Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2023(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0002/2019

Testi mressqa :

A9-0002/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/09/2019 - 9.3

Testi adottati :

P9_TA(2019)0013

Testi adottati
PDF 133kWORD 48k
L-Erbgħa, 18 ta' Settembru 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, l-Italja u l-Awstrija
P9_TA(2019)0013A9-0002/2019
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, l-Italja u l-Awstrija (COM(2019)0206 – C9-0005/2019 – 2019/2023(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0206 – C9-0005/2019),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0002/2019),

1.  Jilqa' d-deċiżjoni bħala sinjal tas-solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini u r-reġjuni tal-Unjoni milquta mid-diżastri naturali;

2.  Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tingħata assistenza finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (‘il-Fond’) lir-reġjuni fl-Unjoni milquta minn diżastri naturali fl-2018;

3.  Jilqa' l-proposta(4) tal-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 2019 biex jiġi emendat il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili bħala għodda ewlenija għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tar-riskju tad-diżastri tal-Unjoni, b'pakkett finanzjarju għall-perjodu ta' finanzjament 2021-2027 li jaqbel mal-livell ta' ambizzjoni stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) u f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027(6); huwa konvint li l-Fond u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għandhom jimxu id f'id fil-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għal diżastri naturali fl-Istati Membri;

4.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) COM(2019)0125.
(5) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 77 I, 20.3.2019, p. 1).
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0449.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Awstrija, l-Italja u r-Rumanija

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2019/1817).

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza