Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 4 ta' April 2019 - BrussellVerżjoni finali
L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP
 L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos
 Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I
 Linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi *
 Il-ġestjoni tal-iskart
 Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ***I
 Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ u l-pożizzjonament permezz ta’ takografi ***I
 Adattament għall-iżvilupp fis-settur tat-transport bit-triq ***I
 Regoli komuni għas-suq intern għall-gass naturali ***I
 Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ***I
 Pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ***I
 It-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni***I
 Il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ***I
 Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)***I
 Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw ***I
 Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ***I
 Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ***I
 Il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa ***I
 L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni) ***I
 Pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran ***I
 Livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara ***I
 L-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 ***I
 Riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni ***I
 Titlob opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika
 It-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew

L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP
PDF 122kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP ((C(2019)02530 – 2019/2679(DEA))
P8_TA(2019)0331B8-0234/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)02530),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-1 ta' April 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(5) u 82(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/397 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-4 ta' April 2019,

A.  billi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/397, ir-regolament għandu japplika mid-data ta' wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ sa dik id-data jew ma jkunx ġie estiż il-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE;

B.  billi fit-22 ta' Marzu 2019 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476(3) li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi ftehim mar-Renju Unit, u billi, konsegwentement, it-tieni kundizzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2019/397, jiġifieri li l-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ma ġiex estiż, mhux se tkun issodisfata;

C.  billi r-raġunijiet sottostanti għar-Regolament Delegat (UE) 2019/397 se jibqgħu validi, irrispettivament minn kwalunkwe estensjoni tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE, u billi l-Parlament fit-13 ta' Frar 2019 iddikjara li ma kellu l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat (UE) 2019/397;

D.  billi l-Parlament xorta jaqbel dwar l-importanza għall-awtoritajiet kompetenti u s-swieq finanzjarji li jeżentaw ċerti tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn novazzjoni, għal perjodu limitat ta' 12-il xahar, jekk il-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit tinbidel għal kontroparti fl-UE-27, u f'dan il-kuntest jilqa' r-regolament delegat tat-28 ta' Marzu 2019 li jindirizza l-iżvilupp ġdid tal-estensjoni tal-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) ĠU L 71, 13.3.2019, p. 15.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80I, 22.3.2019, p. 1),


L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti
PDF 121kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (C(2019)02533 – 2019/2680(DEA))
P8_TA(2019)0332B8-0235/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2019)02533),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-1 ta' April 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2) u 82(6) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/396 tat-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-4 ta' April 2019,

A.  billi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/396, ir-regolament għandu japplika mid-data ta' wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għal u fir-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim ta' ħruġ sa dik id-data jew il-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ma jkunx ġie estiż;

B.  billi fit-22 ta' Marzu 2019 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476(3) li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi ftehim mar-Renju Unit, u billi, konsegwentement, it-tieni kundizzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2019/396, jiġifieri li l-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ma ġiex estiż, mhux se tkun issodisfata;

C.  billi r-raġunijiet sottostanti għar-Regolament Delegat (UE) 2019/396 se jibqgħu validi, irrispettivament minn kwalunkwe estensjoni tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE, u billi l-Parlament fit-13 ta' Frar 2019 iddikjara li ma kellu l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat (UE) 2019/396;

D.  billi l-Parlament xorta jaqbel dwar l-importanza għall-awtoritajiet kompetenti u s-swieq finanzjarji li jeżentaw ċerti tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn novazzjoni, għal perjodu limitat ta' 12-il xahar, jekk il-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit tinbidel għal kontroparti fl-UE-27, u f'dan il-kuntest jilqa' r-Regolament Delegat tat-28 ta' Marzu 2019 li jindirizza l-iżvilupp ġdid tal-estensjoni tal-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) ĠU L 71, 13.3.2019, p. 11.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE (ĠU L 80I, 22.3.2019, p. 1).


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios
PDF 127kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios (2018/2268(IMM))
P8_TA(2019)0333A8-0185/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios, imressqa fit-12 ta' Ottubru 2018 mill-Viċi Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tal-Greċja, b'rabta mal-proċedura Nru ABM: 2017/10839 u mħabbra fis-seduta plenarja tat-13 ta' Novembru 2018,

–  wara li sema' lil Georgios Epitideios, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tal-Greċja,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0185/2019),

A.  billi l-Uffiċċju tal-Viċi Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tal-Greċja talab it-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma' azzjoni ġudizzjarja possibbli rigward reat allegat;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru. 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew, igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-istat;

C.  billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tal-Greċja jistipula li, matul il-mandat parlamentari tagħhom, il-membri tal-parlament ma jistgħux jiġu akkużati, arrestati, mixħuta l-ħabs jew ristretti bi kwalunkwe mod ieħor mingħajr permess minn qabel mogħti mill-parlament;

D.  billi t-talba tal-Viċi Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tal-Greċja tirrigwarda l-proċedimenti li jikkonċernaw l-allegat ksur tal-Artikolu 45 u l-Artikolu 232A tal-Kodiċi Kriminali Grieg, li jikkonċernaw ksur konġunt ta' deċiżjoni tal-qorti;

E.  billi Georgios Epitideios huwa akkużat li naqas milli jikkonforma mad-deċiżjoni interim Nru 3603/2015 tal-Qorti tal-Prim'Istanza b'imħallef wieħed ta' Ateni li ordnat it-tneħħija tal-kameras kollha mis-sular t'isfel u mill-entratura tal-bini li jinsab fin-Nru 73 Odos Grammou f'Marousi (Attica) u l-ħlas ta' multa ta' EUR 600 (sitt mitt euro) għal kull ksur futur tad-deċiżjoni tal-25 ta' Mejju 2015;

F.  billi, skont l-Artikolu 9(8) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru, u lanqas m'għandu jippronunzja ruħu dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jeżamina t-talba, il-kumitat jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-każ;

G.  billi mhuwiex il-kompitu tal-Parlament Ewropew li jieħu pożizzjoni dwar il-ħtija jew le tal-Membru jew dwar jekk l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx il-ftuħ ta' proċedimenti kriminali, u lanqas li jippronunzja ruħu fuq il-merti relattivi tal-ordinamenti ġuridiċi u ġudizzjarji nazzjonali;

H.  billi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;

I.  billi l-iskop tal-immunità parlamentari huwa li l-Parlament u l-Membri tiegħu jiġu protetti minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li ma jistgħux jiġu separati minn dawk id-dmirijiet;

J.  billi l-prosekuzzjoni ma titrattax l-opinjonijiet espressi jew il-voti mitfugħa fit-twettiq tad-doveri tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew in kwistjoni skont il-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru. 7 li jikkonċerna l-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

K.  billi fuq il-bażi tal-informazzjoni u tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti f'dan il-każ, ma hemm l-ebda raġuni li wieħed jissuspetta li l-intenzjoni sottostanti tal-proċedimenti kriminali hija li ssir ħsara lill-attività politika jew lir-reputazzjoni ta' Membru u b'hekk lill-indipendenza tal-Parlament (fumus persecutionis);

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Georgios Epitideios;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Griegi u lil Georgios Epitideios.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis
PDF 137kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis (2018/2269(IMM))
P8_TA(2019)0334A8-0183/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis, imressqa fit-12 ta' Ottubru 2018 mill-Viċi Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tal-Greċja, b'rabta mal-proċedura Nru ABM: 2017/10839 u mħabbra fis-seduta plenarja tat-13 ta' Novembru 2018,

–  wara li sema' lil Lampros Fountoulis skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tal-Greċja,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0183/2019),

A.  billi l-Uffiċċju tal-Viċi Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tal-Greċja talab it-tneħħija tal-immunità ta' Lampros Fountoulis, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma' azzjoni ġudizzjarja possibbli rigward reat allegat;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru. 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew, igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-istat;

C.  billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tal-Greċja jistipula li, matul il-mandat parlamentari tagħhom, il-membri tal-parlament ma jistgħux jiġu akkużati, arrestati, mixħuta l-ħabs jew ristretti bi kwalunkwe mod ieħor mingħajr permess minn qabel mogħti mill-parlament;

D.  billi t-talba tal-Viċi Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tal-Greċjatirrigwarda l-proċedimenti li jikkonċernaw l-allegat ksur tal-Artikolu 45 u l-Artikolu 232A tal-Kodiċi Kriminali Grieg, li jikkonċernaw ksur konġunt ta' deċiżjoni tal-qorti;

E.  billi s-Sur Lampros Fountoulis huwa akkużat li naqas milli jikkonforma mad-deċiżjoni interim Nru 3603/2015 tal-Qorti tal-Prim'Istanza b'imħallef wieħed f'Ateni li ordnat it-tneħħija tal-kameras kollha mis-sular t'isfel u mill-entratura tal-bini li jinsab fin-Nru 73 Odos Grammou f'Marousi (Attica) u l-ħlas ta' multa ta' EUR 600 (sitt mitt euro) għal kull ksur futur tad-deċiżjoni tal-25 ta' Mejju 2015;

F.  billi skont l-Artikolu 9(8) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru, u lanqas m'għandu jippronunzja ruħu dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jeżamina t-talba, il-kumitat jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-każ;

G.  billi mhuwiex il-kompitu tal-Parlament Ewropew li jieħu pożizzjoni dwar il-ħtija jew le tal-Membru jew dwar jekk l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx il-ftuħ ta' proċedimenti kriminali, u lanqas li jippronunzja ruħu fuq il-merti relattivi tal-ordinamenti ġuridiċi u ġudizzjarji nazzjonali;

H.  billi f'konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;

I.  billi l-iskop tal-immunità parlamentari huwa li l-Parlament u l-Membri tiegħu jiġu protetti minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li ma jistgħux jiġu separati minn dawk id-dmirijiet;

J.  billi l-prosekuzzjoni ma titrattax l-opinjonijiet espressi jew il-voti mitfugħa fit-twettiq tad-doveri tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew in kwistjoni skont il-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru. 7 li jikkonċerna l-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

K.  billi fuq il-bażi tal-informazzjoni u tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti f'dan il-każ, ma hemm l-ebda raġuni li wieħed jissuspetta li l-intenzjoni sottostanti tal-proċedimenti kriminali hija li ssir ħsara lill-attività politika jew lir-reputazzjoni ta' Membru u b'hekk lill-indipendenza tal-Parlament (fumus persecutionis);

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Lampros Fountoulis;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Griegi u lil Lampros Fountoulis.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos
PDF 129kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos (2018/2270(IMM))
P8_TA(2019)0335A8-0184/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos, imressqa fit-12 ta' Ottubru 2018 mill-Viċi Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tal-Greċja, b'rabta mal-proċedura Nru ABM: 2017/10839 u mħabbra fis-seduta plenarja tat-13 ta' Novembru 2018,

–  wara li sema' lil Eleftherios Synadinos skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tal-Greċja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0184/2019),

A.  billi l-Uffiċċju tal-Viċi Prosekutur Pubblikutal-Qorti Suprema tal-Greċja talab it-tneħħija tal-immunità ta' Eleftherios Synadinos, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma' azzjoni ġudizzjarja possibbli rigward reat allegat;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru. 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew, igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-istat;

C.  billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tal-Greċja jistipula li, matul il-mandat parlamentari tagħhom, il-membri tal-parlament ma jistgħux jiġu akkużati, arrestati, mixħuta l-ħabs jew ristretti bi kwalunkwe mod ieħor mingħajr permess minn qabel mogħti mill-parlament;

D.  billi t-talba tal-Viċi Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tal-Greċja tirrigwarda l-proċedimenti li jikkonċernaw l-allegat ksur tal-Artikolu 45 u tal-Artikolu 232A tal-Kodiċi Kriminali Grieg, li jikkonċernaw ksur konġunt ta' deċiżjoni tal-qorti;

E.  billi Eleftherios Synadinos huwa akkużat li naqas milli jikkonforma mad-deċiżjoni interim Nru 3603/2015 tal-Qorti tal-Prim'Istanza b'imħallef wieħed ta' Ateni li ordnat it-tneħħija tal-kameras kollha mis-sular t'isfel u mill-entratura tal-bini li jinsab Nru 73 Odos Grammou f'Marousi (Attica) u l-ħlas ta' multa ta' EUR 600 (sitt mitt euro) għal kull ksur futur tad-deċiżjoni tal-25 ta' Mejju 2015;

F.  billi, skont l-Artikolu 9(8) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru, u lanqas m'għandu jippronunzja ruħu dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jeżamina t-talba, il-kumitat jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-każ;

G.  billi mhuwiex il-kompitu tal-Parlament Ewropew li jieħu pożizzjoni dwar il-ħtija jew le tal-Membru jew dwar jekk l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx il-ftuħ ta' proċedimenti kriminali, u lanqas li jippronunzja ruħu fuq il-merti relattivi tal-ordinamenti ġuridiċi u ġudizzjarji nazzjonali;

H.  billi f'konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;

I.  billi l-iskop tal-immunità parlamentari huwa li l-Parlament u l-Membri tiegħu jiġu protetti minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li ma jistgħux jiġu separati minn dawk id-dmirijiet;

J.  billi l-prosekuzzjoni ma titrattax l-opinjonijiet espressi jew il-voti mitfugħa fit-twettiq tad-doveri tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew in kwistjoni skont il-finijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru. 7 li jikkonċerna l-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

K.  billi fuq il-bażi tal-informazzjoni u tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti f'dan il-każ, ma hemm l-ebda raġuni li wieħed jissuspetta li l-intenzjoni sottostanti tal-proċedimenti kriminali hija li ssir ħsara lill-attività politika jew lir-reputazzjoni ta' Membru u b'hekk lill-indipendenza tal-Parlament (fumus persecutionis);

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Eleftherios Synadinos;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Griegi u lil Eleftherios Synadinos.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I
PDF 129kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0745 – C8-0483/2018 – 2018/0390(COD))
P8_TA(2019)0336A8-0047/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0745),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0483/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-2 ta' April 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0047/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

P8_TC1-COD(2018)0390


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (UE) 2019/592.)


Linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi *
PDF 115kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2019)0151 – C8-0131/2019 – 2019/0056(NLE))
P8_TA(2019)0337A8-0177/2019

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2019)0151),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0131/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0177/2019),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-ġestjoni tal-iskart
PDF 132kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar l-immaniġġjar tal-iskart (2019/2557(RSP))
P8_TA(2019)0338B8-0231/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart(1) (Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013(5) (ir-Regolament tal-Azzjoni Klimatika),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija(6), u li timplimenta r-regolamenti u l-ftehimiet volontarji adottati skont dik id-Direttiva,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar strateġija Ewropea għall-plastik f'ekonomija ċirkolari(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 dwar azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Mejju 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn (2009/125/KE)(11),

–  wara li kkunsidra l-ftehim politiku proviżorju li ntlaħaq mill-koleġiżlaturi fid-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2017 dwar ir-rwol tal-enerġija mill-iskart fl-ekonomija ċirkolari (COM(2017)0034),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (COM(2018)0032) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal relatat (SWD(2018)0020),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari" (COM(2015)0614),

–  wara li kkunsidra l-aktar minn 60 petizzjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart li waslu għand il-Parlament Ewropew mill-Belġju, il-Bulgarija, il-Greċja, l-Italja, il-Polonja, is-Slovakkja, Spanja u r-Renju Unit matul dawn l-aħħar ftit snin,

–  wara li kkunsidra ż-żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-Bulgarija, il-Greċja u l-Italja fl-aħħar snin dwar kwistjonijiet marbuta mal-immaniġġjar tal-iskart, u b'mod partikolari l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tar-rapporti sussegwenti,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-2 ta' Frar 2012 dwar il-kwistjonijiet imqajma minn petizzjonanti b'rabta mal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart, u ta' direttivi relatati, fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi sar progress madwar l-UE kollha fit-tnaqqis tal-impatti tal-ġenerazzjoni tal-iskart fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem, iżda minkejja dan għad fadal ħafna sfidi u jeħtieġ li jittieħdu miżuri urġenti biex jiġi żgurat immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi, speċjalment fir-rigward tal-ammonti relattivament għoljin ta' skart mhux ittrattat li għadhom jintremew f'landfills f'ħafna Stati Membri;

B.  billi tnejn mill-isfidi ewlenin għall-futur huma li jitnaqqsu l-livelli ta' ġenerazzjoni tal-iskart u li l-għanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart jiġu allinjati ma' dawk tal-ekonomija ċirkolari, b'mod partikolari billi jiżdiedu r-rati tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ;

C.  billi l-prevenzjoni ġiet stabbilita bħala l-prijorità ewlenija tal-ġerarkija tal-iskart permezz tad-Direttiva Qafas dwar l-iskart 2008/98/KE;

D.  billi prattiki ta' mmaniġġjar tal-iskart mhux xierqa għandhom impatt ambjentali sever f'termini ta' tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja; billi petizzjonanti indikaw li landfills u inċineraturi ġew awtorizzati u saru operazzjonali viċin ħafna ta' siti residenzjali u agrikoli u f'żoni fejn il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u idroġeoloġiċi ma ngħatawx il-kunsiderazzjoni li jistħoqqilhom mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u jirrappreżentaw theddida diretta għas-saħħa pubblika;

E.  billi aktar minn 80 % tal-impatt ambjentali ta' prodott jiġi ddeterminat fl-istadju tad-disinn, li għalhekk għandu rwol importanti fil-promozzjoni tal-prevenzjoni tal-iskart u l-aspetti kollha tal-ekonomija ċirkolari, bħad-durabbiltà, il-kapaċità ta' aġġornament, ta' tiswija, ta' użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ ta' prodott;

F.  billi minbarra li jiġu magħmula prodotti aktar sostenibbli u effiċjenti fir-riżorsi, il-prinċipji tal-ekonomija kollaborattiva u l-ekonomija tas-servizzi jistgħu jservu wkoll l-iskop tat-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart fl-Ewropa;

G.  billi l-Kummissjoni indirizzat diversi proċeduri ta' ksur rigward il-ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-immaniġġjar tal-iskart f'diversi Stati Membri; billi diversi minn dawn il-każijiet ġew riferuti għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, uħud minnhom dan l-aħħar;

H.  billi l-aħħar rapport mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, inkluż ir-rapport dwar it-twissija bikrija għall-Istati Membri f'riskju li jaqgħu lura fil-preparazzjonijiet tagħhom biex jissodisfaw l-mira tal-użu mill-ġdid/riċiklaġġ tal-2020 għall-iskart muniċipali, wera li hemm nuqqasijiet serji li għandhom jiġu indirizzati malajr jekk l-Ewropa se taħsad il-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi tal-ekonomija ċirkolari;

I.  billi d-data riċenti li takkumpanja bosta petizzjonijiet enfasizzat il-fatt li s-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart f'diversi Stati Membri u reġjuni għadha problematika ħafna, filwaqt li pprovdiet evidenza qawwija tal-bżonn li jsir titjib sinifikanti fl-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u l-bqija tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata ma' miżuri dwar il-prevenzjoni u t-trattament tal-iskart;

J.  billi ekonomija li tipprijoritizza t-tiswija, l-użu mill-ġdid, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjali tirrikjedi ħafna aktar ħaddiema minn waħda bbażata fuq filosofija ta' rimi, u b'hekk toħloq iżjed opportunitajiet ta' impjieg; billi l-implimentazzjoni tajba tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart tista' tisfrutta l-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi tas-setturi tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;

K.  billi l-immaniġġjar tajjeb tal-iskart u l-prevenzjoni tal-iskart huma essenzjali biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa u jinkiseb ambjent mhux tossiku;

1.  Jenfasizza li bosta petizzjonijiet sottomessi dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart jindikaw diversi problemi tas-saħħa u ambjentali marbuta ma' prattiki ta' mmaniġġjar tal-iskart mhux xierqa, bħal kwalità ħażina tal-arja f'żoni urbani, kontaminazzjoni ta' riżorsi tal-ilma taħt l-art, livelli ta' storbju eċċessivi u emissjonijiet bir-riħa;

2.  Jenfasizza li sabiex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari, il-finanzjament pubbliku tal-immaniġġjar tal-iskart, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE, għandu jkun konsistenti mal-għan ta' żieda fl-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart; jemmen għalhekk li l-fondi għandhom ikunu mmirati lejn il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, il-ġbir separat u l-pjanijiet u l-proġetti tar-riċiklaġġ;

3.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu aktar progress fil-preżentazzjoni ta' pjanijiet u proġetti effettivi għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, il-ġbir separat u r-riċiklaġġ bħala kruċjali fit-tnaqqis tal-piż ambjentali tal-iskart, il-ħsad tal-benefiċċji ekonomiċi tal-ekonomija ċirkolari u t-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi ta' implimentazzjoni tagħhom, inkluż permezz ta' għajnuna teknika u fondi tal-UE; jissuġġerixxi l-adozzjoni ta' strumenti ekonomiċi adegwati kif stabbilit fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u l-implimentazzjoni ta' skemi estiżi ta' responsabbiltà tal-produttur effiċjenti u kosteffettivi biex tingħata spinta lit-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ċirkolari;

4.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex inaddfu ż-żibel u jtejbu l-immaniġġjar tal-iskart (il-ġbir, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ), u jadottaw strumenti ekonomiċi u kampanji ta' sensibilizzazzjoni biex jiġi pprevenut l-iskart;

5.  Jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li tagħmel żjarat ta' livell għoli dwar l-ekonomija ċirkolari/l-iskart fl-Istati Membri li huma f'riskju li ma jissodisfawx il-miri tal-iskart muniċipali tal-2020 u li tikkomunika mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-assoċjazzjonijiet ta' atturi lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet mifruxa mal-Ewropa kollha li ġenwinament qed jippromwovu kultura ta' żero skart u politiki assoċjati;

6.  Jenfasizza li l-Istati Membri jeħtieġ li jimmitigaw l-impatti ambjentali tal-ġenerazzjoni tal-iskart, b'mod partikolari billi jnaqqsu l-ammont ta' skart muniċipali ġġenerat; jistieden lill-Istati Membri biex, għal dan l-għan, jieħdu miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart kif stabbilit fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart;

7.  Jenfasizza li l-atturi nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom rwol kruċjali fl-immaniġġjar tal-iskart u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika dwar din il-kwistjoni; ifakkar li politika koerenti, flimkien mal-avvanz tal-infrastruttura xierqa skont il-ġerarkija tal-iskart, tista' tiġi stabbilita biss permezz ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni fil-livelli kollha fl-UE; jitlob lill-Kummissjoni tippremja l-aħjar prattiki fil-livelli kollha u tiffaċilita l-iskambju tagħhom, kif ukoll tappoġġja b'mod konkret u adegwat proġetti pijunieri;

8.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-industriji, bħala msieħba ewlenin fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart, itejbu l-involviment tagħhom fil-promozzjoni ta' katini tal-provvista ċirkolari, sabiex jiksbu aċċess għal materja prima sekondarja ta' kwalità għolja, ħafna drabi bi prezzijiet kompetittivi, li għandhom jiġu rkuprati għal aktar użu u produzzjoni;

9.  Jitlob il-provvista ta' taħriġ u l-promozzjoni ta' firxa ta' tipi ta' impjieg, inkluż appoġġ finanzjarju għal taħriġ ta' ħiliet ta' livell għoli u impjiegi soċjali, b'mod partikolari fl-oqsma tat-tiswija u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid;

10.  Jemmen bis-sħiħ li mudelli ta' negozju ġodda ffukati aktar fuq il-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ iridu jiġu promossi u appoġġjati b'mod adegwat bl-għan li tingħata spinta aktar effettiva lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;

11.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni tajba tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari tipprovdi opportunitajiet madwar l-UE, inkluż investiment, li se tgħin tirrazzjonalizza l-użu tar-riżorsi naturali;

12.  Jenfasizza li ż-żieda fil-produttività tar-riżorsi permezz ta' effiċjenza aħjar u tnaqqis tal-ħela tar-riżorsi permezz ta' miżuri bħall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-manifattura mill-ġdid jistgħu jnaqqsu ħafna kemm il-konsum tar-riżorsi kif ukoll l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, għan li jinsab fil-qalba tal-ekonomija ċirkolari; jenfasizza li f'ekonomija ċirkolari, ir-riżorsi jinżammu fi ħdan l-ekonomija u jibqgħu jintużaw b'mod produttiv meta prodott ikun laħaq it-tmiem tal-ħajja tiegħu, biex b'hekk jitnaqqas il-konsum tar-riżorsi; jemmen, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, li disinn imtejjeb tal-prodott ċirkolari se jgħin biex jagħlaq iċ-ċikli tal-produzzjoni u jġib bidla fil-mudelli tal-produzzjoni u tal-konsum, biex b'hekk jitnaqqas il-livell ta' sustanzi tossiċi u l-ammont globali ta' skart;

13.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw trasparenza sħiħa fuq il-volum u d-destinazzjoni finali ta' residwi minn alternattivi differenti tat-trattament tal-iskart, speċjalment fir-rigward ta' dawk il-komunitajiet li huma potenzjalment affettwati minn siti u proġetti ġodda, u biex jikkonsultawhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri, barra minn hekk, biex jimplimentaw b'mod sħiħ u profond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (id-Direttiva dwar l-Istima tal-Impatt Ambjentali)(13) u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-UE bl-għan li jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa pubblika;

14.  Huwa tal-fehma li l-ġbir separat tal-iskart bieb bieb huwa mod effettiv ta' kif issir is-sensibilizzazzjoni fost il-popolazzjoni tal-importanza strateġika ta' ekonomija ċirkolari, u biex jinkiseb b'mod aktar effettiv involviment kollettiv għal dan l-għan; jenfasizza li tali sistemi jippermettu kontabbiltà aħjar rigward it-tipi u l-ammonti ta' skart domestiku prodott u l-ħtiġijiet tal-ipproċessar relatati tagħhom, bl-għan li tiġi mmassimizzata t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, kif ukoll tiġi permessa l-introduzzjoni ta' miżuri ekonomiċi aktar ġusti li joffru inċentivi jew li jneħħu l-inċentivi;

15.  Ifakkar li l-inċinerazzjoni tibqa' qabel tal-aħħar fil-ġerarkija tal-iskart, bir-rimi f'landfills biss taħtha;

16.  Ifakkar li l-iskart perikoluż joffri sfidi marbuta mat-trattament speċifiċi li ma jistgħux jiġu injorati u għandhom jiġu indirizzati b'mod speċifiku; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart rilevanti għall-immaniġġjar ta' skart perikoluż;

17.  Jappoġġja lill-Kummissjoni fil-proċeduri ta' ksur tagħha li hemm għaddejjin kontra Stati Membri li mhumiex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-potenzjal sħiħ tas-sistema ta' twissija bikrija kif stabbilit fid-direttivi dwar l-iskart riveduti; jissuġġerixxi li multi bħala penali miġbura mill-Kummissjoni għandhom jerġgħu jiġu investiti fi proġetti li huma konsistenti mal-ogħla livelli tal-ġerarkija tal-iskart;

18.  Jiddispjaċih mill-fatt li, skont il-petizzjonanti, ġew awtorizzati landfills li jinsabu viċin ħafna ta' siti residenzjali u agrikoli; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiżguraw protezzjoni sħiħa tas-saħħa tal-bniedem u jadottaw miżuri strutturali bl-għan li tinstab soluzzjoni għall-kontaminazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109.
(2) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 100.
(3) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 141.
(4) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 93.
(5) ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26.
(6) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(7) Testi adottati, P8_TA(2018)0352.
(8) Testi adottati, P8_TA(2018)0100.
(9) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 151.
(10) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 60.
(11) Testi adottati, P8_TA(2018)0241.
(12) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 60.
(13) ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1.


Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ***I
PDF 305kWORD 93k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq (COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD))
P8_TA(2019)0339A8-0206/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0278),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0170/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta’ Frar 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0206/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti Nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") [Em. 764]

P8_TC1-COD(2017)0121


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(-1)   Fid-dawl tal-livell għoli ta' mobbiltà tal-forza tax-xogħol fis-settur tat-trasport bit-triq, huma meħtieġa regoli speċifiċi għas-settur li jiżguraw bilanċ bejn il-libertà tal-operaturi biex jipprovdu servizzi transfruntiera, il-moviment liberu tal-merkanzija u l-protezzjoni soċjali tax-xufiera. Għalhekk, l-għan ta' din id-direttiva huwa li tipprovdi ċertezza u ċarezza tad-dritt, li tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni u t-tħeġġiġ tal-infurzar u għall-ġlieda kontra prattiki illegali u għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv. [Em. 765]

(1)  Sabiex ikun jista' jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ huwa meħtieġ li min-naħa jiġi żgurat li jkun hemm jiġu żgurati l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-forniment ta' servizzi, kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u li min-naħa l-oħra jiġu pprovduti kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni għall-operaturi ambjent kompetittiv għall-operaturi, filwaqt li jiġu rispettati l-libertajiet fundamentali, il-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-forniment ta' servizzi b'mod partikolari kif iggarantit mit-Trattati. [Em. 766]

(1a)   Kwalunkwe regola nazzjonali li tiġi applikata għat-trasport bit-triq trid tkun proporzjonata u ġustifikata u ma tridx tostakola jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, bħall-moviment liberu tas-servizzi, sabiex tinżamm jew tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u l-protezzjoni soċjali tagħhom. [Em. 767]

(2)  Il-mobbiltà għolja inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq teħtieġ tirrikjedi attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom u li l-operaturi, li ħafna minnhom (90 %) huma SMEs b'inqas minn 10 ħaddiema, ma jkollhomx iħabbtu wiċċhom ma' ostakli amministrattivi sproporzjonati jew kontrolli abbużivi u diskriminatorji, li jillimitaw bla bżonn indebitament il-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi transfruntiera. [Em. 768]

(2a)   Kwalunkwe regola nazzjonali li tiġi applikata għat-trasport bit-triq trid tkun proporzjonata kif ukoll ġustifikata u ma tridx tostakola jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti bit-Trattat, bħall-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-forniment ta' servizzi sabiex tinżamm jew saħansitra tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni, inklużi l-kostijiet ta' prodotti u servizzi billi jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali għax-xufiera kif ukoll l-ispeċifiċitajiet tas-settur peress li x-xufiera huma ħaddiema mobbli ħafna, mhux ħaddiema stazzjonati. [Em. 769]

(3)  Il-bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol għax-xufiera u l-iffaċiltar l-iffaċilitar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta' kompetizzjoni ġusta, proporzjonata u nondiskriminatorja bejn l-operaturi nazzjonali u barranin huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Kwalunkwe att leġiżlattiv nazzjonali jew linja ta' politika implimentata fil-livell nazzjonali fis-settur tat-trasport trid għalhekk twassal għall-iżvilupp u t-tisħiħ ta' spazju Ewropew uniku tat-trasport u bl-ebda mod m'għandha tikkontribwixxi għall-frammentazzjoni tas-suq intern. [Em. 770]

(4)  Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni, filwaqt li nstabu nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom, kif ukoll prattiki illegali, bħall-użu ta' kumpaniji fittizji. Jenħtieġ li ssir enfasi addizzjonali fuq il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fis-settur tat-trasport. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli, u dan joħloq inċertezza legali u trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi piż amministrattiv kbir ħafna għax-xufiera u għall-operaturi. Dan joħloq inċertezza tad-dritt, li huwa ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, soċjali u tal-kompetizzjoni fis-settur. [Em. 771]

(4a)  Sabiex jiġi żgurat li d-Direttivi 96/71/KE(6) u 2014/67/UE(7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu applikati b'mod korrett, jenħtieġ li jissaħħu l-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi relatata mal-istazzjonar tax-xufiera, u jenħtieġ li jsiru kontrolli aktar stretti biex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet soċjali għall-ħaddiema stazzjonati fil-fatt jitħallsu. [Em. 772]

(5)  L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol u tal-mistrieħ huwa kruċjali għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, għall-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità. Għalhekk huwa mixtieq li r-rekwiżiti uniformi eżistenti ta' infurzar stipulati fid-Direttiva 2006/22/KE jiġu estiżi għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stipulati fid-Direttiva 2002/15/KE. Jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll, mingħajr piż amministrattiv addizzjonali, il-possibbiltà li jiġu kkombinati flimkien kontrolli dwar il-ħin tas-sewqan u l-ħin tax-xogħol ma' kontrolli dwar ir-regoli fuq l-istazzjonar tax-xufiera. Jenħtieġ li l-kontrolli tal-konformità mal-ħin tax-xogħol ikunu limitati għal kontrolli mwettqa fl-istabbilimenti tal-operaturi tat-trasport sakemm teknoloġija ġdida ma tippermettix kontrolli dwar il-ħin tax-xogħol li jitwettqu b'mod effettiv fil-ġenb tat-triq. [Em. 773]

(5a)   Fil-qies tal-karattru speċifiku tas-servizzi tat-trasport u tal-impatt dirett fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, b'attenzjoni speċjali għas-sikurezza u s-sigurtà fit-toroq, il-kontrolli fit-triq jenħtieġ li jkunu limitati għall-minimu. Jenħtieġ li x-xufiera ma jkunux responsabbli għal obbligi amministrattivi addizzjonali tal-kumpaniji rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-kontrolli tal-ħin tax-xogħol isiru biss fl-istabbiliment tal-operatur tat-trasport. [Em. 774]

(5b)   Sabiex il-kontrolli fil-ġenb tat-triq ikunu aktar effiċjenti, aktar veloċi u aktar numerużi filwaqt li jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq ix-xufiera, il-konformità mad-Direttiva 2002/15/KE jenħtieġ li tiġi vverifikata fil-kuntest ta' spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-kumpanija pjuttost milli fil-kuntest ta' kontrolli fil-ġenb tat-triq. [Em. 775]

(6)  Jidher li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli soċjali fis-settur tat-trasport bit-triq ma kinitx biżżejjed, u wasslet biex l-infurzar transfruntiera jkun aktar diffiċli, ineffiċjenti u inkonsistenti. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas għal komunikazzjoni effettiva u assistenza reċiproka, inkluż l-iskambju ta’ dejta dwar każijiet ta’ ksur u informazzjoni dwar prattiki tajba fil-qasam tal-infurzar.

(6a)  Sabiex titrawwem kooperazzjoni amministrattiva effettiva u skambju effettiv ta' informazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri joħolqu interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tagħhom (NER) permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU), fuq il-bażi tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interkonnessi sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-ispetturi fit-triq, ikunu jistgħu jkollhom aċċess dirett f'ħin reali għad-data u għall-informazzjoni fl-ERRU. [Em. 776]

(6b)  Biex tiġi ffaċilitata applikazzjoni aktar effettiva u uniformi tal-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE, u biex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-operaturi tat-trasport bit-triq mar-rekwiżiti amministrattivi meta jiġu stazzjonati x-xufiera, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa modulu wieħed jew diversi moduli tal-IMI għat-tressiq tad-dikjarazzjonijiet ta' stazzjonar kif ukoll applikazzjoni elettronika li tagħti lill-ispetturi aċċess dirett u f'ħin reali għall-ERRU u għall-IMI matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq. [Em. 777]

(7)  Sabiex ikomplu jittejbu l-effettività, l-effiċjenza u l-konsistenza tal-infurzar, huwa mixtieq li jiġu żviluppati l-karatteristiki u l-użu tas-sistemi nazzjonali eżistenti tal-klassifikazzjoni tar-riskju. L-aċċess għad-dejta fis-sistemi tal-klassifikazzjoni tar-riskju jippermetti li l-kontrolli jiġu mmirati aħjar lejn l-operaturi mhux konformi, filwaqt li formula uniformi għall-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża tat-trasport għandha tagħti kontribut biex ikun hemm trattament aktar ġust tal-operaturi waqt il-kontrolli.

(7a)  Sabiex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi għall-ħaddiema u għan-negozji, jeħtieġ li jsir progress lejn infurzar intelliġenti u li jiġi pprovdut l-appoġġ kollu possibbli għall-introduzzjoni u l-użu komplet ta' sistemi ta' klassifikazzjoni tar-riskji. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jingħataw aċċess f'ħin reali għar-reġistri elettroniċi nazzjonali (NERs), filwaqt li jsir użu massimu mir-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU). [Em. 778]

(8)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/22/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011(9).

(8a)   Jenħtieġ li r-regoli dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema applikabbli għall-attivitajiet tat-trasport fit-triq ikunu bbilanċjati, sempliċi, u b'piż amministrattiv żgħir għall-Istati Membri u għall-impriżi tat-trasport. Jenħtieġ li ma jkollhomx l-għan li jiskoraġġixxu lill-impriżi milli joperaw barra mill-pajjiż ta' stabbiliment. [Em. 779]

(9)  Instabu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) għas-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. L-istess jgħodd fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). Il-miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw inċertezza legali, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur tat-trasport u piżijiet amministrattivi kbar għall-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti. Dan ħoloq restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport transfruntiera bit-triq, b’effetti kollaterali negattivi fuq l-impjiegi u l-kompetittività tal-kumpaniji tat-trasport. Jeħtieġ li r-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll jiġu armonizzati sabiex it-trasportaturi ma jitħallewx ibatu minn dewmien bla bżonn jew dewmien arbitrarju.. [Em. 780]

(9a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiskambjaw data u informazzjoni, jimpenjaw ruħhom f'kooperazzjoni amministrattiva u jipprovdu assistenza reċiproka permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), li l-bażi legali għaliha hija pprovduta mir-Regolament (UE) Nru 1024/2012, bil-għan li jiżguraw konformità sħiħa mar-regoli. Bl-istess mod, l-IMI jenħtieġ li tintuża biex tissottometti u taġġorna d-dikjarazzjonijiet dwar l-istazzjonar bejn l-operaturi tat-trasport u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri destinatarji. Biex jintlaħaq dan l-aħħar objettiv, ikun meħtieġ li tiġi żviluppata interfaċċja pubblika parallela fi ħdan is-sistema tal-IMI li għaliha jkollhom aċċess l-operaturi tat-trasport. [Em. 781]

(9b)  L-atturi kollha fil-katina tal-konsenja tal-merkanzija jenħtieġ li jerfgħu s-sehem ġust tagħhom ta' responsabbiltà għall-ksur tar-regoli previsti f'din id-Direttiva. Dan jenħtieġ li jkun il-każ meta l-atturi fil-fatt ikunu saru jafu bi ksur jew meta, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, ikun messhom ikunu jafu bihom. [Em. 782]

(9c)  Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta' kontroll għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu applikati b'mod korrett kif definit fid-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE, jenħtieġ li jissaħħu l-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tiġi miġġielda l-frodi relatata mal-istazzjonar tax-xufiera. [Em. 783]

(9d)  Jenħtieġ li l-kuntratturi jiġu mħeġġa jaġixxu b'responsabbiltà soċjali billi jużaw l-operaturi tat-trasport li jikkonformaw mar-regoli previsti f'din id-Direttiva. Biex ikun aktar faċli għal kuntratturi li jsibu tali operaturi tat-trasport, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-istrumenti eżistenti u l-aħjar prassi li jippromwovu l-imġiba soċjalment responsabbli tal-atturi kollha fil-katina tal-konsenja ta' merkanzija bil-ħsieb li titwaqqaf pjattaforma Ewropea ta' kumpaniji tat-trasport ta' fiduċja, jekk ikun xieraq [Em. 784]

(9e)  In-nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-istabbiliment ta' kumpaniji internazzjonali tat-trasport bit-triq joħloq differenzi fis-suq uniku kollu u jikkontribwixxi għal kompetizzjoni żleali bejn il-kumpaniji. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-istabbiliment ta' kumpaniji internazzjonali tat-trasport bit-triq għalhekk jenħtieġ li jkunu aktar stretti u aktar faċli biex jiġu ssorveljati, b'mod partikolari bil-għan li jiġi miġġieled il-ħolqien ta' kumpaniji fittizji. [Em. 785]

(10)  Fil-proposta tagħha tat-8 ta’ Marzu 2016(12) għar-reviżjoni tad-Direttiva 96/71/KE, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva tqajjem kwistjonijiet u diffikultajiet legali partikolari fis-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. Il-Kummissjoni indikat ukoll li jenħtieġ li l-aħjar mod kif dawk il-kwistjonijiet jiġu indirizzati huwa permezz ta’ leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tat-trasport bit-triq.

(10a)   Fid-dawl tal-fatt li hemm nuqqas ta' xufiera fl-Ewropa, il-kundizzjonijiet tax-xogħol jenħtieġ li jittejbu b'mod sinifikanti sabiex il-professjoni tkun aktar attraenti. [Em. 786]

(11)  Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 96/71/KE tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq b'mod effettiv u proporzjonat jeħtieġ huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur li jirriflettu n-natura partikolari tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq, u li jiġi pprovdut bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li l-operaturi jipprovdu servizzi transfruntiera. Id-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, fid-Direttiva 96/71/KE, u dwar l-infurzar ta' dawk id-dispożizzjonijiet, fid-Direttiva 2014/67/UE, jenħtieġ li japplikaw għas-settur tat-trasport bit-triq skont it-termini ta' din id-Direttiva. [Em. 787]

(12)  Jenħtieġ li kriterji bbilanċjati bħal dawn ikunu bbażati fuq kunċett ta' rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta' żmien, li meta jinqabeż għandhom japplikaw ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti Din ir-rabta suffiċjenti teżisti fil-każ ta' operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali. Dan il-limitu ta' żmien ma għandux japplika għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti definit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009(13) u fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009(14), minħabba li l-operazzjoni ta' trasport kollha kemm hi qed issir fi Stat Membru ospitanti. Bħala konsegwenza, ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti għandhom id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE jenħtieġ li japplikaw għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u miż-żmien ta' kemm idumu l-operazzjonijiet imwettqa minn xufier. [Em. 788]

(12a)  F'każ ta' trasport internazzjonali, ir-rabta predominanti ta' xufier fit-trasport internazzjonali bilaterali tkun ma' Stat Membru ta' stabbiliment tal-kumpanija tat-trasport, minħabba li x-xufier jirritorna regolarment lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment tal-kumpanija tat-trasport. Ix-xufier jista' jwettaq diversi operazzjonijiet tat-trasport bilaterali matul vjaġġ wieħed. Min-naħa l-oħra, hemm rabta suffiċjenti mat-territorju ta' Stat Membru ospitanti meta xufier iwettaq tipi oħra ta' operazzjonijiet, b'mod partikolari operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali mhux bilaterali, f'dak l-Istat Membru. [Em. 789]

(12b)  Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti tar-riżorsi tat-trasport, jitqiesu r-realtajiet operattivi u jitnaqqas l-għadd ta' vjaġġi vojta, li hu element importanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2, għadd limitat ta' attivitajiet tat-trasport addizzjonali jenħtieġ li jkunu possibbli mingħajr ma jiskattaw ir-regoli dwar l-istazzjonar. Tali attivitajiet jikkonsistu f'operazzjonijiet imwettqa waqt perjodu li matulu jew qablu jkun hemm operazzjoni ta' trasport internazzjonali bilaterali mill-Istat Membru ta' stabbiliment u qabel il-vjaġġ ta' ritorn lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment. [Em. 790]

(12c)  F'każ li x-xufier ikun involut f'operazzjoni tat-trasport ikkombinat, in-natura tas-servizz ipprovdut matul it-triq tal-vjaġġ inizjali jew finali hija marbuta mill-qrib mal-Istat Membru ta' stabbiliment dment li t-triq tal-vjaġġ waħidha tkun operazzjoni ta' trasport bilaterali. Min-naħa l-oħra, jkun hemm rabta suffiċjenti mat-territorju ta' Stat Membru ospitanti meta l-operazzjoni ta' trasport matul il-parti bit-triq tal-vjaġġ titwettaq fl-Istat Membru ospitanti jew bħala operazzjoni ta' trasport internazzjonali mhux bilaterali, u għalhekk, f'każ bħal dan, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli tal-istazzjonar. [Em. 791]

(12d)   Peress li ma hemm l-ebda rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ta' tranżitu, jenħtieġ li operazzjonijiet ta' tranżitu ma jkunux ikkunsidrati bħala sitwazzjonijiet ta' stazzjonar. Jenħtieġ li jkun iċċarat ukoll li l-fatt li passiġġieri jinżlu mix-xarabank matul waqfa għal raġunijiet iġeniċi ma jbiddilx il-mod li bih hi kkwalifikata l-operazzjoni ta' trasport. [Em. 792]

(12e)  It-trasport bit-triq huwa settur mobbli ħafna u jirrikjedi approċċ komuni għal ċerti aspetti ta' remunerazzjoni fis-settur. L-impriżi tat-trasport jeħtieġu ċertezza tad-dritt dwar ir-regoli u r-rekwiżiti li għandhom jikkonformaw magħhom. Dawk ir-regoli u r-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu ċari, jinftiehmu faċilment u jkunu aċċessibbli faċilment għall-impriżi tat-trasport u jenħtieġ li jippermettu kontrolli effettivi. Huwa importanti li regoli ġodda ma jintroduċux piż amministrattiv bla bżonn u li dawn iqisu kif xieraq l-interessi tal-SMEs. [Em. 793]

(12f)  Fejn, skont il-liġi, it-tradizzjonijiet u l-prassi nazzjonali inkluż b'rispett sħiħ għall-awtonomija tas-sħab soċjali, it-termini u l-kondizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE huma stabbiliti fi ftehimiet kollettivi skont l-Artikolu 3(1) u (8) ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw, bi qbil mad-Direttiva 2014/67/UE, li dawk it-termini u l-kondizzjonijiet ikunu magħmula disponibbli b'mod aċċessibbli u trasparenti għall-impriżi tat-trasport minn Stati Membri oħra u għax-xufiera stazzjonati, u jenħtieġ li jfittxu li jinvolvu s-sħab soċjali f'dak ir-rigward. L-informazzjoni rilevanti għandha, b'mod partikolari, tkopri r-remunerazzjonijiet differenti u l-elementi kostitwenti tagħhom ta' remunerazzjonijiet previsti fil-ftehimiet kollettivi applikabbli lokali u reġjonali, il-metodu użat għall-kalkolu tar-remunerazzjoni dovuta u, fejn rilevanti, il-kriterji ta' kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta' paga differenti. F'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) li temenda d-Direttiva 96/71/KE, jenħtieġ li impriżi tat-trasport ma jkunux penalizzati minħabba nuqqas ta' konformità ma' elementi ta' remunerazzjoni, il-metodu użat biex jikkalkulaw ir-remunerazzjoni dovuta u, fejn rilevanti, il-kriterja ta' kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta' paga differenti li ma jkunux pubblikament disponibbli. [Em. 794]

(13)  Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema u sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għas-settur tal-operaturi mhux residenti, jenħtieġ li fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u ta' kontroll speċifiċi, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox l-għodod ta' kontroll bħat-takografu diġitali. Bil-ħsieb li titnaqqas il-kumplessità tal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu ħielsa li jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi speċifikati f'din id-Direttiva – li kienu mfassla biex ikunu adattati għas-settur tat-trasport bit-triq – fuq l-operaturi tat-trasport bit-triq [Em. 795]

(13a)   Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-kompiti ta' ġestjoni tad-dokumenti imposti fuq ix-xufiera, l-operaturi tat-trasport għandhom jipprovdu, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn huwa bbażat l-operatur, id-dokumenti kollha meħtieġa, kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2014/67/UE dwar assistenza u kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri. [Em. 796]

(13b)   Sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li fl-Istati Membri tintuża s-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) għall-iskambju mtejjeb ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-livell transfruntier. L-estensjoni tal-karatteristiċi tal-IMI biex jinkludu l-preżentazzjoni u t-trażmissjoni ta' dikjarazzjonijiet sempliċi tista' wkoll tkun ta' vantaġġ. [Em. 797]

(13c)   Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-operaturi tat-trasport, li ta' spiss huma impriżi żgħar u ta' daqs medju, ikun xieraq li jiġi ssimplifikat il-proċess li bih jintbagħtu d-dikjarazzjonijiet dwar l-istazzjonar mill-operaturi tat-trasport permezz ta' formoli standardizzati b'xi elementi definiti minn qabel tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. [Em. 798]

(13d)   Implimentazzjoni u applikazzjoni ġenerali tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema għat-trasport bit-triq jistgħu jaffettwaw l-istruttura tal-industrija tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dan il-proċess [Em. 799]

(13e)   Jenħtieġ li l-infurzar jikkonċentra fuq spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-impriżi. Jenħtieġ li l-kontrolli mal-ġenb tat-triq ma jiġux esklużi, iżda jenħtieġ li jsiru b'mod mhux diskriminatorju unikament għal noti tal-kunsinna jew il-verżjonijiet elettroniċi tagħhom, għal konfermi tal-prereġistrazzjoni u l-attestazzjoni għal ritorn lejn il-pajjiż tal-istabbiliment tal-operatur jew ir-residenza tax-xufier. Jenħtieġ li l-kontrolli mal-ġenb tat-triq jikkontrollaw l-ewwel nett id-data takografika li hija importanti biex tiġi determinata l-attività ta' xufier u ta' vettura fuq perjodu kontinwu ta' erba' ġimgħat u l-kopertura ġeografika ta' din l-attività. Ir-reġistrazzjoni tal-kodiċi tal-pajjiż tista' tkun ta' għajnuna. [Em. 800]

(13f)   L-impatt tal-applikazzjoni u tal-infurzar tar-regoli għall-istazzjonar tal-ħaddiema fuq l-industrija tat-trasport bit-triq jenħtieġ li jiġi ripetutament evalwat mill-Kummissjoni u rrapportat lill-Parlament u lill-Kunsill, u jenħtieġ li jsiru proposti biex dawn ikomplu jiġu ssimplifikati u jitnaqqas il-piż amministrattiv. [Em. 801]

(13g)   B'rikonoxximent tal-ħtieġa għal trattament speċifiku għas-settur tat-trasport, li fih il-moviment huwa l-essenza proprja tal-ħidma mwettqa mix-xufiera, l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE għas-settur tat-trasport bit-triq jenħtieġ li tikkoinċidi mad-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda tad-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' infurzar, u tar-regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq. [Em. 802]

(13h)   Sabiex l-Annessi ta' din id-Direttiva jiġu adattati għall-iżviluppi tal-aħjar prattiki, jenħtieġ li tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex jiġu adottati atti fir-rigward tal-emenda ta' dawk l-Annessi, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(17). B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 803]

(-14a)  Jenħtieġ li, fil-kuntest ta' assistenza reċiproka u ta' kooperazzjoni amministrattiva effikaċi bejn l-Istati Membri, l-iskambju ta' informazzjoni jkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679. [Em. 804]

(-14b)   Jenħtieġ li s-sħab kollha fil-katina tal-provvista jirrispettaw ir-regoli li jissalvagwardjaw kundizzjonijiet soċjali tajba fis-suq Ewropew tat-trasport tal-merkanzija bit-triq kollu kemm hu. Sabiex jinħoloq suq intern Ewropew ekonomikament u soċjalment sostenibbli, jenħtieġ li tiġi stabbilita u implimentata katina ta' responsabbiltà li tkopri lill-atturi kollha fil-katina loġistika. It-tisħiħ tat-trasparenza u tar-responsabbiltà u ż-żieda fl-ugwaljanza soċjali u ekonomika se żżid il-possibbiltà li l-professjoni tkun aktar attraenti u tiġi promossa kompetizzjoni b'saħħitha. [Em. 805]

(14)  Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 2006/22/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/22/KE hija emendata kif ġej:

(1)  it-titolu jinbidel b’dan li ġej:"

“Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali marbuta ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE”;

"

(2)  L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:"

“Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014* u tad-Direttiva 2002/15/KE**.

______________________

*Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

** Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).”;

"

(3)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"

“Kull sena dawn il-kontrolli għandhom ikopru kampjun wiesa' u rappreżentattiv ta' ħaddiema mobbli, xufiera, impriżi u vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u f'każ ta' kontrolli fl-istabbilimenti, ta' ħaddiema mobbli u xufiera li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw kontrolli fil-ġenb tat-triq fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE biss wara l-introduzzjoni ta' teknoloġija li tippermetti li jsiru kontrolli effikaċi. Sadanittant, dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu esklussivament fl-istabbilimenti ta' impriżi tat-trasport..”; [Em. 806]

"

(b)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"

“Kull Stat Membru għandu jorganizza kontrolli b'tali mod li jsiru kontrolli fuq mill-inqas 3 % tal-jiem li jkunu nħadmu mix-xufiera ta' vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE. Wara li jsiru kontrolli fil-ġenb tat-triq u fejn ix-xufier ma jkunx f'pożizzjoni li jippreżenta dokument wieħed meħtieġ jew aktar, ix-xufiera għandhom ikunu rilaxxati biex ikomplu l-operazzjoni tagħhom ta' trasport u l-operatur ta' trasport fl-Istat Membru ta' stabbiliment huwa obbligat jippreżenta d-dokumenti permezz tal-awtoritajiet kompetenti.”; [Em. 807]

"

(c)  il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:"

“4. L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha tinkludi l-għadd ta' xufiera li sarulhom kontrolli fil-ġenb tat-triq, l-għadd ta' kontrolli li jkunu saru fl-istabbilimenti tal-impriżi, l-għadd ta' jiem ta' xogħol li saru kontrolli dwarhom fl-istabbilimenti u l-għadd u t-tipi ta' ksur li ġew irrappurtati, kif ukoll reġistru li juri jekk ġewx trasportati passiġġieri jew ġietx ittrasportata merkanzija.”; [Em. 808]

"

(3a)  L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej"

“Artikolu 5

Kontrolli organizzati

L-Istati Membri għandhom, tal-anqas sitt darbiet fis-sena, jagħmlu kontrolli flimkien fit-triq u fl-istabbilimenti ta' xufiera u vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet tal-infurzar ta' żewġ Stati Membri jew aktar, kull waħda topera fit-territorju tagħha. Is-sommarju tar-riżultati ta' kontrolli miftiehma għandhom isiru pubbliċi f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data.".”; [Em. 809]

"

(4)  fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

“1. Il-kontrolli fl-istabbiliment għandhom ikunu ppjanati fid-dawl tal-esperjenza tal-passat fir-rigward tad-diversi tipi ta' trasport u ta' impriżi. Dawn għandhom jitwettqu wkoll jekk waqt il-kontroll fil-ġenb tat-triq jinstab xi ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 jew tad-Direttiva 2002/15/KE.”; [Em. 810]

"

(4a)  fl-Artikolu 7(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(b) li jgħaddi l-prospetti tal-istatistika li jsiru darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006;”; [Em. 811]

"

(5)  fl-Artikolu 7(1), jiżdied il-punt (d) li ġej:"

“(d) sabiex jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u d-Direttiva 2002/15/KE.”;

"

(6)  L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(-a)  Fl-Artikolu 8(1), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:"

“1. Tagħrif li jsir disponibbli bilateralment skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 għandu jiġi skambjat bejn il-korpi nominati notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7:”; [Em. 812]

"

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:"

“(b) fuq talba motivata speċifika minn Stat Membru f'każijiet individwali, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli permezz ta' konsultazzjoni diretta ta' reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.”; [Em. 813]

"

(b)  jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:"

“1a. Stat Membru għandu jippreżenta l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħra skont il-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu fi żmien 25 jum għaxart ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba. F'każijiet debitament ġustifikati li jeħtieġu analiżi fil-fond jew li jinvolvu kontrolli fl-istabbilimenti tal-impriżi kkonċernati, il-limitu ta' żmien għandu jkun 20 jum ta' xogħol. Jista' jiġi miftiehem limitu ta' żmien iqsar bi qbil reċiproku bejn l-Istati Membri. F'każijiet urġenti jew f'każijiet li jeħtieġu konsultazzjoni sempliċi tar-reġistri, bħal pereżempju dawk ta' sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju, l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppreżentata fi żmien tlett ijiem ta' xogħol. [Em. 814]

Jekk l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jikkunsidra li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b’dan fi żmien għaxart ħamest ijiem ta’ xogħol. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jissostanzja t-talba b’mod ulterjuri. Fejn dan ma jkunx possibbli, it-talba tista’ tiġi miċħuda mill-Istat Membru. [Em. 815]

Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma' talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru inkwistjoni li tkun saritlu t-talba għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien għaxart ħamest ijiem ta' xogħol, u għandu filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal danraġunijiet biex debitament jiġġustifika d-diffikultà jew l-impossibbiltà li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddiskutu ma' xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe diffikultà li tista' titqajjem.”. [Em. 816]

Meta l-Kummissjoni ssir konxja ta' problema persistenti fl-iskambju ta' informazzjoni jew ta' rifjut permanenti biex tingħata informazzjoni, hija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkoreġi s-sitwazzjoni, inkluża, jekk ikun xieraq, tiftaħ investigazzjoni tal-kwistjoni u, imbagħad, tapplika sanzjonijiet fil-konfront tal-Istat Membru.”; [Em. 817]

"

(ba)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“2. B'deroga mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri previst fil-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu għandu jiġi implimentat permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess dirett f'ħin reali għal data fir-reġistri elettroniċi nazzjonali permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.; [Em. 818]

"

(bb)  fl-Artikolu 8, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"

“2a. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa applikazzjoni elettronika komuni għall-Istati Membri kollha tal-UE, li ser tagħti lill-ispetturi aċċess dirett f'ħin reali għall-ERRU u għall-IMI matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq u fl-istabbilimenti mis-sena 2020. Din l-applikazzjoni għandha tiġi żviluppata permezz ta' proġett pilota.” ; [Em. 819]

"

(7)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

“1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju għall-impriżi bbażata fuq l-għadd u s-serjetà ta' kull każ ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2002/15/KE mwettqa minn impriża individwali.

Permezz ta' Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha delegati skont l-Artikolu 15 biex tistabbilixxi metodu komuni għall-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi li għandu jikkunsidra l-għadd, is-serjetà il-gravità u l-frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur, u li jqis ukoll ir-riżultati tal-kontrolli meta ma jkun instab ebda ksur, u jekk impriża tat-trasport bit-triq kinitx qed tagħmel użu mit-takografu intelliġenti fil-vetturi kollha tagħha skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) ta' din id-Direttiva.”; [Em. 820]

"

(b)  fil-paragrafu 2, titħassar it-tieni sentenza.

(ba)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej"

“3. Lista inizjali ta' ksur tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 tinsab fl-Anness III.” ; [Em. 821]

"

(bb)  fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“Bil-ħsieb li jingħataw linji gwida dwar il-kejl tal-piż tal-ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew ir-Regolament (UE) Nru 165/2014, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a li jemenda l-Anness III bil-ħsieb li tistabbilixxi linji gwida dwar firxa komuni ta' ksur, maqsuma f'kategoriji skont il-gravità tagħhom..”; [Em. 822]

"

(bc)  fil-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:"

Il-kategorija għall-ksur l-aktar serju għandha tinkludi dak fejn in-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 jew (UE) 165/2014 joħolqu riskju serju ta' riskju ta' mewt jew ta' korriment personali gravi.”; [Em. 823]

"

(c)  jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

“4. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq, fil-ħin tal-kontroll, id-dejta li tinsab fis-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tar-riskju għandha tkun u r-reġistri nazzjonali tal-impriżi u l-attivitajiet tat-trasport għandhom ikunu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha ta' kontroll tal-Istat Membru kkonċernat tal-inqas permezz ta' applikazzjoni elettronika komuni għall-Istati Membri kollha, li permezz tagħha jkollhom aċċess dirett f'ħin reali għall-ERRU.; [Em. 824]

5.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni li tkun tinsab fis-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tar-riskju disponibbli fuq talba, jew għandhom jagħmluha direttament aċċessibbli direttament aċċessibbli permezz tar-reġistri elettroniċi nazzjonali interoperabbli kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri l-oħra skont il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 8. F'dan ir-rigward, l-iskambju ta' informazzjoni u dejta dwar kwalunkwe ksur mill-operaturi tat-trasport u dwar il-klassifikazzjoni tar-riskju għandu jkun ikkonċentrat u mwettaq permezz tal-interkonnessjoni li l-ERRU jipprovdi bejn ir-reġistri nazzjonali differenti fl-Istati Membri”; [Em. 825]

"

(8)  fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"

“3. Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a biex tistabbilixxi approċċ komuni għar-reġistrazzjoni u għall-kontroll ta' perjodi ta' xogħol ieħor, kif stabbilit fil-punt (e) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, inkluża l-forma tar-rekordjar u tal-każijiet speċifiċi li fihom se jseħħ u r-rekordjar u l-kontrolli ta' perjodi ta' mill-inqas ġimgħa li matulhom xufier ma jkunx mal-vettura. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) u ma jkunx jista' jwettaq ebda attività b'dik il-vettura”; [Em. 826]

"

(8a)  L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“Artikolu 12

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011." ; [Em. 827]

"

(8b)  fl-Artikolu 13, il-punt b huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“(b) li tħeġġeġ koerenza fl-approċċ bejn awtoritajiet tal-infurzar u interpretazzjoni armonizzata tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 bejn l-awtoritajiet tal-infurzar;” [Em. 828]

"

(8c)  L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“Artikolu 14

Negozjati ma' pajjiżi terzi

Ladarba din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, l-Unjoni għandha tibda negozjati mal-pajjiżi terzi rilevanti bil-ħsieb li jkunu applikati regoli ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva.

Fl-istennija tal-konklużjoni ta' dawn in-negozjati, l-Istati Membri għandhom jinkludu data dwar kontrolli, fuq vetturi minn pajjiżi terzi, fl-informazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.”; [Em. 829]

"

(8d)  L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“Artikolu 15

Aġġornament tal-annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a biex temenda l-Annessi I u II sabiex jiġu introdotti l-adattamenti meħtieġa għall-iżviluppi fl-aħjar prattiki.” ; [Em. 830]

"

(8e)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej"

“Artikolu 15a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 9(3) u 15 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; [Em. 831]

"

(9)  L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(-a)  fil-Parti A, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej"

“(1) ħinijiet ta' sewqan kuljum u ta' kull ġimgħa, pawżi u perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa; anke l-folji li fihom jitniżżlu r-rekords tal-jiem preċedenti u li għandhom jinġarru abbord il-vettura skont l-Artikolu 36(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u/jew id-data maħżuna għall-istess perijodu fuq il-kard tax-xufier u/jew fil-memorja tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni skont l-Anness II ta' din id-Direttiva u/jew fil-materjal f'forma stampata;”; [Em. 832]

"

(-aa)  fil-Parti A, il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“(2) għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 36(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, każijiet fejn tinqabeż il-veloċità awtorizzata tal-vettura, jiġifieri kull perjodu ta' aktar minn minuta li fiha l-veloċità tal-vettura teċċedi d-90 kilometru fis-siegħa għal vetturi fil-kategoriji N3 jew il-105 kilometru fis-siegħa km/h għal vetturi fil-kategorija M3 (kategoriji N3 u M3 huma skont id-definizzjoni fid-Direttiva 2007/46/KE(18); [Em. 833]

"

(-ab)  fil-Parti A, il-punt (4) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“(4) it-tħaddim tajjeb tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni (li tkun determinata l-possibbiltà ta' użu ħażin tat-tagħmir u/jew il-kard tax-xufier u/jew il-folji li fihom jitniżżlu r-rekords) jew, fejn xieraq, il-preżenza tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006;” ; [Em. 834]

"

(a)  fil-Parti A, jiżdied il-punt (6) li ġej:"

“(6) il-ħinijiet tax-xogħol fil-ġimgħa kif stipulat stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2002/15/KE, dment li t-teknoloġija tippermetti li jitwettqu verifiki effikaċi. [Em. 835]

"

(b)  fil-Parti B, jiżdied il-punt (4) li ġej:"

“(4) ir-rekwiżiti dwar il-ħinijiet tax-xogħol fil-ġimgħa, il-pawżi u x-xogħol ta’ billejl kif stipulati fl-Artikoli 4, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/15/KE.”;

"

(ba)  fil-Parti B, is-subparagrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"L-Istati Membri jistgħu, jekk ikun xieraq, jikkontrollaw ir-responsabbilità konġunta ta' instigaturi jew aċċessorji oħra fil-katina tat-trasport, bħalma huma dawk li jieħdu ħsieb il-merkanzija trasportata, burdnara jew kuntratturi, jekk ikun instab li twettaq xi ksur, inkluż il-verifika li l-kuntratti għall-provvista tat-trasport jippermettu l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u r-Regolament (UE) Nru 165/2014."; [Em. 836]

"

Artikolu 2

1.  Dan l-Artikolu jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward ta’ ċerti aspetti tad-Direttiva 96/71/KE b’rabta mal-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u fir-rigward ta’ ċerti aspetti tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mar-rekwiżiti amministrattivi u mal-miżuri ta’ kontroll għall-istazzjonar ta’ dawk ix-xufiera.

1a.  Dawn ir-regoli speċifiċi għandhom japplikaw għax-xufiera impjegati minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru li jkun ħa xi waħda mill-miżuri transnazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(3) (a) tad-Direttiva 96/71/KE.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta’ dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009, meta l-perjodu ta’ stazzjonar fit-territorju tagħhom għat-twettiq tal-operazzjonijiet ikun ugwali għal 3 ijiem jew inqas matul perjodu ta’ xahar kalendarju wieħed.

2.  Xufier ma għandux jitqies stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta jwettaq operazzjonijiet ta' trasport bilaterali.

Għall-fini ta' din id-Direttiva, operazzjoni ta' trasport bilaterali fir-rigward ta' merkanzija hija l-moviment ta' merkanzija, abbażi ta' kuntratt ta' trasport, mill-Istat Membru ta' stabbiliment, kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz, jew minn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment.

2a.  Mid-data li fiha x-xufiera għandhom jirreġistraw id-data dwar il-qsim tal-fruntieri manwalment, kif previst fl-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, l-Istati Membri għandhom japplikaw ukoll l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija meta:

–   ix-xufier li jwettaq operazzjoni ta' trasport bilaterali jwettaq magħha attività waħda ta' tagħbija u/jew ħatt fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi li x-xufier jgħaddi minnhom, dment li x-xufier ma jgħabbix merkanzija u jħottha fl-istess Stat Membru.

Meta operazzjoni ta' trasport bilaterali li tibda mill-Istat Membru ta' stabbiliment u li matulha ma tkun twettqet ebda attività addizzjonali tkun segwita minn operazzjoni ta' trasport bilaterali lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment, l-eċċezzjoni għandha tapplika għal mhux iżjed minn żewġ attivitajiet addizzjonali ta' tagħbija u/jew ħatt, skont il-kundizzjonijiet stipulati hawn fuq.

Din l-eżenzjoni għandha tapplika biss sad-data li fiha jitwaħħal għall-ewwel darba takografu intelliġenti li jikkonforma mar-reġistrazzjoni tal-qsim tal-fruntiera u l-attivitajiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 8(1), subparagrafu 1 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 fil-vetturi reġistrati fi Stat Membru kif speċifikat fl-Artikolu 8(1), subparagrafu 2 ta' dak ir-Regolament. Minn dik id-data, l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika biss għax-xufiera li jużaw vetturi li jkollhom takografu intelliġenti kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10 ta' dak ir-Regolament.

2b.  Xufier involut fil-ġarr internazzjonali okkażjonali jew regolari ta' passiġġieri, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, ma għandux jitqies stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta:

–   jiġbor passiġġieri fl-Istat Membru ta' stabbiliment u jniżżilhom fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz; jew

–   jiġbor passiġġieri fi Stat Membru jew f'pajjiż terz u jniżżilhom fl-Istat Membru ta' stabbiliment; jew

–   jiġbor u jniżżel passiġġieri fl-Istat Membru ta' stabbiliment għall-fini ta' eskursjoni lokali, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009.

2c.  Xufier li jwettaq kabotaġġ kif definit bir-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009 għandu jitqies stazzjonat skont id-Direttiva 96/71/KE.

2d.  Minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71/KE, xufier ma għandux jitqies stazzjonat fit-territorju ta' Stat Membru li x-xufier jgħaddi minnu mingħajr ma jgħabbi jew iħott merkanzija u mingħajr ma jtella' jew iniżżel passiġġieri.

2e.  Fil-każ fejn ix-xufier ikun qed iwettaq il-parti inizjali jew finali tal-vjaġġ ta' operazzjoni ta' trasport ikkombinata kif definita fid-Direttiva 92/106/KEE, ix-xufier ma għandux jitqies stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE jekk il-parti tal-vjaġġ waħidha tikkonsisti f'operazzjonijiet ta' trasport bilaterali kif definiti fil-paragrafu 2.

2f.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bi qbil mad-Direttiva 2014/67/UE, it-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE, li jkunu mniżżla fi ftehimiet kollettivi f'konformità mal-Artikolu 3(1) u (8) ta' dik id-Direttiva jkunu disponibbli b'mod aċċessibbli u trasparenti għall-impriżi tat-trasport minn Stati Membri oħra u għax-xufiera stazzjonati. L-informazzjoni rilevanti għandha, b'mod partikolari, tkopri r-remunerazzjonijiet differenti u l-elementi kostitwenti tagħhom, inklużi elementi ta' remunerazzjonijiet previsti fil-ftehimiet kollettivi lokali jew reġjonali applikabbli, il-metodu użat għall-kalkolu tar-remunerazzjoni dovuta u, meta rilevanti, il-kriterji ta' kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta' paga differenti. F'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/957 li temenda d-Direttiva 96/71/KE, impriżi tat-trasport ma għandhomx jiġu penalizzati għal nuqqas ta' konformità ma' elementi ta' remunerazzjoni, il-metodu użat għall-kalkolu tar-remunerazzjoni dovuta u, fejn rilevanti, il-kriterji ta' kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta' paga differenti li ma jkunux disponibbli pubblikament.

2g.  L-impriżi tat-trasport stabbiliti fi Stat li mhux membru m'għandhomx jingħataw trattamenti iktar favorevoli minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru.

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri ekwivalenti għad-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva [XX/XX] (lex specialis) fil-ftehimiet bilaterali tagħhom ma' pajjiżi terzi meta jagħtu aċċess għas-suq tal-UE lil impriżi ta' trasport bit-triq stabbiliti f'dawk il-pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom ukoll jaħdmu biex jimplimentaw miżuri ekwivalenti fil-kuntest ta' ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali u multilaterali tagħhom ma' pajjiżi terzi lill-Kummissjoni.

Sabiex jiġi żgurat kontroll adegwat ta' dawn il-miżuri ekwivalenti fuq l-istazzjonar minn operaturi ta' pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli riveduti fir-Regolament (UE) XXX/XXX fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografu [Regolament li jimmodifika r-Regolament (UE) Nru 165/2014] ikunu implimentati fil-qafas tal-Ftehim Ewropew dwar il-Ħidma ta' Ekwipaġġi ta' Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali bit-Triq (AETR). [Em. 837]

Meta l-perjodu ta’ stazzjonar ikun itwal minn 3 ijiem, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għall-perjodu kollu ta’ stazzjonar fit-territorju tagħhom matul il-perjodu ta’ xahar kalendarju wieħed imsemmi fl-ewwel subparagrafu. [Em. 838]

3.  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodi ta’ stazzjonar imsemmija fil-paragrafu 2: [Em. 839]

(a)  perjodu ta’ xogħol ta’ kuljum ta’ inqas minn sitt sigħat imqattgħin fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti għandu jitqies bħala nofs ġurnata; [Em. 840]

(b)  perjodu ta’ xogħol ta’ kuljum ta’ sitt sigħat jew aktar imqattgħin fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti għandu jitqies bħala ġurnata sħiħa; [Em. 841]

(c)  il-pawżi, il-perjodi ta’ mistrieħ u l-perjodi ta’ disponibbiltà mqattgħin fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti għandhom jitqiesu bħala perjodi ta’ xogħol. [Em. 842]

4.  B'deroga mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll li ġejjin: [Em. 843]

(a)  obbligu li operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru ieħor jibgħat jissottometti dikjarazzjoni ta' stazzjonar jissottometti f'forma elettronika permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012, lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun stazzjonat ix-xufier mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonar, b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż u tal-Unjoni Ewropea li jkun fiha biss l-informazzjoni li ġejja: [Em. 844]

(i)  l-identità tal-operatur tat-trasport bit-triq permezz tan-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa intra-Komunitarju tiegħu jew in-numru tal-Liċenzja Komunitarja; [Em. 845]

(ii)  id-dettalji ta’ kuntatt ta' maniġer tat-trasport jew ta’ persuna/i oħra ta’ kuntatt fl-Istat Membru ta’ stabbiliment biex jikkomunikaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qed jiġu pprovduti s-servizzi, u biex jibagħtu u jirċievu dokumenti jew avviżi;

(iii)  l-għadd antiċipat informazzjoni dwar ix-xufier stazzjonat, inkluż dan li ġej: l-identità, il-pajjiż ta' residenza, il-pajjiż fejn isir il-pagament tal-kontribuzzjonijiet soċjali, in-numru tas-sigurtà soċjali u l-identitajiet tax-xufiera stazzjonati n-numru tal-liċenzja tas-sewqan; [Em. 846]

(iv)  kemm mistenni jdum, id-data prevista tal-bidu id-data prevista tal-bidu u d-durata stmata, u d-data tat-tmiem tal-istazzjonar u l-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-impjieg; [Em. 847]

(iva)  għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq: l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tad-destinatarji, dment li l-operatur tat-trasport ma jużax e-CMR; [Em. 848]

(v)  in-numri tal-pjanċi ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi li jintużaw fl-istazzjonar;

(vi)  it-tip ta’ servizzi tat-trasport, jiġifieri l-ġarr tal-merkanzija, it-trasport tal-passiġġieri, it-trasport internazzjonali, l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ;

(via)  għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq: l-indirizzi tat-tagħbija u tal-ħatt, dment li l-operatur tat-trasport ma jużax e-CMR; [Em. 849]

(b)  obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq jiżgura li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronikaikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, , fuq karta jew f'forma elettronika, kopja tad-dikjarazzjoni tal-istazzjonar u evidenza dwar l-operazzjoni tat-trasport li tkun qed isseħħ fl-Istat Membru ospitanti, bħal nota ta' konsenja elettronika (e-CMR) jew il-provi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; [Em. 850]

(c)  obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq jiżgura li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbliikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, u b’mod partikolari l-kodiċijiet tal-pajjiż tal-Istati Membri li fihom kien preżenti x-xufier meta kien qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq jew operazzjonijiet ta’ kabotaġġ; [Em. 851]

(ca)  matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq imsemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan l-Artikolu, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi d-dokumenti mitluba [Em. 852]

(d)  obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli fuq karta jew f’forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tal-kuntratt ta’ impjieg jew dokument ekwivalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE(19), tradott lejn waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż; [Em. 854]

(e)  obbligu li x-xufier jagħmel disponibbli fuq karta jew f’forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tar-riċevuti tal-paga tal-aħħar xahrejn; waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista’ tipprovdi din il-kopja; [Em. 855]

(f)  obbligu li x-xufier, wara l-perjodu ta' stazzjonar, jippreżenta fuq karta jew f'forma elettronika, għall-operatur tat-trasport bit-triq li jibgħat permezz tal-interfaċċja pubblika IMI, wara l-perjodu ta' stazzjonar [...] kopji tad-dokumenti msemmija fil-punti (b), (c) u (e) (c), fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti f'perjodu ta' żmien raġonevoli;li fih ġie stazzjonat xufier kif ukoll id-dokumentazzjoni tar-remunerazzjoni tax-xufiera stazzjonati li tikkonċerna l-perjodu tal-istazzjonar u l-kuntratt ta' impjieg jew dokument ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE(20), ir-reġistri tal-ħinijiet relatati max-xogħol tax-xufier u prova tal-pagamenti.

L-operatur tat-trasport bit-triq għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni mitluba billi juża l-interfaċċja pubblika IMI fi żmien xahrejn mid-data tat-talba.

Meta l-operatur tat-trasport bit-triq jonqos milli jipprovdi d-dokumentazzjoni mitluba kollha permezz tal-interfaċċja pubblika IMI fl-iskadenza stabbilita, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-istazzjonar jistgħu, f'konformità mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2014/67/UE, jitolbu l-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment tal-operatur. Meta talba bħal din issir permezz tal-IMI, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment tal-operatur għandu jkollhom aċċess għad-dikjarazzjoni ta' stazzjonar u għal informazzjoni rilevanti oħra mressqa mill-operatur permezz tal-interfaċċja pubblika IMI.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabiliment tal-operatur għandhom jiżguraw li d-dokumenti mitluba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ l-istazzjonar jingħataw permezz tal-IMI fi żmien 25 jum ta' xogħol mid-data tat-talba. [Em. 853]

5.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4, operatur tat-trasport bit-triq jista’ jipprovdi dikjarazzjoni ta’ stazzjonar li tkopri perjodu mhux itwal minn sitt xhur. [Em. 856]

5a.  L-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet għandha tinżamm fir-repożitorju tal-IMI għall-fini ta' kontrolli għal perjodu ta' 18-il xahar u għandha tkun aċċessibbli direttament u f'ħin reali għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri l-oħra maħtura b'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/22/KE.

L-awtorità nazzjonali kompetenti tista' tippermetti li s-sħab soċjali, f'konformità mad-dritt u l-prattika nazzjonali, jiksbu aċċess għall-informazzjoni dment:

–   li l-informazzjoni tkun relatata mal-istazzjonar fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat;

–   li l-informazzjoni tintuża għall-fini tal-infurzar tar-regoli dwar l-istazzjonar; u

–   li l-ipproċessar tad-data jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data. [Em. 857]

5b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiġu mfassla formoli standardizzati bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni bil-ħsieb li jintużaw għat-tressiq ta' dikjarazzjonijiet permezz tal-interfaċċja pubblika tal-IMI, tispeċifika l-funzjonalitajiet tad-dikjarazzjoni fl-IMI u l-mod kif l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(i) sa (via) tal-paragrafu 4, trid tiġi ppreżentata fid-dikjarazzjoni u tiżgura li dik l-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet tiġi awtomatikament tradotta b'lingwa ta' Stat Membru ospitanti. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2).[Em. 858]

5c.   L-Istati Membri għandhom jevitaw dewmien bla bżonn fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kontroll li jista' jaffettwa t-tul ta' żmien u d-dati tal-istazzjonar.[Em. 859]

5d.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib u għandhom jagħtu assistenza reċiproka u l-informazzjoni rilevanti kollha lil xulxin, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE u fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. [Em. 860]

Artikolu 2a

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 861]

Artikolu 2b

L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, meta huma jkunu jafu, jew, fid-dawl taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, suppost ikunu jafu li s-servizzi tat-trasport li jikkummissjonaw jiksru din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji. [Em. 862]

Artikolu 2c

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istrumenti eżistenti u l-aħjar prassi li jippromwovu l-imġiba soċjalment responsabbli tal-atturi kollha fil-katina tal-konsenja ta' merkanzija u tfassal proposta leġiżlattiva biex tistabbilixxi Pjattaforma Ewropea ta' Fiduċja, jekk ikun xieraq, sa ...[sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. [Em. 863]

Artikolu 2d

Infurzar intelliġenti

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/67/UE u sabiex l-obbligi previsti fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva jiġu infurzati aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata strateġija ta' infurzar nazzjonali koerenti fit-territorju tagħhom. Din l-istrateġija għandha tiffoka fuq l-impriżi klassifikati bħala ta' riskju għoli, imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontrolli previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE jinkludu, meta rilevanti, kontroll dwar l-istazzjonar u li dan il-kontroll għandu jitwettaq mingħajr diskriminazzjoni, b'mod partikolari mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq il-pjanċi tal-vetturi li jintużaw għall-istazzjonar.

3.   L-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq l-impriżi li huma kklassifikati bħala li jikkostitwixxu riskju akbar ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, applikabbli għalihom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom, fi ħdan is-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita minnhom skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li ġiet estiża skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jittrattaw ir-riskju ta' ksur ta' dan it-tip bħala riskju fih innifsu.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni u d-dejta rilevanti rreġistrati, ipproċessati jew maħżuna mit-takografu intelliġenti msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 għad-dikjarazzjonijiet ta' stazzjonar imsemmija fl-Artikolu 2(4) ta' din id-Direttiva u fid-dokumenti tat-trasport elettroniċi, bħalma huma noti ta' konsenja elettronika skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija bit-Triq (eCMR).

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tistabbilixxi l-karatteristiċi tad-dejta li l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għaliha, il-kundizzjonijiet tal-użu ta' tali dejta u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tagħha jew l-aċċess għaliha, filwaqt li jiġu speċifikati b'mod partikolari:

(a)   lista dettaljata ta' informazzjoni u dejta li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom aċċess għaliha, li għandha tinkludi tal-inqas il-ħin u l-post tal-qsim tal-fruntieri, l-operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt, il-pjanċa ta' reġistrazzjoni tal-vettura u d-dettalji tax-xufier;

(b)   id-drittijiet ta' aċċess tal-awtoritajiet kompetenti, differenzjati fejn xieraq, skont it-tip ta' awtoritajiet kompetenti, it-tip ta' aċċess u l-għan li għalih tintuża d-dejta;

(c)   l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni jew l-aċċess għad-dejta msemmija fil-punt (a), inkluż, meta jkun rilevanti, id-durata massima li d-dejta tinżamm, meta xieraq b'divrenzjar skont it-tip ta' dejta.

6.   Kwalunkwe dejta personali msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun aċċessibbli jew maħżuna għal mhux iktar minn dak li jkun neċessarju għall-finijiet li għalihom id-dejta tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata aktar. Ladarba tali dejta ma tkunx meħtieġa iżjed għal dawk il-finijiet, din għandha tinqered.

7.   L-Istati Membri għandhom iwettqu, tal-inqas tliet darbiet fis-sena, il-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq fuq l-istazzjonar, li jistgħu jikkoinċidu mal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/22/KE. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli fil-qasam tal-istazzjonar ta' żewġ Stati Membri jew aktar, fejn kull waħda minnhom topera fit-territorju tagħha. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-għadd u t-tipi ta' ksur osservati wara li jkunu saru l-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq.

Is-sommarju tar-riżultati tal-kontrolli miftiehma għandhom isiru pubbliċi f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta. [Em. 864]

Artikolu 2e

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

“12a. Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE: Artikolu 8

12b.   Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq: Artikolu 2(5). [Em. 865]

"

Artikolu 3

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-impatt tal-Artikolu 2, sa [3 snin wara d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva] u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Jekk ikun xieraq, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment dwar l-implimentazzjoni tal-infurzar intelliġenti msemmi fl-Artikolu 2d u dwar id-diffikultajiet potenzjali fl-infurzar.

Sabiex tkun tista' tiġi vvalutata l-effikaċja tal-informazzjoni tal-infurzar, ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-effikaċja ta':

–   it-takografu intelliġenti msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014;

–   l-użu tal-IMIs, imsemmija fl-Artikolu 2(5a) u (5b) ta' din id-Direttiva;

–   l-użu ta' dokumenti tat-trasport elettroniċi, bħalma huma n-noti elettroniċi ta' konsenja skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt ta' Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq (eCMR);

–   l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti permezz tal-ERRU u tal-IMI, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-effikaċja ta' aċċess dirett u f'ħin reali kemm għall-ERRU kif ukoll għall-IMI mill-awtoritajiet permezz tal-applikazzjoni tal-UE matul kontrolli fil-ġenb tat-triq, kif imsemmi fl-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2006/22/KE; u

–   l-implimentazzjoni tal-programm ta' taħriġ bil-għan li jgħin lix-xufiera u l-atturi l-oħra kollha involuti fil-proċedura, inklużi l-impriżi, l-amministrazzjonijiet u l-ispetturi, biex jadattaw għar-regoli u r-rekwiżiti l-ġodda li jaffettwawhom.

2.  Wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva fuq bażi regolari u għandha tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format u l-istabbiliment ta' sett ta' linji gwida għar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jistgħu jinkludu regoli li jesiġu li l-Istat Membri jgħaddu lill-Kummissjoni dejta dwar il-fluss tat-traffiku u dejta dwar il-ġbir ta' reġistrazzjoni ta' vetturi mill-Istati Membri permezz ta' sistemi ta' pedaġġ, fejn dawn jeżistu, għall-fini ta' valutazzjoni tal-effikaċja ta' infurzar ta' din id-Direttiva.

3.  Fejn ikun xieraq, ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti rilevanti.

3.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-effikaċja ta' infurzar, inkluża analiżi tal-kostijiet f'termini tal-benefiċċji tal-użu ta' sensuri ta' ponderazzjoni għall-fini ta' reġistrazzjoni awtomatika ta' punti ta' tagħbija/ħatt. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. [Em. 866]

Artikolu 3a

Taħriġ

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm komprensiv u integrat ta' taħriġ u adattament għar-regoli u r-rekwiżiti l-ġodda għax-xufiera u l-atturi l-oħra kollha involuti fil-proċedura, l-impriżi, l-amministrazzjonijiet u l-ispetturi. [Em. 867]

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [...] [Il-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni se jkun qasir kemm jista’ jkun, u ġeneralment, ma għandux jaqbeż sentejn], sat-30 ta' Lulju 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. [Em. 868]

Is-settur tat-trasport, minħabba l-karatteristiċi rikonoxxuti tiegħu ta' mobbiltà għolja, huwa eżenti mill-miżuri li jirriżultaw mill-att leġiżlattiv li jemenda d-Direttiva 96/71/KE sakemm din id-Direttiva ssir applikabbli. [Em. 869]

Is-settur tat-trasport huwa eżentat mill-miżuri li jirriżultaw mill-att leġiżlattiv li jemenda d-Direttiva 96/71/KE sad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti ta' infurzar li jistabbilixxu regoli speċifiċi fir-rigward tat-trasport ta' din id-Direttiva. [Em. 870]

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn […].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fi jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Gћall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 197, 8.6.2018, p. 45.
(2) ĠU C 176, 23.5.2018, p. 57.
(3)ĠU C 197, 8.6.2018, p. 45.
(4)ĠU C ,176, 23.5.2018, p. 57.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019.
(6) Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa biex tiġi segwita l-okkupazzjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
(9)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(10)Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).
(11)Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).
(12)COM(2016)0128.
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali għas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
(15) Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 16).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament IMI")(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).
(17) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(18) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(19)Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).


Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ u l-pożizzjonament permezz ta’ takografi ***I
PDF 263kWORD 93k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi (COM(2017)0277 – C8-0167/2017 – 2017/0122(COD))
P8_TA(2019)0340A8-0205/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0277),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0167/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta’ Frar 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0205/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta’ takografi

P8_TC1-COD(2017)0122


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Kundizzjonijiet tax-xogħol tajba għax-xufiera u kundizzjonijiet ġusti ta' negozju għall-impriżi tat-trasport bit-triq huma tal-ogħla importanza għall-ħolqien ta' settur tat-trasport bit-triq sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli u nondiskriminatorju, li jkun kapaċi jattira ħaddiema kwalifikati. Biex dak il-proċess jiġi ffaċilitat huwa essenzjali li r-regoli soċjali tal-Unjoni fit-trasport bit-triq ikunu ċari, proporzjonati, xierqa għall-iskop tagħhom, faċli biex jiġu applikati u infurzati u implimentati b'mod effettiv u konsistenti fl-Unjoni kollha. [Em. 346]

(2)  Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tas-sett eżistenti ta’ regoli soċjali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, u b’mod partikolari tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fil-qafas legali eżistentifl-implimentazzjoni tal-qafas legali. Regoli mhux ċari u mhux xierqa dwar il-mistrieħ fil-ġimgħa, il-faċilitajiet tal-mistrieħ, il-pawżi waqt il-multimanning u n-nuqqas ta’ regoli dwar ir-ritorn tax-xufiera lejn djarhom jew lejn il-post ieħor tal-għażla tagħhom, iwasslu għal interpretazzjonijiet u għal prattiki ta’ infurzar diverġenti fl-Istati Membri. Diversi Stati Membri dan l-aħħar adottaw miżuri unilaterali li jkomplu jżidu l-inċertezza legali u t-trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi. Min-naħa l-oħra, il-perjodi massimi ta' sewqan għal kull jum u ġimgħa, kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 561/2006, huma effettivi għat-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali tax-xufiera fit-toroq u s-sikurezza fit-toroq b'mod ġenerali u għaldaqstant jenħtieġ li jittieħdu passi li jiżguraw li dawn jiġu rispettati. [Em. 347]

(2a)   Jenħtieġ li, fl-interess tas-sikurezza fit-toroq u l-infurzar, ix-xufiera kollha jkunu kompletament konxji kemm tar-regoli dwar il-ħinijiet ta' sewqan u ta' mistrieħ kif ukoll dwar id-disponibbiltà ta' faċilitajiet ta' mistrieħ. Għaldaqstant, huwa proprju li l-Istati Membri jaħdmu sabiex jipproduċu gwida li tippreżenta dan ir-Regolament b'mod ċar u sempliċi, tagħti informazzjoni utli dwar il-faċilitajiet għall-parkeġġ u għall-mistrieħ u tissottolinja l-importanza li jiġi indirizzat is-sewqan fi stat ta' eżawriment. [Em. 348]

(2b)   Huwa fl-interess tas-sikurezza fit-toroq li l-impriżi tat-trasport jiġu mħeġġa jadottaw kultura ta' sikurezza li tinkludi politiki u proċeduri ta' sikurezza maħruġa mill-maniġment superjuri, impenn għall-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sikurezza muri mill-maniġment operattiv u rieda ta' konformità mar-regoli tas-sikurezza murija mill-ħaddiema. Jenħtieġ li jkun hemm enfasi ċara fuq kwistjonijiet ta' sikurezza tat-trasport bit-triq, inklużi l-eżawriment, ir-responsabbiltà, l-ippjanar tal-vjaġġi, il-ħolqien ta' programm, il-ħlas ibbażat fuq il-prestazzjoni u l-ġestjoni "just in time". [Em. 349]

(3)  Il-valutazzjoni ex post tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 kkonfermat ikkonfermat li l-infurzar inkonsistenti u mhux effettiv tar-regoli soċjali tal-Unjoni kien prinċipalment ir-riżultat ta' regoli mhux ċari, użu ineffiċjenti u mhux ugwali tal-għodod ta' kontroll u kooperazzjoni amministrattiva insuffiċjenti bejn l-Istati Membri, li jżidu l-frammentazzjoni tas-suq intern Ewropew. [Em. 350]

(4)  Regoli ċari, xierqa u infurzati b'mod aktar uniformi huma kruċjali wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għax-xufiera, u b'mod partikolari biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni u jkun hemm kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi u biex tittejjeb is-sikurezza stradali għall-utenti kollha tat-toroq. [Em. 351]

(4a)   Kwalunkwe regola nazzjonali applikata għat-trasport bit-triq trid tkun kemm proporzjonata kif ukoll ġustifikata u ma tridx tostakola jew trendi inqas attraenti l-eżerċitar tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, bħall-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi sabiex tinżamm jew anke tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea. [Em. 352]

(4b)  Sabiex fl-Ewropa kollha jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' parità fil-qasam tat-trasport bit-triq, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-vetturi kollha li jaqbżu 2,4 tunnellati involuti fit-trasport internazzjonali. [Em. 353/rev]

(5)  Instab li r-rekwiżit eżistenti dwar il-pawżi ma kienx xieraq u lanqas ma kien prattiku għax-xufiera f’tim. Għalhekk, hu xieraq li r-rekwiżit dwar ir-reġistrazzjoni tal-pawżi jiġi adattat għall-ispeċifiċità tal-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa minn xufiera li jsuqu bħala parti minn tim.

(5a)   It-trasport tal-prodotti huwa fundamentalment differenti mit-trasport tan-nies. Ix-xufiera tal-kowċis jinsabu f'kuntatt mill-qrib mal-passiġġieri tagħhom u jenħtieġ li jkunu f'sitwazzjoni fejn jieħdu pawżi b'aktar flessibilità mingħajr ma jiġu estiżi l-perjodi tas-sewqan jew jitnaqqsu l-perjodi ta' mistrieħ u l-pawżi. [Em. 354]

(6)  Xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali fuq distanzi twal iqattgħu perjodi twal 'il bogħod minn djarhom. Ir-rekwiżiti attwali dwar il-mistrieħ regolari fil-ġimgħa jtawwlu dawk il-perjodi bla bżonn. Għaldaqstant ikun tajjeb li d-dispożizzjoni dwar il-perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa tiġi adattata b'tali mod li jkun eħfef għax-xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'konformità mar-regoli u li jaslu lura fi djarhom jew destinazzjoni tal-għażla tagħhom għal perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa, filwaqt li jingħataw kumpens sħiħ għall-perjodi kollha mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi previst li l-operaturi jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b'tali mod li dawk il-perjodi barra minn djarhom ma jkunux eċċessivament twal. Meta xufier jagħżel li jgħaddi dan il-perjodu ta' mistrieħ f'daru, jenħtieġ li l-impriża tat-trasport tipprovdi lix-xufier mezzi biex jirritorna. [Em. 355]

(6a)   Meta jkun previst li x-xogħol ta' xufier jinkludi attivitajiet għal min iħaddmu minbarra l-kompiti tas-sewqan professjonali tiegħu/tagħha, pereżempju tagħbija/ħatt, it-tiftix ta' spazju għall-parkeġġ, il-manutenzjoni tal-vettura, il-preparazzjoni tar-rotta eċċ, il-ħin li għandu bżonn biex iwettaq dawn il-kompiti jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi ddeterminat il-ħin tax-xogħol tiegħu, il-possibbiltà għal serħan adegwat u l-ħlas. [Em. 356]

(6b)   Sabiex jiġu salvagwardjati l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera fil-postijiet tat-tagħbija u tal-ħatt, jenħtieġ li s-sidien u l-operaturi ta' tali faċilitajiet jipprovdu lix-xufier b'aċċess għal faċilitajiet iġjeniċi. [Em. 357]

(6c)  Il-progress rapidu tat-teknoloġija qiegħed jirriżulta fl-iżvilupp ta' sistemi ta' sewqan awtonomu b'livelli dejjem ogħla ta' sofistikazzjoni. Fil-futur, dawn is-sistemi jistgħu jippermettu użu differenzjat tal-vetturi li t-tħaddim tagħhom ma jinvolvix xufier. Dan jista' jwassal għal possibilitajiet operattivi ġodda bħall-gwida sekwenzjata (platooning) tat-trakkijiet. B'riżultat ta' dan, il-leġiżlazzjoni eżistenti, inklużi r-regoli dwar il-ħinijiet ta' sewqan u ta' mistrieħ jeħtieġ li jiġu adattati u għaldaqstant huwa essenzjali li jkun hemm progress dwarhom fil-livell tal-Grupp ta' Ħidma UNECE. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni dwar l-użu ta' sistemi ta' sewqan awtonomu fl-Istati Membri, akkumpanjat, jekk adatt, minn proposta leġiżlattiva li tieħu kont tal-benefiċċji tat-teknoloġiji ta' sewqan awtonomu. Il-fini ta' din il-leġiżlazzjoni hija li tiggarantixxi s-sikurezza fit-toroq, kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni u kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa, filwaqt li tippermetti lill-UE tintroduċi teknoloġiji u prattiki innovattivi ġodda. [Em. 358]

(7)  Hemm differenzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar il-mistrieħ fil-ġimgħa fir-rigward tal-post fejn jenħtieġ li jittieħed il-perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa. Għalhekk Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol u s-sigurtà għax-xufiera, għalhekk huwa xieraq li dak ir-rekwiżit jiġi ċċarat sabiex jiġi żgurat li x-xufiera jiġu pprovduti b'akkomodazzjoni xierqa ta' kwalità u li tilqa' kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jew post ieħor magħżul mix-xufier u mħallas mill-impjegatur għall-perjodi ta' mistrieħ regolari fil-ġimgħa tagħhom f'każ li dawn jittieħdu 'l bogħod minn djarhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw id-disponibbiltà ta' biżżejjed żoni siguri ta' parkeġġ li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tax-xufiera. [Em. 359]

(7a)  Jenħtieġ li ż-żoni dedikati għall-parkeġġ ikollhom il-faċilitajiet kollha neċessarji għal kundizzjonijiet tajba ta' mistrieħ, jiġifieri kundizzjonijiet sanitarji, kulinari, tas-sigurtà u oħrajn. [Em. 360]

(7b)  Faċilitajiet adegwati ta' mistrieħ huma kruċjali għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera fis-settur u sabiex tinżamm is-sikurezza fit-toroq. Billi l-mistrieħ fil-kabina huwa karatteristiku għas-settur tat-trasport u f'ċerti każijiet ippreferut mill-perspettivi ta' kumdità u adegwatezza, jenħtieġ li x-xufiera jitħallew jistrieħu fil-vettura tagħhom jekk il-vettura tkun mgħammra b'faċilitajiet xierqa ta' rqad. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri la jxekklu u lanqas ifixklu b'mod sproporzjonat il-ħolqien ta' żoni dedikati għall-parkeġġ. [Em. 361]

(7c)  Il-linji gwida TEN-T riveduti jipprevedu l-iżvilupp ta' żoni għall-parkeġġ tul l-awtostradi madwar kull 100 kilometru biex jipprevedu spazju għall-parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq b'livell adegwat ta' sikurezza u sigurtà u għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu mħeġġa jimplimentaw il-linji gwida TEN-T u jappoġġaw u jinvestu biżżejjed f'żoni għall-parkeġġ sikuri u adattati. [Em. 362]

(7d)  Sabiex jiġu pprovduti faċilitajiet ta' mistrieħ ta' kwalità tajba u bi prezz tajjeb, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' intrapriżi soċjali, kummerċjali, pubbliċi u oħrajn għall-funzjonament ta' żoni dedikati għall-parkeġġ. [Em. 363]

(8)  Ix-xufiera ta’ spiss ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ ċirkostanzi mhux mistennija li jagħmluha impossibbli li tintlaħaq id-destinazzjoni mixtieqa fejn dak li jkun ikun jista’ jieħu l-mistrieħ tiegħu fil-ġimgħa mingħajr ma jseħħ ksur tar-regoli tal-Unjoni. Ikun tajjeb li ssir eħfef għax-xufiera li jlaħħqu ma’ dawk iċ-ċirkostanzi u li dawn ikunu jistgħu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom għall-mistrieħ fil-ġimgħa mingħajr ma jseħħ ksur tar-rekwiżiti dwar il-ħinijiet massimi ta’ sewqan.

(8a)  Ħafna operazzjonijiet tat-trasport bit-triq fi ħdan l-Unjoni jinvolvu t-trasport bil-lanċa jew bil-ferrovija għal parti mill-vjaġġ. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet ċari u xierqa dwar il-perjodi ta' mistrieħ u tal-pawżi għal dawn l-operazzjonijiet. [Em. 364]

(9)  Biex jitnaqqsu u jiġu evitati l-prattiki ta’ infurzar diverġenti u biex ikomplu jiġu msaħħa l-effettività u l-effiċjenza tal-infurzar transfruntiera, huwa kruċjali li jiġu stabbiliti regoli ċari għal kooperazzjoni amministrattiva regolari bejn l-Istati Membri.

(9a)  Sabiex ikun hemm garanzija ta' infurzar effettiv, huwa essenzjali li l-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qegħdin iwettqu l-kontrolli fil-ġenb tat-triq, jenħtieġ li jkunu kapaċi jaċċertaw illi l-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ ikunu ġew osservati kif għandu jkun fil-jum tal-kontroll u fis-56 jum ta' qabel. [Em. 365]

(9b)   Sabiex jiġi żgurat li r-regoli jkunu ċari, faċli biex jinftiehmu u infurzabbli, l-informazzjoni trid tkun aċċessibbli għax-xufiera. Jenħtieġ li dan isir permezz tal-koordinazzjoni tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li x-xufiera jirċievu wkoll informazzjoni dwar żoni ta' mistrieħ u parkeġġi siguri li tippermettilhom jippjanaw aħjar il-vjaġġi. Barra minn hekk, permezz tal-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li tinħoloq linja telefonika li twissi lis-servizzi ta' kontroll dwar każijiet ta' pressjoni mhux dovuta li titqiegħed fuq ix-xufiera, każijiet ta' frodi jew imġiba illegali. [Em. 366]

(9c)  L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jobbliga lill-Istati Membri japplikaw klassifikazzjoni komuni ta' ksur meta jkunu qegħdin jivvalutaw ir-reputazzjoni tajba. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli nazzjonali dwar il-penali applikabbli għall-ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 jiġu implimentati b'mod effettiv, proporzjonat u dissważiv. Huma meħtieġa passi ulterjuri sabiex jiġi żgurat li l-penali kollha applikati mill-Istati Membri huma nondiskriminatorji u proporzjonati skont il-gravità tal-ksur. [Em. 367]

(10)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tiġi ċċarata kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dak ir-Regolament u sabiex jiġu stabbiliti approċċi komuni għall-applikazzjoni u għall-infurzar tagħhom. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011(7).

(11)  Biex tittejjeb il-kosteffettività tal-infurzar tar-regoli soċjali, jenħtieġ li l-potenzjal tas-sistemi sistemi tat-takografi attwali u futuri jiġi sfruttat bis-sħiħintelliġenti jkunu obbligatorji fit-trasport internazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-funzjonalitajiet tat-takografu jiġu mtejba sabiex ikun jista' jkun hemm pożizzjonament aktar preċiż., b'mod partikolari waqt l-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali. [Em. 368]

(11a)   L-iżvilupp rapidu ta' teknoloġiji ġodda u d-diġitalizzazzjoni fl-ekonomija kollha tal-Unjoni u l-ħtieġa ta' kundizzjonijiet ekwi fost il-kumpaniji tat-trasport internazzjonali bit-triq jagħmluha neċessarja li jitqassar il-perjodu tranżitorju għall-installazzjoni tat-takografu diġitali intelliġenti fil-vetturi rreġistrati. It-takografu intelliġenti se jikkontribwixxi għal kontrolli ssimplifikati u b'hekk jiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali. [Em. 369]

(11b)   Filwaqt li jitqies l-użu mifrux ta' smartphones u l-iżvilupp kontinwu tal-funzjonalitajiet tagħhom, u fid-dawl tal-varar ta' Galileo, li joffri aktar opportunitajiet għal lokalizzazzjoni f'ħin reali, li bosta mobiles diġà jużaw, jenħtieġ li l-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tiżviluppa u tiċċertifika applikazzjoni tal-mobile li toffri l-istess benefiċċji bħal dawk offruti mit-takografu intelliġenti bl-istess spejjeż assoċjati." [Em. 370]

(11c)  Sabiex jiġu garantiti l-istandards xierqa tas-saħħa u tas-sikurezza għax-xufiera, hemm bżonn tal-istabbiliment jew l-immodernizzar taż-żoni ta' parkeġġ siguri, faċilitajiet sanitarji adegwati u akkomodazzjoni ta' kwalità. Fl-Unjoni jenħtieġ li jeżisti netwerk suffiċjenti ta' żoni ta' parkeġġ. [Em. 370]

(12)  Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 561/2006 u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) jiġu emendati skont dan.

(12a)  Jirrikonoxxi li t-trasport tal-merkanzija huwa differenti mit-trasport tan-nies. Ix-xufiera tal-kowċis jinsabu f'kuntatt mill-qrib mal-passiġġieri tagħhom u jenħtieġ li jingħatawlhom kundizzjonijiet aktar xierqa fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament mingħajr ma jiġu mtawla l-perjodi tas-sewqan jew jitnaqqsu l-perjodi ta' mistrieħ u l-pawżi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa jekk jistgħux jiġu adottati regoli speċifiċi għal dan is-settur, speċjalment għal servizzi okkażjonali kif definit fl-Artikolu 2 paragrafu 1 punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank. [Em. 372]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 huwa emendat kif ġej:

(-1)  fl-Artikolu 2(1) jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(-aa) ta' merkanzija fl-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali, fejn il-massa massima permessa tal-vetturi, inkluż kwalunkwe karru, jew nofs-karru, taqbeż it-2,4 tunnellati, jew"[Em. 373]

"

(-1a)  Fl-Artikolu 3, il-punt (aa) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“(aa) vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'massa permissibbli massima li ma taqbiżx 7,5 tunnellati li jintużaw għat-trasport ta' materjal, tagħmir jew makkinarju għall-użu tas-sewwieq matul xogħlu, jew waqt il-konsenja ta' merkanzija li nħadmet bl-artiġjanat fl-impriża li timpjega lix-xufier u li jintużaw biss f'raġġ ta' 100 150 km mill-bażi tal-impriża u bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma tkunx l-attività ewlenija tas-sewwieq;"; [Em. 374]

"

(1)  fl-Artikolu 3, il-punt (h) li ġej jinbidel b’dan li ġej:"

“(h) vetturi jew kombinamenti ta’ vetturi li jintużaw għat-trasport mhux kummerċjali tal-merkanzija;”

"

(1a)  Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(ha) vetturi kummerċjali ħfief li jintużaw għat-trasport ta' merkanzija, fejn it-trasport ma jsirx b'kiri jew b'kumpens, iżda fuq kont proprju tal-kumpanija jew tax-xufier, u meta s-sewqan ma jikkostitwixxix l-attività prinċipali tal-persuna li ssuq il-vettura;"; [Em. 375]

"

(2)  Fl-Artikolu 4, jiżdied il-punt (r) li ġej:"

"trasport mhux kummerċjali" tfisser kull trasport bit-triq, għajr trasport f'isem ħaddieħor jew għall-kont proprju, li għalih ma tingħata ebda remunerazzjoni u li ma joħloq ebda dħul introjtu jew fatturat. [Em. 376]

"

(2a)   Fl-Artikolu 4, jiżdied il-punt li ġej:"

"(ra) "dar" tfisser ir-residenza rreġistrata tax-xufier fi Stat Membru."; [Em. 377]

"

(2b)   Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-età minima għal kundutturi għax-xufiera għandha tkun ta' 18-il sena."; [Em. 378]

"

(3)  fl-Artikolu 6(5), l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:"

“Xufier għandu jirreġistra bħala xogħol ieħor il-ħin kollu li jqatta’ kif deskritt fl-Artikolu 4(e), kif ukoll il-ħin kollu li jqatta’ jsuq vettura li tintuża għal operazzjonijiet kummerċjali li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u għandu jirreġistra kull perjodu ta' disponibbiltà, kif definit fl-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2002/15/KE, skont l-Artikolu 34(5)(b)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dan ir-reġistru għandu jiddaħħal manwalment fuq folja ta’ reġistrazzjoni, fuq kopja stampata jew permezz ta’ faċilitajiet oħra ta’ reġistrazzjoni manwali fuq tagħmir ta’ reġistrazzjoni.”;

"

(4)  fl-Artikolu 7, wara t-tieni paragrafu jiżdied il-paragrafu li ġej:"

“Xufier li jwettaq multimanning jista’ jiddeċiedi li jieħu pawża ta’ 45 minuta f’vettura li tkun qed tiġi misjuqa minn xufier ieħor, diment li x-xufier li jkun qed jieħu l-pawża ma jkunx qed jassisti lix-xufier li jkun qed isuq il-vettura.”;

"

(5)  l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

“6. Fi kwalunkwe erba’ ġimgħat konsekuttivi, xufier għandu jieħu minn tal-inqas:

   (a) erba’ perjodi ta’ mistrieħ regolari fil-ġimgħa, jew
   (b) żewġ perjodi regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ mill-inqas 45 siegħa u żewġ perjodi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ mill-inqas 24 siegħa.

Għall-finijiet tal-punt (b), il-perjodi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa għandhom jiġu kkumpensati b’perjodu ta’ mistrieħ ekwivalenti meħud f’daqqa qabel tmiem it-tielet ġimgħa ta’ wara l-ġimgħa inkwistjoni. [Em. 379]

"

(b)  il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:"

“7. Kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ meħud bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa għandu jittieħed eżatt qabel jew wara jkun marbut ma' perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ mill-inqas 45 siegħa.”; [Em. 381]

"

(c)  jiddaħħlu l-paragrafi 8a u 8b li ġejjin:"

“8a. Il-perjodi regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa u kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa preċedenti ma għandhomx jittieħdu f'vettura. Dawn għandhom jittieħdu f'akkomodazzjoni xierqa ta' kwalità u li tilqa' b'mod adatt kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel, barra mill-kabina, b'faċilitajiet tal-irqad sanitarji u tal-irqad adattati għax-xufier. Dik l-akkomodazzjoni għandha tkun: [Em. 382]

   (a) imħallsa mill-impjegatur jew ipprovduti mill-impjegaturminnu, jew [Em. 383]
   (b) fid-dar tax-xufier jew f’post privat ieħor magħżul mix-xufier. [Em. 384]

8b.  Impriża tat-trasport għandha torganizza x-xogħol tax-xufiera b'tali mod li x-xufiera jkunu jistgħu jqattgħu d-dar mill-inqas perjodu regolari wieħed ta' mistrieħ fil-ġimgħa jew perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa f'kull jew f'post ieħor tal-għażla tax-xufier qabel it-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet erba' ġimgħat konsekuttivi. Ix-xufier għandu jinforma lill-impriża tat-trasport sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel tali perjodu ta' mistrieħ, jekk dan ikun se jittieħed f'post li mhuwiex id-dar tax-xufier. Meta xufier jagħżel li jqatta' dan il-ħin tal-mistrieħ f'daru, l-impriża tat-trasport għandha tipprovdi lix-xufier il-mezzi meħtieġa biex jerġa' lura lejn daru. L-impriża għandha tiddokumenta kif tissodisfa dan l-obbligu u għandha żżomm id-dokumentazzjoni fil-binja tagħha sabiex tippreżentaha fuq talba mill-awtoritajiet ta' kontroll. [Em. 385]

Ix-xufier għandu jiddikjara li perjodu regolari ta' mistrieħ fil-ġimgħa jew mistrieħ fil-ġimgħa ta' aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal mistrieħ imnaqqas fil-ġimgħa, ittieħed f'post tal-għażla tax-xufier. Id-dikjarazzjoni għandha tinżamm fil-bini tal-impriża. [Em. 386]

"

(ca)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

“9a. Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], għandha tevalwa u tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill jekk jistgħux jiġu adottati regoli aktar adegwati għax-xufiera involuti fis-servizzi okkażjonali ta' ġarr ta' passiġġieri, kif definit fl-Artikolu 2 paragrafu 1 numru 4 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank.” [Em. 380]

"

(5a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 8a

1.  Sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-postijiet fejn hemm Żoni Dedikati għall-Parkeġġ (DPA) disponibbli fit-territorji tagħhom u għandhom sussegwentement jinnotifikaw kwalunkwe bidla għal din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha telenka d-DPA kollha aċċessibbli għall-pubbliku fuq sit web uffiċjali wieħed li jiġi aġġornat regolarment.

2.  Iż-żoni kollha għall-parkeġġ li tal-inqas ikollhom il-faċilitajiet u l-karatteristiċi stabbiliti fl-Anness 1 u li huma ppubblikati mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jindikaw fid-daħla tagħhom li huma DPA.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru verifiki għall-għarrieda fuq bażi regolari biex jivverifikaw il-konformità tal-karatteristiċi tal-parkeġġ mal-kriterji tad-DPA stipulati fl-Anness.

4.  L-Istati Membri għandhom jinvestigaw ilmenti ta' DPA ċertifikati li mhumiex konformi mal-kriterji stipulati fl-Anness.

5.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' Żoni Dedikati għall-Parkeġġ skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-disponibbiltà ta' faċilitajiet adegwati ta' mistrieħ għax-xufiera u ta' faċilitajiet siguri għall-parkeġġ. Dan ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn abbozz ta' regolament li jistabbilixxi standards u proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni ta' DPA msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dan ir-rapport għandu jiġi aġġornat kull sena abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni fl-ambitu tal-paragrafu 5 u jinkludi lista ta' miżuri proposti biex jiżdiedu l-għadd u l-kwalità tal-faċilitajiet adegwati ta' mistrieħ għax-xufiera u l-faċilitajiet siguri għall-parkeġġ." [Em. 387]

"

(6)  fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

“1. B'deroga mill-Artikolu 8, meta xufier jakkumpanja vettura li tkun qed tiġi ttrasportata fuq lanċa jew fuq ferrovija, u jieħu perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew perjodu mnaqqas ta' mistrieħ fil-ġimgħa, dak il-perjodu jista' jiġi interrott mhux aktar minn darbtejn minn attivitajiet oħra li flimkien ma għandhomx jammontaw għal iktar minn siegħa. Matul il-perjodu regolari ta' mistrieħ ta' kuljum jew il-perjodi mnaqqsa ta' mistrieħ fil-ġimgħa x-xufier għandu jkollu għad-dispoizzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu aċċess għal sodda kabina tal-irqad, branda jew couchette kuċċetta.” [Em. 388]

"

(6a)  fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. Id-deroga fil-paragrafu 1 tista' tiġi estiża għal mistrieħ regolari fil-ġimgħa meta t-tul tal-vjaġġ bil-vapur ikun ta' 12-il siegħa jew aktar. Matul dak il-perjodu ta' mistrieħ fil-ġimgħa, ix-xufier għandu jkollu aċċess għal kabina tal-irqad."; [Em. 389]

"

(6b)  fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"

1. Impriża tat-trasport ma għandhiex tagħti lix-xufiera li timpjega jew li jkunu għad-disposizzjoni għad-dispożizzjoni tagħha xi ħlas żejjed, anke jekk ikun fil-forma ta' bonus jew żieda mal-paga, li jkun relatat mad-distanza tal-vjaġġ li jkun sar, il-ħeffa tal-kunsinna u/jew l-ammont ta' merkanzija li nġarret jekk dak il-ħlas ikun tali li jista' jipperikola s-sigurtà fit-triq u/jew jinkoraġġixxi ksur ta' dan ir-Regolament..;[Em. 390]

"

(7)  fl-Artikolu 12 jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:"

Diment li ma tiġix preġudikata ipperikolata s-sikurezza stradalifit-toroq, ix-xufier jista' jitbiegħed mill-Artikolu 8(2) u mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(6) sabiex ikun jista' jasal f'akkomodazzjoni xierqa kif imsemmi fl-Artikolu 8(8a) b'mod eċċezzjonali mill-Artikolu 6(1) u u jieħu l-mistrieħ tiegħu ta' kuljum jew fil-ġimgħa hemmhekk. Il-fatt li jitbiegħed mill-Artikolu 8(2) u mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(6) ma għandux iwassal biex jinqabżu l-ħinijiet ta' sewqan wara mistrieħ ta' 30 minuta, sabiex fi żmien sagħtejn jasal fiċ-ċentru operattiv ta' kuljum jew fil-ġimgħa, u lanqas għal tqassir fil-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum jew fil-ġimgħa min iħaddmu fejn ix-xufier ikun normalment ibbażat u fejn jibda l-mistrieħ fil-ġimgħa regolari tax-xufier. Ix-xufier għandu jindika r-raġuni għaliex ikun tbiegħed hekk b'mod manwali fuq il-folja ta' reġistrazzjoni tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni jew fuq kopja stampata mit-tagħmir ta' reġistrazzjoni jew fir-roster tax-xogħol, mhux aktar tard minn meta jasal f'akkomodazzjoni adattata.Dan il-perjodu sa sagħtejn għandu jiġi kkumpensat b'perjodu ekwivalenti ta' mistrieħ meħud flimkien ma' kwalunkwe perjodu ta' mistrieħ, sa tmiem it-tielet ġimgħa wara l-ġimgħa inkwistjoni.” [Em. 391]

"

(7a)  Fl-Artikolu 13(1), il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:"

(d) vetturi jew kombinazzjoni ta' vetturi b'massa massima permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati użati minn fornituri ta' servizzi universali kif imfisser f'Artikolu 2(13) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewroprew Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern ta' servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz biex iwasslu oġġetti bħala parti mis-servizz universali mill-oġġetti tal-posta kif definit fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 97/67/KE.”; [Em. 392]

"

(7b)   Fl-Artikolu 13(1), il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:"

"(e) vetturi li joperaw b'mod esklużiv fuq gzejjer gżejjer jew reġjuni iżolati mill-bqija tat-territorju nazzjonali li ma jaqbżux l-2 300 kilometru kwadru f'żona li ma tkunx magħquda konnessa mal-bqija tat-territorju nazzjonali permezz ta' pont, baxxfond jew mina miftuħa għall-użu minn vetturi bil-mutur, u li ma jkollhomx fruntieri ma' xi Stat Membru ieħor;"; [Em. 393]

"

(7c)  fl-Artikolu 13(1), jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(pa) vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'massa massima permessa li ma taqbiżx l-44 tunnellata li jintużaw minn impriża ta' kostruzzjoni f'raġġ sa 100 km mill-bażi tal-impriża u bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma jkunx l-attività ewlenija tax-xufier;"; [Em. 394]

"

(8)  fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

“2. F’każijiet urġenti l-Istati Membri jistgħu jagħtu, taħt ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, eċċezzjoni temporanja għal perjodu li ma jaqbiżx it-tletin jum, li għandha tiġi ġustifikata kif imiss u nnotifikata minnufih lill-Kummissjoni.”;

Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sit web pubbliku ddedikat apposta u miżmum mill-Kummissjoni bil-lingwi kollha tal-UE.” [Em. 395]

"

(9)  l-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej:"

“Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xufiera tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 3(a) huma rregolati b’regoli nazzjonali li jipprovdu protezzjoni xierqa fir-rigward tal-ħinijiet permessi tas-sewqan u l-pawżi u l-perjodi ta' mistrieħ obbligatorji. Huwa fl-interess tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera kif ukoll tas-sikurezza fit-toroq u tal-infurzar li l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli nazzjonali rilevanti applikabbli għal xufiera bħal dawnjipprovdu żoni għall-parkeġġ u għall-mistrieħ, mingħajr borra u silġ fix-xitwa, speċjalment fir-reġjuni ultraperiferiċi u/jew reġjuni periferiċi tal-Unjoni Ewropea.”; [Em. 396]

"

(9a)  fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"3a. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-użu tas-sistemi ta' sewqan awtonomu fl-Istati Membri u l-possibbiltà li x-xufiera jirreġistraw il-perjodu li fih tiġi attivata s-sistema ta' sewqan awtonomu, u għandu jkun akkumpanjat, jekk adatt, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżiti meħtieġa għax-xufiera biex jirreġistraw din id-data fit-takografu intelliġenti."; [Em. 397]

"

(10)  fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

“1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, u proporzjonati skont il-gravità tal-ksur, tagħhom kif stabbilit skont l-Anness indikat fl-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9), dissważivi u mhux diskriminatorji. L-ebda ksur ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 ma għandu jkun soġġett għal aktar minn penali jew proċedura waħda. L-Istati Membri għandhom, sad-data speċifikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri ir-regoli u bir-regoli dwar il-penali sad-data speċifikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29l-miżuri, flimkien mal-metodu u l-kriterji magħżula fil-livell nazzjonali biex tiġi vvalutata l-proporzjonalità tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikawha minnufih b’kull mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti għalihomli taffettwahom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kif xieraq.”b'dawk ir-regoli u l-miżuri, u dwar kull emenda għalihom.

Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sit web pubbliku ddedikat apposta u ġestit mill-Kummissjoni bil-lingwi kollha tal-UE, li jkun fih informazzjoni dettaljata dwar penali bħal dawn applikabbli fl-Istati Membri tal-UE.”; [Em. 398]

"

(11)  L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)   il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

“1. L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien b’kooperazzjoni mill-qrib u għandhom jipprovdu għajnuna reċiproka lil xulxin mingħajr dewmien bla bżonn sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni konsistenti u l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/22/KE.

"

(b)  fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (c) li ġej:"

“(c) informazzjoni speċifika oħra, inkluża l-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriża, li jista’ jkollha konsegwenzi għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.”;

"

(c)  jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:"

“3a. Għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jużaw il-korpi maħtura ta’ kollegament intrakomunitarju skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/22/KE.”;

“3b. Il-kooperazzjoni amministrattiva reċiproka u l-assistenza reċiproka għandhom jingħataw mingħajr ħlas.”;

"

(12)  fl-Artikolu 25, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

“2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu approċċi komuni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).”; [Em. 399]

"

(12a)  Jiżdied l-Anness li ġej:"

"Ir-rekwiżiti minimi għaż-żoni għall-parkeġġ

Taqsima A: Faċilitajiet tas-servizzi

   (1) Tojlits b'viti tal-ilma, nodfa, jaħdmu tajjeb u kkontrollati regolarment:
   sa 10 postijiet għall-parkeġġ, mill-inqas blokk wieħed b'erba' tojlits;
   bejn 10 u 25 post għall-parkeġġ, mill-inqas blokk wieħed bi tmien tojlits;
   bejn 25 u 50 post għall-parkeġġ, mill-inqas żewġ blokki b'10 tojlits kull blokk;
   bejn 50 u 75 post għall-parkeġġ, mill-inqas żewġ blokki bi 15-il tojlit kull blokk;
   bejn 75 u 125 post għall-parkeġġ, mill-inqas erba' blokki bi 15-il tojlit kull blokk;
   aktar minn 125 post għall-parkeġġ, mill-inqas sitt blokki bi 15-il tojlit kull blokk.
   (2) Doċċi nodfa, jaħdmu tajjeb u kkontrollati regolarment:
   sa 10 postijiet għall-parkeġġ, mill-inqas blokk wieħed b'żewġ doċċi;
   bejn 25 u 50 post għall-parkeġġ, mill-inqas żewġ blokki b'ħames doċċi kull blokk;
   bejn 50 u 75 post għall-parkeġġ, mill-inqas żewġ blokki b'10 doċċi kull blokk;
   bejn 75 u 125 post għall-parkeġġ, mill-inqas erba' blokki bi 12-il doċċa kull blokk;
   aktar minn 125 post għall-parkeġġ, mill-inqas sitt blokki bi 15-il doċċa kull blokk.
   (3) Aċċess adegwat għall-ilma tax-xorb;
   (4) Faċilitajiet tat-tisjir xierqa, snack-bar jew ristorant;
   (5) Ħwienet b'varjetà ta' ikel, xorb, eċċ. fuq il-post jew fil-qrib;
   (6) Reċipjenti tal-iskart disponibbli f'ammont u kapaċità adegwati;
   (7) Kenn għax-xita jew għax-xemx qrib iż-żona għall-parkeġġ;
   (8) Pjan ta' kontinġenza/ġestjoni disponibbli/kuntatti ta' emerġenza magħrufa mill-persunal;
   (9) Imwejjed tal-pikniks bil-bankijiet jew alternattivi disponibbli f'ammonti raġonevoli;
   (10) Servizz ta' Wi-Fi apposta;
   (11) Sistema ta' riservazzjoni, ħlas u ħruġ ta' fattura mingħajr flus kontanti;
   (12) Sistema ta' indikazzjoni li turi d-disponibbiltà ta' postijiet vojta kemm fil-post kif ukoll online;
   (13) Il-faċilitajiet ikunu jilqgħu kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa.

Parti B: Karatteristiċi tas-sigurtà

   (1) Separazzjoni kontinwa taż-żona għall-parkeġġ u l-inħawi ta' madwarha, bħal ċnut jew barrieri alternattivi li jimpedixxu d-dħul każwali u d-dħul illegali intenzjonat jew li jtawwlu d-dħul;
   (2) L-utenti taż-żona għall-parkeġġ għat-trakkijiet u l-persunal taż-żona għall-parkeġġ għat-trakkijiet biss jingħataw aċċess għall-parkeġġ;
   (3) Reġistrazzjoni diġitali fil-post (mill-inqas 25fps). Is-sistema tirreġistra jew kontinwament jew meta jkun hemm moviment;
   (4) Sistema ta' CCTV li tkun tista' tkopri ċ-ċint kollu u tiżgura li l-attivitajiet kollha viċin iċ-ċint jistgħu jiġu rreġistrati b'mod ċar (reġistrazzjoni tas-CCTV);
   (5) Is-sorveljanza tas-sit permezz ta' rondi jew b'xi mod ieħor;
   (6) Kull inċident kriminali għandu jiġi rrapportat lill-persunal taż-żona għall-parkeġġ għat-trakkijiet u lill-pulizija. Jekk ikun possibbli, il-vettura għandha tibqa' fejn tkun sakemm jingħataw istruzzjonijiet mill-pulizija;
   (7) Karreġġati, kemm għas-sewqan kif ukoll għall-persuni bil-mixi, imdawla f'kull ħin;
   (8) Is-sikurezza tal-persuni bil-mixi fiż-żoni dedikati għall-parkeġġ;
   (9) Is-sorveljanza taż-żona għall-parkeġġ permezz ta' kontrolli tas-sigurtà xierqa u proporzjonati;
   (10) Numru/Numri tat-telefown tas-servizzi ta' emerġenza indikati b'mod ċar." [Em. 400]

"

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 huwa emendat kif ġej:

(-1)  fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi u rekwiżiti fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-istallazzjoni, l-użu, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografi użati fit-trasport bit-triq, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament u tal-Kunsill(10) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE(11), ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE(12), id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE sa fejn jikkonċerna l-istazzjonar tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq, u d-Direttiva li tistipula regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar ta' xufiera fit-trasport bit-triq.”; [Em. 401]

"

(-1a)  Fl-Artikolu 2(2), jiddaħħal dan il-punt li ġej:"

"(ha) 'takografu intelliġenti' tfisser takografu diġitali li juża servizz ta' pożizzjonament ibbażat fuq sistema ta' navigazzjoni bis-satellita li awtomatikament tiddetermina l-pożizzjoni tiegħu skont dan ir-Regolament;"; [Em. 402]

"

(-1b)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:"

“4. Sa mhux aktar tard minn(13)... [ĠU: tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-vetturi li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b'takografu intelliġenti

   (a) vetturi li joperaw fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom ikunu mgħammra b'takografu analogu,
   (b) vetturi li joperaw fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom li jkunu mgħammra b'takografu diġitali li jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness IB tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 applikabbli sat-30 ta' Settembru 2011; jew
   (c) vetturi li joperaw fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom li jkunu mgħammra b'takografu diġitali li jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness IB tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2011,”; [Em. 403]

"

(-1c)  Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“4a. Sa ... [ĠU: erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-vetturi kollha li joperaw fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom li jkunu mgħammra b'takografu diġitali li jkun konformi mal-Anness IB tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2012, għandhom ikunu mgħammra b'takografu intelliġenti.”; [Em. 404]

"

(-1d)  Fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“4b. Sa ... [ĠU: ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-vetturi kollha li joperaw fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom li jkunu mgħammra b'takografu intelliġenti li jkun konformi mal-Anness IC tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/799(14), għandhom ikunu mgħammra b'takografu intelliġenti.” [Em. 405]

"

(-1e)   Fl-Artikolu 4(2), wara t-tielet inċiż jiddaħħal l-inċiż li ġej:"

“– ikollhom biżżejjed kapaċità ta' memorja biex jaħżnu d-data kollha meħtieġa skont dan ir-Regolament;"; [Em. 406]

"

(-1f)  Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jitwettaq biss għall-fini ta' verifika ta' konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, skont id-Direttivi 95/46/KE id-Direttiva 2002/15/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009, id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-istazzjonar tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq, u mad-Direttiva li tistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tas-sewwieqa fis-settur tat-trasport bit-triq, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità ta' superviżjoni tal-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE 51 tar-Regolament (UE) 2016/679."; [Em. 407]

"

(-1g)  Fl-Artikolu 7, il-parti introduttorju tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"2. L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li d-data personali tkun protetta minn użi li mhumiex dawk strettament marbuta ma' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006, id-Direttiva 2002/15/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009, id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-istazzjonar tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq, u mad-Direttiva li tistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tas-sewwieqa fis-settur tat-trasport bit-triq, f'konformità mal-paragrafu 1, fir-rigward ta':"; [Em. 408]

"

(1)  fl-Artikolu 8(1), it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:"

“– kull tliet sigħat ta' ħin akkumulat ta' sewqan u kull darba li l-vettura tgħaddi minn fruntiera għall-oħra ta' Stat Membru; [Em. 409]

   kull darba li l-vettura twettaq attivitajiet ta' tagħbija jew ħatt;”; [Em. 410]

"

(1a)  fl-Artikolu 8(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"

“Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet ta' kontroll, it-takografu intelliġenti għandu jirreġistra wkoll anke jekk il-vettura intużatx għat-trasport ta' merkanzija jew passiġġieri, kif jesiġi r-Regolament (KE) Nru 561/2006.”; [Em. 411]

"

(1b)  Fl-Artikolu 8(1) jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Il-vetturi rreġistrati għall-ewwel darba minn ... [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] għandhom ikunu mgħammra b'takografu f'konformità mat-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta' dan ir-Regolament.”; [Em. 412]

"

(1c)  fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

2. Sa ... [ĠU: Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta' kontroll tagħhom kemm ikun meħtieġ tagħmir ta' identifikazzjoni bikrija mill-bogħod biex jippermetti l-komunikazzjoni ta' data msemmija f'dan l-Artikolu, b'kont meħud tar-rekwiżiti u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom tal-infurzar. Sa dak iż-żmien, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk jipprovdux lill-awtoritajiet ta' kontroll tagħhom tali tagħmir ta' identifikazzjoni bikrija mill"; [Em. 413/rev]

"

(1d)  Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"3. Il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita bit-takografu biss meta mitlub mill-apparat tal-awtoritajiet ta' kontroll. Din għandha tkun sikura sabiex jiġu żgurati l-integrità tad-data u l-awtentikazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni u ta' kontroll. L-aċċess għad-data kkomunikata għandu jkun ristrett għall-awtoritajiet ta' kontroll awtorizzati li jivverifikaw ksur tal-atti legali tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u ta' dan ir-Regolament u għall-ħwienet tax-xogħol sa fejn ikun meħtieġ li jiġi vverifikat il-funzjonament tajjeb tat-takografu."; [Em. 414]

"

(1e)  fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Biex ikun żgurat li t-takografi intelliġenti jikkonformaw mal-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta dispożizzjonijiet dettaljati neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tal-Artikoli 8, 9 u 10, minbarra dispożizzjonijiet li jkunu jipprevedu r-reġistrazzjoni ta' data addizzjonali mit-takografu.

Sa ... [ĠU: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni ta' kwalunkwe qsim tal-fruntiera tal-vettura msemmija fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(3)."; [Em. 415]

"

(1f)  fl-Artikolu 34(5), il-punt (iv) tal-punt b huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(iv) taħt is-sinjal 20190404-P8_TA(2019)0340_MT-p0000002.png: pawżi, mistrieħ, liv annwali jew liv minħabba mard, taħt is-sinjal "vapur/ferrovija": Flimkien mas-sinjal 20190404-P8_TA(2019)0340_MT-p0000003.png: il-perjodu ta' mistrieħ li jsir fuq vapur jew ferrovija kif previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) 561/2006."; [Em. 416]

"

(2)  fl-Artikolu 34(7), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

“7. Ix-xufier għandu jdaħħal fit-takografu diġitali s-simboli Meta t-takografu ma jkunx jista' jirreġistra l-qsim tal-fruntieri b'mod awtomatiku, fl-ewwel post ta' waqfien possibbli u disponibbli, is-sewwieq għandu jdaħħal is-simboli tal-pajjiżi li fihom ikun inbeda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta' kuljum, kif ukoll fejn u meta x-xufier sewwieq ikun għadda minn fruntiera għall-oħra fil-vettura meta jasal f'post ta' waqfien adattat. Il-kodiċi tal-pajjiż wara l-qsim ta' fruntiera f'pajjiż ġdid għandu jiddaħħal taħt it-titlu BEGIN fit-takografu. Stat Membru jista' jeħtieġ li x-xufieras-sewwieqa ta' vetturi li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju tagħhom iżidu speċifikazzjonijiet ġeografiċi aktar dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż, diment li dawk l-Istati Membri jkunu nnotifikaw dawk l-ispeċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998.”. [Em. 417]

"

(2a)   fl-Artikolu 34, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"7a. Is-sewwieqa għandhom jingħataw taħriġ dwar kif jużaw takografu korrettament sabiex ikun hemm użu sħiħ tat-tagħmir. Is-sewwieqa m'għandhomx ikunu responsabbli għall-ispejjeż tat-taħriġ tagħhom, iżda min iħaddimhom għandu jipprovdi dan it-taħriġ."; [Em. 418]

"

(2b)   fl-Artikolu 34, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"7b. L-akbar ammont possibbli ta' awtoritajiet ta' kontroll għandhom ikunu mħarrġa dwar kif jaqraw u jimmonitorjaw korrettament it-takografu.."; [Em. 419]

"

(2c)  fl-Artikolu 36(1), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(i) il-folji ta' reġistrazzjoni għall-jum attwali u dawk użati mis-sewwieq fis-56 jum ta' qabel,"; [Em. 420]

"

(2d)  fl-Artikolu 36(1), il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(iii) kull rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u s-56 jum ta' qabel kif mitlub skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006."; [Em. 421]

"

(2e)  fl-Artikolu 36(2), il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:"

"(ii) kull rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u s-56 jum ta' qabel kif mitlub skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 561/2006"; [Em. 422]

"

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Gћall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 197, 8.6.2018, p. 45.
(2) ĠU C 176, 23.5.2018, p. 57.
(3)ĠU C 197, 8.6.2018, p. 45.
(4)ĠU C 176, 23.5.2018, p. 57.
(5)Pożizzjoni tal-Palament Ewropew tal-4 ta’ April 2019.
(6)Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(7)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(8)Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(9)Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).
(10) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).
(11) Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27).
(12) Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ta’ oġġetti bejn Stati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).
(13) Jekk jitqies id-dħul fis-seħħ tal-pakkett tat-triq fl-2019, l-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għall-verżjoni 2 tat-takografu intelliġenti sal-2019/2020 (ara l-Artikolu 11 hawn taħt), filwaqt li jiġi applikat minn hemm 'il quddiem approċċ gradwali għall-modifika retroattiva.
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tat-18 ta' Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta' takografi u l-komponenti tagħhom (ĠU L 139, 26.5.2016, p. 1).


Adattament għall-iżvilupp fis-settur tat-transport bit-triq ***I
PDF 298kWORD 86k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur (COM(2017)0281 – C8-0169/2017 – 2017/0123(COD))
P8_TA(2019)0341A8-0204/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0281),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0169/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-18 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta’ Frar 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0204/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur

P8_TC1-COD(2017)0123


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009(6) u tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009(7) uriet li r-regoli previsti f’dawn ir-regolamenti offrew lok għal titjib fil-kuntest ta’ għadd ta’ punti.

(2)  Sa issa, u sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-liġi nazzjonali, ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq ma japplikawx għall-impriżi għal impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur ta' trasport tal-merkanzija bit-triq esklussivament permezz ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers, li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati. L-għadd ta' tali impriżi li huma attivi f'operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali u internazzjonali, qed jiżdied. B'riżultat ta' dan, bosta Stati Membri ddeċidew li japplikaw għal dawk l-impriżi ir-regoli dwar l-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq, stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009, għal dawk l-impriżi. Sabiex jiġu evitati lakuni possibbli u jiġi żgurat livell minimu ta' professjonalizzazzjoni tas-settur bl-użu ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-, inkluża dik tat-trejlers, ta' bejn 2,4 sa 3,5 tunnellati għat-trasport internazzjonali skont regoli komuni, u biex b'hekk titwettaq l-approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi kollha, jenħtieġ li din id-dispożizzjoni titħassar r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq japplikaw b'mod ugwali, filwaqt li jenħtieġ li r-rekwiżiti dwar l-istabbiliment effettiv u stabbli u l-kapaċità finanzjarja xierqa jsiru obbligatorji. jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat. Billi dan ir-Regolament japplika biss għall-impriżi li jittrasportaw merkanzija f'isem ħaddieħor, l-impriżi li jwettqu l-operazzjonijiet tat-trasport għal rashom mhumiex koperti minn din id-dispożizzjoni. [Em. 110]

(2a)  Skont il-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni qiegħda tistma ffrankar għall-impriżi ta' bejn EUR 2,7 sa EUR 5,2 biljun fil-perjodu 2020-2035. [Em. 111]

(3)  Bħalissa, l-Istati Membri huma intitolati li jagħmlu l-aċċess għall-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq soġġett għal rekwiżiti li huma addizzjonali għal dawk speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Ma ntweriex li din il-possibbiltà hi meħtieġa sabiex jingħata rispons għall-ħtiġijiet imperattivi, u din wasslet għal diverġenzi fir-rigward ta’ tali aċċess. Għaldaqstant, jenħtieġ li dintitneħħa.

(4)  Jeħtieġ li jiġi żgurat li Sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-hekk imsejħa "kumpaniji tal-isem" u jiġu ggarantiti kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwivalenti fis-suq intern, huma meħtieġa kriterji ta' stabbiliment aktar ċari, monitoraġġ u nfurzar aktar intensivi, u kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri. L-operaturi tat-trasport bit-triq li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jenħtieġ li jkollhom preżenza reali u kontinwa f'dak l-Istat Membru, u li dawn effettivament imexxu n-negozju tagħhom tat-trasport u jwettqu attivitajiet sostanzjali minn hemm. Għalhekk, u fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ li jiġu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar l-eżistenza ta' stabbiliment effettiv u stabbli, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat.[Em. 112]

(5)  Sa fejn l-aċċess għall-professjoni jiddependi fuq ir-reputazzjoni tajba tal-impriża kkonċernata, huma meħtieġa kjarifiki rigward il-persuni li l-aġir tagħhom irid jiġi kkunsidrat, il-proċeduri amministrattivi li jridu jiġu segwiti u l-perjodi ta’ stennija fir-rigward tar-riabilitazzjoni ladarba maniġer tat-trasport jitlef ir-reputazzjoni tajba.

(6)  Fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b’mod konsiderevoli l-kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta fis-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jenħtieġ li l-każijiet ta’ ksur serju tar-regoli tat-taxxa nazzjonali jiġu miżjuda mal-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba.

(7)  Fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jaffettwaw b'mod konsiderevoli s-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, kif ukoll il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, jenħtieġ li l-każijiet ta' ksur serju tar-regoli tal-Unjoni dwar il-postazzjoni l-istazzjonament tal-ħaddiema, il-kabotaġġ u l-liġijiet applikabbli għall-obbligi kuntrattwali jiġu miżjuda mal-elementi rilevanti għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba. [Em. 113]

(8)  Minħabba l-importanza ta’ kompetizzjoni ġusta fis-suq, jenħtieġ li l-ksur tar-regoli tal-Unjoni li huwa rilevanti għal din il-kwistjoni jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba tal-maniġers tat-trasport u tal-impriżi tat-trasport. Jenħtieġ li l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni li tiddefinixxi l-grad ta’ serjetà tal-każijiet ta’ ksur rilevanti jiġi ċċarat skont il-każ.

(9)  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabu diffikultajiet biex jidentifikaw id-dokumenti li jistgħu jiġu ppreżentati mill-impriżi tat-trasport bħala prova tal-pożizzjoni finanzjarja tagħhom, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ kontijiet annwali ċċertifikati. Jenħtieġ li r-regoli dwar l-evidenza meħtieġa bħala prova tal-pożizzjoni finanzjarja jiġu ċċarati.

(10)  Jenħtieġ li l-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-, inkluża dik tat-trejlers, ta' bejn 2,4 u 3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati u, jeżerċitaw operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali, jenħtieġ li jkollhom livell minimu ta' pożizzjoni kapaċità minima finanzjarja biex jiġi żgurat li jkollhom il-mezzi biex iwettqu operazzjonijiet fuq bażi stabbli u fit-tul. Madankollu, peress li ġeneralment l-operazzjonijiet ikkonċernati imwettqa b'dawn il-vetturi jkunu ta' daqs limitat, jenħtieġ li r-rekwiżiti korrispondenti jkunu inqas stretti minn dawk applikabbli għall-operaturi li jagħmlu użu minn vetturi jew minn kombinamenti ta' vetturi li jaqbżu dak il-limitu. [Em. 114]

(11)  Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-operaturi tat-trasport fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tkun kemm jista' jkun kompluta kompluta u aġġornata sabiex l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli rilevanti jkun jista' jkollhom stampa ġenerali sodisfaċenti tal-operaturi li jkunu qegħdin jiġu investigati. B'mod partikolari, l-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-operaturi, l-għadd ta' impjegati li jqabbdu l-operaturi, il-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tar-riskju tagħhom u l-informazzjoni finanzjarja bażika tagħhom għandhom jenħtieġ li jippermettu li jkun hemm infurzar aħjar tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kemm fil-livell , kif ukoll leġiżlazzjonijiet oħra rilevanti tal-Unjoni. Barra minn hekk, sabiex l-uffiċjali tal-infurzar, inkluż dawk li jwettqu kontrolli fil-ġenb tat-triq, jiġu pprovduti b'ħarsa ġenerali ċara u kompluta tal-operaturi tat-trasport li qed jiġu kkontrollati, jenħtieġ li jkollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni rilevanti kollha. Għalhekk, ir-reġistri elettroniċi nazzjonali kif ukoll fil-livell tranfruntiera jenħtieġ li jkunu interoperabbli tassew u d-data li jkun fihom jenħtieġ li tkun aċċessibbli direttament u immedjatament għall-uffiċjali tal-infurzar deżinjati kollha tal-Istati Membri kollha. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistru elettroniku nazzjonali jiġu emendati skont dan. [Em. 115]

(12)  Id-definizzjoni tal-aktar ksur serju b’rabta mal-qbiż tal-ħin tas-sewqan ta’ kuljum, kif stipulat fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, ma taqbilx mad-dispożizzjoni rilevanti eżistenti stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Dik l-inkonsistenza twassal għal inċertezza u għal prattiki diverġenti fost l-awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll għal diffikultajiet fl-infurzar tar-regoli inkwistjoni. Għalhekk, jenħtieġ li din id-definizzjoni tiġi ċċarata sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza bejn iż-żewġ Regolamenti.

(13)  Jenħtieġ li r-regoli dwar it-trasport nazzjonali li jsir fuq bażi temporanja minn operaturi tat-trasport bit-triq mhux residenti fi Stat Membru ospitanti ("kabotaġġ") ikunu ċari, sempliċi u faċli biex jiġu infurzati, filwaqt li jżommu wkoll, b'mod ġenerali, il-livell ta' liberalizzazzjoni li nkiseb sa issa. [Em. 116]

(14)  Sabiex jiġu evitati vjaġġi bla tagħbija, l-operazzjonijiet tal-kabotaġġ jenħtieġ li jiġu permessi, soġġetti għal restrizzjonijiet speċifiċi, fl-Istat Membru ospitanti. Għal dan l-għan, il-għan, u sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli u jiġu eliminati l-inċertezzi, jenħtieġ li titneħħa l-limitazzjoni fuq l-għadd ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ wara li jkun sar trasport internazzjonali, filwaqt li jenħtieġ li jitnaqqsu l-għadd ta' jiem disponibbli għal operazzjonijiet ta' dan it-tip. [Em. 117]

(14a)  Sabiex jiġi evitat li jsiru operazzjonijiet tal-kabotaġġ fuq bażi sistematika, li jistgħu joħolqu attività permanenti jew kontinwa li xxekkel is-suq nazzjonali, il-perjodu disponibbli għall-operazzjonijiet tal-kabotaġġ fi Stat Membru ospitanti jenħtieġ li jitnaqqas. Barra minn hekk, jenħtieġ li t-trasportaturi ma jiġux permessi jwettqu operazzjonijiet tal-kabotaġġ fl-istess Stat Membru ospitanti fi żmien ċertu perjodu u sakemm huma jkunu wettqu t-trasport internazzjonali li joriġina mill-Istat Membru fejn l-impriża tkun stabbilita. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għat-twettiq tal-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali. [Em. 118]

(15)  Infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli huwa prerekwiżit għal kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Id-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-għodda tal-infurzar hija essenzjali sabiex tkun disponibbli l-kapaċità ta' infurzar, jitnaqqas il-piż amministrattiv żejjed fuq l-operaturi internazzjonali tat-trasport u b'mod partikolari l-SMEs, jiġu indirizzati aħjar l-operaturi tat-trasport b'riskju għoli u jiġu identifikati prattiki frawdolenti. Sabiex id-dokumenti tat-trasport isiru f'forma mingħajr karta, jenħtieġ li, fil-futur, l-użu ta' dokumenti elettroniċi jsir ir-regola, b'mod partikolari n-nota ta' konsenja elettronika skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti bit-Triq (eCMR). Jenħtieġ li ssir kjarifika dwar il-mezzi li bihom l-operaturi tat-trasport bit-triq jistgħu jagħtu prova tal-konformità mar-regoli għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ. Jenħtieġ li l-użu u t-trażsmissjoni ta' informazzjoni elettronika dwar it-trasport jiġu rikonoxxuti bħala mezzi ta' dan it-tip, u dan għandu jissimplifika l-forniment ta' evidenza rilevanti u l-ipproċessar ta' tali dejta mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-format li jintuża għal dak l-għan jiżgura l-affidabbiltà u l-awtentiċità. Meta wieħed iqis l-użu dejjem jiżdied tal-iskambju elettroniku effiċjenti ta' informazzjoni fit-trasport u fil-loġistika, huwa importanti li tiġi żgurata l-koerenza tal-oqfsa regolatorji u tad-dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi. [Em. 119]

(15a)  L-introduzzjoni rapida tat-takografu intelliġenti hija ta' importanza kbira, peress li din ser tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar iwettqu l-kontrolli tal-ġenb tat-triq biex jidentifikaw ksur u anormalitajiet aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti, li jwasslu għal infurzar aħjar ta' dan ir-Regolament. [Em. 120]

(16)  L-impriżi tat-trasport huma d-destinatarji tar-regoli dwar it-trasport internazzjonali u bħala tali huma soġġetti għall-konsegwenzi ta' kwalunkwe ksur li jistgħu jwettqu. Madankollu, sabiex jiġu evitati abbużi minn impriżi li jikkuntrattaw servizzi tat-trasport minn operaturi ta' trasport tal-merkanzija bit-triq, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu wkoll sanzjonijiet għall-konsenjaturi, għall-ispedituri għall-ispedizjonieri f'każ li jikkummissjonaw, b'mod intenzjonat, servizzi , għall-ispedizjonieri, għall-kuntratturi u għas-sottokuntratturi fejn huma jafu li s-servizzi tat-trasport li jikkummissjonaw jinvolvu ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009. Meta l-impriżi li jikkuntrattaw servizzi tat-trasport jikkummissjonaw dawn is-servizzi minn impriżi tat-trasport b'livell baxx ta' klassifikazzjoni tar-riskju, ir-responsabbiltà tagħhom jenħtieġ li titnaqqas. [Em. 121]

(16a)   L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol proposta [...] tfittex li tappoġġja u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, bil-ħsieb li jkun hemm infurzar effettiv tal-liġi rilevanti tal-Unjoni. Fl-appoġġ u l-iffaċilitar tal-infurzar ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità jista' jkollha rwol importanti f'li tassisti l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, billi tappoġġja l-Istati Membri fil-bini tal-kapaċità permezz ta' skambju u taħriġ tal-persunal, u f'li tassisti lill-Istati Membri jorganizzaw kontrolli organizzati. Dan isaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, itejjeb il-kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti u jgħin jiġġieled il-frodi u l-abbuż tar-regoli. [Em. 122]

(16b)   Il-leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq jenħtieġ li tissaħħaħ mill-ġdid biex jiġu żgurati applikazzjoni u infurzar tajbin tar-Regolament Ruma I b'mod li l-kuntratti tax-xogħol jirriflettu l-post tax-xogħol abitwali tal-impjegati. Komplementari għal, u direttament marbuta mar-Regolament Ruma I huma r-regoli fundamentali tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 maħsuba biex jiġġieldu l-kumpaniji tal-isem u biex jiżguraw kriterji ta' stabbiliment xierqa tal-kumpaniji. Dawn ir-regoli jeħtieġ jiġu msaħħa biex jiggarantixxu d-drittijiet tal-ħaddiema meta jaħdmu temporanjament barra mill-pajjiżi tax-xogħol abitwali, u biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi tat-trasport. [Em. 123]

(17)  Sa fejn dan ir-Regolament jintroduċi grad ta’ armonizzazzjoni f’ċerti oqsma li sa issa għadhom ma ġewx armonizzati mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasport b’vetturi kummerċjali ħfief u l-prattiki ta’ infurzar, l-għanijiet tiegħu, jiġifieri l-approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u t-titjib tal-infurzar, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba n-natura tal-għanijiet mixtieqa u n-natura transfruntiera tat-trasport bit-triq, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-UE tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet mixtieqa.

(18)  Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex temenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, tissupplimenta dak ir-Regolament billi tfassal lista ta’ kategoriji, tipi u gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li, flimkien ma’ dak stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jista’ jwassal għat-telf tar-reputazzjoni tajba, u temenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(9). B’mod partikolari sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(19)  Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (a) jitħassar;"

(a) impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq esklużivament permezz ta' vetturi bil-mutur li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom, inkluża dik tat-trejlers, hija inqas minn 2,4 tunnellati;

   (aa) impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq esklużivament permezz ta' vetturi bil-mutur li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom, inkluża dik tat-trejlers, hija inqas minn 3,5 tunnellati li huma involuti esklussivament f'operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali;’; [Em. 124]

"

(ii)  il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:"

“(b) impriżi li jeżerċitaw servizzi ta’ trasport bit-triq tal-passiġġieri għal finijiet mhux kummerċjali, jew li għandhom professjoni prinċipali differenti minn dik ta’ operatur tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri.

Kull trasport bit-triq li għalih ma tingħata ebda remunerazzjoni u li ma joħloq ebda dħul, bħat-trasport ta' persuni għal għanijiet l-għan tiegħu mhuwiex li jiġġenera profitt għax-xufier jew oħrajn, bħal meta t-trasport huwa pprovdut fuq bażi ta' karità jew għal użu strettament privat bażi filantropika, għandu jiġi kkunsidrat bħala trasport esklużivament għal finijiet mhux kummerċjali; [Em. 125]

"

(b)  jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:"

“6. L-Artikolu 3(1)(b) u (d) u l-Artikoli 4, 6, 8, 9, 14, 19 u 21 ma għandhomx japplikaw għal impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta’ vetturi bil-mutur biss b’massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta’ vetturi b’massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu:

   (a) jitolbu lil dawk l-impriżi japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew uħud minnhom;
   (b) inaqqsu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu għall-kategoriji kollha tal-operazzjonijet tat-trasport bit-triq, jew għal xi wħud minnhom.”; [Em. 126]

"

(2)  fl-Artikolu 3, jitħassar il-paragrafu 2;

(3)  L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:"

"(a) ikollha bini xieraq, proporzjonat mal-attivitajiet tal-impriża, li fih iżżomm id-dokumenti tkun kapaċi taċċessa l-oriġinali tad-dokumenti ewlenin tan-negozju ewlieni tagħha tagħha, kemm jekk f'forma elettronika kif ukoll fi kwalunkwe forma oħra, partikolarment il-kuntratti kummerċjali, id-dokumenti ta' kontabbiltà tagħha, id-dokumenti dwar il-ġestjoni tal-persunal, il-kuntratti tax-xogħol, id-dokumenti tas-sigurtà soċjali, id-dokumenti li jkun fihom data relatata mal-kabotaġġ, l-istazzjonar u mal-ħin tas-sewqan u l-mistrieħ u kwalunkwe dokument ieħor li għalih l-awtorità kompetenti jrid ikollha aċċess biex tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament;"; [Em. 127]

"

(aa)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(aa) il-vetturi msemmija fil-punt (b) għandhom iwettqu, fil-qafas ta' kuntratt ta' trasport, mill-inqas tagħbija waħda jew ħatt wieħed tal-merkanzija kull erba' ġimgħat fl-Istat Membru ta' stabbiliment;"; [Em. 128]

"

(b)  il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:"

‘(c) twettaq b'mod effettiv u kontinwu l-attivitajiet amministrattivi u kummerċjali tagħha bit-tagħmir u bil-faċilitajiet xierqa f'bini msemmi fil-punt (a) li jkun jinsab f'dak l-Istat Membru; [Em. 129]

"

(c)  jiżdied il-punt (d) li ġej:"

"(d) timmaniġġa b'mod effettiv u kontinwu l-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa bil-vetturi bl-użu tal-vetturi msemmija fil-punt (b) permezz tat-tagħmir tekniku xieraq li jkun jinsab f'dak l-Istat Membru; [Em. 130]

"

(d)  jiżdied il-punt (e) li ġej:"

“(e) iżżomm assi u timpjega persunal b’mod li hu proporzjonat mal-attività tal-kumpanija.”;

"

(da)  jiżdied il-punt (f) li ġej:"

"(f) ikollha rabta ċara bejn l-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa u l-Istat Membru ta' stabbiliment, ċentru ta' operazzjoni u aċċess għal biżżejjed postijiet għall-parkeġġ għal użu regolari mill-vetturi msemmija f'punt (b);"; [Em. 131]

"

(db)  il-punt (g) li ġej huwa miżjud:"

"(g) Jiġu ingaġġati u impjegati xufiera taħt il-liġi applikabbli għal kuntratti tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru;"; [Em. 132]

"

(dc)  Jiżdied il-punt (h) li ġej:"

"(h) jiġi żgurat li l-istabbiliment huwa l-post li fih jew li minnu l-ħaddiema abitwalment iwettqu ħidmiethom skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u/jew il-Konvenzjoni ta' Ruma.

________________

* Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali (RUMA I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6)." [Em. 133]

"

(4)  L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

“Meta jiġu biex jistabbilixxu jekk impriża tissodisfax dak ir-rekwiżit jew le, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-aġir tal-impriża, il-maniġers tat-trasport, id-diretturi eżekuttivi, is-soċji solidali fil-każ ta’ partenarjati, rappreżentanti legali oħra u kwalunkwe persuna rilevanti oħra skont kif jiddetermina l-Istat Membru. Kull referenza f’dan l-Artikolu għal kundanni, pieni jew ksur għandha tinkludi kundanni, pieni jew ksur tal-impriża nfisha, tal-maniġers tat-trasport tagħha, tad-diretturi eżekuttivi, tas-soċji solidali fil-każ ta’ partenarjati, ta’ rappreżentanti legali oħra u ta’ kull persuna rilevanti oħra skont kif jiddetermina l-Istat Membru.”;

"

(ii)  fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu jiżdied il-punt (vii) li ġej:"

“(vii) il-liġi tat-taxxa.”;

"

(iii)  fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu jiżdiedu l-punti (xi), (xii) u (xiii) li ġejjin:"

'(xi) il-postazzjoni tal-ħaddiema;

   (xii) il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali;
   (xiii) il-kabotaġġ."; [Em. 134]

"

(b)  il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

“2. Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, meta l-maniġer ta’ trasport jew l-impriża tat-trasport ikunu ġew ikkundannati għal reati kriminali serji jew ġew mogħtija piena għal wieħed mill-aktar ksur serju ta’ regoli tal-Unjoni fi Stat Membru wieħed jew iżjed, kif stabbilit fl-Anness IV, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment għandha twettaq u tikkompleta proċedura amministrattiva b’mod adattat u f’waqtu, li għandha tinkludi, jekk ikun xieraq, kontroll fuq il-post fil-bini tal-impriża kkonċernata.

Matul il-proċedura amministrattiva, il-maniġer tat-trasport jew rappreżentanti legali oħra tal-impriża tat-trasport għandhom, skont il-każ, jingħataw id-dritt li jippreżentaw l-argumenti u l-ispjegazzjonijiet tagħhom.

Matul il-proċedura amministrattiva, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk, minħabba ċirkostanzi speċifiċi, it-telf ta’ reputazzjoni tajba jikkostitwix rispons sproporzjonat fil-każ individwali. F’dik il-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-għadd ta’ każijiet ta’ ksur serju ta’ regoli nazzjonali u tal-Unjoni kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, kif ukoll l-għadd tal-aktar ksur serju ta’ regoli tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Anness IV, li għalihom ikunu nstabu ħatja jew ingħataw pieni l-maniġer tat-trasport jew l-impriża tat-trasport. Kull sejba bħal din għandha tkun debitament motivata u ġustifikata.

Meta l-awtorità kompetenti ssib li t-telf tar-reputazzjoni tajba jkun sproporzjonat, din għandha tiddeċiedi li l-impriża kkonċernata għadha impriża ta’ reputazzjoni tajba. Ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru nazzjonali. In-numru ta’ tali deċiżjonijiet għandu jiġi indikat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 26(1).

Meta l-awtorità kompetenti ma ssibx li t-telf ta’ reputazzjoni tajba jkun sproporzjonat, il-kundanna jew il-piena għandhom iwasslu għat-telf tar-reputazzjoni tajba;”;

"

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:"

“2a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24 li jistabbilixxu lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju ta’ regoli tal-Unjoni msemmija fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, li flimkien ma’ dawk stabbiliti fl-Anness IV, jistgħu jwasslu għat-telf tar-reputazzjoni tajba. Meta jistabbilixxu l-prijoritajiet għal verifiki skont l-Artikolu 12(1), l-Istati Membri għandhom iqisu l-informazzjoni dwar dak il-ksur, inkluż l-informazzjoni mingħand Stati Membri oħra.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha:

   (a) tistabbilixxi l-kategoriji u t-tipi ta’ ksur li jseħħu l-aktar ta’ spiss;
   (b) tiddefinixxi l-grad ta' serjetà tal-każijiet ta' ksur skont il-potenzjal tagħhom li joħolqu riskju ta' fatalitajiet jew ta' korrimenti serji, u jew li jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq, inkluż billi jdgħajfu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport; [Em. 135]
   (c) tipprovdi l-frekwenza ta’ okkorrenzi li lil hinn minnha ksur ripetut għandu jitqies bħala iżjed serju, filwaqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni n-numru ta’ xufiera li jintużaw għall-attivitajiet tat-trasport immexxija mill-maniġer tat-trasport.”;

"

(5)  L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

Sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 3(1)(c), impriża għandha f'kull ħin tkun kapaċi tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha matul is-sena finanzjarja annwali. Għal dan il-għan, l-impriża għandha turi, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, hija jkollha għad-disposizzjoni għad-dispożizzjoni tagħha kapital u riżervi li jammontaw għal mill-anqas EUR 9 000 meta tintuża biss vettura waħda u , EUR 5 000 għal kull vettura addizzjonali użata b'massa mgħobbija permissibbli, inkluża dik tat-trejlers, li taqbeż it-3,5 tunnellati użati u EUR 900 għal kull vettura addizzjonali b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-, inkluża dik tat-trejlers, bejn 2,4 u 3,5 tunnellati jew kombinamenti użati. L-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibblili ma taqbiżx it-, inkluża dik tat-trejlers, bejn 2,4 u 3,5 tunnellati għandhom juru, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, dawn għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kapital ta' ekwità li jammonta għal mill-anqas EUR 1 800 meta tintuża vettura waħda biss u għal EUR 900 għal kull vettura addizzjonali li tintuża."; [Em. 136]

"

(b)  il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

“2. B'deroga mill-paragrafu 1, fin-nuqqas ta' kontijiet annwali ċċertifikati, l-awtorità kompetenti għandha taqbel li impriża turi l-pożizzjoni finanzjarja tagħha permezz ta' ċertifikat, bħal garanzija bankarja, dokument maħruġ jew assigurazzjoni, inkluża assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali minn istituzzjoni finanzjarja li jistabbilixxi l-aċċess għall-kreditu f'isem l-impriża bank wieħed jew aktar jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra inklużi kumpaniji tal-assigurazzjoni jew dokument vinkolanti ieħor li juri li l-impriża għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-ammonti jipprovdi garanzija in solidum għall-impriża fir-rigward tal-ammonti speċifikati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1; [Em. 137]

"

(5a)  fl-Artikolu 8, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

l-Istati "l-Istati Membri jistgħu jippromwovu taħriġ perjodiku dwar is-suġġetti elenkati fl-Anness I f'intervalli ta' 10 tliet snin biex jiżguraw li l-maniġers tat-trasport l-persuna jew il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu konxji biżżejjed mill-iżviluppi fis-settur.’; [Em. 138]

"

(6)  fl-Artikolu 8, il-paragrafu 9 jinbidel b’dan li ġej:"

“9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24 biex temenda l-Annessi I, II u III, bl-għan li tadattahom għall-iżviluppi tas-suq u għall-progress tekniku.”;

"

(7)  fl-Artikolu 11(4) jitħassar it-tielet subparagrafu;

(8)  fl-Artikolu 12(2) jitħassar it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "

"L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli minn tal-inqas kull tliet snin biex jivverifikaw li l-impriżi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3."; [Em. 139]

"

(9)  fl-Artikolu 13(1), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:"

“(c) limitu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur li fih ir-rekwiżit tal-pożizzjoni finanzjarja ma jkunx sodisfatt, sabiex turi li r-rekwiżit ġie ssodisfat mill-ġdid fuq bażi permanenti.”;

"

(10)  fl-Artikolu 14(1) jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:"

“L-awtorità kompetenti ma għandhiex tirriabilita l-maniġer tat-trasport aktar kmieni minn sena mid-data tat-telf tar-reputazzjoni tajba.”;

"

(10a)   L-Artikolu 14(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘2. Sakemm tittieħed miżura għar-rijabilitazzjoni ta' riabilitazzjoni skont dispożizzjonijiet id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, iċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali imsemmi msemmi fl-Artikolu 8(58) tal-maniġer tat-trasport li jkun iddikjarat inkapaċi, m'għandux ma għandu jibqa' validu fl-ebda Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta' miżuri ta' riabilitazzjoni sabiex terġa' tinkiseb reputazzjoni tajba.’; [Em. 140]

"

(11)  L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(-ia)  il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘(c) isem il-maniġers tat-trasport maħtura biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-reputazzjoni ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3 b'rabta mar-reputazzjoni tajba u tal-kompetenza mal-kompetenza professjonali jew, fejn applikabbli meta jkun xieraq, l-isem ta' rappreżentant ġuridiku;’; [Em. 141]

"

(a)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)  jizdiedu l-punti (g), (h), (i) u (j) li ġejjin:"

“(g) in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-impriża skont l-Artikolu 5(b);

   (h) l-għadd ta' persuni impjegati mal-impriża matul l-aħħar sena kalendarja; [Em. 142]
   (i) l-assi totali, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità u l-fatturat matul l-aħħar sentejn;
   (j) il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriża skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE.”;

"

(ia)  jiżdied il-punt (ja) li ġej:"

(ja) kuntratti tax-xogħol ta' xufiera internazzjonali tal-aħħar sitt xhur; [Em. 143]

"

(ii)  it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi jinbidlu b'dan li ġej:"

“L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jżommu d-data msemmija fil-punti (e) sa (j) tal-ewwel subparagrafu f'reġistri separati. F'dan il-każ, id-data rilevanti għandha tkun disponibbli fuq talba jew direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istat Membru kkonċernat. L-informazzjoni mitluba għandha tkun ipprovduta fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba. Id-data msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali. [Em. 144]

Fi kwalunkwe każ, Id-data msemmija fil-punti (e) sa (j) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli biss għal awtoritajiet għall-awtoritajiet għajr l-awtoritajiet kompetenti, jekk ikunu ngħataw kif suppost debitament is-setgħat relatati mas-superviżjoni u mal-impożizzsjoni mal-impożizzjoni ta’ pieni fis-settur tat-trasport bit-triq u jekk l-uffiċjali tagħhom ikunu ħadu ġurament jew ikunu b’xi mod ieħor taħt obbligu formali ta’ segretezza.”; [Em. 145]

Għall-finijiet tal-Artikolu 14a tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, id-data msemmija fil-punt (j) għandha tkun disponibbli fuq talba tal-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi. [Em. 146]

"

(b)  il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:"

“4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-data kollha li tinsab fir-reġistru elettroniku nazzjonali tinżamm aġġornata u preċiża.”;

"

(ba)  il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

'5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 Sabiex iżidu l-effettività tal-infurzar transfruntier, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali huma interkonnessi u interoperabbli madwar l-Unjoni permezz aċċessibbli fil-Komunità permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kif definit fl-Artikolu 18. Aċċessibbiltà permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali u l-interkonnessjoni għandhom jiġu implimentati b'tali mod li awtorità tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) imsemmi fir-Regolament (UE) 2016/480, sabiex id-data msemmija fil-paragrafu 2 tkun direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru tkun tista' tikkonsulta r-reġistri elettroniċi nazzjonali ta' kull Stat Membru u l-korpi ta' kontroll kollha tal-Istati Membri kollha f'ħin reali."; [Em. 147]

"

(bb)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘6. Regoli komuni Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-paragrafu 5, bħall-format tad-data skambjata, il-proċeduri tekniċi għal konsultazzjoni teknika tar-reġistri tadotta atti delegati skont l-Artikollu 24a biex tistabbilixxi u taġġorna regoli komuni biex tiżgura li r-reġistri elettroniċi nazzjonali ta' l-Istati Membri l-oħra huma interkonnessi u l-promozzjoni ta' l-interoperabbiltà ta' dawn ir-reġistri ma' data bases rilevanti oħra għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2) u għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2010. Dawk interoperabbli b'mod sħiħ, b'tali mod li awtorità kompetenti jew korp ta' kontroll fi kwalunkwe Stat Membru jkunu jistgħu jaċċessaw direttament ir-reġistru elettroniku nazzjonali ta' kwalunkwe Stat Membru kif stipulat fil-paragrafu 5. Dawn ir-regoli komuni għandhom jiddeterminaw liema awtorità hija responsabbli għall-aċċess għad-data u, l-użu ulterjuri u l-aġġornar ta' data wara l-aċċess jinkludu regoli dwar il-format tad-data skambjata, il-proċeduri tekniċi għal konsultazzjoni elettronika tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u, għal dan il-għan, għandhom jinkludu l-interoperabbiltà ta' dawn ir-reġistri, kif ukoll regoli dwar speċifiċi rigward l-aċċess għad-data, id-dħul tad-data u l-monitoraġġ tad-data.’; [Am. 148]

"

(c)  il-paragrafu 7 jitħassar;

(12)  L-Artikolu 18 jinbidel b'dan li ġej:"

“Artikolu 18

Il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnominaw punt ta’ kuntatt nazzjonali li jkun responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra b’rabta mal-applikazzjoni jikkooperaw mill-qrib u jipprovdu lil xulxin assistenza reċiproka ta' malajr u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-punti ta' kuntatt nazzjonali tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-punti ta' kuntatt kollha, u tibgħatha lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe bidla fil-punti ta' kuntatt. [Em. 149]

1a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kooperazzjoni amministrattiva prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun implimentata permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, li tippermetti lill-operaturi kollha jipprovdu data fil-lingwi tagħhom stess. [Em. 150]

2.  Stat Membru li jirċievi notifika għal ksur serju li rriżulta f’kundanna jew f’penali fi Stat Membru ieħor matul l-aħħar sentejn għandu jirreġistra dak il-ksur fir-reġistru elettroniku nazzjonali tiegħu.

3.  L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u, fejn ikun meħtieġ, għandhom iwettqu kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet dwar il-konformità tal-operaturi tat-trasport bit-triq stabbiliti fit-territorju tagħhom mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 3(1)(a). It-talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu debitament ġustifikati u motivati. Għal dan l-għan, it-talbiet għandhom jinkludu indikazzjonijiet kredibbli ta' ksur possibbli tal-Artikolu 3(1)(a). [Em. 151]

4.  Jekk l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jikkunsidra li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b’dan fi żmien għaxart ħamest ijiem ta’ xogħol. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jissostanzja t-talba b’mod ulterjuri. Fejn dan ma jkunx possibbli, it-talba tista’ tiġi miċħuda mill-Istat Membru. [Em. 152]

5.  Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma' talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien għaxart ħamest ijiem ta' xogħol, u għandu jagħti r-raġunijiet għal dan filwaqt li jiġġustifika kif suppost dik id-diffikultà jew l-impossibbiltà. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddiskutu ma' xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe diffikultà li tista' titqajjem. Fl-eventwalità ta' kwalunkwe problema persistenti fl-iskambju ta' informazzjoni jew f'każ ta' rifjut permanenti li tingħata informazzjoni mingħajr ġustifikazzjoni xierqa, il-Kummissjoni wara li tkun ġiet infurmata u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni. [Em. 153]

6.  Bi tweġiba għat-talbiet skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba u jwettqu l-kontrolli, l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet meħtieġa fi żmien ħamsa u għoxrin ħmistax-il jum ta' xogħol minn meta tasal it-talba, sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kkonċernati dwar limitu ta' żmien ieħor jew sakemm ma jkunux infurmaw lill-Istat Membru rikjedenti li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, jew dwar l-impossibbiltà jew id-diffikultajiet skont il-paragrafu il-paragrafi 4 u l-paragrafu 55 ma tkun instabet l-ebda soluzzjoni għal dawk id-diffikultajiet. [Em. 154]

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni trażmessa lilhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni(jiet) li għaliha/għalihom tkun intalbet.

8.  Il-kooperazzjoni amministrattiva reċiproka u l-assistenza reċiproka għandhom jingħataw bla ħlas.

9.  Talba għal informazzjoni ma għandhiex tipprekludi lill-awtoritajiet kompetenti milli jieħdu miżuri b’konformità mad-dritt rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni biex jinvestigaw u jipprevjenu ksur allegat ta’ dan ir-Regolament.”;

_______________________

* Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

"

(12a)  jiddaħħal l-Artikolu 18a li ġej:"

'L-Artikolu 18a

Miżuri ta' akkumpanjament

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ta' akkumpanjament sabiex jiżviluppaw, jiffaċilitaw u jippromwovu l-iskambji bejn l-uffiċjali inkarigati mill-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri, kif ukoll dawk inkarigati mill-monitoraġġ tal-konformità u l-infurzar tar-regoli applikabbli ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ tekniku u appoġġ ieħor sabiex tkompli ttejjeb il-kooperazzjoni amministrattiva u żżid il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, inkluż permezz tal-promozzjoni ta' skambji ta' persunal rilevanti u programmi ta' taħriġ konġunt, kif ukoll l-iżvilupp, l-iffaċilitar u l-promozzjoni tal-inizjattivi tal-aħjar prattika. Il-Kummissjoni tista', mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-proċedura baġitarja, tuża strumenti finanzjarji disponibbli biex tkompli ssaħħaħ il-bini ta' kapaċità u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari fejn jipparteċipaw l-awtoritajiet kompetenti għall-infurzar kollha, filwaqt li jiżguraw ir-rotazzjoni xierqa tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar kemm dawk li qegħdin jirrieżaminaw kif ukoll dawk rieżaminati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-programmi lill-Kummissjoni kull sentejn bħala parti mir-rapport dwar l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 26. [Em. 155]

"

(13)  L-Artikolu 24 jitħassar;

(14)  jiddaħħal l-Artikolu 24a li ġej:"

“Artikolu 24a

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 8(9) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament (emendatorju)].

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 8(9) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.*

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 8(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

___________________

* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

"

(15)  fl-Artikolu 25, il-paragrafu 3 jitħassar;

(16)  fl-Artikolu 26, jiżdiedu l-paragrafi 3, 4 u 5 li ġejjin:"

“3. Kull sena, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport dwar l-użu ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-, inkluża dik tal-karrijiet bejn it-2,4 u t-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati tunnellati involuti fit-trasport internazzjonali u stabbiliti fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuh lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara t-tmiem tal-perjodu ta' rappurtar. Dan ir-rapport għandu jinkludi: [Em. 156]

   (a) l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-operaturi li jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz ta' vetturi bil-mutur biss b'massa mgħobbija permissibbli, li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it- inkluża dik tal-karrijiet, bejn 2,4 u 3,5 tunnellati involuti fit-trasport internazzjonali; [Em. 157]
   (b) l-għadd ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-, inkluża dik tal-karrijiet bejn 2,4 u 3,5 tunnellati, involuti fit-trasport internazzjonali li jkunu ġew irreġistrati fl-Istat Membru f'kull sena kalendarja; [Em. 158]
   (c) l-għadd ġenerali ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-, inkluża dik tal-karrijiet, bejn 2,4 u 3,5 tunnellati, involuti fit-trasport internazzjonali li jkunu ġew irreġistrati fl-Istat Membru sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena; [Em. 159]
   (d) l-istima tas-sehem ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-, inkluża dik tal-karrijiet, bejn 2,4 u 3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 , kif ukoll dawk inqas minn 2,4 tunnellati, fl-attività ġenerali tat-trasport bit-triq għall-vetturi kollha rreġistrati fl-Istat Membru, imqassma skont l-operazzjonijiet nazzjonali, internazzjonali u ta' kabotaġġ. [Em. 160]

4.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 u abbażi ta' evidenza oħra, il-Kummissjoni għandha, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evoluzzjoni tal-għadd totali ta' vetturi bil-mutur b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati jew kombinamenti ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli li ma taqbiżx it-inkluża dik tal-karrijiet bejn 2,4 u 3,5 tunnellati li jkunu involuti f'operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali u internazzjonali bit-triq. Abbażi ta' dan ir-rapport, hija għandha terġa' twettaq valutazzjoni oħra biex tiddeċiedi tivvaluta mill-ġdid jekk huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali. [Em. 161]

5.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw jirrapportaw lill-Kummissjoni rigward it-talbiet li jkunu ppreżentaw skont l-Artikolu 18(3) u (4), rigward it-tweġibiet li jkunu waslu mingħand Stati Membri oħra u rigward l-azzjonijiet li jkunu ħadu abbażi tal-informazzjoni pprovduta.”; [Em. 162]

"

(16a)  Jiżdied il-paragrafu 5a li ġej:"

‘5a. Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5 u ta' evidenza ulterjuri, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, tippreżenta rapport dettaljat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-firxa tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, dwar kwalunkwe nuqqas possibbli f'dan ir-rigward u dwar modi possibbli biex titjieb il-kooperazzjoni. Abbażi ta' dan ir-rapport, hija għandha tivvaluta mill-ġdid jekk huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.’;. [Em. 163]

"

(17)  fil-il-punt (b) tal-Anness IV, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:"

“(b) meta jinqabeż il-limitu massimu tal-ħin ta’ sewqan ta’ kuljum, matul perjodu ta’ ħidma ta’ kuljum, b’marġni ta’ 50 % jew iżjed.”;

"

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)  fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“It-trasport ta’ kontejners jew ta’ palits vojta għandu jitqies bħala trasport ta’ merkanzija f’isem ħaddieħor meta jkun soġġett għal kuntratt tat-trasport.”;

"

(1a)  fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej: "

‘Il-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 8(2) u 8(2a) ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għat-trasport ta' merkanzija bit-triq li dieħel jew li ħiereġ li jirrappreżenta l-parti domestika inizjali u/jew il-parti domestika finali ta' vjaġġ ta' trasport ikkombinat kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE.’; [Em. 164]

"

(1b)  L-Artikolu 1(2) jinbidel bit-test li ġej:"

"2. Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċeversa, dan ir-Regolament għandu japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta' Stat Membru traversat waqt il-vjaġġ. Madankollu, dan il-vjaġġ fi tranżitu għandu jkun eskluż mill-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema. M'għandux japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt sakemm ma jkunx ġie konkluż il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz.”; [Em. 165]

"

(1c)  fil-paragrafu 5, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

“(c) it-trasport ta' merkanzija fuq vetturi f'vetturi bil-mutur li l-massa bit-tagħbija mgħobbija permissibbli tagħhom, li jinkludi anke t-toqol tal-karrijiet, ma teċċedix it-3,5 inkluża dik tat-trejlers, tkun anqas minn 2,4 tunnellati”; [Em. 166]

"

(2)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt 6 jinbidel b’dan li ġej:"

“6. ‘operazzjoni ta’ kabotaġġ’ tfisser trasport nazzjonali f’isem ħaddieħor imwettaq fuq bażi temporanja fi Stat Membru ospitanti, li jinvolvi t-trasport ta’ merkanzija mill-ġbir minn punt jew punti ta’ tagħbija sal-kunsinna tagħha f’punt jew punti ta’ kunsinna, kif speċifikat fin-nota ta' konsenja;”;

"

(aa)  jiddaħħal il-punt li ġej: "

“7a. "tranżitu" tfisser vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura li tgħaddi minn wieħed jew aktar mill-Istati Membri jew pajjiżi terzi fejn il-punt tat-tluq u l-punt ta' wasla ma jkunux f'dawk l-Istati Membri jew f'dawk il-pajjiżi terzi.”; [Em. 167]

"

(3)  L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(-a)  fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:"

"(ba) iwettaq trasport internazzjonali b'vetturi li jkollhom takografu intelliġenti kif stabbilit fl-Artikolu 3 u fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*."

____________________

* Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).’; [Em. 168]

"

(a)  fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14b biex temenda dan ir-Regolament bl-għan li tadatta l-perjodu massimu ta’ validità tal-liċenzja Komunitarja għall-iżviluppi tas-suq.”;

"

(b)  fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14b biex temenda l-Annessi I u II bl-għan li tadattahom għall-progress tekniku.”;

"

(4)  fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:"

“4. “Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14b biex temenda l-Anness III bl-għan li tadattah għall-progress tekniku.”;

"

(5)  L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

“2. Ladarba l-merkanzija li tinġarr tul vjaġġ internazzjonali li jkun dieħel minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz lejn Stat Membru ospitanti tiġi kkunsinjata, it-trasportaturi msemmijin tkun ġiet ikkunsinjata, l-operaturi tat-trasport bit-triq imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikun permessi jwettqu,jitħallew iwettqu operazzjonijiet ta' kabotaġġ fl-Istat Membru ospitanti bl-istess vettura, jew, fil-każ ta' vetturi mgħaqqdin, il-vettura vettura kombinata, bil-vettura bil-mutur ta' dik l-istess vettura, operazzjonijiet ta' kabotaġġ fl-Istat Membru ospitanti jew fi Stati Membri li jmissu magħhom. L-aħħar ħatt tul operazzjoni ta' kabotaġġ għandu jsir fi żmien ħamesttlett ijiem mill-aħħar ħatt fl-Istat Membru ospitanti waqt l-operazzjoni ta' trasport internazzjonali li jkun dieħel, soġġett għall-kuntratt tat-trasport applikabbli.; [Em. 169]

"

(aa)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"2a. Wara tmiem il-perjodu ta' sebat ijiem imsemmi fil-paragrafu 2, it-trasportaturi ma għandhomx jitħallew iwettqu, bl-istess vettura, jew, fil-każ ta' vetturi kkombinati, b'vettura bil-mutur ta' dak il-kombinament, operazzjonijiet ta' kabotaġġ fl-istess Stat Membru ospitanti fi żmien 60 siegħa wara r-ritorn lejn l-Istat Membru ta' stabbiliment tat-trasportatur u sa ma jkunu wettqu trasport internazzjonali ġdid li joriġina mill-Istat Membru fejn l-impriża tkun stabbilita."; [Em. 170]

"

(b)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

“Is-servizzi tat-trasport nazzjonali mwettqa fl-Istat Membru ospitanti minn operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq mhux residenti għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament biss jekk l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ikun jista’ jagħti prova ċara tat-trasport internazzjonali li jkun sar qabel.”;

"

(c)  jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:"

“4a. ndha tiġi ppreżentata jew trażmessa lill-uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat tal-Istat Membru ospitanti fuq talba u waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq. Din tista' L-Istati Membri għandhom jaċċettaw li l-evidenza tiġi ppreżentata jew trażmessa b'mod elettroniku, f'format strutturat li jippermetti li jsiru reviżjonijiet u li jista' jintuża direttament għall-ħżin u għall-ipproċessar b'kompjuter, bħal pereżempju l-eCMR* nota ta' konsenja elettronika skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt ta' Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq (eCMR). Waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jkun jista' jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3.”; [Em. 171]

_________________

* Nota ta’ konsenja elettronika skont il-“Konvenzjoni dwar il-Kuntratt ta’ Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq”.”;

"

(5a)  fl-Artikolu 9(1), jiżdied il-punt li ġej:"

"(ea) ir-remunerazzjoni u l-liv annwali mħallas, kif stipulat fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

______________

* Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).”; [Em. 172]

"

(6)  fl-Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

“Il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni, b’mod partikolari, abbażi tad-data rilevanti u, wara li tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,** għandha tiddeċiedi fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba tal-Istat Membru jekk humiex meħtieġa miżuri ta’ salvagwardja jew le, u għandha tadottahom jekk dawn ikunu meħtieġa.

________________

** Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).”;';

"

(7)  jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:"

“Artikolu 10 a

KontrolliInfurzar intelliġenti [Em. 173]

1.  Kull Stat Membru għandu jorganizza kontrolli b'mod li mill-1 ta' Jannar 2020, tal-inqas 2 % tal-għadd totali ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ imwettqa Sabiex jinfurzaw aktar l-obbligi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorju tagħhom jiġu kkontrollati f'kull sena kalendarja. Huma għandhom iżidu l-perċentwal għal tal-inqas 3 % mill-1 tiġi applikata strateġija nazzjonali ta' Jannar 2022. Il-bażi għall-kalkolu ta' dak il-perċentwal infurzar koerenti. Din l-istrateġija għandha tkun l-attività totali ta' kabotaġġ fl-Istat Membru f'termini ta' tunnellati-kilometri fis-sena t-2, kif irrappurtat mill-Eurostat.tiffoka fuq l-impriżi b'fattur għoli ta' riskju, imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. [Em. 174]

1a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontrolli previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE jinkludu kontroll dwar operazzjonijiet ta' kabotaġġ fejn rilevanti. [Em. 175]

2.  L-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq l-impriżi li huma kklassifikati bħala li jikkostitwixxu riskju akbar ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, li huma applikabbli għalihom. Għal dan l-għan, fi ħdan is-sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita minnhom skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*** u li ġiet estiża skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,**** l-Istati Membri għandhom jittrattaw ir-riskju ta’ ksur ta’ dan it-tip bħala riskju fih innifsu.

2a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti u d-data rreġistrata, ipproċessata jew maħżuna mit-takografu intelliġenti msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u f'dokumenti tat-trasport elettroniċi, bħal noti ta' konsenja elettroniċi skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti bit-Triq (eCMR). [Em. 176]

2b.  L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għal dik id-data biss lill-awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jivverifikaw ksur tal-atti legali stipulati f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji ta' kuntatt dwar l-awtoritajiet kompetenti kollha fit-territorju tagħhom li jkunu nnominaw biex ikollhom aċċess għal dik id-data. Sa ... [XXX] il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-awtoritajiet kompetenti kollha u tgħaddiha lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe bidla sussegwenti li ssir fiha. [Em. 177]

2c.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14b li jistipula l-karatteristiċi tad-data li l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għaliha, il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni jew l-aċċess tagħhom, billi tispeċifika b'mod partikolari:

   (a) lista dettaljata ta' informazzjoni u data li għalihom l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom aċċess, li għandha tinkludi tal-inqas il-ħin u l-post tal-qsim tal-fruntieri, l-operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt, il-pjanċa ta' reġistrazzjoni tal-vettura u d-dettalji tax-xufier;
   (b) id-drittijiet ta' aċċess tal-awtoritajiet kompetenti, differenzjati fejn xieraq, skont it-tip ta' awtoritajiet kompetenti, it-tip ta' aċċess u l-għan li għalih tintuża d-data;
   (c) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni jew l-aċċess għad-data msemmija fil-punt (a), inkluż, fejn ikun rilevanti, id-durata massima li d-data tinżamm, bid-differenza meta xieraq skont it-tip ta' data. [Em. 178]

2d.  Kwalunkwe data personali msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun aċċessibbli jew maħżuna għal mhux iktar minn dak li jkun neċessarju għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata aktar. Ladarba tali data ma tkunx meħtieġa iżjed għal dawk il-finijiet, din għandha tinqered. [Em. 179]

3.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq fuq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ tal-inqas tliet darbiet fis-sena, li jistgħu jikkoinċidu mal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/22/KE. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli fil-qasam tat-trasport bit-triq ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, b’kull waħda minnhom topera fit-territorju tagħha. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali nominati skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**** L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-għadd u t-tipi ta’ ksur osservati wara li jkunu saru l-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq. [Em. 180]

______________________

* Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

** Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).”;

"

(8)  jiddaħħlu l-Artikoli 14a u 14b li ġejjin:"

“Artikolu 14 a

Responsabbiltà

L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta' konformità mal-Kapitoli II u III, f'każ li jikkummissjonaw, f'każijiet fejn ikunu jafu jew fejn għandhom ikunu jafu b'mod intenzjonat, raġonevoli li s-servizzi tat-trasport li jikkummissjonaw jinvolvu ksur ta' dan ir-Regolament.

Fejn il-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi jikkummissjonaw servizzi tat-trasport minn impriżi tat-trasport b'livell baxx ta' klassifikazzjoni tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE, huma ma għandhomx ikunu responsabbli għal sanzjonijiet ta' ksur, sakemm ma jiġix ippruvat li huma kellhom għarfien attwali ta' dak il-ksur. [Em. 181]

Artikolu 14b

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2) u (4) u fl-Artikolu 5(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament (emendatorju)].

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2) u (4) u fl-Artikolu 5(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membri f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.*****

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2) u (4) u l-Artikolu 5(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

___________________

* ****ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

"

(9)  L-Artikolu 15 jitħassar;

(10)  L-Artikolu 17 jinbidel b'dan li ġej:"

“Artikolu 17

Rappurtar

1.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta' operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li jkollhom il-liċenzji Komunitarji mill-31 Diċembru tas-sena preċedenti u bl-għadd ta' kopji attestati veri li jikkorrispondu mal-vetturi li jkun hemm fiċ-ċirkolazzjoni f'dik id-data.

2.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta' attestazzjonijiet tax-xufiera maħruġa fis-sena kalendarja preċedenti u bl-għadd totali ta’ attestazzjonijiet tax-xufiera mill-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel.

3.  Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-istrateġija ta' infurzar nazzjonali tagħhom adottata skont l-Artikolu 10a. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta' dwar l-operazzjonijiet ta' kontrolli tal-kabotaġġ infurzar imwettqa fis-sena kalendarja ta' qabel skont l-Artikolu 10a, inkluż, fejn xieraq, l-għadd ta' kontrolli mwettqa. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd ta' vetturi li sarulhom il-kontrolli, kif ukoll l-għadd ta' tunnellati-kilometri verifikati; [Em. 182]

3a.  Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-istat tas-suq tat-trasport bit-triq tal-Unjoni sa tmiem l-2022. Ir-rapport għandu jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni tas-suq, inkluż evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kontrolli u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tal-impjiegi fil-professjoni. [Em. 183]

"

Artikolu 3

Rieżami

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-impatt tal-Artikolu 2 li jemenda l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, sa [3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk ikun xieraq, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

2.  Wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament fuq bażi regolari u għandha tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Fejn ikun xieraq, ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti rilevanti.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [xx].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Gћall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 197, 8.6.2018, p. 38.
(2) ĠU C 176, 23.5.2018, p. 57.
(3)ĠU C 197, 8.6.2018, p. 38.
(4)ĠU C 176, 23.5.2018, p. 57.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019.
(6)Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
(7)Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(8)Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(9)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


Regoli komuni għas-suq intern għall-gass naturali ***I
PDF 129kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (COM(2017)0660 – C8-0394/2017 – 2017/0294(COD))
P8_TA(2019)0342A8-0143/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0660),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0394/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tad-19 ta’ April 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ Mejju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0143/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali

P8_TC1-COD(2017)0294


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva (UE) 2019/692.)

(1) ĠU C 262, 25.7.2018, p. 64.
(2) ĠU C 361, 5.10.2018, p. 72.


Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ***I
PDF 513kWORD 158k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0390 – C8-0270/2018 – 2018/0210(COD))
P8_TA(2019)0343A8-0176/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0390),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2), l-Artikolu 195(2) u l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0270/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0176/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Em. 1 din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu]

P8_TC1-COD(2018)0210


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2), l-Artikolu 195(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, is-Sajd u l-Akkwakultura (il-FEMS FEMSA) għall-perjodu tal-2021 sal-2027. [Em. 1 din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu] Il-mira ta' dak il-fond trid tkun li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jiġi ddedikat biex isostni l-Politika l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS) u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD), il-politika marittima tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani. Dan il-finanzjament huwa mezz ewlieni li jiffaċilita s-sajd sostenibbli u, inkluża l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi u l-ħabitats tal-baħar, l-akkwakultura sostenibbli, is-sigurtà tal-ikel permezz tal-provvista ta' prodotti tal-frott tal-baħar, it-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli, il-prosperità u l-koeżjoni ekonomika u soċjali fil-komunitajiet tas-sajd u l-akkwakultura u ibħra u oċeani f'saħħithom, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli. Is-sostenn taħt il-FEMSA jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet kemm tal-produtturi kif ukoll tal-konsumaturi. [Em. 276]

(1a)   Il-Parlament Ewropew jissottolinja l-pożizzjoni tiegħu li, wara l-Ftehim ta' Pariġi, l-infiq orizzontali relatat mal-klima jenħtieġ li jiżdied b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) kurrenti u jilħaq 30 % mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2027; [Em. 4]

(1b)  Fl-14 ta' Marzu 2018 u fit-30 ta' Mejju 2018, il-Parlament Ewropew enfasizza, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-QFP 2021-2027 l-importanza ta' prinċipji orizzontali li għandhom jirfdu l-QFP 2021-2027 u l-politiki kollha relatati tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew irriafferma, f'dan il-kuntest, il-pożizzjoni tiegħu li l-Unjoni jeħtiġilha twettaq l-impenn tagħha li tkun minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, u ddeplora l-fatt li l-proposti għall-QFP ma fihomx impenn ċar u viżibbli f'dak is-sens; għaldaqstant, il-Parlament Ewropew talab biex l-SDGs jiġu integrati fil-politiki u fl-inizjattivi kollha tal-Unjoni tal-QFP li jmiss. Barra minn hekk, tenna li Unjoni aktar b'saħħitha u ambizzjuża tista' tinkiseb biss jekk tingħata mezzi finanzjarji addizzjonali. Il-Parlament Ewropew appella, għaldaqstant, għal appoġġ kontinwu għall-politiki eżistenti, partikolarment il-politiki tal-UE li ilhom stabbiliti u li huma minquxa fit-Trattati, jiġifieri l-politika agrikola komuni u l-PKS, u l-politika ta' koeżjoni, peress li jipprovdu benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-UE. [Em. 5]

(1c)   Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018, il-Parlament Ewropew saħaq fuq l-importanza soċjoekonomika u ekoloġika tas-settur tas-sajd, l-ambjent marittimu u l-"ekonomija blu" u l-kontribut tagħhom għall-awtonomija tal-ikel sostenibbli tal-UE fis-sens li jiżguraw is-sostenibbiltà tal-akkwakultura u s-sajd Ewropej u jtaffu l-impatt ambjentali; Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew talab li jinżammu l-ammonti speċifiċi allokati għas-sajd taħt il-QFP attwali u, sa fejn huma ppjanati miri ġodda għal intervent fl-ekonomija blu, talab żieda fl-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-affarijiet marittimi. [Em. 6]

(1d)   Barra minn hekk, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu u l-30 ta' Mejju 2018 dwar il-QFP 2021-2027, il-Parlament Ewropew enfasizza li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni hija vitali biex jitwettqu l-impenji tal-Unjoni lejn Ewropa inklużiva, u għalhekk li l-impenji finanzjarji speċifiċi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jenħtieġ li jiġu inklużi fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-Unjoni fl-ambitu tal-QFP li jmiss. [Em. 7]

(1e)   Il-FEMSA jenħtieġ li jagħti prijorità lill-appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira biex jindirizza kwistjonijiet speċifiċi f'dak ilqasam u jappoġġa l-ġestjoni lokali sostenibbli tas-sajd involut u l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali. [Em. 8]

(2)  L-Unjoni, li hija attur dinji fil-qasam tal-oċeani u l-ħames bl-akbar żona marittima fid-dinja meta jiġu inklużi r-Reġjuni Ultraperiferiċi u l-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej, saret il-ħames fost l-akbar produtturi ta’ frott tal-baħar, u għandha responsabbiltà kbira ta’ protezzjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ użu sostenibbli tal-oċeani u r-riżorsi tagħhom. Il-preżervazzjoni tal-ibħra u tal-oċeani hija tabilħaqq essenzjali għall-popolazzjoni dinjija li qiegħda tikber b’mod mgħaġġel. Hija wkoll ta’ interess soċjoekonomiku għall-Unjoni: l-ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, tħeġġeġ l-investiment u tagħti spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir, trawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija permezz tal-enerġija mill-oċeani. Barra minn hekk, ibħra u oċeani b’element ta’ sigurtà u ta’ sikurezza huma essenzjali għall-kontroll tal-fruntieri u għall-ġlieda dinjija kontra l-kriminalità marittima, u dan jippermettilna nindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar is-sigurtà. [Em. 277]

(2a)  Is-sajd u l-akkwakultura tal-ilma tal-baħar u tal-ilma ħelu sostenibbli jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għas-sigurtà tal-ikel tal-Unjoni, għaż-żamma u l-ħolqien ta' impjiegi rurali u għall-preservazzjoni tal-ambjent naturali u, b'mod partikolari, il-bijodiversità. L-appoġġ u l-iżvilupp tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-politika tas-sajd li jmiss tal-Unjoni. [Em. 10]

(3)  Ir-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament li jistabblixxi Dispożizzjonijiet Komuni] (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni”)(6) ġie adottat biex tittejjeb il-koordinazzjoni u biex tiġi armonizzata l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Fondi b’ġestjoni kondiviża (“il-Fondi”), bl-għan ewlieni li jiġi ssimplifikat b’mod koerenti t-twettiq tal-politiki. Dawk id-dispożizzjonijiet komuni japplikaw għall-parti tal-FEMS FEMSA li hija taħt ġestjoni kondiviża. Il-Fondi għandhom għanijiet komplimentari u l-istess mod ta’ ġestjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] jistipula sensiela ta’ għanijiet ġenerali komuni u prinċipji ġenerali, bħas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli. Dak ir-Regolament fih ukoll l-elementi komuni tal-ippjanar strateġiku u tal-ipprogrammar, fosthom dispożizzjonijiet dwar il-Ftehim ta’ Sħubija li se jiġi konkluż ma’ kull Stat Membru, u jistabbilixxi approċċ komuni biex il-Fondi jintużaw f’direzzjonijiet li jtejbu l-prestazzjoni. Għalhekk, dan jinkludi kundizzjonijiet abilitanti, analiżi tal-prestazzjoni, u arranġamenti għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni. Ġew stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tar-regoli ta’ eliġibbiltà, u ġew iddefiniti arranġamenti speċjali għall-istrumenti finanzjarji u għall-użu tal-InvestEU, għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u għall-ġestjoni finanzjarja. Xi arranġamenti ta’ ġestjoni u kontroll huma wkoll komuni għall-Fondi kollha. Il-komplementarjetajiet bejn il-Fondi, fosthom il-FEMS FEMSA, u programmi oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jkunu deskritti fil-Ftehim ta’ Sħubija, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

(4)  Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-Regoli huma stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni] (ir-“Regolament Finanzjarju”)(7) u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura biex jiġi stabbilit u implimentat il-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwisti, premijiet, u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu l-kontrolli fuq ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat jikkonċernaw ukoll il-ħarsien tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ defiċjenzi ġenerali rigward is-saltna tad-dritt fl-Istati Membri, billi l-ħarsien tal-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-finanzjament effettiv tal-Unjoni.

(5)  B'direzzjoni diretta, jenħtieġ li l-FEMS FEMSA jiżviluppa sinerġiji u komplementarjetajiet ma' fondi u programmi oħrajn rilevanti tal-Unjoni kif ukoll sinerġiji bejn l-Istati Membri u r-reġjuni. Jenħtieġ li jippermetti wkoll il-finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit implimentati bi qbil f'konformità mar-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar l-InvestEU](8). [Em. 11]

(6)  L-appoġġ fil-qafas tal-FEMS FEMSA jenħtieġ li jintuża biex jindirizza l-fallimenti n-nuqqasijiet tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat, mingħajr duplikazzjoni jew l-esklużjoni tal-finanzjament privat, u jrid ikollu filwaqt li jikkontribwixxi għal żieda fid-dħul mis-sajd, għall-promozzjoni ta' impjiegi bi drittijiet fis-settur, għal prezzijiet ġusti garantiti għall-produtturi, għal valur miżjud Ewropew ċar. Jenħtieġ li l-appoġġ ikollu valur miżjud Ewropew ċar imsaħħaħ mis-sajd, u għall-appoġġ għall-iżvilupp ta' attivitajiet relatati, upstream u downstream mis-sajd. [Em. 12]

(7)  It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu skont kemm jistgħu jilħqu l-prijoritajiet stabbiliti għall-azzjonijiet u jagħtu r-riżultati filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nonkonformità mistenni. Jenħtieġ li dan ikun jinkludi kunsiderazzjoni li jintużaw somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż għal kull unità, kif ukoll finanzjament mingħajr rabta mal-ispejjeż, kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni]. [Em. 13]

(8)  Il-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti Il-QFP stabbilit fir-Regolament (UE) xx/xx(9) jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkompli jrid ikompli jsostni s-sajd u l-politiki marittimi. Bil-prezzijiet attwali l-baġit tal-FEMS, huwa mistenni li jammonta għal EUR 6 140 000 000. Il-baġit tal-FEMSA jenħtieġ li jiżdied tal-anqas b'10 % fir-rigward tal-FEMSA 2014-2020. Ir-riżorsi tal-FEMS tiegħu jenħtieġ li jinqasmu bejn il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. EUR 5 311 000 000 Jenħtieġ li 87 % jkunu allokati għall-appoġġ b’ġestjoni kondiviża u EUR 829 13 % 000 000 għall-appoġġ b’ġestjoni diretta u indiretta. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali b’ġestjoni kondiviża għall-perjodu ta’ pprogrammar tal-2021 sal-2027 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ishma tal-FEMS FEMSA tal-perjodu 2014 sal-2020. Jenħtieġ li jiġu riżervati ammonti speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi, għall-kontroll u l-infurzar u għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data kemm għall-ġestjoni tas-sajd kif ukoll għall-finijiet xjentifiċi, għall-protezzjoni u l-kisba mill-ġdid tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta, filwaqt li l-ammonti għall-waqfien permanenti u għall-waqfien straordinarju temporanju mill-attivitajiet tas-sajd u għall-investimenti fil-bastimenti jenħtieġ li jkunu limitati. [Em. 14]

(8a)  Fir-rigward tal-importanza tas-settur tal-akkwakultura, il-livell ta' fondi tal-Unjoni għas-settur u, b'mod partikolari, għall-akkwakultura tal-ilma ħelu jenħtieġ li jinżamm fil-livell stabbilit għall-perjodu baġitarju kurrenti. [Em. 15]

(9)  Is-settur marittimu Ewropew jimpjega aktar minn ħames miljun ruħ u jiġġenera kważi EUR 500 biljun fis-sena, b’potenzjal li joħloq ħafna aktar impjiegi. L-output tal-ekonomija globali mill-oċeani attwalment huwa stmat EUR 1,3 triljuni, u dan jaf jiżdied aktar mid-doppju sal-2030. Il-ħtieġa li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, tal-Ftehim ta' Pariġi tfisser li mill-inqas 30 % tal-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jintuża għal azzjonijiet relatati mal-klima. Huwa wkoll neċessarju li tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u li titnaqqas l-impronta ambjentali ta’ ekonomija blu mexxiet l-impenn lejn li tiżviluppa fil-limiti u li kienet u trid tkompli tkun forza li tixpruna l-innovazzjoni f’setturi oħrajn, bħal dak tat-tagħmir marittimu, tal-bini tal-bastimenti, tal-osservazzjoni tal-oċeani, tat-tħammil, tal-protezzjoni tal-kosta, u tal-bini marittimu. L-investiment fl-ekonomija marittima ġie ffinanzjat bil-fondi strutturali tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-FEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, is-Sajd u l-Akkwakultura (il-FEMS FEMSA). Jenħtieġ li Jistgħu jintużaw għodod ġodda tal-investiment, bħall-InvestEU biex jintlaħaq il-potenzjal tat-tkabbir tas-settur. [Em. 16]

(9a)   L-investiment fl-ekonomija blu jenħtieġ li jkun appoġġjat mill-aħjar parir xjentifiku disponibbli biex jiġu evitati effetti ta' ħsara fuq l-ambjent li jipperikolaw is-sostenibbiltà fit-tul. Jekk ma teżisti l-ebda informazzjoni jew lanqas ma jkun hemm għarfien espert għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-investimenti fuq l-ambjent, huwa rakkomandabbli li kemm is-settur pubbliku kif ukoll dak privat jieħdu approċċ prekawzjonarju, peress li jistgħu jitwettqu attivitajiet b'effetti li jistgħu jkunu ta' ħsara. [Em. 17]

(10)  Jenħtieġ li l-FEMSFEMSA ikun ibbażat fuq erba’ ħames prijoritajiet: it-trawwim tas-sajd sostenibbli u, inkluża l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; it-trawwim ta' akkwakultura sostenibbli; il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ sajd u swieq tal-akkwakultura u akkwakultura kompetittivi setturi tal-ipproċessar kompetittivi u sostenibbli; il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli, filwaqt li titqies il-kapaċità ekoloġika massima, u t-trawwim ta’ komunitajiet tal-prosperità u l-koeżjoni ekonomika u soċjali fil-komunitajiet kostali li jiffjorixxu, u l-komunitajiet interni; it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b’hekk l-appoġġ ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli. Dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li jiġu segwiti permezz tal-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. [Em. 18]

(10a)  Il-prijoritajiet jistgħu jiġu speċifikati b'objettivi speċifiċi tal-Unjoni biex tingħata aktar ċarezza dwar għal xiex jista' jintuża l-fond u biex tiżdied l-effiċjenza tal-fond. [Em. 19]

(11)  Il-FEMS FEMSA wara l-2020 jenħtieġ li jkun ibbażat fuq arkitettura ssimplifikata mingħajr ma jiġu predefiniti miżuri u regoli tal-eliġibbiltà ddettaljati b’mod wisq preskrittiv. Minflok ma jsir hekk, jenħtieġ li jkunu deskritti oqsma ġenerali ta’ appoġġ skont kull prijorità. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jfasslu l-programmi tagħhom fejn jindikaw l-aħjar mezzi biex jintlaħqu l-prijoritajiet. Għadd ta’ miżuri diversi identifikati fil-programmi mill-Istati Membri jaf jiġu appoġġati skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], dment li jkunu koperti mill-oqsma tal-appoġġ mill-prijoritajiet identifikati f’dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ huwa meħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ operazzjonijiet li mhumiex eliġibbli biex jiġu evitati impatti detrimentali għall-konservazzjoni tas-sajd, pereżempju projbizzjoni ġenerali ta’ fuq investimenti li jżidu l-kapaċità tas-sajd b'ċerti deroġi debitament ġustifikati. Barra minn hekk, l-investimenti u l-kumpensi għall-flotta tas-sajd jenħtieġ li jkunu jiddependu strettament ikkundizzjonati mill-konsistenza mal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS. [Em. 20]

(12)  L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti identifikat il-konservazzjoni tal-oċeani u l-użu sostenibbli tagħhom bħala wieħed mis-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG 14). L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ lejn dak il-għan u lejn l-implimentazzjoni tiegħu. F’dak il-kuntest, impenjat ruħha li tippromwovi ekonomija blu sostenibbli li tkun tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, li huwa konsistenti mal-ippjanar ma' approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ippjanar spazjali marittimu, mal-konservazzjoni b'mod partikolari, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sensittività tal-ispeċji u l-ħabitats għall-attivitajiet tal-bniedem fil-baħar, il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi u mal-kisba l-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, li tipprojbixxi biex jiġu pprojbiti ċerti forom ta’ sussidji tas-sajd li jkomplu jżidu mal-kapaċità żejda u mas-sajd eċċessiv, li telimina biex jiġu eliminati s-sussidji li jgħinu s-sajd jikkontribwixxu għas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, (IUU), u li ma tintroduċix biex wieħed joqgħod lura milli jintroduċisussidji ġodda ta’ dan it-tip. Jenħtieġ li dan ir-riżultat jinkiseb min-negozjati dwar is-sussidji għas-sajd mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Barra minn hekk, waqt in-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002 u fl-2012 waqt il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20), l-Unjoni impenjat ruħha li telimina s-sussidji li jikkontribwixxu għall-kapaċità żejda fis-sajd tal-flotta u għas-sajd eċċessiv. Is-setturi tas-sajd sostenibbli fl-Unjoni u l-akkwakultura tal-ilma baħar u tal-ilma ħelu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU. [Em. 21]

(12a)  Il-FEMSA jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) oħra tan-Nazzjonijiet Uniti. B'mod partikolari, dan ir-Regolament iqis l-għanijiet li ġejjin:

   SDG 1 It-Tmiem tal-Faqar: il-FEMSA se jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja għall-komunitajiet kostali l-aktar fraġli, b'mod partikolari dawk li jiddependu fuq riżorsa tas-sajd li tkun mhedda minn sajd żejjed, it-tibdil globali u l-problemi ambjentali.
   SDG 3 – Saħħa u Benesseri: il-FEMSA se jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tniġġis taż-żoni kostali li huwa reponsabbli għall-mard endemiku, u jiggarantixxi ikel ta' kwalità tajba mis-sajd u l-akkwakultura.
   SDG 7 – Enerġija Nadifa: il-FEMSA se jippromwovi l-iżvilupp tal-enerġija tal-baħar rinnovabbli billi jiffinanzja l-ekonomija blu b'mod konġunt mal-fondi għal Orizzont Ewropa, u se jiżgura li dan l-iżvilupp ikun adattat għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd.
   SDG 8 – Xogħol Deċenti u Tkabbir Ekonomiku: il-FEMSA se jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ekonomija blu flimkien mal-FSE, bħala fattur għat-tkabbir ekonomiku. Huwa se jiżgura wkoll li dan it-tkabbir ekonomiku jkun sors deċenti ta' impjiegi għall-komunitajiet kostali. Barra minn hekk, il-FEMSA se jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sajjieda.
   SDG 12 – Konsum u Produzzjoni Responsabbli: il-FEMSA se jikkontribwixxi għall-użu responsabbli tar-riżorsi naturali u l-limitazzjoni tar-riżorsi naturali u l-ħela tal-enerġija.
   SDG 13 – Azzjoni Klimatika: il-FEMSA se jipprovdi gwida dwar il-baġit tiegħu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. [Em. 22]

(13)  Biex jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenn tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi, u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-azzjonijiet klimatiċi ewlenin u jwassal biex tintlaħaq mira ġenerali ta’ 2530% tal-infiq tal-baġit li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet skont taħt dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 30% tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEMS għall-għanijiet klimatiċi jippermettu lill-FEMSA jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi klimatiċi, iżda mingħajr preġudizzju għall-finanzjament tal-PKS, li għaliha l-finanzjament irid jiġi vvalutat mill-ġdid b'mod pożittiv. L-azzjonijiet rilevanti, inklużi l-proġetti li għandhom l-għan li jipproteġu u jerġgħu iġibu kif kienu l-qigħan tal-algi u l-artijiet kostali mistagħdra li huma bjar tal-karbonju ewlenin, se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-FEMSFEMSA, u jiġu evalwati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta’ evalwazzjoni u ta’ rieżami. [Em. 23]

(14)  Jenħtieġ li l-FEMS FEMSA jikkontribwixxi għall-ksib tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni, filwaqt li jqis il-koeżjoni soċjali, fi ħdan il-qafas tal-PKS u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u li jsegwi politika ambjentali Ewropea, inklużi l-istandards tal-kwalità tal-ilma li jiggarantixxu l-kwalità tal-ambjent tal-baħar adattat biex itejjeb il-prospetti għas-sajd. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi rintraċċata bl-użu tal-markaturi ambjentali tal-Unjoni u tiġi rrappurtata b'mod regolari fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. [Em. 24]

(15)  Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament tal-PKS”)(10), għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fil-kuntest tal-FEMS FEMSA jenħtieġ li tkun ikkundizzjonata mill-konformità sħiħa mar-regoli tal-PKS u mal-liġi ambjentali tal-UE rilevanti. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tingħata biss lil dawk l-operaturi u lill-Istati Membri li jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi legali rilevanti tagħhom. L-applikazzjonijiet mingħand benefiċjarji li ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS applikabbli jenħtieġ li ma jintlaqgħux. [Em. 25]

(16)  Biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-PKS imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u biex jgħin biex jiġu rispettati r-regoli jingħata kontribut għall-konformità sħiħa mar-regoli tal-PKS, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali mar-regoli dwar l-interruzzjoni, is-sospensjoni u l-korrezzjonijet l-korrezzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni]. Meta Stat Membru jew benefiċjarju ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS, jew meta l-Kummissjoni jkollha l-provi l-evidenza li jissuġġerixxu nuqqas tipprova dan in-nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tinterrompi l-iskadenzi tal-pagamenti bħala miżura ta’ prekawzjoni b'mod provviżorju. Barra mill-possibbiltà li tiġi interrotta l-iskadenza tal-pagamenti, u biex jiġi evitat ir-riskju li jitħallas infiq mhux eliġibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi l-pagamenti u timponi l-korrezzjonijiet finanzjarji f’każijiet serji ta’ ksur tar-regoli tal-PKS minn xi Stat Membru. [Em. 26]

(17)  F’dawn l-aħħar snin, permezz tal-PKS sar ħafna progress ittieħdu passi biex l-istokkijiet tal-ħut inġabu lura f’livelli tajbin, biex tinżied il-profitabbiltà tal-industrija tas-sajd tal-Unjoni, u biex jiġu kkonservati l-ekosistemi marini. Madankollu, għad fadal sfidi sostanzjali biex jintlaħqu bis-sħiħ l-għanijiet soċjoekonomiċi u ambjentali tal-PKS, inkluż l-obbligu legali li l-popolazzjonijiet kollha tal-istokkijiet tal-ħut li huma kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli jerġgħu jiġu kif kienu u jinżammu 'l fuq mil-livelli tal-bijomassa. Dawn jeħtieġu jirrikjedu li jitkompla l-appoġġ wara l-2020, speċjalment fil-baċiri tal-baħar, fejn il-progress sar aktar bil-mod, b'mod partikolari fil-baċiri l-aktar iżolati bħar-reġjuni ultraperiferiċi. [Em. 27]

(17a)  L-Artikolu 13 TFUE jipprovdi li fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni inter alia tal-politika tal-Unjoni dwar is-sajd l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa lill-ħtiġijiet tal-benesseri tal-annimali, billi huma esseri sensibbli, waqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi u d-drawwiet tal-Istati Membri b’mod partikolari fir-rigward tar-riti reliġjużi, tradizzjonijiet kulturali u l-wirt reġjonali. [Em. 2]

(18)  Is-sajd huwa essenzjali għall-għajxien u għall-patrimonju kulturali ta' bosta komunitajiet kostali u tal-gżejjer fl-Unjoni, speċjalment f'dawk fejn is-sajjieda kostali ż-żgħar għandhom rwol importanti bħal fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi. Billi l-età medja ta' ħafna komunitajiet ta' sajjieda hija ogħla minn 50 sena, it-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet fi ħdan is-settur tas-sajd għadhom ta' sfida. Għalhekk, huwa essenzjali li l-FEMSA jipprovdi appoġġ għall-attrattività tas-settur tas-sajd billi jiżgura t-taħriġ vokazzjonali u l-aċċess taż-żgħażagħ għal karrieri fis-sajd. [Em. 28]

(18a)  L-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' ġestjoni konġunta fl-attività tas-sajd professjonali u rikreattiva u fl-akkwakultura, bil-parteċipazzjoni diretta tal-partijiet ikkonċernati involuti, bħalma huma l-amministrazzjoni, is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, il-komunità xjentifika, u s-soċjetà ċivili, li tibbaża l-funzjonalità tagħha fuq distribuzzjoni ekwa tar-responsabbiltajiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet, u fuq il-ġestjoni adattiva msejsa fuq l-għarfien, l-informazzjoni u l-immedjatezza, tiffavorixxi l-kisba tal-objettivi tal-PKS. Il-FEMSA jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' dawk il-mekkaniżmi fil-livell lokali. [Em. 29]

(19)  Jenħtieġ li l-FEMS FEMSA jimmira li jilħaq jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tal-PKS, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jiżgura li l-attivitajiet tas-sajd ikunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b’mod li jkun konsistenti mal-għanijiet li stipulati fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u dan se jikkontribwixxi biex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg, jikkontribwixxi għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel tajjeb għas-saħħa, u li jikkontribwixxi lejn id-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel fl-istess ħin jiżgura kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol. F'dak ir-rigward, is-sajd li jiddependi fuq gżejjer żgħar lil hinn mill-kosta jenħtieġ li jkun speċjalment rikonoxxut u appoġġat sabiex ikunu jistgħu jissopravivu u jistagħnew. [Em. 30]

(20)  Jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEMS FEMSA ikun immirat biex jinkiseb u jinżamm is-sajd sostenibbli bbażat fuq ir-rendiment massimu sostenibbli jikkontribwixxi għall-ksib f'waqtu tal-obbligu legali li l-popolazzjonijiet tal-istokkijiet tal-ħut kollha 'l fuq mil-livelli tal-bijomassa kapaċi jipproduċu jerġgħu jinġiebu kif kienu u biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun jinżammu, u li jiġu minimizzati, u fejn possibbli eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd mhux sostenibbli u ta' ħsara fuq l-ekosistema tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jinkludi l-innovazzjoni u l-investiment fi prattiki u tekniki tas-sajd b’impatt baxx, u li huma reżiljenti għall-klima u li jemittu jemettu livell baxx ta’ karbonju, kif ukoll tekniki mmirati lejn is-sajd selettiv. [Em. 31]

(21)  L-obbligu ta' ħatt l-art huwa obbligu legali u wieħed mill-isfidi ewlenin tal-PKS. Huwa ssarraf f'tibdil sinifikanti fit-tmiem tal-prattika ambjentalment inaċċettabbli ta' rimi kif ukoll f'tibdil importanti għas-settur fil-prattiki tas-sajd, kultant bi spiża finanzjarja importanti. Għaldaqstant Jenħtieġ li l-Istati Membri jkun possibbli li jużaw il-FEMS FEMSA biex jappoġġaw l-innovazzjoni u l-investimenti li jgħinu fl-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-obbligu ta' ħatt l-art, b'rata ta' intensità ta' għajnuna ogħla minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn, bħall-investiment fi rkaptu tas-sajd selettiv kif ukoll l-applikazzjoni ta' miżuri ta' selettività temporali u spazjali, fit-titjib tal-infrastrutturi tal-portijiet, u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa. Jenħtieġ ukoll li l-FEMS FEMSA jagħti rata ta' intensità massima tal-għajnuna ta' 100 % għat-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni ta’ sistemi trasparenti għall-iskambju ta’ opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri (“skambji ta’ kwoti”), biex jiġi mmitigat l-effett tal-“ispeċijiet bi kwota limitanti” li jikkawża l-obbligu ta’ ħatt l-art. [Em. 279]

(21a)   L-obbligu ta' ħatt l-art jenħtieġ li jiġi mmonitorjat bl-istess mod fl-ispettru kollu, mill-bastimenti tas-sajd fuq skala żgħira sal-bastimenti tas-sajd fuq skala kbira, f'kull Stat Membru tal-Unjoni. [Em. 33]

(22)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS FEMSA ikun jista’ jappoġġa wkoll l-innovazzjoni u l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd biex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-benesseri tal-annimali u l-kwalità tal-qabdiet kif ukoll biex jiġu appoġġati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-kura tas-saħħa. Madankollu, dan l-appoġġ jenħtieġ li ma għandux iwassal għal jwassalx għal riskju ta' żieda fil-kapaċità tas-sajd jew fil-kapaċità tas-sejba tal-ħut, u ma jridx jingħata jenħtieġ li ma jingħatax sempliċiment biex jiġu ssodisfati rekwiżiti li huma obbligatorji skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Bl-istruttura mingħajr miżuri preskrittivi, jenħtieġ li tkun responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu r-regoli preċiżi tal-eliġibbiltà għal dawk l-investimenti u l-appoġġ. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd, jenħtieġ li jkun permess li tingħata għajnuna b’rata ta’ intensità ogħla minn ta’ operazzjonijiet oħrajn. [Em. 34]

(23)  Il-kontroll tas-sajd huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-PKS. Għalhekk, b’ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-FEMS FEMSA isostni l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-Unjoni kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (“ir-Regolament dwar il-Kontroll”)(11). Ċerti obbligi previsti bir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kontroll jiġġustifikaw l-appoġġ speċifiku mill-FEMS FEMSA, jiġifieri s-sistemi ta’ trekkjar tal-bastimenti u sistemi elettroniċi ta’ rappurtar obbligatorji fil-każ ta’ bastimenti tas-sajd kostali artiġjanali, is-sistemi ta’ sorveljanza elettronika mill-bogħod obbligatorji, u l-kejl u r-reġistrazzjoni kontinwi tal-potenza propulsiva tal-magni obbligatorji. Barra minn hekk, jenħtieġ li jintużaw ukoll l-investimenti tal-Istati Membri fl-assijiet tal-kontroll li jintużaw għas-sorveljanza marittima u għall-kooperazzjoni fil-funzjonijiet tal-gwardja kostali.

(24)  Is-suċċess tal-PKS jiddependi mid-disponibbiltà tal-pariri xjentifiċi għall-ġestjoni tas-sajd, u minħabba f’hekk jiddependi wkoll mid-disponibbiltà tad-data dwar is-sajd. Minħabba l-isfidi u l-ispejjeż meħtieġa biex tinkiseb data li tkun affidabbli u sħiħa, jenħtieġ li jiġu appoġġati l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jiġbru, jipproċessaw u jipproċessaw id-data jaqsmu bejniethom data skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament dwar il-Qafas tal-Ġbir ta’ Data”)(12) u biex jikkontribwixxu għall-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jippermetti sinerġiji mal-ġbir, l-ipproċessar u l-ipproċessar l-iskambju ta’ tipi oħra ta’ data marina, inkluża data dwar is-sajd rikreattiv. [Em. 35]

(25)  Jenħtieġ li l-FEMS FEMSA jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva bbażata fuq l-għarfien, u governanza tal-PKS b’ġestjoni diretta permezz tal-pariri xjentifiċi li jingħataw, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema tal-Unjoni ta’ kontroll tas-sajd, it-tħaddim ta’ Kunsilli Konsultattivi, u l-kontribuzzjonijiet volontarji lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll impenn aħjar tal-Unjoni fil-governanza internazzjonali tal-oċeani. [Em. 36]

(26)  Minħabba l-isfidi li jeżistu biex jinkisbu l-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS FEMSA jappoġġa l-azzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd. F’dan il-kuntest, kultant għadu meħtieġ l-appoġġ għall-addattament għall-adattament ta’ ċerti segmenti tal-flotta u għal ċerti baċiri tal-baħar. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jkun strettament immirat lejn il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, u jkun immirat biex jikseb bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS FEMSA ikun jista’ jappoġġa l-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd f’segmenti tal-flotta li fihom il-kapaċità tas-sajd ma tkunx proporzjonata mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Jenħtieġ li tali appoġġ ikun għodda tal-pjanijiet ta’ azzjoni għall-aġġustament tas-segmenti tal-flotta li jkollhom kapaċità strutturali żejda identifikata, kif previst fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jenħtieġ li jkun implimentat billi jiġi skrappjat il-bastiment tas-sajd, inkella billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti. Jekk il-modifika retroattiva tkun se twassal biex ikun hemm aktar pressjoni tas-sajd rikreattiv fuq l-ekosistema tal-baħar, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jekk jikkonforma mal-PKS u mal-għanijiet tal-pjanijiet pluriennali rilevanti. Biex tkun żgurata l-konsistenza tal-addattament strutturali tal-flotta mal-għanijiet ta’ konservazzjoni, l-appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkun strettament b’kundizzjonijiet preċiżi u marbut mal-kisba tar-riżultati. Għalhekk jenħtieġ li dan jiġi implimentat biss b’“finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż, kif previst fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Skont dan il-mekkaniżmu, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux rimburżati mill-Kummissjoni għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd skont l-ispejjeż reali li jkunu ġġarrbu, iżda skont li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u li jkunu nkisbu r-riżultati. Biex jintlaħaq dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi f’att delegat tali kundizzjonijiet li jenħtieġ li jkunu marbutin mal-kisba tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS. [Em. 37]

(26a)   Sabiex jiġi stabbilit sajd sostenibbli u favur l-ambjent bi pressjoni mnaqqsa fuq ir-riżorsi tas-sajd, il-FEMSA jenħtieġ li jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-bastimenti sabiex jistinka favur unitajiet li jużaw anqas enerġija, inkluż għal oqsma żbilanċjati, jew permezz ta' sussidji jew permezz ta' strumenti finanzjarji. Jenħtieġ li l-FEMAS jippermetti wkoll li s-sajjieda żgħażagħ jiksbu l-għodda ta' ħidma tagħhom, inklużi bastimenti ta' aktar minn 12 m, ħlief f'oqsma żbilanċjati. [Em. 38]

(26b)   Billi l-portijiet tas-sajd, is-siti ta' żbark, il-postijiet ta' kenn u s-swali tal-irkant għandhom rwol essenzjali biex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodotti li jinħattu l-art, kif ukoll tal-kundizzjonijiet ta' sikurezza u tax-xogħol, il-FEMSA jenħtieġ li bħala prijorità jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi tal-port, u b'mod partikolari fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud tal-prodotti li jinħattu l-art. [Em. 39]

(27)  Billi fil-biċċa l-kbira l-attivitajiet tas-sajd ma jistgħux ikunu previsti, jista’ jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jwasslu waqfien temporanju jista' jwassal għal telf ekonomiku sinifikanti għas-sajjieda. Biex jittaffew dawk il-konsegwenzi, jenħtieġ li l-FEMS FEMSA ikun jista’ jappoġġa kumpens għall-waqfien straordinarju temporanju tal-attivitajiet tas-sajd li jkun irriżulta mill-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri ta’ konservazzjoni, jiġifieri l-pjanijiet pluriennali, il-miri tal-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet, il-miżuri biex il-kapaċità tas-sajd tal-bastimenti tiġi addattata adattata għall-opportunitajiet tas-sajd disponibbli u l-miżuri tekniċi, mill-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza, mill-interruzzjoni tal-applikazzjoni jew nuqqas ta' tiġdid ta’ xi ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli minħabba forza maġġuri, minħabba xi diżastru naturali jew xi inċident ambjentali, inklużi każijiet ta' għeluq minħabba s-saħħa jew mortalità mhux normali ta' riżorsi tas-sajd, inċidenti fil-baħar matul attivitajiet tas-sajd u avvenimenti negattivi tal-klima. Jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jekk l-impatt ta’ dawn iċ-ċirkostanzi fuq is-sajjieda jkun sinifikanti, jiġifieri jekk l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 90 120 jum konsekuttiv, u jekk it-telf ekonomiku li jirriżulta mill-waqfien tas-sajd jammonta għal aktar minn 30% tad-dħul annwali medju tan-negozju kkonċernat waqt perjodu speċifiku matul l-aħħar sentejn. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-sajd tas-sallur fil-kundizzjonijiet biex jingħata dan l-appoġġ. [Em. 40]

(27a)  Jenħtieġ li jkun possibbli għas-sajjieda u għall-produtturi tal-akkwakultura tal-ilma baħar u tal-ilma ħelu li jirċievu appoġġ mill-FEMSA fil-każ ta' kriżi fis-swieq tas-sajd u tal-akkwakultura, diżastri naturali jew inċidenti ambjentali. [Em. 41]

(27b)  Sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp pożittiv tas-sorsi tal-ilma u għall-manutenzjoni tas-sajd barra l-istaġun magħluq, il-FEMSA jenħtieġ li jkun jista' jappoġġa l-istaġuni bijoloġiċi, kull meta dawn l-istaġuni, meta jkunu f'ċerti fażijiet kritiċi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-ispeċijiet, ikunu meħtieġa għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tal-ħut. [Em. 306]

(27c)  Il-Parlament Ewropew jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi appoġġat l-istabbiliment ta' fond ta' kumpens għall-pagi li jkopri l-perjodi ta' sajd magħluq u li tali perjodi jiġu ttrattati bħala ħin tax-xogħol reali għall-finijiet tal-pensjoni tal-irtirar u ta' drittijiet oħra tas-sigurtà soċjali. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew jirrakkomanda l-istabbiliment ta' paga minima, stabbilita f'konformità mal-prattiki lokali, man-negozjar u mal-ftehimiet ta' negozjar kollettiv. [Em. 307]

(28)  Is-sajd kostali artiġjanali huwa s-sajd jsir b’bastimenti b’tul ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat. Dak is-settur jirrappreżenta kważi 75% tal-bastimenti tas-sajd kollha rreġistrati fl-Unjoni u kważi nofs l-impjiegi kollha fis-settur tas-sajd. L-operaturi tas-sajd kostali artiġjanali jiddependu b’mod partikolari fuq stokkijiet tal-ħut b’saħħithom għad-dħul ewlieni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-FEMS FEMSA jagħtihom trattament preferenzjali permezz ta’ rata ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100%, anki għall-operazzjonijiet marbuta mal-kontroll u l-infurzar, biex jinkoraġġixxi l-prattiki tas-sajd sostenibbli f'konformità mal-objettivi tal-PKS. Barra minn hekk, ċerti oqsma ta’ appoġġ jenħtieġ li jkunu rriżervati għas-sajd artiġjanali fis-segmenti tal-flotta fejn il-kapaċità peress li huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-kapaċità tas-sajd tkun f’bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, jiġifieri l-appoġġ tax-xiri għax-xiri, ir-rinnovazzjoni u r-riklassifikazzjoni ta’ bastiment bastimenti użati u tat-tibdil għat-tibdil jew il-modernizzazzjoni tal-magni tal-bastimenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jenħtieġ li jinkludu fil-programm tagħhom pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali, li jenħtieġ li jiġi ssorveljat skont l-indikaturi, li jridu jenħtieġ li jiffissaw stadji importanti u miri għalihom. [Em. 42 u 308]

(29)  Kif hemm deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, tal-24 ta’ Ottubru 2017 bit-titolu “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”(13) ir-reġjuni ultraperifiċi jiffaċċaw sfidi speċifiki minħabba li huma reġjuni mbiegħda, u minħabba t-topografija u l-klima, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat, u għandhom ukoll vantaġġi speċifiċi li bihom jistgħu jiżviluppaw ekonomija blu sostenibbli. Għalhekk, għal kull reġjun ultraperiferiku, jenħtieġ li jinthemeż jitfassal pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp ta’ setturi sostenibbli tal-ekonomija blu, inkluż l-isfruttar sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura, mal-programm tal-Istati Membri kkonċernati, u jenħtieġ li tkun riżervata allokazzjoni finanzjarja biex issostni l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni. Sabiex iżżomm il-kompetittività ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi meta mqabbla ma' dik ta' prodotti simili minn reġjuni oħrajn tal-Unjoni, fl-1992 l-Unjoni introduċiet miżuri biex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali relatati fis-settur tas-sajd. Il-miżuri li japplikaw għall-perjodu 2014 huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14). Jenħtieġ Huwa neċessarju li l-FEMS jappoġġa wkoll jkompli jiġi pprovdut appoġġ sabiex jittaffew l-ispejjeż addizzjonali għas-sajd, it-trobbija tal-ħut, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex il-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali jikkontribwixxi għaż-żamma tal-vijabbiltà ekonomika tal-operaturi minn dawk ir-reġjuni. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni differenti fir-reġjuni ultraperiferiċi, il-varjazzjonijiet fil-qabdiet u l-ħażniet u fid-domandi tas-suq, jenħtieġ li jġarrbu r-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-pożizzjoni u l-insularità jitħalla f'idejn l-Istati Membri kkonċernati biex jiddeterminaw il-prodotti tas-sajd eliġibbli għal kumpens, il-kwantitajiet massimi rispettivi tagħhom u l-ammonti ta' kumpens, fi ħdan l-allokazzjoni globali għal kull Stat Membru. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu awtorizzati jiddifferenzjaw il-lista u l-kwantitajiet tal-prodotti tas-sajd ikkonċernati u l-ammont ta' kumpens fi ħdan l-allokazzjoni globali għal kull Stat Membru. Bl-istess mod, jenħtieġ li jkunu awtorizzati jaġġustaw il-pjanijiet ta' kumpens tagħhom jekk l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tiġġustifika dan. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-ammont ta' kumpens f'livell li jippermetti t-tpaċija xierqa tal-ispejjeż addizzjonali, li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi. Sabiex jiġi evitat il-kumpens żejjed, jenħtieġ li l-ammonti involuti jkunu proporzjonali mal-ispejjeż addizzjonali li l-għajnuna tkun maħsuba biex tikkumpensa. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun limitat Għal perċentwal ta’ din l-allokazzjoni finanzjarja ġenerali dan il-għan, jenħtieġ li jitqiesu wkoll it-tipi l-oħrajn ta' interventi pubbliċi li jaffettwaw il-livell tal-ispejjeż addizzjonali. Barra minn hekk jenħtieġ li tiġi applikata rata ta’ intensità ta’ għajnuna ogħla fir-reġjuni ultraperifiċi minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn. [Em. 43]

(29a)  Sabiex tkun żgurata s-sopravivenza tas-settur tas-sajd kostali fuq skala żgħira fir-reġjuni ultraperiferiċi u f'konformità mal-prinċipji ta' trattament differenzjat għall-gżejjer żgħar u t-territorji msemmija fl-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) 14, jenħtieġ li jkun possibbli għall-FEMSA li jappoġġa, abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, l-akkwist u t-tiġdid tal-bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira tar-reġjuni ultraperiferiċi li jħottu l-qabdiet kollha tagħhom fil-portijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u jikkontribwixxu għall-iżvilupp lokali sostenibbli, sabiex dawn iżidu s-sikurezza għall-bniedem, jikkonformaw mal-istandards Ewropej tal-iġjene, jiġġieldu s-sajd IUU u jiksbu aktar effiċjenza ambjentali. Jenħtieġ li dak it-tiġdid tal-flotta tas-sajd jibqa' taħt il-limiti massimi awtorizzati tal-kapaċità u jenħtieġ li jikkonforma mal-objettivi tal-PKS. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-FEMSA li jappoġġa miżuri assoċjati, bħall-kostruzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' tarzni ddedikati għal bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-akkwist jew ir-rinnovazzjoni tal-infrastruttura u t-tagħmir jew l-istudji. [Em. 44]

(29b)   Fid-dawl tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjoni ta' insularità (2015/3014(RSP) u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar "Il-problemi speċifiċi li jiffaċċjaw il-gżejjer" (1229/2011), l-agrikoltura, it-tnissil u s-sajd jikkostitwixxu element importanti tal-ekonomiji lokali tal-gżejjer. Ir-reġjuni insulari Ewropej isofru minħabba nuqqas ta' aċċessibbiltà, b'mod partikolari għall-SMEs u livell baxx ta' differenzjazzjoni tal-prodott, u jeħtieġu strateġija sabiex jintużaw is-sinerġiji kollha possibbli bejn il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u strumenti oħra tal-Unjoni bil-għan li jiġu kontrobilanċjati l-iżvantaġġi tal-gżejjer u jissaħħu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli tagħhom. Filwaqt li l-Artikolu 174 tat-TFUE jirrikonoxxi l-iżvantaġġi naturali u ġeografiċi permanenti speċifiċi għas-sitwazzjoni tal-gżejjer, il-Kummissjoni jeħtiġilha tistabbilixxi "Qafas Strateġiku tal-Unjoni għall-Gżejjer" bil-ħsieb li jinħolqu konnessjonijiet bejn l-istrumenti li jista' jkollhom impatt territorjali kbir ħafna. [Em. 45]

(30)  B’ġestjoni kondiviża jenħtieġ li l-FEMSFEMSA ikun jista jappoġġa l-protezzjoni u r-restawr ksib mill-ġdid tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar. Għalhekk jenħtieġ li jingħata l-appoġġ biex jikkompensa l-ġbir mis-sajjieda ta’ rkaptu tas-sajd li jkun intilef, u l-ġbir tal-iskart, partikolarment il-plastik, mill-ibħra, u jsostni l-investiment fil-portijiet biex dawn ikunu jipprovdu faċilitajiet ta’ akkoljenza u ħżin xierqa għal dan l-irkaptu mitluf u għall-iskart mill-baħar miġbur. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-azzjonijiet favur il-kisba jew iż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar, kif stipulat fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina”)(15), għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni tal-ispazju stabbiliti skont dik id-Direttiva u, bi qbil mal-oqfsa ta’ azzjoni prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (“id-Direttiva dwar il-Ħabitats”)(16), għall-ġestjoni, ir-restawr il-ksib mill-ġdid u l-monitoraġġ taż-żoni tan-NATURA 2000, kif ukoll għall-protezzjoni tal-ispeċijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar l-Għasafar”)(17) u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), kif ukoll l-istandards tal-Unjoni għall-ilma urban mormi u anki għall-bini, installazzjoni, il-modernizzazzjoni u l-preparazzjoni xjentifika u l-evalwazzjoni ta' faċilitajiet statiċi u mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi. Jenħtieġ li b’ġestjoni diretta l-FEMSFEMSA jappoġġa l-promozzjoni ta’ ibħra nodfa u f’saħħithom u l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari, li ġiet żviluppata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ Jannar 2016(19), bi qbil mal-għan li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar. [Em. 46]

(31)  Is-sajd L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti identifikat bħala wieħed mis-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG 2) il-fatt li jintemm il-ġuħ, tinkiseb is-sigurtà alimentari u li titjieb in-nutrizzjoni. L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ lejn dak il-għan u lejn l-implimentazzjoni tiegħu. F'dak il-kuntest, is-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari u għan-nutrizzjoni. Iżda fil-preżent l-Unjoni timporta aktar minn 60% tal-prodotti tas-sajd tagħha, u b’hekk tiddependi ħafna mill-pajjiżi terzi. Hemm l-isfida Sfida importanti li jiġi promoss hija li jitħeġġeġ il-konsum tal-proteina mill-ħut prodott ta' prodotti tas-sajd prodotti fl-Unjoni, waħda ta’ bi standards ta’ kwalità għolja, u disponibbli bi prezzijiet raġonevoli li jfornu lill-istituzzjonijiet pubbliċi, bħal sptarijiet jew skejjel, bi prodotti tas-sajd lokali fuq skala żgħira u li din tkun disponibbli għall-konsumaturi bi prezzijiet affordabbli jinbdew programmi ta' taħriġ u sensibilizzazzjoni f'istituzzjonijiet edukattivi dwar l-importanza li jittiekel ħut lokali. [Em. 47]

(32)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS FEMSA ikun jista’ jappoġġa l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu, għat-trobbija ta’ annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F’xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli għas-settur itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B’mod partikolari jenħtieġ li jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, għall-ksib ta’ ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta’ kumpens li jipprovdu servizzi ta’ importanza kritika ta’ ġestjoni tal-art u tan-natura. Jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b’rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Iżda fil-każ tal-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, Jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jingħata appoġġ preferibbilment permezz ta’ strumenti finanzjarji u l-InvestEU, li joffru aktar ingranaġġ fis-swieq permezz tal-InvestEU u għaldaqstant huma iżjed rilevanti mill-għotjiet biex jindirizzaw l-isfidi finanzjarji tas-settur permezz ta' għotjiet. [Em. 48]

(33)  Is-sigurtà tal-ikel tiddependi mill-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, mill-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut, minn swieq effiċjenti u organizzati tajjeb, li joħolqu aktar trasparenza, stabbiltà, kwalità u diversità fil-katina tal-provvista, u tiddependi wkoll mill-informazzjoni li jkollhom il-konsumaturi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-FEMS FEMSA ikun jista' jappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bi qbil mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq")(20). B'mod partikolari jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli, fost affarijiet oħra, għall-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, għall-implimentazzjoni inklużi l-kooperattivi tas-sajd, il-produtturi fuq skala żgħira, l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni, għall-promozzjoni il-kampanji ta' swieq disponibbli promozzjoni u komunikazzjoni, il-promozzjoni ta' swieq ġodda u għall-iżvilupp, it-twettiq ta' studji dwar swieq, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-Osservatorju Ewropew tas-Suq tal-Prodotti tas-Sajd u tal-Akkwakultura (EUMOFA) u l-iżvilupp u x-xandir ta' informazzjoni dwar is-suq. [Em. 49 u 280]

(33a)   Il-kwalità u d-diversità tal-prodotti tal-frott tal-baħar tal-Unjoni jipprovdu vantaġġ kompetittiv għall-produtturi, li jagħti kontribut importanti għall-wirt kulturali u gastronomiku, li jirrikonċilja l-konservazzjoni tat-tradizzjonijiet kulturali mal-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' għarfien espert xjentifiku ġdid. Iċ-ċittadini u l-konsumaturi qed jitolbu dejjem aktar prodotti ta' kwalità b'karatteristiċi speċifiċi differenti marbuta mal-oriġini ġeografika tagħhom. Għal dan il-għan, il-FEMSA se jkun kapaċi jappoġġa l-prodotti tal-frott tal-baħar inklużi fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21). B'mod partikolari, se jkun jista' jappoġġa r-rikonoxximent u r-reġistrazzjoni ta' Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta' kwalità taħt dan ir-Regolament. Se jkun jista' wkoll jappoġġa l-entitajiet ta' ġestjoni għad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetta (DOP) u għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP), kif ukoll il-programmi li jiżviluppaw biex itejbu l-kwalità. Barra minn hekk, se jkun jista' jappoġġa r-riċerka mwettqa minn dawn l-entitajiet ta' ġestjoni għal sensibilizzazzjoni aħjar tal-faċilità ta' produzzjoni speċifika, il-proċessi u l-prodotti. [Em. 50]

(33b)  Fid-dawl tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar "Pjan Ewropew ta' Kontroll tal-Marguni" u r-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea, il-FEMSA jenħtieġ li jappoġġa r-riċerka xjentifika u l-ġbir ta' data dwar l-impatt tal-għasafar migratorji fuq is-settur tal-akkwakultura u fuq l-istokkijiet tal-ħut rilevanti tal-Unjoni. [Em. 51]

(33c)  Meta jitqies il-bżonn għal settur tal-akkwakultura li qed jikber u t-telf importanti tal-istokkijiet tal-ħut li qed jiltaqgħu magħhom minħabba għasafar migratorji, jenħtieġ li l-FEMSA jinkludi ċertu kumpens għal dan it-telf sakemm jitwaqqaf pjan ta' ġestjoni Ewropew. [Em. 52]

(34)  L-industrija tal-ipproċessar għandha rwol fid-disponibbiltà u fil-kwalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Jenħtieġ li l-FEMSFEMSA ikun jista’ jappoġġa l-investiment iffukat f’dik l-industrija, dment li dan l-investiment jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jingħata biss jista' jingħata permezz ta' għotjiet, permezz ta’ strumenti finanzjarji u permezz tal-InvestEU u mhux permezz ta’ għotjiet. [Em. 53]

(34a)  Apparti l-miżuri eliġibbli li diġà ssemmew, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMSA jappoġġa oqsma oħra relatati mas-sajd u l-akkwakultura, inkluż l-appoġġ għall-kaċċa protettiva jew il-ġestjoni marbuta mal-organiżmi selvaġġi tal-ispeċijiet li jipperikolaw il-livelli sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut, b'mod partikolari l-foki u l-marguni. [Em. 54]

(34b)  Apparti mill-miżuri eliġibbli diġà msemmija, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMSA jappoġġa oqsma oħra relatati mas-sajd u l-akkwakultura inkluż il-kumpens għall-ħsara fil-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar protetti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-foki u l-marguni. [Em. 55]

(35)  Il-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni kostali jiddependi mill-iżvilupp tal-ekonomija blu mmexxija lokalment li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi u tagħti ħajja ġdida lin-nisġa soċjali ta’ dawn dawk ir-reġjuni, inklużi l-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi. Sal-2030, l-industriji u s-servizzi oċeaniċi x’aktarx li se jiksbu riżultati aqwa minn dawk tat-tkabbir tal-ekonomija dinjija u jagħtu kontribut importanti għall-impjiegi u għat-tkabbir. Biex ikun sostenibbli, it-tkabbir blu jiddependi mill-innovazzjoni u l-investiment f’negozji marittimi ġodda, fil-bijoekonomija u fil-bijoekonomija fil-bijoteknoloġija, fosthom mudelli tat-turiżmu sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli mill-oċeani, il-kostruzzjoni innovattiva ta’ bastimenti ta’ livell għoli, u servizzi ġodda tal-portijiet u l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura, li jistgħu joħolqu l-impjiegi u fl-istess ħin itejbu l-iżvilupp lokali, kif ukoll l-iżvilupp ta' prodotti tal-baħar abbażi tal-bijoloġija. Filwaqt li l-investiment pubbliku fl-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jkun settur ewlieni fil-baġit kollu tal-Unjoni, il-FEMS l-FEMSA jenħtieġ li jkun ikkonċentrat speċifikament fuq il-kundizzjonijiet li jgħinu l-iżvilupp tal-ekonomija abilitanti għal ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi u fuq it-twarrib tal-ostakli biex ikun iffaċilitat ikunu ffaċilitatil-investiment u l-iżvilupp ta’ swieq u teknoloġiji jew servizzi ġodda. L-appoġġ għall-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jingħata permezz ta’ ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta. [Em. 56]

(35a)  F'konformità mal-premessa 3 tar-Regolament tal-PKS, is-sajd rikreattiv jista' jkollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tal-ħut u għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li dawn jitwettqu b'mod li jkun kompatibbli mal-objettivi tal-PKS. Madankollu, is-sajd rikreattiv ma jistax jiġi ġestit b'mod xieraq mingħajr il-ġbir affidabbli u rikorrenti ta' data dwar is-sajd rikreattiv kif enfasizzat fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni attwali tas-sajd rikreattiv fl-Unjoni Ewropea (2017/2120(INI)). [Em. 57]

(35b)   L-għan ta' ekonomija blu sostenibbli huwa li tiggarantixxi konsum u produzzjoni sostenibbli, kif ukoll użu effiċjenti tar-riżorsi flimkien mal-protezzjoni u l-konservazzjoni tad-diversità, il-produttività, ir-reżiljenza, il-funzjonijiet prinċipali u l-valuri intrinsiċi tal-ekosistemi tal-baħar. Hija bbażata fuq l-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet fit-tul tal-ġenerazzjonijiet kurrenti u futuri. Dan ifisser ukoll l-iffissar tal-prezzijiet ġusti għall-prodotti u s-servizzi. [Em. 58]

(35c)  Hemm ħtieġa ta' miżuri ta' appoġġ biex jiġi ffaċilitat id-djalogu soċjali u għal użu tal-FEMSA biex jingħata kontribut għat-taħriġ ta' professjonisti kwalifikati fis-settur marittimu u tas-sajd. L-importanza tal-modernizzazzjoni tas-settur marittimu u tas-sajd u r-rwol tal-innovazzjoni f'dan ir-rigward jirrikjedu evalwazzjoni ġdida tal-allokazzjonijiet finanzjarji għat-taħriġ professjonali taħt il-FEMSA. [Em. 59]

(35d)   L-investiment fil-kapital uman huwa wkoll vitali sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tas-sajd u tal-attivitajiet marittimi. Għalhekk, il-FEMSA jenħtieġ li jappoġġa s-servizzi ta' konsulenza, il-kooperazzjoni bejn ix-xjenzati u s-sajjieda, it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, u jenħtieġ li jistimola d-disseminazzjoni tal-għarfien, jgħin fit-titjib tal-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-operaturi u jippromwovi d-djalogu soċjali. B'rikonoxximent għar-rwol tagħhom fil-komunitajiet tas-sajd, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-konjuġi u s-sħab fil-ħajja ta' sajjieda li jaħdmu għal rashom jenħtieġ ukoll li jingħataw appoġġ għat-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja u d-disseminazzjoni ta' għarfien, u, għan-netwerking li jikkontribwixxi għall-iżvilupp professjonali tagħhom. [Em. 60]

(36)  L-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli jiddependi ħafna mill-isħubijiet mis-sħubijiet bejn partijiet ikkonċernati lokali li jikkontribwixxu għall-ħajja u s-sostenibbiltà tal-popolazzjonijiet tal-komunitajiet u tal-ekonomiji l-ekonomiji kostali, tal-gżejjer u dawk interni. Jenħtieġ li l-FEMSA jipprovdi l-għodod li jippromwovu dawn is-sħubiji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jingħata appoġġ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet (CLLD) b’ġestjoni kondiviża. Dak l-approċċ huwa mistenni li jagħti spinta lid-diversifikazzjoni ekonomika f’kuntesti lokali permezz tal-iżvilupp tas-sajd kostali u intern, tal-akkwakultura u ta’ ekonomija blu sostenibbli. L-istrateġiji CLLD jenħtieġ li jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom. Għalhekk, kull sħubija lokali jenħtieġ li tirrifletti l-fokus ewlieni tal-istrateġija tagħha billi tiżgura l-involviment bilanċjat u r-rappreżentanza mill-partijiet ikkonċernati kollha tal-ekonomija blu lokali sostenibbli. [Em. 61]

(37)  B’ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-FEMSl-EMFAF ikun jista’ jappoġġa lil ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi permezz tal-ġbir, tal-ġestjoni u tal-użu ta' data li ttejjeb l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar u tal-ilma ħelu u tar-riżorsi. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun immirat biex jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE, biex jappoġġa l-ippjanar spazjali marittimu, is-sostenibbiltà tas-sajd u s-settur tal-akkwakultura u biex itejjeb il-kwalità tad-data u jżid it-tpartit tagħha permezz tan-netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima. [Em. 62]

(38)  B'ġestjoni diretta u indiretta, jenħtieġ li l-FEMS FEMSA jiffoka fuq il-kundizzjonijiet abilitanti il-ħolqien ta' kundizzjonijiet għal ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi u li trawwem ambjent tal-baħar b'saħħtu permezz tal-promozzjoni tal-governanza u l-ġestjoni integrati tal-politika marittima, permezz tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, permezz tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu fl-oċeani tal-baħar u l-oċeani u tat-tpartit tad-data ambjentali u soċjoekonomika dwar l-ekonomija blu sostenibbli, permezz tal-promozzjoni ta' ekonomija blu sostenibbli reżiljenti għat-tibdil fil-klima u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, u permezz tal-iżvilupp ta' riżerva ta' proġetti u ta' strumenti finanzjarji innovattivi. Jenħtieġ li jitqiesu s-sitwazzjonijiet speċifiċi titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 174 tat-TFUE rigward l-oqsma msemmijin hawn fuq. [Em. 63]

(39)  60% tal-oċeani huma ’l barra mill-konfini tal-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali. Dan ifisser responsabbiltà internazzjonali kondiviża. Il-maġġoranza tal-problemi li jiffaċċaw l-oċeani huma ta’ natura transkonfinali, bħall-isfruttament żejjed, it-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni, it-tniġġis, u l-bijodiversità l-ipprospettar taż-żejt jew it-tħaffir taħt l-ilma li qed tonqos, jwasslu għat-tnaqqis tal-bijodiversità u għaldaqstant jeħtieġu reazzjoni kondiviża. Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li l-Unjoni tifforma Parti minnha skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE(22), twaqqfu bosta drittijiet ġuriżdizzjonali, istituzzjonijiet u oqfsa speċifiċi biex jirregolaw u jikkontrollaw l-attività tal-bniedem fl-oċeani. F’dawn l-aħħar snin qed jidher li hemm kunsens globali dwar il-ħtieġa li l-ambjent tal-baħar u l-attivitajiet marittimi tal-bniedem jiġu ġestiti b’mod aktar effettiv biex ikunu indirizzati l-pressjonijiet li dejjem qed jiżdiedu fuq l-oċeani u ibħra. [Em. 64]

(40)  Fir-rwol tagħha ta’ attur globali, l-Unjoni għandha l-impenn qawwi li tippromwovi l-governanza internazzjonali tal-oċeani bi qbil mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Novembru 2016 bit-titolu “Il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna”(23). Il-politika dwar il-governanza tal-oċeani tal-Unjoni hija politika ġdida li tittratta l-oċeani b’mod integrat. Il-governanza internazzjonali tal-oċeani mhux biss hija essenzjali biex tinkiseb l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 14 (“Conserve and sustainably use the oceans, seas and marine resources for sustainable development”), iżda wkoll biex tiggarantixxi ibħra u oċeani li jkunu sikuri, indaf, u ġestiti b’mod sostenibbli, għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-Unjoni jrid jirnexxilha tara r-riżultati ta’ dawk l-impenji internazzjonali u tkun mutur għall-governanza għat-titjib tal-governanza internazzjonali tal-oċeani mtejba u tkun fuq quddiem, fil-livelli bilaterali, reġjonali u multilaterali, anki fil-prevenzjoni, fl-iskoraġġiment u fl-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat tal-IUU u timminimizza l-impatt fuq l-ambjent tal-baħar, biex ittejjeb l-istruttura tal-governanza internazzjonali tal-oċeani, biex tnaqqas il-pressjonijiet fuq l-oċeani u fuq l-ibħra, biex toħloq il-kundizzjonijiet għal ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, u biex issaħħaħ ir-riċerka u d-data internazzjonali dwar l-oċeani. [Em. 65]

(41)  L-azzjonijiet li jippromwovu l-governanza internazzjonali tal-oċeani fil-kuntest tal-FEMS FEMSA jenħtieġ li jtejbu l-istruttura ġenerali tal-proċessi, il-ftehimiet, ir-regoli u l-istituzzjonijiet internazzjonali u reġjonali biex jirregolaw u jikkontrollaw l-attività tal-bniedem fl-oċeani. Il-FEMS FEMSA jenħtieġ li jiffinanzja l-arranġamenti internazzjonali li kkonkludiet l-Unjoni f’oqsma li mhumiex koperti mill-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli stabbiliti ma’ diversi pajjiżi terzi, u jiffinanzja wkoll il-kontribuzzjoni legali tas-sħubija tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd. Il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli u l-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd se jibqgħu jkunu ffinanzjati taħt linji differenti tal-baġit tal-Unjoni.

(42)  Għas-sigurtà u d-difiża, il-protezzjoni tal-fruntieri u s-sorveljanza marittima mtejba huma essenzjali. Skont l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà Marittima adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-24 ta’ Ġunju 2014, u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha, adottat fis-16 ta’ Diċembru 2014, it-tpartit tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma importanti ħafna biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-FEMS FEMSA jappoġġa s-sorveljanza marittima u l-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta taħt ġestjoni kondiviża u ġestjoni diretta, anki billi jinxtraw l-oġġetti meħtieġa biex jitwettqu ħidmiet marittimi bi skopijiet multipli. Jenħtieġ ukoll li jippermetti lill-aġenziji rilevanti jimplimentaw l-appoġġ fil-qasam tas-sorveljanza u s-sigurtà marittima permezz tal-ġestjoni indiretta.

(43)  B’ġestjoni kondiviża, kull Stat Membru jenħtieġ li jħejji programm wieħed b'kollaborazzjoni mar-reġjuni kollha li jrid jenħtieġ li jiġi approvati approvat mill-Kummissjoni. Fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni, u biex l-Istati Membri jitħeġġew isegwu metodu aktar strateġiku meta jkunu qegħdin iħejju l-programmi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa analiżi ta’ kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni mill-perspettiva tal-ksib tal-għanijiet tal-PKS. Dik l-analiżi tkun tgħin kemm lill-Istati Membri, kif ukoll lill-Kummissjoni biex jinnegozjaw kull programm filwaqt li jitqiesu l-isfidi u l-bżonnijiet reġjonali. Meta tkun qed tivvaluta l-programmi, il-Kummissjoni trid jenħtieġ li tqis l-isfidi ambjentali u soċjoekonomiċi tal-PKS, il-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija ta' ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, partikolarment fir-rigward tas-sajd kostali fuq skala żgħira, l-isfidi fil-livell tal-baċiri tal-baħar, il-konservazzjoni u r-restawr l-ksib mill-ġdid tal-ekosistemi marini, it-tnaqqis u l-ġbir tal-iskart fil-baħar u l-mitigazzjoni tat-tibdil l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-mitigazzjoni tiegħu u l-addattament l-adattament għalih. [Em. 66]

(43a)   Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ta' ġestjoni fil-livell reġjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu skema ta' ġestjoni konġunta li tinvolvi l-Kunsilli Konsultattivi, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u l-istituzzjonijiet/l-awtoritajiet kompetenti sabiex jissaħħaħ id-djalogu u l-impenn tal-partijiet. [Em. 67]

(44)  Kemm ikun qed jagħti riżultati tajbin l-appoġġ tal-FEMS FEMSA irid jiġi vvalutat skont l-indikaturi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi tal-prestazzjoni li tippermetti s-sejbien bikri ta’ problemi potenzjali fl-implimentazzjoni u li toffri azzjonijiet korrettivi, ibbażata fuq ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni li jħejju l-Istati Membri, u li fihom jirrappurtaw il-progress tagħhom lejn l-ilħiq ta’ stadji importanti u miri. Għal dan jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

(44a)  Ġie rappurtat li l-proċedura tal-pagamenti taħt il-FEMSA kurrenti kienet dgħajfa, peress li wara erba' snin ta' applikazzjoni intużaw biss 11 %. Dik il-proċedura jenħtieġ li tittejjeb ħalli l-pagamenti lill-benefiċjarji jiġu aċċelerati, speċjalment rigward individwi jew familji. [Em. 68]

(45)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interinstituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(24), teżisti l-ħtieġa li l-FEMS FEMSA jiġi evalwat skont l-informazzjoni li tinġabar permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni u l-piżijiet amministrattivi żejda, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Fejn jixraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu li fuqhom jiġu evalwati l-effetti tal-FEMS FEMSA fil-prattika.

(46)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-FEMS FEMSA jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu b’rabta mal-prijoritajiet tal-FEMS FEMSA.

(46a)   Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll għodod adegwati biex tinforma lis-soċjetà dwar l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura u l-benefiċċji tal-konsum tal-ħut u tal-frott tal-baħar. [Em. 69]

(47)  Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95(26), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(27) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (28), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, fosthom il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jenħtieġ li jwettaq investigazzjonijiet, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jenħtieġ li jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29). Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-FEMSFEMSA, jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni] u r-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. [Em. 70]

(48)  Biex tiżdied it-trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-fondi tal-Unjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba tagħhom, b’mod partikolari biex ikun imsaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-flus li jintużaw, jenħtieġ li ċerta informazzjoni dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS FEMSA tiġi ppubblikata f’sit web tal-Istati Membri bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Meta Stat Membru jippubblika l-informazzjoni dwar operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS FEMSA, iridu jiġu segwiti r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30). [Em. 71]

(49)  Biex jiġu supplimentati u emendati ċerti elementi ta’ dan ir-Regolament li mhumiex essenzjali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat, f’dak li għandu x’jaqsam mal-identifikazzjoni tal-iskattar tal-limiti u t-tul ta’ żmien tal-inammissibbiltà rigward il-kriterji tal-applikazzjonijiet, id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni għall-finanzjament mingħajr rabta mal-ispejjeż fil-każ tal-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, id-definizzjoni tal-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż żejda minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, id-definizzjoni tal-każijiet ta’ ksur mill-Istati Membri li jistgħu jiskattaw l-interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagament, id-definizzjoni ta’ każijiet ta’ ksur serju mill-Istati Membri li jista’ jiskatta s-sospensjoni tal-pagamenti, id-definizzjoni tal-kriterji biex jiġi stabbilit il-livell tal-korrezzjonijiet finanzjarji li jridu jintużaw, u l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ rati fissi jew ta’ korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati, l-emendar tal-Anness I, u l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Biex issir tranżizzjoni faċli mill-iskema stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għall-iskema stabbilita b’dan ir-Regolament, jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat rigward l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tranżizzjonali.

(50)  Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni rigward l-approvazzjoni u l-emendar tal-programmi operazzjonali, għall-approvazzjoni u l-emendar tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali għall-ġbir tad-data, għas-sospensjoni tal-pagamenti u għall-korrezzjonijiet finanzjarji.

(51)  Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni għall-proċeduri, il-format u l-iskedi għat-tressiq tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali dwar il-ġbir tad-data, u l-preżentazzjoni tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I:

QAFAS ĠENERALI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, is-Sajd u l-Akkwakultura (il-FEMSFEMSA). Huwa jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-FEMSFEMSA, il-baġit għall-perjodu 2021 sal-2027, it-tipi ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli speċifiċi għall-għotja ta’ dan il-finanzjament, li jikkomplementaw ir-regoli ġenerali li japplikaw għall-FEMSFEMSA skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

Artikolu 2

Ambitu ġeografiku

Dan ir-Regolament japplika għal operazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-Unjoni dment li ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

2.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, anki f’faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], li jikkumbinaw forom ta’ appoġġ li mhumiex rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni b’forom ta’ appoġġ rimborsabbli minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliku għall-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliku oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament kummerċjali u mill-investituri;

(2)  “ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni” (CISE) tfisser ambjent ta’ sistemi żviluppati biex jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fis-sorveljanza marittima, transsettorjali u transfruntiera, biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-attivitajiet li jkunu qed isiru jitwettqu fuq il-baħar; [Em. 72]

(3)  “gwardja tal-kosta” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-ħidmiet ta’ gwardja kostali, li jinkludu s-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, id-dwana marittima, il-prevenzjoni u t-trażżin tat-traffikar u tal-kuntrabandu, l-infurzar tal-liġi marittima konnessa ma’ dawn, il-kontroll tal-fruntieri marittimi, is-sorveljanza marittima, il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar, it-tiftix u s-salvataġġ, ir-rispons għall-inċidenti u għad-diżastri, il-kontroll tas-sajd, ispezzjonijiet u attivitajiet oħrajn b’rabta ma’ dawk il-funzjonijiet; [Em. 73]

(4)  “Netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima” (EMODnet) tfisser sħubija li toffri data tal-baħar ta’ kwalità assigurata, interoperabbli u armonizzata, billi tgħaqqad flimkien id-data tal-baħar u l-metadata biex dawn ir-riżorsi frammentati jkunu aktar disponibbli għall-utenti pubbliċi u privati u jkunu jistgħu jintużaw aktar faċilment;

(5)  “is-sajd esploratorju” tfisser is-sajd ta’ stokkijiet li ma ġewx mistada jew ma ġewx mistada bl-użu ta’ xi tip ta’ rkaptu partikolari jew b’teknika partikolari fl-għaxar snin preċedenti;

(6)  “sajjied” tfisser kwalunkwe persuna involuta f’attivitajiet ta’ sajd kummerċjali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru;

(6a)   "sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport; [Em. 74]

(6b)   "settur tas-sajd rikreattiv" tfisser is-segmenti kollha tas-sajd rikreattiv u n-negozji u l-impjiegi li jiddependu minn dak is-sajd jew huma ġġenerati minnu; [Em. 75]

(7)  “sajd fl-ibħra interni” tfisser attivitajiet tas-sajd imwettqa għal skopijiet kummerċjali fl-ibħra interni minn bastimenti jew ’mezzi oħra, inklużi dawk użati għas-sajd fis-silġ;

(7a)   "sajjied mingħajr dgħajsa" tfisser kwalunkwe persuna involuta f'attivitajiet ta' sajd kummerċjali mingħajr dgħajsa, kif rikonoxxuti mill-Istat Membru rilevanti; [Em. 6]

(8)  “il-governanza tal-oċeani” hija inizjattiva tal-Unjoni għat-titjib tal-istruttura ġenerali ta’ proċessi, ftehimiet, arranġamenti, regoli u istituzzjonijiet internazzjonali u reġjonali permezz ta’ metodu koerenti transsettorjali u bbażat fuq ir-regoli, biex ikun żgurat li jkun hemm sikurezza u sigurtà fl-oċeani u li dawn ikunu f’saħħithom, nodfa, u ġestiti b’mod sostenibbli;

(9)  “il-politika marittima” tfisser il-politika tal-Unjoni li l-għan tagħha huwa li trawwem teħid ta’ deċiżjonijiet ikkoordinat u konsistenti sabiex jiġi massimizzat l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-Istati Membri, u b’mod partikolari r-reġjuni tal-kosta, insulari u ultraperiferiċi tal-Unjoni, kif ukoll is-setturi marittimi, permezz ta’ politiki konsistenti relatati mas-settur marittimu u kooperazzjoni internazzjonali rilevanti;

(10)  “is-sigurtà u s-sorveljanza marittima” tfisser l-attivitajiet li jsiru biex l-avvenimenti u l-azzjonijiet kollha b’rabta mad-dominju marittimu li jistgħu jagħmlu impatt fl-oqsma tas-sikurezza u tas-sigurtà marittima, tal-infurzar tal-liġi, tad-difiża, tal-kontroll tal-fruntieri, tal-ħarsien tal-ambjent tal-baħar, tal-kontroll tas-sajd, tal-kummerċ u tal-interess ekonomiku tal-Unjoni jinftiehmu, jiġu pprevenuti fejn japplika, u jkunu ġestiti b’mod komprensiv;

(11)  “l-ippjanar tal-ispazju marittimu” tfisser proċess li permezz tiegħu l-awtoritajiet tal-Istat Membru relevanti janalizzaw u jorganizzaw l-attivitajiet umani f’żoni tal-baħar sabiex jilħqu l-għanijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali;

(12)  “l-investimenti produttivi fl-akkwakultura” tfisser l-investimenti fil-kostruzzjoni, fit-tkabbir, fil-modernizzazzjoni jew fit-tagħmir ta’ faċilitajiet fejn issir il-produzzjoni tal-akkwakultura; [Em. 77]

(13)  "strateġija tal-baċiri tal-baħar" tfisser qafas integrat biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni marini u marittimi li jaffaċċaw l-Istati Membri, u fejn hu rilevanti xi pajjiżi terzi, f'baċir speċifiku tal-baħar jew f'baċir speċifiku jew baċiri speċifiċi ta' taħt il-baħar, u biex jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni biex tinkiseb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; tali strateġija tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi kkonċernati, mar-reġjuni tagħhom u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn skont il-każ; [Em. 78]

(14)  “sajd kostali artiġjanali” tfisser sajd imwettaq minn bastimenti tas-sajd b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx tagħmir irmunkat tas-sajd kif elenkat fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006(31), is-sajd mingħajr dgħajsa jew il-ġbir tal-krustaċji u l-molluski; [Em. 79]

(14a)   "flotta fuq skala żgħira minn reġjuni ultraperiferiċi" tfisser flotta fuq skala żgħira li topera fir-reġjuni ultraperiferiċi kif definit f'kull programm operazzjonali nazzjonali; [Em. 80]

(15)  "ekonomija blu sostenibbli" tfisser l-attivitajiet ekonomiċi settorjali u transsettorjali kollha madwar is-suq uniku kollu li għandhom rabta mal-oċeani, mal-ibħra, mal-kosti u mal-ilmijiet interni, li jkopru r-reġjuni insulari u ultraperifiċi u l-pajjiżi interni tal-Unjoni, u jinkludu s-setturi li qegħdin jiżviluppaw u prodotti u servizzi mhux tas-suq li għandhom l-għan li jiżguraw il-benesseri soċjali u ekonomiku għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u tal-ġejjieni filwaqt li jżommu u jirrestawraw ekosistemi tal-baħar sani u jipproteġu r-riżorsi naturali vulnerabbli u li huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni; [Em. 81]

(15a)   "ġestjoni konġunta" tfisser ftehim ta' sħubija li fih il-gvern, il-komunità ta' utenti ta' riżorsi lokali (is-sajjieda), l-aġenti esterni (organizzazzjonijiet mhux governattivi, istituzzjonijiet ta' riċerka), u xi kultant partijiet ikkonċernati tas-sajd u tar-riżorsi kostali oħra (sidien tad-dgħajjes, negozjanti tal-ħut, aġenziji tal-kreditu jew mutwanti tal-flus, l-industrija tat-turiżmu, eċċ.) jaqsmu r-responsabbiltà u l-awtorità għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd; [Em. 82]

(15b)   "inċident ambjentali" tfisser fenomenu aċċidentali ta' oriġini naturali jew umana li jirriżulta fid-degradazzjoni tal-ambjent. [Em. 83]

Artikolu 4

Il-prijoritajiet

Il-FEMS FEMSA għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-PKS u tal-politika marittima. Għandu jsegwi l-prijortitajiet li ġejjin:

(1)  it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-protezzjoni, ir-restawr u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; [Em. 291/rev]

(1a)  It-trawwim ta' akkwakultura sostenibbli; [Em. 85]

(2)  il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel alimentari fl-Unjoni permezz ta’ swieq akkwakultura, sajd u akkwakultura kompetittivi swieq sostenibbli u sostenibbli soċjalment responsabbli; [Em. 291/rev]

(3)  il-promozzjoni l-abilitazzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli, filwaqt li titqies il-kapaċità ekoloġika massima, u t-trawwim ta’ komunitajiet tal-prosperità u l-koeżjoni ekonomika u soċjali fil-komunitajiet kostali li jiffjorixxu, insulari u interni; [Em. 87]

(4)  It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u l-promozzjoni ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli.

L-appoġġ fil-kuntest tal-FEMS FEMSA għandu jikkontribwixxi wkoll biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali tal-Unjoni, u dawk ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tal-addattament għalih. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi rintraċċata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV. [Em. 88]

Il-persegwiment ta' dawk l-objettivi ma għandux jirriżulta f'żieda fil-kapaċità tas-sajd. [Em. 281]

Artikolu 4a

Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi

Id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament iridu jqisu r-restrizzjonijiet speċifiċi rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. [Em. 89]

KAPITOLU II

Qafas Finanzjarju

Artikolu 5

Baġit

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FEMS FEMSA għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ jiżdied għal EUR 6 140 000 000 bil-prezzijiet attwali6 867 000 600 bi prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri EUR 7 739 000 000 bi prezzijiet tal-lum). [Em. 90]

2.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju allokata lill-FEMS FEMSA fit-Titolu II għandha tiġi implimentata b’ġestjoni kondiviża skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

3.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju allokata lill-FEMS FEMSA fit-Titolu III għandha tiġi implimentata jew direttament mill-Kummissjoni, bi qbil mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit tal-Unjoni] jew fil-kuntest tal-ġestjoni indiretta skont l-Artikolu 62(1)(c) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 6

Riżorsi baġitarji taħt ġestjoni kondiviża

1.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni kondiviża kif speċifikat fit-Titolu II għandha tkun ta’ EUR 5 311 000 000 87 % tal-pakkett finanzjarju tal-FEMSA [EUR xxx] bi prezzijiet tal-lum skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness V. [Em. 91]

2.  Għall-operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperifiċi, kull Stat Membru kkonċernat, fl-appoġġ finanzjarju tiegħu mill-Unjoni stabbilit fl-Anness V, għandu jalloka mill-inqas:

(a)  EUR 102 000 000 għall-Azores u l-Madejra;

(b)  EUR 82 000 000 għall-Gżejjer Kanarji;

(c)  EUR 131 000 000 għal Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion u Saint-Martin. [Em. 92]

3.  Il-kumpens imsemmi fl-Artikolu 21 ma għandux jaqbeż il-50% ta’ kull waħda mill-allokazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2. [Em. 93]

4.  Mill-inqas 15% tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru għandu jiġi allokat għall-oqsma ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikoli 19 u 20. L-Istati Membri li ma għanhomx aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni jistgħu japplikaw perċentwal iżjed baxx għad-daqs tal-ħidmiet tagħhom ta’ kontroll u ġbir tad-data. Fejn l-allokazzjonijiet għall-kontroll u l-ġbir tad-data skont l-Artikoli 19 u 20 ta' dan ir-Regolament ma jintużawx, l-Istat Membru kkonċernat jista' jittrasferixxi l-ammonti korrispondenti li għandhom jintużaw taħt ġestjoni diretta għall-finijiet ta' żvilupp u implimentazzjoni, mill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, ta' sistema ta' kontroll tas-sajd tal-Unjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 40 ta' dan ir-Regolament. [Em. 94]

4a.  Mill-inqas 25 % tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru għandu jiġi allokat għall-protezzjoni u l-irkupru tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta għall-għarfien marittimu (l-Artikoli 22 u 27). [Em. 293 u 315]

4b.  Tal-anqas 10 % tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru għandu jiġi allokat għat-titjib tas-sikurezza, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tal-ekwipaġġi, tat-taħriġ, tad-djalogu soċjali, tal-ħiliet u tal-impjiegi. Madankollu, l-appoġġ finanzjarju mill-FEMSA allokat għal kull Stat Membru għal kull investiment abbord ma għandux jaqbeż 60 % tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat għal kull Stat Membru. [Em. 96]

5.  L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni mill-FEMS FEMSA allokat lil kull Stat Membru għall-oqsma ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikoli 17(2) u 18 ma għandux ikun aktar mill-iktar wieħed għoli bejn dawn iż-żewġ limiti:

(a)  EUR 6 000 000; jew

(b)  1015% tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru. [Em. 97]

6.  Bi qbil mal-Artikoli 30 sa 32 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-FEMS FEMSA jista jappoġġa l-għajnuna teknika għall-amministrazzjoni u l-użu effettivi ta’ dan il-Fond fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru.

Artikolu 7

Distribuzzjoni finanzjarja għall-ġestjoni kondiviża

Ir-riżorsi li huma disponibbli għall-impenji tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 6(1) għall-perjodu mill-2021 sal-2027 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness V.

Artikolu 8

Riżorsi baġitarji taħt ġestjoni diretta

1.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta, kif speċifikat fit-Titolu III għandha tkun ta’ EUR 829 000 000 bil-prezzijiet 13 % tal-pakkett finanzjarju tal-FEMSA [EUR xxx] bi prezzijiet tal-lum. [Em. 98]

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm FEMSA, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

B’mod partikolari, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, u soġġett għal-limitu massimu ta’ 1,7 % tal-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 5(1), il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa:

(a)  l-assistenza teknika għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni];

(b)  it-tħejjija, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli u s-sehem tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd reġjonali;

(c)  l-istabbiliment ta’ netwerk Ewropew ta’ gruppi ta’ azzjoni lokali.

3.  Il-FEMS FEMSA għandu jappoġġa l-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni li huma marbutin mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

Programmar

Artikolu 9

Programmar għal miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża

1.  Bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], kull Stat Membru għandu jħejji programm wieħed nazzjonali uniku jew programmi operattivi reġjonali biex jimplimenta l-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 4. [Em. 99]

2.  L-appoġġ skont it-Titolu II għandu jkun organizzat bi qbil mal-oqsma ta’ appoġġ stabbiliti fl-Anness II.

3.  Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-programm operattiv għandu jinkludi:

(a)  analiżi tas-sitwazzjoni f’termini tal-preġji, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika, inklużi fejn rilevanti, il-baċiri tal-baħar, koperti mill-programm;

(b)  il-pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali msemmi fl-Artikolu 15;

(c)  fejn japplika, il-pjanijiet ta’ azzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi msemmijin fil-paragrafu 4fl-Artikolu 29c; [Em. 100]

(ca)   fejn xieraq, pjanijiet ta' azzjoni għall-baċini tal-baħar għall-awtoritajiet subnazzjonali jew reġjonali responsabbli għas-sajd, il-krustaċji u l-molluski u l-affarijiet marittimi. [Em. 101]

4.  Bħala parti mill-programm tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iħejju pjan ta’ azzjoni għal kull wieħed mir-reġjuni ultraperifiċi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 6(2), li għandhom jistabbilixxu:

(a)  strateġija għall-isfruttament sostenibbli tas-sajd u għall-iżvilupp ta’ setturi sostenibbli tal-ekonomija blu;

(b)  deskrizzjoni tal-azzjonijiet ewlenin previsti u l-mezzi finanzjarji li jikkorrispondu għalihom, fosthom:

i.  l-appoġġ strutturali għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura skont it-Titolu II;

ii.  il-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali msemmija fl-Artikolu 21;

iii.  kull investiment ieħor fl-ekonomija blu sostenibbli meħtieġ biex jinkiseb żvilupp kostali sostenibbli. [Em. 102]

5.  Il-Kummissjoni, wara li tikseb l-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti, għandha tiżviluppa analiżi ta' kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni tal-baċir tal-baħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba mal-ilħiq tal-għanijiet tal-PKS, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Fejn ikun rilevanti, u mal-ilħiq ta' status ambjentali tajjeb, kif imsemmi fid-Direttiva 2008/56/KE. Din l-analiżi għandha tqis l-istrateġiji makroreġjonali u dwar il-baċiri tal-baħar eżistenti. [Em. 103]

6.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. F’din il-valutazzjoni għandha tqis, b’mod partikolari:

(a)  it-tkabbir kemm jista’ jkun tal-kontribut tal-programm għall-prijoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 4;

(b)  il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd tal-flotot u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, kif ikunu ġew irrappurtati kull sena mill-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013;

(ba)   fejn applikabbli, il-ħtieġa li l-flotot jiġu mmodernizzati jew imġedda; [Em. 104]

(c)  fejn japplika, il-pjanijiet pluriennali ta’ ġestjoni adottati skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet ta’ ġestjoni adottati skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, u r-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn japplika għall-Unjoni;

(d)  l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(da)   il-kontroll ta' speċijiet invażivi li jikkawżaw ħsara konsiderevoli għall-produttività tas-sajd; [Em. 105]

(db)   appoġġ għar-riċerka u għall-użu ta' rkaptu tas-sajd innovattiv u selettiv madwar l-Unjoni, inkluż, iżda mhux esklużivament, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; [Em. 106]

(e)  l-evidenza l-aktar riċenti dwar il-bilanċ bejn il-prijoritajiet ambjentali u l-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, u b’mod partikolari tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura; [Em. 107]

(f)  fejn japplika, l-analiżi msemmija fil-paragrafu 5;

(g)  il-kontribut tal-programm għall-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar, filwaqt li l-appoġġ b’rabta man-Natura 2000 għandu jkun skont l-oqfsa ta’ azzjoni prijoritarizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/43/KEE għall-ksib ta' bilanċ bejn il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali u l-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar tal-ilma ħelu [Em. 108];

(h)  il-kontribut tal-programm għall-ġbir u għat-tnaqqis tal-iskart fil-baħar, bi qbil mad-Direttiva xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [id-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent](32); [Em. 109]

(i)  il-kontribut tal-programm għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inkluż bi tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 permezz tal-iffrankar tal-fjuwil; [Em. 110]

(ia)   il-kontribut tal-programm għall-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU). [Em. 111]

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japprovaw il-programm operazzjonali soġġett għall-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programm propost dment li tkun ingħatat l-informazzjoni meħtieġa.

8.  Soġġett għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] l-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li japprovaw l-emendi għal programm.

Artikolu 10

Il-programmar għall-appoġġ taħt ġestjoni diretta u indiretta

It-Titoli III għandhom jiġu implimentati permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni]. Fejn japplika, il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu l-ammont totali riżervat għall-operazzjonijet ta’ taħlit imsemmijin fl-Artikolu 47.

TITOLU II:

APPOĠĠ B’ĠESTJONI KONDIVIŻA

KAPITOLU I

Prinċipji ġenerali tal-appoġġ

Artikolu 11

L-għajnuna mill-Istat

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-impriżi fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura.

2.  Madankollu, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti li jagħmlu l-Istati Membri skont dan ir-Regolament, u li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.

3.  Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-finanzjament pubbliku li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam mal-pagamenti imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jiġu ttrattati b’mod ġenerali abbażi tal-paragrafu 1.

Artikolu 12

L-Ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet

1.  Kull applikazzjoniji li titressaq minn benefiċjarju applikant għall-appoġġ mill-FEMS FEMSA għandha tkun inammissibbli għall-perjodu ta’ żmien identifikat stabbilit skont il-paragrafu 4, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti li l-operatur l-applikant ikkonċernat: [Em. 112]

(a)  ikun għamel ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008(33) jew l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jew skont xi leġiżlazzjoni oħra adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-PKS u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni; [Em. 317]

(b)  kien involut fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta’ bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-Unjoni kif hemm stipulat fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, jew ta’ bastimenti bil-bandiera ta’ pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx kif stipulat fl-Artikolu 33 ta’ dak Regolament; jew

(c)  wettaq xi reat(i) kwalunkwe wieħed mir-reati ambjentali stabbilit(i) stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34), fejn issir applikazzjoni għall-appoġġ skont l-Artikolu 23. [Em. 114]

2.  Wara li jippreżenta l-applikazzjoni, il-benefiċjarju għandu jibqa’ jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 matul il-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni u għal perjodu ta’ ħames snin sentejn wara li jkun sar l-aħħar pagament il-pagament finali lill-benefiċjarju. [Em. 115]

3.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li għandhom kamp ta’ applikazzjoni aktar wiesa’ li jkun hemm qbil dwarhom fil-Ftehim ta’ sħubija mal-Istat Membru kkonċernat, applikazzjoni li titressaq minn benefiċjarju għandha tkun ammissibbli għal perjodu ta’ żmien identifikat stabbilit skont il-paragrafu 4, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti li l-benefiċjarju jkun ikkommetta frodi, kif iddefinit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(35).

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 52 dwar:

(a)  l-identifikazzjoni tal-iskattar tal-limitu u t-tul ta’ żmien tal-inammissibbiltà msemmi fil-paragrafi 1 u 3, li għandu jkun proporzjonat man-natura, mal-gravità, mat-tul ta’ żmien u mar-ripetizzjoni tal-ksur serju, tar-reat jew tal-frodi, u għandu jkun ta’ mill-inqas sena;

(aa)   kwalunkwe kundizzjoni li biha titnaqqas id-durata tal-perjodu ta' ineliġibbiltà; [Em. 116]

(ab)   id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati wara l-preżentazzjoni tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u l-arranġamenti għall-irkupru tal-għajnuna mogħtija fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, li għandhom jiġu skalati skont il-gravità tal-ksur imwettaq; [Em. 117]

(b)  id-dati rilevanti tal-bidu jew tat-tmiem tal-perjodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafi 1 u 3.

5.  L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-benefiċjarji li jressqu applikazzjoni skont il-FEMS FEMSA jagħtu dikjarazzjoni ffirmata li jirrispettaw il-kriterji elenkati fil-paragrafi 1 u 3 lill-awtorità ta’ ġestjoni. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-veraċità ta’ dik id-dikjarazzjoni qabel ma japprovaw l-operazzjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fir-reġistri nazzjonali tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jew kwalunkwe data oħra disponibbli.

Għall-finijiet tal-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, Stat Membru għandu jipprovdi, fuq talba minn Stat Membru ieħor, l-informazzjoni li tkun tinsab fir-reġistru nazzjonali tiegħu ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

5a.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-perjodu ta' inammissibbiltà wkoll għal applikazzjonijiet imressqa minn sajjieda f'ilmijiet interni li jkunu wettqu ksur serju kif definit mir-regoli nazzjonali. [Em. 118]

Artikolu 12a

Operazzjonijiet eliġibbli

Varjetà ta' operazzjonijiet identifikati mill-Istati Membri fil-programmi tagħhom jistgħu jiġu appoġġati mill-FEMSA, dment li jkunu koperti minn waħda jew aktar mill-prijoritajiet identifikati f'dan ir-Regolament. [Em. 119]

Artikolu 13

Operazzjonijiet ineliġibbli

L-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli skont il-FEMS FEMSA:

(a)  operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta' bastiment tas-sajd jew li jsostnu l-akkwist ta' tagħmir li jżid il-kapaċità tal-bastiment biex isib il-ħut, ħlief għall-iskop tat-titjib tas-sikurezza jew tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-għajxien tal-ekwipaġġ li jinkludu korrezzjonijiet għall-istabbiltà tal-bastiment, jew għall-kwalità tal-prodott, dment li ż-żieda tkun fil-limiti allokati lill-Istat Membru kkonċernat, mingħajr ma jiġi pperikolat il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli u mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat biex jaqbad il-ħut; [Em. 120]

(b)  il-bini u l-akkwist ta’ bastimenti tas-sajd jew l-importazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd jekk ma jkunx hemm previst mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(c)  it-trasferiment jew il-bdil tal-bandiera ta’ bastimenti tas-sajd lil pajjiżi terzi, lanqas permezz tal-ħolqien ta’ negozju bi sħab ma’ persuni minn dawk il-pajjiżi;

(d)  il-waqfien temporanju jew permanenti tal-attivitajiet tas-sajd, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(e)  is-sajd esploratorju;

(f)  it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju, ħlief it-trasferiment ta' impriża lil sajjieda żgħażagħ jew produtturi żgħażagħ tal-akkwakultura; [Em. 121]

(g)  ir-ripopolazzjoni diretta, dment li dan din ma jkunx previst tkunx prevista b’mod espliċitu bħala miżura ta’ konservazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta’ ripopolazzjoni sperimentali assoċjata ma' proċessi maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet ambjentali u ta' produzzjoni tal-ambjent naturali; [Em. 122]

(h)  il-kostruzzjoni ta’ portijiet ġodda, ta’ siti ta’ żbark ġodda jew ħlief għal portijiet żgħar u siti ta’ swali tal-irkant ġoddażbark f'żoni remoti, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi, fuq gżejjer remoti u f'żoni kostali periferiċi u mhux urbani; [Em. 123]

(i)  mekkaniżmi ta’ intervent fis-suq li l-għan tagħhom ikun li jirtiraw il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura mis-suq b’mod temporanju jew permanenti biex tonqos il-provvista ħalli ma jinżilx il-prezz jew biex jogħla l-prezz; u bi tkomplija ma’ dan, operazzjonijiet ta’ ħżin f’katina loġistika li toħloq l-istess effetti, kemm jekk dan ikun intenzjonat, kif ukoll jekk ma jkunx; [Em. 124]

(j)  l-investiment ħlief fejn dan ir-Regolament jipprevedi mod ieħor, l-investimenti abbord bastimenti tas-sajd li jkunu meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti skont l-obbligi tal-Unjoni fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, sakemm dawk l-investimenti ma jwasslux għal kostijiet sproporzjonati għall-operaturi; [Em. 125]

(k)  l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd li jkunu ilhom iwettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal inqas minn 60 jum kull sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta’ qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ. [Em. 126]

(ka)  is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni tal-magna ewlenija jew awżiljarja ta' bastiment tas-sajd jekk dan jirriżulta f'żieda fil-qawwa f'Kw; [Em. 127]

(kb)  il-produzzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati fejn tali produzzjoni tista' taffettwa ħażin l-ambjent naturali. [Em. 128]

Artikolu 13a

Appoġġ għall-operazzjonijiet għall-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd

Il-FEMSA jista' jappoġġa operazzjonijiet għall-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd f'konformità mal-iskema ta' dħul/ħruġ imsemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u mal-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stabbiliti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jottimizzaw l-allokazzjoni tal-kapaċità tas-sajd disponibbli tagħhom, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-flotta tagħhom, mingħajr ma jżidu l-kapaċità ġenerali tas-sajd tagħhom. [Em. 323]

KAPITOLU II

Prijorità 1: It-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-istabbiltà soċjoekonomika [Em. 129]

Taqsima 1

Kundizzjonijiet ġenerali

Artikolu 14

L-ambitu ġenerali tal-appoġġ

1.  L-appoġġ skont dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg tal-PKS, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jrawwem id-djalogu soċjali bejn il-partijiet. [Em. 130]

2.  Meta jingħata l-appoġġ lil bastiment skont dan il-Kapitolu, dak il-bastiment ma għandux jiġi ttrasferit jew jingħata bandiera ġdida barra l-Unjoni għal mill-inqas ħames snin wara l-aħħar pagament li jkun ingħata għall-operazzjoni appoġġata.

3.  L-appoġġ skont dan il-Kapitolu għandu japplika wkoll għas-sajd intern, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 15 u 17.

Taqsima 2

Sajd kostali artiġjanali

Artikolu 15

Pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali

1.  Bħala parti mill-programm tagħhom, u b'kollaborazzjoni xierqa mas-setturi rilevanti, l-Istati Membri għandhom iħejju pjan ta’ azzjoni speċifiku għas-sajd kostali artiġjanali li għandu jistabbilixxi l-istrateġija għall-iżvilupp ta’ sajd kostali artiġjanali sostenibbli u li jrendi l-profitti. Din l-istrateġija għandha titfassal mat-taqsimiet li ġejjin, fejn ikun japplika: [Em. 131]

(a)  l-aġġustament u l-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd;

(b)  il-promozzjoni ta’ prattiki tas-sajd b’impatt żgħir, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jnaqqsu kemm jista’ jkun il-ħsara għall-ambjent tal-baħar;

(c)  it-tisħiħ tal-katina tal-valur tas-settur u l-promozzjoni ta’ strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li jiġi promoss kwalunkwe mekkaniżmu li jtejjeb il-prezz tal-ewwel bejgħ, sabiex ikun ta' benefiċċju għas-sajjieda billi jżid il-kumpens tagħhom għal xogħolhom, u li jippromwovi distribuzzjoni ġusta u xierqa tal-valur miżjud tul il-katina tal-valur tas-settur, inaqqas il-marġni tal-intermedjarji, iżid il-prezzijiet imħallsa lill-produtturi u jillimita l-prezzijiet imħallsa mill-konsumaturi finali; [Em. 311]

(d)  il-promozzjoni tal-ħiliet, tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tal-bini ta’ kapaċità, b'mod partikolari għas-sajjieda żgħażagħ; [Em. 132]

(e)  it-titjib tal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd, fis-sajd mingħajr dgħajsa u fil-ġbir tal-krustaċji u l-molluski, kif ukoll fuq l-art f'attivitajiet direttament relatati mas-sajd; [Em. 133]

(f)  aktar konformità mar-rekwiżiti tal-ġbir ta’ data, tat-traċċabbiltà; tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza;

(g)  l-involviment fil-ġestjoni parteċipattiva tal-ispazju marittimu, anki ta’ żoni tal-baħar protetti u żoni tan-Natura 2000;

(h)  id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet fl-ekonomija blu sostenibbli;

(i)  l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni kollettiva fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tal-konsulenza.

2.  Il-pjan ta’ azzjoni għandu jqis il-linji gwida volontarji tal-FAO għall-assigurazzjoni tas-sajd artiġjanali sostenibbli u, fejn jixraq, il-pjan ta’ azzjoni reġjonali għas-sajd artiġjanali tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran.

3.  Biex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tal-istrateġija msemmija fil-paragrafu 1, il-pjan ta’ azzjoni għandu jistabbilixxi stadji importanti u miri speċifiċi b’rabta mal-indikaturi rilevanti stabbiliti fil-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 37.

3a.  Sabiex iħaffu l-piż amministrattiv fuq l-operaturi li japplikaw għall-għajnuna, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jintroduċu formola ta' applikazzjoni tal-Unjoni unika u ssimplifikata għall-miżuri tal-FEMSA. [Em. 134]

Artikolu 16

L-investiment fil-bastimenti tas-sajd artiġjanali

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa l-investimenti li ġejjin f’dak li għandu x’jaqsam mal-bastimenti tas-sajd artiġjanali li huma parti minn segment tal-flotta li dwaru l-aħħar rapport tal-kapaċità ta’ sajd, imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013, ikun wera bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dak is-segment:

(a)  l-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd minn sajjied żagħżugħ li, meta jressaq l-applikazzjoni jkun għadu ma għalaqx l-40 sena u li jkun ilu jaħdem ta’ sajjied għal mill-inqas ħames snin jew ikun kiseb kwalifika professjonali xierqa;

(aa)  ir-riklassifikazzjoni, it-tiġdid u r-ridimensjonar ta' bastimenti, meta jkun ċar li dawn ma għadhomx jintużaw, u dan jagħmilha possibbli li jitjiebu l-kundizzjonijiet tas-sajd u jiżdiedu l-perjodi mqattgħin fuq il-baħar. [Em. 312]

(b)  is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magna prinċipali jew anċillari.

(ba)  il-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-kreditu, għal strumenti tal-assigurazzjoni u għal dawk finanzjarji; [Em. 136]

2.  Il-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mgħammra għas-sajd fuq il-baħar u jkollhom bejn ħames snin u 30 sena. [Em. 137]

3.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(b) jista’ jingħata biss taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-magna l-ġdida jew modernizzata ma għandhiex ikollha aktar potenza mill-magna attwali f’kW;

(b)  kull tnaqqis fil-kapaċità tas-sajd f’kW minħabba s-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magna prinċipali jew anċillari għandu jitħassar b’mod permanenti mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni;

(c)  il-potenza tal-magna tal-bastiment tas-sajd għandha tkun spezzjonata b’mod fiżiku mill-Istat Membru biex jiżgura li l-magna ma għandhiex aktar potenza minn dik iddikjarata fil-liċenzja tas-sajd.

4.  Ma għandux jingħata appoġġ skont dan l-Artikolu jekk il-valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd fl-aħħar rapport imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar is-segment tal-flotta li jiffurmaw parti minnu l-bastimenti kkonċernati, ma jkunx tħejja abbażi tal-indikaturi bioloġiċi, ekonomiċi u tal-użu tal-bastiment stabbiliti fil-linji gwida komuni msemmijin f’dak ir-Regolament.

Taqsima 3

Oqsma ta’ appoġġ speċifiċi

Artikolu 17

Il-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa l-operazzjonijiet għall-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd.

2.  Jekk l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jingħata bħala kumpens għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu dment li jiġu rispettati l-kundizzjonijet li ġejjin: [Em. 139]

(a)  il-waqfien huwa previst bħala għodda ta’ pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(aa)  il-waqfien iwassal għal tnaqqis permanenti fil-kapaċità tas-sajd peress li l-appoġġ li jingħata ma jiġix investit mill-ġdid fil-flotta; [Em. 140]

(b)  il-waqfien isir permezz tal-iskrappjar tal-bastiment tas-sajd jew billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti mis-sajd kummerċjali, bi qbil mal-għanijiet tal-PKS u tal-pjanijiet pluriennali;

(c)  il-bastiment tas-sajd huwa rreġistrat bħala attiv u wettaq attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 90 ġurnata kull sena matul l-aħħar tliet snin sentejn kalendarji ta’ qabel id-data is-sena li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ; [Em. 141]

(d)  il-kapaċità tas-sajd ekwivalenti titħassar b’mod permanenti mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni, u jiġu rtirati b’mod permanenti l-liċenzji l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, b’konformità mal-Artikolu 22(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; kif ukoll

(e)  il-benefiċjarju jiġi pprojbit milli jirreġistra bastiment tas-sajd ġdid fil-ħames snin ta’ wara li jkun ħa l-appoġġ.

Is-sajjieda, inklużi dawk li jkunu sidien ta' bastimenti tas-sajd u membri tal-ekwipaġġ, li jkunu ħadmu fuq il-baħar għal tal-anqas 90 ġurnata fis-sena matul l-aħħar sentejn kalendarji qabel id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni għal-appoġġ, abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien permanenti, jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1. Is-sajjieda kkonċernati għandhom itemmu kompletament kull attività tas-sajd. Il-benfiċjarju għandu jipprovdi evidenza tal-waqfien totali mill-attivitajiet tas-sajd lill-awtorità kompetenti. Is-sajjied għandu jagħmel rifużjoni fuq bażi pro rata temporis meta jerġa' lura għal attività tas-sajd f'perjodu ta' inqas minn sentejn mid-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ. [Em. 143]

3.  L-appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi implimentat b’finanzjament li ma jkunx marbut ma’ spejjeż, bi qbil mal-Artikoli 46(a) u 89 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], u għandu jkun ibbażat fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu: [Em. 144]

(a)  li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet, bi qbil mal-Artikolu 46(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]; kif ukoll [Em. 145]

(b)  il-ksib ta’ riżultati, bi qbil mal-Artikolu 46(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. [Em. 146]

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 52, li jistipulaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a), li għandu jkollhom rabta mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 147]

4.  Ma għandux jingħata appoġġ skont il-paragrafu 2, jekk il-valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd fl-aħħar rapport imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar is-segment tal-flotta li jiffurmaw parti minnu l-bastimenti kkonċernati, ma jkunx tħejja abbażi tal-indikaturi bijoloġiċi, ekonomiċi u tal-użu tal-bastiment stabbiliti fil-linji gwida komuni msemmijin f’dak ir-Regolament.

Artikolu 18

Waqfien straordinarju temporanju mill-attivitajiet tas-sajd [Em. 148]

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa kumpens għall-waqfien straordinarju temporanju mill-attivitajiet tas-sajd minħabba ikkawżat minn: [Em. 149]

(a)  miżura ta’ konservazzjoni, kif imsemmi fil-punti (a), (b), (c) u (j) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inklużi perjodi ta' rkupru bijoloġiku u esklużi TACs u kwoti, jew miżuri ta’ konservazzjoni ekwivalenti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn japplika għall-Unjoni; [Em. 150]

(b)  Miżuri ta' emerġenza tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri f'każ ta' theddida serja għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kif imsemmi fl-Artikolu fl-Artikoli 12 u 13 rispettivament tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; [Em. 151]

(c)  l-interruzzjoni tal-applikazzjoni jew in-nuqqas ta' tiġdid ta' xi ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli jew xi protokoll tiegħu minħabba forza maġġuri; jew [Em. 152]

(d)  diżastri naturali, inċidenti ambjentali, inklużi episodji ta' għeluq għal raġunijiet tas-saħħa jew mortalità mhux normali ta' riżorsi tas-sajd, inċidenti ambjentali fuq il-baħar waqt attivitajiet tas-sajd u avvenimenti klimatiċi avversi, inkluż kundizzjonijiet tat-temp mhux sikuri fit-tul fuq il-baħar li jolqtu ċertu tip ta' sajd, kif rikonoxxuti formalment mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti. [Em. 153]

Is-sospensjoni staġonali rikorrenti tas-sajd ma għandhiex titqies għall-għoti ta' kumpens jew ta' ħlas skont dan l-Artikolu. [Em. 154]

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata biss jekk:

(a)  l-attivitajiet kummerċjali tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 90 30 jum konsekuttiv; kif ukoll [Em. 155]

(b)  it-telf ekonomiku, li jirriżulta mis-sospensjoni tar-rakkolta, jammonta għal aktar minn 30 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat fuq il-bażi tal-fatturat medju tan-negozju matul it-tliet snin preċedenti.

3.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil:

(a)  sidien ta’ bastimenti tas-sajd jew sajjieda mingħajr dgħajsa li jkunu rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 jum matul it-tliet snin l-aħħar sentejn kalendarji qabel id-data is-sena li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ; jew [Em. 157]

(b)  sajjieda li jkunu ħadmu fuq il-baħar għal mill-inqas 120 jum matul it-tliet snin l-aħħar sentejn kalendarji qabel id-data is-sena li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien straordinarju temporanju. [Em. 158]

Ir-referenza għall-għadd ta’ jiem fuq il-baħar f’dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika għas-sajd tas-sallur.

4.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata għal perjodu ta’ mhux iktar minn sitt xhur għal kull bastiment matul il-perjodu tal-2021 sal-2027. [Vot separat]

5.  L-attivitajiet tas-sajd kollha li jwettqu l-bastiment tas-sajd u s-sajjieda kkonċernati għandhom ikunu sospiżi b’mod effettiv waqt il-perjodu kkonċernat tal-waqfien. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-bastiment ikkonċernat waqqaf kull attività tas-sajd tul il-perjodu kkonċernat mill-waqfien straordinarju temporanju u li jkun evitat kull kumpens żejjed li jirriżulta mill-użu tal-bastiment għal skopijiet oħrajn. [Em. 159]

Artikolu 19

Il-kontroll u l-infurzar

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.  B’deroga mill-Artikolu 13(j), l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri wkoll:

(a)  ix-xiri, l-installazzjoni u l-ġestjoni fuq il-bastimenti tal-komponenti meħtieġa għas-sistemi ta' trekkjar u ta' rappurtar elettroniċi obbligatorji li jintużaw għal skopijiet ta' kontroll u ispezzjoni, biss fil-każ ta' bastimenti tas-sajd kostali artiġjanali li jkunu ta' tul anqas minn 12-il metru; [Em. 160]

(b)  ix-xiri u l-installazzjoni fuq il-bastimenti tal-komponenti meħtieġa għas-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod obbligatorji, li jintużaw għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; [Em. 161]

(c)  ix-xiri u l-installazzjoni ta’ apparati għall-kejl u r-reġistrazzjoni kontinwi tal-potenza propulsiva tal-magni fuq il-bastimenti. [Em. 162 ma taffettwax il-verżjoni Maltija]

3.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jgħin fis-sorveljanza marittima, kif imsemmi fl-Artikolu baġitarju 28, u fil-kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta kif imsemmi fl-Artikolu 29.

4.  B’deroga mill-Artikolu 2, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 20

Il-ġbir, l-ipproċessar u l-ipproċessar d-disseminazzjoni tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-ġestjoni tas-sajdtal-ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultur [Em. 163]

1.  Il-FEMS FEMSA jista' jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u, l-ipproċessar, l-użu u d-disseminazzjoni tad-data għall-ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultura u għal finijiet xjentifiċi, inkluża data dwar is-sajd rikreattiv, kif previst fl-Artikolu 25(1) u (2) u fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 2017/1004, abbażi tal-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1004. [Em. 164]

2.  B’deroga mill-Artikolu 2, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għat-tressiq u l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 53(2).

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japprovaw jew jemendaw il-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Diċembru tas-sena qabel dik li minnha jkun se jibda japplika l-pjan ta’ ħidma nazzjonali.

Artikolu 22

Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa azzjonijiet għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u, tal-kosta u tal-ilma ħelu, anki fl-ilmijiet interni. Għal dawn il-finijiet il-kooperazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-programmi satellitari Ewropej għandhom jitrawmu biex jiġbru aktar data dwar is-sitwazzjoni tat-tniġġis tal-baħar u speċjalment l-iskart tal-plastik fl-ilmijiet. [Em. 167]

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri:

(a)  il-kumpens lis-sajjieda għall-ġbir ta’ rkaptu tas-sajd mitluf u għall-iskart li jinġabar mill-baħargħall-ġbir passiv tal-iskart tal-baħar, inkluż il-ġbir ta' alka sargassum fir-reġjuni ultraperiferiċi affettwati; [Em. 168]

(b)  l-investiment fil-portijiet biex dawn ikunu jipprovdu faċilitajiet ta’ akkoljenza, ħżin u riċiklaġġ għall-irkaptu mitluf u għall-iskart tal-baħar, kif ukoll il-qbid mhux mixtieq kif previst fl-Artikou 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jinġabar jinġabru mill-baħar; [Em. 169]

(ba)   il-protezzjoni tal-irkaptu u tal-qabdiet minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, dment li dan ma jimminax is-selettività tal-irkaptu tas-sajd; [Em. 170]

(bb)   kumpens għall-użu ta' rkaptu sostenibbli tas-sajd u tal-ġbir tal-krustaċji u l-molluski; [Em. 171]

(c)  l-azzjonijiet biex jinkiseb status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(ca)   miżuri biex jintlaħaq u jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-ilma ħelu [Em. 172]

(cb)  l-azzjonijiet ta' tindif mit-tniġġis, b'mod partikolari tal-plastik, ta' żoni kostali, portwarji, u tas-sajd tal-Unjoni; [Em. 173]

(d)  l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-ispazju stabbiliti skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(e)  il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ taż-żoni tan-NATURA 2000, skont l-oqfsa ta’ azzjonijiet prijoritizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE;

(f)  il-protezzjoni tal-ispeċijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE, skont l-oqfsa ta’ azzjonijiet prijoritarizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE, u l-protezzjoni tal-ispeċijiet kollha koperti mill-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), u/jew inklużi fil-Lista Ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN); [Em. 174]

(fa)   il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet fissi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora tal-baħar, inklużi t-tħejjija u l-valutazzjoni xjentifika tagħhom u, fil-każ tas-sajd artiġjanali fir-reġjuni ultraperiferiċi, ta' tagħmir ankrat biex jinġema' l-ħut li jikkontribwixxi għas-sajd sostenibbli u selettiv; [Em. 175]

(fb)   skemi ta' kumpens għal-ħsara li ssir lill-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE; [Em. 176]

(fc)   kontributi għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; [Em. 177]

(fd)   appoġġ għall-kaċċa protettiva jew għall-ġestjoni tal-ispeċijiet selvaġġi noċivi li jipperikolaw livelli sostenibbli ta' stokkijiet tas-sajd; [Em. 178]

(fe)   ripopolazzjoni diretta bħala miżura ta' konservazzjoni f'att legali tal-Unjoni; [Em. 179]

(ff)   appoġġ għall-ġbir u l-ġestjoni ta' data dwar l-okkorrenza ta' speċijiet aljeni li jistgħu jikkawżaw effetti katastrofiċi fuq il-bijodiversità; [Em. 180]

(fg)   taħriġ għas-sajjieda, b'mod partikolari fl-użu ta' rkaptu u tagħmir tas-sajd aktar selettiv, bil-għan li jqajjem kuxjenza u jnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar. [Em. 181]

2a.  Il-FEMSA jista' jipprovdi finanzjament għal danni u investimenti b'referenza għall-punti (a) u (b) tal-Artikolu 22(2) fil-livell ta' 100 %. [Em. 182]

2b.  Il-punti (e) u (f) tal-paragrafu 2 jinkludu azzjonijiet korrispondenti minn farms tal-ħut u mill-operaturi tal-akkwakultura. [Em. 183]

Artikolu 22a

Riċerka xjentifika u ġbir ta' data dwar l-impatt ta' għasafar migratorji

1.  Il-FEMSA jista' jappoġġa, abbażi tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali pluriennali, l-istabbiliment ta' proġetti ta' riċerka xjentifika nazzjonali jew transfruntiera u ta' ġbir ta' data bil-għan li jinftiehem aħjar l-impatt tal-għasafar migratorji fuq is-settur tal-akkwakultura u fuq stokkijiet tal-ħut rilevanti oħra tal-Unjoni. Dawn il-proġetti għandhom jippubblikaw ir-riżultati tagħhom fuq bażi bikrija u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar ġestjoni aħjar.

2.  Biex ikun eliġibbli, proġett nazzjonali ta' riċerka xjentifika u ta' ġbir ta' data għandu jinkludi tal-anqas istitut wieħed rikonoxxut, nazzjonali jew tal-Unjoni.

3.  Biex ikun eliġibbli, proġett transfruntier ta' riċerka xjentifika u ta' ġbir ta' data għandu jinkludi tal-anqas istitut wieħed minn tal-anqas żewġ Stati Membri differenti. [Em. 184]

Artikolu 22b

Innovazzjonijiet

1.  Sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni fis-sajd, l-FEMSA jista' jappoġġa proġetti li għandhom l-għan li jiżviluppaw jew jintroduċu prodotti jew tagħmir ġodda jew imtejba sostanzjalment, prodotti u tagħmir ġodda jew imtejba, sistemi ta' ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba, inkluż fil-livell tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, l-eliminazzjoni gradwali tal-iskartar u l-qabdiet inċidentali, l-introduzzjoni ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid, it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd, inklużi tekniki mtejba tas-sajd u s-selettività tal-irkaptu tas-sajd, jew il-kisba ta' użu aktar sostenibbli ta' riżorsi ħajjin tal-baħar u l-koeżistenza mal-predaturi protetti.

2.  L-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu għandhom jinbdew minn intraprendituri individwali jew organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom.

3.  Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu ppubblikati mill-Istat Membru. [Em. 185]

KAPITOLU IIA

Prijorità 1a: It-trawwim ta' akkwakultura sostenibbli [Em. 186]

Artikolu 23

Akkwakultura

1.  Il-FEMSFEMSA jista’ jappoġġa l-akkwakultura l-promozzjoni ta' akkwakultura - sostenibbli tal-ilma baħar u tal-ilma ħelu, inkluża l-akkwakultura b'sistemi magħluqa ta' konteniment u ta' ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-ilma - kif stipulat fl-Artikolu (34)1 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u ż-żieda fil-produzzjoni tal-akkwakultura, filwaqt li titqies il-kapaċità ekoloġika massima. Jista’ wkoll jappoġġa s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali fl-akkwakultura, bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(36) u r-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(37). [Em. 187]

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun konsistenti mal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali strateġiċi għall-iżvilupp tal-akkwakultura, imsemmijin fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

3.  L-investiment fl-akkwakultura produttiva skont dan l-Artikolu jista' jingħata l-appoġġ biss permezz ta' għotjiet, bi qbil mal-Artikolu 48(1) tar-Regolament (UE) [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] , u preferibbilment, permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament. [Em. 188]

Artikolu 23a

Netwerk ta' Informazzjoni Statistika dwar l-Akkwakultura

1.  Il-FEMSA jista' jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għall-ġestjoni tal-akkwakultura kif previst fil-punti (a) u (e) tal-Artikolu 34(1) u fl-Artikolu 34(5) u l-punt (d) tal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istabbiliment tan-Netwerk ta' Informazzjoni Statistika dwar l-Akkwakultura (ASIN-RISA) u pjanijiet ta' ħidma nazzjonali għall-implimentazzjoni tiegħu.

2.  B'deroga mill-Artikolu 2, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta' żmien għall-ħolqien tal-ASIN-RISA msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 53(2).

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li japprovaw jew jemendaw il-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1 sal-31 ta' Diċembru tas-sena qabel dik li minnha jkun se jibda japplika l-pjan ta' ħidma. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 53(2). [Em.1 u 189]

KAPITOLU III

Prijorità 2: Il-kontribut Il-promozzjoni ta' swieq tas-sajd u tal-akkwakultura u setturi tal-ipproċessar kompetittivi u sostenibbli li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli [Em. 190]

Artikolu 24

Il-proċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa l-azzjonijiet li jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013. Jista’ jappoġġa wkoll investimenti tanġibbli u azzjonijiet li jippromwovu l-kummerċjalizzazzjoni, il-kwalità u l-valur miżjud tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli. [Em. 191]

1a.  Fir-rigward tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti pagament bil-quddiem ta' 50 % tal-appoġġ finanzjarju wara approvazzjoni tal-pjan ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013. [Em. 192]

1b.  L-appoġġ mogħti għal kull organizzazzjoni tal-produtturi kull sena skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż it-3 % tal-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq minn dik l-organizzazzjoni tal-produtturi matul it-tliet snin kalendarji preċedenti jew tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq mill-membri ta' dik l-organizzazzjoni matul l-istess perjodu. Għal kwalunkwe organizzazzjoni ta' produtturi li tkun għadha kif ġiet rikonoxxuta, dak l-appoġġ ma għandux jaqbeż it-3 % tal-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq mill-membri ta' dik l-organizzazzjoni matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. [Em. 193]

1c.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1a għandu jingħata biss lil organizzazzjonijiet tal-produtturi u lil assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. [Em. 194]

Artikolu 25

L-ipproċessar u l-ħżin ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura [Em. 195]

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar u l-ħżin ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Dan l-appoġġ għandu jgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013. [Em. 196]

1a.   Il-FEMSA jista' jappoġġa wkoll l-investimenti għall-innovazzjoni fl-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll il-promozzjoni ta' sħubiji bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-entitajiet xjentifiċi. [Em. 197]

2.  L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata biss permezz ta' għotjiet u permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament. [Em. 198]

2a.  L-iżvilupp ta' impjanti tal-ipproċessar tas-sajd u tal-akkwakultura jista' jiġi appoġġat mill-Istati Membri permezz tal-involviment ta' riżorsi oħra tal-Fondi Strutturali. [Em. 199]

Artikolu 25a

Għajnuna għall-ħżin

1.  Il-FEMSA jista' jappoġġa l-kumpens li jingħata lil organizzazzjonijiet ta' produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti li jaħżnu l-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013(UE), dment li dawk il-prodotti jinħażnu f'konformità mal-Artikoli 30 u 31 ta' dak ir-Regolament u jkunu suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin ma jaqbiżx l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin tal-prodotti inkwistjoni;

(b)  il-kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin ma jaqbżux il-15 % tal-kwantitajiet annwali tal-prodotti kkonċernati li jitqiegħdu għall-bejgħ mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(c)  l-appoġġ finanzjarju kull sena ma jaqbiżx it-2 % tal-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perjodu 2016-2018. Għall-finijiet ta' dan il-punt, meta membru tal-organizzazzjoni tal-produtturi ma kellu l-ebda produzzjoni li tqiegħdet fis-suq fil-perjodu 2016 sal-2018, għandha tiġi kkunsidrata l-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li tkun tqiegħdet fis-suq fl-ewwel tliet snin tal-produzzjoni ta' dak il-membru.

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss ladarba l-prodotti jiġu rilaxxati għall-konsum mill-bnedmin.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji applikabbli fit-territorji tagħhom kif ġej:

(a)  l-ispejjeż tekniċi għandhom jiġu kkalkolati kull sena abbażi ta' spejjeż diretti relatati mal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin tal-prodotti inkwistjoni;

(b)  l-ispejjeż finanzjarji għandhom jiġu kkalkolati kull sena bl-użu tar-rata tal-imgħax stabbilita kull sena f'kull Stat Membru; dawk l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji għandhom jitpoġġew għad-disponibbiltà tal-pubbliku.

4.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli biex jiżguraw li l-prodotti li jibbenifikaw minn għajnuna għall-ħżin jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. Għall-finijiet ta' tali kontrolli, il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-ħżin għandhom iżommu rekords tal-ħażniet għal kull kategorija ta' prodotti mdaħħla fil-ħażna u aktar tard introdotti mill-ġdid fis-suq għall-konsum mill-bnedmin. [Em. 200]

KAPITOLU IV

Prijorità 3: Il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli fil-limiti ekoloġiċi u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali, tal-gżejjer u ta' tax-xtut li jiffjorixxu [Em. 201]

Artikolu 26

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa l-iżvilupp sostenibbli ta’ ekonomiji u komunitajiet l-kundizzjonijiet favorevoli meħtieġa għal ekonomija blu sostenibbli u għall-benesseri tal-komunitajiet lokali permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. [Em. 202]

2.  Għall-fini tal-appoġġ mill-FEMS FEMSA, l-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] għandhom jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw iżjed mill-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli ekonomija blu sostenibbli fil-limiti ekoloġiċi, billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom. [Em. 203]

2a.  L-istrateġiji għandhom ikunu koerenti mal-opportunitajiet u l-ħtiġijiet identifikati fiż-żona rilevanti u l-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 4. L-istrateġiji jistgħu jvarjaw minn dawk li jiffokaw fuq is-sajd għal strateġiji usa' li jiffokaw fuq id-diversifikazzjoni taż-żoni tas-sajd. L-istrateġiji għandhom imorru lil hinn mis-sempliċi ġbir ta' operazzjonijiet jew it-tqabbil tal-miżuri settorjali. [Em. 204]

2b.   L-azzjonijiet meħuda f'dan is-settur għandhom ikunu koerenti mal-istrateġiji ta' żvilupp reġjonali sabiex jippermettu t-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u valur miżjud għat-territorji kostali. [Em. 205]

2c.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw ir-reġim ta' ġestjoni konġunta biex jiżguraw li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament jinkisbu filwaqt li jitqiesu r-realtajiet tas-sajd lokali. [Em. 206]

Artikolu 27

Għarfien marittimu u tal-ilma ħelu [Em. 207]

Il-FEMS Il-FEMSA jista’ wkoll jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni, l-analiżi, l-ipproċessar u l-użu tad-data biex jiżdied l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar u tal-ilma ħelu, is-sajd rikreattiv u s-settur tas-sajd rikreattiv bil-għan li: [Em. 208]

(a)  jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u tal-għażla u l-ġestjoni tas-siti skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;

(aa)   is-sodisfar tar-rekwiżiti ta' ġbir tad-data taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008(38), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/93/UE(39), id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251(40) u r-Regolament dwar il-Qafas tal-Ġbir ta' Data; [Em. 209]

(b)  jappoġġa l-ippjanar spazjali marittimu msemmi fid-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(41);

(ba)   l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-ġbir tad-data taħt ir-Regolament tal-PKS; [Em. 210]

(c)  tittejjeb il-kwalità tad-data u jiżdied it-tpartit tad-data permezz tan-netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet) kif ukoll f'netwerks ta' data oħra li jkopru l-ilma ħelu. [Em. 211]

(ca)   żieda fid-data affidabbli disponibbli dwar il-qabdiet minn sajd rikreattiv; [Em. 212]

(cb)   investimenti fl-analiżi u l-osservazzjoni tat-tniġġis tal-baħar, speċjalment mill-plastik, biex tiżdied data dwar is-sitwazzjoni; [Em. 213]

(cc)   żieda fl-għarfien dwar l-iskart tal-plastik fil-baħar u l-konċentrazzjonijiet tiegħu. [Em. 214]

KAPITOLU V

Prijorità 4: It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u s-sostenn ta’ ibħra u oċeani nodfa u ġestiti b’mod sostenibbli fejn hemm is-sikurezza u s-sigurtà

Artikolu 28

Is-sorveljanza marittima

1.  Il-FEMSFEMSA jista’ jappoġġa l-azzjonijiet li jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet tal-ambjent komuni għat-tpartit tal-informazzjoni.

2.  B’deroga mill-Artikolu 2, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

2a.   F'konformità mal-objettiv ta' ibħra u oċeani sikuri, siguri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli, il-FEMSA għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 14 tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli. [Em. 215]

Artikolu 29

Il-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa l-azzjonijiet li jwettqu l-awtoritajiet nazzjonali li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(42), fl-Artikolu 2b tar-Regolament (UE) Nru 2016/1625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(43), u fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 2016/1626 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(44).

2.  L-appoġġ għall-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jista’ jgħin ukoll fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll u spezzjoni tas-sajd tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19. [Em. 216]

3.  B’deroga mill-Artikolu 2, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 29a

Protezzjoni tan-natura u tal-ispeċijiet

Il-FEMSA għandu jappoġġa l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' protezzjoni tan-natura fi ħdan il-qafas tal-Karta Dinjija tan-Natura tan-NU, u b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22, 23 u 24 tagħha.

Il-FEMSA għandu jappoġġa wkoll azzjonijiet immirati lejn il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni volontarja, kemm mal-korpi, l-organizzazzjonijiet, l-organiżmi u l-istituzzjonijiet internazzjonali u kemm bejniethom, għall-akkomunament ta' riżorsi sabiex jiġu miġġielda s-sajd IUU, il-kaċċa illegali tal-ispeċijiet tal-baħar u l-massakru tal-ispeċijiet meqjusa bħala "predaturi" tal-istokkijiet tal-ħut. [Em. 217 u 301]

Kapitolu Va

Ir-reġjuni ultraperiferiċi [Em. 218]

Artikolu 29b

Riżorsi baġitarji taħt ġestjoni kondiviża

1.  Għall-operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi, kull Stat Membru kkonċernat għandu jalloka, fl-appoġġ finanzjarju tiegħu mill-Unjoni stabbilit fl-Anness V, mill-inqas(45):

(a)  EUR 114 000 000 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 128 566 000 bil-prezzijiet attwali) għall-Azores u Madejra;

(b)  EUR 91 700 000 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 103 357 000 bil-prezzijiet attwali) għall-Gżejjer Kanarji;

(c)  EUR 146 500 000 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 165 119 000 bil-prezzijiet attwali) għal Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion u Saint-Martin.

2.  Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-parti tal-pakketti finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 1, allokata għall-kumpens imsemmi fl-Artikolu 29d, u m'għandhiex taqbeż 50 % għal kull allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Bħala deroga mill-Artikolu 9(8) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], u sabiex jitqiesu kundizzjonijiet li qed jinbidlu, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw b'mod annwali l-lista u l-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd eliġibbli u l-livell tal-kumpens imsemmi fl-Artikolu 29d, sakemm jiġu rrispettati l-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Aġġustamenti bħal dawn għandhom ikunu possibbli biss dment li jkun hemm żieda jew tnaqqis korrispondenti fil-pjanijiet ta' kumpens ta' reġjun ieħor tal-istess Stat Membru L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-aġġustamenti bil-quddiem. [Em. 321].

Artikolu 29c

Pjan ta' azzjoni

Bħala parti mill-programm tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iħejju pjan ta' azzjoni għal kull wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 6(2), li għandhom jistabbilixxu:

(a)  strateġija għall-isfruttament sostenibbli tas-sajd u għall-iżvilupp ta' setturi sostenibbli tal-ekonomija blu;

(b)  deskrizzjoni tal-azzjonijiet ewlenin previsti u l-mezzi finanzjarji korrispondenti, fosthom:

i.  l-appoġġ strutturali għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura skont it-Titolu II;

ii.  il-kumpens għal infiq addizzjonali msemmi fl-Artikolu 29d, inklużi l-lista u l-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u l-livell ta' kumpens;

iii.  kwalunkwe investiment ieħor fl-ekonomija blu sostenibbli meħtieġ għall-kisba ta' żvilupp kostali sostenibbli. [Em. 220]

Artikolu 29d

It-tiġdid ta' flotot tas-sajd kostali artiġjanali u l-miżuri assoċjati

Minkejja l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 16, il-FEMSA jista' jappoġġa, fir-reġjuni ultraperiferiċi:

(a)  it-tiġdid ta' flotot tas-sajd kostali artiġjanali, inkluż il-bini u l-akkwist ta' bastimenti ġodda, għall-applikanti li, ħames snin qabel id-data meta japplikaw għall-għajnuna ikollhom il-post ewlieni tar-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġjun ultraperiferiku fejn ikun se jiġi reġistrat il-bastiment il-ġdid, li jħottu l-art il-qabdiet kollha tagħhom f'portijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-bniedem, ikun hemm konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-iġjene, is-saħħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord, jiġi miġġieled is-sajd IUU u tinkiseb effiċjenza ambjentali akbar. Il-bastimenti akkwistat b'għajnuna għandu jibqa' reġistrat fir-reġjun ultraperiferiku għal mill-inqas 15-il sena mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. Jekk ma jkunx hemm konformità ma' dik il-kundizzjoni, l-għajnuna għandha tiġi rimborżata f'ammont li jkun proporzjonat, filwaqt li jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta' żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità. Dak it-tiġdid tal-flotta tas-sajd għandu jibqa' taħt il-limiti massimi awtorizzati tal-kapaċità, u għandu jikkonforma mal-objettivi tal-PKS;

(b)  is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magna prinċipali jew anċillari. Il-potenza tal-magna ġdida jew modernizzata tista' taqbeż il-potenza tal-magna attwali fil-każ ta' ħtieġa ġġustifikata b'mod xieraq għal żieda fil-potenza għal raġunijiet ta' sikurezza fuq il-baħar, mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat biex jaqbad il-ħut;

(c)  ir-rinnovazzjoni parzjali tal-buq tal-injam strutturali ta' bastiment tas-sajd, meta din tkun meħtieġa għal raġunijiet ta' titjib tas-sikurezza marittima, skont kriterji tekniċi oġġettivi tal-arkitettura navali;

(d)  il-kostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-portijiet, l-infrastrutturi tal-portijiet, is-siti ta' żbark, is-swali tal-irkant, it-tarzni u l-workshops tat-tiswija, meta l-infrastruttura tikkontribwixxi għal sajd sostenibbli. [Em. 287]

Artikolu 2129e

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakulturagħal spejjeż addizzjonali

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jappoġġa l-kumpens ta’ spejjeż addizzjonali mġarrba mill-benefiċjarji fl-oqsma tas-sajd, tal-farming, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)29b(1).

1a.  Il-kumpens għandu jkun proporzjonat mal-ispejjeż addizzjonali li jkun maħsub li jagħmel tajjeb għalihom. Il-livell ta' kumpens fir-rigward ta' l-ispejjeż addizzjonali għandu jkun debitament ġustifikat fil-pjan ta' kumpens. Madankollu, il-kumpens fl-ebda każ ma għandu jaqbeż 100 % tan-nefqa mġarrba.

2.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 7, għar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1, il-lista ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-kwantità ta’ dawk il-prodotti eliġibbli għall-kumpens.

3.  Meta jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun kompatibbli kompletament mar-regoli tal-PKS.

4.  Il-kumpens ma għandux jingħata għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura:

(a)  li jinqabdu minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi, bl-eċċezzjoni tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Venezwela u li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni, bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1565(46);

(b)  li jinqabdu minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux irreġistrati f’port ta’ wieħed mir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1;

(ba)   li jinqabdu minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati fil-port ta' wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fil-paragrafu 1, iżda li ma joperawx f'dak ir-reġjun jew mhumiex involuti fih;

(c)  li jiġu importati minn pajjiżi terzi.

5.  Il-punt (b) tal-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk il-kapaċità eżistenti tal-industrija tal-ipproċessar fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat taqbeż il-kwantità ta’ materja prima fornita.

6.  Biex ikun evitat kumpens żejjed, il-kumpens li jitħallas lill-benefiċjarji li jwettqu l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu1 fir-reġjuni ultraperifiċi jew li jkunu sjieda sidien ta’ xi bastiment irreġistrat f’port f’wieħed minn dawn ir-reġjuni u li jopera fih, irid iqis:

(a)  għal kull prodott jew kategorija ta’ prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati; kif ukoll

(b)  kwalunkwe tip ieħor ta’ intervent pubbliku li jaffettwa l-livell ta’ spejjeż addizzjonali.

7.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 52, li jistabbilixxu l-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati u li japprovaw il-qafas metodoloġiku għall-ħlas tal-għajnuna ta' kumpens. [Em. 165]

Artikolu 29f

Għajnuna mill-Istat

1.  Għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, elenkati fl-Anness I għat-TFUE, li għalihom japplikaw l-Artikoli 107, 108 u 109 tiegħu, il-Kummissjoni tista' tawtorizza, b'mod konformi mal-Artikolu 108 tat-TFUE, għajnuna operattiva fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE fis-setturi tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bl-għan li jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi f'dawk ir-reġjuni bħala riżultat tal-iżolament, l-insularità u l-periferiċità tagħhom.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu finanzjament addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' kumpens imsemmija fl-Artikolu 29d. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni tista' tapprova, f'konformità ma' dan ir-Regolament, bħala parti minn dawk il-pjani. L-għajnuna mill-Istat li tkun ġiet innotifikata b'dan il-mod għandha titqies bħala notifikata skont it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. [Em. 222]

Artikolu 29g

Rieżami - POSEI

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu qabel il-31 ta' Diċembru 2023 u, jekk ikun meħtieġ, tadotta proposti xierqa. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibbiltà li toħloq Programm ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI) għal kwistjonijiet marittimi u tas-sajd. [Em. 223]

KAPITOLU VI

Regoli għall-implimentazzjoni b’ġestjoni kondiviża

Taqsima 1

Appoġġ mill-FEMSFEMSA

Artikolu 30

Il-kalkolu ta’ spejjeż addizzjonali jew ta’ dħul mitluf

L-appoġġ li jingħata abbażi ta’ spejjeż addizzjonali jew ta’ dħul mitluf għandu jingħata fi kwalunkwe waħda mill-forom imsemmijin fil-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

Artikolu 31

Id-determinazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

Ir-rata massima tal-kofinanzjament tal-FEMS FEMSA għal kull qasam ta’ appoġġ hija stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 32

L-intensità tal-għajnuna pubblika

1.  L-Istati Membri għandhom japplikaw rata ta’ intensità massima ta’ għajnuna pubblika ta’ 50 % tal-infiq eliġibbli totali tal-operazzjoni.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, ir-rati ta’ intensità massima tal-għajnuna speċifiċi għal ċerti oqsma ta’ appoġġ u ċerti tipi ta’ operazzjonijiet huma stabbiliti fl-Anness III.

3.  Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt diversi ringieli bejn ir-ringiela 2 u r-ringiela 16 tal-Anness III, għandha tapplika l-ogħla rata tal-intensità massima tal-għajnuna.

4.  Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt ringiela waħda jew taħt diversi ringieli bejn it-2 u s-16 tal-Anness III, u fl-istess ħin taqa’ taħt ir-ringiela 1 wkoll ta’ dak l-Anness, għandha tapplika r-rata tal-intensità massima tal-għajnuna elenkata fir-ringiela 1.

Artikolu 32a

Il-politika marittima u l-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli

Il-FEMSA għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika marittima integrata u t-tkabbir tal-ekonomija blu sostenibbli permezz tal-iżvilupp ta' pjattaformi reġjonali għall-finanzjament ta' proġetti innovattivi. [Em. 224]

Taqsima 2

Il-ġestjoni finanzjarja

Artikolu 33

L-interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-pagament

1.  Bi qbil mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tinterrompi l-iskadenza ta' pagament għal applikazzjoni għal pagament sħiħ jew ta' parti minnu f'każ ta' evidenza li tagħti prova li Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont il-PKS jew il-liġi ambjentali rilevanti tal-UE, jekk in-nuqqas ta' konformità x'aktarx li jolqot l-infiq li jkun iddikjarat f'applikazzjoni li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih. [Em. 225]

2.  Qabel ma ssir din l-interruzzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru kkonċernat li hemm evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità u tagħtih żmien raġonevoli biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

3.  L-interruzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata man-natura, mas-serjetà, mat-tul ta’ żmien u mar-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 52 dwar id-definizzjoni tal-każijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 34

Sospensjoni tal-pagamenti

1.  Bi qbil mal-Artikolu 91(3) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti interim fil-programm kollha jew parti minnhom f’każ li n-nuqqas ta’ konformità ta’ Stat Membru mal-obbligi tiegħu skont il-PKS jew il-liġi ambjentali rilevanti tal-UE ikun wieħed serju, u jekk ikun jolqot l-infiq iddikjarat f’applikazzjoni għal pagament tal-infiq li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih. [Em. 226]

2.  Qabel ma ssir is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru li hija tal-fehma li jeżisti każ serju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli li japplikaw skont il-PKS u tagħtih żmien raġonevoli biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

3.  Is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata man-natura, mas-serjetà, mat-tul ta’ żmien u mar-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 52 dwar id-definizzjoni tal-każijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 35

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri

1.  Skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], l-Istati Membri għandhom japplikaw il-korrezzjonijiet finanzjarji f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 12(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.  F’każijiet tal-korrezzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-korrezzjoni li għandu jkun proporzjonat billi jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tal-ksur jew ir-reat mill-benefiċjarju u l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS FEMSA għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.

Artikolu 36

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni

1.  Skont l-Artikolu 98(5) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħmlu korrezzjonijiet finanzjarji permezz tal-kanċellazzjoni totali jew parzjali tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programm operazzjonali jekk, wara li twettaq l-eżami meħtieġ, hija tikkonkludi li:

(a)  in-nefqa ddikjarata f’applikazzjoni għal pagament tkun affettwata minn każijiet fejn il-benefiċjarju ma jħarisx l-obbligi kif imsemmija fl-Artikolu 12(2) u ma jkunx ġie kkoreġut mill-Istat Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ korrezzjoni skont dan il-paragrafu;

(b)  in-nefqa ddikjarata f’applikazzjoni għal pagament tkun affettwata minn każijiet ta’ ksur serju tar-regoli tal-PKS jew tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni mill-Istat Membru li wasslu biex jiġi sospiż il-pagament skont l-Artikolu 34 u meta l-Istat Membru kkonċernat jibqa’ ma jistax juri li ħa l-azzjoni meħtieġa ta’ rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-ġejjieni. [Em. 227]

2.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-ammont tal-korrezzjoni billi tikkunsidra n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas serju ta’ konformità mill-Istat Membru jew mill-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS jew mal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni u l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS FEMSA għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju kkonċernat. [Em. 228]

3.  Meta ma jkunx possibbli li jiġi kkwantifikat preċiżament l-ammont ta’ nfiq marbut man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS jew mal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tapplika rata fissa jew korrezzjoni finanzjarja estrapolata skont il-paragrafu 4. [Em. 229]

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 52 li jiddeterminaw il-kriterji biex jiġi stabbilit il-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja li għandha tiġi applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ rati fissi jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati.

Taqsima 3

Il-monitoraġġ u r-rappurtar

Artikolu 37

Il-qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

1.  L-indikaturi għar-rappurtar tal-progress tal-FEMS FEMSA rigward il-kisba tal-prijoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 4 huma stabbiliti fl-Anness I.

2.  Biex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-FEMS FEMSA lejn il-kisba tal-prijoritajiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 52, li temenda l-Anness I biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn tqis li hu meħtieġ, u li tissupplimenta lil dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

Artikolu 38

Rapport annwali dwar il-prestazzjoni

1.  Bi qbil mal-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn xahar qabel il-laqgħa ta’ evalwazzjoni ta’ kull sena. L-ewwel rapport għandu jitressaq fl-2023 u l-aħħar rapport għandu jitressaq fl-2029.

2.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi u biex intlaħqu l-istadji importanti u l-miri msemmijin fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Għandu jiddeskrivi wkoll kull problema li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati dawk il-problemi.

3.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi eżaminat waqt il-laqgħa ta’ evalwazzjoni ta’ kull sena, bi qbil mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

3a.  Kull Stat Membru għandu jippubblika r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 kemm bil-lingwa oriġinali kif ukoll b'waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-Kummissjoni Ewropea. [Em. 230]

3b.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppubblikat b'mod regolari fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea. [Em. 231]

3c.  Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jippubblikaw rapporti dwar l-aħjar prattiki fis-siti web rispettivi tagħhom. [Em. 232]

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 53(2).

4a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha relatati mal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7. [Em. 233]

TITOLU III:

L-APPOĠĠ B’ĠESTJONI DIRETTA U INDIRETTA

Artikolu 39

Ambitu ġeografiku

B’deroga mill-Artikolu 2, dan it-Titolu jista’ jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna teknika.

KAPITOLU I

Prijorità 1: It-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

Artikolu 40

L-Implimentazzjoni tal-PKS

Il-FEMS FEMSA għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-PKS permezz:

(a)  tal-forniment ta’ pariri u għarfien xjentifiku biex jgħinu biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd tajbin u effiċjenti skont il-PKS, anki permezz tal-parteċipazzjoni ta’ esperti f’korpi xjentifiċi;

(aa)   l-involviment kemm jista' jkun tal-fondi tal-programm ta' riċerka u żvilupp Orizzont Ewropa, sabiex jiġu appoġġati u inkoraġġiti attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura; [Em. 234]

(b)  tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)  tal-funzjonament ta’ Kunsilli Konsultattivi stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jkollhom għan li huwa parti mill-PKS u li jappoġġaha;

(d)  ta’ kontribuzzjonijiet volontarji għall-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali dwar is-sajd, bi qbil mal-Artikolu 29 u mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 41

Il-promozzjoni ta’ ibħra nodfa u f’saħħithom

1.  Il-FEMS FEMSA għandu jappoġġa l-promozzjoni ta’ ibħra nodfa u f’saħħithom, anki permezz ta’ azzjonijiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE u permezz ta’ azzjonijiet li jiżguraw koerenza mal-ksib ta’ status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 2(5)(j) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-plastik f’ekonomija ċirkolari.

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-għan li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.

KAPITOLU II

Prijorità 2: Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq sajd, akkwakultura u akkwakultura swieq kompetittivi u sostenibbli [Em. 235]

Artikolu 42

Informazzjoni dwar is-suq

Il-FEMSFEMSA għandu jappoġġa l-iżvilupp u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar is-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, jiġifieri bil-ħolqien ta' Netwerk ta' Informazzjoni Statistika dwar l-Akkwakultura (ASIN-RISA). [Em. 236]

KAPITOLU III

Prijorità 3: Il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ tal-kundizzjonijiet xierqa għal ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ ambjent tal-baħar b'saħħtu għal komunitajiet kostali li jiffjorixxu [Em. 237]

Artikolu 43

Il-politika marittima u l-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, fil-baħar u fl-ilma ħelu [Em. 238]

Il-FEMS FEMSA għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika marittima u l-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli permezz: [Em. 239]

(a)  tal-promozzjoni ta’ ekonomija blu sostenibbli, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima li tiżgura benessri uman u ambjentali u li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi fil-baħar u fl-ilma ħelu; [Em. 240]

(aa)   tal-kisba mill-ġdid, il-protezzjoni u ż-żamma tad-diversità, il-produttività, ir-reżiljenza u l-valur intrinsiku tas-sistemi tal-baħar; [Em. 241]

(b)  tal-promozzjoni ta’ governanza u ġestjoni integrati tal-politika marittima, anki permezz tal-ippjanar spazjali marittimu, ta’ strateġiji tal-baċiri tal-baħar u, l-kooperazzjoni reġjonali marittima, strateġiji makroreġjonali tal-Unjoni u kooperazzjoni transfruntiera; [Em. 242]

(ba)   il-promozzjoni ta' produzzjoni u konsum responsabbli, teknoloġiji nodfa, enerġija rinnovabbli u flussi ċirkulari ta' materjali; [Em. 243]

(c)  tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, inkluż in-netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet) kif ukoll f'netwerks oħra ta' data li jkopru l-ilma ħelu, sabiex jiġi żgurat li l-kisbiet fit-teknoloġija u fl-effiċjenza ma jiġux ikkumpensati mit-tkabbir, li l-enfasi tkun fuq attivitajiet ekonomiċi sostenibbli li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri, u li l-għodod u l-kapaċitajiet meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari jiġu żviluppati f'konformità mal-istrateġija tal-Unjoni għall-plastik f'ekonomija ċirkolari; [Em. 244]

(d)  tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu fl-oċeani u fl-ilma ħelu u t-tpartit tad-data soċjoekonomika u ambjentali dwar l-ekonomija blu sostenibbli; [Em. 245]

(e)  tal-iżvilupp ta’ riżervi ta’ proġetti u ta’ strumenti finanzjarji innovattivi;

(ea)  tal-appoġġ għal azzjonijiet għall-protezzjoni u l-kisba mill-ġdid tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u kostali, l-għoti ta' kumpens lis-sajjieda għall-ġbir ta' rkaptu tas-sajd mitluf jew skart mill-baħar. [Em. 246]

Artikolu 43a

Id-deċiżjonijiet ta' investiment fl-ekonomija blu

Id-deċiżjonijiet ta' investiment fl-ambitu tal-ekonomija blu sostenibbli għandhom ikunu sostnuti mill-aħjar parir xjentifiku disponibbli sabiex jiġu evitati effetti ta' ħsara fuq l-ambjent li jistgħu jipperikolaw is-sostenibbiltà fit-tul. Meta ma jkunx hemm għarfien jew informazzjoni adegwati, għandu jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, peress li jistgħu jittieħdu azzjonijiet b'effetti potenzjalment ta' ħsara. [Em. 247]

KAPITOLU IV

Prijorità 4: It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u s-sostenn ta’ ibħra u oċeani nodfa u ġestiti b’mod sostenibbli fejn hemm is-sikurezza u s-sigurtà

Artikolu 44

Sigurtà u sorveljanza marittimi

Il-FEMS FEMSA għandu jappoġġa l-promozzjoni tas-sigurtà u s-sorveljanza marittima, anki permezz tat-tpartit ta’ data, u l-kooperazzjoni u l-glieda tal-gwardji tal-kosta u tal-aġenziji kontra l-attivitajiet kriminali u illegali fuq il-baħar.

Artikolu 45

Il-governanza internazzjonali tal-oċeani

Il-FEMS FEMSA għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika ta’ governanza internazzjonali tal-oċeani permezz:

(a)  ta’ kontributi volontarji lil organizzazzjonijiet internazzjonali li huma attivi fil-qasam tal-governanza tal-oċeani;

(b)  tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni volontarji fost forums, organizzazzjonijiet, korpi u istituzzjonijiet internazzjonali fil-kuntest tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u ftehimiet, arranġamenti u sħubijiet internazzjonali rilevanti oħra;

(c)  tal-implimentazzjoni ta’ sħubijiet oċeaniċi bejn l-Unjoni u l-atturi rilevanti oċeaniċi;

(d)  tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet, arranġamenti u strumenti internazzjonali rilevanti li jimmiraw li jippromwovu governanza tal-oċeani mtejba, kif ukoll l-iżvilupp ta’ azzjonijiet, miżuri, għodod u għarfien li jippermettu li l-oċeani jkunu sikuri, nodfa, ġestiti b’mod sostenibbli;

(e)  tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet, miżuri u għodod internazzjonali rilevanti għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat;IUU u miżuri u għodda biex jiġi minimizzat l-impatt fuq l-ambjent tal-baħar, b'mod partikolari qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar, mammiferi tal-baħar u fkieren tal-baħar; [Em. 248]

(f)  tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp ta’ riċerka u data oċeaniċi internazzjonali.

Artikolu 45a

Tindif tat-tniġġis tal-oċeani

Il-FEMSA għandu jappoġġa l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet li jippermettu t-tindif tal-ibħra u tal-oċeani minn kull tip ta' skart u bi prijorità mill-plastiks, mill-"kontinenti tal-plastik", u minn skart perikoluż jew radjoattiv. [Em. 249 u 300]

KAPITOLU V

Regoli għall-implimentazzjoni b’ġestjoni diretta u indiretta

Artikolu 46

Forom ta’ finanzjament mill-Unjoni

1.  Il-FEMS FEMSA jista’ jipprovdi l-finanzjament ta’ kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], b’mod partikolari l-akkwist skont it-Titolu VII ta’ dak ir-Regolament u għotjiet skont it-Titolu VIII ta’ dak ir-Regolament. Jista’ jippermetti wkoll il-finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit, kif imsemmi fl-Artikolu 47.

2.  L-evalwazzjonijiet tal-proposti tal-għotjiet jistgħu jsiru minn esperti indipendenti.

2a.  Il-proċeduri ta' pagament relatati ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċelerati sabiex jitnaqqsu l-piżijiet ekonomiċi minn fuq is-sajjieda. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni kurrenti biex ittejjeb u taċċelera l-proċess tal-pagamenti. [Em. 250]

Artikolu 47

Operazzjonijiet ta’ taħlit

L-operazzjonijiet ta’ taħlit skont il-FEMS FEMSA għandhom ikunu implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar l-InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni]. Fl-erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta sett ta' linji gwida dettaljati lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' taħlit fil-programmi operattivi nazzjonali f'konformità mal-FEMSA, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lil operazzjonijiet ta' taħlit imwettqa minn atturi lokali fl-iżvilupp lokali. [Em. 251]

Artikolu 48

Evalwazzjoni

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-appoġġ skont it-Titolu III għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-appoġġ. Din l-evalwazzjoni għandha tieħu l-forma ta' rapport mill-Kummissjoni u tipprovdi valutazzjoni dettaljata tal-aspetti speċifiċi kollha tal-implimentazzjoni. [Em. 252]

3.  Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar l-appoġġ skont it-Titolu III.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, r-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fil-paragrafi 2u 3lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. [Em. 253]

4a.  Kif xieraq, il-Kummissjoni tista' tipproponi emendi għal dan ir-Regolament abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2. [Em. 254]

Artikolu 49

Awditi

L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

Artikolu 50

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni b’rabta mal-FEMS FEMSA, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-FEMS FEMSA għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu marbutin mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 51

Entitajiet eliġibbli

1.  Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 3 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

2.  Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

(a)  entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stat Membru, f'pajjiż jew f'territorju extra-Ewropew jew f’pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 3 u 4; [Em. 255]

(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni, inklużi organizzazzjonijiet professjonali jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali. [Em. 256]

3.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

4.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-programm, bi prinċipju jridu jġarrbu huma l-ispejjeż għall-parteċipazzjoni tagħhom.

TITOLU IV:

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ PROĊEDURA

Artikolu 52

Eżerċizzju ta’ delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 12, 17, 21, 33, 34, 36, 37, u 55 għandha tingħata sal-31 ta’ Diċembru 2027.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12, 17, 21, 33, 34, 36, 37 u 55 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 12, 17, 21, 33, 34, 36, 37 jew 55 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 53

Il-proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, is-Sajd u l-Akkwakultura. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(47).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 257]

TITOLU V:

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 54

Tħassir

1.  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandu jiġi revokat b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.  Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 55

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni mill-iskema ta’ appoġġ stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għall-iskema stabbilita b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, b’konformità mal-Artikolu 52, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 jista’ jiġi integrat fl-appoġġ stabbilit skont dan ir-Regolament.

2.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

3.  L-applikazzjonijiet li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandhom jibqgħu validi.

Artikolu 56

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

INDIKATURI KOMUNI

PRIJORITÀ

INDIKATUR

Il-promozzjoni tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

L-evoluzzjoni tal-volum tal-ħatt l-art ta’ ħut li ġej minn stokkijiet ivvalutati fil-punt tal-MSY

L-evoluzzjoni tal-profitabbiltà tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u l-impjiegi fis-settur [Em. 260]

Uċuħ ta’ baħar (f’ettari) ta’ Livell ta' konformità mal-objettivi ambjentali stabbiliti mill-Pjan ta' Azzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar b'konformità mad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina jew, fin-nuqqas ta' dan, riżultati pożittivi sinifikanti f'siti Natura 2000 u ta’ żoni marini protetti skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, koperti minn miżuri ta’ protezzjoni, manteniment u rkupru [Em. 261]

Perċentwal ta’ bastimenti tas-sajd mgħammrin b’apparat elettroniku ta’ lokalizzazzjoni u ta’ rappurtar tal-qabdiet

Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura sajd, akkwakultura u swieq kompetittivi u sostenibbli [Em. 258]

Il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali u tal-gżejjer li jiffjorixxu [Em. 259]

L-evoluzzjoni fil-valur u l-volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura fl-Unjoni

L-evoluzzjoni fil-profitabbiltà tal-flotot tas-sajd tal-Unjoni u fl-impjiegi fis-settur [Em. 262]

L-evoluzzjoni fil-valur u l-volum tal-ħatt l-art

L-abiliment tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u l-promozzjoni ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu

L-evoluzzjoni tal-PDG fir-reġjuni marittimi NUTS 3

L-evoluzzjoni fl-għadd ta’ impjiegi (FTE) fl-ekonomija blu sostenibbli

It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b’hekk l-appoġġ ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli

L-għadd ta’ operazzjonijiet kondiviżi li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta

ANNESS II

OQSMA TA’ APPOĠĠ B’ĠESTJONI KONDIVIŻA

PRIJORITÀ

QASAM TA’ APPOĠĠ

TIP TA’ QASAM TA’ APPOĠĠ (in-nomenklatura se tintuża fil-pjan ta’ finanzjament)

RATA MASSIMA TA’ KOFINANZJAMENT

(% tan-nefqa pubblika eliġibbli)

1

Artikolu 14(1)

Kisba tal-għanijet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tal-PKS

1.1

75%

1

Artikolu 16

L-investiment fil-bastimenti tas-sajd artiġjanali kostali

1.1

75%85% [Em. 263]

1

Artikolu 17(1)

Il-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd

1.1

75%

1

Artikolu 17(2)

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

1.2

50 %

1

Artikolu 18

Waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd

1.2

50 %

1

Artikolu 19

Il-kontroll u l-infurzar

1.3

85 %

1

Artikolu 20

Il-ġbir u l-ipproċessar tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-ġestjoni tas-sajd

1.3

85 %

1

Artikolu 21

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1.4

100 %

1

Artikolu 22

Il-protezzjoni u l-irkupru tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar

1.5

85 %

2

Artikolu 23

L-akkwakultura

2.1

75%85%

2

Sajd

2.1

75 % [Em. 264]

2

Artikolu 23a

Netwerk ta' Informazzjoni Statistika dwar l-Akkwakultura

X

75% [Em. 265]

23

Artikolu 24

L-ipproċessar Il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

2.1 3.1

75% [Em. 266]

2

Artikolu 25

L-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

2.13.1

75% [Em. 267]

3

Artikolu 26

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

3.1

75%

3

Artikolu 27

Għarfien marittimu

3.1

75%

4

Artikolu 28

Is-sorveljanza marittima

4.1

75%

4

Artikolu 29

Il-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta

4.1

75%

 

L-assistenza teknika

5.1

75%

ANNESS III

RATI TA’ INTENSITÀ MASSIMA TAL-GĦAJNUNA SPEĊIFIĊI B’DIREZZJONI KONDIVIŻA

NUMRU TAR-RINGIELA

QASAM TA’ APPOĠĠ JEW TIP TA’ OPERAZZJONI

RATA TA’ INTENSITÀ MASSIMA

1

Artikolu 16

L-investiment fil-bastimenti tas-sajd artiġjanali kostali

30 % 55% [Em. 268]

2

Operazzjonijiet li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013:

—  operazzjonijiet li jtejbu s-selettività tad-daqs jew tal-ispeċi tal-irkaptu tas-sajd;

—  operazzjonijiet li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, tas-swali tal-irkant, tal-postijiet tal-iżbark u ta’ postijiet ta’ kenn għall-faċilitazzjoni tal-ħatt l-art u tal-ħżin ta’ qabdiet mhux mixtieqa;

—  operazzjonijiet li jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ qabdiet mhux mixtieqa minn stokkijiet kummerċjali li jinħattu l-art bi qbil mal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

75%

3

Operazzjonijiet li jtejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd

75%

4

Operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperifiċi

85 %

5

Operazzjonijiet fil-Gżejjer Irlandiżi remoti, fil-gżejjer Griegi remoti u fil-gżejjer Kroati Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo[Em. 269]

85 %

6

Artikolu 19

Il-kontroll u l-infurzar

85 %

7

Operazzjonijiet b’rabta mas-sajd kostali artiġjanali (anki dawk ta’ kontroll u infurzar)

100 %

8

Meta l-benefiċjarju jkun korp irregolat bil-liġi pubblika jew impriża li tkun ingħatat ir-responsabbiltà li tħaddem servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat, fil-każ li jingħata appoġġ għat-tħaddim ta’ dawn is-servizzi

100 %

9

Artikolu 17(2)

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

100 %

10

Artikolu 18

Waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd

100 %

11

Artikolu 20

Il-ġbir u l-ipproċessar tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-ġestjoni tas-sajd

100 %

12

Artikolu 21

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

100 %

13

Artikolu 27

Għarfien marittimu

100 %

14

Artikolu 28

Is-sorveljanza marittima

100 %

15

Artikolu 29

Il-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta

100 %

16

Operazzjonijiet b’rabta mat-tfassil, mal-iżvilupp, mal-monitoraġġ, mal-evalwazzjoni jew mal-ġestjoni ta’ sistemi trasparenti għall-iskambju tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, bi qbil mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

100 %

16a

Operazzjonijiet imwettqa minn benefiċjarji ta' proġetti kollettivi

60% [Em. 270]

16b

Operazzjonijiet imwettqa minn organizzazzjoni interprofessjonali, organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produtturi

75% [Em. 271]

ANNESS IV

IL-KOEFFIĊJENTI GĦALL-KALKOLU TAL-AMMONTI TA’ APPOĠĠ GĦAL GĦANIJIET B’RABTA MAL-AMBJENT U MAT-TIBDIL FIL-KLIMA

* Fil-programm tiegħu Stat Membru jista’ jipproponi li jiġi assenjat koeffiċjent ta’ 40% għal qasam ta’ appoġġ li fit-tabella jidher immarkat bi stilla *, dejjem jekk ikun jista’ juri r-rilevanza ta’ dak il-qasam ta’ appoġġ għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew l-addattament għalih, jew għal għanijiet b’rabta mal-ambjent, skont ir-rilevanza.

ANNESS V

IR-RIŻORSI GLOBALI, SKONT L-ISTAT MEMBRU, GĦALL-FOND EWROPEW GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD, IS-SAJD U L-AKKWAKULTURA GĦALL-PERJODU 2021–2027

 

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

BE

5 420 528

5 528 939

5 639 520

5 752 311

5 867 358

5 984 701

6 072 814

40 266 171

BG

11 435 037

11 663 737

11 897 017

12 134 959

12 377 660

12 625 203

12 811 085

84 944 698

CZ

4 039 229

4 120 014

4 202 416

4 286 465

4 372 195

4 459 635

4 525 295

30 005 249

DK

27 053 971

27 595 050

28 146 963

28 709 906

29 284 109

29 869 767

30 309 543

200 969 309

DE

28 513 544

29 083 814

29 665 502

30 258 817

30 863 998

31 481 253

31 944 754

211 811 682

EE

13 110 534

13 372 744

13 640 205

13 913 011

14 191 273

14 475 087

14 688 206

97 391 060

IE

19 165 423

19 548 731

19 939 714

20 338 511

20 745 284

21 160 173

21 471 716

142 369 552

EL

50 480 983

51 490 602

52 520 436

53 570 852

54 642 278

55 735 079

56 555 673

374 995 903

ES

150 831 009

153 847 625

156 924 643

160 063 158

163 264 447

166 529 604

168 981 438

1 120 441 924

FR

76 346 460

77 873 387

79 430 888

81 019 517

82 639 920

84 292 652

85 533 702

567 136 526

HR

32 804 523

33 460 613

34 129 839

34 812 441

35 508 695

36 218 841

36 752 095

243 687 047

IT

69 761 016

71 156 235

72 579 390

74 030 988

75 511 619

77 021 791

78 155 791

518 216 830

CY

5 156 833

5 259 970

5 365 171

5 472 475

5 581 926

5 693 560

5 777 387

38 307 322

LV

18 156 754

18 519 888

18 890 294

19 268 103

19 653 468

20 046 521

20 341 668

134 876 696

LT

8 236 376

8 401 103

8 569 129

8 740 512

8 915 324

9 093 623

9 227 510

61 183 577

LU

—  

—  

—  

—  

—  

—  

—  

—  

HU

5 076 470

5 177 999

5 281 561

5 387 193

5 494 938

5 604 832

5 687 353

37 710 346

MT

2 938 064

2 996 826

3 056 763

3 117 899

3 180 258

3 243 860

3 291 620

21 825 290

NL

13 182 316

13 445 962

13 714 887

13 989 186

14 268 972

14 554 340

14 768 625

97 924 288

AT

904 373

922 460

940 910

959 728

978 923

998 500

1 013 200

6 718 094

PL

68 976 348

70 355 873

71 763 020

73 198 291

74 662 268

76 155 454

77 276 699

512 387 953

PT

50 962 391

51 981 638

53 021 293

54 081 726

55 163 369

56 266 592

57 095 013

378 572 022

RO

21 868 723

22 306 097

22 752 228

23 207 276

23 671 425

24 144 835

24 500 321

162 450 905

SI

3 221 347

3 285 774

3 351 490

3 418 521

3 486 892

3 556 627

3 608 990

23 929 641

SK

2 049 608

2 090 600

2 132 413

2 175 061

2 218 563

2 262 933

2 296 250

15 225 428

FI

9 659 603

9 852 795

10 049 855

10 250 853

10 455 872

10 664 981

10 822 003

71 755 962

SE

15 601 692

15 913 725

16 232 007

16 556 649

16 887 785

17 225 527

17 479 140

115 896 525

TOTAL

714 953 155

729 252 201

743 837 554

758 714 409

773 888 819

789 365 971

800 987 891

5 311 000 000

(1) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 104.
(2) ĠU C 361, 5.10.2018, p. 9.
(3)ĠU C 110, 22.3.2019, p. 104.
(4)ĠU C 361, 5.10.2018, p. 9.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019.
(6)ĠU C […], […], p. […].
(7)ĠU C […], […], p. […].
(8)ĠU C […], […], p. […].
(9)ĠU C […], […], p. […].
(10)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(11)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(12)Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1).
(13)COM(2017)0623.
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(15)Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(16)Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.07.1992, p. 7).
(17)Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.01.2010, p. 7).
(18) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(19)COM(2018)0028.
(20)Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
(21) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(22)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta’ Lulju 1994 li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha (98/392/KE) (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).
(23)JOIN(2016)0049.
(24)Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(25)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(26)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 001 P. 340 - 343).
(27)Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(28)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(29)Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(30)Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(31)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).
(32)ĠU C […], […], p. […].
(33)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(34)Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
(35)Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(36)Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ( “Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.03.2016, p. 1).
(37)Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
(38) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 tal-14 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3).
(39) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/93/UE tat-18 ta’ Diċembru 2009 li tadotta programm Komunitarju multiannwali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta fis-settur tas-sajd għall-perjodu 2011-2013 (notifikata bid-dokument numru C(2009)10121). (ĠU L 41, 16.2.2010, p. 8).
(40) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 tat-12 ta' Lulju 2016 li tadotta programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu ta' dejta fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakoltura għall-perjodu 2017-2019 (ĠU L 207, 1.8.2016, p. 113).
(41)Id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135).
(42)Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.).
(43)Ir-Regolament (UE) 2016/1625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 77).
(44)Ir-Regolament (UE) 2016/1626 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 80).
(45) Dawn iċ-ċifri għandhom jiġu adatti skont iċ-ċifri miftiehma fl-Artikolu 5(1).
(46)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1565 tal-14 ta’ Settembru 2015 dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva ’l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (ĠU L 244, 14.9.2015, p. 55).
(47)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, (ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13).


Pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ***I
PDF 132kWORD 58k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran (COM(2018)0115 – C8-0104/2018 – 2018/0050(COD))
P8_TA(2019)0344A8-0005/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0115),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0104/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-pożizzjoni f'forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0005/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi pubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014

P8_TC1-COD(2018)0050


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (UE) 2019/1022.)

ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom l-intenzjoni li jirrevokaw l-għoti tas-setgħat għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament meta jadottaw regolament ġdid dwar miżuri tekniċi li jinkludi għoti ta' setgħa li jkopri l-istess miżuri.

(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 103.


It-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni***I
PDF 130kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu (COM(2018)0212 – C8-0153/2018 – 2018/0104(COD))
P8_TA(2019)0345A8-0436/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0212),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 21(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0153/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta’ Frar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0436/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu

P8_TC1-COD(2018)0104


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (UE) 2019/1157.)

(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 78.


Il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq ***I
PDF 129kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (COM(2018)0274 – C8-0196/2018 – 2018/0129(COD))
P8_TA(2019)0346A8-0008/2019

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0274),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0196/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta’ Frar 2019(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0008/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq

P8_TC1-COD(2018)0129


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva (UE) 2019/1936.)

(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 261.
(2) ĠU C 168, 16.5.2019, p. 81.


Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)***I
PDF 128kWORD 58k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (COM(2017)0343 – C8-0219/2017 – 2017/0143(COD))
P8_TA(2019)0347A8-0278/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill COM(2017)0343,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0219/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0278/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

P8_TC1-COD(2017)0143


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (UE) 2019/1238.)

(1) ĠU C 81, 2.3.2018, p. 139.


Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw ***I
PDF 131kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (COM(2017)0253 – C8-0137/2017 – 2017/0085(COD))
P8_TA(2019)0348A8-0270/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0253),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 153(1)(i) u (2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0137/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat Olandiż, il-Kamra tad-Deputati Olandiżi, is-Sejm Pollakk u s-Senat Pollakk, billi affermaw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Diċembru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Novembru 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0270/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE

P8_TC1-COD(2017)0085


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva (UE) 2019/1158.)

(1) ĠU C 129, 11.4.2018, p. 44.
(2) ĠU C 164, 8.5.2018, p. 62.


Il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ***I
PDF 239kWORD 62k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD))
P8_TA(2019)0349A8-0469/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0324),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0178/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-17 ta' Awwissu 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0469/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

P8_TC1-COD(2018)0136


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 322(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  L-istat L-Unjoni hija mibnija fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri essenzjali li fuqhom hija mibnija l-Unjoni. Kif imsemmi u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, (TUE) u fil-kriterji għas-sħubija fl-Unjoni. Kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-TUE, dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha f'soċjetà li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. [Em. 1]

(1a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw l-obbligi tagħhom u jagħtu eżempju billi ġenwinament jissodisfaw dawn l-obbligi u jimxu lejn kultura komuni tal-istat tad-dritt bħala valur universali li għandu jiġi applikat minn dawk kollha kkonċernati b'mod ekwu. Ir-rispett sħiħ għal dawn il-prinċipji u l-promozzjoni tagħhom huma prerekwiżit essenzjali għal-leġittimità tal-proġett Ewropew kollu kemm hu u kundizzjoni bażika għall-bini tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni u l-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-politiki tagħha. [Em. 2]

(1b)  Skont l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7 tat-TUE, l-Unjoni għandha l-possibbiltà li taġixxi sabiex tipproteġi l-qalba kostituzzjonali tagħha u l-valuri komuni li hija msejsa fuqhom, inklużi l-prinċipji baġitarji tagħha. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, u l-pajjiżi kandidati huma obbligati jirrispettaw, jipproteġu u jippromwovu dawk il-prinċipji u valuri, u għandhom id-dmir li jikkooperaw b'mod leali. [Em. 3]

(2)  L-istat tad-dritt jitlob li s-setgħat pubbliċi kollha jaġixxu fil-limiti stabbiliti mil-liġi, skont il-valuri tad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, u taħt il-kontroll ta’ qrati indipendenti u imparzjali. Dan jirrikjedi, b’mod partikolari, li jkunu rispettati(5) l-prinċipji tal-legalità(6), inkluż proċess trasparenti, responsabbli u demokratiku tal-promulgazzjoni tal-liġi, taċ-ċertezza legali(7), tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi(8), tas-separazzjoni tas-setgħat(9), u tal-protezzjoni aċċess għall-ġustizzja u għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn quddiem qrati indipendenti u imparzjali(10). Dawk il-prinċipji huma riflessi, fost l-oħrajn, fil-livell tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u anke fuq il-bażi tal-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem(11). [Em. 4]

(2a)  Il-kriterji ta' adeżjoni, jew il-kriterji ta' Copenhagen, stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen fl-1993 u msaħħa mill-Kunsill Ewropew ta' Madrid fl-1995, huma l-kundizzjonijiet essenzjali li l-pajjiżi kandidati kollha jeħtiġilhom jissodisfaw biex isiru Stati Membri. Dawk il-kriterji jinkludu l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ir-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; ekonomija tas-suq li tiffunzjona u l-kapaċità tal-pajjiż li jlaħħaq mal-kompetizzjoni u mal-forzi tas-suq fl-UE; u l-kapaċità li jissodisfaw l-obbligi tas-sħubija fl-UE. [Em. 5]

(2b)  In-nuqqas ta' pajjiż kandidat li jissodisfa l-istandards, il-valuri u l-prinċipji demokratiċi meħtieġa jwassal għal dewmien fl-adeżjoni fl-Unjoni ta' dan il-pajjiż, sakemm jilħaq dawn l-istandards bis-sħiħ. L-obbligi li jaqgħu fuq il-pajjiżi kandidati taħt il-kriterji ta' Copenhagen jibqgħu japplikaw għall-Istati Membri wara li jkunu ssieħbu fl-Unjoni permezz tal-Artikolu 2 tat-TUE u tal-prinċipju tal-koperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4 tat-TUE. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi regolari sabiex jiġi vverifikat li l-liġijiet u l-prattiki tagħhom ikomplu jikkonformaw ma' dawk il-kriterji u mal-valuri komuni li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, biex b'hekk jiġi pprovdut qafas legali u amministrattiv sod għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni. [Em. 6]

(3)  L-istat Filwaqt li m'hemm l-ebda ġerarkija fost il-valuri tal-Unjoni, ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, bħalma huma l-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa marbut intrinsikament mar-rispett tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali: ma jistax ikun hemm demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali mingħajr rispett lejn l-istat tad-dritt u vice viċe versa. Il-koerenza u l-konsistenza tad-demokrazija interna u esterna, l-istat tad-dritt u l-politika tad-drittijiet fundamentali huma kruċjali għall-kredibbiltà tal-Unjoni. [Em. 7]

(4)  Kull meta l-Istati Membri jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, u jkun xi jkun il-metodu ta’ implimentazzjoni li jużaw, ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali biex jikkonformaw mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda stabbilit fl-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(5)  Ġestjoni finanzjarja soda tista’ tiġi żgurata biss mill-Istati Membri jekk l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu f’konformità mal-liġi, u jekk il-ksur tagħha jkun segwit b’mod effettiv mis-servizzi investigattivi u ta’ prosekuzzjoni, u jekk id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jiġu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju minn qrati indipendenti u mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Il-korpi ġudizzjarji jenħtieġ li jaġixxu b’mod indipendenti u imparzjali L-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura jenħtieġ li jiġu dejjem garantiti u s-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b’mod xieraq. Dawn jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi u proċeduri biex jaġixxu b’mod effettiv u b’rispett sħiħ għad-dritt ta’ proċess ġust. Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji mill-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jxekklu dawn il-prinċipji fundamentali u jkunu ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. [Em. 8]

(7)  L-indipendenza tal-ġudikatura tippresupponi, b’mod partikolari, li l-korp konċernat ikun jista’ jeżerċita l-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu kompletament b’mod awtonomu, mingħajr ma jkun soġġett għall-ebda restrizzjoni ġerarkika jew ikun subordinat għal kwalunkwe korp ieħor, u mingħajr ma jirċievi struzzjonijiet minn x’imkien, u li għalhekk huwa protett minn interventi jew minn pressjonijiet esterni li jistgħu jfixklu l-indipendenza tad-deċiżjoni tal-membri tiegħu u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħhom. Il-garanziji tal-indipendenza u tal-imparzjalità jeżiġu regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-korp u tal-ħatra, tat-tul ta’ servizz u tar-raġunijiet għar-rifjut u t-tkeċċija ta’ membri tiegħu, sabiex jitneħħa kull dubju raġonevoli li jista’ jkollhom xi wħud dwar l-impermeabbiltà ta’ dak il-korp għal fatturi esterni u dwar in-newtralità tiegħu fir-rigward tal-interessi ppreżentati quddiemu.

(7a)   L-indipendenza tal-prosekuzzjoni u tal-ġudikatura tinkludi kemm l-indipendenza formali (de jure) kif ukoll dik reali (de facto) tal-prosekuzzjoni u tal-ġudikatura u tal-prosekuturi individwali u tal-imħallfin. [Em. 9]

(8)  Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwiex importanti mhuwiex essenzjali biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni, iżda wkoll għall-inizjattivi imprenditorjali, għall-innovazzjoni, għall-investiment, għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li jiffjorixxu l-aktar b'mod sostenibbli biss meta jkun hemm fis-seħħ qafas ġuridiku u istituzzjonali sod. [Em. 10]

(8a)  L-integrazzjoni tal-mekkaniżmi eżistenti ta' monitoraġġ tal-Unjoni, bħall-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE u r-rapporti Kontra l-Korruzzjoni, f'qafas usa' ta' monitoraġġ fuq l-istat tad-dritt, tista' tipprovdi mekkaniżmi ta' kontroll aktar effiċjenti u effettivi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. [Em. 11]

(8b)   Nuqqas ta' trasparenza, diskriminazzjoni arbitrarja, distorsjoni tal-kompetizzjoni u kundizzjonijiet mhux ugwali fi ħdan is-suq intern u barra minnu, impatt fuq l-integrità tas-suq intern, u fuq kemm tkun ġusta, stabbli u leġittima s-sistema tat-taxxa, żieda fl-inugwaljanzi ekonomiċi, kompetizzjoni inġusta bejn l-istati, skuntentizza soċjali, nuqqas ta' fiduċja u defiċit demokratiku huma xi wħud mill-effetti negattivi ta' prattiki dwar it-taxxa dannużi; [Em. 12]

(9)  L-Artikolu 19 TUE, li jagħti espressjoni konkreta għall-valur tal-istat tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 2 TUE, jimponi fuq l-Istati Membri li jagħtu protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. L-eżistenza stess ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv maħsub sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni hija essenzjali għall-eżistenza tal-istat tad-dritt u tirrikjedi qrati indipendenti(12). Huwa essenzjali li tinżamm l-indipendenza tal-qrati, kif ikkonfermat mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea(13). Dan huwa minnu, b’mod partikolari, għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-validità ta’ miżuri, kuntratti jew strumenti oħra li jagħtu lok għal nefqa jew dejn pubbliku, fost l-oħrajn fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku li jistgħu jinġiebu quddiem il-qrati.

(10)  B’hekk hemm relazzjoni ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda.

(10a)  L-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha għadd kbir ta' strumenti u proċessi biex tiżgura l-applikazzjoni sħiħa u xierqa tal-prinċipji u tal-valuri stabbiliti fit-TUE, iżda bħalissa m'hemm ebda rispons rapidu u effikaċi mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda. L-istrumenti eżistenti jenħtieġ li jiġu infurzati, evalwati u kkomplementati fil-qafas ta' mekkaniżmu tal-istat tad-dritt sabiex ikunu adegwati u effikaċi. [Em. 13]

(11)  Nuqqasijiet ġeneralizzati fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat tad-dritt li jaffettwaw b’mod partikolari l-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Investigazzjonijiet effiċjenti dwar nuqqasijiet bħal dawn, u l-applikazzjoni ta' miżuri effikaċi u proporzjonati meta jiġi stabbilit nuqqas ġeneralizzat, huma meħtieġa mhux biss biex jiġu żgurati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-ġbir effikaċi tad-dħul, iżda wkoll biex tiġi żgurata l-fiduċja pubblika fl-Unjoni u fl-istituzzjonijiet tagħha. Ġudikatura indipendenti biss li tipproteġi l-istat tad-dritt u ċ-ċertezza tad-dritt fl-Istati Membri kollha tista' fl-aħħar mill-aħħar tiggarantixxi li l-flus mill-baġit tal-Unjoni jkunu protetti biżżejjed. [Em. 14]

(11a)   Il-Kummissjoni stmat li l-iskala tal-evażjoni u tal-evitar tat-taxxa tammonta għal EUR 1 triljun fis-sena. L-impatti negattivi ta' tali prattiki fuq il-baġits u ċ-ċittadini tal-Istati Membri u tal-Unjoni huma evidenti u jistgħu jdgħajfu l-fiduċja fid-demokrazija. [Em. 15]

(11b)   L-evitar tat-taxxa korporattiva għandu impatt dirett fuq il-baġits tal-Istati Membri u tal-Unjoni u fuq it-tqassim tal-isforz tat-taxxa bejn il-kategoriji ta' kontribwenti kif ukoll bejn il-fatturi ekonomiċi. [Em. 16]

(11c)   L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw kompletament il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali fil-kwistjonijiet ta' kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa. [Em. 17]

(11d)   Il-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri. [Em. 18]

(11e)   Il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki fil-qasam tat-taxxa tal-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni jiżguraw li ma tiġi implimentata l-ebda miżura dannuża ġdida ta' tassazzjoni fl-Istati Membri. Il-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri, il-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, ir-reġjuni jew strutturi amministrattivi oħra mal-lista komuni tal-Unjoni ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx jissalvagwardja s-suq uniku u jiżgura l-funzjonament xieraq u koerenti tiegħu. [Em. 19]

(12)  L-identifikazzjoni ta' nuqqas ġeneralizzat teħtieġ valutazzjoni komprensiva u kwalitattiva mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni tista' jenħtieġ li tkun ibbażata oġġettiva, imparzjali u trasparenti u bbażata fuq informazzjoni minn sorsi disponibbli rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-kriterji użati fil-kuntest tan-negozjati ta' adeżjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kapitoli tal-acquis dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, dwar il-kontroll finanzjarju u dwar it-tassazzjoni, kif ukoll il-linji gwida użati fil-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika biex jiġi segwit il-progress ta' Stat Membru, u minn istituzzjonijiet rikonoxxuti, inklużi deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa, inkluża b'mod partikolari l-Lista ta' Kriterji tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni ta' Venezja, u n-netwerks ta' netwerks internazzjonali rilevanti, bħan-netwerks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura. [Em. 20]

(12a)  Panel konsultattiv ta' esperti indipendenti fid-dritt kostituzzjonali u fi kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji jenħtieġ li jiġi stabbilit bil-għan li jgħin lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tan-nuqqasijiet ġeneralizzati. Dan il-panel jenħtieġ li jwettaq valutazzjoni annwali indipendenti tal-kwistjonijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jqis l-informazzjoni mis-sorsi rilevanti kollha u mill-istituzzjonijiet rikonoxxuti. Il-Kummissjoni, meta tieħu deċiżjoni dwar l-adozzjoni jew it-tneħħija ta' miżuri possibbli, jenħtieġ li tqis l-opinjonijiet rilevanti espressi minn dan il-bord. [Em. 21]

(13)  Jenħtieġ li jiġu determinati l-miżuri li se jkun possibbli li għandhom jiġu adottati f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati u l-proċedura biex jiġu adottati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu s-sospensjoni ta’ pagamenti u ta’ impenji, tnaqqis tal-finanzjament taħt l-impenji eżistenti, u projbizzjoni li jiġu konklużi impenji ġodda mar-riċevituri. [Em. 22]

(14)  Jenħtieġ li japplika l-prinċipju tal-proporzjonalità meta jiġu determinati l-miżuri li se jkunu adottati, b’mod partikolari billi jitqiesu s-serjetà tas-sitwazzjoni, iż-żmien li għadda mindu seħħ l-aġir rilevanti, id-duratura u r-rikorrenza tiegħu, l-intenzjoni u l-livell ta’ kollaborazzjoni tal-Istat Membru biex itemm in-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt u l-effetti ta’ dak in-nuqqas fuq il-fondi rispettivi tal-Unjoni.

(14a)  Huwa essenzjali li l-interessi leġittimi tar-riċevituri u tal-benefiċjarji finali jkunu protetti kif suppost meta jiġu adottati miżuri f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati. Meta tikkunsidra l-adozzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-impatt potenzjali tagħhom fuq ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali. Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni u gwida permezz ta' sit web jew portal fuq l-internet, flimkien ma' għodod adegwati biex l-Kummissjoni tkun informata dwar kwalunkwe ksur tal-obbligu ġuridiku tal-entitajiet tal-gvern u tal-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu pagamenti wara li jiġu adottati l-miżuri abbażi ta' dan ir-Regolament. Meta jkun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe ammont dovut minn entitajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri jitħallas b'mod effettiv lir-riċevituri finali jew lill-benefiċjarji, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tirkupra pagamenti magħmula lil dawk l-entitajiet, jew, skont il-każ, biex tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tnaqqas l-appoġġ għal programm, u biex tittrasferixxi ammont ekwivalenti għar-riżerva tal-Unjoni li għandu jintuża għall-benefiċċju tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali. [Em. 23]

(15)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, u minħabba l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri li jkunu qed jiġu imposti skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni il-Kunsill, li jenħtieġ jaġixxi fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa. [Em. 24]

(15a)  Minħabba l-effett tagħhom fuq il-baġit tal-Unjoni, il-miżuri imposti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ biss wara li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu approvaw trasferiment lejn riżerva baġitarja ta' ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, dawn it-trasferimenti jenħtieġ li jitqiesu bħala approvati sakemm, f'perjodu stabbilit, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, dan tal-aħħar jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jemendahom jew jirrifjutahom. [Em. 25]

(16)  Qabel ma tipproponi l-adozzjoni ta’ kwalunkwe miżura skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar għaliex hija qed tqis li f’dak l-Istat Membru jista’ hemm nuqqas ġeneralizzat rigward tal-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe notifika bħal din u dwar il-kontenut tagħha. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jitħallew jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jenħtieġ jikkunsidraw jenħtieġ li tikkunsidra dawn il-kummenti. [Em. 26]

(17)  Il-Kunsill Il-Kummissjoni jenħtieġ ineħħi li tneħħi l-miżuri b’effett sospensiv fuq proposta mill-Kummissjoni u tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jneħħu kompletament jew parzjalment ir-riżerva baġitarja tal-miżuri inkwistjoni, jekk is-sitwazzjoni li tkun wasslet għall-impożizzjoni ta’ dawn il-miżuri tkun ġiet rimedjata biżżejjed. [Em. 27]

(18)  Il-Kummissjoni jenħtieġ iżżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar kull miżura proposta u adottata skont dan ir-Regolament, [Em. 28]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Din ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli meħtieġa għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  “l-istat tad-dritt” jirreferi għall-valur għandu jinftiehem li jirrigwarda l-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tat-TUE u fil-kriterji tal-adeżjoni mal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 49 tat-TUE; dan jinkludi l-prinċipji tal-legalità, li timplika proċess trasparenti, akkontabbli, responsabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet tal-liġi; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; protezzjoni l-aċċess għall-ġustizzja u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn quddiem qrati indipendenti u imparzjali, inkluż tad-drittijiet fundamentali kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; is-separazzjoni tas-setgħat; in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza quddiem f'għajnejn il-liġi; [Em. 29]

(b)  “nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt” tfisser prassi mifruxa jew rikorrenti jew ommissjoni, jew miżura minn awtoritajiet pubbliċi li jkollha effett fuq l-istat tad-dritt, fejn din taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea; nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt tista' tkun ukoll konsegwenza ta' theddid sistemiku lill-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE li taffettwa jew tirriskja li taffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea; [Em. 30]

(c)  “entità tal-gvern” tfisser l-awtoritajiet pubbliċi kollha kwalunkwe awtorità pubblika fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fis-sens tal-[punt tal-punt 42 tal-Artikolu 2] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru [...] 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) (ir-“Regolament Finanzjarju”). [Em. 31]

Artikolu 2a

Nuqqasijiet ġeneralizzati

Il-punti li ġejjin, b'mod partikolari, għandhom jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt meta jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:

(a)  it-tqiegħed f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż l-iffissar ta' kwalunkwe limitazzjoni fuq il-ħila tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji b'mod awtonomu billi jsiru interventi esterni f'garanziji ta' indipendenza, billi jiġi limitat il-ġudizzju b'ordni esterna, billi jiġu riveduti b'mod arbitrarju r-regoli dwar il-ħatra jew it-termini tas-servizz ta' persunal ġudizzjarju, jew billi jiġi influwenzat il-persunal ġudizzjarju bi kwalunkwe mod li jipperikola l-imparzjalità tiegħu jew billi jkun hemm indħil fl-indipendenza tal-professjoni legali;

(b)  in-nuqqas li jiġu impediti, ikkoreġuti u ssanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta' riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom jew in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta' interessi;

(c)  il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi jew il-limitazzjoni ta' investigazzjonijiet, ta' prosekuzzjoni u ta' sanzjonar effettivi ta' ksur tal-liġi;

(d)  it-tqegħid f'riskju tal-kapaċità amministrattiva ta' Stat Membru li jirrispetta l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni, inkluża l-kapaċità li jimplimenta b'mod effettiv ir-regoli, l-istandards u l-politiki li jiffurmaw il-korp tad-dritt tal-Unjoni;

(e)  il-miżuri li jdgħajfu l-protezzjoni tal-komunikazzjoni kunfidenzjali bejn l-avukat u l-klijent. [Em. 32]

Artikolu 3

Miżuri Riskji għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni [Em. 33]

1.  Miżuri xierqa għandhom jittieħdu meta Jista' jiġi stabbilit nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa meta wieħed jew jirriskja aktar minn dawn li jaffettwa l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda ġejjin, b'mod partikolari, jiġu affettwati jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolarijirriskjaw li jiġu affettwati: [Em. 34]:

(a)  il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri tal-għotjiet, u meta jwettqu monitoraġġ u kontrolli; [Em. 35]

(aa)  il-funzjonament xieraq tal-ekonomija tas-suq, biex b'hekk jiġu rispettati l-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fl-Unjoni kif ukoll jiġu implimentati b'mod effettiv l-obbligi tas-sħubija, inkluża l-aderenza mal-għan tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja; [Em. 36]

(ab)  il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jwettqu kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar intern u estern, u l-funzjonament xieraq ta' sistemi effettivi u trasparenti tal-ġestjoni finanzjarja u tal-obbligu ta' rendikont; [Em. 37]

(b)  il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-prosekuzzjoni ta’ frodi, inklużi frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; [Em. 38]

(c)  rieżami ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta’ azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a), (ab) u (b); [Em. 39]

(d)  il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-frodi, inklużi l-frodi tat-taxxa, tal-korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta’ pieni effettivi u dissważivi fuq dawk ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi; [Em. 40]

(e)  l-irkupru tal-fondi mħallsa indebitament;

(ea)   il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-evażjoni tat-taxxa u tal-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa u l-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni amministrattiva fi kwistjonijiet tat-taxxa; [Em. 41]

(f)  il-kooperazzjoni effettiva u f’waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u, suġġett għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru konċernat, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti legali ġuridiċi rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali. [Em. 42]

(fa)  l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-Unjoni wara ksur sistemiku tad-drittijiet fundamentali. [Em. 43]

2.  Dawn li ġejjin jistgħu, b’mod partikolari, jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward l-istat tad-dritt,

(a)  it-tqiegħed f’riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura;

(b)  in-nuqqas li jiġu impediti, ikkoreġuti u ssanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta’ riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom jew in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta’ interessi;

(c)  il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta’ regoli proċedurali restrittivi, nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ sentenzi jew il-limitazzjoni ta’ investigazzjonijiet, ta’ prosekuzzjoni u ta’ sanzjonar effettivi ta’ ksur tal-liġi. [Em. 44]

Artikolu 3a

Panel ta' esperti indipendenti

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi panel ta' esperti indipendenti ("il-Panel").

Il-Panel għandu jkun magħmul minn esperti indipendenti fid-dritt kostituzzjonali u fi kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji. Għandu jinħatar espert wieħed mill-parlament nazzjonali ta' kull Stat Membru u għandhom jinħatru ħames esperti mill-Parlament Ewropew. Il-Panel għandu jkun kompost b'tali mod li jiżgura l-bilanċ bejn is-sessi.

Kull meta jkun xieraq, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet u netwerks rilevanti, bħall-Federazzjoni Ewropea tal-Akkademji għax-Xjenzi u l-Istudji Umanistiċi, in-Netwerk Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja, il-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati, in-Netwerk tal-Ġustizzja fit-Taxxa, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u għall-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi għall-Panel f'konformità mar-regoli ta' proċedura msemmija fil-paragrafu 6.

2.  Il-kompiti konsultattivi tal-Panel għandu jkollhom bħala objettiv li jassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Il-Panel għandu jevalwa s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha kull sena abbażi ta' kriterji kwantitattivi u kwalitattivi u ta' informazzjoni, filwaqt li jqis b'mod xieraq l-informazzjoni u l-gwida msemmija fl-Artikolu 5(2).

3.  Kull sena l-Bord għandu jippubblika sommarju tas-sejbiet tiegħu.

4.  Bħala parti mill-kompitu konsultattiv tiegħu u b'kont meħud tal-eżitu tal-kunsiderazzjonijiet skont il-paragrafu 2, il-Bord jista' jesprimi opinjoni dwar nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru.

Meta jesprimi opinjoni, il-Bord għandu jagħmel ħiltu biex jilħaq kunsens. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq tali kunsens, il-Panel għandu jesprimi l-opinjoni tiegħu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

5.  Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe opinjoni rilevanti espressa mill-Panel f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

6.  Il-Panel għandu jaħtar il-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Panel għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu. [Em. 45]

Artikolu 4

Kontenut tal-miżuri Miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni [Em. 46]

1.  Meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 jkunu sodisfatti, jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri xierqa: [Em. 47]

(a)  meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni b’ġestjoni diretta jew indiretta skont il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62 tar-Regolament Finanzjarju, u meta entità tal-gvern tkun ir-riċevitur:

(1)  sospensjoni tal-pagamenti jew tal-implimentazzjoni tal-impenn legali jew it-terminazzjoni tal-impenn legali skont l-Artikolu [131(3)] tar-Regolament Finanzjarju;

(2)  projbizzjoni li tidħol f’impenji legali ġodda;

(b)  meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni b’ġestjoni kondiviża skont [il-punt (b) tal-Artikolu 62] tar-Regolament Finanzjarju:

(1)  sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm wieħed jew aktar jew tal-emendar tiegħu;

(2)  sospensjoni tal-impenji;

(3)  tnaqqis tal-impenji, inkluż permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji jew trasferimenti għal programmi ta’ nfiq oħra;

(4)  tnaqqis fil-prefinanzjament;

(5)  interruzzjoni tal-iskadenzi tal-pagamenti;

(6)  sospensjoni tal-pagamenti.

2.  Sakemm id-deċiżjoni li tadotta l-miżuri ma tipprevedix mod ieħor, l-impożizzjoni ta’ miżuri xierqa ma għandhiex taffettwa l-obbligu tal-entitajiet governattivi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew tal-Istati Membri msemmija f’punt (b) tal-paragrafu 1, li jimplimentaw il-programm jew il-fond affettwat mill-miżura, u b’mod partikolari l-obbligu li jagħmlu l-pagamenti lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali.

3.  Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-gravità, mat-tul ta' żmien u mal-ambitu tan-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt. Dawn il-miżuri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jimmiraw lejn l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati jew potenzjalment affettwati minn dak in-nuqqas. [Em. 48]

3a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u gwida għall-benefiċċju tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali dwar l-obbligi mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta' sit web jew portal fuq l-internet.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll, fuq l-istess sit web jew portal, għodod adegwati għar-riċevituri jew għall-benefiċjarji finali biex dawn jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur ta' dawn l-obbligi li, fil-fehma ta' dawn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, jaffettwawhom direttament. Dan il-paragrafu għandu jiġi applikat b'mod li jiżgura l-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva XXX (id-Direttiva dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni). L-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali skont dan il-paragrafu tista' titqies biss mill-Kummissjoni jekk tkun akkumpanjata minn prova li r-riċevitur jew il-benefiċjarju finali kkonċernat ikun ressaq ilment formali lill-awtorità kompetenti. [Em. 49]

3b.  Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali skont il-paragrafu 3a, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ammont dovut minn entitajiet tal-gvern jew minn Stati Membri skont il-paragrafu 2 jitħallas b'mod effettiv lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali.

Billi fejn neċessarju:

(a)  b'referenza għall-fondi mill-baġit tal-Unjoni ġestiti skont l-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha:

(i)  tirkupra l-pagament li sar lil kwalunkwe korp imsemmi fil-punti (v) sa (vii) tal-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju għal ammont ekwivalenti għall-ammont mhux imħallas lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali, bi ksur tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(ii)  tittrasferixxi ammont ekwivalenti għall-ammont imsemmi fil-punt preċedenti għar-riżerva tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP). Tali ammont għandu jitqies bħala marġni li baqa' disponibbli skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP) u għandu jiġi mmobilizzat f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP), għall-benefiċċju, sa fejn possibbli, tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b)  b'referenza għall-fondi mill-baġit tal-Unjoni ġestiti skont l-Artikolu 62(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju:

(i)  l-obbligu tal-awtoritajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala obbligu tal-Istati Membri skont it-tifsira ta' [l-Artikolu 63] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR). Kwalunkwe ksur ta' tali obbligu għandu jiġi ttrattat skont [l-Artikolu 98] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR)

(ii)  l-ammont li jirriżulta minn appoġġ imnaqqas mill-Fondi għal programm, b'applikazzjoni ta' [l-Artikolu 98] tar-Regolament XXX (ir-Regolament CPR) għandu jiġi ttrasferit mill-Kummissjoni għar-riżerva tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP). Tali ammont għandu jitqies bħala marġni li baqa' disponibbli skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP) u għandu jiġi mmobilizzat f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill XXX (ir-Regolament QFP), għall-benefiċċju, sa fejn possibbli, tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; [Em. 50]

Artikolu 5

Proċedura

1.  Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe opinjoni tal-Panel, tqis li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar notifika bħal din u dwar il-kontenut tagħha. [Em. 51]

2.  Il-Kummissjoni tista' Meta tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 ikunux qed jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inklużi opinjonijiet tal-Panel, deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-kriterji użati fil-kuntest tan-negozjati ta' adeżjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kapitoli tal-acquis dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, il-kontroll finanzjarju u t-tassazzjoni, kif ukoll il-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika biex jiġi segwit il-progress ta' Stat Membru. [Em. 52]

3.  Il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-valutazzjoni tagħha, kemm qabel kif ukoll wara li tkun għamlet konstatazzjoni skont paragrafu 1.

4.  L-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u jista’ jagħmel osservazzjonijiet f’limitu ta’ żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li ma għandux ikun inqas minn xahar u lanqas iżjed minn tliet xhur mid-data tan-notifika tal-konstatazzjoni. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista’ jipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju. [Em. 53]

5.  Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru konċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta’ kwalunkwe miżura ta’ rimedju, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tippreżentax tadottax jew le proposta għal deċiżjoni dwar miżuri xierqadeċiżjoni dwar kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar is-segwitu li għandu jingħata lill-informazzjoni rċevuta f'limitu ta' żmien indikattiv ta' xahar, u fi kwalunkwe każ f'perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data tal-wasla ta' dik l-informazzjoni. [Em. 54]

5a.  Meta tivvaluta l-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu imposti, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod xieraq l-informazzjoni u l-gwida msemmija fil-paragrafu 2. [Em. 55]

6.  Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tippreżenta proposta għal att ta’ implimentazzjoni dwar miżuri xierqa lill-Kunsill.tadotta deċiżjoni dwar il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 permezz ta' att ta' implimentazzjoni. [Em. 56]

6a.  Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tissottometti simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tittrasferixxi lejn riżerva baġitarja ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati. [Em. 57]

6b.  B'deroga mill-Artikolu 31(4) u (6) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta għal trasferiment fi żmien erba' ġimgħat minn meta din tasal għand iż-żewġ istituzzjonijiet. Il-proposta għal trasferiment għandha tiġi kkunsidrata bħala approvata sakemm, fi żmien erba' ġimgħat, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jew il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemendawha jew jirrifjutawha. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jemendaw il-proposta għal trasferiment, l-Artikolu 31(8) tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika. [Em. 58]

6c.  Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 6 għandha tidħol fis-seħħ jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jirrifjutaw il-proposta għal trasferiment fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 6b. [Em. 59]

7.  Id-Deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill, sakemm dan ma jiddeċidix, b’maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. [Em. 60]

8.  Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jemenda l-proposta tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill. [Em. 61]

Artikolu 6

Tneħħija tal-miżuri

1.  L-Istat Membru konċernat jista’, fi kwalunkwe ħin, jippreżenta quddiem il-Kummissjoni evidenza notifika formali, li tinkludi l-evidenza, biex juri li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt ġie rimedjat jew ma għadux jeżisti. [Em. 62]

2.  Il-Kummissjoni Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq inizjattiva proprja tiegħu, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe opinjoni tal-Panel, għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat f'limitu ta' żmien indikattiv ta' xahar, u fi kwalunkwe każ f'perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data tal-wasla tan-notifika formali. Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri xierqa msemmija fl-Artikolu 4 ma jibqgħux jeżistu b’mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta għal, mingħajr dewmien, tadotta deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b’mod sħiħ jew parzjalment. Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tissottometti simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tneħħi, kompletament jew parzjalment, ir-riżerva baġitarja msemmija fl-Artikolu 5(6a). Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6, 6b u 7 6c tal-Artikolu 5 għandha tapplika. [Em. 63]

3.  Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4(2)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(2)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n + 2. Mis-sena n+3, ammont ekwivalenti għall-impenji sospiżi għandu jiddaħħal fir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji prevista fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XXXX (ir-Regolament QFP). [Em. 64]

Artikolu 7

Informazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe miżura proposta jew adottata skont l-Artikoli 4 u 5 [Em. 65]

Artikolu 7a

Rapportar

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-effikaċja tal-miżuri adottati, fil-każ li jkun hemm, almenu ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat jekk hu meħtieġ minn proposti xierqa. [Em. 66]

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. [Em. 67]

Artikolu 8a

Inklużjoni fir-Regolament Finanzjarju

Il-kontenut ta' dan ir-Regolament għandu jiddaħħal fir-Regolament Finanzjarju fir-reviżjoni tiegħu li jmiss. [Em. 68]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 291, 17.8.2018, p. 1.
(2) Din il-pożizzjoni tikkorrispondi għall-emendi adottati fis-17 ta' Jannar 2019 (Testi adottati, P8_TA(2019)0038).
(3)ĠU C 291, 17.8.2018, p. 1.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019.
(5)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt”, COM(2014)0158 final, Anness I.
(6)Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, CAS Succhi di Frutta, C-496/99 PECLI:UE:C:2004:236, paragrafu 63.
(7)Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-12 ta’ Novembru 1981, Amministrazione delle finanze dello Stato v Srl Meridionale Industria Salumi and others Ditta Italo Orlandi & Figlio and Ditta Vincenzo Divella v Amministrazione delle finanze dello Stato. Il-Kawżi Magħquda minn 212 sa 217/80, ECLI:UE:C:1981:270, il-paragrafu 10.
(8)Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Settembru 1989, Hoechst, il-Kawżi Magħquda 46/87 u 227/88, ECLI:UE:C:1989:337, paragrafu 19
(9)Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, Kovalkovas, C-477/16, ECLI:UE:C:2016:861, paragrafu 36; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Novembru 2016, PPU Poltorak, C-452/16, ECLI:UE:C:2016:858, paragrafu 35; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2010, DEB,C-279/09, ECLI:UE:C:2010:811, paragrafu 58.
(10)Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses v Tribunal de Contas C-64/16, ECLI:UE:C:2018:117, paragrafi 31, 40-41; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Lulju 2018, LM, C-216/18 PPU, ECLI:EU:C:2018:586, punti 63-67.
(11) Rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-4 ta' April 2011 Studju Nru 512/2009 (CDL-AD (2011)003rev).
(12)Kawża C-64/16, para 32-36.
(13)Kawża C-64/16, para 40-41.
(14) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ***I
PDF 476kWORD 131k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (COM(2018)0382 – C8-0232/2018 – 2018/0206(COD))
P8_TA(2019)0350A8-0461/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0382),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 46(d), l-Artikolu 149, l-Artikolu 153(2), l-Artikoli 164, l-Artikolu 168(5), l-Artikolu 175(3) u l-Artikolu 349(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0232/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0461/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +)

P8_TC1-COD(2018)0206


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 46(d), l-Artikolu 149, l-Artikolu 153(2)(a), l-Artikolu 164, l-Artikolu 168(5), l-Artikolu 175(3) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(5),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(6),

Billi:

(-1)  Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE), bit-twaqqif ta' Suq Intern, l-Unjoni qed taħdem favur ekonomija tas-suq soċjali ferm kompetittiva, bil-għan li tikseb impjiegi sħiħ u progress soċjali; tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal; kif ukoll tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni. Bi qbil mal-Artikolu 9 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta, fost l-oħrajn, mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. [Em. 1]

(1)  Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie pproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala risposta għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. Dawn l-għoxrin prinċipju ewlieni huma strutturati madwar tliet kategoriji: l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol; il-kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol; u il-l-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali. L-għoxrin prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ jiggwidaw l-azzjonijiet permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa l-investimenti fin-nies u s-sistemi fl-oqsma ta’ politika tal-impjiegi, tas-servizzi pubbliċi, tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u b’hekk jappoġġa l-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali skont l-Artikolu l-Artikoli 174 u 175 tat-TFUE. L-azzjonijiet kollha skont l-FSE+ jenħtieġ li jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u jqisu l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità li tagħha l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha huma partijiet. [Em. 2]

(2)  Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika hu l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investimenti multiannwali nazzjonali tagħhom stess ħalli jappoġġaw dawn il-prijoritajiet ta’ riforma. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu żviluppati bi sħubija bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluża perpsettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta’ investiment ta’ prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn iservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jimmassimizza l-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jasal b’mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Funzjoni u InvestEU, meta rilevanti. [Em. 3]

(3)  Il-Linji Gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri adottati mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 148(2) tat-TFUE, jiġifieri: l-għoti ta' spinta lid-domanda għax-xogħol; it-tisħiħ tal-provvista tal-ħaddiema: l-aċċess għall-impjiegi, il-ħiliet u l-kompetenzi; it-tisħiħ tal-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-effettività tad-djalogu soċjali u l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd, it-trawwim tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inklużi servizzi pubbliċi mtejba fil-qasam tas-saħħa u f'oqsma oħrajn, flimkien mal-linji gwidi ekonomiċi wiesgħa adottati f'konformità mal-Artikolu 121(2) TFUE jifformaw parti mil-Linji Gwida Integrati li jsostnu l-istrateġija Ewropa 2020. Il-Kunsill ta' […] adotta linji gwida riveduti għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri biex it-test jiġi allinjat jiġu allinjati mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bil-ħsieb li jistimolaw il-ħolqien tal-impjiegi u jrawmu l-koeżjoni soċjali, sabiex b'hekk titjieb il-kompetittività tal-Ewropa u l-Unjoni ssir post aħjar għall-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u t-trawwim tal-koeżjoni soċjali. Biex jiżgura jiżguraw l-allinjament sħiħ tal-FSE+ mal-għanijiet ta' dawn il-linji tal-Linji gwida, b'mod partikolari fir-rigward tal-impjiegi, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, il-faqar u d-diskriminazzjoni, l-FSE+ jenħtieġ jappoġġa lill-Istati għall-politiki dwar l-impjiegi, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprogrammaw l-appoġġ skont l-FSE+ li jkun rilevanti għalihom, filwaqt li jqis il-Linji jqisu dawk il-Linji Gwida Integrati u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati b'konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-Artikolu 148(4) u l-Artikolu 121(2) tat-TFUE u, meta xieraq, fil-livell nazzjonali, mal-programmi mal-aspetti tal-impjieg u soċjali tal-programmi nazzjonali ta' riforma mirfuda bi strateġiji nazzjonali. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti rilevanti tal-implimentazzjoni ta' inizjattivi u attivitajiet ewlenin tal-Unjoni, b'mod partikolari "l-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa" u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, ir-Rakkomandazzjonijiet il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti oħrajn u inizjattivi oħra bħal L-Investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ, bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-Perkors ta' Titjib tal-Ħiliet u dwar l-Integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul, Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships u l-Apprendistati u l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. [Em. 4]

(4)  Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill approva r-risposta tal-Unjoni għall-“Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU” – futur Ewropew sostenibbli. Il-Kunsill enfasizza l-importanza li jinkiseb żvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b’mod bilanċjat u integrat. Hu vitali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fl-oqsma ta’ politika interna u esterna tal-Unjoni kollha, u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politiki li tuża biex tindirizza l-isfidi dinjin. Il-Kunsill laqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli” tat-22 ta’ Novembru 2016 bħala l-ewwel pass għall-integrazzjoni tal-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju ta’ gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-Unjoni, inkluż bl-istrumenti finanzjarji tagħha. L-FSE+ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli billi, fost l-oħrajn, jeqred il-forom estremi ta' faqar (għan 1); jippromwovi edukazzjoni ta' kwalità u inklużiva (għan 4); jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi (għan 5); jippromwovi tkabbir ekonomiku kontinwu, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol diċenti għal kulħadd (għan 8); u jnaqqas l-inugwaljanza (għan 10). [Em. 5]

(4a)  B'kont meħud tal-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961, jenħtieġ li fl-għanijiet tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkollhom il-promozzjoni tal-impjiegi, kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol imtejba, bil-għan li jkun hemm livelli għolja ta' impjieg fit-tul u li tiġi miġġielda l-esklużjoni, f'konformità mal-Artikolu 151 tat-TFUE. [Em. 6]

(4b)  Għad hemm bosta sfidi soċjali fis-soċjetà Ewropea. Aktar minn 100 miljun persuna qed jgħixu fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali, il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa aktar mid-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad u tinħtieġ integrazzjoni aħjar taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Dawn l-isfidi mhux biss jipperikolaw il-benesseri taċ-ċittadini milquta direttament, iżda jpoġġu pressjoni ekonomika u soċjali fuq is-soċjetà Ewropea kollha kemm hi. [Em. 7]

(5)  L-Unjoni qed tiffaċċja sfidi strutturali minħabba l-globalizzazzjoni ekonomika, l-inugwaljanzi soċjali, il-ġestjoni tal-flussi migratorji, iż-żieda fit-theddid tas-sigurtà, u l-isfidi ta' integrazzjoni relatati, it-tranżizzjoni ġusta lejn enerġija nadifa, il-bidla teknoloġika, it-tnaqqis demografiku, il-qgħad b'mod ġenerali u l-qgħad fost iż-żgħażagħ, it-tixjiħ dejjem iżjed tas-soċjetà u tal-forza tax-xogħol, u n-nuqqas dejjem aktar ta’ ħiliet u ta' ħaddiema f’xi setturi u reġjuni, imġarrba l-iżjed mill-SMEs. Filwaqt li tikkunsidra r-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tkun ippreparata għall-isfidi attwali u futuri billi tinvesti fil-ħiliet rilevanti, l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja, tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u ttejjeb il-kompetenzi u l-għarfien, il-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali, inkluż fid-dawl tal-mobbiltà tal-ħaddiema professjonali taċ-ċittadini tal-Unjoni u tindirizza ż-żieda fl-inugwaljanzi tas-saħħa bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom. [Em. 8]

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru […] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b’mod partikolari l-għanijiet ta’ politika u r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni kondiviża. Għalhekk hemm bżonn jiġu speċifikati l-għanijiet ġenerali tal-FSE+ u l-koordinazzjoni tiegħu ma' fondi oħrajn, u jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE+. [Em. 9]

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) (ir-“Regolament Finanzjarju”) jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist, l-implimentazzjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji u s-sinerġiji bejn l-istrumenti finanzjarji. Biex tkun żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, ir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ jiġi applikat għall-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b’ġestjoni diretta jew indiretta permezz tal-FSE+. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-objettivi operattivi u jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-azzjonijiet eliġibbli li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE+ fi ħdan ġestjoni diretta u indiretta. [Em. 10]

(8)  It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni permezz tar-Regolament jenħtieġ jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jilħqu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Għall-għotjiet, dan jenħtieġ iqis l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju Biex jiġu implimentati miżuri marbuta mal-integrazzjoni mal-inklużjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, u skont l-Artikolu 88 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid), il-Kummissjoni tista’ tirrimborża lill-Istati Membri li jużaw alternattivi ssimplifikati tal-ispejjeż, inkluż l-użu ta’ somom f’daqqa. [Em. 11]

(9)  Biex jiġi razzjonalizzat u ssimplifikat ix-xenarju ta’ finanzjament u jinħolqu opportunitajiet addizzjonali għal sinerġiji permezz ta’ approċċi ta’ finanzjament integrati, l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (“FEAD”), mill-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea u mill-Programm għall-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa jenħtieġ jiġu integrati fl-FSE+. Għalhekk jenħtieġ li l-FSE+ ikun jinkludi tliet fergħat. il-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa taħt ġestjoni diretta u indiretta. Dan jenħtieġ jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piż finanzjarju marbut mal-ġestjoni ta’ fondi differenti, b’mod partikolari għall-Istati Membri u l-benefiċjarji, filwaqt li jżomm regoli aktar sempliċi għal operazzjonijiet aktar sempliċi bħad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika. [Em. 12]

(10)  L-Unjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri billi tħeġġeġ il-kooperazzjoni u billi tikkomplementa l-azzjoni tagħhom. Fid-dawl ta’ dan il-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-FSE+, jixraq jiġi previst li l-għanijiet biex titjieb tittejjeb l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol inklużivi, miftuħa u ġusti għall-ġeneri kollha u jkun promoss aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, biex jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, tiġi megħjuna r-riintegrazzjoni fis-sistemi edukattivi u jitħeġġeġ it-tagħlim tul il-ħajja, u jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u s-saħħa, u biex jonqos l-faqar, ma jkunux jinqered il-faqar ikomplu jiġu implimentati biss prinċipalment b’ġestjoni kondiviża, iżda anki u fejn xieraq, jiġu kkomplementati b’ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għall-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-Unjoni. [Em. 13]

(11)  L-integrazzjoni tal-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa mal-FSE+ se toħloq ukoll sinerġiji bejn l-iżviluppi u l-ittestjar ta’ inizjattivi u politiki li jtejbu l-effikaċja, l-aċċessibbiltà, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa żviluppati mill-fergħa tas-Saħħa tal-Programm tal-FSE+ u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali bl-għodod provduti mill-fergħat l-oħra tar-Regolament dwar l-FSE+. [Em. 14]

(12)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-FSE+. Jenħtieġ li partijiet minn dan il-pakkett finanzjarju jintużaw Dan għandu jispeċifika l-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża u l-allokazzjonijiet għal azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b’ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa. [Em. 15]

(13)  Jenħtieġ li l-FSE+, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, ikollu l-għan li jippromwovi l-impjiegi b’interventi attivi li jippermettu r-(ri)integrazzjoni l-integrazzjoni u r-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol, speċjalment għaż-żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul, il-persuna li jipprovdu kura, u l-persuni l-kategoriji ekonomikament inattivi u żvantaġġati, kif ukoll permezz ta’ promozzjoni tal-promozzjoni tal-impjiegi indipendenti, tal-imprenditorjat, u l-ekonomija soċjali. Il-FSE+ jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb il-funzjonament il-politiki dwar l-impjiegi u l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol billi jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi ħalli jitjiebu l-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu pariri u gwida mmirati u, intensifikati u personalizzati, fejn ikun xieraq, waqt it-tiftix tal-impjiegi u t-tranżizzjoni għax-xogħol, b'attenzjoni speċjali għall-kategoriji żvantaġġati u biex titjieb il-mobbiltà tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-ħaddiema, u biex jipprovdu s-servizz tagħhom b'mod mhux diskriminatorju. Il-FSE+ jenħtieġ jippromwovi s-sehem tan-nisa fis-suq tax-xogħol permezz ta’ miżuri bil-għan li jiżguraw, fost l-oħrajn, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja u l-aċċess faċli għall-indukrar tat-tfal, għall-kura tal-anzjani u għal servizzi oħra ta' kura ta' kwalità affordabbli jew bla ħlas jew appoġġ ta' kwalità għolja. L-FSE+ jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jipprovdi ambjent lavorattiv tax-xogħol sikur, san u adattat sew biex iwieġeb għar-riskji tas-saħħa relatati ma’ forom tax-xogħol kif ukoll ma' forom tax-xogħol li qed jinbidlu u l-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ. L-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa wkoll miżuri li għandhom l-għan li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għall-impjieg. [Em. 16]

(13a)  Sabiex jappoġġa u jiġi sfruttat il-potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi fl-ekonomija soċjali, l-FSE+ jenħtieġ li jgħin biex itejjeb l-integrazzjoni tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fi pjanijiet nazzjonali għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali, kif ukoll il-programmi ta' riforma nazzjonali tiegħu. Id-definizzjoni ta' intrapriża tal-ekonomija soċjali jenħtieġ li ssegwi d-definizzjonijiet fil-liġijiet dwar l-ekonomija soċjali tal-Istati Membri kif ukoll fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni ta' żvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa. [Em. 17]

(14)  Jenħtieġ li Billi l-FSE+ huwa l-istrument ewlieni tal-Unjoni ddedikat għall-impjieg u l-ħiliet, u l-inklużjoni soċjali, huwa essenzjali li jkun jista' jikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, madwar l-Unjoni kollha. Għal dak il-għan, jenħtieġ li huwa jipprovdi appoġġ biex jitjiebu l-kwalità, in-natura mhux diskriminatorja, l-aċċessibbiltà, l-inklużività, l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex tiġi ffaċilitata l-kisba ta’ kompetenzi ewlenin, l-aktar b’rabta mal-ħiliet lingwistiċi, ta' intraprenditorija u diġitali, inklużi ħiliet dwar il-protezzjoni tad-data u l-governanza tal-informazzjoni, li kull individwu jeħtieġ għas-sodisfazzjon u l-iżvilupp personali, l-impjieg, l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva. Fil-każ ta' persuni qiegħda fit-tul u ta' persuni bi sfond soċjali żvantaġġat, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali sabiex dawn jingħataw is-setgħa. L-FSE+ jenħtieġ jgħin fil-progressjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fit-tranżizzjoni għax-xogħol u r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol, jappoġġa t-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà ta' kulħadd, u jikkontribwixxi għall-kompetittività għall-inklużività, il-kompetittività, it-tnaqqis tas-segregazzjoni orizzontali u vertikali u l-innovazzjoni ekonomika u soċjetali billi jappoġġa inizjattivi skalabbli u sostenibbli f’dawn l-oqsma. Dan jista’ jinkiseb pereżempju permezz ta’ investimenti fl-edukazzjoni vokazzjonali, tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u apprendistati, iggwidar, b'enfasi partikolari fuq is-sistema duwali ppruvata b'suċċess li tikkombina t-tagħlim mal-esperjenza tax-xogħol, l-iggwidar tul il-ħajja, antiċipazzjoni l-antiċipazzjoni tal-ħiliet b’koperazzjoni mal-industrija mas-sħab soċjali, materjali aġġornati tat-taħriġ, previżjonijiet u monitoraġġ dwar is-sitwazzjoni tal-perkorsi tal-gradwati, taħriġ tal-edukaturi, appoġġ għat-tagħlim formali u informali, validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u rikonoxximent tal-kwalifiki. L-FSE+ jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-aċċess tal-minoranzi għall-professjoni tal-għalliema, filwaqt li jimmira lejn integrazzjoni aħjar tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma, il-minoranzi u l-migranti. [Em. 18]

(14a)  L-FSE+ jenħtieġ li jipprovdi appoġġ għall-miżuri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom l-għan li jeradikaw il-faqar enerġetiku u li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika tal-bini fost unitajiet domestiċi vulnerabbli, inklużi dawk affettwati mill-faqar enerġetiku u, fejn xieraq, fl-akkomodazzjoni soċjali, f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali" u f'konformità mar-Regolament ((UE) 2018/1999) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Unjoni(8) tal-Enerġija fil-Governanza u d-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill(9). [Em. 19]

(14b)  Fil-ġejjieni jenħtieġ li l-fondi mill-FSE+ lill-Istati Membri jkunu marbuta mal-għoti ta' prova ta' parteċipazzjoni effikaċi fi proġetti relatati mal-introduzzjoni jew mat-tisħiħ, fil-kuntest tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, tas-sistema duwali ta' tagħlim li tikkombina t-tagħlim mal-esperjenza tax-xogħol. [Em. 20]

(15)  L-appoġġ permezz tal-FSE+ jenħtieġ jintuża biex jippromwovi l-aċċess indaqs għal kulħadd, b’mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità, inklużivi u mhux segregati, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija, b'attenzjoni speċjali għat-tfal bi sfond soċjali żvantaġġat, bħat-tfal f'kura istituzzjonali u t-tfal bla dar, sal-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali u li jibqa’ sejjer sal-livell terzjarju u r-riintegrazzjoni fis-sistema edukattiva u l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, biex jiġi evitat li l-faqar jiġi trażmess minn ġenerazzjoni għall-oħra, biex titrawwem il-permeabbiltà bejn is-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ikun jitnaqqas u jkun evitat it-tluq bikri mill-iskola u l-esklużjoni soċjali, jitjieb il-litteriżmu dwar is-saħħa, jissaħħu r-rabtiet mat-tagħlim mhux formali u informali, u tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd. Jenħtieġ li dawk il-forom ta' tagħlim informali ma jeħdux post l-aċċess għall-edukazzjoni regolari, b'mod partikolari l-edukazzjoni preprimarja u primarja. F’dan il-kuntest jenħtieġ jiġu appoppati stabbiliti s-sinerġiji , il-komplementarjetà u l-koerenza tal-politiki mal-programm Erasmus, l-aktar biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ studenti sabiex l-istudenti żvantaġġati jkunu jistgħu jintlaħqu u jitħejjew b'mod xieraq u attiv għal esperjenzi ta' mobbiltà f'pajjiżi barranin u tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-mobilità tat-tagħlim transfruntiera. [Em. 21]

(15a)   L-appoġġ skont il-prijorità ta' investiment "żvilupp lokali mmexxi mill-komunità" jikkontribwixxi għall-objettivi kif stabbilit f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-istrateġiji ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità bl-appoġġ tal-FSE+ ikunu inklużivi fir-rigward ta' persuni żvantaġġati preżenti fit-territorju, kemm f'termini ta' governanza tal-grupp ta' azzjoni lokali u wkoll f'termini ta' kontenut tal-istrateġija. L-FSE jenħteiġ li jkun jista' jagħti appoġġ lill-istrateġiji ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità fiż-żoni urbani u rurali, kif ukoll lill-investimenti territorjali integrati. [Em. 22]

(15b)  Il-valur miżjud tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni jinsab partikolarment fl-approċċ ta' dimensjoni territorjali bbażata fuq il-post, fil-governanza f'diversi livelli, fl-ippjanar pluriennali u fl-għanijiet kondiviżi u li jistgħu jitkejlu, fl-approċċ ta' żvilupp integrat u fil-konverġenza lejn l-istandards Ewropej fil-kapaċitajiet amministrattivi. [Em. 23]

(15c)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija prinċipju vinkolanti fil-fażijiet kollha ta' programmazzjoni, mit-tfassil tal-prijoritajiet tal-programmi operazzjonali sal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u li l-azzjonijiet ewlenin għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jirċievu appoġġ. [Em. 24]

(15d)  Il-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa skemi edukattivi li joffru lill-adulti livell baxx ta' ħiliet il-possibbiltà li jiksbu livell minimu ta' litteriżmu, numeriżmu u kompetenza diġitali f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti(10). [Em. 25]

(16)  L-FSE+ jenħtieġ jippromwovi opportunitajiet flessibbli ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd, filwaqt li jqis l-isfidi ta' gruppi soċjali żvantaġġati differenti, l-aktar tal-ħiliet intraprenditorjali u diġitali u teknoloġiji abilitanti ewlenin, biex il-persuni u l-komunitajiet lokali jiksbu l-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien adattati għad-diġitalizzazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u l-bidla soċjali u ekonomika, bħal dawk ikkawżati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg u l-mobbiltà tal-karrieri, u jiġu appoġġati b’mod partikolari l-adulti l-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet, il-persuni b'diżabilità u/jew l-adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki, b’konformità mal-Aġenda għall-Ħiliet tal-Ewropa u f'koordinazzjoni u komplementarjetà mal-Programm Ewropa Diġitali [Em. 26].

(17)  Is-sinerġiji mal-programm Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li l-FSE+ jkun jista' jintegra u jsaħħaħ il-kurrikuli innovattivi appoġġati mill-Orizzont Ewropa ħalli n-nies jingħataw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-iżvilupp personali u professjonali tagħhom u għall-impjiegi tal-futur u ħalli jiġu indirizzati l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura sinerġiji bejn il-Fergħa tas-Saħħa u l-programm Orizzont Ewropa sabiex tingħata spinta lir-riżultati miksuba fil-qasam tal-protezzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard. [Em. 27]

(17a)   Is-sinerġiji mal-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri jenħtieġ li jiżguraw li l-FSE+ ikun jista' jintegra u jintensifika l-azzjonijiet biex jiġu evitati u miġġielda d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, l-anti-Semitiżmu u l-iżlamofobija u forom oħra ta' intolleranza, kif ukoll li jiddedika azzjonijiet speċifiċi biex jiġu evitati l-mibegħda, is-segregazzjoni u l-istigmatizzazzjoni, inklużi l-bullying, il-fastidju u t-trattament intolleranti. [Em. 28]

(17b)   Is-sinerġiji maħluqa bis-saħħa tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, anke f'livell reġjonali u transfruntier, ħolqu wkoll proġetti ta' kooperazzjoni għat-titjib tal-impjiegi, l-inklużjoni tas-sezzjonijiet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni, l-isfidi demografiċi, is-saħħa u l-edukazzjoni, mhux biss fl-Unjoni iżda wkoll ma' pajjiżi li jinsabu fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni u pajjiżi ġirien, fejn il-kooperazzjoni tal-Unjoni tagħti valur miżjud. L-FSE+ għandu jtejjeb il-finanzjament ta' dan it-tip ta' proġetti kif ukoll jiżgura t-trasferiment tal-għarfien bejniethom u l-proċess leġiżlattiv biex itejjeb il-qafas regolatorju Ewropew kif ukoll l-iskambju ta' prattiki tajbin bejn it-territorji tal-Unjoni. [Em. 29]

(18)  Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri jindirizzaw il-faqar fil-livelli kollha tal-gvern inkluż fil-livell reġjonali u lokali biex jeqirdu l-faqar, inkluż il-faqar enerġetiku kif previst fir-Regolament (UE) 2018/1999, ħalli jkissru ċ-ċiklu ta' żvantaġġi minn ġenerazzjoni għal oħra, u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jiżguraw opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inaqqsu l-ostakoli, jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjali u tas-saħħa. Dan ifisser ukoll, iżda mhux biss, li tiġi mobilizzata firxa ta' politikiu strateġiji proattivi u reattivi mmirati għall-aktar persuni fil-bżonn tkun xi tkun l-età tagħhom, fosthom it-tfal, il-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma, il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni bla dar, iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, inklużi l-migranti u l-ħaddiema foqra. Jenħtieġ li l-FSE+ jippromwovi l-inklużjoni attiva tal-persuni li mhumiex fis-suq tax-xogħol ħalli tkun żgurata l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom, inkluż permezz ta' appoġġ immirat għall-ekonomija soċjali. L-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-azzjonijiet tal-FSE+ li jikkomplementaw miżuri nazzjonali f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(11), inklużi miżuri ta' għajnuna għal introjtu adegwat. Jenħtieġ li l-FSE+ jintuża wkoll biex jitjieb itejjeb l-aċċess fil-ħin u indaqs għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja bħall-kura tas-saħħa ffukata fuq il-persuni, il-kura relatata u l-kura fit-tul, b'mod partikolari s-servizzi tal-kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità u s-servizzi li jiggwidaw l-aċċess għal servizzi ta' akkomodazzjoni soċjali adegwata u affordabbli. Dan jinkludi servizzi ta' promozzjoni tas-saħħa u ta' prevenzjoni tal-mard bħala parti mis-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali b'mod partikolari biex tiġi promossa l-aċċessibbiltà, l-inklużività u l-effettività tagħhom fl-indirizzar tar-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol. L-FSE jenħtieġ li jindirizza wkoll il-faqar rurali li jirriżulta mill-iżvantaġġi speċifiċi taż-żoni rurali, bħal sitwazzjoni demografika mhux favorevoli, suq tax-xogħol dgħajjef, aċċess limitat għas-servizzi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jew servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali. [Em. 30]

(19)  Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi biex jonqos jinqered il-faqar billi jappoġġa l-iskemi nazzjonali ta’ appoġġ li għandhom l-għan li jtaffu l-privazzjoni alimentari u materjali u jippromwovu l-integrazzjoni soċjali tal-persuni foqra jew fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali u dawk l-aktar fil-bżonn. Bil-ħsieb li mill-inqas 4 % tar-riżorsi tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fil-livell tal-Unjoni jappoġġaw lill-aktar persuni fil-bżonn, l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw għall-inqas 2 % 3 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jindirizzaw il-forom jiġġieldu l-forom tal-faqar estrem bl-akbar impatt tal-esklużjoni soċjali, bħan-nuqqas ta’ akkomodazzjoni, il-faqar tat-tfal, il-faqar fix-xjuħija u l-privazzjoni alimentari. Minħabba n-natura tal-operazzjonijiet u t-tip ta’ riċevituri finali, jenħtieġ jiġu applikati l-aktar regoli aktar sempliċi possibbli għall-appoġġ li jindirizzata jindirizza l-privazzjoni materjali tal-aktar persuni fil-bżonn. [Em. 31]

(19a)   L-FSE+ jenħtieġ li jkollu l-għan li jindirizza l-faqar fost in-nisa anzjani madwar l-Unjoni, filwaqt li jqis li d-diskrepanza fil-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa, li hija ta' 40 %, tikkostitwixxi riskju akut għal-livelli li qed jiħżienu tal-faqar fost in-nisa anzjani, speċjalment dawk li jgħixu mingħajr sieħeb, u b'hekk qed issegwi l-impenji li saru fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2015 dwar "Opportunitajiet ta' dħul ugwali għan-nisa u l-irġiel: Intemmu d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u l-irġiel"(12). Il-faqar fost in-nisa anzjani huwa aggravat ukoll mill-ispejjeż li qed jiżdiedu għall-kura tas-saħħa u l-mediċini li l-pazjenti anzjani jkollhom iħallsu minn buthom, speċjalment nisa li jqattgħu proporzjon matul il-ħajja tagħhom morda akbar mill-irġiel l-aktar minħabba stennija tal-għomor itwal. [Em. 32]

(19b)  Biex jiġġieled kontra l-faqar u sabiex itejjeb l-inklużjoni soċjali, l-FSE+ jenħtieġ li jippromwovi l-parteċipazzjoni attiva tal-NGOs speċjalizzati, kif ukoll ta' organizzazzjonijiet ta' persuni li jgħixu fil-faqar, kemm fit-tħejjija kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi. [Em. 33]

(20)  Fid-dawl tal-ħtieġa persistenti li jiżdiedu l-isforzi li jindirizzaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji fl-Unjoni kollha kemm hi u biex ikun żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għall-isforzi ta' solidarjetà u ta' qsim ġust tar-responsabbiltà, l-FSE+ jenħtieġ jipprovdi appoġġ li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi, inklużi migranti, li jista' jinkludi inizjattivi fil-livell lokali, b'mod kumplimentarju għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dawk il-fondi li jista' jkollhom effett pożittiv fuq l-inklużjoni taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi. [Em. 34]

(20a)   L-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni tal-FSE+ jenħtieġ li jikkoordinaw mal-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri biex jimmaniġġjaw l-interventi tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil sabiex jippromwovu l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-livelli kollha bl-aħjar mod possibbli permezz ta' strateġiji implimentati l-aktar mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi u bl-aktar miżuri xierqa mfassla għas-sitwazzjoni partikolari taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' integrazzjoni jenħtieġ li jiffoka fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru jew fejn ikun xieraq fil-proċess ta' akkwist ta' residenza legali fi Stat Membru, inklużi benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. [Em. 35]

(21)  Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa riformi tal-politiki u tas-sistemi fl-oqsma tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-qerda tal-faqar, il-kura tas-saħħa u fit-tul, u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Biex jissaħħaħ l-allinjament mas-Semestru Ewropew, l-Istati Membri jenħtieġ jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-isfidi strutturali, li jixraq jiġu indirizzati b’investimenti multiannwali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiżguraw koerenza, koordinazzjoni u kumplimentarjetà bejn il-fergħat b’ġestjoni kondiviża u tas-Saħħa tal-FSE+ u l-Programm ta' Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku. B’mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ jiżguraw li f’kull stadju tal-proċess issir koordinazzjoni effettiva ħalli jkunu żgurati l-konsistenza, il-koerenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija fost is-sorsi tal-finanzjament, inkluż l-assistenza teknika tagħha, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali skont is-Semestru Ewropew, l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO, u l-ispeċifiċitajiet reġjonali biex b'hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-TFUE fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. [Em. 36]

(21a)  B'kunsiderazzjoni tad-diversità tal-livell ta' żvilupp fir-reġjuni u r-realtajiet soċjali differenti madwar l-Unjoni, il-grad ta' flessibbiltà tal-FSE+ jenħtieġ li jkun biżżejjed biex iqis l-ispeċifiċitajiet reġjonali u territorjali. [Em. 37]

(22)  Biex ikun żgurat li d-dimensjoni soċjali tal-Ewropa kif stabbilita fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tingħata spinta 'l quddiem kif xieraq u li ammont minimu tar-riżorsi jkun immirat għall-aktar persuni fil-bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jallokaw mill-inqas 25% 27 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex irawmu l-inklużjoni soċjali u l-qerda tal-faqar. Dak il-perċentwal jenħtieġ li jkun komplementarji għar-riżorsi nazzjonali biex jiġi indirizzat il-faqar estrem. [Em. 38]

(22a)  L-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC), li tikkostitwixxi l-istandard fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. Il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal hija objettiv espliċitu tal-politiki tal-Unjoni (Artikolu 3 tat-Trattat ta' Lisbona), u l-Karta tirrikjedi li l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-ewwel kunsiderazzjoni fl-azzjonijiet kollha tal-Unjoni. L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu xieraq tal-FSE+ biex jiksru ċ-ċiklu ta' żvantaġġ għat-tfal li jgħixu fil-faqar u f'esklużjoni soċjali, kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-Investiment fit-Tfal. L-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet li jippromwovu interventi effettivi li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni tad-drittijiet tat-tfal. [Em. 39]

(22b)  Fid-dawl tal-livell persistentement għoli ta' faqar tat-tfal u tal-esklużjoni soċjali fl-Unjoni (26,4 % fl-2017), u tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jiddikjara li t-tfal għandhom id-dritt għal protezzjoni mill-faqar, u t-tfal bi sfond żvantaġġat għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi li jsaħħu l-opportunitajiet indaqs, l-Istati Membri jenħtieġ li jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+ lill-iskema Garanzija Ewropea għat-Tfal sabiex jikkontribwixxu għall-aċċess ugwali tat-tfal għall-kura tas-saħħa mingħajr ħlas, edukazzjoni mingħajr ħlas, kura tat-tfal mingħajr ħlas, akkomadazzjoni diċenti u nutrizzjoni adegwata, għall-qerda tal-faqar tat-tfal u tal-esklużjoni soċjali. L-investiment bikri fit-tfal iwassal għal riżultati sinifikanti għat-tfal u s-soċjetà kollha kemm hi u huwa kruċjali biex jikser iċ-ċiklu ta' żvantaġġ fis-snin bikrija. L-għoti ta' appoġġ lit-tfal biex jiżviluppaw il-ħiliet u l-kapaċitajiet jippermettilhom jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, filwaqt li jġibilhom l-aqwa eżiti edukattivi u tas-saħħa, u jgħinhom isiru membri attivi tas-soċjetà u sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol bħala żgħażagħ. [Em. 40]

(23)  Fid-dawl tal-livelli persistentement għoljin tal-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ f’għadd ta’ Stati Membri u reġjuni, b’mod partikolari li jolqtu liż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), liema livelli huma saħansitra ogħla fil-każ ta' żgħażagħ bi sfond soċjali żvantaġġat, hemm bżonn li l-Istati Membri jkomplu jinvestu biżżejjed riżorsi adegwati tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ f’azzjonijiet li jippromwovu l-impjiegi taż-żgħażagħ, inkluż b'mod partikolari bl-implimentazzjoni ta’ skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Filwaqt li jsejsu fuq l-azzjonijiet appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 immirati għal persuni individwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu aktar il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol u tal-edukazzjoni ta' kwalità għolja u miżuri effettivi ta’ kuntatt maż-żgħażagħ billi meta rilevanti jagħtu prijorità liż-żgħażagħ qiegħda fit-tul, inattivi u żvantaġġati fit-tul, żgħażagħ li huma l-aktar diffiċli li jintlaħqu u żgħażagħ f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż b’ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. L-Istati Membri jenħtieġ jinvestu wkoll f’miżuri mmirati li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol kif ukoll li jirriformaw u jadattaw is-servizzi tal-impjiegi ħalli jipprovdu appoġġ personalizzat liż-żgħażagħ u jipprovdu s-servizz tagħhom mingħajr l-ebda forma ta' diskriminazzjoni. Għalhekk L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ jallokaw mill-inqas 10 % 3 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jappoġġaw l-impjegabbiltà politiki fil-qasam tal-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni kontinwata, l-impjiegi ta' kwalità, l-apprendistati u t-traineeships. L-Istati Membri b'rata tan-NEETs ogħla mill-medja tal-Unjoni, jew ta' aktar minn 15 %, jenħtieġ li jallokaw tal-inqas 15 % tar-riżorsi nazzjonali tagħhom tal-FSE+ biex jappoġġaw politiki f'dan il-qasam, li jaġixxu fil-livell territorjali xieraq. [Em. 41]

(23a)  Billi d-disparitajiet fuq livell subreġjonali qed jiżdiedu, inkluż fir-reġjuni l-aktar għonja li għandhom żoni żgħar ta' faqar. [Em. 42]

(23b)   Minħabba l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+, il-kompiti supplimentari jenħtieġ li jiġu akkoppjati b'baġit akbar sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm. Jinħtieġ aktar finanzjament sabiex jiġu miġġielda l-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-faqar u għall-appoġġ tal-iżvilupp professjonali u t-taħriġ, speċjalment fil-post tax-xogħol diġitali, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. [Em. 43]

(23c)  Il-EURES jenħtieġ li jissaħħaħ fuq bażi fit-tul, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp komprensiv tal-pjattaforma tal-internet u tal-parteċipazzjoni attiva tal-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu aktar effiċjenti mill-mudell eżistenti u jippubblikaw il-postijiet battala kollha li jkollhom fis-sistema tal-EURES. [Em. 44]

(24)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà u jisfruttaw is-sinerġijai bejn l-azzjonijiet appoġġati minn dawn il-Fondi mill-FSE+ u mill-programmi u l-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni bħall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, l-Erasmus, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, Orizzont Ewropa, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm Ewropa Diġitali, u l-programmi InvestUE u Ewropa Kreattiva jew il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. [Em. 45]

(25)  B’konformità mal-Artikolu mal-Artikoli 349 u 174 tat-TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994, ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni, ir-reġjuni tat-Tramuntana b’popolazzjoni baxxa u l-gżejjer huma intitolati għal miżuri speċifiċi skont politiki komuni u programmi tal-UE. Minħabba l-limitazzjonijiet li jsofru minn żvantaġġi naturali gravi u permanenti, dawn ir-reġjuni jeħtieġu appoġġ speċifiku. [Em. 46]

(25a)  Skont l-Artikolu 174 tat-TFUE, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki speċifiċi li jindirizzaw ir-restrizzjonijiet u d-diffikultajiet esperjenzati mir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi demografiċi gravi u permanenti, bħar-reġjuni depopolati u r-reġjuni b'popolazzjoni baxxa. [Em. 47]

(26)  Għal implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE+ hemm bżonn governanza tajba u sħubija bejn l-atturi kollha fil-livelli territorjali rilevanti l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u l-atturi soċjoekonomiċi, b'mod partikolari s-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. Għalhekk hu essenzjali li l-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni, fi sħubija mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, jiżguraw parteċipazzjoni sinifikanti tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-ferħga b'ġestjoni kondiviża, l-organizzazzjonijiet, il-korpi responsabbli mill-ugwaljanza, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet rilevanti jew rappreżentattivi oħrajn fil-programmazzjoni u t-twettiq tal-FSE+, mit-tfassil tal-prijoritajiet għall-programmi operazzjonali sal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati u l-impatt, f'konformità mal-Kodiċi tal-Kondotta Ewropew fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej stabbilit mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014(13). Barra minn hekk, sabiex jiġu ssalvagwardjati n-nondiskriminazzjoni u l-opportunitajiet indaqs, il-korpi tal-ugwaljanza u l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jenħtieġ li jkunu involuti wkoll f'kull stadju. [Em. 48]

(26a)  Governanza tajba u sħubija bejn l-awtoritajiet ta' ġestjoni u s-sħab jirrikjedu l-użu effettiv u effiċjenti tal-bini ta' kapaċità għall-partijiet ikkonċernati, li l-Istati Membri jenħtieġ li jallokaw lilhom ammont xieraq ta' riżorsi tal-FSE+. Peress li l-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali bil-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u governanza tajba, ma baqax inkluż bħala għan operazzjonali tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża, iżda ġie inkluż fil-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali, jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn iż-żewġ strumenti. [Em. 49]

(27)  Biex il-politiki jkunu kapaċi aktar iwieġbu għall-bidla fis-soċjetà u biex jitħeġġu u jkunu appoġġati s-soluzzjonijiet innovattivi, inkluż fil-livell lokali, l-appoġġ għall-innovazzjoni soċjali u għall-ekonomija soċjali hu kruċjali. B’mod partikolari, l-ittestjar u l-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi qabel ma jiġu estiżi huma strumentali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-politiki u b’hekk ikun iġġustifikat appoġġ speċifiku mill-FSE+. [Em. 50]

(27a)  Bil-għan li jisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta' kooperazzjoni transsettorjali, u jittejbu s-sinerġiji u l-koerenza ma' oqsma ta' politika oħrajn biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tiegħu, l-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet innovattivi li jużaw l-isport, l-attività fiżika u l-kultura biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali, jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, itejbu l-inklużjoni soċjali ta' gruppi marġinalizzati u jippromwovu s-saħħa tajba u l-prevenzjoni tal-mard. [Em. 51]

(28)  L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ jiżguraw li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa b’konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE biex titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż fejn jidħlu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi u l-progressjoni tal-karriera. L-aspetti tal-ġeneru jenħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-programmi kollha implimentati, tul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. Barra minn hekk , l-FSE+ jenħtieġ li b'mod partikolari jikkonforma mal-Artikolu 21 tal-Karta li jistipula li għandha tkun ipprojbita kull diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi bħall-ġeneru, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali; barra minn hekk, kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq il-karatteristiċi tas-sess jew l-identità tal-ġeneru u fuq il-bażi tan-nazzjonalità jenħtieġ li tkun ipprojbita wkoll. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-FSE+ jippromwovi opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni b’konformità mal-Artikolu 10 tat-TFUE u jippromwovi l-inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà b’mod ugwali bħall-oħrajn u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-edukazzjoni, ix-xogħol, l-impjieg u l-aċċessibilità universali. Jenħtieġ li dawn il-prinċipji jitqiesu fid-dimensjonijiet kollha u fl-istadji kollha tat-tħejjija, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi, fil-ħin u b’mod konsistenti filwaqt li jkun żgurat li jittieħdu azzjonijiet speċifiċi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs. L-FSE+ jenħtieġ ukoll jippromwovi t-tranżizzjoni mill-kura residenzjali/istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità, b’mod partikolari għal dawk li jġarrbu diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali. Jenħtieġ li l-FSE+ ma jappoġġax azzjonijiet li jikkontribwixxu għal segregazzjoni jew esklużjoni soċjali. Ir-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jistipula li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa jridu jkunu konformi mal-Karta u jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, b’ċerti eċċezzjonijiet li għalihom jeħtieġ jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+. [Em. 52]

(28a)  L-użu ta' indikaturi reġjonali għandu jiġi kkunsidrat sabiex id-differenzi subreġjonali jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati aħjar. [Em. 53]

(28b)   L-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa l-istudju tal-lingwi fit-trawwim ta' fehim reċiproku u għall-bini ta' soċjetà inklużiva, anke permezz ta' adozzjoni usa' mill-Istati Membri tas-sett ta' għodod għal appoġġ lingwistiku għar-rifuġjati żviluppat mill-Kunsill tal-Ewropa. [Em. 54]

(29)  Biex jonqos il-piż amministrattiv tal-ġbir tad-data , l-Istati Membri jenħtieġ li meta din id-data, possibilment maqsuma skont is-sess, tkun disponibbli fir-reġistri, l-Istati Membri jenħtieġ li jħallu lill-awtoritajiet ta' ġestjoni jiġbru d-data mir-reġistri filwaqt li jirrispettaw il-protezzjoni tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14). Huwa rakkomandabbli li tkun inċentivizzata l-kontinqazzjoni tat-trażmissjoni elettronika tad-data minħabba li tgħin biex jonqos il-piż amministrattiv. [Em. 55]

(30)  Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, il-kontrolluri nazzjonali tad-data jenħtieġ iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 .

(31)  L-esperimentazzjoni soċjali hi ttestjar ta' proġett fuq skala żgħira li jippermetti l-ġbir ta' evidenza dwar il-fattibbiltà tal-innovazzjonijiet soċjali. Jenħtieġ ikun possibbli u jitħeġġeġ li l-ideat jiġu ttestjati fil-livell lokali u li dawk l-ideat li jkunu fattibbli jitwettqu fuq skala usa' - fejn ikun xieraq - jew f'kuntesti jiġu ttrasferiti lejn kuntesti oħra f'reġjuni jew Stati Membri differenti b'appoġġ finanzjarju mill-FSE+ , kif ukoll minn jew f'kombinazzjoni ma' sorsi oħrajn. [Em. 56]

(32)  L-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet maħsuba biex jiksbu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema b’mod nondiskriminatorja billi jiżguraw il-koperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi ċentrali tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, tal-Kummissjoni u tas-sħab soċjali. In-netwerk Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi, bl-involviment tas-sħab soċjali, jenħtieġ jippromwovi funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jiffaċilita l-mobbiltà transfruntiera tal-ħaddiema u aktar trasparenza tal-informazzjoni fis-swieq tax-xogħol. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+ jinkludi wkoll l-iżvilupp ta’ skemi mmirati tal-mobbiltà, u l-appoġġ għalihom, ħalli jimtlew il-postijiet battala meta jiġu identifikati skarsezzi fis-suq tax-xogħol. L-FSE+ ikopri s-sħubiji transfruntiera bejn is-sevizzi pubbliċi tal-impjiegi reġjonali u s-sħab soċjali u l-attivitajiet tagħhom biex jippromwovu l-mobbiltà, kif ukoll trasparenza u integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol transfruntiera permezz ta' informazzjoni, pariri u kollokament. F'ħafna reġjuni periferiċi huma għandhom rwol importanti x'jaqdu fl-iżvilupp ta' suq tax-xogħol Ewropew ġenwin. [Em. 57]

(33)  In-nuqqas ta’ aċċess għal finanzi għall-mikrointrapriżi, l-ekonomija soċjali u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali hu wieħed mill-ostakli ewlenin għall-ftuħ tan-negozji, speċjalment fost l-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol. Ir-Regolament dwar l-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex tinħoloq ekosistema tas-suq ħalli tiżdied il-provvista tal-finanzi u tas-servizzi ta' appoġġ, u l-aċċess għalihom, għall-intrapriżi spċjali tal-ekonomija soċjali, inkluż fis-settur kulturali u kreattiv, u biex titwieġeb id-domanda ta’ dawk li l-aktar jeħtiġuhom, u b’mod partikolari l-persuni qiegħda, in-nisa u l-persuni vulnerabbli l-gruppi żvantaġġati li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża. Dan l-għan se jiġi indirizzat ukoll bi strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja permezz tat-tieqa ta’ politika tal-investiment soċjali u l-ħiliet tal-Fond InvestEU. [Em. 58]

(33a)  Jistiednu lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tintroduċi "tikketta tal-ekonomija soċjali Ewropea" fil-livell tal-Unjoni, applikabbli għall-intrapriżi soċjali u solidali u msejsa fuq kriterji ċari mfassla biex tenfasizza l-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn l-intrapriżi u l-impatt soċjali tagħhom, iżżid il-viżibilità tagħhom, tħeġġeġ l-investiment, tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u għas-suq uniku għal dawk li jixtiequ jespandu fil-livell nazzjonali jew fi Stati Membri oħra, u fl-istess ħin tirrispetta l-varjetà ta' forom ġuridiċi u oqfsa eżistenti fis-settur u fl-Istati Membri; [Em. 59]

(34)  L-atturi tas-suq tal-investiment soċjali, inkluż l-atturi filantropiċi, jistgħu jaqdu rwol ewlieni biex jintlaħqu diversi għanijiet tal-FSE+, għax dawn joffru finanzjament u approċċi innovattivi u kumplimentari għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, biex jonqos il-qgħad u jingħata kontribut għall-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU. Għaldaqstant jenħtieġ li l-atturi filantropiċi bħall-fondazzjonijiet u d-donaturi jkunu involuti kif xieraq u sakemm ma jkollhomx aġenda politika jew soċjali konfliġġenti mal-ideali tal-Unjoni, f’azzjonijiet tal-FSE+ b’mod partikolari dawk immirati biex jiżviluppaw l-ekosistema tas-suq tal-investiment soċjali. [Em. 60]

(34a)  Il-kooperazzjoni transnazzjonali għandha valur miżjud sinifikanti u għalhekk jenħtieġ li tkun appoġġata mill-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni ta' każijiet iġġustifikati kif xieraq filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. Jeħtieġ ukoll li jissaħħaħ ir-rwol tal-Kummissjoni fl-iffaċilitar ta' skambji ta' esperjenza u fil-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ta' inizjattivi rilevanti. [Em. 61]

(35)  B’konformità mal-Artikolu 168 tat-TFUE, jenħtieġ li fid-definizzjonijiet u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. L-Unjoni jenħtieġ tikkumplimenta u tappoġġa l-politiki nazzjonali tas-saħħa, tħeġġeġ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u tippromwovi l-koordinazzjoni bejn il-programmi tagħhom, b’rispett sħiħ tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għad-definizzjonijiet tal-politiki tas-saħħa tagħhom u l-organizzazzjoni u t-twassil tas-servizzi tas-saħħa u l-kura medika.

(35a)   Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżid il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet mhux irrappreżentati biżżejjed billi tnaqqas kemm jista' jkun l-ostakli għall-parteċipazzjoni, inkluż il-piż amministrattiv biex japplikaw għall-finanzjament u biex jirċevuh. [Em. 62]

(35b)   Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni huwa li ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa billi tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura tal-pazjent billi tiżviluppa sistema ta' informazzjoni tas-saħħa sostenibbli kif ukoll billi tappoġġa l-proċessi nazzjonali ta' riforma għal sistemi ta' saħħa aktar effettivi, aċċessibbli u reżiljenti. [Em. 63]

(36)  Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 168 tat-TFUE jinħtieġ sforz kontinwu. Jekk in-nies kollha jinżammu f’saħħithom u attivi aktar fit-tul b'mod mhux diskriminatorju u jitħeġġu biex jieħdu rwol attiv fit-tmexxija ta’ saħħithom, dan iħalli effetti pożittivi fuq is-saħħa, l-inugwaljanzi fis-saħħa, il-kwalità tal-ħajja, il-produttività, il-kompetittività u l-inklużività, filwaqt li jonqsu l-pressjonijiet fuq il-baġits nazzjonali. L-appoġġ favur l-innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni soċjali, li għandha impatt fuq is-saħħa, u r-rikonoxximent tagħha, jgħin biex tiġi ffaċċjata l-isfida tas-sostenibbiltà fis-settur tas-saħħa fil-kuntest tal-indirizzar tal-isfidi tal-bidla demografika. Barra minn hekk, l-azzjoni biex jonqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa hija importanti għall-fini għan li jinkiseb "tkabbir inklużiv". Il-Kummissjoni ilha impenjata li tgħin lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom tal-iżvilupp sostenibbli (SDG), b’mod partikolari l-SDG 3 “Jiġu żgurati ħajjiet f’saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f’kull età”(15). [Em. 64]

(36a)  Skont id-definizzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), "Is-saħħa hija stat ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali sħiħ u mhux sempliċiment in-nuqqas ta' mard jew infermità". Biex saħħet il-popolazzjoni fl-Unjoni titjieb, huwa fundamentali li tingħata attenzjoni mhux biss lis-saħħa fiżika u lill-benesseri soċjali. Skont id-WHO, il-problemi tas-saħħa mentali jammontaw għal kważi 40 % tas-snin ta' ħajja b'diżabbiltà. Il-problemi ta' saħħa mentali huma wkoll varjati, idumu fit-tul u huma sors ta' diskriminazzjoni, u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-inugwaljanzi fis-saħħa. Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika taffettwa fatturi li jiddeterminaw is-saħħa mentali, peress li l-fatturi protettivi jiddgħajfu u l-fatturi ta' riskju jiżdiedu. [Em. 65]

(37)  Jenħtieġ li l-evidenza kif ukoll il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2006 jappoġġaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-ippjanar u l-ġestjoni ta’ sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u reżiljenti, għal promozzjoni ta’ għodod li jiżguraw aċċess universali għal kura tas-saħħa ffukata fuq il-persuna u kura relatata ta' kwalità, u għal implimentazzjoni volontarja fuq skala usa' tal-aqwa prattiki. Dan jinkludi servizzi ta' promozzjoni tas-saħħa u ta' prevenzjoni tal-mard bħala parti mis-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja. [Em. 66]

(37a)  Il-programmi preċedenti ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) u fil-qasam tas-saħħa (2008-2013 u 2014-2020), stabbiliti rispettivament bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE(16) u d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE(17) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u bir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) ("il-programmi tas-saħħa preċedenti"), ġew ivvalutati b'mod pożittiv fis-sens li wasslu għal għadd ta' żviluppi u titjib importanti. Jenħtieġ li l-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ tibni fuq ir-riżultati miksuba mill-programm tas-saħħa preċedenti. [Em. 67]

(37b)   Il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ li tkun mezz biex jiġu promossi azzjonijiet f'oqsma fejn hemm valur miżjud tal-Unjoni li jista' jintwera fuq il-bażi ta' dan li ġej: l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni; l-appoġġ ta' netwerks għall-kondiviżjoni tal-għarfien jew it-tagħlim reċiproku; l-appoġġ tal-kwalifiki tal-professjonisti tas-saħħa; l-indirizzar tat-theddid transfruntier biex jitnaqqsu r-riskji tagħhom u jittaffew il-konsegwenzi tagħhom; l-indirizzar ta' ċerti kwistjonijiet relatati mas-suq intern fejn l-Unjoni għandha leġittimità sostanzjali sabiex tiżgura soluzzjonijiet ta' kwalità għolja fl-Istati Membri; l-isfruttament tal-potenzjal tal-innovazzjoni fis-saħħa; azzjonijiet li jistgħu jwasslu għal sistema għall-valutazzjoni komparattiva sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet informati fil-livell tal-Unjoni; it-titjib tal-effiċjenza billi tiġi evitata ħela ta' riżorsi minħabba d-duplikazzjoni, u l-ottimizzazzjoni tal-użu ta' riżorsi finanzjarji. [Em. 68]

(38)  Jenħtieġ li l-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-mard, għad-dijanjożi bikrija tul il-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni u għall-promozzjoni tas-saħħa billi jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju għas-saħħa fosthom l-użu tat-tabakk, it-tipjip u t-tipjip passiv, l-użu dannuż tal-alkoħol, il-fatturi ta' riskju ambjentali, il-konsum ta' drogi illeċiti u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa relatata mad-drogi, id-drawwiet l-obeżità u d-drawwiet ta' dieta ħażina għas-saħħa, anki relatati mal-faqar u n-nuqqas ta' attività fiżika u t-trawwim ta' ambjenti li jappoġġaw stili ta' ħajja tajbin, sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika dwar il-fattur ta' riskju, interventi ta' saħħa pubblika mfassla tajjeb biex tikkumplimenta jonqsu l-piż u l-impatt tal-infezzjonijiet u tal-mard infettiv li jista' jiġi evitat permezz ta' tilqim, fis-saħħa ġenerali matul il-ħajja kollha biex tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri b'konformità mal-istrateġiji rilevanti. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni tas-saħħa peress li din tgħin lill-individwi u lill-komunitajiet itejbu s-saħħa tagħhom, iżidu l-għarfien tagħhom u jinfluwenzaw l-attitudnijiet tagħhom. L-isfidi tas-saħħa attwali jistgħu jiġu indirizzati b'mod effikaċi biss permezz ta' kollaborazzjoni fil-livell tal-Unjoni u ta' azzjoni kontinwa tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa. Il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ tintegra tappoġġa l-implimentazzjoni tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, ixxerred mudelli effettivi tal-prevenzjoni u tas-sensibilizzazzjoni, teknoloġiji innovattivi, u mudelli u soluzzjonijiet ġodda tan-negozju biex tikkontribwixxi għal sistemi tas-saħħa innovattivi, aċċessibbli, effiċjenti u sostenibbli tal-Istati Membri u tiffaċilita l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini Ewropej għall-persuni li jgħixu fl-Unjoni kemm f'żoni urbani kif ukoll f'dawk rurali. [Em. 69]

(38a)   Sabiex jiġu implimentati l-azzjonijiet fil-fergħa tas-Saħħa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa l-ħolqien ta' Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi modi u metodoloġiji biex l-attivitajiet relatati mas-saħħa jiġu allinjati mal-proċess tas-Semestru Ewropew, li issa huwa awtorizzat jirrakkomanda riformi għas-sistemi tas-saħħa (u fil-fatt fatturi determinanti soċjali oħra tas-saħħa) lejn aktar aċċessibbiltà u sostenibbiltà tad-dispożizzjonijiet tal-kura tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali fl-Istati Membri. [Em. 70]

(39)  Il-mard mhux komunikabbli jikkawża aktar minn 80 % tal-mortalità prematura fl-Unjoni, u l-prevenzjoni effettiva tinvolvi diversi azzjonijiet transsettorjali u dimensjonijiet transfruntieri. B'mod parallel, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill enfasizzaw il-ħtieġa li jonqsu kemm jista' jkun il-konsegwenzi tat-theddid transfruntier serju tas-saħħa pubblika, bħall-mard bħall-emissjonijiet u t-tniġġis ambjentali f'daqqa u kumulattivi, il-mard komunikabbli u theddid bijoloġiku, kimiku, ambjentali u mhux magħruf ieħor, billi jiġi sostnut it-tiswir tal-kapaċitajiet fit-tħejjija u r-rispons. [Em. 71]

(39a)   Investimenti kontinwi f'approċċi innovattivi bbażati fuq il-komunità sabiex jiġi indirizzat il-mard transfruntier bħall-epidemiji tal-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite virali huma vitali peress li d-dimensjoni soċjali tal-mard hija fattur ewlieni li jaffettwa l-abbiltà biex dawn jiġu indirizzati bħala epidemiji fl-Unjoni u fil-pajjiżi ġirien. Biex jintlaħqu l-objettivi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli dwar dan il-mard se tkun strumentali tmexxija politika aktar ambizzjuża u mezzi tekniċi u finanzjarji adegwati biex jiġi pprovdut rispons reġjonali sostenibbli għall-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite fl-Ewropa. [Em. 72]

(40)  Għall-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u għas-saħħa taċ-ċittadini hi essenzjali li jonqos il-piż tal-infezzjonijiet reżistenti u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u tkun żgurata d-disponibbiltà ta’ antimikrobjali effettivi, filwaqt li madankollu jonqos l-użu tagħhom sabiex tkun tista' tiġi indirizzata r-reżistenza antimikrobjali. [Em. 73]

(41)  Dan l-aħħar il-Kummissjoni għamlet proposta(19) dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) biex tappoġġa l-koperazzjoni għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni ħalli titjieb id-disponibbiltà ta’ teknoloġiji tas-saħħa innovattivi għall-pazjenti madwar l-Unjoni, isir użu aħjar tar-riżorsi disponibbli u titjieb il-prevedibbiltà tan-negozju.

(42)  Minħabba n-natura speċifika ta' wħud mill-għanijiet koperti mill-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u mit-tip ta' azzjonijiet permezz ta' dik il-fergħa, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet relatati bl-appoġġ attiv tas-soċjetà ċivili. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet, maħtura mill-Istati Membri nfushom, u barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif xieraq, jiġu kkunsidrati bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu [195] tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid u l-għotjiet jingħataw lil dawn l-awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħiet għal proposti. [Em. 74]

(42a)   Sabiex tiżdied il-prestazzjoni tal-ineffiċjenzi u l-inadegwatezzi fil-monitoraġġ tal-programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li timplimenta u tuża l-indikaturi ta' monitoraġġ speċifiċi għall-programmi u għall-azzjonijiet sabiex tiżgura li jintlaħqu l-objettivi tal-programm. [Em. 75]

(42b)   Il-programm FSE+ jenħtieġ li jindirizza l-ostakli eżistenti għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, pereżempju permezz tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' applikazzjoni, il-faċilitazzjoni tal-kriterji finanzjarji billi f'xi każijiet jiġi rinunzjat il-perċentwal ta' kofinanzjament, iżda wkoll permezz tal-bini ta' kapaċità tal-pazjenti, l-organizzazzjonijiet tagħhom u partijiet ikkonċernati oħra permezz tat-taħriġ u l-edukazzjoni. Il-programm għandu jkollu wkoll l-għan li jippermetti l-funzjonament tan-netwerks u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tiegħu, inklużi l-organizzazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. [Em. 76]

(42c)   L-implimentazzjoni tal-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ jenħtieġ li tkun tali li jkunu rrispettati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u tal-kura medika. Filwaqt li jirrispettaw l-obbligi tat-Trattat u r-rwol tal-Istati Membri bħala l-interlokutur primarju fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti fil-livell subnazzjonali jenħtieġ li jkunu involuti sabiex jiżguraw impatt effettiv u dejjiemi tal-politika tas-saħħa tal-Unjoni permezz tal-integrazzjoni tagħhom mal-politiki soċjali fil-prattika. [Em. 77]

(43)  In-Netwerks Ewropej ta’ Referenza (l-ERNs) huma netwerks li jiġbru flimkien lill-fornituri tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa kollha biex jindirizzaw mard u kundizzjonijiet rari, bi prevalenza baxxa u kumplessi li jeħtieġu trattament speċjalizztat ħafna, u għarfien u riżorsi kkonċentrati. Dawn l-ERNs huma approvati bħala Netwerks mill-Bord tal-Istati Membri tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza, skont il-proċedura tal-approvazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE(20). Għalhekk jenħtieġ li dawk in-netwerks jiġu kkunsidrati bħala benefiċjarji identifikati għall-finijiet tal-Artikolu [195] tar-Regolament Finanzjarju u l-għotjiet għall-ERNs jingħataw mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tas-sejħa għal proposti.

(44)  Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tħalli impatt immedjat fuq ħajjet iċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-qafas regolatorju għall-prodotti u t-teknoloġiji mediċi (prodotti mediċinali, tagħmir mediku u sustanzi ta’ oriġini umana), kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk, id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera u t-theddid transfruntier serju tas-saħħa hu essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa fl-UE. Ir-Regolament, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu, jenħtieġ jimxu paripassu mal-innovazzjoni u l-avvanzi fir-riċerka u mal-bidliet soċjetali f’dan il-qasam, filwaqt li jitwettqu l-għanijiet tas-saħħa. Għalhekk hemm bżonn żvilupp kontinwu tal-bażi tal-evidenza meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ natura xjentifika bħal din. Barra minn hekk, ħafna liġijiet oħra tal-Unjoni għandhom impatti sinifikanti fuq is-saħħa bħal dawk relatati mal-ikel u mat-tikkettar tal-ikel, it-tniġġis tal-arja, l-interferenti endokrinali u l-pestiċidi. F'xi każijiet, l-impatti kumulattivi tal-fatturi ta' riskju ambjentali ma jinftehmux b'mod ċar, filwaqt li potenzjalment iwasslu għal riskju inaċċettabbli għas-saħħa taċ-ċittadini. [Em. 78]

(44a)   Regolament b'implikazzjonijiet tas-saħħa, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu, jenħtieġ li jimxi pari passu mal-innovazzjoni u l-avvanzi fir-riċerka u mal-bidla soċjetali f'dan il-qasam, filwaqt li jibqgħu sostnuti mill-prinċipju ta' prekawzjoni, kif minqux fit-Trattati tal-UE. Għalhekk huwa meħtieġ żvilupp kontinwu tal-bażi tal-evidenza meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' natura xjentifika bħal din u, sabiex tiġi żgurata l-possibbiltà ta' skrutinju indipendenti sabiex b'hekk terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-pubbliku fil-proċessi tal-Unjoni u minħabba li, min-natura tagħha stess il-kondiviżjoni ta' din l-evidenza hija fl-interess pubbliku, jenħtieġ li jiġi ggarantit l-ogħla livell ta' trasparenza. [Em. 79]

(44b)   L-iffaċċjar tal-isfidi tas-saħħa ma jistax isir mis-settur tas-saħħa biss, peress li s-saħħa hija ddeterminata minn diversi fatturi barra minnha. Għaldaqstant, kif stipulat fit-Trattati ta' Maastricht u ta' Amsterdam, is-saħħa fil-politiki kollha hija importanti biex l-Unjoni tkun tista' tiffaċċja sfidi futuri. Madankollu, is-sensibilizzazzjoni tas-setturi l-oħra dwar l-impatti tas-saħħa tad-deċiżjonijiet tagħhom u l-integrazzjoni tas-saħħa fil-politiki tagħhom jikkostitwixxu waħda mill-akbar sfidi li bħalissa qed jiffaċċja s-settur tas-saħħa Ewropew. S'issa avvanzi importanti fis-saħħa ġew irreġistrati permezz ta' politiki fis-setturi bħall-edukazzjoni, it-traffiku, in-nutrizzjoni, l-agrikoltura, ix-xogħol, jew l-ippjanar. Pereżempju, is-saħħa tal-qalb irreġistrat titjib sinifikanti permezz ta' bidliet fil-politiki u fir-regolamenti dwar il-kwalità tal-ikel, iż-żieda fl-attività fiżika u t-tnaqqis fit-tipjip. [Em. 80]

(45)  Biex jiġu massimizzati l-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali, jenħtieġ tiġi żviluppata koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ħalli tiġi implimentata l-fergħa tas-Saħħa.

(46)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni li jimplimentaw il-Ftehim biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Miri tal-Iżvilupp l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-UE tal-Unjoni u biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta’ 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni nofsana. [Em. 81]

(47)  Skont l-Artikolu 94 tad-[Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE(21)], il-persuni u l-entitatijiet stabbiliti fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (OCTs) jenħtieġ ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġetti għar-regoli u l-għanijiet tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom l-OCTs rilevanti huma marbuta. Il-programm irid jikkunsidra r-restrizzjonijiet partikolari li persuni u entitajiet stabbiliti f'dawn it-territorji qed jiffaċċjaw, sabiex ikollhom aċċess xieraq għall-elementi msemmija hawn fuq. [Em. 82]

(48)  Soġġetti għal konformità mar-regoli u r-regolamenti rilevanti, Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-koperazzjoni tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-ŻEE, li jipprovdi għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Jenħtieġ tiddaħħal dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. [Em. 83]

(49)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95(23) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(24) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (25), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ jiġu protetti b’miżuri proporzjonati skont ir-Regolament Finanzjarju u regoli applikabbli oħra, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod inkorrett, u meta xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi offiżi kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u offiżi kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni jenħtieġ tikkopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(50)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ defiċjenzi ġeneralizzati b’rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għax ir-rispett għall-istat tad-dritt hu prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(50a)   Huwa importanti li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u ġusta tal-Fond sabiex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod ċar, effettiv u faċli għall-utent possibbli, filwaqt li jiġu żgurati ċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċessibbiltà tal-parteċipanti kollha għalih. Peress li l-attivitajiet tal-FSE+ jitwettqu b'ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu lura milli jżidu regoli addizzjonali jew jemendaw ir-regoli maż-żmien, għaliex dan kieku jikkomplika l-użu tal-fondi għall-benefiċjarji u jista' joħloq dewmien fil-ħlas tal-fatturi. [Em. 84]

(51)  Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li titjieb l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol u jiġi promoss aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, jitjiebu l-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, , it-taħriġ u l-indukrar, jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u tas-saħħa s-saħħa u jonqos il-faqar kif ukoll l-azzjonijiet permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir- Regolament ma jmurx lil hinn minn huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan. [Em. 85]

(52)  Biex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa biex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE ħalli jiġu emendati u ssuplimentati l-Anness fuq l-indikaturi. Hu importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(27). B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħalma jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(53)  Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat tal-implimentazzjoni. Is-setgħat tal-implimentazzjoni b’rabta mal-mudell għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali jenħtieġ jiġu eżerċitati b’konformità mal-proċedura konsultattiva tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28) minħabba n-natura ta’ dan il-mudell,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Parti I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Il-FSE+ jikkonsisti fi tliet fergħat: il-fergħa b'ġestjoni kondiviża , il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-FSE+, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-metodi tal-implimentazzjoni, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan il-finanzjament, u jikkomplementa r-regoli ġenerali li japplikaw għall-FSE+ skont ir-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid]. [Em. 86]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “miżuri ta’ akkumpanjament” tfisser attivitajiet mogħtija flimkien mad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew ta’ assistenza materjali bażika bil-għan li tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali u jinqered il-faqar, pereżempju r-referenzjar għal servizzi soċjali u appoġġ psikoloġiku jew li tiġi provduta informazzjoni rilevanti dwar is-servizzi pubbliċi jew pariri dwar il-ġestjoni tal-baġit tal-familja, u l-għoti tagħhom;

(2)  “pajjiż assoċjat” tfisser pajjiż terz li hu parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa tal-FSE+ skont l-Artikolu 30;

(3)  “assistenza materjali bażika” tfisser oġġetti li jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuna għal ħajja dinjituża, bħal ħwejjeġ, prodotti iġjeniċi, inklużi prodotti tal-iġjene tan-nisa, u materjal tal-iskola;

(4)  “operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan il-faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkumbinaw forom ta’ appoġġ li mhux rimborżabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

(5)  “indikaturi komuni tar-riżultati immedjati” tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti fi żmien erba’ ġimgħat mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni (id-data tal-ħruġ);

(6)  “indikaturi komuni ta’ riżultati aktar fit-tul” tfisser indikaturi komuni tar-riżultati li jaqbdu l-effetti wara sitt xhur u tnax-il xhar mill-jum meta l-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni;

(7)  “spejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika” tfisser l-ispejjeż effettivi marbuta max-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika mill-benefiċjarju u mhux limitati għall-prezz tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika;

(7a)  "sħubijiet transfruntieri" fil-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tfisser strutturi permanenti ta' kooperazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-soċjetà ċivili jew is-sħab soċjali li jinsabu f'tal-inqas żewġ Stati Membri;

(8)  “riċevitur finali” tfisser l-aktar persuna jew persuni fil-bżonn li jirċievu l-appoġġ kif stabbilit fil-punt (xi) tal-Artikolu 4(1);

(9)  “kriżi tas-saħħa” tfisser kwalunkwe kriżi li ġeneralment titqies bħala theddida, li għandha dimensjoni tas-saħħa u li teħtieġ azzjoni urġenti min-naħa tal-awtoritajiet f’kundizzjonijiet ta’ inċertezza;

(10)  “entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali mil-liġi nazzjonali, mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li, meta taġixxi f’isimha stess, tista’ teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;

(11)  “mikrofinanzjament” tinkludi garanziji, mikrokreditu, ekwità u kważi ekwità, akkoppjati ma’ servizzi tal-żvilupp kummerċjali ta’ akkumpanjament bħalma huma dawk fil-forma ta’ konsulenza individwali, taħriġ u mentoraġġ, estiżi għal persuni u mikrointrapriżi li jsibu diffikultajiet biex jaċċessaw il-kreditu għall-finijiet ta’ attivitajiet professjonali u/jew li jiġġeneraw dħul;

(12)  “mikrointrapriża” tfisser intrapriża b’anqas minn 10 impjegati u b’fatturat annwali jew b’karta bilanċjali inqas minn EUR 2 000 000;

(13)  “l-aktar persuni fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn, inklużi t-tfal u l-persuni bla dar, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta’ interess, u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li jistgħu jinkludu elementi li jippermettu li jiġu mmirati l-aktar persuni fil-bżonn f’ċerti żoni ġeografiċi;

(14)  “valur ta’ referenza” tfisser valur biex jiġu stabbiliti miri għal indikaturi komuni tar-riżultati u għal indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm, li jkun ibbażat fuq interventi simili eżistenti jew preċedenti;

(15)  “intrapriża soċjali” tfisser impriża tal-ekonomija soċjali, irrispettivament mill-forma legali tagħha, jew persuna fiżika li

(a)  b’konformità mal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, l-Istatuti tagħha u xi dokument legali ieħor li jistgħu jwasslu għal responsabbiltà skont ir-regoli tal-Istat Membri fejn tkun stabbilita, ikollha bħala l-għan soċjali primarju tagħha li tikseb impatti soċjali li jistgħu jitkejlu, inkluż ambjentali, pożittivi pożittivi u li jistgħu jitkejlu minflok li tiġġenera qligħ għal finijiet oħrajn, u li tipprovdi servizzi soċjali jew oġġetti li jiġġeneraw redditu soċjali, u/jew tuża metodi tal-produzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi li jinkorporaw għanijiet soċjali;

(b)  qabelxejn tinvesti l-qligħ mill-ġdid il-biċċa l-kbira tal-qligħ tagħha biex tilħaq l-għan soċjali primarju tagħha, u jkollha proċeduri u regoli predefiniti li jkopru kwalunkwe distribuzzjoni tal-qligħ li jiżguraw li din id-distribuzzjoni ma timminax l-għan soċjali primarju;

(c)  tkun ġestita b’mod intraprenditorjali, demokratika, parteċipatorja, responsabbli u trasparenti, l-aktar b’involvimen tal-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet konċernati milquta bl-attivitajiet kummerċjali tagħha;

(15a)  "intrapriża tal-ekonomija soċjali" tfisser tipi differenti ta' intrapriżi u entitajiet li jaqgħu fi ħdan l-ekonomija soċjali, bħall-kooperattivi, l-impriżi mutwi, l-assoċjazzjonijiet, il-fondazzjonijiet, l-intrapriżi soċjali u forom oħra ta' intrapriżi rregolati bil-liġijiet tal-Istati Membri individwali u bbażati fuq il-preminenza tal-għanijiet individwali u soċjali fuq il-kapital, il-governanza demokratika, is-solidarjetà u r-reinvestiment tal-biċċa l-kbira tal-qligħ jew tas-surpluses;

(16)  "innovazzjonijiet soċjali" tfisser attivitajiet, inklużi attivitajiet kollettivi, li huma soċjali kemm għall-finijiet tagħhom kif ukoll għall-mezzi tagħhom, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' ideat ġodda (dwar prodotti, servizzi, prattiki u mudelli) li fl-istess ħin jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjali u joħolqu relazzjonijiet jew kollaborazzjonijiet soċjali ġodda, inkluż bejn il-pubbliku, l-organizzazzjonijiet tas-settur terz bħal organizzazzjonijiet volontarji u komunitarji u intrapriżi tal-ekonomija soċjali, biex b'hekk jagħmlu l-ġid fis-soċjetà u jixprunaw il-kapaċità tagħha li taġixxi;

(17)  "esperimentazzjonijiet soċjali" tfisser interventi politiċi li jagħtu rispons innovattiv għall-ħtiġijiet soċjali, implimentati fuq skala żgħira u f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-impatt tagħhom jitkejjel, qabel ma jiġu implimentati f'kuntesti oħra, inklużi dawk ġeografiċi u settorjali, jew fuq skala akbar, jekk ir-riżultati jkunu konvinċenti;

(18)  “kompetenzi ewlenin” tfisser l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġ kull individwu, f’kwalunkwe stadju ta’ ħajtu, għas-sodisfazzjoni u l-iżvilupp personali, għal impjieg, għall-inklużjoni soċjali u għal ċittadinanza attiva. Il-kompetenzi ewlenin huma: fil-litteriżmu; multilingwi; fil-matematika, fix-xjenza, fit-teknoloġija il-litteriżmu; il-multilingwiżmu; il-matematika, ix-xjenza, it-teknoloġija, l-arti u fl-inġinerija l-inġinerija; il-kompetenza; diġitali; il-kompetenza medjatika; il-kompetenza personali, u soċjali u fit-tagħlim t-tagħlim dwar kif wieħed jitgħallem; taċ-ċittadinanza; intraprenditorjali; fil-kuxjenza il-kompetenza ċivika; l-intraprenditorjalità; il-kuxjenza u l-espressjoni (inter)kulturali u l-ħsieb kritiku;.

(19)  “pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

(19a)  "gruppi żvantaġġati" tfisser gruppi mmirati b'livell għoli ta' persuni li qed jesperjenzaw jew huma f'riskju ta' faqar, diskriminazzjoni jew esklużjoni soċjali, inkluż fost oħrajn minoranzi etniċi bħar-Roma, ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi migranti, anzjani, tfal, ġenituri singoli, persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mard kroniku;

(19b)  "tagħlim tul il-ħajja" tfisser tagħlim fil-forom kollha tiegħu (tagħlim formali, mhux formali u informali) li jseħħ fl-istadji kollha tal-ħajja, inklużi edukazzjoni bikrija tat-tfal, edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja u tagħlim għall-adulti, u li jirriżulta f'titjib fl-għarfien, il-ħiliet, il-kompetenzi u l-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni fis-soċjetà;

2.  Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] għandhom japplikaw għall-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+.

2a.  Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 , japplikaw ukoll għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa fi ħdan ġestjoni diretta u indiretta. [Em. 87]

Artikolu 3

L-għanijiet ġenerali u l-metodi tal-implimentazzjoni

L-FSE+ għandu l-għan li tappoġġa jappoġġa lill-Istati Membri, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-Unjoni biex jiksbu soċjetajiet inklużivi, livelli għoljin ta’ impjiegi, protezzjoni soċjali ġusta, ta' kwalità, il-ħolqien ta' impjiegi, edukazzjoni u taħriġ inklużivi u forza tax-xogħol tas-sengħa taħriġ inklużivi u reżiljenti li tkun lesta għad-dinja futura tax-xogħol, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet ta' kwalità, opportunitajiet indaqs, il-qirda tal-faqar, inkluż il-faqar tat-tfal, inklużjoni u lntegrazzjoni soċjali li pproklamaw il-Parlament Ewropew, il-Kunsill , koeżjoni soċjali, protezzjoni soċjali ġusta, u forza tax-xogħol tas-sengħa u l-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017 reżiljenti li tkun lesta għad-dinja futura tax-xogħol.

L-FSE + għandu jkun konformi mat-Trattati tal-Unjoni Ewropea u l-Karta, u jimplimenta l-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali skont l-Artikolu 174 tat-TFUE u l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jiksbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-impenji li saru skont il-Ftehim ta' Pariġi.

L-FSE+ għandu jappoġġa, jikkumplimenta u jżid il-valur tal-politiki tal-Istati Membri li jiżguraw opportunitajiet indaqs, aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, tagħlim tul il-ħajja, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti ta' kwalità għolja, protezzjoni soċjali, integrazzjoni u inklużjoni soċjali, il-qerda tal-faqar, investiment fit-tfal u fiż-żgħażagħ, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, aċċess għas-servizzi bażiċi u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. [Em. 88]

Dan għandu jiġi implimentat:

(a)  b’ġestjoni kondiviża, għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi mal-għanijiet speċifiċi indikati fl-Artikolu 4(1) (“il-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża ”), u

(b)  b’ġestjoni diretta u indiretta għal dik il-parti mill-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u 23 (“il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali”) u għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi għall-għanijiet indikati fl-Artikoli 4(1) u (3) u 26 (“il-fergħa tas-Saħħa”).

Artikolu 4

L-għanijiet speċifiċi

1.  L-FSE+ għandu jappoġġa dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fl-oqsma ta; ta' politika tal-impjiegi, l-edukazzjoni u, il-mobbiltà, l-inklużjoni soċjali, il-qerda tal-faqar u s-saħħa u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għall-għan ta’ politika ta’ “Ewropa aktar soċjali – Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” kif stabbilit fl-Artikolu [4] taRegolament (UE) .../... [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid]:

(i)  jitjieb l-aċċess għall-impjiegi ta' kwalità u l-miżuri ta' attivazzjoni għall-persuni kollha li qed ifittxu impjieg, b'mod partikolari ż-żgħażagħ u l-persuni miżuri speċifiċi għaż-żgħażagħ, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija taż-Żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul, l-persuni inattivi il-persuni ekonomikament inattivi u l-gruppi żvantaġġati, b'fokus fuq il-persuni l-iktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol u jiġu promossi l-impjiegi l-impjieg, l-impjieg indipendenti, l-intraprenditorija u l-ekonomija soċjali;

(ii)  jiġu modernizzati l-istituzzjonijiet u s-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħtiġijiet fil-ħiliet u jkunu żgurati assistenza u appoġġ fil-ħin u personalizzati għal tqabbil, tranżizzjonijiet u mobbiltà fis-suq tax-xogħol;

(iii)  jitħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-avvanz tal-karriera tan-nisa, jiġu promossi l-prinċipju ta' paga ugwali għall-istess xogħol, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, b'enfasi partikolari fuq il-ġenituri singoli, inkluż l-aċċess għall-indukrar tat-tfal inklużiv, ta' kwalità u għal but ta' kulħadd, l-edukazzjoni bikrija tat-tfal, il-kura tal-anzjani u servizzi oħra ta' kura u appoġġ; u ambjent tax-xogħol san u adattat sew li jindirizza r-riskji tas-saħħa u tal-mard, l-adattament tal-ħaddiema, tar-riorjentazzjoni professjonali, tal-intrapriżi u tal-intraprendituri għall-bidla, u t-tixjiħ san u attiv;

(iv)  jitjiebu l-kwalità, l-aċċessibbiltà l-inklużività, l-effikaċja u r-rilevanza fis-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ħalli jappoġġaw il-kisba tal-kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet intraprenditorjali u diġitali u jiġi rikonoxxut t-tagħlim mhux formali u informali, ħalli tiġi promossa l-inklużjoni diġitali u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mill-istudju għas-sejbien ta' impjieg, ħalli jiġu riflessi r-rekwiżiti soċjali u ekonomiċi;

(v)  jiġu promossi l-aċċess ugwali għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja, għal but ta' kulħadd u inklużivi, u t-tlestija tagħhom, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati u l-persuni li jipprovdu kura, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tul l-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali sal-livell terzjarju, kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, inkluż li jiġi indirizzat it-tluq bikri mill-iskola, tiġi faċilitata l-mobbiltà promossa l-introduzzjoni ta' sistemi ta' taħriġ doppju, apprendistati, il-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd u l-aċċessibbiltàgħall-persuni b'diżabbiltà;

(vi)  jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja, notevolment opportunitajiet flessibbli ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd filwaqt li jitqiesu l-ħiliet intraprenditorjali u diġitali, jiġu antiċipati aħjar it-tibdil u l-ħtiġijiet il-ġodda fil-ħiliet abbażi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet tal-karrieri u tiġi promossa jiġu promossi l-mobbiltà professjonali u l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;

(vii)  titrawwem l-inklużjoni attiva ħalli jiġu promossi opportunitajiet l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u parteċipazzjoni l-parteċipazzjoni ttiva, u titjieb tittejjeb l-impjegabbiltà, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati;

(viii)  titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika fit-tul taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u tal-persuni minn komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma u tal-persuni, inklużi l-migranti;

(viiia)  tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra l-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma u titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom;

(ix)  jitjieb l-aċċess ugwali u fil-ħin għal servizzi ta’ kwalità, sostenibbli, aċċessibbli u affordabbli, inklużi servizzi għall-aċċess għall-akkomadazzjoni u kura tas-saħħa ċċentrata fuq il-persuna u kura relatata; jiġu modernizzati s-sistemi modernizzat l-istituzzjonijiet tas-sigurtà, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-sistemi tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali, inkluż u jiġi promoss l-aċċess għall-protezzjoni soċjali ugwali, b'enfasi partikolari fuq it-tfal u l-gruppi żvantaġġati u l-persuni l-aktar fil-bżonn; jitjiebu l-aċċessibbiltà, anki għall-persuni b'diżabbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi tal-kura fit-tul;

(ixa)  tiżdied l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità bil-għan li tittejjeb l-inklużjoni tagħhom fl-impjieg, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ;

(x)  tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali tal-persuni fir-riskju tal-faqar li qed jesperjenzaw faqar u/jew l-esklużjoni esklużjoni soċjali, inkluż jew jinsabu f'riskju ta' dan, inklużi l-aktar persuni fil-bżonn u t-tfal;

(xi)  tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali permezz ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn, inkluż miżuri ta’ akkumpanjament, bl-għan li tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali tagħhom b'enfasi fuq it-tfal f'sitwazzjonijiet vulnerabbli.

2.  Bl-azzjonijiet implimentati permezz tal-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1, l-FSE+ għandu l-għan li jikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet l-oħra għal għanijiet oħra ta’ politika msemmija fl-Artikolu [4] tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid], b’mod partikolari dawk marbuta ma’:

1.  Ewropa aktar intelliġenti bl-iżvilupp ta’ ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, ħiliet għal teknoloġiji abilitanti essenzjali, tranżizzjoni industrijali, koperazzjoni kooperazzjoni settorjali b’rabta mal-ħiliet u l-intraprenditorjali, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta’ netwerking u sħubijiet bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali u edukattiv (VET), iċ-ċentri tar-riċerka u t-teknoloġija, iċ-ċentri mediċi u tal-kura tas-saħħa u l-intrapriżi u l-gruppi, l-appoġġ għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u medji u l-ekonomija soċjali ilwaqt li jitqiesu l-liġijiet u l-oqsfa tal-ekonomija soċjali stabbiliti fl-Istati Membri;

2.  Ewropa aktar ekoloġika, b'sistemi aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ li hemm bżonn għall-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, sensibilizzazzjoni fost il-popolazzjoni dwar żvilupp u stili ta' ħajja sostenibbli, it-titjib tal-ħiliet għal kulħadd, inkluż tal-forza tax-xogħol, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'setturi relatati mal-ambjent, il-klima u l-enerġija, u l-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija;

2a.  Unjoni eqreb lejn iċ-ċittadini permezz ta' miżuri favur it-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet taż-żoni urbani, rurali u kostali bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi fil-bliet u r-reġjuni.

2b.  fil-qafas tat-Taqsima tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali, l-FSE + għandu jappoġġa l-iżvilupp, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrumenti, il-politiki u l-liġi rilevanti tal-Unjoni u jippromwovi t-tfassil ta' politika bbażata fuq l-evidenza, l-innovazzjoni soċjali u l-progress soċjali fi sħubija mas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-korpi pubbliċi u privati (objettiv speċifiku 1); għandu jippromwovi l-mobbiltà ġeografika volontarja tal-ħaddiema fuq bażi ġusta u jagħti spinta lill-opportunitajiet ta' impjieg (l-objettiv speċifiku 2); għandu jippromwovi l-impjieg u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mikrofinanzjament għall-intrapriżi mikro u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, b'mod partikolari għal persuni vulnerabbli (objettiv speċifiku 3);

3.  Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, l-FSE+ għandu jappoġġa l-promozzjoni jikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-prevenzjoni ta' prevenzjoni tal-mard, anki permezz tal-promozzjoni tal-attività fiżika u tal-edukazzjoni dwar is-saħħa, jikkontribwixxi għall-effikaċja, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, jagħmel il-kura tas-saħħa aktar sikura, inaqqas l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, u jħares iżid l-istennija ta' tul tal-ħajja fit-twelid, iħares liċ-ċittadini mit-theddid transfruntier tas-saħħa, irawwem il-prevenzjoni tal-mard u d-djanjożi bikrija, u l-promozzjoni tas-saħħa tul il-ħajja kif ukoll isaħħaħ u jappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar relatata mas-saħħa, anki fil-qasam tas-saħħa ambjentali, u jrawwem is-Saħħa fil-politiki kollha tal-unjoni. Il-politika tas-saħħa tal-Unjoni għandha tkun iggwidata mill-SDGs sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni u l-Istati Membri jilħqu l-objettiv tal-SDG 3 "Jiġu żgurati ħajjiet f'saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f'kull età". [Em. 89]

Artikolu 5

Baġit

1.  Il-pakkett finanzjarju totali għall-FSE+ tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 101 174 000 000 EUR 106 781 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 120 457 000 000 bi prezzijiet attwali.

2.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ skont il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir għandha tkun EUR 100 000 000 000 bi prezzijiet attwali jew EUR 88 646 194 590 bi prezzijiet tal-2018 EUR 105 686 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 119 222 000 000 f'prezzijiet attwali) li EUR 200 000 000 minnhom bi prezzijiet attwali jew EUR 175 000 000 minnhom bi prezzijiet tal-2018 għandhom jiġu allokati għall-koperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi kif imsemmi fl-Artikolu 23(i) , EUR 5 900 000 000 għandhom jiġu allokati għall-miżuri li jidħlu fil-Garanzija Ewropea għat-Tfal imsemmija fl-Artikolu 10a, u EUR 400 000 000 bi prezzijiet attwali jew EUR 376 928 934 bi prezzijiet tal-2018 bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994.

3.  Il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u għall-fergħa tas-Saħħa tul il-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 174 000 000 EUR 1 095 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 234 000 000 bi prezzijiet attwali.

4.  Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tkun:

(a)  EUR 761 000 000 EUR 675 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 761 000 000 bi prezzijiet attwali) għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali;

(b)  EUR 413 000 000 EUR 420 000 000 bi prezzijiet tal-2018 (EUR 473 000 000 bi prezzijiet attwali; jew 0,36 % tal-QFP 2021-2027) għall-implimentazzjoni tal-fergħa tas-Saħħa.

5.  L-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 u 4 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programmi, bħall-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni. [Em. 90]

Artikolu 6

Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa is-sessi u opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni

1.  Il-programmi kollha implimenati permezz tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, implimentati fl-ambitu tal-FSE+ għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-operazzjonijiet appoġġati permezz tal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn l-irġiel l-evalwazzjoni tagħhom. Huma għandhom jappoġġaw ukoll azzjonijiet speċifiċi mmirati biex iżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja tax-xogħol u n-nies matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. Għandhom l-iżvilupp professjonali tagħhom kif ukoll il-konċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja personali, jippromwovu wkoll opportunitajiet l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, ta' sess, ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, l-età ta' diżabbiltà jew ta' kundizzjoni ta' saħħa, età jew l-orjentazzjoni orjentazzjoni sesswali, inkluża l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà anki f'termini tal-ICT, matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom, u b'hekk tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali u jitnaqqsu l-inugwaljanzi.

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw ukoll azzjonijiet immirati speċifiċi li jippromwovu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 f’xi wieħed mill-għanijiet tal-FSE+, inkluż it-tranżizzjoni minn kura residenzjali/istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fuq il-komunità u t-titjieb tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà. [Em. 91]

Parti II

Implimentazzjoni permezz tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet komuni dwar il-programmazzjoni

Artikolu 7

Konsistenza u konċentrazzjoni tematika

1.  L-Istati Membri għandhom jikkonċentraw ir-riżorsi tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fuq interventi li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom, fis-Semestru Ewropew kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b’konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u mal-Artikolu 148(4) tat-TFUE, u jqisu l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali skont is-Semestru Ewropew u speċifiċitajiet reġjonali u b'hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-TFUE fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jkunu konformi b'mod sħsiħ tal-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni, kumplimentarjetà u koerenza bejn l-FSE+ u fondi, programmi u strumenti oħra tal-Unjoni bħal Erasmus, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, InvestEU, l-Ewropa Kreattiva, l-Istrument tad-Drittijiet u l-Valuri, l-Erasmus, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil l-Asil, il-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom ta' wara l-2020 u l-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni. L-Istati Membri u, meta xieraq, il-Kummissjoni, għandhom itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tkun żgurata l-koperazzjoni mill-qrib bejn dawk l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni responsabbli għall-implimentazzjoni, biex jagħmu jagħmlu approċċi integrati u azzjonijiet ta’ appoġġ koerenti u ssimplifikati.

2.  L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati b’konformità mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-Artikolu 148(4) tat-TFUE u fis-Semestru Ewropew li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+ kif stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-anqas 25 % 27% tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-għanijiet speċifiċi fil-qasam tal-politika tal-inklużjoni soċjali stabbiliti fil-punti (vii) u (xi) (x) tal-Artikolu 4(1), inkluż il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi.

3a.  Fil-qafas ta;l-objettivi speċifiċi tal-qasam ta' politika tal-inklużjoni soċjali stabbiliti fil-punti (vii) sa (x) tal-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża biex jimplimentaw il-Garanzija Ewropea għat-Tfal ħalli jgħin sabiex it-tfal jingħataw aċċess ugwali għal kura tas-saħħa, edukazzjoni u indukrar bla ħlas, akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata.

4.  Minbarra l-allokazzjoni minima ta' mill-inqas 27 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (vii) sa (x) tal-Artikolu 4(1), l-Istati L-Istati Membri għandhom jallokaw tal-anqas 2 % 3 %tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-għan għall-objettiv speċifiku li jindirizza l-privazzjoni tiġi indirizzata l-inklużjoni soċjali tal-aktar persuni fil-bżonn u/jew il-privazzjoni materjali stabbilit fil-punt fil-punti (x) u (xi) tal-Artikolu 4(1).

F’każijiet ġustifikati kif xieraq, ir-riżorsi allokati għall-għan speċifiku stabbilit fil-punt (x) tal-Artikolu 4(1) u mmirat għall-aktar persuni fil-bżonn jistgħu jiġu kkunsidrati waqt il-verifika tal-konformità mal-allokazzjoni minima ta’ mill-inqas 2 % stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta# dan il-paragrafu.

5.  L-Istati Membri li għandhom rata taż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni, jew it-taħriġ li taqbeż il-medja tal-Unjoni fl-2019, abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 10 % 3% tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għas-snin 2021 sa 2025 għal azzjonijiet immirati u riformi strutturali li jappoġġaw l-impjiegi taż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ, u l-edukazzjoni kumpensatorja, b’mod partikolari fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

L-Istati Membri li għandhom rata ta' żgħażagħ bejn il-15-il sena u d-29 sena li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) 'l fuq mill-medja tal-Unjoni fl-2019 jew fejn ir-rata tan-NEET hija 'l fuq minn 15 % abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE + b'ġestjoni kondiviża għas-snin 2021 sa 2025 fil-perjodu ta' programmazzjoni għall-azzjonijiet imsemmija hawn fuq u għal miżuri ta' riforma strutturali, filwaqt li jagħti attenzjoni speċjali lil dawk ir-reġjuni aktar affettwati billi jitqiesu d-diverġenzi li jeżistu bejniethom.

Meta jipprogrammaw ir-riżorsi tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għall-2026 u l-2027 f’nofs it-terminu skont l-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid], l-Istati Membri li għandhom rata taż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-taħriġ li taqbeż il-medja tal-Unjoni fl-2024, jew fejn ir-rata tan-NEET hija 'l fuq minn 15 % abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 10 % 15 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għas-snin 2026 sa 2027 għal dawn l-azzjonijiet jew għal miżuri ta' riforma strutturali.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel fit-tieni u fit-tieni fit-tielet subparagrafi għandhom jallokaw mill-inqas 15 % tar-riżorsi tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ fil-programmi tagħhom għall-azzjonijiet immirati stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Din l-allokazzjoni għandha titqies fil-verifika tal-konformità mal-persentaġġ minimu fil-livell nazzjonali stabbilit fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. Dik l-allokazzjoni ma għandhiex tissostitwixxi l-finanzjament meħtieġ għall-infrastruttura u l-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Meta jimplimentaw dawn l-azzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità liż-żgħażagħ inattivi u qiegħda fit-tul u jistabbilixxu miżuri mmirati ta’ kuntatt.

6.  Il-paragrafi 2 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika li jirċievu r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994.

7.  Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza teknika. [Em. 92]

Artikolu 7a

Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali

Fl-implimentazzjoni tal-fondi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta.

Kwalunkwe spiża li ssir għal xi azzjoni li ma tkunx konformi mal-Karta ma għandhiex tkun eliġibbli skont l- [Artikolu 58(2)] tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] u r-Regolament Delegat (UE) Nru 240/2014. [Em. 93]

Artikolu 8

Sħubija

1.  Kull F'konformità mal-[Artikolu 6] tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] u mar-Regolament Delegat (UE) Nru 240/2014, kull Stat Membru għandu jiżgura parteċipazzjoni xierqa ta’ sħab soċjali u, fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali , parteċipazzjoni sinifikanti tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-twettiq, il-korpi tal-ugwaljanza, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet rilevanti jew rappreżentattivi oħra fl-ipprogrammar u t-twettiq tal-politiki tal-impjiegi, l-edukazzjoni, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni soċjali u inizjattivi appoġġati mill-fergħa b’ġestjoni tal-FSE + b'ġestjoni kondiviża tal-FSE+. Tali parteċipazzjoni sinifikanti għandha tkun inklużiva u aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

2.  L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq ta’ riżorsi b’ġestjoni kondiviża tal-inqas 2 % tar-riżorsi tal-FSE+ f’kull programm tat-tiswir b'ġestjoni kondiviża għat-tiswir tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni fl-għamla ta' taħriġ, miżuri ta' netwerking, u tisħiħ tad-djalogu soċjali, u għal attivitajiet imwettqa b'mod konġunt mis-sħab soċjali. [Em. 94]

Artikolu 9

Nindirizzaw il-privazzjoni materjali

Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(4) li jirrigwardaw l-inklużjoni soċjali ta' dawk l-aktar fil-bżonn u jew il-provazzjoni materjali għandhom jiġu pprogrammati fi prijorità jew programm apposta speċifiċi. Ir-rata ta' kofinanzjament għal tali prijorità jew programm hija stabbilita għal, tal-inqas, 85 %. [Em. 95]

Artikolu 10

Appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ

L-appoġġ skont l-Artikolu 7(5) għandu jiġi pprogrammat fi prijorità apposta jew programm speċifiċi u din għandha tappoġġa l-għan speċifiku stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 4(1). [Em. 96]

Artikolu 10a

Appoġġ lill-Garanzija Ewropea għat-Tfal

F'konformità mal-Artikolu 7(3a), għandu jiġi pprogrammat appoġġ, fil-qafas ta' prijorità jew programm speċifiċi, li jirrifletti r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-2013 dwar l-investiment fit-tfal; Dan għandu jappoġġa l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal fil-kuntest tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (vii) sa (x) tal-Artikolu 4(1). [Em. 97]

Artikolu 11

Appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi

L-azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi u fis-Semestru Ewropew imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom jiġu pprogrammati fi prijorità apposta waħda jew bostafl-ambitu ta' kwalunkwe objettiv speċifiku msemmi fl-artikolu 4(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-komplementarjetà, il-koerenza, il-koordinazzjoni u s-sinerġiji mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Għandha tiġi żgurata biżżejjed flessibbiltà fil-livell tal-Awtorità ta' Ġestjoni biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u l-oqsma għall-investimenti tal-FSE+ bi qbil mal-isfidi lokali u reġjonali speċifiċi. [Em. 98]

Artikolu 11a

Żvilupp territorjali integrat

1.  L-FSE+ jista' jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-[Artikolu 4(2)] tar-Regolament (UE) .../... [is-CPR il-ġdid] bi qbil mal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FSE+, esklussivament permezz tal-formoli msemmija fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) .../... [is-CPR il-ġdid]. [Em. 99]

Artikolu 11b

Kooperazzjoni transnazzjonali

1.  L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw azzjonijiet ta' kooperazzjoni transnazzjonali fil-qafas ta' prijorità speċifika.

2.  Azzjonijiet ta' kooperazzjoni transnazzjonali jistgħu jiġu pprogrammati fi ħdan kwalunkwe wieħed mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1).

3.  Ir-rata ta' kofinanzjament massima għal din il-prijorità tista' tizdied għall-90 % għall-allokazzjoni ta' massimu ta' 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża għal dawn il-prijoritajiet. [Em. 100]

Kapitolu II

Appoġġ ġenerali permezz tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+

Artikolu 12

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1) meta jiġi implimentat b’ġestjoni kondiviża (“l-appoġġ ġenerali permezz tal-fergħa b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+”). Barra minn hekk, l-Artikolu 13 japplika wkoll għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punt (xi) tal-Artikolu 4(1). [Em. 101]

Artikolu 13

Azzjonijiet soċjali innovattivi

1.  L-Istati Membri għandhom jappoġġaw azzjonijiet ta’ innovazzjoni soċjali u/jew esperimentazzjonijiet soċjali, jew isaħħu inklużi dawk b'komponent soċjokulturali, bl-użu ta' approċċi minn isfel għal fuq ibbażati fuq sħubijiet li jinvolvu awtoritajiet l-awtoritajiet pubbliċi, is-sħab soċjali, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, is-settur privat u s-soċjetà ċivili bħall-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali li jfasslu u jimplimentaw strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità.

1a.  L-Istati Membri għandhom jidentifikaw, fil-programmi operazzjonali tagħhom jew fi stadju aktar tard matul l-implimentazzjoni, l-oqsma għall-innovazzjoni soċjali u l-esperimentazzjonijiet soċjali li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw it-titjib ta’ approċċi innovattivi ttestjati fuq skala żgħira ((innovazzjoni soċjali u esperimentazzjonijiet soċjali, inklużi dwak b'komponent soċjokulturali) żviluppati permezz tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u ta’ programmi oħra tal-Unjoni.

3.  Azzjonijiet u approċċi innovattivi jistgħu jiġu pprogrammati f’xi wieħed mill-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punti (i) sa (x) tal-Artikolu fl-Artikolu 4(1).

4.  Kull Stat Membru għandu jiddedika mill-inqas prijorità waħda għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 jew 2 jew tat-tnejn. Ir-rata ta’ kofinanzjament massima għal dawn il-prijoritajiet tista’ tiġi miżjuda għall-95 % għall-allokazzjoni ta’ massimu ta’ 5 % tal-allokazzjoni nazzjonali b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għal dawn il-prijoritajietb'ġestjoni kondiviża. [Em. 102]

Artikolu 14

Eliġibbiltà

1.  Minbarra l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu [58] tar-Regolament (UE) .../... [is-CPR il-ġdid], l-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli għall-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+:

(a)  ix-xiri ta’ art u proprjetà immobbli, u l-forniment x-xiri ta’ infrastruttura, u

(b)  ix-xiri ta’ għamara, tagħmir u vetturi għajr meta x-xiri jkun assolutament meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-operazzjoni, jew dawn l-oġġetti jiġu deprezzati għalkollox, jew ix-xiri ta’ dawn l-oġġetti jkun l-aktar alternattiva ekonomika.

2.  Il-kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta’ għotjiet jew salarji żburżati minn parti terza għall-benefiċċju tal-parteċipanti f’operazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, diment li dawn il-kontribuzzjonijiet in natura jiġġarrbu skont ir-regoli nazzjonali, inkluż ir-regoli tal-kontabbiltà, u ma jaqbżux l-ispiża mġarrba mill-parti terza.

3.  L-allokazzjoni addizzjonali speċifika li rċivew ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell tan-NUTS 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994 għandha tintuża biex tappoġġa l-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.

4.  L-ispejjeż diretti tal-persunal għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, diment li l-livell. Jekk japplika ftehim kollettiv, dawn għandhom jiġu determinati skont dak il-ftehim. Jekk ma jkun japplika l-ebda ftehim kollettiv, il-livell tagħhom ma jkunx iżjed għandux ikun ogħla minn 100% tar-remunerazzjoni abitwali għall-professjoni kkonċernata jew l-għarfien espert speċifiku kkonċernat fl-Istat Membru jew fir-reġjun kif turi d-data muri mill-ġustifikazzjoni dokumentata rilevanti pprovduta mill-Awtorità ta' Ġestjoni rispettiva u/jew mid-data tal-Eurostat. [Em. 103]

Artikolu 15

Indikaturi u rappurtar

1.  Il-programmi li jibbenefikaw mill-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+ għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness I jew l-Anness IIa għall-azzjonijiet li jirrigwardaw l-inklużjoni soċjali tal-aktar nies fil-bżonn fil-punt (x) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament biex jiġi sorveljat il-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi u indikaturi speċifiċi għall-azzjonijiet.

2.  Il-linja bażi għall-indikaturi komuni tal-outputs u dawk speċifiċi għal kull programm għandha tiġi ffissata bħala żero. Meta rilevanti għan-natura tal-operazzjonijiet appoġġati, it-tappi kwantifikati kumulattivi u l-valuri ta’ mira għal dawk l-indikaturi għandhom jiġu ffissati f’numri assoluti. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi tal-outputs għandhom jiġu espressi f’numri assoluti.

3.  Il-valur ta’ referenza tal-indikaturi komuni tal-output u ta’ dawk speċifiċi għal kull programm li għalihom ġew stabbiliti tappi kwantifikati kumulattivi għall-2024 u valuri ta’ mira għall-2029, għandu jiġi ffissat skont l-aħħar data disponibbli jew sorsi rilevanti oħra tal-informazzjoni. Il-miri tal-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu ffissati f’numri assoluti jew bħala persentaġġ. L-indikaturi tar-riżultati speċifiċi għal kull programm u l-miri relatati jistgħu jiġu espressi f’termini kwantitattivi jew kwalitattivi. Il-valuri rrappurtati għall-indikaturi komuni tar-riżultati għandhom jiġu espressi f’numri assoluti.

4.  Id-data dwar l-indikaturi għall-parteċipanti għandha tintbagħat biss meta tkun disponibbli d-data kollha mitluba fil-punt (1a) tal-Anness I relatata ma’ dak il-parteċipant.

4a.  Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq is-sessi biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi FSE + fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tkun diżaggregata skont is-sess.

5.  Meta d-data tkun disponibbli fir-reġistri jew f’sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom jistgħu jippermettu li l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u korpi oħra fdati bil-ġbir tad-data meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-appoġġ ġenerali tal-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża tal-FSE+, jiksbu din id-data mir-reġistri tad-data jew minn sorsi ekwivalenti, b’konformità mal-punti (c) u (e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679,

6.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness I u l-Anness IIa, meta jitqies meħtieġ, biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. [Em. 104]

Kapitolu III

Appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali

Artikolu 16

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ tal-FSE+ skont il-punt (xi) tal-Artikolu 4(1).

Artikolu 17

Prinċipji

1.  L-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali jista’ jintuża biss biex jappoġġa t-tqassim tal-ikel u l-prodotti konformi mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur.

2.  L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika skont kriterji oġġettivi relatati mal-ħtiġijiet tal-aktar persuni fil-bżonn. Il-kriterji tal-għażla għall-prodotti alimentari, u meta xieraq għall-oġġetti, għandhom iqisu wkoll aspetti klimatiċi u ambjentali, b’mod partikolari ħalli jonqos il-ħela tal-ikel u l-plastik li jintuża darba biss. Meta xieraq, l-għażla tat-tip ta’ prodotti alimentari li jridu jitqassmu għandha ssir wara li jitqies il-kontribut tagħhom għal dieta bilanċjata tal-aktar persuni fil-bżonn.

L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika jistgħu jingħataw direttament lill-aktar persuni fil-bżonn jew indirettament permezz ta’ vawċers jew kards, diment li dawn jissarrfu biss f’ikel u/jew assistenza materjali bażika kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) u ma jkunux qed jissostitwixxu xi benefiċċju soċjali eżistenti.

L-ikel mogħti lill-aktar persuni fil-bżonn jista’ jinkiseb mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ tal-prodotti li jkun sar disponiment minnhom skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29), diment li din tkun l-aktar alternattiva favorevoli mil-lat ekonomiku u ma ddewwimx bla bżonn it-twassil tal-prodotti alimentari lill-aktar persuni fil-bżonn.

Kull ammont derivat minn din it-tranżazzjoni għandu jintuża għall-benefiċċju tal-aktar persuni fil-bżonn, b’żieda mal-ammonti diġà disponibbli għall-programm.

3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali tkun tirrispetta d-dinjità u tevita l-istigmatizzazzjoni tal-aktar persuni fil-bżonn.

4.  It-twassil tal-ikel u/jew assistenza materjali jista’ għandu jiġi kkumplimentat kkomplementat b’riorjentazzjoni lejn servizzi kompetenti u miżuri ta’ akkumpanjament oħra mmirati lejn l-inklużjoni soċjali tal-aktar persuni fil-bżonn. [Em. 105]

Artikolu 18

Il-kontenut tal-prijorità

Prijorità b’rabta mal-appoġġ skont il-punt (xi) tal-Artikolu 4(1) għandha tistabbilixxi:

(a)  it-tip ta’ appoġġ;

(b)  il-gruppi ewlenin fil-mira;

(c)  deskrizzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali jew reġjonali.

F’każ ta’ programmi limitati għal dan it-tip ta’ appoġġ u l-assistenza teknika relatata, il-prijorità għandha tinkludi wkoll il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet.

Artikolu 19

Eliġibbiltà tal-operazzjonijiet

1.  L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika mogħtija lill-aktar persuni fil-bżonn jistgħu jinxtraw mill-benefiċjarju jew f’ismu, jew isiru disponibbli bla ħlas għall-benefiċjarju.

2.  L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika għandhom jitqassmu bla ħlas lill-aktar persuni fil-bżonn.

Artikolu 20

Eliġibbiltà tan-nefqa

1.  L-ispejjeż eliġibbli għall-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza l-privazzjoni materjali għandhom ikunu:

(a)  l-ispejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika, inkluż l-ispejjeż relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lir-riċevituri finali;

(b)  meta l-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jqassmuhom lir-riċevituri finali ma jkunx kopert bil-punt (a), l-ispejjeż imġarrba mill-korp tal-akkwisti relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lejn l-imħażen u/jew għand il-benefiċjarji u l-ispejjeż tal-ħażna b’rata fissa ta’ 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) jew, f’każijiet ġustifikati kif xieraq, l-ispejjeż effettivament imġarrba u mħallsa;

(c)  l-ispejjeż amministrattivi, tal-ġarr u tal-ħażna li jġarrbu l-benefiċjarji involuti fit-tqassim tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a); jew 5 % tal-ispejjeż tal-valur tal-prodotti alimentari li jkun sar disponiment minnhom b’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(d)  l-ispejjeż għall-ġbir, il-ġarr, il-ħażna u t-tqassim ta’ donazzjonijiet tal-ikel u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni direttament relatati;

(e)  l-ispejjeż tal-miżuri ta’ akkumpanjament imwettqa mill-benefiċjarji jew f’isimhom u ddikjarati mill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-aktar persuni fil-bżonn b’rata fissa ta’ 5 % 5,5% tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a).

2.  It-tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 minħabba nuqqas ta’ konformità mal-liġi applikabbli mill-korp responsabbli għax-xiri tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika, ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1.

3.  L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:

(a)  l-imgħax fuq id-dejn;

(b)  il-forniment ix-xiri ta’ infrastruttura;

(c)  l-ispejjeż ta’ oġġetti użati (second-hand) ta' kwalità inferjuri. [Em. 106]

Artikolu 21

Indikaturi u rappurtar

1.  Il-prijoritajiet li jindirizzaw il-privazzjoni materjali għandhom jużaw indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex isegwu l-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.

2.  Għandhom jiġu stabbiliti l-valuri ta’ referenza għall-indikaturi komuni tar-riżultati u għal dawk speċifiċi għal kull programm. Ir-rekwiżiti tar-rappurtar għandhom jinżammu sempliċi kemm jista' jkun.

3.  Sat-30 ta' Ġunju 2025 u sat-30 ta' Ġunju 2028, l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-istħarriġ anonimu strutturat dwar ir-riċevituri finali mwettaq tul is-sena preċedenti, filwaqt jiffukaw ukoll fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom u n-natura tad-deprivazzjoni materjali tagħhom. Dan l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq il-mudell li għandha tistabbilixxi l-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell li għandu jintuża għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri finali skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

5.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 38 biex temenda l-indikaturi fl-Anness II meta jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. [Em. 107]

Artikolu 22

Awditu

L-awditjar tal-operazzjonijiet jista’ jkopri l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tagħhom u l-livelli kollha tal-katina tad-distribuzzjoni, għajr biss għall-kontroll tar-riċevituri finali, diment li valutazzjoni tar-riskju ma tistabbilixxix riskju speċifiku ta’ irregolarità jew frodi. L-awditjar tal-operazzjonijiet għandu jinkludi aktar kontrolli fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni sabiex fil-każ ta' riskju ta' frodi l-fondi jkunu jistgħu jiġu ridiretti lejn proġetti oħra. [Em. 108]

Parti III

Implimentazzjoni b’ġestjoni diretta u indiretta

Kapitolu I

Regoli speċifiċi għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali

Taqsima I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 23

Għanijiet operazzjonali

Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandha l-għanijiet operazzjonali li:

(a)  tiżviluppa għarfien analitiku komparattiv ta’ kwalità għolja ħalli jkun żgurat li l-politiki intiżi biex jilħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Arikolu 4 ikunu fl-Artikolu 4 jkunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet fil-pajjiżi assoċjati;

(b)  tiffaċilita skambju effettiv u inklużiv tal-informazzjoni, tagħlim reċiproku, evalwazzjonijiet bejn il-pari u djalogu fuq il-politiki fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 biex il-pajjiżi assoċjati jingħataw l-għajnuna ħalli jieħdu l-miżuri ta’ politika xierqa;

(c)  tappoġġa l-esperimentazzjonijiet soċjali fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u ssawwar il-kapaċità tal-partijiet konċernati biex iħejju, ifasslu u jimplimentaw, jittrasferixxu jew itejbu l-innovazzjonijiet ittestjati tal-politika soċjali b'enfasi speċjali fuq il-promozzjoni tat-tkabbir ta' proġetti lokali żviluppati mill-bliet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi soċjoekonomiċi fil-qasam tal-akkoljenza u l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;

(d)  tiżviluppa u tagħti servizzi speċifiċi ta' appoġġ lil dawk li jħaddmu u lil persuni li qed ifittxu impjieg ħalli jiġu żviluppati swieq tax-xogħol Ewropej integrati, li jvarjaw mit-tħejjija ta' qabel ir-reklutaġġ sal-għajnuna għal wara l-kollokament f'impjieg biex jimtlew postijiet battala f'ċerti setturi, professjonijiet, pajjiżi, reġjuni tal-fruntiera jew għal gruppi partikolari (eż. il-persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli);

(da)  tappoġġa s-sħubijiet transfruntieri bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali biex tippromwovi suq tax-xogħol transfruntier u mobbiltà transfruntiera b'kundizzjonijiet adegwati;

(db)  tappoġġa l-provvista ta' servizzi EURES għar-reklutaġġ u l-kollokament ta' ħaddiema f' impjieg ta' kwalità u sostenibbli permezz tal-ikklerjar ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, anke permezz ta' sħubijiet transfruntieri;

(dc)  tiffaċilita l-mobbiltà ġeografika volontarja ta' ħaddiema b'kundizzjonijiet soċjali adegwati u żżid l-opportunitajiet ta' impjieg permezz tal-iżvilupp ta' swieq tax-xogħol ta' kwalità għolja u inklużivi fl-Unjoni, li jkunu miftuħa u aċċessibbli għal kulħadd, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-ħaddiema fl-Unjoni kollha;

(e)  tagħti appoġġ għall-iżvilupp tal-ekosistema tas-suq relatata mal-provvista ta' mikrofinanzjament, kif ukoll id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tagħha għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-persuni vulnerabbli fil-fażijiet tal-bidu u tal-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari lil dawk li jħaddmu persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli inklużi l-gruppi żvantaġġati;

(f)  tiżviluppa netwerking fil-livell tal-UE u d-djalogu mal-partijiet konċernati rilevanti u bejniethom fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4 u tagħti kontribut biex tissawwar il-kapaċità istituzzjonali ta’ dawn il-partijiet tal-partijiet konċernati involuti, inkluż is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi (PES), l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, is-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u l-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u lill-intrapriżi tal-ekonomija lill-ekonomija soċjali;

(g)  issostni l-iżvilupp ta’ intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-formazzjoni ta’ suq tal-investiment soċjali, filwaqt li tiffaċilita l-interazzjonijiet pubbliċi u privati u l-parteċipazzjoni tal-fondazzjonijiet u tal-atturi filantropiċi f’dak is-suq;

(h)  tipprovdi gwida għall-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali (inkluż djar, edukazzjoni u indukrar bikrija tat-tfal, kura tal-anzjani, rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u tranżizzjoni mis-servizzi istituzzjonali għal dawk ibbażati fil-familja u l-komunità, inklużi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, indukrar tat-tfal, edukazzjoni u taħriġ, kura tas-saħħa u kura fit-tul) li hemm bżonn għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

(i)  tappoġġa l-koperazzjoni transfruntiera biex tħaffef it-trasferiment ta’ soluzzjonijiet innovattivi u tiffaċilità l-iskalar tiffaċilita t-tisħiħ tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-faqar, l-impjiegi, il-ħiliet u l-inklużjoni soċjali, madwar l-Ewropa; [Em. 109]

(j)  tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ standards soċjali u tax-xogħol internazzjonali rilevanti fil-kuntest tal-isfruttar għaqli tal-globalizzazzjoni u d-dimensjoni esterna tal-politiki tal-Unjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 23a

Konċentrazzjoni tematika u finanzjament

Il-parti tal-pakkett finanzjarju tal-FSE+ għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali msemmija fl-Artikolu 5(4)(a) għandha tiġi allokata fuq il-perjodu kollu għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(2b) skont dawn il-perċentwali indikattivi li ġejjin:

(a)  55 % għall-għan speċifiku 1;

(b)  18% għall-għan speċifiku 2;

(c)  18% għall-għan speċifiku 3. [Em. 110]

Taqsima II

Eliġibbiltà

Artikolu 24

Azzjonijiet eliġibbli

1.  Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4.

2.  Il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tista’ tappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)  Attivitajiet analitiċi, inkluż b’rabta ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari:

(i)  stħarriġiet, studji, data statistika, metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, mikrosimulazzjonijiet, indikaturi, appoġġ għal osservatorji u punti ta’ riferiment fil-livell Ewropew;

(ii)  esperimentazzjonijiet soċjali li jevalwaw l-innovazzjonijiet soċjali;

(iii)  monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;

(b)  L-implimentazzjoni tal-politiki, b’mod partikolari:

(i)  sħubijiet transfruntieri u servizzi ta’ appoġġ f’reġjuni transfruntieri;

(ii)  skema ta’ mobbiltà mmirata għax-xogħol mifruxa mal-UE kollha biex jimtlew il-postijiet battala meta jkunu ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol;

(iii)  appoġġ għall-mikrofinanzjament u għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, inkluż b’operazzjonijiet ta’ taħlit bħall-kondiviżjoni tar-riskji asimetrika jew tnaqqis fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, kif ukoll appoġġ għall-iżvilupp ta’ infrastruttura soċjali u tal-ħiliet;

(iv)  appoġġ għall-koperazzjoni u s-sħubijiet transnazzjonali għal trasferiment u titjib tas-soluzzjonijiet innovattivi;

(c)  It-tiswir tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari:

(i)  tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

(ii)  tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u assistenza relatati mal-implimentazzjoni tal-fergħa;

(iii)  tal-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi parteċipanti, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u s-servizzi tal-impjiegi responsabbli biex jippromwovu l-mobbiltà tal-ħaddiema, tal-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u tal-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u lil atturi oħra tal-investiment soċjali, kif ukoll netwerking;

(iv)  tas-sħab soċjali u tal-partijiet konċernati fid-dawl tal-koperazzjoni transfruntiera;

(d)  Attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni, b’mod partikolari:

(i)  tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajba, approċċi innovattivi, riżultati ta’ attivitajiet analitiċi, evalwazzjonijiet bejn il-pari, u t-tqegħid ta’ punti ta’ riferiment;

(ii)  gwidi, rapporti, materjal informattiv u rappurtar fil-midja ta’ inizjattivi relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

(iii)  sistemi tal-informazzjoni li jqassmu evidenza relatata mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1);

(iv)  avvenimenti, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill. assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni, inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni. [Em. 111]

Artikolu 25

Entitajiet eliġibbli

1.  Minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [197] tar-Regolament Finanzjarju, għall-entitajiet għandhom japplikaw dawn il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

(a)  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’xi wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

(i)  Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(ii)  pajjiż assoċjat;

(iii)  pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3;

(b)  Kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti; [Em. 112]

2.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat huma eliġibbli b’mod eċċezzjonali biex jieħdu sehem meta dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

3.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat għandhom iġorru l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.

Artikolu 25a

Governanza

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati fl-Unjoni, partikolarment is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar il-programmi ta' ħidma tal-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali, il-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi tagħhom u l-implimentazzjoni tagħhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rabtiet meħtieġa mal-Kumitat tal-Impjiegi, il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-Grupp tad-Diretturi Ġenerali għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema sabiex tiżgura li dawn ikunu informati regolarment u b'mod xieraq fir-rigward tal-progress fl-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lil kumitati oħra li jittrattaw il-politiki, l-istrumenti u l-azzjonijiet dwar ir-rilevanza għall-Fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali. [Em. 113]

Kapitolu II

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-fergħa tas-Saħħa

Taqsima I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 26

Għanijiet operazzjonali

1.  Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4.

2.  Il-fergħa Saħħa għandha l-għanijiet operazzjonali li ġejjin:

(-a)  Tappoġġa strateġija tal-Unjoni dwar is-saħħa pubblika li jkollha l-għan li:

(i)  tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jipproteġu u jsaħħu s-saħħa pubblika; u

(ii)  isir progress fil-missjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa skont l-Artikolu 168 tat-TFUE, li jistipula li għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. [Em. 114]

(a)  Issaħħaħ l-istat ta’ tħejjija, il-ġestjoni u r-rispons fl-UE f’każ ta’ kriżijiet ħalli ċ-ċittadini jitħarsu mit-theddid biex jiġi indirizzat it-theddid transfruntier tas-saħħa għas-saħħa. [Em. 115]

(i)  toħloq miżuri għat-tiswir tal-kapaċitajiet għall-istat ta’ tħejjija, il-ġestjoni u r-rispons f’każ ta’ kriżijiet

(ii)  twieġeb għat-theddid transfruntier tas-saħħa matul kriżi

(iii)  tappoġġa l-kapaċità tal-laboratorji

(iv)  tindirizza r-reżistenza għall-antimikrobiċi

(iva)   Interventi fis-saħħa pubblika mfassla tajjeb għat-tnaqqis tal-piż u tal-impatt tal-infezzjonijiet u ta' mard infettiv li jista' jiġi evitat [Em. 116]

(ivb)   tappoġġa l-iżvilupp ta' ħiliet u għodod għall-komunikazzjoni effettiva tar-riskji [Em. 117]

(b)  Issaħħaħ is-sistemi tas-saħħa

(i)  tinvesti fil-promozzjoni tas-saħħa u fil-prevenzjoni tal-mard, inkluż permezz tal-litteriżmu fis-saħħa u ta' programmi edukattivi, u permezz tal-promozzjoni tal-attività fiżika [Em. 118]

(ia)  tinvesti fid-dijanjożi bikrija u fl-iscreening [Em. 119]

(ii)  tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura li jaqdu l-bżonnijiet u jindirizzaw it-tħassib tal-pazjenti u taċ-ċittadini, b'mod partikolari billi jistabbilixxu rabtiet mal-programmi li jappoġġaw il-litteriżmu medjatiku u l-ħiliet diġitali [Em. 120]

(iia)   tippromwovi servizzi pubbliċi diġitali f'oqsma bħas-saħħa [Em. 121]

(iib)   issaħħaħ is-sigurtà u l-kwalità tal-informazzjoni dwar is-saħħa [Em. 122]

(iii)  tappoġġa l-iżvilupp ta' sistema sostenibbli, trasparenti u aċċessibbli tal-informazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa, filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tad-data privata [Em. 123]

(iv)  tappoġġa lill-Istati Membri b'trasferiment bi trasferiment ta' għarfien u appoġġ għall-implimentazzjoni, utli għall-proċessi ta' riforma nazzjonali għal aktar sistemi tas-saħħa effettivi effikaċi, aċċessibbli, reżiljenti, mhux diskriminatorji u reżiljenti ekwi li jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjali, u biex il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard jiġu indirizzati aħjar, b'mod partikolari l-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew. Dan jinkludi wkoll l-appoġġ favur reġistri nazzjonali tal-mard ta' kwalità għolja li jfornu wkoll data komparabbli. [Em. 124]

(v)  tiżviluppa u timplimenta approċċi li jwieġbu għall-isfidi tal-futur tas-sistema tas-saħħa

(va)   tappoġġa t-tranżizzjoni lejn kura ċċentrata fuq il-persuna, servizzi tas-saħħa u soċjali fil-qrib, u kura integrata bbażata fuq il-komunità, b'mod partikolari l-promozzjoni ta' mudelli organizzattivi bbażati fuq xogħol f'tim interprofessjonali u netwerking ta' bosta partijiet ikkonċernati [Em. 125]

(vb)   tiżgura l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-azzjonijiet t'hawn fuq, fil-livell tal-Unjoni u/jew nazzjonali kif xieraq [Em. 126]

(vc)   tiżviluppa u timplimenta għodod u strateġiji biex jiġu evitati u indirizzati l-inugwaljanzi tas-saħħa u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, l-awtonomizzazzjoni taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni tal-komunità [Em. 127]

(c)  Tappoġġa l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa

(i)  tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali, l-aċċess għal tali prodotti fl-Unjoni kollha u t-tagħmir mediku [Em. 128]

(ii)  tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) (30)

(iii)  twettaq monitoraġġ u tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sustanzi ta’ oriġini umana (SoHO)

(iv)  tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-tabakk

(v)  tappoġġa l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa transfruntiera

(vi)  tappoġġa lill-kumitati xjentifiċi tal-Kummissjoni dwar “Is-Sikurezza tal-Konsumaturi” u dwar “Ir-Riskji l-iżvilupp tas-Saħħa fil-Politiki Kollha u tistabbilixxi proċessi li permezz tagħhom l-implikazzjonijiet tas-saħħa tas-Saħħa, Ambjentali u Emerġenti”jistgħu jitqiesu fil-politiki kollha [Em. 129]

(ca)  tappoġġa l-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u t-tisħiħ ta' leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni b'implikazzjonijiet tas-saħħa sabiex tgħin biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, inkluż iżda mhux limitat għal dawk relatati ma':

(i)  it-tniġġis tal-arja

(ii)  l-interferenti endokrinali u sustanzi kimiċi oħra bi proprjetajiet dannużi

(iii)  ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel, l-ilma u l-arja

(iv)  l-ikel u t-tikkettar tal-ikel, inklużi l-aċidi tax-xaħam trans, it-tikkettar tal-alkoħol, l-addittivi u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel [Em. 130]

(d)  tappoġġa l-ħidma integrata (eż. l-ERNs, l-HTA u l-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki għall-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard)

(i)  tissokta tappoġġa n-Netwerks Ewropej ta’ Referenza (l-ERNs)

(ii)  issostni l-iżvilupp ta’ koperazzjoni dwar il-Valutazzjoni u l-bini ta' kapaċità fil-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) waqt it-tħejjija ta’ regoli armonizzati ġodda [Em. 131]

(iii)  tappoġġa l-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki għal innovazzjoni fis-saħħa pubblika

(iiia)   tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u tal-aħjar prattiki dwar l-edukazzjoni u l-kampanji tas-saħħa sesswali u riproduttiva għaż-żgħażagħ [Em. 132]

(iiib)   tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tas-saħħa u kwistjonijiet relatati mas-saħħa fil-livell tal-Unjoni [Em. 133]

(iiic)  tappoġġa l-ħolqien ta' Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa, biex jimplimenta l-azzjonijiet fl-ambitu tal-fergħa tas-Saħħa. [Em. 134]

Taqsima II

Eliġibbiltà

Artikolu 27

Azzjonijiet eliġibbli

1.  Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet relatati mas-saħħa li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4 u 26. [Em. 135]

2.  Il-fergħa tas-Saħħa tista’ tappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)  Attivitajiet analitiċi, b’mod partikolari:

(i)  stħarriġiet, studji, data statistika, metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, mikrosimulazzjonijiet, indikaturi, u eżerċizzji ta’ punti ta’ riferiment;

(ia)   attivitajiet imfassla biex jimmonitorjaw l-impatti tas-saħħa kumulattivi ta' fatturi ta' riskju ambjentali, inklużi dawk li jirriżultaw minn kontaminanti fl-ikel, l-ilma, l-arja u sorsi oħra; [Em. 136]

(ib)   attivitajiet li jimmonitorjaw l-impatti tas-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, bħall-farmakoviġilanza u oħrajn simili; [Em. 137]

(ii)  monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

Ir-riżultati ta' attivitajiet analitiċi, ladarba jiġu ffinalizzati, għandhom isiru disponibbli pubblikament. [Em. 138]

(b)  L-implimentazzjoni tal-politiki, b’mod partikolari:

(i)  kollaborazzjoni u sħubijiet transfruntieri, inkluż fir-reġjuni transfruntieri u inkluż b'rabta mat-tniġġis tal-arja u kontaminazzjoni ambjentali transfruntiera oħra; [Em. 139]

(ii)  appoġġ għall-koperazzjoni u s-sħubijiet transnazzjonali għal trasferiment u titjib tas-soluzzjonijiet innovattivi;

(iii)  Eżerċizzji dwar l-istat tat-tħejjija għal kriżijiet tas-saħħa.

(c)  It-tiswir tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari:

(i)  bi skambju, trasferiment, adattament u introduzzjoni tal-aqwa prattiki b’valur miżjud fil-livell tal-UE stabbilit bejn l-Istati Membri; [Em. 140]

(ii)  tan-netwerks fil-livell tal-UE relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 26, b'mod kontinwu u sostenibbli, filwaqt li tiġi żgurata l-preżenza ta' soċjetà ċivili attiva fil-livell tal-Unjoni; [Em. 141]

(iii)  b’appoġġ għal iskjerament, tħaddim u manteniment ta’ infrastruttura tal-IT għall-iskambju tad-data;

(iv)  tal-punti ta' kuntatt reġjonali, subnazzjonali u nazzjonali li jipprovdu gwida, informazzjoni u għajnuna relatati mal-implimentazzjoni tal-programm; [Em. 142]

(v)  tal-partijiet konċernati fid-dawl tal-koperazzjoni transfruntiera;

(vi)  b’assistenza f’koperazzjoni ma' pajjiżi terzi;

(vii)  b’akkwist ta’ oġġetti u servizzi f’każ ta’ kriżi tas-saħħa

(d)  Attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni, b’mod partikolari:

(i)  tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajba, approċċi innovattivi, riżultati ta’ attivitajiet analitiċi, evalwazzjonijiet bejn il-pari, u t-tqegħid ta’ punti ta’ riferiment;

(ii)  gwidi, rapporti, materjal informattiv u rapportar fil-midja ta' inizjattivi relatati mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 26;

(iii)  sistemi ta' informazzjoni ta' disseminazzjoni ta' evidenza relatata mal-oqsma msemmija fl-Artikolu 26;

(iv)  avvenimenti u azzjonijiet preparatorji rispettivi, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill.

3.  L-azzjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu għandhom ikunu eliġibbli biss diment li dawn ikunu jappoġġaw il-ħolqien ta’ ekonomiji ta’ skala, it-titjib fl-istat tat-tħejjija għall-kriżijiet, l-introduzzjoni tal-aqwa prattiki ta’ valur miżjud għoli identifikati, jew diment dawn isiru bil-għan li jiżguraw li r-regoli tal-Unjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 26(3) jiġu implimentati, infurzati, evalwati u riveduti skont il-bżonn.

Artikolu 28

Entitajiet eliġibbli u spejjeż

1.  Minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [197] tar-Regolament Finanzjarju, għall-entitajiet għandhom japplikaw dawn il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

(a)  entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

(i)  Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(ii)  pajjiżi assoċjat;

(iii)  pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 3 u 4;

(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

2.  Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.

3.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat huma eliġibbli b’mod eċċezzjonali biex jieħdu sehem meta dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

4.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat għandhom iġorru l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.

5.  F’każijiet eċċezzjonali, waqt kriżi minħabba theddid transfruntier serju tas-saħħa kif definit fid-Deċiżjoni (UE) Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31), l-ispejjeż imġarrba fil-pajjiżi mhux assoċjati jistgħu jitqiesu eliġibbli b’mod eċċezzjonali jekk dawn ikunu ġustifikati kif xieraq minħabba l-ġlieda kontra t-tixrid tar-riskju għall-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE.

Artikolu 29

Governanza

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri fil-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, tal-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Mard li ma jitteħidx jew fi gruppi ta' esperti oħra rilevanti tal-Kummissjoni jew f'entitajiet simili bħal korpi professjonali fil-qasam tas-saħħa, fuq il-pjanijiet ta' ħidma annwali stabbiliti għall-fergħa tas-Saħħa, u dwar il-prijoritajiet u orjentazzjonijiet strateġiċi u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll fuq il-perspettiva tal-politika tas-saħħa ta' politiki oħra u mekkaniżmi tal-appoġġ, biex b'hekk jiżdiedu l-koordinazzjoni ġenerali u l-valur miżjud tagħhom. Tmexxija politika b'saħħitha u struttura ta' governanza adegwata ddedikata għas-saħħa se jiżguraw li l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa jiġu ggarantiti fil-portafolli kollha tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 168(1) tat-TFUE. [Em. 143]

Artikolu 29a

Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa ("il-Bord ta' Tmexxija") għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-fergħa tas-Saħħa.

2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiffoka fuq il-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-fergħa tas-Saħħa u programmi oħra fejn dimensjoni tas-saħħa hija integrata, permezz ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni, il-promozzjoni tal-involviment tal-pazjenti u tas-soċjetà, u l-għoti ta' pariri u rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. Dawk l-azzjonijiet għandhom jipprovdu valur orjentat lejn l-azzjonijiet tas-saħħa, sostenibbiltà, soluzzjonijiet tas-saħħa aħjar, irawmu aċċess u jnaqqsu l-inugwaljanzi.

3.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi strateġija komprensiva u tmexxija fl-iżvilupp tal-pjanijiet ta' ħidma skont il-fergħa tas-Saħħa.

4.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun grupp ta' partijiet ikkonċernati indipendenti, magħmul minn atturi mis-setturi rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika, tal-benessri u tal-protezzjoni soċjali, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tar-reġjuni u tal-awtoritajiet tas-saħħa lokali, rappreżentanti tal-pazjenti u ċittadini.

5.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn 15-il individwu sa 20 individwu ta' livell għoli li jkunu ġejjin minn dixxiplini u attivitajiet differenti msemmija fil-paragrafu 4. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara sejħa miftuħa għal nomini jew għal espressjonijiet ta' interess jew it-tnejn li huma.

6.  Il-President tal-Bord ta' Tmexxija għandu jinħatar mill-Kummissjoni minn fost il-membri tiegħu.

7.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu:

(a)  jipprovdi input għal pjanijiet ta' ħidma annwali għall-fergħa tas-Saħħa, wara proposta mill-Kummissjoni;

(b)  jelabora pjan ta' azzjoni għat-tmexxija tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni bejn il-fergħa tas-Saħħa u programmi oħra fejn tiġi integrata d-dimensjoni tas-saħħa.

Il-pjan ta' azzjoni għandu jiffaċilita l-iżgurar tal-viżibbiltà u tal-koordinazzjoni tal-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti kollha rilevanti għas-saħħa, u għandu jgħin fit-tmexxija tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni. [Em. 144]

Artikolu 29b

Kooperazzjoni internazzjonali

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħhom, b'mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif ukoll il-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) biex timplimenta l-fergħa tas-Saħħa, bil-għan li timmassimizza l-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali. [Em. 145]

Kapitolu III

Regoli komuni applikabbli għall-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa

Artikolu 30

Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa

1.  Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom ikunu miftuħa għall-pajjiżi assoċjati li ġejjin:

(a)  Il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

(b)  pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)  pajjiżi terzi, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tagħhom f’fergħa, diment li dan il-ftehim:

(i)  ikun jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(ii)  ikun jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali jew fergħat tal-programmi u tal-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;

(iii)  ma jkunx jagħti setgħat ta’ deċiżjoni lill-pajjiż terz fuq il-fergħa;

(iv)  ikun jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja soda u jitħarsu l-interessi finanzjarji tagħha.

2.  Minbarra dan, il-fergħa tas-Saħħa għandha tkun miftuħa wkoll għall-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

Artikolu 31

Forom ta’ finanzjament tal-UE u metodi tal-implimentazzjoni

1.  Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet, akkwist, kontribuzzjonijiet u pagamenti volontarji lil Organizzazzjonijiet Internazzjonali li l-Unjoni hi membru tagħhom jew li tieħu sehem fil-ħidma tagħhom.

2.  Il-fergħat tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u tas-Saħħa għandhom jiġu implimentati direttament kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew indirettament mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 146]

Fl-għoti ta’ għotjiet, il-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [150] tar-Regolament Finanzjarju jista’ jkun kompost minn esperti esterni.

3.  L-operazzjonijiet ta’ taħlit skont il-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali għandhom jiġu implimentati b’konformità mar-[Regolament dwar InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

4.  Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet b’valur miżjud tal-Unjoni ċar kofinanzjati mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-saħħa fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, jew minn korpi tas-settur pubbliku u korpi nongovernattivi, li jaġixxu individwalment jew bħala netwerk, bil-mandat ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.

5.  Permezz tal-fergħa tas-Saħħa, jistgħu jingħataw għotjiet diretti mingħajr sejħa għal proposti lil Netwerks Ewropej ta’ Referenza approvati bħala Netwerks mill-Bord tal-Istati Membri tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza, skont il-proċedura tal-approvazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u tal-għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta’ Netwerks bħal dawn.

Artikolu 32

Programm ta’ ħidma u koordinazzjoni

Il-fergħat Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38 sabiex tissupplementa l-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-fergħa tas-Saħħa għandhom jiġu implimentati bil-programmi billi tistabbilixxi programmi ta’ ħidma msemmija kif imsemmi fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Dawk il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, meta applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit. [Em. 147]

Il-Kummissjoni għandha trawwem sinerġiji u tiżgura koordinazzjoni effettiva bejn il-fergħa tas-Saħħa tal-FSE+ u Programm ta’ Appoġġ għal Riformi, inkluż l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

Artikolu 33

Monitoraġġ u rappurtar

1.  Għandhom jiġu stabbiliti indikaturi għall-monitoraġġ tal