Numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati interparlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għall-Assemblej Parlamentari multilaterali
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għal assemblej parlamentari multilaterali (2019/2698(RSO))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,
– wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' kooperazzjoni, u ftehimiet oħra konklużi mill-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 212 u 214 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. waqt li jinsab anzjuż biex isaħħaħ id-demokrazija parlamentari billi jfittex li jkun hemm djalogu interparlamentari kontinwu;
1. Jiddeċiedi li jistabbilixxi n-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari u r-raggruppamenti reġjonali tagħhom kif ġej:
(a)
L-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija
Delegazzjonijiet għal:
–
il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Maċedonja ta' Fuq
–
il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija
Delegazzjoni għall-kooperazzjoni tat-Tramuntana u għar-relazzjonijiet mal-Isvizzera u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Iżlanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bożnija-Ħerzegovina u mal-Kosovo
(b)
Ir-Russja u l-istati tas-Sħubija tal-Lvant
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarussja
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Sħubija UE-Armenja, għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Ażerbajġan u għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia;
(c)
Il-Magreb, il-Maxreq, Iżrael u l-Palestina
Delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet ma':
–
Iżrael
–
il-Palestina
–
il-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi, inklużi l-Kumitati Parlamentari Konġunti UE-Marokk, UE-Tuneżija u UE-Alġerija
il-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN)
–
il-Peniżola Koreana
–
l-Awstralja u New Zealand
Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja
2. Jiddeċiedi li għas-sħubija tal-kumitati parlamentari li nħolqu abbażi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) jistgħu jipparteċipaw esklużivament Membri mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u mill-Kumitat għall-Iżvilupp – filwaqt li jiġi żgurat li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jżomm ir-rwol prinċipali bħala l-kumitat responsabbli – u li dawn għandhom jikkoordinaw b'mod attiv il-ħidma tagħhom mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE;
3. Jiddeċiedi li għas-sħubija tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u l-Assemblea Parlament Euronest jistgħu jipparteċipaw esklużivament Membri mid-delegazzjonijiet bilaterali jew sottoreġjonali koperti minn kull Assemblea;
4. Jiddeċiedi li għas-sħubija tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO jistgħu jipparteċipaw esklużivament Membri mis-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża;
5. Jiddeċiedi li l-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tfassal abbozz ta' kalendarju ta' attivitajiet ta' kull sitt xhur wara konsultazzjoni mal-Kumitati għall-Affarijiet Barranin, għall-Iżvilupp u għall-Kummerċ Internazzjonali. Dan għandu jitfassal f'kooperazzjoni mill-qrib mal-kalendarju ta' sitt xhur tad-delegazzjonijiet tal-kumitati tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, filwaqt li jitqies ukoll il-programm ta' ħidma annwali tal-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet (DEG), sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti. Dan l-abbozz konġunt tal-kalendarju tal-attivitajiet ta' kull sitt xhur għandu mbagħad jitressaq għall-adozzjoni quddiem il-Konferenza tal-Presidenti. Il-Konferenza tal-Presidenti tista' timmodifika l-abbozz ta' kalendarju propost bil-ħsieb li tirrispondi għall-avvenimenti politiċi u tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet esterni kollha tal-Parlament;
6. Ifakkar li huma biss id-delegazzjonijiet uffiċjali, debitament awtorizzati mill-Konferenza tal-Presidenti, li jistgħu jwettqu attivitajiet f'isem il-Parlament Ewropew u jirrappreżentaw il-pożizzjoni tiegħu;
7. Jiddeċiedi li l-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandhom jaħtru sostituti permanenti biex iservu f'kull tip ta' delegazzjoni u li n-numru ta' dawn is-sostituti ma jistax jaqbeż in-numru ta' membri sħaħ li jirrappreżentaw lill-gruppi jew lill-Membri mhux affiljati;
8. Jiddeċiedi li l-membri sħaħ tad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fil-laqgħat interparlamentari barra mill-postijiet tax-xogħol tal-Parlament. Jekk membru sħiħ ma jkunx jista' jivvjaġġa, jista' jiġi sostitwit minn wieħed mill-membri sostituti permanenti jew, jekk il-membru sostitut ma jkunx disponibbli, minn membru tal-assemblea interparlamentari li tkopri din id-delegazzjoni, nominat mill-grupp politiku li għalih jappartjeni l-membru sħiħ. Jekk membru tal-assemblea interparlamentari li jkopri din id-delegazzjoni ma jkunx disponibbli, il-membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, u il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistgħu jkunu intitolati li jipparteċipaw;
9. Iqis li qabel laqgħa interparlamentari mal-kontroparti (SAPC, KPK, PAC, KKP, IPM, eċċ.), jew qabel ma tintbagħat kwalunkwe delegazzjoni, għandha ssir konsultazzjoni mill-qrib mal-kumitat(i) rilevanti dwar suġġetti politiċi possibbli jew kwistjonijiet ta' skrutinju leġiżlattiv li d-delegazzjoni għandha tindirizza f'laqgħat mal-kontropartijiet tal-pajjiż ikkonċernat;
10. Se jagħmel ħiltu biex jiżgura fil-prattika li rapporteur jew president wieħed jew aktar ta' kumitat jistgħu, bl-istess mod, jieħdu sehem fil-proċedimenti tad-delegazzjonijiet, tal-kumitati interparlamentari konġunti, tal-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u tal-assemblej parlamentari multilaterali, u jiddeċiedi li l-President, fuq talba konġunta tad-delegazzjoni u tal-presidenti tal-kumitati kkonċernati, għandu jawtorizza missjonijiet ta' dan it-tip;
11. Jiddeċiedi li din id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fl-ewwel sessjoni parzjali tad-disa' leġiżlatura;
12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.