Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0005(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0188/2019

Testi mressqa :

A8-0188/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2019 - 16.5

Testi adottati :

P8_TA(2019)0413

Testi adottati
PDF 118kWORD 48k
L-Erbgħa, 17 ta' April 2019 - Strasburgu
Ftehim fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa ***
P8_TA(2019)0413A8-0188/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (07683/2019 – C8-0153/2019 – 2019/0005(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07683/2019),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-20 ta' Marzu 2019 tar-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini, f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar ir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta' Sevastopol,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0153/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0188/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Russja.

(1) ĠU L 299, 28.11.2000, p. 15.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza