Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2208(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0011/2019

Testi mressqa :

A9-0011/2019

Dibattiti :

PV 22/10/2019 - 16
CRE 22/10/2019 - 16

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2019 - 11.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2019)0039

Testi adottati
PDF 165kWORD 54k
L-Erbgħa, 23 ta' Ottubru 2019 - Strasburgu
Kwittanza 2017: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
P9_TA(2019)0039A9-0011/2019
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2208(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0098/2019),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019(3) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2017, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0011/2019),

1.  Jiċħad il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.
(3) ĠU L 249, 27.9.2019, p. 182.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


2. Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2208(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0098/2019),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019(3) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2017, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0011/2019),

1.  Jirrimarka li l-proposta għall-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017 għandha tiġi ppreżentata fis-sessjoni parzjali ta’ wara;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.
(2) ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.
(3) ĠU L 249, 27.9.2019, p. 182.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(6) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.


3. Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017 (2018/2208(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0011/2019),

A.  billi l-istituzzjonijiet deċentralizzati kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala korpi tal-Unjoni;

B.  billi r-rwol tal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja huwa speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regolament Finanzjarju Strutturali;

1.  Jenfasizza l-importanza ta' aġir responsabbli u trasparenti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

2.  Ifakkar fir-rwol tal-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza, kif regolata mit-TFUE, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

Bażi għal opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2017

3.  Ifakkar li, skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), l-istanzi materjali u sistematiċi ta' nonkonformità tal-pagamenti mar-Regolament Finanzjarju tal-EASO u ma' regoli u dispożizzjonijiet applikabbli oħra huma prinċipalment relatati mal-proċeduri ta' reklutaġġ u akkwist pubbliku li fuqhom huma bbażati l-pagamenti; jiddispjaċih, barra minn hekk, li n-natura sistematika tan-nonkonformità turi sistema ta' kontroll intern inadegwata; jiddispjaċih ħafna li s-somma kkombinata ta' żbalji li jirriżultaw minn pagamenti irregolari tammonta għal mill-inqas EUR 7,7 miljun jew 10,3 % tal-pagamenti totali magħmula mill-Uffiċċju fl-2017;

L-eżitu tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)

4.  Jiddeplora l-irregolaritajiet li sab l-OLAF b'rabta ma' ksur fil-proċeduri ta' akkwist, miżapproprjazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, amministrazzjoni ħażina, abbuż tal-poter fi kwistjonijiet relatati mar-riżorsi umani, ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, fastidju u mġiba mhux xierqa fil-konfront tal-membri tal-persunal fl-2017; itenni l-appell tiegħu biex l-Uffiċċju jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar is-segwitu tal-miżuri proposti mill-OLAF; jifhem it-talba tal-Uffiċċju li jirrapporta f'aktar dettall fil-post opportun minħabba kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data;

5.  Jilqa' d-deċiżjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 tal-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju li jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv mill-kariga tiegħu b'effett immedjat; jenfasizza, madankollu, li l-baġit għas-sena finanzjarja 2017 ġie implimentat taħt is-superviżjoni tal-amministrazzjoni preċedenti tal-Uffiċċju; jenfasizza li dan ir-rapport jirrigwarda l-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2017; jilqa' l-ħatra ta' Direttur Eżekuttiv ad interim fis-6 ta' Ġunju 2018 u l-ħatra ta' Direttur Eżekuttiv ġdid fis-16 ta' Ġunju 2019; jirrikonoxxi l-impenn tad-Direttur Eżekuttiv il-ġdid li jwettaq riformi sinifikanti li jiżguraw governanza soda; japprezza l-messaġġ pożittiv li esprima d-Direttur Eżekuttiv il-ġdid fis-seduta ta' smigħ pubbliku tal-4 ta' Settembru 2019, kif ukoll l-intenzjoni tal-Uffiċċju li jikkoopera mill-qrib fil-futur;

Segwitu għall-kwittanza tal-2016 u għar-rapport tal-ewwel kwittanza tal-2017

6.  Ifakkar fid-deċiżjoni motivata tal-24 ta' Ottubru 2018(1) li fiha l-Parlament Ewropew irrifjuta li jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2016; ifakkar li, fis-26 ta' Marzu 2019, il-Parlament iddeċieda li jipposponi d-deċiżjoni dwar il-kwittanza tal-Uffiċċju għall-2017;

7.  Jilqa' r-rapport ta' segwitu min-naħa tal-Uffiċċju dwar l-osservazzjonijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2017, partikolarment il-miżuri korrettivi meħuda mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju, id-Direttur Eżekuttiv ad interim u d-Direttur Eżekuttiv il-ġdid sabiex isir titjib fl-istruttura ta' governanza u l-effiċjenza tal-Uffiċċju, tinġieb lura t-trasparenza u tissaħħaħ il-fiduċja; jappoġġja u japprezza l-miżuri mħabbra fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Governanza tal-EASO għall-2019; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jinforma regolarment u pubblikament lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

8.  Jirrikonoxxi l-isforzi u japprezza l-progress li sar fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll intern, li jinkludu kontrolli fuq l-operazzjonijiet relatati mal-akkwist u mal-infiq; jappoġġja d-deċiżjoni li, bil-ħolqien ta' servizz legali intern, l-esternalizzazzjoni tal-konsulenza legali tonqos u ma ddumx ma tispiċċa; jappoġġja l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar il-bżonn ta' aktar azzjonijiet korrettivi;

9.  Jinnota b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni ta' żewġ terzi tal-azzjonijiet korrettivi tal-Uffiċċju f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri ta' akkwist, b'mod partikolari rigward il-pagamenti fi proċessi ta' akkwist irregolari, kif ukoll it-tlestija ta' proċeduri miftuħa ġodda, li ġew awditjati mill-Qorti mingħajr ma tqajjem ebda kumment;

10.  Jilqa' l-pjan ta' reklutaġġ ambizzjuż li ġie implimentat u l-impatt pożittiv tiegħu fuq il-mili ta' pożizzjonijiet maniġerjali u pożizzjonijiet vakanti oħrajn; jinnota b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni ta' miżuri ġodda li huma mmirati lejn il-prevenzjoni tal-fastidju, iż-żieda fil-benessri tal-persunal u t-tnaqqis fit-tibdil kontinwu tal-ħaddiema; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jfittex jiffinalizza r-reklutaġġ – f'konformità sħiħa mal-proċeduri legali rilevanti – u jipprovdi segwitu regolari dwar ir-riżultati miksuba;

11.   Jinnota b'sodisfazzjon li l-maġġoranza tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija ppubblikaw id-dikjarazzjonijiet ta' interess u is-CVs tagħhom fis-sit web tal-Uffiċċju; jitlob li l-membri li għadhom ma ppubblikawx is-CVs tagħhom jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli; jilqa' l-impenn tat-tmexxija l-ġdida li tqajjem kuxjenza, tipprevjeni, tidentifika u tindirizza kwalunkwe sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess li jista' jkun hemm; jistieden lill-Uffiċċju biex, f'dan is-sens, fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Governanza li jmiss, jiżviluppa u jimplimenta strateġija komprensiva li tispjega dan l-impenn, u jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-riżultati li jinkisbu;

12.   Jinnota b'sodisfazzjon il-miżuri maħsuba mit-tmexxija l-ġdida tal-Uffiċċju biex l-informaturi jingħataw kuraġġ u protezzjoni; ifakkar li ambjent sikur għall-informaturi huwa element kruċjali għall-prevenzjoni, il-kxif u l-indirizzar ta' prattiki irregolari u illegali; jistenna l-adozzjoni rapida ta' regoli u linji gwida interni fir-rigward ta' żvelar ta' informazzjoni protetta u "revolving doors" u jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta aktar fid-dettall dwar ir-riżultati miksuba;

o
o   o

13.  Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU L 331, 28.12.2018, p. 213.
(2) ĠU L 249, 27.9.2019, p. 361.

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza