Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Lulju 2019 dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari (2019/2719(RSO))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' April 2019 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għal assemblej parlamentari multilaterali(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 223 u 224 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jiddeċiedi li jistabbilixxi kif ġej il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari li ġejjin:
(a)
L-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija,
–
Delegazzjonijiet għal:
–
il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Maċedonja ta' Fuq: 13-il Membru,
Delegazzjoni għall-kooperazzjoni tat-Tramuntana u għar-relazzjonijiet mal-Iżvizzera u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Iżlanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): 17-il Membru,
–
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja: 15-il Membru,
–
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija: 14-il Membru,
–
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro: 14-il Membru,
–
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bożnija-Ħerzegovina u mal-Kosovo: 13-il Membru
(b)
Ir-Russja u l-Istati tas-Sħubija tal-Lvant,
–
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja: 31 Membru,
–
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna:16-il Membru,
–
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova: 14-il Membru,
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Sħubija UE-Armenja, għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Ażerbajġan u għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia: 18-il Membru
(c)
Il-Magreb, il-Maxreq, Iżrael u l-Palestina,
–
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':
–
Iżrael: 18-il Membru,
–
il-Palestina: 18-il Membru,
–
il-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi, inklużi l-Kumitati Parlamentari Konġunti UE-Marokk, UE-Tuneżija u UE-Alġerija: 18-il Membru,
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Cariforum-UE: 15-il Membru
(f)
L-Asja/il-Paċifiku,
–
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':
–
il-Ġappun: 24 Membru,
–
ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: 37 Membru,
–
l-Indja: 23 Membru,
–
l-Afganistan: 7 Membri,
–
il-pajjiżi tal-Asja t'Isfel: 15-il Membru,
–
il-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): 26 Membru,
–
il-Peniżola Koreana: 12-il Membru,
–
l-Awstralja u New Zealand: 12-il Membru,
–
Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja: 19-il Membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO: 10 Membri
2. Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-11 ta' Lulju 2019 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tad-delegazzjonijiet, li dawn tal-aħħar jista' jkollhom sa żewġ viċi presidenti;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.