Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0805(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0192/2019

Testi mressqa :

A8-0192/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0425

Testi adottati
PDF 117kWORD 47k
Il-Ħamis, 18 ta' April 2019 - Strasburgu
Ftehim dwar il-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali bejn il-Eurojust u d-Danimarka *
P8_TA(2019)0425A8-0192/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojost tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali bejn il-Eurojust u r-Renju tad-Danimarka (07770/2019 – C8-0152/2019 – 2019/0805(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (07770/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0152/2019),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26a(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0192/2019),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza