaborattivi tal-programm li jikkoordinaw.

Artikolu 27

Proċedura ta' rieżami ta' evalwazzjoni, mistoqsijiet u lmenti

1.  Applikant jista' jitlob reviżjoni ta' evalwazzjoni jekk jikkonsidra li l-proċedura ta' evalwazzjoni applikabbli ma ġietx applikata b'mod korrett għall-applikazzjoni tiegħu(31).

2.  Reviżjoni ta' evalwazzjoni tapplika biss għall-aspetti proċedurali tal-evalwazzjoni, mhux għall-evalwazzjoni tal-merti tal-proposta.

2a.  Talba għal reviżjoni għandha tkun relatata ma' proposta speċifika u għandha tiġi sottomessa fi żmien 30 jum wara l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-evalwazzjoni.

Il-kumitat tar-reviżjoni tal-evalwazzjoni għandu jagħti opinjoni tal-aspetti proċedurali u għandu jiġi presedut u jinkludi persunal tal-Kummissjoni jew tal-korp ta' finanzjament rilevanti li ma kinux involuti fl-evalwazzjoni tal-proposti. Il-kumitat jista' jirrakkomanda waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  evalwazzjoni mill-ġdid tal-proposta primarjament minn evalwaturi mhux involuti fl-evalwazzjoni preċedenti;

(b  konferma tal-evalwazzjoni inizjali.

3.  Reviżjoni ta' evalwazzjoni ma għandhiex iddewwem il-proċess tal-għażla għall-proposti li mhumiex soġġetti għal rieżami.

3a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-eżistenza ta' proċedura għal parteċipanti biex ikunu jistgħu jagħmlu mistoqsijiet u lmenti diretti dwar l-involviment tagħhom f'Orizzont Ewropa. L-informazzjoni dwar kif wieħed għandu jirreġistra l-mistoqsijiet jew l-ilmenti għandha ssir disponibbli online b'mod faċli.

Artikolu 28

Żmien għall-għotja

1.  B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 194(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-perjodi li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)  biex jiġu infurmati l-applikanti kollha bir-riżultat tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, perjodu massimu ta' ħames xhur mid-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti kompluti;

(b)  biex jiġu ffirmati l-ftehimiet tal-għotja mal-applikanti, perjodu massimu ta' tmien xhur mid-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti kompluti.

2.  Il-programm ta' ħidma ▌ jista' jistabbilixxi perjodi iqsar.

3.  Minbarra l-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 194(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinqabżu fil-każ ta' azzjonijiet tal-ERC, missjonijiet u meta l-azzjonijiet ikunu sottomessi għal valutazzjoni tas-sigurtà jew tal-etika.

Artikolu 29

Implimentazzjoni tal-għotja

1.  Jekk benefiċjarju jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu rigward l-implimentazzjoni teknika tal-azzjoni, il-benefiċjarji l-oħra għandhom jikkonformaw ma' dawk l-obbligi mingħajr finanzjament tal-Unjoni addizzjonali, sakemm ma jkunux espressament meħlusa minn dak l-obbligu. Ir-responsabbiltà finanzjarja ta' kull benefiċjarju għandha tkun limitata għad-dejn proprju tiegħu, soġġett għad-dispożizzjonijiet relatati mal-Mekkaniżmu ta' Assikurazzjoni Reċiproka.

2.  Il-ftehim tal-għotja jista' jistabbilixxi stadji importanti u ħlas parzjali ta' prefinanzjament relatat. Jekk l-istadji importanti ma jintlaħqux, l-azzjoni tista' tiġi sospiża, emendata jew, jekk debitament iġġustifikata, itterminata.

3.  L-azzjoni tista' tiġi terminata wkoll meta r-riżultati mistennija jkunu tilfu r-rilevanza tagħhom għall-Unjoni minħabba raġunijiet xjentifiċi jew teknoloġiċi, jew fil-każ tal-aċċelleratur tal-EIC, anke minħabba raġunijiet ekonomiċi, jew fil-każ tal-EIC u l-missjonijiet minħabba r-rilevanza tagħhom bħala parti minn portafoll ta' azzjonijiet. Il-Kummissjoni trid tgħaddi minn proċedura mal-koordinatur tal-azzjoni u jekk xieraq mal-esperti esterni qabel ma tiddeċiedi li twaqqaf azzjoni, f'konformità mal-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 29a

Mudell ta' Ftehim ta' Għotja

1.  Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tfassal mudelli ta' ftehimiet ta' għotja bejn il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti u l-benefiċjarji f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jekk tkun meħtieġa modifika sinifikanti tal-mudell ta' ftehim dwar l-għotja, fost oħrajn, fid-dawl ta' aktar semplifikazzjoni għall-benefiċjatji, il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tirrevedih kif adatt.

2.  Il-ftehim ta' għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti u jew tal-Kummissjoni jew tal-korp ta' finanzjament rilevanti f'konformità ma' dan ir-Regolament. Għandu jistabbilixxi wkoll id-drittijiet u l-obbligi ta' entitajiet ġuridiċi li jsiru benefiċjarji matul l-implimentazzjoni tal-azzjoni, kif ukoll ir-rwol u l-kompiti ta' koordinatur ta' konsorzju.

Artikolu 30

Ir-rati ta' finanzjament

1.  Rata unika ta' finanzjament għal kull azzjoni għandha tapplika għall-attivitajiet kollha li tiffinanzja. Ir-rata massima għal kull azzjoni għandha tiġi stabbilita fil-programm ta' ħidma.

2.  Il-programm jista' jirrimborża sa 100 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-azzjoni, ħlief għal:

(a)  azzjonijiet ta' innovazzjoni: sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli totali għal entitajiet ġuridiċi mingħajr skop ta' qligħ, ħlief meta l-Programm jista' jirrimborża sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli totali;

(b)  azzjonijiet ta' kofinanzjamant ta' programm: mill-inqas 30 % tal-ispejjeż totali eliġibbli, u f'każijiet identifikati u ġġustifikati kif meħtieġ sa 70 %.

3.  Ir-rati ta' finanzjament determinati f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta' azzjonijiet fejn il-finanzjament ikun iffissat b'rata fissa, fuq skala ta' kostijiet unitarji jew bħala somma f'daqqa għall-azzjoni sħiħa jew għal parti minnha.

Artikolu 31

Kostijiet indiretti

1.  Kostijiet eliġibbli indiretti għandhom jiġu stabbiliti bl-applikazzjoni ta' rata fissa ta' 25 % tal-kostijiet eliġibbli diretti totali, esklużi l-kostijiet eliġibbli diretti għal subkuntratti, appoġġ finanzjarju għal partijiet terzi u kwalunkwe kost ta' unità jew somma ta' darba li jinkludu kostijiet indiretti.

Fejn jixraq, spejjeż indiretti inklużi fl-ispejjeż unitarji jew somom f'daqqa għandhom jiġu kkalkulati billi tintuża r-rata fissa stabbilita fil-paragrafu 1, ħlief għal spejjeż unitarji fil-każ ta' merkanzija u servizzi fatturati internament li għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-ispejjeż attwali, skont il-prattika tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tas-soltu tal-benefiċjarji.

2.  Madankollu, jekk previst fil-programm ta' ħidma l-kostijiet indiretti jistgħu jiġu dikjarati bħala somma ta' darba jew kostijiet ta' unità.

Artikolu 32

Kostijiet eliġibbli

1.  B'żieda mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju, għal benefiċjarji b'remunerazzjoni bbażata fuq il-proġett, il-kostijiet tal-persunal huma eliġibbli sar-remunerazzjoni li persuna titħallas għal xogħol fi proġetti tar-R&I ffinanzjati minn skemi nazzjonali inkluż imposti tas-sigurtà soċjali u kostijiet oħra marbuta mar-remunerazzjoni tal-persunal assenjat għall-azzjoni, li jirriżultaw mil-liġi nazzjonali jew mill-kuntratt ta' impjieg.

Mezzi ta' rimunerazzjoni bbażati fuq il-proġetti ta' rimunerazzjoni marbuta mal-parteċipazzjoni ta' persuna fi proġetti jkunu parti mill-prattiċi normali ta' remunerazzjoni tal-benefiċjarju u jitħallsu b'mod konsistenti.

2.  B'deroga mill-Artikolu 190(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet tar-riżorsi li jitħallsu minn partijiet terzi permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura għandhom ikunu eliġibbli, sal-kostijiet eliġibbli diretti tal-parti terza.

3.  B'deroga mill-Artikolu 192 tar-Regolament Finanzjarju, id-dħul iġġenerat mill-użu tar-riżultati ma għandux jitqies bħala dħul tal-azzjoni.

3a.  Il-benefiċjarji jistgħu jużaw il-prattiki kontabilistiċi normali tagħhom biex jidentifikaw u jiddikjaraw il-kostijiet imġarrba b'rabta ma' azzjoni f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' għotja, skont dan ir-Regolament u l-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju.

4.  B'deroga mill-Artikolu 203(4) tar-Regolament Finanzjarju, ċertifikat dwar ir-rendikonti finanzjarji għandu jkun obbligatorju mal-pagament tal-bilanċ, jekk l-ammonti mitluba bħala spejjeż reali u l-ispejjeż unitarji kkalkulati skont il-prattiki tal-kontabbiltà tas-soltu jkunu ugwali jew aktar minn EUR 325,000.

Ċertifikati dwar dikjarazzjonijiet finanzjarji jistgħu jingħataw minn awditur estern approvat jew, fil-każ ta' korpi pubbliċi, jinħareġ minn uffiċjal pubbliku kompetenti u indipendenti skont l-Artikolu 203(4) tar-Regolament Finanzjarju.

4a.  Fejn xieraq, għall-għotjiet ta' taħriġ u mobilità tal-MSCA, il-kontribuzzjoni tal-UE għandha tqis kif xieraq kwalunkwe spiża addizzjonali tal-benefiċjarju relatata mal-liv tal-maternità jew tal-ġenituri, il-liv għal mard, il-liv speċjali jew il-bidla fir-reklutaġġ tal-organizzazzjoni ospitanti jew fl-istatus ta' familja tar-riċerkatur matul il-perjodu ta' validità tal-ftehim ta' għotja.

4b.  Il-kostijiet relatati mal-aċċess miftuħ, inklużi l-pjanijiet ta' ġestjoni tad-data, għandhom ikunu eliġibbli għal rimborż kif stipulat aktar fil-ftehim ta' għotja.

Artikolu 33

Mekkaniżmu tal-Assikurazzjoni Reċiproka

1.  Mekkaniżmu tal-Assikurazzjoni Reċiproka (il-"Mekkaniżmu") huwa b'dan stabbilit u għandu jissostitwixxi u jieħu post il-fond imwaqqaf skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Il-Mekkaniżmu għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta' rkupru ta' somom dovuti mill-benefiċjarji:

(a)  lill-Kummissjoni taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE,

(b)  lill-Kummissjoni u korpi tal-Unjoni taħt "Orizzont 2020",

(c)  lill-Kummissjoni u korpi ta' finanzjament taħt il-Programm.

Il-kopertura tar-riskju rigward il-korpi ta' finanzjament imsemmija fil-punt c) tal-ewwel subparagrafu tista' tiġi implimentata permezz ta' sistema ta' kopertura indiretta stabbilita fil-ftehim applikabbli filwaqt li titqies in-natura tal-korp ta' finanzjament.

2.  Il-Mekkaniżmu għandu jiġi ġestit mill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni li taġixxi bħala aġent eżekuttiv. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli speċifiċi għat-tħaddim tal-Mekkaniżmu.

3.  Il-benefiċjarji għandhom jagħmlu kontribuzzjoni ta' 5% tal-finanzjament tal-Unjoni għall-azzjoni. Abbażi ta' evalwazzjonijiet perjodiċi trasparenti, din il-kontribuzzjoni tista' tittella' mill-Kummissjoni sa 8 % jew tista' titnaqqas inqas minn 5 %. Il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarji għall-Mekkaniżmu għandha tiġi kkumpensata mill-prefinanzjament inizjali u titħallas lill-Mekkaniżmu f'isem il-benefiċjarji, u f'ebda ċirkostanza ma għandha taqbeż l-ammont tal-prefinanzjament inizjali.

4.  Il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarji għandhom jintbagħtu lura mal-pagament tal-bilanċ.

5.  Kwalunkwe ritorn finanzjarju ġġenerat mill-Mekkaniżmu għandu jiżdied mal-Mekkaniżmu. Jekk ir-ritorn huwa insuffiċjenti, il-Mekkaniżmu ma għandux jintervjeni u l-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandu jirkupra direttament mill-benefiċjarji jew partijiet terzi kwalunkwe ammont dovut.

6.  L-ammonti rkuprati mill-Fond għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat lill-Mekkaniżmu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. Ladarba l-għotjiet kollha li r-riskju tagħhom huwa kopert direttament jew indirettament mill-Mekkaniżmu jkunu ġew kompletati, kwalunkwe somma li jkun għad fadal għandha tiġi rkuprata mill-Kummissjoni u mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni, soġġett għad-deċiżjonijiet tal-awtorità leġiżlattiva.

7.  Il-Mekkaniżmu jista' jiġi estiż għall-benefiċjarji ta' kwalunkwe programm ieħor direttament amministrat mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta modalitajiet għall-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji ta' programmi oħrajn.

Artikolu 34

Sjieda u protezzjoni

1.  Il-benefiċjarji għandu jkollhom is-sjieda tar-riżultati li jiġġeneraw. Huma għandhom jiżguraw li kwalunkwe dritt tal-impjegati tagħhom jew ta' kwalunkwe parti oħra fir-rigward tar-riżultati jista' jiġi eżerċitat b'mod kompatibbli mal-obbligi tal-benefiċjarji f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja.

Żewġ benefiċjarji jew aktar għandu jkollhom is-sjieda konġunta tar-riżultati jekk:

(a)  huma ġġenerawhom b'mod konġunt; kif ukoll

(b)  mhuwiex possibbli li:

(i)  tkun stabbilita l-kontribuzzjoni rispettiva ta' kull benefiċjarju,

jew

(ii)  tisseparahom meta tapplika għal, tikseb jew iżżomm il-protezzjoni tagħhom.

Is-sidien konġunti għandhom jaqblu bil-miktub dwar l-allokazzjoni u t-termini tal-eżerċizzju tas-sjieda konġunta tagħhom. Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor fil-Ftehim tal-Konsorzju jew fil-ftehim ta' sjieda konġunta, kull sid konġunt jista' jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi sabiex jużaw ir-riżultati pposseduti b'mod konġunt (mingħajr ebda dritt ta' subliċenzjar), jekk is-sidien konġunti l-oħra jingħataw avviż minn qabel u kumpens ġust u raġonevoli. Is-sidien konġunti jistgħu jaqblu bil-miktub li japplikaw sistema oħra minflok sjieda konġunta.

2.  Il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom jipproteġu b'mod adegwat ir-riżultati tagħhom jekk protezzjoni hija possibbli u ġġustifikata, waqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet kollha rilevanti, inklużi l-prospetti għal użu kummerċjali u kwalunkwe interess leġittimu ieħor. Meta jiddeċiedu fuq il-protezzjoni, il-benefiċjarji għandhom jikkunsidraw l-interessi leġittimi tal-benefiċjarji l-oħra fl-azzjoni.

Artikolu 35

Użu u disseminazzjoni

1.  Kull parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni għandu juża l-aqwa sforzi tiegħu biex juża r-riżultati li jippossjedi, jew li jara li jiġu użati minn entità legali oħra. L-isfruttament jista' jsir direttament mill-benefiċjarji jew indirettament, b'mod partikolari permezz tat-trasferiment u l-liċenzjar tar-riżultati skont l-Artikolu 36.

Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi obbligi ta' sfruttament addizzjonali.

Jekk minkejja l-akbar sforzi tal-benefiċjarju sabiex jisfrutta r-riżultati tiegħu direttament jew indirettament ebda sfruttament ma jseħħ fi żmien perjodu partikolari kif identifikati fil-ftehim tal-għotja, il-benefiċjarju għandu juża pjattaforma elettronika xierqa kif identifikat fil-ftehim tal-għotja biex isib partijiet ikkonċernati ħalli jisfruttaw dawk ir-riżultati. Jekk ikun iġġustifikat abbażi ta' talba tal-benefiċjarju, dan l-obbligu jista' jiġi rinunzjat.

2.  Il-benefiċjarji għandhom jiddisseminaw ir-riżultati malli jkun fattibbli, f'format miftuħ għall-pubbliku, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni minħabba l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, ir-regoli tas-sigurtà jew l-interessi leġittimi ▌.

Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi obbligi ta' tixrid addizzjonali filwaqt li jissalvagwardja l-interessi ekonomiċi u xjentifiċi tal-Unjoni.

3.  Il-benefiċjarji għandhom jiżguraw li l-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi japplika skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja. B'mod partikolari, il-benefiċjarji għandhom jiżguraw li huma jew l-awturi jżommu biżżejjed drittijiet tal-proprjetà intellettwali sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tagħhom ta' aċċess miftuħ.

Aċċess miftuħ għad-data tar-riċerka għandu jkun ir-regola ġenerali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' għotja, li jiżgura l-possibbiltà ta' eċċezzjonijiet skont il-prinċipju "miftuħ kemm jista' jkun, magħluq kemm meħtieġ", filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-interessi leġittimi tal-benefiċjarji inkluż l-isfruttament kummerċjali u kwalunkwe restrizzjoni, bħar-regoli tal-protezzjoni tad-data, tal-privatezza, tal-kunfidenzjalità, tas-sigrieti kummerċjali, tal-interessi kompetittivi tal-Unjoni, regoli tas-sigurtà jew regoli tal-proprjetà intellettwali.

Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi inċentivi jew obbligi addizzjonali għall-adeżjoni mal-prattiki tax-xjenza miftuħa.

4.  Il-benefiċjarji għandhom jamministraw id-data tar-riċerka kollha ġġenerata f'azzjoni ta' Orizzont Ewropa skont il-prinċipji FAIR u f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja u għandhom jistabbilixxu Pjan ta' Ġestjoni tad-Data.

Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi, fejn ġustifikat, obbligi addizzjonali li jintuża l-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC) għall-ħżin u l-għoti tal-aċċess għad-data tar-riċerka.

5.  Il-benefiċjarji li għandhom l-intenzjoni li jiddisseminaw ir-riżultati tagħhom għandhom jagħtu avviż minn qabel lill-benefiċjarji l-oħra fl-azzjoni. Kwalunkwe benefiċjarju ieħor jista' joġġezzjona jekk jista juri li d-disseminazzjoni intenzjonata ser tkun ta' dannu sinifikanti għall-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tar-riżultati jew tat-tagħrif eżistenti tiegħu. F'tali każijiet, id-disseminazzjoni ma tistax isseħħ sakemm jittieħdu passi adatti biex ikunu salvagwardjati dawk l-interessi leġittimi.

6.  Sakemm il-programm ta' ħidma ma jipprevedix mod ieħor, il-proposti għandhom jinkludu pjan għall-isfruttament u t-tixrid tar-riżultati. Jekk l-isfruttament mistenni jinvolvi l-iżvilupp, il-ħolqien, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess, jew il-ħolqien u l-għoti ta' servizz, il-pjan għandu jinkludi strateġija għal sfruttament bħal dan. Jekk il-pjan jipprevedi sfruttament primarjament f'pajjiżi terzi mhux assoċjati, l-entitajiet ġuridiċi għandhom jispjegaw kif dan l-isfruttament għadu fl-interess tal-Unjoni.

Il-benefiċjarji għandhom jaġġornaw il-pjan matul u wara t-tmiem tal-azzjoni, f'konformità mal-ftehim ta' għotja.

7.  Għall-finijiet tal-monitoraġġ u tad-disseminazzjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament, il-benefiċjarji għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni neċessarja dwar l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tagħhom, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' għotja. Soġġett għall-interessi leġittimi tal-benefiċjarji, tali informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 36

Trasferiment u liċenzjar

1.  Il-benefiċjarji jistgħu jittrasferixxi s-sjieda tar-riżultati tagħhom. Huma għandhom jiżguraw li l-obbligi tagħhom japplikaw ukoll għas-sid il-ġdid u li dan tal-aħħar għandu l-obbligu li jgħaddihom fi kwalunkwe trasferiment sussegwenti.

2.  Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub dwar partijiet terzi identifikati speċifikament, inklużi Entitajiet Affiljati, u dwar l-Entitajiet Affiljati tiegħu jew sakemm ikun impossibbli skont il-liġi applikabbli, il-benefiċjarji li għandhom l-intenzjoni li jittrasferixxiu s-sjieda tar-riżultati għandhom jagħtu avviż minn qabel lill-benefiċjarji l-oħra li għad għandhom drittijiet ta' aċċess għar-riżultati. In-notifika trid tinkludi informazzjoni suffiċjenti dwar is-sid il-ġdid biex benefiċjarju jkun jista' jivvaluta l-effetti fuq id-drittijiet ta' aċċess tiegħu.

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub dwar partijiet terzi identifikati speċifikament, inklużi Entitajiet Affiljati, u dwar l-Entitajiet Affiljati tiegħu, benefiċjarju jista' joġġezzjona għat-trasferiment jekk ikun jista' juri li t-trasferiment ser jaffettwalu ħażin id-drittijiet ta' aċċess tiegħu. F'dan il-każ, it-trasferiment ma jistax iseħħ sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim bejn il-benefiċjarji kkonċernati. Il-ftehim tal-għotja għandu jistabbilixxi skadenzi f'dan ir-rigward.

3.  Il-benefiċjarji jistgħu jagħtu liċenzji għar-riżultati tiegħu jew b'mod ieħor jagħtu d-dritt li jisfruttawhom, inkluż fuq bażi esklussiva, jekk dan ma jkunx jaffettwa l-konformità mal-obbligi tagħhom. Liċenzji esklussivi għal riżultati jistgħu jingħataw soġġetti għall-approvazzjoni mill-parteċipanti l-oħra kollha kkonċernati li huma ser jirrinunzjaw għad-drittijiet ta' aċċess tagħhom għalihom.

4.  Meta dan ikun ġustifikat, il-ftehim dwar l-għotja għandu jistabbilixxi d-dritt għall-Kummissjoni jew għall-korp ta' finanzjament li joġġezzjona għal trasferimenti ta' pussess tar-riżultati, jew għall-għotjiet ta' liċenzja esklussiva fir-rigward tar-riżultati, jekk:

(a)  il-benefiċjarji li jiġġeneraw ir-riżultati jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni;

(b)  it-trasferiment jew l-liċenzja lil entità ġuridika stabbilita f'pajjiż terz mhux assoċjat; kif ukoll

(c)  it-trasferiment jew il-liċenzja mhumiex konformi mal-interessi tal-Unjoni.

Jekk id-dritt ta' oġġezzjoni japplika, il-benefiċjarju għandu jagħtu avviż minn qabel. Id-dritt ta' oġġezzjoni jista' jiġi rrinunzjat bil-miktub rigward trasferimenti jew għotjiet lil entitajiet legali identifikati speċifikament jekk hemm fis-seħħ miżuri li jissalvagwardjaw l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 37

Drittijiet ta' aċċess

1.  Il-prinċipji dwar id-drittijiet ta' aċċess li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)  talba biex jiġu eżerċitati drittijiet ta' aċċess jew kull rinunzja ta' drittijiet ta' aċċess għandha ssir bil-miktub;

(b)  sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor ma' min jagħti l-konċessjoni, id-drittijiet tal-aċċess ma jinkludux id-dritt għal sottoliċenzja;

(c)  il-benefiċjarji għandhom jinfurmaw lil xulxin qabel l-adeżjoni tagħhom għall-ftehim tal-għotja rigward kwalunkwe restrizzjoni għall-għoti ta' aċċess għat-tagħrif eżistenti tagħhom;

(d)  jekk benefiċjarju m'għadux aktar involut fl-azzjoni, dan ma għandux jaffettwa l-obbligu tiegħu li jagħti aċċess;

(e)  jekk benefiċjarju jonqos mill-obbligi tiegħu, il-benefiċjarji jistgħu jaqblu li huwa m'għandux aktar id-drittijiet ta' aċċess.

2.  Il-benefiċjarji għandhom jagħtu aċċess għal:

(a)  ir-riżultati tagħhom mingħajr ħlas ta' drittjiet lil kwalunkwe benefiċjarju ieħor fl-azzjoni li għandu bżonnhom biex jimplimenta l-kompiti tiegħu stess;

(b)  l-isfond tagħhom lil kwalunkwe benefiċjarju ieħor fl-azzjoni li għandu bżonnu biex jimplimenta l-kompiti tiegħu, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c); it-tali aċċess għandu jingħata ħieles mir-royalties, sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-benefiċjarji qabel l-adeżjoni tagħhom għall-ftehim dwar l-għotja;

(c)  ir-riżultati tagħhom u, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c), l-isfond tagħhom lil kwalunkwe benefiċjarju ieħor fl-azzjoni li għandu bżonnu biex jisfrutta r-riżultati tiegħu stess; dak l-aċċess għandu jingħata taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli li jridu jiġu miftiehma.

3.  Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-benefiċjarji, huma għandhom ukoll jagħtu aċċess għar-riżultati tagħhom u, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c), l-isfond tagħhom lil entità ġuridika li:

(a)  hija stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat;

(b)  hija taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' benefiċjarju ieħor, jew hija taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħal dak il-benefiċjarju, jew hija qiegħda tikkontrolla direttament jew indirettament lil dak il-benefiċjarju; kif ukoll

(c)  teħtieġ l-aċċess biex tuża r-riżultati ta' dak il-benefiċjarju, f'konformità mal-obbligu ta' użu tal-benefiċjarju.

L-aċċess għandu jingħata taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli li jridu jiġu miftiehma.

4.  Talba għal aċċess għal skop ta' użu tista' ssir sa sena wara t-tmiem tal-azzjoni, sakemm il-benefiċjarji ma jaqblux dwar limitu ta' żmien differenti.

5.  Il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom jagħtu l-aċċess għar-riżultati tagħhom mingħajr ħlas ta' drittjiet lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni bil-għan li jiżviluppaw, jimplimentaw u jimmonitorjaw il-politiki jew il-programmi tal-Unjoni. L-aċċess għandu jkun limitat għall-użu mhux kummerċajli u mhux kompetittiv.

Drittijiet ta' aċċess bħal dawn m'għandhomx jestendu għat-tagħrif eżistenti tal-benefiċjarji.

F'azzjonijiet taħt ir-raggruppament "Sigurtà Ċivili għas-Soċjetà", il-benefiċjarji li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni għandhom ukoll jagħtu aċċess għar-riżultati tagħhom fuq bażi mingħajr ħlas ta' royalties lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki jew il-programmi tagħhom f'dak il-qasam. L-aċċess għandu jkun limitat għal użu mhux kummerċajli u mhux kompetittiv u għandu jingħata fuq ftehim bilaterali li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi bil-għan li jiġi żgurat li dawk id-drittijiet jintużaw biss għall-fini intenzjonat u li obbligi ta' kunfidenzjalità adatti jkunu fis-seħħ. L-Istat Membru, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni li tagħmel it-talba għandha tinnotifika lill-Istati Membri kollha dwar talbiet bħal dawn.

6.  Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi, fejn xieraq, drittijiet ta' aċċess addizzjonali.

Artikolu 38

Dispożizzjonijiet speċifiċi ▌

Regoli speċifiċi dwar is-sjieda, l-isfruttar u t-tixrid, it-trasferiment u l-liċenzjar kif ukoll id-drittijiet tal-aċċess jistgħu japplikaw għall-azzjonijiet tal-ERC, l-azzjonijiet ta' taħriġ u ta' mobbilità, l-azzjonijiet ta' akkwist prekummerċjali, l-azzjonijiet ta' akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi, l-azzjonijiet kofinanzjati tal-programm u l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ.

Dawn ir-regoli speċifiċi għandhom jiġu stipulati fil-ftehim ta' għotja u ma għandhomx ibiddlu l-prinċipji u l-obbligi dwar l-aċċess miftuħ.

Artikolu 39

Premjijiet

1.  Premjijiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu IX tar-Regolament Finanzjarju, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu.

2.  Kwalunkwe entità legali, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħha, tista' tipparteċipa f'kuntest, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fil-programm ta' ħidma jew ir-regoli tal-kuntest.

3.  Il-Kummissjoni jew il-korp tal-iffinanzjar jistgħu, fejn xieraq, jorganizzaw premijiet ma':

(a)  Korpi oħra tal-Unjoni;

(b)  pajjiżi terzi, inklużi l-organizzazzjonijiet jew l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom;

(c)  organizzazzjonijiet internazzjonali; jew

(d)  entitajiet legali mingħajr skop ta' qligħ.

4.  Il-programm ta' ħidma jew ir-regoli tal-kuntest għandhom jinkludu obbligi dwar il-komunikazzjoni, u fejn adatt, l-isfruttament, id-disseminazzjoni, is-sjieda u d-drittijiet ta' aċċess, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-liċenzji.

KAPITOLU IV

Akkwisti

Artikolu 40

Akkwisti

1.  L-akkwist li jaqa' taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VII tar-Regolament Finanzjarju, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu.

2.  L-akkwist jista' wkoll jieħu il-forma ta' akkwist pre-kummerċjali jew ta' akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi mwettqa mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament għan-nom tagħhom stess jew flimkien ma' awtoritajiet kontraenti mill-Istati Membri u pajjiżi assoċjati. F'dan il-każ, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 22.

KAPITOLU V

Operazzjonijiet ta' taħlit u finanzjament imħallat

Artikolu 41

Operazzjonijiet ta' taħlit

L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati skont il-Programm InvestEU u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 42

Orizzont Ewropa u finanzjament imħallat tal-EIC

1.  Il-komponenti tal-għotja u l-avvanz rimborżabbli ta' Orizzont Ewropa jew il-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom ikunu soġġetti għall-Artikoli 30 sa 33.

2.  Il-finanzjament imħallat tal-EIC għandu jiġi implimentat skont l-Artikolu 43. L-appoġġ skont il-finanzjament imħallat tal-EIC jista' jingħata sakemm l-azzjoni tista' tkun iffinanzjata bħala operazzjoni ta' taħlit jew bħala operazzjoni ta' finanzjament u investiment kompletament koperta mill-garanzija tal-UE skont InvestEU. B'deroga mill-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (2) u, b'mod partikolari, il-paragrafu (a) u (d), ma għandhomx japplikaw meta ssir l-għotja ta' finanzjament imħallat tal-EIC

3.  Il-finanzjament imħallat ta' Orizzont Ewropa jista' jingħata lil kofond tal-programm meta programm konġunt tal-Istati Membri u pajjiżi assoċjati jipprevedi l-iskjerament ta' strumenti finanzjarji b'appoġġ tal-azzjonijiet magħżula. L-evalwazzjoni u l-għażla ta' azzjonijiet bħal dawn għandhom isiru skont l-Artikoli 11, 19, 20, 24, 25, u 26. Il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-finanzjament imħallat ta' Orizzont Ewropa għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 29, b'analoġija mal-Artikolu 43(9) u mal-kundizzjonijiet addizzjonali u ġġustifikati ddefiniti fil-programm ta' ħidma.

4.  Il-ħlasijiet lura inkluż l-avvanzi rimoborżati u d-dħul ta' Orizzont Ewropa u l-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat intern skont l-Artikoli 21(3)(f) u 21(4) tar-Regolament Finanzjarju.

5.  Orizzont Ewropa u l-finanzjament imħallat tal-EIC għandhom ikunu provduti b'mod li jippromwovi l-kompetittività tal-Unjoni filwaqt li jevita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

Artikolu 42a

Il-Pathfinder

1.  Il-Pathfinder għandu jipprovdi għotjiet għal proġetti innovattivi ta' riskju għoli li jiġu implimentati minn konsorzji jew monobenefiċjarji, bil-għan li jiġu żviluppati innovazzjonijiet radikali u opportunitajiet ġodda għas-suq. Il-Pathfinder ser jipprovdi appoġġ għall-istadji bikrija tar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku, teknoloġiku jew rivoluzjonarji, inkluża l-prova tal-kunċett u l-prototipi għall-validazzjoni teknoloġika.

Il-Pathfinder ser jiġi primarjament implimentat permezz ta' sejħa miftuħa għal proposti minn isfel għal fuq b'dati ta' skadenza regolari kull sena u ser jipprevedi wkoll sfidi kompetittivi sabiex jiżviluppa objettivi strateġiċi ewlenin li jeħtieġu ħsieb rivoluzjonarju u radikali.

2.  L-attivitajiet ta' Tranżizzjoni tal-Pathfinder għandhom jgħinu lil kull tip ta' riċerkaturi u innovaturi jiżviluppaw il-mogħdija għall-iżvilupp kummerċjali fl-Unjoni, bħall-attivitajiet ta' dimostrazzjoni u l-istudji tal-fattibbiltà biex jivvalutaw il-każijiet kummerċjali potenzjali, u jappoġġaw il-ħolqien ta' spin-offs u ta' negozji ġodda.

(a)  it-tnedija u l-kontenut tas-sejħiet għal proposti għandhom jiġu stabbiliti b'referenza għall-objettivi u l-baġit stabbiliti mill-programm ta' ħidma b'rabta mal-portafoll ta' azzjonijiet ikkonċernati;

(b)  Għotjiet addizzjonali ta' ammont fiss li ma jaqbiżx il-EUR 50 000 jistgħu jingħataw lil kull proposta diġà magħżula fl-ambitu tal-Pathfinder permezz ta' sejħa għal proposti, biex jitwettqu azzjonijiet komplementari, inklużi azzjonijiet urġenti ta' koordinazzjoni u ta' appoġġ, għat-tisħiħ tal-komunità ta' benefiċjarji tal-portafoll bħall-valutazzjoni ta' spin-offs possibbli, innovazzjonijiet li joħolqu suq potenzjali jew l-iżvilupp ta' pjan ta' negozju. Il-Kumitat tal-Programm stabbilit taħt il-Programm Speċifiku għandu jkun infurmat b'każijiet bħal dawn.

3.  Il-kriterji tal-għoti kif iddefiniti fl-Artikolu 25 għandhom japplikaw għall-Pathfinder tal-EIC.

Artikolu 43

L-Aċċeleratur

1.  L-Aċċeleratur tal-EIC essenzjalment għandu l-għan jappoġġa innovazzjoni li toħloq suq. Dan għandu jappoġġa biss monobenefiċjarji u prinċipalment jipprovdi finanzjament imħallat. Taħt ċerti kundizzjonijiet, jista' jipprovdi wkoll appoġġi ta' għotja biss u ta' ekwità biss.

L-aċċelleratur tal-EIC għandu jipproponi żewġ tipi ta' appoġġ:

—  Appoġġ ta' finanzjament imħallat lill-SMEs, inklużi negozji ġodda, u, f'każijiet eċċezzjonali, mid-caps żgħar li jwettqu innovazzjoni rivoluzzjonarja u fixkiela mhux bankabbli.

—  Appoġġ f'forma biss ta' għotja lill-SMEs, inklużi negozji ġodda, li jwettqu kwalunkwe tip ta' innovazzjoni, li tvarja minn waħda gradwali għal dik rivoluzzjonarja, u innovazzjoni fixkiela u li jimmiraw biex sussegwentement jespandu.

Appoġġ f'forma biss ta' ekwità jista' jingħata lill-SMEs mhux bankabbli, inklużi negozji ġodda, li diġà rċevew appoġġ f'forma biss ta' għotja.

Appoġġ ta' għotja biss taħt l-Aċċelleratur tal-EIC għandu jiġi pprovdut biss bil-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

a)  il-proġett għandu jinkludi informazzjoni dwar il-kapaċitajiet u r-rieda tal-applikant għal tkabbir;

b)  il-benefiċjarju jista' jkun biss negozju ġdid jew SME;

c)  appoġġ ta' għotja biss taħt l-Aċċelleratur tal-EIC jista' jiġi pprovdut darba biss lil benefiċjarju matul Orizzont Ewropa għal massimu ta' EUR 2.5 miljun.

1a.  Il-benefiċjarju tal-Aċċelleratur tal-EIC għandu jkun entità ġuridika li tikkwalifika bħala negozju ġdid, SME jew f'każijiet eċċezzjonali bħala midcap żgħira li qiegħda tfittex li tikber, stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat. Il-proposta tista' tiġi sottomessa jew mill-benefiċjarju, jew, soġġett għal qbil minn qabel mill-benefiċjarju, minn persuna naturali jew entità legali waħda jew aktar li għandhom l-intenzjoni li jistabbilixxu jew jappoġġaw lil dak il-benefiċjarju. Fil-każ tal-aħħar, il-ftehim ta' finanzjament ser jiġi ffirmat mal-benefiċjarju biss.

2.  Id-deċiżjoni tal-għotja unika għandha tkopri u tipprovdi finanzjament għal kull forma ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni prevista skont finanzjament imħallat tal-EIC.

3.  Il-proposti għandhom jiġu evalwati fuq il-mertu individwali tagħhom minn esperti indipendenti esterni u magħżula fil-kuntest ta' programm ta' sejħa miftuħa kontinwament b'dati ta' skadenza, ibbażata fuq l-Artikoli 24 sa 26, soġġett għall-paragrafu 4.

4.  Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu

(a)   l-eċċellenza;

(b)   l-effett;

(c)   il-livell tar-riskju tal-azzjoni li tipprevjeni l-investimenti, il-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni, u l-ħtieġa għall-appoġġ tal-Unjoni.

5.  Bil-qbil tal-applikanti kkonċernati, il-Kummissjoni jew l-entitajiet tal-finanzjament li jimplimentaw Orizzont Ewropa (inklużi l-KICs tal-EIT) jistgħu jissottomettu għall-evalwazzjoni b'mod dirett skont l-aħħar kriterju tal-għoti, proposta għal azzjoni ta' innovazzjoni u skjerament fis-suq li diġà tissodisfa l-ewwel żewġ kriterji, soġġett għall-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)   il-proposta għandha toħroġ minn kwalunkwe azzjoni oħra ffinanzjata minn Orizzont 2020, minn dan il-Programm; jew, soġġett għal proġett pilota fl-ewwel programm ta' ħidma ta' Orizzont Ewropa, minn programmi nazzjonali u/jew reġjonali, u jibdew bl-immappjar tad-domanda għal skema bħal din. Id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom jiġu stipulati fil-Programm Speċifiku.

(b)   tkun imsejsa fuq rieżami tal-proġett preċedenti mhux aktar tard minn sentejn qabel li jevalwa l-eċċellenza u l-impatt tal-proposta u tkun soġġetta għal kundizzjonijiet u proċessi aktar dettaljati fil-programm ta' ħidma.

6.  Siġill ta' Eċċellenza jista' jingħata soġġett għal dawn il-kundizzjonijiet kumulattivi:

(a)   il-benefiċjarju huwa negozju ġdid, SME jew midcap żgħira,

(b)   il-proposta kienet eliġibbli u għaddiet mil-limiti applikabbli għall-ewwel żewġ kriterji msemmija fil-paragrafu 4,

(c)   għal dawk l-attivitajiet li jkunu eliġibbli skont azzjoni ta' innovazzjoni.

7.  Fil-każ ta' proposta li tkun għaddiet mill-valutazzjoni, l-esperti indipendenti esterni għandhom jipproponu appoġġ tal-Aċċelleratur tal-EIC korrispondenti, ibbażat fuq ir-riskju u r-riżorsi u l-ħin meħtieġa biex l-innovazzjoni tinġieb u tiġi skjerata fis-suq.

Il-Kummissjoni tista' tiċħad proposta tal-esperti indipendenti esterni abbażi ta' raġunijiet ġustifikati, inkluż in-nonkonformità mal-objettivi tal-politiki tal-Unjoni. Il-Kumitat tal-Programm għandu jiġi infurmat bir-raġunijiet għat-tali ċaħdiet.

8.  Il-komponenti tal-għotja u l-avvanz rimborżabbli tal-appoġġ tal-aċċelleratur tal-EIC ma għandhomx jaqbżu is-70 % tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni tal-innovazzjoni magħżula.

9.  Il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-ekwità u l-komponenti tal-appoġġ tal-Aċċelleratur tal-EIC għandhom ikunu dettaljati fid-Deċiżjoni [Programm speċifiku].

10.  Il-kuntratt għall-azzjoni magħżula għandu jistabbilixxu miri speċifiċi li jistgħu jitkejlu u prefinanzjament u pagamenti bin-nifs korrispondenti tal-appoġġ tal-Aċċelleratur tal-EIC.

Fil-każ tal-finanzjament imħallat tal-EIC, attivitajiet li jikkorrispondu għal azzjoni ta' innovazzjoni jistgħu jiġu mnedija u l-ewwel prefinanzjament tal-għotja jew avvanz rimborżabbli jistgħu jitħallsu, qabel l-implimentazzjoni ta' komponenti oħra tal-finanzjament imħallat tal-EIC. L-implimentazzjoni ta' dawn il-komponenti għandha tkun soġġetta għall-kisbiet tal-miri speċifiċi stabbiliti fil-kuntratt.

11.  Skont il-kuntratt, l-azzjoni għandha tiġi sospiża, emendata jew, jekk debitament ġustifikata, mitmuma jekk il-miri li jistgħu jitkejlu ma jintlaħqux. Tista' tintemm ukoll meta l-iskjerament fis-suq mistenni speċjalment fl-Unjoni ma jkunx jista' jintlaħaq.

F'każijiet eċċezzjonali u fuq parir mill-bord tal-EIC, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżid l-appoġġ tal-Aċċelleratur tal-EIC soġġett għal reviżjoni tal-proġett minn esperti indipendenti esterni. Il-Kumitat tal-Programm għandu jiġi infurmat b'dawn il-każijiet.

Kapitolu VI

Esperti

Artikolu 44

Ħatra ta' esperti esterni indipendenti

1.  L-esperti esterni indipendenti għandhom jiġu identifikati u magħżula abbażi ta' sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil organizzazzjonijiet rilevanti bħal aġenziji ta' riċerka, istituzzjonijiet ta' riċerka, universitajiet, organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew impriżi bil-għan li tiġi stabbilita bażi tad-data ta' kandidati.

B'deroga mill-Artikolu 237(3) tar-Regolament Finanzjarju , il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti jistgħu, b'mod eċċezzjonali u f'każijiet debitament ġustifikati, jagħżlu b'mod trasparenti kwalunkwe espert individwali bil-ħiliet adegwati mhux inklużi fil-bażi tad-data, diment li sejħa għall-espressjonijiet ta' interess ma tkunx identifikat esperti esterni indipendenti adegwati.

Tali esperti għandhom jiddikjaraw l-indipendenza u l-kapaċità tagħhom biex jappoġġaw l-objettivi ta' Orizzont Ewropa fit-tul.

2.  Skont l-Artikolu 237(2) u 237(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-esperti esterni indipendenti għandhom jitħallsu abbażi ta' kundizzjonijiet standard. Jekk iġġustifikat u f'każijiet debitament ġustifikati, livell adatt ta' remunerazzjoni lil hinn mill-kundizzjonijiet standard skont l-istandards tas-suq rilevanti, speċjalment għal esperti ta' livell għoli speċifiku, jista' jingħata.

3.  Barra mill-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu38 tar-Regolament Finanzjarju, l-ismijiet ta' esperti esterni indipendenti li jevalwaw l-applikazzjonijiet għal għotjiet, li huma maħtura f'kapaċità personali, għandhom jiġu ppubblikati, flimkien mal-qasam ta' kompetenza esperta tagħhom, mill-inqas darba fis-sena fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni jew tal-korp ta' finanzjament. Tali informazzjoni għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data tal-UE.

3a.  Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw kunflitti ta' interess fir-rigward tal-involviment ta' esperti esterni indipendenti skont l-Artikoli 61 u 150(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandu jiżgura li espert li jkollu konflitt ta' interess fir-rigward ta' materja li fuqha l-espert huwa meħtieġ jipprovdi opinjoni ma jevalwax, ma jagħtix parir jew ma jassistix dwar il-materja speċifika fil-kwistjoni.

3-b.  Meta jaħtru esperti esterni indipendenti, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jippruvaw jiksbu kompożizzjoni bbilanċjata fi ħdan il-gruppi tal-esperti u l-bordijiet ta' evalwazzjoni fir-rigward tal-ħiliet, l-esperjenza, l-għarfien, inkluż f'termini ta' speċjalizzazzjoni, b'mod partikolari dwar l-SSH, id-diversità ġeografika u s-sess, u b'kont meħud tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-azzjoni.

3b.  Fejn xieraq, għal kull proposta għandu jiġi żgurat għadd xieraq ta' esperti indipendenti sabiex jiżgura l-kwalità tal-evalwazzjoni.

3c.  Il-livell ta' remunerazzjoni tal-esperti indipendenti u esterni kollha għandu jkun disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dan għandu jiġi kopert mill-ispejjeż tal-Programm.

TITOLU III

MONITORAĠĠ, KOMUNIKAZZJONI, EVALWAZZJONI U KONTROLL TAL-PROGRAMM

Artikolu 45

Monitoraġġ u rapportar

1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Orizzont Ewropa, tal-programm speċifiku tiegħu u tal-attivitajiet tal-EIT. Sabiex tiżdied it-trasparenza, din id-data għandha tkun disponibbli pubblikament ukoll b'mod aċċessibbli fuq il-paġna web tal-Kummissjoni skont l-aħħar aġġornament.

B'mod partikolari, id-data għal proġetti ffinanzjati taħt l-ERC, is-Sħubiji Ewropej, il-missjonijiet, l-EIC u l-EIT għandha tiġi inkluża fl-istess bażi tad-data.

Din tinkludi:

(i)  "Indikaturi marbuta biż-żmien tar-rapportar jirrapportaw kull sena dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 u huma stabbiliti fl-Anness V tul id-direzzjonijiet tal-impatt."

(ii)  informazzjoni fil-livell ta' integrazzjoni tax-xjenzi soċjali u umanistiċi, il-proporzjon bejn TRLs aktar baxxi u ogħla fir-riċerka kollaborattiva, il-progress fiż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-pajjiżi, l-għamla ġeografika ta' konsorzji fi proġetti kollaborattivi, l-evoluzzjoni tas-salarji tar-riċerkaturi, l-użu ta' proċedura ta' sottomissjoni f'żewġ stadji u ta' evalwazzjoni, il-miżuri maħsuba biex jiffaċilitaw rabtiet ta' kollaborazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-użu tar-rieżami tal-evalwazzjoni u l-għadd u t-tipi ta' ilmenti, il-livell ta' integrazzjoni tal-klima u l-infiq relatat, il-parteċipazzjoni tal-SMEs, il-parteċipazzjoni tas-settur privat , il-parteċipazzjoni tal-ġeneri f'azzjonijiet iffinanzjati, il-bordijiet ta' evalwazzjoni, il-bordijiet u l-gruppi konsultattivi, is-Siġilli ta' Eċċellenza, is-Sħubija Ewropea kif ukoll ir-rata ta' kofinanzjament, il-finanzjament komplementari u kumulattiv minn fondi oħra tal-Unjoni, l-infrastrutturi tar-riċerka, iż-żmien għall-għotja, il-livell ta' kooperazzjoni internazzjonali, l-involviment taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili.

(iii)  il-livelli ta' nfiq diżaggregati fil-livell ta' proġett sabiex tkun tista' ssir analiżi speċifika, inkluż għal kull qasam ta' intervent.

(iv)  il-livell ta' sottoskrizzjoni żejda, b'mod partikolari l-għadd ta' proposti u għal kull sejħa għal proposti, il-punteġġ medju tagħhom, is-sehem tal-proposti iżjed u inqas mil-livelli limiti ta' kwalità.

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 fir-rigward ta' emendi għall-Anness V ħalli tissupplementa jew temenda l-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt, fejn huwa meqjus neċessarju, u tistabbilixxu linji ta' referenza u miri.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u r-riżultati tinġabar b'mod effiċjenti, b'mod effikaċi, u f'waqtha mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE, inkluż fil-livell tar-riċerkaturi involuti fl-azzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu segwiti l-karriera u l-mobilità tagħhom, u (fejn rilevanti) l-Istati Membri(32).

3a.  L-analiżi kwalitattiva mill-Kummissjoni u mill-korpi ta' finanzjament tal-Unjoni jew nazzjonali għandha tikkomplementa kemm jista' jkun id-data kwantitattiva.

4.  Il-miżuri bil-għan li jiffaċilitaw rabtiet ta' kollaborazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea għandhom jiġu monitorjati u rieżaminati fi ħdan il-kuntest tal-programmi ta' ħidma.

Artikolu 46

Informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni u użu

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, inkluż għal premjijiet) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Barra minn hekk, għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata u fil-ħin lill-Istati Membri u lill-benefiċjarji. Għandhom jiġu pprovduti servizzi ta' tlaqqigħ ibbażati fuq l-evidenza mnebbħa mill-analitika u affinitajiet tan-netwerks lill-entitajiet interessati sabiex jgħaqqdu konsorzji għal proġetti kollaborattivi, b'attenzjoni partikolari għall-identifikazzjoni ta' opportunitajiet ta' netwerking għal entitajiet legali minn Stati Membri bi prestazzjoni baxxa fir-R&I. Fuq il-bażi ta' analiżi bħal din, jistgħu jiġu organizzati avvenimenti mmirati ta' tlaqqigħ li jservu ta' sejħiet speċifiċi għall-proposti. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll strateġija ta' tixrid u sfruttament u żżid id-disponibbiltà u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-għarfien tal-Programm biex tħaffef l-isfruttament lejn l-adozzjoni mis-suq u tqawwi l-impatt tal-Programm. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni kif ukoll attivitajiet ta' informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità, disseminazzjoni u użu sakemm dawn ikunu relatati għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 47

Evalwazzjoni tal-programm

1.  L-evalwazzjonijiet tal-programm għandhom jitwettqu fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-programm, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħra rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha bl-assistenza tal-esperti indipendenti tintgħażel abbażi ta' proċess trasparenti, imwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Hija għandha tinkludi analiżi tal-portafoll u valutazzjoni tal-impatt fit-tul ta' Programmi Qafas preċedenti u għandha tifforma l-bażi biex tiġi aġġustata l-implimentazzjoni ta' u/jew biex jiġi rieżaminat il-programm, kif adatt. Hija għandha tivvaluta x'joffri l-Programm f'termini ta' effikaċja, effiċjenza, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-Unjoni.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, evalwazzjoni finali tal-Programm għandha titlesta mill-Kummissjoni. Hija għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul ta' Programmi Qafas preċedenti.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika u tikkomunika r-riżultati u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha u għandha tippreżentahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 48

Awditi

1.  Is-sistema ta' kontroll għall-Programm għandha tiżgura bilanċ adatt bejn il-fiduċja u l-kontroll, filwaqt li jitqisu l-kostijiet amministrattivi u kostijiet oħra tal-kontrolli fil-livelli kollha, speċjalment għall-benefiċjarji. Ir-regoli dwar l-awditi għandhom ikunu ċari, konsistenti u koerenti fil-Programm kollu.

2.  L-istrateġija tal-awditi għall-Programm għandha tkun ibbażata fuq l-awditu finanzjarju ta' kampjun rappreżentattiv tan-nefqa fil-firxa tal-Programm kollu. Il-kampjun rappreżentattiv għandu jkun ikkumplimentat b'għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati man-nefqa. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn diversi programmi tal-Unjoni għandhom jiġu vverifikati darba waħda biss, li tkopri l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.

3.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jista' jiddependi fuq reviżjonijiet tas-sistemi kkombinati fil-livell tal-benefiċjarji. Dawn ir-rieżamijiet ikkombinati għandhom ikunu fakultattivi għal ċerti tipi ta' benefiċjarji u għandhom jikkonsistu f'awditjar tas-sistemi u tal-proċess, ikkomplementat minn awditjar tat-tranżazzjonijiet, imwettaq minn awditur indipendenti kompetenti lu jkun ikkwalifikat biex iwettaq awditi statutorji ta' dokumenti tal-kontijiet skont id-Direttiva 2006/43/KE(33). Huma jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni jew korp ta' finanzjament biex jistabbilixxi assigurazzjoni ġenerali tal-ġestjoni finanzjarja tajba tan-nefqa u għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-livell ta' awditi ex post u ċertifikati ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji.

4.  Barra minn hekk, f'konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jistgħu jiddependu fuq awditi dwar l-użu ta' kontribuzzjonijiet tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet oħra indipendenti u kompetenti, inkluż minn barra minn dawk b'mandat mill-Istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni.

5.  L-awditi jistgħu jitwettqu sa sentejn wara l-ħlas tal-bilanċ.

5a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida tal-awditjar, bil-għan li tiżgura applikazzjoni u interpretazzjoni affidabbli u uniformi tal-proċeduri u tar-regoli tal-awditjar tul il-programm kollu.

Artikolu 49

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.  Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha, u l-Qorti tal-Awdituri, għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, jew fil-każ ta ' organizzazzjonijiet internazzjonali, is-setgħa ta ' verifika f ' konformità mal-ftehimiet li jkunu ntlaħqu magħhom, abbażi ta ' dokumenti u fil-post, fir-rigward tal-benefiċjarji, il-kuntratturi u s-subkuntratturi kollha tal-għotjiet , li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

2.  L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kien hemmx frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' finanzjament tal-Unjoni jew garanziji baġitarji skont dan ir-Regolament.

3.  L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll ikunu meħtieġa li jikkooperaw mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), skont il-Ftehimiet ta' Assistenza Legali Reċiproka, meta jwettaq investigazzjonijiet dwar reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2017/1939.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u impenji legali oħrajn, kif ukoll ftehimiet li jistabbilixxu garanzija baġitarja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkollhom dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa b'mod espliċitu lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu t-tali awditi, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Dan għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jew ta' operazzjoni ta' finanzjament sostnuta, b'mod sħiħ jew parzjali, minn garanzija baġitarja tagħti drittijiet ekwivalenti.

Artikolu 50

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 45(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 45(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 45(2) għandu jidħol fis-seħħ jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 51

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1290/2013 qed jiġu mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

Artikolu 52

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1290/2013, li għandhom ikomplu japplikaw għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom. Programmi ta' ħidma u azzjonijiet previsti fil-pjanijiet ta' ħidma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 u skont l-atti bażiċi tal-korpi ta' finanzjament korrispondenti għandhom ukoll ikomplu jiġu rregolati mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 u dawk l-atti bażiċi sat-tlestija tagħhom.

2.  Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont il-predeċessur tiegħu r-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

Artikolu 53

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

IL-LINJI PRINĊIPALI TAL-ATTIVITAJIET

L-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom jiġu segwiti fil-Programm kollu, permezz tal-oqsma ta' intervent u l-linji ġenerali ta' attività deskritti f'dan l-Anness, kif ukoll fl-Anness I tal-Programm Speċifiku.

(1)  Pilastru I "Xjenza Eċċellenti"

Permezz tal-attivitajiet li ġejjin, dan il-pilastru, f'konformità mal-Artikolu 4, għandu jippromwovi l-eċċellenza xjentifika, jattira l-aqwa talent lejn l-Ewropa, jipprovdi l-appoġġ adatt għar-riċerkaturi fi stadju bikri u jappoġġa l-ħolqien u t-tixrid ta' eċċellenza xjentifika, għarfien, metodoloġiji u ħiliet ta' kwalità għolja, teknoloġiji u soluzzjonijiet għall-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi globali. Għandu jikkontribwixxi wkoll lejn l-objettivi speċifiċi l-oħra tal-Programm kif deskritt fl-Artikolu 3.

(a)  Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka: Jipprovdi finanzjament attraenti u flessibbli sabiex riċerkaturi individwali b'talent u kreattivi, b'enfasi fuq l-eċċellenza xjentifika, u t-timijiet tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-mogħdijiet l-aktar promettenti fil-fruntieri tax-xjenza, irrispettivament min-nazzjonalità u l-pajjiż ta' oriġini tagħhom u abbażi tal-kompetizzjoni mifruxa mal-Unjoni msejsa unikament fuq il-kriterju ta' eċċellenza.

Oqsma ta' intervent: Xjenza fil-fruntieri tal-għarfien

(b)  L-Azzjonijiet Marie-Skłodowska Curie (MSCA): Jattrezzaw lir-riċerkaturi b'għarfien u ħiliet ġodda permezz tal-mobilità u l-esponiment bejn il-fruntieri, is-setturi u d-dixxiplini, itejbu t-taħriġ u s-sistemi tal-iżvilupp tal-karriera kif ukoll l-istrutturar u t-titjib istituzzjonali u nazzjonali għar-reklutaġġ, b'kont meħud tal-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi; b'dan il-mod, l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie jgħinu biex jibnu l-pedamenti ta' pajsaġġ ta' riċerka eċċellenti madwar l-Ewropa kollha billi jikkontribwixxu għal spinta lill-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, u biex jissolvew l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà.

Oqsma ta' intervent: It-trawwim tal-eċċellenza permezz tal-mobilità ta' riċerkaturi bejn il-fruntieri, is-setturi u d-dixxiplini; it-trawwim ta' ħiliet ġodda permezz ta' taħriġ eċċellenti tar-riċerkaturi; it-tisħiħ tar-riżorsi umani u l-iżvilupp tal-ħiliet fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka kollha; it-titjib u l-iffaċilitar tas-sinerġiji; il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku.

(c)  Infrastrutturi tar-Riċerka: L-arrikkiment tal-Ewropa b'infrastrutturi ta' riċerka sostenibbli ta' klassi mondjali li jkunu miftuħa u aċċessibbli għall-aqwa riċerkaturi mill-Ewropa u lil hinn minnha. L-inkoraġġiment tal-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka eżistenti, inklużi dawk iffinanzjati mill-FSIE. B'dan il-mod il-potenzjal tal-infrastruttura tar-riċerka biex issostni l-avvanz xjentifiku u l-innovazzjoni, u biex tippermetti li x-xjenza miftuħa u eċċellenti, skont il-prinċipji FAIR, ser jissaħħaħ, flimkien ma' attivitajiet bil-politika marbuta mal-politika u l-kooperazzjoni internazzjonali tal-Unjoni.

Oqsma ta' intervent: Il-konsolidament u l-iżvilupp tal-pajsaġġ tal-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka; Il-ftuħ, l-integrazzjoni u l-interkonnessjoni ta' infrastrutturi tar-riċerka; Il-potenzjal ta' innovazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej u l-attivitajiet ta' innovazzjoni u taħriġ; Rinfurzar tal-politika dwar l-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej u l-kooperazzjoni internazzjonali;

(2)  Pilastru II "Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali Ewropea"

Permezz ta' dawn l-attivitajiet li ġejjin, f'konformità mal-Artikolu 4, dan il-pilastru għandu jappoġġa l-ħolqien u t-tixrid aħjar ta' għarfien, teknoloġiji u soluzzjonijiet sostenibbli ġodda ta' kwalità għolja, isaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropa, isaħħaħ l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jiżviluppa, jappoġġa u jimplimenta l-politiki tal-Unjoni, u jagħti appoġġ lill-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi fl-industrija, partikolarment fl-SMEs u n-negozji l-ġodda, u s-soċjetà biex jiġu indirizzati l-isfidi globali. Għandu jikkontribwixxi wkoll lejn l-objettivi speċifiċi l-oħra tal-Programm kif deskritt fl-Artikolu 3.

L-SSH għandhom jiġu integrati b'mod sħiħ fir-raggruppamenti kollha, inkluż attivitajiet speċifiċi u dedikati.

Biex jiġu massimizzati l-flessibilità u s-sinerġiji tal-impatt, l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jiġu organizzati f'sitt clusters, interkonnessi permezz ta' infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej, li individwalment u flimkien ser jinċentivaw kooperazzjoni interdixxiplinari, transsettorjali, transpolitika, transkonfinali u internazzjonali. Attivitajiet minn firxa varjata ta' TRLs, fosthom TRLs mhux għoljin, ser ikunu koperti minn dan il-pilastru tal-Orizzont Ewropa.

Kull cluster jikkontribwixxi lejn bosta SDGs; u bosta SDGs huma appoġġati minn aktar minn cluster tan-negozju wieħed.

L-attivitajiet tar-R&I għandhom jiġu implimentati fir-raggruppamenti li ġejjin u bejniethom:

(a)  Raggruppament "Saħħa": It-titjib u l-ħarsien tas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini f'kull età, billi jkun iġġenerat għarfien ġdid, jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi, u tiġi żgurata l-integrazzjoni, fejn rilevanti, tal-perspettiva tal-ġeneri għall-prevenzjoni, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, it-trattament u l-kura tal-mard u l-iżvilupp tat-teknoloġiji tas-saħħa; il-mitigazzjoni tar-riskji fuq is-saħħa, il-protezzjoni tal-popolazzjonijiet u l-promozzjoni ta' saħħa tajba u benesseri, anke fuq il-post tax-xogħol; is-sistemi tas-saħħa pubblika jsiru aktar kosteffikaċi, ġusti u sostenibbli; il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-mard relatat mal-faqar; l-appoġġ lill-parteċipazzjoni tal-pazjenti u l-awtoġestjoni u li dawn ikunu possibbli.

Oqsma ta' intervent: Is-saħħa matul il-ħajja kollha; Id-determinanti tas-saħħa ambjentali u soċjali; Mard li ma jittiħidx u mard rari; Mard li jittieħed, inkluż il-mard relatat mal-faqar u injorat; Għodod, teknoloġiji u soluzzjonijiet diġitali għas-saħħa u l-kura, inkluż mediċina personalizzata; Sistemi tal-kura tas-saħħa.

(b)  Raggruppament "Kultura, kreattività u soċjetà inklużiva": It-tisħiħ tal-valuri demokratiċi ▌, inkluż l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, is-salvagwardja tal-wirt kulturali tagħna, l-esplorazzjoni tal-potenzjal tas-setturi kulturali u kreattivi, u l-promozzjoni tat-trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi, li jikkontribwixxu għall-inklużjoni u t-tkabbir, ▌inkluża l-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti.

Oqsma ta' intervent: Demokrazija u governanza; Kultura, wirt kulturali u kreattività; Trasformazzjonijiet soċjali u ekonomiċi.▌

(c)   Raggruppament "Sigurtà Ċivili għas-Soċjetà": Indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw mit-theddid persistenti ta' sigurtà, inkluża ċ-ċiberkriminalità, kif ukoll id-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.

Oqsma ta' intervent: Soċjetajiet reżiljenti għad-diżastri; Protezzjoni u sigurtà; Ċibersigurtà.

d)   Raggruppament "Diġitali, Industrija u Spazju": Ir-rinfurzar tal-kapaċitajiet u l-assigurazzjoni tas-sovranità tal-Ewropa f'teknoloġiji ewlenin abilitanti għad-diġitalizzazzjoni u l-produzzjoni, u fit-teknoloġija spazjali, tul il-katina tal-valur kollha, biex tinbena industrija kompetittiva, diġitali, b'livell baxx ta' karbonju u ċirkolari; tiġi żgurata provvista sostenibbli tal-materja prima; jiġu żviluppati materjali avvanzati u tiġi pprovduta l-bażi għall-avvanzi u l-innovazzjoni ▌fl-isfidi globali tas-soċjetà.

Oqsma ta' intervent: Teknoloġiji tal-manifattura; Teknoloġiji diġitali ewlenin, inklużi t-teknoloġiji kwantum; Teknoloġiji abilitanti emerġenti; Materjali avvanzati; Intelliġenza artifiċjali u robotika; Internet tal-ġenerazzjoni li jmiss; Computing avvanzat u Big Data; Industriji ċirkolari; Industriji b'livell baxx ta' karbonju u nodfa; Spazju, inkluż l-osservazzjoni tad-dinja.

(e)  Raggruppament "Klima, Enerġija u Mobilità": Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz ta' fehim aħjar tal-kawżi, l-evoluzzjoni, ir-riskji, l-impatti u l-opportunitajiet tiegħu, billi s-setturi tal-enerġija u tat-trasport isiru aktar favur il-klima u l-ambjent, aktar effiċjenti u kompetittivi, aktar intelliġenti, aktar sikuri, u aktar reżiljenti, jippromwovu l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, itejbu r-reżiljenza tal-Unjoni għax-xokkijiet esterni u jadattaw l-imġiba soċjali fir-rigward tal-SDGs.

Oqsma ta' intervent: Xjenza tal-klima u Soluzzjonijiet; Provvista tal-Enerġija; Sistemi u Grilji tal-Enerġija; Bini u Faċilitajiet Industrijali fit-Tranżizzjoni tal-Enerġija; Komunitajiet u Bliet; Kompetittività Industrijali fit-Trasport; Trasport u Mobilità Nodfa, Sikuri u Aċċessibbli; Mobilità Intelliġenti; Ħażna tal-Enerġija.

(f)   Raggruppament "Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent": Il-protezzjoni tal-ambjent, ir-restawr, il-ġestjoni sostenibbli u l-użu ta' riżorsi naturali u bijoloġiċi mill-art, l-ilmijiet interni u l-baħar biex titwaqqaf l-erożjoni tal-bijodiversità, tiġi indirizzata s-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni għal kulħadd u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, b'użu effiċjenti tar-riżorsi u ċirkolari u lejn bijoekonomija sostenibbli.

Oqsma ta' intervent: Osservazzjoni ambjentali; Bijodiversità u riżorsi naturali; Agrikoltura, forestrija u żoni rurali; Ibħra, oċeani u ilmijiet interni; Sistemi tal-ikel; Sistemi ta' innovazzjoni b'bażi bijoloġika fil-bijoekonomija tal-UE; Sistemi ċirkolari.

(g)   Azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka: Il-ġenerazzjoni ta' evidenza xjentifika ta' kwalità għolja għal politiki pubbliċi tajbin, effiċjenti u affordabbli. Inizjattivi u proposti ġodda għal-leġiżlazzjoni tal-UE jeħtieġu li evidenza trasparenti, komprensiva u bbilanċjata tiġi mfassla b'mod sensibbli, filwaqt li l-implimentazzjoni tal-politika teħtieġ li l-evidenza tkun imkejla u mmonitorjata. Il-JRC ser jipprovdi politiki tal-Unjoni b'evidenza xjentifika indipendenti u appoġġ tekniku matul iċ-ċiklu kollu tal-politika. Il-JRC ser jiffoka r-riċerka tiegħu fuq il-prijoritajiet ta' politika tal-UE.

Oqsma ta' intervent: Saħħa; Kultura, kreattività u soċjetà Inklużiva; sigurtà ċivili għas-soċjetà; teknoloġiji diġitali, industrija, u spazju; klima, enerġija u mobilità; ikel, bijoekonomija, riżorsi naturali, agrikoltura u ambjent; appoġġ għall-funzjonament tas-suq intern u l-governanza ekonomika tal-Unjoni; appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-iżvilupp ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; għodod u metodi analitiċi għat-tfassil tal-politika; ġestjoni tal-għarfien; trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija; appoġġ lil xjenza għall-pjattaformi politiċi.

(3)  Pilastru III "Ewropa Innovattiva"

Permezz tal-attivitajiet li ġejjin, skont l-Artikolu 4, dan il-pilastru għandu jippromwovi l-forom kollha ta' innovazzjoni, inkluża innovazzjoni mhux teknoloġika, primarjament fl-SMEs, inklużi negozji ġodda, bil-faċilitazzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku, id-dimostrazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien, u t-tisħiħ ▌tal-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi. Għandu jikkontribwixxi wkoll lejn l-objettivi speċifiċi l-oħra tal-Programm kif deskritt fl-Artikolu 3. L-EIC ser jiġi implimentat primarjament permezz ta' żewġ strumenti, il-Pathfinder, implimentat primarjament permezz tar-riċerka kollaborattiva, u l-Aċċelleratur.

(a)  Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka: għandu jiffoka prinċipalment fuq innovazzjoni rivoluzzjonarja u ta' tfixkil, billi jimmira b'mod partikolari lejn l-innovazzjoni li toħloq is-swieq, filwaqt li jappoġġa wkoll it-tipi kollha ta' innovazzjoni, inklużi dawk inkrimentali.

Oqsma ta' intervent: Pathfinder għal riċerka avvanzata, sostenn lit-teknoloġiji futuri u emerġenti rivoluzzjonarji, li joħolqu suq u/jew deep-tech; Aċċelleratur, tnaqqis fid-distakk finanzjarju bejn l-aħħar stadji tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u t-teħid tas-suq biex titħaddem b'mod effikaċi l-innovazzjoni rivoluzzjonarjali toħloq swieq ġodda, u kumpaniji li qed jespandu fejn is-suq ma jkunx qed jipprovdi finanzjament vijabbli; ▌attivitajiet addizzjonali tal-EIC bħal premjijiet u fellowships, u servizzi b'valur miżjud għan-negozji.

(b)  l-ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropea

Oqsma ta' intervent: L-attivitajiet ser jinkludu b'mod partikolari l-konnessjoni, fejn rilevanti f'kooperazzjoni mal-EIT, ma' ▌atturi nazzjonali u reġjonali ta' innovazzjoni u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi konġunti ta' innovazzjoni transfruntiera mill-Istati Membri, ir-Reġjuni u l-pajjiżi assoċjati, minn skambju ta' prattiki u għarfien dwar regolamentazzjoni tal-innovazzjoni għal tisħiħ tal-ħiliet personali għall-innovazzjoni għal azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni, inkluża innovazzjoni miftuħa jew immexxija mill-utent, biex tiżdied l-effikaċja tas-sistema Ewropea ta' innovazzjoni. Dan għandu jiġi implimentat b'sinerġija fost l-oħrajn mal-appoġġ tal-FEŻR għal ekosistemi tal-innovazzjoni u sħubijiet interreġjonali madwar temi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti.

(c)  L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Oqsma ta' intervent: Ekosistemi ta' innovazzjoni sostenibbli madwar l-Ewropa; Ħiliet ta' innovazzjoni u imprenditorija f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, inkluż żieda fil-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla fl-Ewropa kollha; Soluzzjonijiet ġodda fis-suq biex jindirizzaw l-isfidi ▌globali ▌; Sinerġiji u valur miżjud fi ħdan Orizzont Ewropa.

(4)  Parti "Twessigħ tal-parteċipazzjoni u tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka"

Permezz tal-attivitajiet li ġejjin, dan il-pilastru għandu jsegwi l-objettivi speċifiċi kif stabbiliti ▌fl-Artikolu 3(2)(d). Għandu jikkontribwixxi wkoll lejn ▌l-objettivi speċifiċi l-oħra tal-Programm kif deskritt fl-Artikolu 3. Filwaqt li tirfed il-Programm kollu, din il-parti ser tappoġġa l-attivitajiet li jikkontribwixxu għall-attrazzjoni tat-talent, it-trawwim taċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ u l-prevenzjoni tal-eżodu tal-imħuħ, Ewropa bbażata aktar fuq l-għarfien, aktar innovattiva u aktar ugwali bejn is-sessi, fuq quddiem nett tal-kompetizzjoni globali, it-trawwim tal-kooperazzjoni transnazzjonali u b'hekk jiġu ottimizzati l-qawwa u l-potenzjal nazzjonali fl-Ewropa kollha fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) bi prestazzjoni tajba, fejn l-għarfien u l-forza tax-xogħol b'ħiliet għoljin jiċċirkolaw b'mod liberu b'mod ibbilanċjat, fejn l-eżiti tar-R&I jinxterdu b'mod mifrux kif ukoll jinftiehmu u jiġu fdati minn ċittadini infurmati u jkunu ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha kemm huwa, u fejn il-politika tal-UE, b'mod partikolari l-politika dwar ir-R&I tissejjes fuq evidenza xjentifika ta' kwalità għolja.

Għandha tappoġġa wkoll attivitajiet bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-proposti minn entitajiet legali minn Stati Membri bi prestazzjoni baxxa fir-R&I, bħal kontrolli u pariri professjonali qabel isiru l-proposti, u jżidu l-attivitajiet tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali biex jiġi appoġġat in-netwerking internazzjonali, kif ukoll attivitajiet bil-għan li jappoġġaw entitajiet legali minn Stati Membri bi prestazzjoni baxxa fir-R&I li jingħaqdu ma' proġetti kollaborattivi diġà magħżula li fihom ma jkunux qed jieħdu sehem entitajiet legali minn Stati Membri bħal dawn.

Oqsma ta' intervent: Iż-żieda fil-parteċipazzjoni u l-firxa tal-eċċellenza, inkluż permezz tal-Ħolqien ta' Timijiet, Ġemellaġġi, Pożizzjonijiet ta' presidenti akkademiċi taż-ŻER, il-Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST), l-inizjattivi ta' eċċellenza u attivitajiet biex titrawwem iċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ; Ir-riforma u t-titjib tas-sistema Ewropea tar-R&I, inkluż pereżempju permezz billi tiġi appoġġata r-riforma tal-politika ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali, jiġu pprovduti ambjenti attraenti għall-karriera, u jiġu appoġġati x-xjenza tas-sessi u x-xjenza taċ-ċittadini.

ANNESS Ia

ISTITUT EWROPEW TAL-INNOVAZZJONI U T-TEKNOLOĠIJA (EIT)

Dawn li ġejjin għandhom japplikaw fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-programm tal-EIT:

1.  Raġunament

Kif jiddikjara b'mod ċar ir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-massimizzazzjoni tal-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE (il-Grupp ta' Livell Għoli Lamy), it-triq 'il quddiem hija li "nedukaw għall-futur u ninvestu fin-nies li ser jagħmlu bidla". B'mod partikolari, l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla Ewropej huma mħeġġa li jistimolaw l-imprenditorija, ineħħu l-fruntieri dixxiplinari u jistitutizzjonalizzaw kollaborazzjonijiet interdixxiplinari b'saħħithom bejn is-settur akkademiku u l-industrija. Skont stħarriġ reċenti, l-aċċess għal persuni li għandhom talent huwa fil-fatt l-aktar fattur importanti li jinfluwenza l-għażliet ta' postijiet tal-fundaturi Ewropej għan-negozji l-ġodda tagħhom. L-edukazzjoni imprenditorjali, l-opportunitajiet ta' taħriġ u l-iżvilupp ta' ħiliet kreattivi għandhom rwol ewlieni fil-kultivazzjoni ta' innovaturi futuri u fl-iżvilupp tal-abbiltajiet ta' dawk eżistenti sabiex dawn jespandu n-negozju tagħhom u jilħqu livelli ogħla ta' suċċess. L-aċċess għat-talent imprenditorjali, flimkien mal-aċċess għal servizzi professjonali, il-kapital u s-swieq fil-livell tal-UE, u t-tlaqqigħ ta' atturi tal-innovazzjoni ewlenin flimkien sabiex jaħdmu lejn għan komuni, huma ingredjenti ewlenin għat-trawwim ta' ekosistema tal-innovazzjoni. Hemm ħtieġa li jiġu koordinati l-isforzi mal-UE kollha sabiex tinħoloq massa kritika ta' raggruppamenti u ekosistemi imprenditorjali interkonnessi mal-UE kollha.

Illum, l-EIT huwa l-akbar ekosistema tal-innovazzjoni integrata fl-Ewropa li tlaqqa' flimkien sħab mid-dinja tan-negozju, tar-riċerka u tal-edukazzjoni u lil hinn. L-EIT ser tkompli tappoġġa l-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tagħha, li huma sħubijiet Ewropej fuq skala kbira li jindirizzaw sfidi globali speċifiċi u jsaħħu l-ekosistemi tal-innovazzjoni madwarhom. Ser tagħmel dan billi trawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards, biex b'hekk jinħolqu ambjenti li jwasslu għall-innovazzjoni, u billi tippromwovi u tappoġġa ġenerazzjoni ġdida intraprendituri u tistimula l-ħolqien ta' kumpaniji innovattivi b'sinerġija mill-qrib u b'komplementarjetà mal-EIC.

Madwar l-Ewropa, għad hemm bżonn ta' sforzi biex jiġu żviluppati ekosistemi fejn ir-riċerkaturi, l-innovaturi, l-industriji u l-gvernijiet ikunu jistgħu jinteraġixxu faċilment. L-ekosistemi tal-innovazzjoni, fil-fatt, għadhom mhumiex qed jaħdmu bl-aħjar mod minħabba għadd ta' ▌ raġunijiet, bħal pereżempju:

–  L-interazzjoni bejn l-atturi tal-innovazzjoni għadha mxekkla minn ostakli regolatorji u kulturali bejniethom;

–  L-isforzi sabiex jissaħħu ekosistemi ta' innovazzjoni għandhom jibbenefikaw minn koordinazzjoni u fokus ċar fuq objettivi u impatti speċifiċi.

Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali tal-futur, jinħatfu l-opportunitajiet ippreżentati minn teknoloġiji ġodda u jsir kontribut lejn tkabbir ekonomiku tajjeb għall-ambjent u sostenibbli, l-impjiegi, il-kompetittività u l-benesseri taċ-ċittadini Ewropej, jeħtieġ li l-kapaċità tal-Ewropa li tkun innovattiva tkompli tiġi msaħħa permezz ta': tisħiħ u trawwim tal-ħolqien ta' ambjenti ġodda u eżistenti li jwasslu għall-kollaborazzjoni u l-innovazzjoni; tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-innovazzjoni tas-settur akkademiku u tar-riċerka; appoġġ għal ġenerazzjoni ġdida ta' persuni imprenditorjali; stimulazzjoni tal-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi innovattivi, kif ukoll it-tisħiħ tal-viżibilità u r-rikonoxximent ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-UE, b'mod partikolari l-finanzjament tal-EIT għall-pubbliku ġenerali.

In-natura u l-iskala tal-isfidi tal-innovazzjoni jirrikjedu l-komunikazzjoni u l-mobilizzazzjoni tal-atturi u r-riżorsi fuq skala Ewropea, permezz tat-trawwim ta' kollaborazzjoni transkonfini. Is-silos bejn id-dixxiplini u tul il-ktajjen ta' valur iridu jinqerdu u jiġi mrawwem l-istabbiliment ta' ambjent favorevoli għal skambju effikaċi tal-għarfien u l-għarfien espert, u għall-iżvilupp u l-attrazzjoni ta' talenti imprenditorjali. L-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-EIT għandha tiżgura koerenza mal-isfidi ta' Orizzont Ewropa, kif ukoll komplementarjetà mal-EIC.

2.  Oqsma ta' Intervent

2.1.  Ekosistemi ta' innovazzjoni sostenibbli madwar l-Ewropa

F'konformità mar-regolament tal-EIT u l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni, l-EIT, l-EIT ser jaqdi rwol rinfurzat fit-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni bbażati fuq l-isfidi madwar l-Ewropa. B'mod partikolari, l-EIT ser ikompli jopera primarjament permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) tiegħu, is-sħubijiet Ewropej fuq skala kbira li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà speċifiċi. Huwa ser ikompli jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni madwarhom, billi jiftaħhom u jrawwem l-integrazzjoni tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. Barra minn hekk, l-EIT ser isaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa billi jespandi l-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali (RIS tal-EIT) tiegħu. L-EIT ser jaħdem b'ekosistemi tal-innovazzjoni li jesebixxu potenzjal għoli ta' innovazzjoni abbażi tal-istrateġija, l-allinjament tematiku u l-impatt previst, u f'sinerġija mill-qrib ma' Strateġiji u Pjattaformi ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti.

–  It-tisħiħ tal-effikaċja u d-dispożizjoni għal sħab ġodda tal-KICs eżistenti li jippermettu t-tranżizzjoni lejn awtosostenibbiltà fit-tul, u l-analiżi tal-ħtieġa li jiġu stabbiliti oħrajn ġodda biex jiġu indirizzati l-isfidi globali. L-oqsma tematiċi speċifiċi ser jiġu definiti fl-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni, fejn jitqies l-Ippjanar Strateġiku;

–  L-aċċellerazzjoni tar-reġjuni lejn l-eċċellenza f'pajjiżi li huma definiti fl-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni f'kooperazzjoni mill-qrib ma' fondi strutturali u programmi ta' finanzjament oħra rilevanti tal-UE fejn xieraq.

2.2.  Ħiliet ta' innovazzjoni u imprenditorjali f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, inkluż iż-żieda fil-kapaċitajiet tal-universitajiet fl-Ewropa kollha.

L-attivitajiet tal-edukazzjoni tal-EIT ser jiġu rinfurzati sabiex jittrawmu l-innovazzjoni u l-imprenditorija permezz ta' edukazzjoni u taħriġ utli. Fokus aktar b'saħħtu fuq l-iżvilupp tal-kapital uman ser jkun imsejjes fuq l-espansjoni ta' programmi tal-edukazzjoni eżistenti tal-KICs tal-EIT bil-ħsieb li l-istudenti u l-professjonisti jkomplu jingħataw kurrikuli ta' kwalità għolja li jkunu bbażati fuq l-innovazzjoni, il-kreattività u l-imprenditorija li b'mod partikolari huma konformi mal-istrateġija industrijali u tal-ħiliet tal-UE. Dan jista' jinkludi riċerkaturi u innovaturi appoġġati minn partijiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari MSCA. L-EIT ser jappoġġa wkoll il-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla fl-Ewropa kollha u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekosistemi tal-innovazzjoni billi jiġu stimolati u miżjudin il-potenzjal u l-kapaċitajiet imprenditorjali tagħhom u jiġu mħeġġa jantiċipaw aħjar ir-rekwiżiti tal-ħiliet il-ġodda.

–  L-iżvilupp ta' kurrikuli innovattivi, li jikkunsidraw il-ħtiġijiet futuri tas-soċjetà u tal-industrija, u programmi trasversali sabiex jiġu offruti lill-istudenti, lill-imprendituri u lill-professjonisti madwar l-Ewropa u lil hinn minnha, fejn l-għarfien speċjalizzat u dak speċifiku għas-settur jiġi kkombinat ma' ħiliet orjentati lejn ▌l-innovazzjoni u dawk imprenditorjali, bħall-ħiliet fit-teknoloġija avvanzata ▌b'rabta mat-teknoloġiji diġitali u sostenibbli abilitanti ewlenin;

–  It-tisħiħ u l-espansjoni tat-tikketta tal-EIT sabiex jittejbu l-viżibilità u r-rikonoxximent tal-EIT tal-programmi tal-edukazzjoni abbażi ta' sħubijiet bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, ċentri tar-riċerka u kumpaniji differenti filwaqt li tissaħħaħ il-kwalità ġenerali tagħha bl-offerta ta' kurrikuli fejn titgħallem bil-prattika u edukazzjoni imprenditorjali intenzjonata li hija utli, kif ukoll mobilità internazzjonali, interorganizzazzjonali u transsettorjali;

–  L-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-innovazzjoni u l-imprenditorija tas-settur tal-edukazzjoni għolja, permezz tal-ingranaġġ u l-promozzjoni tal-għarfien espert tal-Komunità tal-EIT fil-kollegament tal-edukazzjoni mar-riċerka u n-negozju;

–  Ir-rinforz tar-rwol tal-komunità ta' Alumni tal-EIT bħala mudell għall-istudenti l-ġodda u strument b'saħħtu sabiex jiġi kkomunikat l-impatt tal-EIT.

2.3.  Soluzzjonijiet ġodda fis-suq biex jindirizzaw l-isfidi globali

L-EIT ser jiffaċilita, isaħħaħ u jippremja l-imprendituri, l-innovaturi, ir-riċerkaturi, l-edukaturi, l-istudenti u atturi tal-innovazzjoni, filwaqt li jiżgura l-integrazzjoni tal-ġeneri, sabiex jaħdmu flimkien f'timijiet transdixxiplinari biex jiġġeneraw l-ideat u jittrasformawhom kemm f'innovazzjonijiet inkrementali kif ukoll fixkiela. L-attivitajiet ser jkunu karatterizzati minn innovazzjoni miftuħa u approċċ transfruntier, b'fokus fuq l-inklużjoni tal-attivitajiet rilevanti tat-Triangolu tal-Għarfien li huma pertinenti sabiex dawn ikunu ta' suċċess (pereżempju, il-promoturi tal-proġett jistgħu jtejbu l-aċċess tagħhom għal: gradwati bi kwalifiki speċifiċi, utenti ewlenin, negozji ġodda b'ideat innovattivi, ditti mhux domestiċi b'assi kumplimentari rilevanti, eċċ.).

–  Appoġġ tal-iżvilupp ta' prodotti, servizzi u opportunitajiet tas-suq fejn l-atturi tat-Triangolu tal-Għarfien ser jikkollaboraw sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi globali;

—   Tintegra b'mod sħiħ il-katina tal-valur tal-innovazzjoni kollha kemm hija: minn student sa intraprenditur, minn idea sal-prodott, minn laboratorju għall-konsumatur. Dan jinkludi appoġġ għal negozji ġodda u għall-espansjoni tan-negozji.

–  L-għoti ta' servizzi ta' livell għoli u appoġġ lin-negozji innovattivi, inkluża assistenza teknika sabiex il-prodotti u s-servizzi jiġu rfinuti, mentoraġġ sostantiv, appoġġ sabiex jiġu żgurati l-konsumaturi fil-mira u jinġabar il-kapital, sabiex jilħqu s-suq b'pass imħaffef u l-proċess ta' tkabbir tagħhom jiġi mħaffef ukoll.

2.4.  Sinerġiji u valur miżjud fi ħdan Orizzont Ewropa

L-EIT ser jagħmel aktar sforzi sabiex jikkapitalizza fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet bejn il-KICs eżistenti u ma' atturi u inizjattivi differenti fil-livelli tal-UE u globali u jestendi n-netwerk tiegħu ta' organizzazzjonijiet li jikkollaboraw flimkien kemm fil-livelli strateġiċi kif ukoll operattivi, filwaqt li jiġu evitati duplikazzjonijiet.

–  Kooperazzjoni mill-qrib mal-EIC u InvestEU fis-semplifikazzjoni tal-appoġġ (jiġifieri, finanzjament u servizzi) mogħti lil ▌impriżi innovattivi kemm fl-istadju ta' bidu kif ukoll f'dak ta' espansjoni, partikolarment permezz tal-KICs;

–  L-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-EIT sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' partijiet oħra tal-Programm;

–  Involviment mal-Istati Membri tal-UE, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali, filwaqt li jiġi stabbilit djalogu strutturat u jiġu kkoordinati l-isforzi sabiex ikun hemm sinerġiji ma'inizjattivi nazzjonali u reġjonali, inkluż strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, b'konsiderazzjoni wkoll tal-implimentazzjoni tal-"Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni", sabiex jiġu identifikati, kondiviżi u disseminati l-aħjar prattikiu tagħlimiet;

–  Skambju u tixrid tal-prattiki innovattivi u t-tagħlimiet madwar l-Ewropa u lil hinn bħala kontribut għall-politika innovattiva fl-Ewropa b'koordinazzjoni ma' partijiet oħra ta' Orizzont Ewropa;

–  Il-forniment ta' input fid-diskussjonijiet ta' politika tal-innovazzjoni u l-kontribuzzjoni għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta' politika tal-UE permezz ta' ħidma kontinwa mas-servizzi kollha rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea, programmi oħrajn tal-UE u l-partijiet ikkonċernati tagħhom, u l-esplorazzjoni ulterjuri ta' opportunitajiet fi ħdan l-inizjattivi ta' implimentazzjoni tal-politiki;

–  L-isfruttament ta' sinerġiji ma' programmi oħrajn tal-UE, inkluż dawk li jappoġġaw l-iżvilupp u l-innovazzjoni tal-kapital uman (eż., COST, FSE+, FEŻR, Erasmus+, Ewropa Kreattiva u COSME Plus/is-Suq Uniku, InvestEU);

–  Il-bini ta' alleanzi strateġiċi ma' atturi tal-innovazzjoni ewlenin fil-livell tal-UE u internazzjonali, u appoġġ lill-KICs sabiex jiġu żviluppati kollaborazzjoni u rabtiet mas-sħab prinċipali tat-Triangolu tal-Għarfien minn pajjiżi terzi, bil-għan li jinfetħu swieq ġodda għas-soluzzjonijiet appoġġati mill-KICs u jiġu attirati l-finanzjament u t-talent minn pajjiżi barranin. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi għandha tiġi promossa fir-rigward tal-prinċipji ta' reċiproċità u benefiċċji reċiproċi.

ANNESS III

SĦUBIJIET

Is-Sħubijiet Ewropej għandhom jiġu magħżulin u implimentati, mmonitorjati, evalwati, imneħħija b'mod gradwali jew imġedda abbażi tal-kriterji li ġejjin:

1)  Għażla

(a)  Dimostrazzjoni li s-Sħubija Ewropea hija aktar effettiva biex jinkisbu l-objettivi relatati tal-Programm permezz tal-involviment u l-impenn tas-sħab, b'mod partikolari biex jinkisbu impatti ċari għall-UE u ċ-ċittadini tagħha, b'mod notevoli fid-dawl li jkun hemm riżultati fuq l-isfidi globali u l-objettivi tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jiġu żgurati l-kompetittività, is-sostenibbiltà u l-kontribuzzjoni fit-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u, fejn rilevanti, l-Innovazzjoni u l-impenji internazzjonali;

Fil-każ tas-Sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati stabbiliti skont l-Artikolu 185 TFUE, il-parteċipazzjoni ta' mhux anqas minn 40 % tal-Istati Membri tal-UE hija obbligatorja;

(b)  Il-koerenza u s-sinerġiji tas-Sħubija Ewropea fi ħdan il-pajsaġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE, skont ir-regoli ta' Orizzont Ewropa sa fejn l-aktar possibbli;

(c)  It-trasparenza u l-aċċess miftuħ tas-Sħubija Ewropea fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-objettivi f'termini ta' riżultati u impatti mistennija u fir-rigward tal-involviment tas-sħab u l-partijiet ikkonċernati, mill-katina tal-valur kollha, minn setturi, sfondi u dixxiplini differenti, inkluż dawk internazzjonali fejn ikun rilevanti u bla interferenza mal-kompetittività Ewropea; modalitajiet ċari għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-SMEs u għat-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati, partikolarment mill-SMEs, inkluż permezz ta' organizzazzjonijiet intermedjarji;

(d)  Dimostrazzjoni ex-ante tal-addizzjonalità u d-direzzjonalità tas-Sħubija Ewropea, inkluża viżjoni strateġika komuni tal-iskop tas-Sħubija Ewropea. Din il-viżjoni ser tinkludi b'mod partikolari:

–  l-identifikazzjoni tar-riżultati konkreti mistennija, l-eżiti u l-impatti li jitkejlu fi ħdan perjodi ta' żmien speċifiċi, inkluż valur ekonomiku ewlieni u/jew għas-soċjetà għall-Unjoni.

–  dimostrazzjoni ▌tal-effetti kwalitattivi u kwantitattivi sinifikanti ta' ingranaġġ mistennija, inkluż metodu għall-kejl tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni;

–  approċċi biex jiżguraw flessibilità tal-implimentazzjoni u biex jaġġustaw għall-politika, għas-soċjetà u/jew għall-bżonnijiet tas-suq, jew l-avvanzi xjentifiċi li jinbidlu, biex tiżdied il-koerenza politika bejn il-livelli reġjonali, nazzjonali u tal-UE;

–  strateġija ta' ħruġ u miżuri ta' tneħħija gradwali mill-Programm.

(e)  Dimostrazzjoni ex ante tal-impenn fit-tul tas-sħab, inkluż sehem minimu tal-investimenti pubbliċi u/jew privati;

Fil-każ tas-Sħubiji Ewropej istituzzjonalizzati, stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 185 jew 187 TFUE, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u/jew in natura tas-sħab barra dawk tal-Unjoni, ser jkunu ta' mill-anqas ugwali għal 50 % u jistgħu jaslu sa 75 % tal-impenji aggregati baġitarji tas-Sħubija Ewropea. Għal kull Sħubija Ewropea istituzzjonalizzata bħal din, sehem mill-kontribuzzjonijiet mis-sħab barra dak tal-Unjoni ser ikun f'forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji. Għas-sħab minbarra l-Unjoni u l-Istati Parteċipanti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandu jkollhom l-għan ewlieni li jkopru l-ispejjeż amministrattivi kif ukoll l-attivitajiet ta' koordinazzjoni u appoġġ flimkien ma' dawk mhux kompetittivi.

(ea)  Bi qbil mal-awtoritajiet reġjonali, il-FEŻR għandu jiġi aċċettat bħala kontribuzzjoni nazzjonali parzjali għall-azzjonijiet ta' kofinanzjament ta' Programm li jinvolvu lill-Istati Membri.

2)  Implimentazzjoni:

(a)  Approċċ sistemiku li jiżgura l-involviment attiv u bikri tal-Istati Membri u l-kisba tal-impatti mistennija tas-Sħubija Ewropea permezz tal-implimentazzjoni flessibbli tal-azzjonijiet konġunti ta' valur miżjud Ewropew għoli li jmorru wkoll lil hinn mis-sejħiet konġunti għall-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, inklużi dawk marbuta mat-teħid tas-suq, tar-regoli jew tal-politika;

(b)  Miżuri xierqa li jiżguraw aċċess miftuħ kontinwu tal-inizjattiva u trasparenza matul l-implimentazzjoni, b'mod partikolari għall-issettjar tal-prijorità u għall-parteċipazzjoni fis-sejħiet għall-proposti, informazzjoni dwar il-funzjonament tal-governanza, il-viżibilità tal-Unjoni, komunikazzjoni u miżuri ta' sensibilizzazzjoni, tixrid u sfruttament tar-riżultati, inkluża strateġija ċara ta' aċċess miftuħ/tal-utent matul il-katina tal-valur; miżuri adegwati biex tingħata informazzjoni lill-SMEs u tiġi promossa l-parteċipazzjoni tagħhom;

(c)  Il-koordinazzjoni u/jew l-attivitajiet konġunti ma' inizjattivi ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti oħra biex jiżguraw livell ottimali ta' interkonnessjonijiet u jiżguraw sinerġiji effettivi, fost l-oħrajn biex jingħelbu l-ostakli potenzjali għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali u tiżdied il-kosteffettività;

(d)  ▌Impenji, ▌għal kontribuzzjonijiet finanzjarji u/jew in natura minn kull sieħeb f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali matul il-ħajja kollha tal-inizjattiva;

(e)  Fil-każ tas-Sħubija Ewropea istituzzjonalizzata, aċċess għar-riżultati u informazzjoni oħra relatata mal-azzjoni għall-Kummissjoni għall-iskop tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki jew programmi tal-Unjoni.

3)  Monitoraġġ:

(a)  Sistema ta' monitoraġġ b'konformità mar-rekwiżiti stabbilti fl-Artikolu 45 biex tittraċċa l-progress lejn l-objettivi speċifiċi ▌ta' politika, riżultati u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jippermettu għal valutazzjoni matul iż-żmien tal-kisbiet, l-impatti u l-bżonnijiet potenzjali għal miżuri korrettivi;

(b)  Rapportar perjodiku dedikat dwar l-effetti kwantitattivi u kwalitattivi ta' ingranaġġ, inkluż dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura li twiegħdu u ġew proprjament ipprovduti , viżibilità u pożizzjonament fil-kuntest internazzjonali, impatt fuq ir-riskji relatati fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-investimenti tas-settur privat;

(c)  Informazzjoni dettaljata dwar il-proċess ta' evalwazzjoni u r-riżultati mis-sejħiet għal proposti kollha fis-sħubijiet, li għandhom isiru disponibbli fil-waqt u aċċessibbli f'bażi tad-data elettronika komuni.

4)  Evalwazzjoni, tneħħija gradwali u tiġdid:

(a)  Valutazzjoni tal-impatti miksuba fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali marbuta mal-miri ddefiniti u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jsostnu l-valutazzjoni tal-Programm stabbilita fl-Artikolu 47, inkluża l-valutazzjoni tal-mod ta' intervent ta' politika l-aktar effikaċi għal kwalunkwe azzjoni tal-futur; u l-pożizzjonament ta' kwalunkwe tiġdid possibbli ta' Sħubija Ewropea fil-pajsaġġ globali tas-Sħubiji Ewropej u tal-prijoritajiet politiċi tagħha;

(b)  Fin-nuqqas ta' tiġdid, miżuri adatti li jiżguraw it-tneħħija gradwali tal-finanzjament tal-Programm Qafas skont ▌il-kundizzjonijiet u l-iskeda ta' żmien maqbula mas-sħab impenjati legalment ex-ante, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' finanzjament transnazzjonali kontinwat minn programmi nazzjonali jew oħra tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-investiment privat u l-proġetti li għaddejjin.

ANNESS IV

SINERĠIJI MA' PROGRAMMI OĦRA

1.  Is-sinerġiji mal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (Politika Agrikola Komuni - PAK) ser jiżguraw li:

(a)  ir-riċerka u l-innovazzjoni tas-settur agrikolu u ż-żoni rurali fi ħdan l-UE huma identifikati b'mod partikolari fi ħdan is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni "Produttività u Sostenibbiltà Agrikoli"(34) u meqjusa fil-proċessi tal-ippjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Programm u tal-programmi ta' ħidma;

(b)  il-PAK tagħmel l-aħjar użu mir-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni u tippromwovi l-użu, l-implimentazzjoni u l-iskjerament tas-soluzzjonijiet innovattivi, inklużi dawk li jirriżultaw minn proġetti ffinanzjati mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u mis-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni "Produttività u Sostenibbiltà Agrikoli" u l-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tal-EIT rilevanti;

(c)  il-FAEŻR jappoġġa t-teħid u t-tixrid tal-għarfien u s-soluzzjonijiet li jirriżultaw mir-riżultati tal-Programm li jwasslu għal settur tal-biedja aktar dinamiku u opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp ta' żoni rurali.

2.  Is-sinerġiji mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) ser jiżguraw li:

(a)  il-Programm u l-FEMS jkunu ġeneralment interkonnessi hekk kif il-ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE fil-qasam tal-politika dwar il-baħar u marittima ser jiġu tradotti permezz tal-proċess tal-ippjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Programm;

(b)  il-FEMS tappoġġa l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda u prodotti, proċessi u servizzi innovattivi, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Programm fl-oqsma tal-politika tal-baħar u marittima; il-FEMS tippromwovi wkoll il-ġbir tad-data fil-post u l-ipproċessar ta' data u xxerred azzjonijiet rilevanti appoġġati taħt il-Programm, li min-naħa tiegħu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Marittima Integrata, il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani u l-impenji internazzjonali.

3.  Is-sinerġiji mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) ser jiżguraw li:

(a)  l-arranġamenti għall-finanzjament mgħaqqad mill-FEŻR u minn Orizzont Ewropa jintużaw biex jappoġġaw attivitajiet li jipprovdu pont bejn Programmi Operazzjonali reġjonali, l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u eċċellenza internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż l-programmi transreġjonali/transnazzjonali konġunti u l-Infrastrutturi ta' Riċerka mal-Ewropa kollha, bil-għan li tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

(aa)  il-fondi tal-FEŻR jistgħu jiġu ttrasferiti fuq bażi volontarja biex jappoġġaw attivitajiet taħt il-Programm, b'mod partikolari s-Siġill ta' eċċellenza;

(b)  il-FEŻR jiffoka, fost l-oħrajn, fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni u r-riċerka u t-trasformazzjoni industrijali reġjonali u lokali, inkluż appoġġ tat-teħid tar-riżultati u l-introduzzjoni tat-teknoloġiji l-ġodda u s-soluzzjonijiet innovattivi mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni permezz tal-FEŻR;

(ba)  jittejbu l-ekosistemi reġjonali eżistenti, in-netwerks tal-pjattaforma u l-istrateġiji reġjonali.

4.  Is-sinerġiji mal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ser jiżguraw li:

(a)  il-FSE + jista' jintegra u jespandi l-kurrikuli innovattivi appoġġati mill-Programm, permezz ta' programmi nazzjonali jew reġjonali, sabiex jattrezzaw lin-nies bil-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi tal-futur;

(b)  jistgħu jintużaw fuq bażi volontarja arranġamenti għall-finanzjament komplementari mill-FSE+ biex jappoġġaw attivitajiet tal-Programm li jippromwovu l-iżvilupp tal-kapital uman fir-riċerka u l-innovazzjoni bil-għan li tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka; [Em. 148]

(c)  il-qasam tas-Saħħa tal-Fond Soċjali Ewropew+ jintegra t-teknoloġiji innovattivi u l-mudelli ta' negozju u soluzzjonijiet ġodda, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Programmi, sabiex jikkontribwixxu għal sistemi tal-kura tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u sostenibbli tal-Istati Membri u jiffaċilitaw l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini Ewropej.

5.  Is-sinerġiji mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) ser jiżguraw li:

(a)  il-bżonnijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u s-settur diġitali fi ħdan l-UE jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess ta' ppjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Programm;

(b)  is-CEF jappoġġa l-introduzzjoni u l-iskjerament fuq skala kbira u tat-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet innovattivi ġodda fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u tal-infrastrutturi fiżiċi diġitali, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni;

(c)  l-iskambju ta' informazzjoni u data bejn il-Programm Qafas u l-proġetti tas-CEF ser jkun iffaċilitat, pereżempju, billi ssir enfasi fuq it-teknoloġiji mill-Programm Qafas b'tħejjija qawwija tas-suq li jkunu jistgħu jiġu skjerati aktar permezz tas-CEF.

6.  Is-sinerġiji mal-Programm Ewropa Diġitali (DEP) ser jiżguraw li:

(a)  peress li diversi oqsma tematiċi indirizzati mill-Programm u mid-DEP jikkonverġu, it-tip ta' azzjonijiet li jridu jiġu appoġġati, l-outputs mistennija tagħhom u l-loġika ta' intervent tagħhom huma differenti u komplimentari;

(b)  il-bżonnijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni marbutin mal-aspetti diġitali jiġu identifikati u stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tar-riċerka u l-innovazzjoni; dan jinkludi r-riċerka u l-innovazzjoni għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà, it-Teknoloġiji tar-Reġistru Distribwit, it-Teknoloġiji tal-Kwantum li jgħaqqdu t-teknoloġiji diġitali ma' teknoloġiji oħra ta' sostenn u innovazzjonijiet mhux teknoloġiċi; appoġġ għall-espansjoni tal-kumpaniji li jintroduċu innovazzjonijiet rivoluzzjonarji (ħafna minnhom ser jgħaqqdu t-teknoloġiji diġitali mat-teknoloġiji fiżiċi; l-integrazzjoni tad-diġitali fil-pilastru kollu "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea"; u l-appoġġ għall-infrastrutturi diġitali ta' riċerka;

(c)  id-DEP jiffoka fuq il-kapaċità diġitali ta' skala kbira u l-bini tal-infrastruttura fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà, it-Teknoloġiji tar-Reġistru Distribwit, it-Teknoloġiji tal-Kwantum u l-ħiliet diġitali avvanzati li jimmiraw lejn teħid u skjerament wesgħin fl-Ewropa kollha tas-soluzzjonijiet diġitali innovattivi eżistenti jew ittestjati fi ħdan qafas tal-UE f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju); id-DEP jiġi prinċipalment implimentat permezz ta' investimenti kkoordinati u strateġiċi mal-Istati Membri, b'mod partikolari permezz ta' akkwist pubbliku konġunt, f'kapaċitajiet diġitali li jridu jinqasmu mal-Ewropa kollha u f'azzjonijiet fl-UE kollha li jappoġġaw l-interoperabilità u l-istandardizzazzjoni bħala parti mill-iżvilupp ta' Suq Uniku Diġitali;

(d)  il-kapaċitajiet u l-infrastrutturi tad-DEP ikunu disponibbli fi ħdan il-komunità tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għal attivitajiet appoġġati permezz tal-Programm li jinkludu l-ittestjar, l-esperimentazzjoni u d-dimostrazzjoni fis-setturi u d-dixxiplini kollha;

(e)  it-teknoloġiji diġitali ġodda żviluppati permezz tal-Programm, b'mod progressiv jittieħdu u jiġu skjerati mid-DEP;

(f)  l-inizjattivi tal-Programm għall-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi fil-kurrikuli, inklużi dawk imwassla fiċ-ċentri ta' kolokazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u tal-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni, huma kkomplementati mill-bini tal-kapaċitajiet appoġġat mill-Ewropa Diġitali;

(g)  jiġu allinjati mekkaniżmi ta' koordinazzjoni b'saħħithom għall-ipprogrammar strateġiku u l-proċeduri operattivi taż-żewġ programmi, u l-istrutturi ta' governanza tagħhom jinvolvu s-servizzi rispettivi tal-Kummissjoni kif ukoll oħrajn ikkonċernati mill-partijiet differenti tal-programmi rispettivi.

7.  Is-sinerġiji mal-Programm tas-Suq Uniku ser jiżguraw li:

(a)  il-Programm tas-Suq Uniku jindirizza l-fallimenti tas-suq li jaffettwaw lill-SMEs kollha u ser jippromwovi l-intraprenditorija u l-ħolqien u t-tkabbir tal-kumpaniji. Teżisti komplimentarjetà sħiħa bejn il-Programm tas-Suq Uniku u l-azzjonijiet kemm tal-EIT kif ukoll tal-Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni futur għall-kumpaniji innovattivi, kif ukoll fil-qasam ta' servizzi ta' appoġġ għall-SMEs, b'mod partikolari fejn is-suq ma jipprovdix finanzjament vijabbli;

(b)  in-Netwerk Enterprise Europe jista' jservi, bħall-istrutturi ta' support għall-SME eżistenti oħra (pereżempju, il-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali, l-Aġenziji ta' Innovazzjoni, DIH, Ċentri ta' Kompetenza, inkubaturi ċertifikati), biex iwasslu s-servizzi ta' appoġġ taħt il-programm Orizzont Ewropa, filwaqt li jinkludu wkoll il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni.

8.  Is-sinerġiji mal-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) ser jiżguraw li:

il-bżonnijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jittrattaw l-isfidi ambjentali, klimatiċi u tal-enerġija fi ħdan l-UE jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess ta' ppjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Programm. Il-programm LIFE ser ikompli jaġixxi bħala katalist għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija, inkluż billi jittieħdu u jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni mill-Programm u jgħinu biex jiġu skjerati fuq l-iskala nazzjonali u (inter)reġjonali fejn dan jista' jgħin jindirizza kwistjonijiet ta' tranżizzjoni ambjentali, klimatiċi jew ta' enerġija nadifa. B'mod partikolari LIFE ser ikompli jinċentiva sinerġiji mal-Programm permezz tal-għoti ta' bonus matul l-evalwazzjoni tal-proposti li jinvolvu l-użu tar-riżultati mill-Programm. Proġetti standard ta' azzjoni ta' LIFE ser jappoġġaw l-iżvilupp, l-ittestjar jew id-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji jew metodoloġiji adatti għall-implimentazzjoni tal-politika dwar l-ambjent u l-klima tal-UE, li wara jistgħu jitħaddmu fuq skala kbira, iffinanzjati minn sorsi oħra, inkluż permezz tal-Programm. L-EIT tal-Programm kif ukoll il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni futur jistgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom biex jespandu u jikkummerċjalizzaw ideat rivoluzzjonarji ġodda li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-proġetti LIFE.

9.  Is-sinerġiji mal-Programm Erasmus ser jiżguraw li:

(a)  riżorsi mgħaqqdin mill-Programm u mill-Programm Erasmus jintużaw biex jappoġġaw attivitajiet iddedikati għat-tisħiħ u l-immodernizzar tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla Ewropej. Il-Programm ser jikkomplementa l-appoġġ li l-programm Erasmus jagħti lill-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, b'mod partikolari d-dimensjoni tar-riċerka tagħha bħala parti mill-iżvilupp ta' strateġiji konġunti u integrati ġodda fit-tul u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni bbażati fuq approċċi transdixxiplinari u transsettorjali biex jirrealizzaw it-triangolu tal-għarfien li jipprovdi spinta lit-tkabbir ekonomiku; l-attivitajiet edukattivi tal-EIT jistgħu jkunu kemm ta' ispirazzjoni għall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej kif ukoll interkonnessi magħha.

(b)  il-Programm u l-Programm Erasmus irawmu l-integrazzjoni tal-edukazzjoni u r-riċerka permezz tal-faċilitazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja biex ifasslu u jistabbilixxu l-istrateġiji komuni ta' edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni, biex jinformaw it-tagħlim bl-aħħar sejbiet u prattiki ta' riċerka biex joffru esperjenza attiva ta' riċerka għall-istudenti kollha u l-persunal ta' edukazzjoni ogħla u b'mod partikolari, ir-riċerkaturi, u li jappoġġaw attivitajiet oħra li jintegraw l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

10.  Is-sinerġiji mal-Programm Spazjali Ewropew ser jiżguraw li:

(a)  il-bżonnijiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni tas-setturi spazjali upstream u downstream fl-UE jkunu identifikati u stabbiliti bħala parti mill-proċess tal-ippjanar strateġiku tar-riċerka u tal-innovazzjoni tal-Programm; l-azzjonijiet ta' riċerka dwar l-ispazju implimentati permezz ta' Orizzont Ewropa ser ikunu implimentati fir-rigward tal-akkwist pubbliku u l-eliġibilità tal-entitajiet b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Programm Spazjali, fejn huwa xieraq;

(b)  id-data u s-servizzi spazjali magħmula disponibbli bħala ġid pubbliku mill-Programm Spazjali Ewropew jintużaw biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet rivoluzzjonarji permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż il-Programm Qafas, b'mod partikolari għall-ikel sostenibbli u r-riżorsi naturali, u l-monitoraġġ tal-klima, il-bliet intelliġenti, il-vetturi awtomatizzati, is-sigurtà u l-ġestjoni tad-diżastri;

(c)  Is-Servizzi ta' Aċċess għad-Data u għall-Informazzjoni ta' Copernicus ser jagħtu kontribut għall-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa u b'hekk ser jiffaċilitaw l-aċċess għad-data ta' Copernicus għar-riċerkaturi u għax-xjentisti; l-infrastrutturi tar-riċerka, b'mod partikolari n-netwerks tal-osservazzjoni fil-post ser jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-infrastruttura tal-osservazzjoni fil-post li tippermetti s-servizzi ta' Copernicus.

11.  Is-sinerġiji mal-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (l-"Istrument Estern") ser jiżguraw li l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Programm, bil-parteċipazzjoni ta' Pajjiżi Terzi u b'azzjonijiet immirati lejn il-kooperazzjoni internazzjonali, ifittxu l-allinjament u koerenza ma' teħid parallel fis-suq u oqsma ta' azzjonijiet ta' bini ta' kapaċitajiet taħt l-Istrument Estern, ibbażat fuq id-definizzjoni konġunta tal-bżonnijiet u l-oqsma ta' intervent, definiti b'mod komuni matul il-proċess tal-ippjanar ta' riċerka u innovazzjoni strateġika tal-Programm.

12.  Is-sinerġiji mal-Fond għas-Sigurtà Interna u l-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri ser jiżguraw li:

(a)  il-bżonnijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-oqsma tas-sigurtà u l-ġestjoni integrata tal-fruntieri jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess ta' ppjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Programm;

(b)  il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri jappoġġaw l-iskjerament ta' teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi ġodda, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-qasam tar-riċerka dwar is-sigurtà.

13.  Is-sinerġiji mal-InvestEU tal-Fond ser jiżguraw li:

(a)  mill-baġit tiegħu stess, il-Programm jipprovdi finanzjament imħallat ta' Orizzont Ewropa u l-EIC għall-innovaturi, ikkaratterizzat minn livell għoli ta' riskju u li għalih is-suq ma jipprovdix meta finanzjament vijabbli u sostenibbli rilevanti, u fl-istess ħin ser jipprovdu għall-koordinazzjoni xierqa b'appoġġ għat-twassil effikaċi u l-ġestjoni tal-parti privata tal-finanzi tal-finanzjament imħallat permezz ta' fondi u intermedjarji appoġġati mill-InvestEU;

(b)  strumenti finanzjarji għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-SMEs jinġabru flimkien taħt il-Fond InvestEU, b'mod partikolari permezz ta' tieqa tematika ddedikata lir-R&I, u permezz ta' prodotti skjerati taħt it-tieqa għall-SMEs li timmira kumpaniji innovattivi, u b'dan il-mod jgħinu wkoll biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm. Ser jiġu stabbiliti rabtiet komplimentari b'saħħithom bejn InvestEU u Orizzont Ewropa.

14.  Is-sinerġiji mal-Fond għall-Innovazzjoni taħt l-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet ("il-Fond għall-Innovazzjoni") ser jiżguraw li:

(a)  il-Fond għall-Innovazzjoni ser jimmira b'mod speċifiku l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, inkluż il-qbid ambjentalment sikuri tal-karbonju u l-użu li jikkontribwixxi b'mod sostanzjali biex jittaffa t-tibdil fil-klima, kif ukoll prodotti li jissostitwixxu dawk b'intensità qawwija ta' karbonju, u biex jgħinu jistimulaw il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' proġetti li jimmiraw lejn il-qbid ambjentalment sikur u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 kif ukoll ta' enerġija rinnovabbli innovattiva u teknoloġiji ta' ħżin tal-enerġija; Ser jinħoloq qafas xieraq biex jippermetti u jinċentivizza prodotti aktar ekoloġiċi b'valur miżjud sostenibbli għall-konsumaturi/l-utenti finali.

(b)  il-Programm ser jiffinanzja l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji, inklużi soluzzjonijiet rivoluzzjonarji, li jistgħu jagħtu riżultati ▌b'risq ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u l-objettivi tal-Unjoni dwar id-dekarbonizzazzjoni, it-trasformazzjoni tal-enerġija u industrijali, b'mod speċjali fuq tal-Pilastru 2 tagħha u permezz tal-EIT;

(c)  il-Fond għall-Innovazzjoni jista', sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji tal-għażla u tal-għoti tiegħu, jappoġġa l-fażi tad-dimostrazzjoni tal-proġetti eliġibbli ▌. Proġetti li jirċievu appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u viċe versa. Sabiex jikkomplementa lil Orizzont Ewropa, il-Fond għall-Innovazzjoni jista' jikkonċentra fuq innovazzjonijiet qrib tas-suq li jikkontribwixxu għal tnaqqis sinifikanti u rapidu tal-emissjonijiet tas-CO2. Ser jiġu stabbiliti rabtiet komplimentari b'saħħithom bejn il-Fond għall-Innovazzjoni u Orizzont Ewropa.

15.  Is-sinerġiji mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom ser jiżguraw li:

(a)  il-Programm u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom jiżviluppaw azzjonijiet komprensivi li jappoġġaw l-edukazzjoni u t-taħriġ (inklużi l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie) bil-għan li jżommu u jiżviluppaw ħiliet rilevanti fl-Ewropa;

(b)  il-Programm u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom jiżviluppaw azzjonijiet ta' riċerka konġunta li jiffokaw fuq l-aspetti trażversali tal-użu bis-sigurtà u s-sikurezza tal-applikazzjonijiet tar-radjazzjoni jonizzanti li ma jaħdmux bil-qawwa elettrika fis-setturi bħall-mediċina, l-industrija, l-agrikoltura, l-ispazju, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u t-tħejjija għall-emerġenza u l-kontribuzzjoni tax-xjenza nukleari.

16.  Is-sinerġiji potenzjali mal-Fond Ewropew għad-Difiża ser jikkontribwixxu biex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

16a.  Is-sinerġiji ma' Ewropa Kreattiva ser jappoġġaw il-kompetittività u l-innovazzjoni, jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u soċjali u jippromwovu l-użu effikaċi tal-fondi pubbliċi.

16b.  Jistgħu jiġu previsti sinerġiji ma' kwalunkwe Proġett Importanti ta' Interess Ewropew Komuni (IPCEI).

ANNESS V

INDIKATURI EWLENIN TAD-DIREZZJONI TAL-IMPATT

Id-direzzjonijiet tal-impatt, u l-indikaturi ewlenin relatati mad-direzzjoni tal-impatt, għandhom jistrutturaw il-monitoraġġ tal-progress tal-Programm Qafas (FP) lejn l-objettivi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 3. Id-direzzjonijiet tal-impatt huma sensittivi għaż-żmien u jirriflettu tliet kategoriji tal-impatt komplementari li jirriflettu n-natura mhux lineari tal-investimenti fir-R&I: xjentifika, soċjetali u teknoloġika/ekonomika. Għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' impatt, ser jintużaw indikaturi biex jiġi segwit il-progress ta' distinzjoni bejn it-terminu qasir, medju u itwal, inkluż lil hinn mit-tul tal-Programm, b'possibbiltajiet ta' analiżi, inkluż mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati. Dawn l-indikaturi għandhom jinġabru bl-użu ta' metodoloġiji kwantitattivi u kwalitattivi. Il-partijiet individwali tal-Programm ser jikkontribwixxu għal dawn l-indikaturi bi gradi differenti u permezz ta' mekkaniżmi differenti. Jistgħu jintużaw indikaturi addizzjonali biex jimmonitorjaw il-partijiet individwali tal-programm, fejn rilevanti.

Il-mikrodata li ġejja mill-indikaturi ewlenin tad-direzzjoni tal-impatt ser tinġabar għall-partijiet kollha tal-Programm u għall-mekkaniżmi eżekuttivi kollha ġestita b'mod ċentrali u b'mod armonizzata fil-livell adatt tal-granularità b'piż minimu ta' rappurtar fuq il-benefiċjarji.

Barra minn hekk u lil hinn mill-indikaturi ewlenin tad-direzzjoni tal-impatt, id-data dwar l-aħjar implimentazzjoni tal-Programm għat-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, it-trawwim ta' parteċipazzjonijiet ibbażati fuq l-eċċellenza mill-Istati Membri kollha fil-Programm kif ukoll l-iffaċilitar tar-rabtiet kollaborattivi fir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej ser jinġabru u jiġu rrapportati f'kważi ħin reali bħala parti mid-data ta' implimentazzjoni u ta' ġestjoni, imsemmija fl-Artikolu 45. Din ser tinkludi, fost oħrajn, il-monitoraġġ ta' rabtiet kollaborattivi, l-analitika tan-netwerks, id-data dwar il-proposti, l-applikazzjonijiet, il-parteċipazzjonijiet u l-proġetti; l-applikanti u l-parteċipanti (inkluż it-tip ta' organizzazzjoni (bħall-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, l-SMEs u s-settur privat), pajjiż (bħal klassifikazzjoni speċifika għall-gruppi ta' pajjiżi bħall-Istati Membri, pajjiżi assoċjati u pajjiżi terzi), ġeneru, rwol fil-proġett, dixxiplina/settur xjentifiku, inkluż l-SSH); u l-livell ta' integrazzjoni tal-aspetti klimatiċi u l-infiq relatat.

Indikaturi xjentifiċi tad-direzzjoni tal-impatt

Il-programm huwa mistenni jkollu impatt xjentifiku billi joħloq għarfien ġdid ta' kwalità għolja, isaħħaħ il-kapital uman fir-riċerka u fl-innovazzjoni, u jrawwem it-tixrid tal-għarfien u x-Xjenza Miftuħa. Il-progress lejn dan l-impatt ser jiġi mmonitorjat permezz ta' indikaturi stabbiliti skont dawn it-tliet direzzjonijiet ewlenin tal-impatt.

L-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq is-soċjetà

Il-Programm huwa mistenni li jkollu impatt fuq is-soċjetà billi jindirizza l-prijoritajiet tal-politika tal-UE u sfidi globali, inkluż l-SDGs tan-NU, jimxi fuq il-prinċipji tal-Aġenda 2030 u l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, permezz tar-R&I, iwassal il-benefiċċji u l-impatt permezz ta' missjonijiet tar-R&I u tas-Sħubiji Ewropej u jsaħħaħ l-użu tal-innovazzjoni fis-soċjetà li fl-aħħar nett tikkontribwixxi għall-benesseri tan-nies. Il-progress lejn dan l-impatt ser jiġi mmonitorjat permezz ta' indikaturi stabbiliti skont dawn it-tliet direzzjonijiet ewlenin tal-impatt.

L-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt ▌ Teknoloġiku/Ekonomiku

Il-programm huwa mistenni li jkollu impatt ▌teknoloġiku/ekonomku speċjalment fi ħdan l-Unjoni billi jinfluwenzaw il-ħolqien u t-tkabbir ta' kumpaniji, partikolarment l-SMEs, inklużi negozji ġodda, il-ħolqien ta' impjiegi diretti u indiretti partikolarment fi ħdan l-Unjoni, u bl-ingranaġġ tal-investimenti għar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-progress lejn dan l-impatt ser jiġi mmonitorjat permezz ta' indikaturi stabbiliti skont dawn it-tliet direzzjonijiet ewlenin tal-impatt.

Anness V – Tabella 1

Lejn impatt

xjentifiku

Terminu ta' żmien qasir

Terminu ta' żmien medju

Terminu ta' żmien twil

Il-ħolqien ta' għarfien ġdid

Pubblikazzjonijiet -

Għadd ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi evalwati bejn il-pari

Ċitazzjonijiet -

Ponderata skont il-Qasam ta' pubblikazzjonijiet tal-FP evalwati bejn il-pari

pubblikazzjonijiet

Xjenza ta' klassi mondjali -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-pubblikazzjonijiet evalwati bejn il-pari minn

proġetti tal-FP li huma kontribuzzjoni ċentrali lill-oqsma xjentifiċi

It-tisħiħ tal-kapital uman fir-R&I

Ħiliet -

L-għadd ta' riċerkaturi involuti f'attivitajiet ta' titjib tal-ħiliet (taħriġ, mentoraġġ/gwida professjonali, mobilità u aċċess għal infrastrutturi tar-R&I) fil-proġetti tal-Programm Qafas

Karrieri -

L-għadd u l-kondiviżjoni ta'

riċerkaturi tal-FP b'ħiliet imtejba b'aktar impatt individwali fil-qasam tar-R&I tagħhom

Kundizzjonijiet tax-xogħol -

L-għadd u l-kondiviżjoni ta' riċerkaturi tal-FP b'kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba, inklużi l-pagi tar-riċerkaturi

It-trawwim tal-għarfien u x-xjenza miftuħa

Għarfien kondiviż -

Il-kondiviżjoni tal-outputs tar-riċerka tal-FP (data miftuħa/pubblikazzjonijiet/softwer eċċ.) kondiviżi permezz ta'

infrastrutturi tal-għarfien miftuħin

It-tixrid tal-għarfien -

Il-kondiviżjoni tal-outputs ta' riċerka tal-FP minn aċċess miftuħ, użati/ċitati b'mod attiv

Kollaborazzjonijiet ġodda -

Il-kondiviżjoni tal-benefiċjarji tal-FP li żviluppaw kollaborazzjonijiet transdixxiplinarji/trasnssettorjali ġodda mal-utenti tal-outputs tal-R&I tal-FP miftuħin tagħhom

Anness V – Tabella 2

Lejn impatt

soċjetali

Terminu ta' żmien qasir

Terminu ta' żmien medju

Terminu ta' żmien twil

L-indirizzar tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE u l-isfidi globali permezz tal-R&I

Outputs -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-outputs immirati lejn l-indirizzar tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE identifikati u l-isfidi globali (inklużi l-SDGs)

(multidimensjonali: għal kull prijorità identifikata)

Fosthom: L-għadd u l-kondiviżjoni tal-outputs relatati mal-klima mmirati biex iwettqu l-impenn tal-UE fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi

Soluzzjonijiet -

L-għadd u l-kondiviżjoni ta' innovazzjonijiet u riżultati tar-riċerka li jindirizzaw il-prijoritajiet tal-politika tal-UE identifikati u l-isfidi globali (inklużi l-SDGs)

(multidimensjonali: għal kull prijorità identifikata)

Fosthom: L-għadd u l-kondiviżjoni ta' innovazzjonijiet u riżultati tar-riċerka relatati mal-klima mmirati biex iwettqu l-impenn tal-UE fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi

Benefiċċji -

L-effetti stmati aggregati mill-użu/sfruttament tar-riżultati ffinanzjati mill-FP, dwar it-trattament ta' prijoritajiet ta' politika tal-UE identifikati u l-isfidi globali (inkluż l-SDGs), inkluż il-kontribut lejn iċ-ċiklu tal-politika u tat-tfassil tal-liġijiet (bħal normi u standards) (multidimensjonali: għal kull prijorità identifikata)

Fosthom: L-effetti stmati aggregati mill-użu/sfruttament ta' riżultati ffinanzjati mill-FP li huma rilevanti għall-klima dwar it-twettiq tal-impenn tal-UE fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi, inkluż il-kontribut lejn iċ-ċiklu tal-politika u tat-tfassil tal-liġijiet (bħal normi u standards)

It-twettiq tal-benefiċċji u l-impatt permezz tal- missjonijiet tal-R&I

Outputs tal-missjoni tar-R&I -

Outputs tar-R&I speċifika

Missjonijiet

(multidimensjonali: għal kull missjoni identifikata)

Riżultati tal-missjoni tal-R&I -

Riżultati tar-R&I speċifika

Missjonijiet

(multidimensjonali: għal kull missjoni identifikata)

Miri milħuqa f'missjoni tal-R&I -

Miri milħuqa f'missjonijiet speċifiċi tal-R&I

(multidimensjonali: għal kull missjoni identifikata)

It-tisħiħ tat-teħid tar-riċerka u tal-innovazzjoni fis-soċjetà

Kokreazzjoni -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-proġetti tal-FP fejn iċ-ċittadini u l-utenti finali tal-UE jikkontribwixxu fil-kokreazzjoni tal-kontenut tal-R&I

Impenn -

L-għadd u l-kondiviżjoni tal-entitajiet benefiċjarji tal-FP

b'mekkaniżmi ta' involviment ta' ċittadini u utenti finali wara l-proġett tal-FP

It-teħid tal-R&I tas-soċjetà

It-teħid u s-sensibilizzazzjoni tar-riżultati xjentifiċi kokreati tal-FP u s-soluzzjonijiet innovattivi

Anness V – Tabella 3

Lejn impatt teknoloġiku/ekonomiku

Terminu ta' żmien qasir

Terminu ta' żmien medju

Terminu ta' żmien twil

Il-ġenerazzjoni tat-tkabbir ibbażat fuq l-innovazzjoni

Outputs innovattivi -

L-għadd ta' prodotti, proċessi jew metodi innovattivi mill-FP (skont it-tip ta' innovazzjoni) u l-applikazzjonijiet għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali (IPR)

Innovazzjonijiet -

L-għadd ta' innovazzjonijiet mill-proġetti tal-FP (skont it-tip ta' innovazzjoni) inkluż mill-IPRs mogħtija

Tkabbir ekonomiku -

Il-ħolqien, it-tkabbir u l-ishma tas-suq tal-kumpaniji li żviluppaw l-innovazzjonijiet tal-FP

Il-ħolqien ta' aktar impjiegi u ta' impjiegi aħjar

Okkupazzjoni appoġġata -

L-għadd ta' impjiegi FTE maħluqa, u l-impjiegi miżmumin fl-entitajiet benefiċjarji għall-proġett tal-FP (skont it-tip ta' impjieg)

Okkupazzjoni sostnuta -

Iż-żieda fl-impjiegi FTE fl-entitajiet benefiċjarji għall-proġett tal-FP (skont it-tip ta' impjieg)

Okkupazzjoni totali -

L-għadd ta' impjiegi diretti u indiretti maħluqa jew miżmuma minħabba d-diffużjoni tar-riżultati tal-FP (skont it-tip ta' impjieg)

Ingranaġġ tal-investimenti fir-R&I

Koinvestmenti -

L-ammont ta' investiment pubbliku u privat immobilizzat b'investiment inizjali tal-FP

Espansjoni -

L-ammont ta' investiment pubbliku u privat immobilizzat biex jisfrutta jew jespandi r-riżultati tal-FP (inkluż investimenti diretti barranin)

Kontribuzzjoni għall-"mira ta' 3 %" -

Il-progress tal-UE lejn il-mira ta' 3 % tal-PDG minħabba l-FP

ANNESS Va

Oqsma għal missjonijiet possibbli u oqsma għal Sħubiji Ewropej istituzzjonalizzati possibbli li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikoli 185 jew 187 TFUE

F'konformità mal-Artikoli 7u 8 ta' dan ir-Regolament, l-oqsma għal Missjonijiet u Sħubijiet Ewropej possibbli li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikoli 185 jew 187 TFUE huma stabbiliti f'dan l-Anness.

I.  Oqsma għal Missjonijiet possibbli

Qasam ta' Missjonijiet 1: Adattament għat-Tibdil fil-Klima, inkluż it-Trasformazzjoni Soċjali

Qasam ta' Missjonijiet 2: Kanċer

Qasam ta' Missjonijiet 3: Oċeani, Ibħra, Ilmijiet Kostali u Interni f'Saħħithom

Qasam ta' Missjonijiet 4: Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti

Qasam ta' Missjonijiet 5: Saħħa tal-Ħamrija u tal-Ikel

Kull missjoni ser issegwi l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.

II.  Oqsma għal Sħubiji Ewropej istituzzjonalizzati possibbli abbażi tal-Artikolu 185 TFUE jew tal-Artikolu 187 TFUE

Qasam ta' Sħubija 1: Żvilupp aktar mgħaġġel u użu aktar sikur ta' innovazzjonijiet tas-saħħa għall-pazjenti Ewropej, u saħħa globali.

Qasam ta' Sħubija 2: L-avvanz tat-teknoloġiji diġitali u abilitanti essenzjali u l-użu tagħhom, inkluż iżda mhux limitat għal teknoloġiji ġodda bħall-Intelliġenza Artifiċjali, il-fotonika u t-teknoloġiji tal-kwantum.

Qasam ta' Sħubija 3: Tmexxija Ewropea fil-Metroloġija inkluż sistema integrata tal-Metroloġija.

Qasam ta' Sħubija 4: L-aċċellerazzjoni tal-kompetittività, is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tat-traffiku tal-ajru, l-avjazzjoni u bil-ferrovija tal-UE.

Qasam ta' Sħubija 5: Soluzzjonijiet ibbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi sostenibbli, inklużivi u ċirkolari.

Qasam ta' Sħubija 6: Teknoloġiji tal-ħażna tal-idroġenu u tal-enerġija sostenibbli b'impronta ambjentali aktar baxxa u produzzjoni inqas intensiva fl-enerġija.

Qasam ta' Sħubija 7: Soluzzjonijiet nodfa, konnessi, kooperattivi, awtonomi u awtomatizzati għal ħtiġijiet futuri ta' mobilità tal-persuni u l-oġġetti.

Qasam ta' Sħubija 8: Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju innovattivi u intensivi fir-R&Ż.

Il-proċess ta' valutazzjoni tal-ħtieġa għal sħubija Ewropea istituzzjonalizzata f'waħda mill-Oqsma ta' Sħubija msemmija hawn fuq tista' tirriżulta fi proposta abbażi tal-Artikolu 185 TFUE jew l-Artikolu 187 TFUE, skont id-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea. Inkella l-Qasam ta' Sħubija rispettiv jista' wkoll ikun soġġett għal sħubija skont l-Artikolu 8(1)(a) jew l-Artikolu 8(1)(b) tal-Programm Qafas jew jiġi implimentat permezz ta' sejħiet għal proposti fi ħdan Orizzont Ewropa.

Peress li l-oqsma possibbli għal sħubiji Ewropej istituzzjonalizzati jkopru oqsma tematiċi wesgħin, huma jistgħu, abbażi tal-ħtiġijiet valutati, jiġu implimentati minn aktar minn sħubija waħda.

(1)ĠU C […], […], p. […].
(2)ĠU C […], […], p. […].
(3)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019. It-test fuq sfond griż ma ntlaħaqx qbil dwaru fil-kuntest tan-negozjati interistituzzjonali.
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(5)
(6) Id-dikjarazzjoni li ġejja tal-Kummissjoni mistennija tiġi ppubblikata fis-sensiela C tal-ĠU ladarba t-test finali tar-Regolament jiġi adottat: "Il-Kummissjoni biħsiebha timplimenta l-baġit ta' Accelerator tal-EIC b'mod li jiżgura li l-appoġġ minn għotjiet biss lill-SMEs, inklużi n-negozji ġodda, jikkorrispondi għall-appoġġ ipprovdut taħt il-baġit tal-istrument tal-SMEs tal-Programm Orizzont 2020, skont it-termini stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 43 u fil-premessa X tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa".
(7) Ir-Regolament (KE)Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174).
(8) Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(9)
(10)ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(11) Ir-Regolament (UE, Euratom)Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(12)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(13)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(14)Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(15)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(16)Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(17)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(18)ĠU C 205, 19.7.2013, p. 9.
(19) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(20) Ir-Regolament (UE, Euratom)Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(21)
(22) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.
(23)ĠU…
(24) Id-dikjarazzjoni li ġejja tal-Kummissjoni mistennija tiġi ppubblikata fis-sensiela C tal-ĠU ladarba t-test finali ta' dan ir-Regolament jiġi adottat:"Il-Kummissjoni tieħu nota tal-kompromess milħuq mill-koleġiżlaturi dwar il-formulazzjoni tal-Artikolu 5. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-programm speċifiku dwar ir-riċerka fil-qasam tad-difiża msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) huwa limitat biss għall-azzjonijiet ta' riċerka taħt il-Fond Ewropew għad-Difiża futur filwaqt li l-azzjonijiet ta' żvilupp jitqiesu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament".
(25) Huwa mistenni li dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tiġi ppubblikata fis-sensiela C tal-ĠU ladarba t-test finali tar-Regolament jiġi adottat, skont dawn il-linji: "Fuq talba, il-Kummissjoni biħsiebha taqsam il-fehmiet mal-Kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew dwar: (i) il-lista ta' kandidati ta' sħubija potenzjali abbażi tal-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE li se tkun koperta minn valutazzjonijiet tal-impatt (tal-bidu); (ii) il-lista ta' missjonijiet tentattivi identifikati mill-bordijiet tal-missjoni; (iii) ir-riżultati tal-Pjan Strateġiku qabel l-adozzjoni formali tiegħu, u (iv) se tippreżenta u tikkondividi dokumenti relatati mal-programmi ta' ħidma."
(26) Ir-riċerka relatata mat-trattament tal-kanċer tal-gonadi tista' tiġi ffinanzjata
(27) Soġġett għall-att legali finali, il-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni rigward ir-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali embrijonali tal-bniedem bħal f'H2020 (Dikjarazzjoni 2013 / C 373/02).
(28) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 65).
(29) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 243).
(30) Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti tax-xogħol, kuntratti ta' forniment u kuntratti ta' servizzi mill-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.08.2009 p. 76).
(31) Il-proċedura ser tiġi spjegata f'dokument ippubblikat qabel il-bidu tal-proċess ta' evalwazzjoni.
(32)Id-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ tas-Sħubijiet Ewropej huma stabbiliti fl-Anness III għar-Regolament.
(33) Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
(34)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni "Produttività u Sostenibbiltà fil-qasam Agrikolu" (COM(2012)0079).

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Lulju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza