Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0183(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0020/2019

Testi mressqa :

A9-0020/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2019 - 8.4
CRE 24/10/2019 - 8.4

Testi adottati :

P9_TA(2019)0045

Testi adottati
PDF 165kWORD 48k
Il-Ħamis, 24 ta' Ottubru 2019 - Strasburgu
Assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE mingħajr ftehim ***I
P9_TA(2019)0045A9-0020/2019

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-24 ta' Ottubru 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim (COM(2019)0399 – C9-0111/2019 – 2019/0183(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Biex jiġi mmitigat l-impatt ekonomiku tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim u biex tintwera s-solidarjetà mal-Istati Membri l-aktar milquta f'ċirkostanzi tant ta' eċċezzjoni, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jiġi emendat biex jappoġġa n-nefqa pubblika relatata.
(4)  Biex jiġi mmitigat l-impatt ekonomiku u soċjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim u biex tintwera s-solidarjetà mal-Istati Membri l-aktar milquta f'ċirkostanzi tant ta' eċċezzjoni, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jiġi emendat biex jappoġġa n-nefqa pubblika relatata.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Minħabba li dan huwa użu eċċezzjonali tal-Fond, l-assistenza tiegħu biex jimmitiga piż finanzjarju serju, impost fuq l-Istati Membri bħala konsegwenza diretta tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim, jenħtieġ li tkun immirata u limitata fiż-żmien biex jitħares ir-raġunament oriġinali tal-Fond, kif ukoll il-kapaċità tiegħu li jirrispondi għal diżastri naturali.
(5)  Minħabba li dan huwa użu eċċezzjonali tal-Fond, l-assistenza tiegħu biex jimmitiga piż finanzjarju serju, impost jew li se jiġi impost fuq l-Istati Membri bi tħejjija għall-ħruġ, jew bħala konsegwenza tal-ħruġ, tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim, jenħtieġ li tkun immirata u limitata fiż-żmien biex jitħares ir-raġunament oriġinali tal-Fond, kif ukoll il-kapaċità tiegħu li jirrispondi għal diżastri naturali.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Biex tinżamm id-disponibbiltà tal-Fond għal diżastri naturali, li kienu l-iskop oriġinali tiegħu, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu massimu baġitarju għall-appoġġ relatat mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim.
(8)  Fid-dawl tal-fatt li jeħtieġ jiġi pprovdut baġit raġonevoli biex tinżamm id-disponibbiltà tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal diżastri naturali, jeħtieġ li l-Istati Membri u r-reġjuni jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom mezzi addizzjonali oħra biex jgħinuhom jillimitaw l-impatt tal-ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim, pereżempju permezz tal-FEG jew strumenti finanzjarji ad hoc oħra.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  L-assistenza mill-Fond għall-mitigazzjoni tal-piż finanzjarju serju impost fuq l-Istati Membri bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim jenħtieġ li tkun soġġetta għall-istess regoli għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-kontroll u l-awditjar, bħal kull intervent ieħor tal-Fond. Barra minn hekk, minħabba l-ambitu wiesa' ta' nefqa pubblika potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ, huwa importanti li jiġi żgurat li dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jiġu rrispettati.
(9)  L-assistenza mill-Fond għall-mitigazzjoni tal-piż finanzjarju serju impost jew li jaf jiġi impost fuq l-Istati Membri bi tħejjija għall-ħruġ, jew bħala konsegwenza tal-ħruġ, tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim jenħtieġ li tkun soġġetta għall-istess regoli għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-kontroll u l-awditjar, bħal kull intervent ieħor tal-Fond. Barra minn hekk, minħabba l-ambitu wiesa' ta' nefqa pubblika potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ, huwa importanti li jiġi żgurat li dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jiġu rrispettati.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 2012/2002
Artikolu 3a – paragrafu 2
(2)  L-approprjazzjonijiet disponibbli għal dan il-għan għandhom ikunu limitati għal nofs l-ammont disponibbli massimu għall-intervent tal-Fond għas-snin 2019 u 2020.
(2)  L-approprjazzjonijiet disponibbli għal dan il-għan għandhom ikunu limitati għal 30 % tal-ammont disponibbli massimu għall-intervent tal-Fond għas-snin 2019 u 2020.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 2012/2002
Artikolu 3a – paragrafu 3
(3)  Tali assistenza għandha tkopri parti min-nefqa pubblika addizzjonali kkawżata direttament mill-ħruġ mingħajr ftehim u mġarrba esklussivament bejn id-data tal-ħruġ mingħajr ftehim u bejn il-31 ta' Diċembru 2020 ("piż finanzjarju").
(3)  Tali assistenza għandha tkopri parti min-nefqa pubblika addizzjonali mġarrba esklussivament bejn l-1 ta' Jannar 2019 u l-31 ta' Diċembru 2020 bi tħejjija għall-ħruġ mingħajr ftehim jew bħala konsegwenza tal-istess ħruġ ("piż finanzjarju").
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 2012/2002
Artikolu 3a – paragrafu 4
(4)  Stat Membru għandu jkun eliġibbli li japplika għall-assistenza skont dan l-Artikolu jekk il-piż finanzjarju li jkun ġarrab ikun stmat li huwa jew 'l fuq minn EUR 1 500 000 000 bil-prezzijiet tal-2011, jew aktar minn 0.3. % tal-ING tiegħu.
(4)  Stat Membru għandu jkun eliġibbli li japplika għall-assistenza skont dan l-Artikolu jekk il-piż finanzjarju li jkun ġarrab ikun stmat li huwa jew 'il fuq minn EUR 750 000 000 bil-prezzijiet tal-2011, jew aktar minn 0,15 % tal-ING tiegħu.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 2012/2002
Artikolu 3b - paragrafu 1
(1)  L-assistenza mogħtija skont l-Artikolu 3a għandha tkopri biss il-piż finanzjarju mġarrab minn Stat Membru meta mqabbel mas-sitwazzjoni li fiha jkun ġie konkluż ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Tali assistenza tista' tintuża, pereżempju, biex tagħti appoġġ lil negozji affettwati mill-ħruġ mingħajr ftehim, inkluż appoġġ għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat għal dawk in-negozji u interventi relatati; miżuri biex jiġu ppreservati l-impjiegi eżistenti; u biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-kontrolli fil-fruntieri, doganali, sanitarji u fitosanitarji, inkluż persunal u infrastruttura addizzjonali.
(1)  L-assistenza mogħtija skont l-Artikolu 3a għandha tkopri biss il-piż finanzjarju mġarrab minn Stat Membru meta mqabbel mas-sitwazzjoni li fiha jkun ġie konkluż ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Tali assistenza tista' tintuża, pereżempju, biex tagħti appoġġ lil negozji u ħaddiema affettwati mill-ħruġ mingħajr ftehim, inkluż appoġġ għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat għal dawk in-negozji u interventi relatati; miżuri biex jiġu ppreservati l-impjiegi eżistenti; u biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-kontrolli fil-fruntieri, doganali, sanitarji u fitosanitarji, inkluż persunal u infrastruttura addizzjonali.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 2012/2002
Artikolu 3b – paragrafu 6a (ġdid)
(6a)   In-nefqa eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni m'għandhiex tkun iffinanzjata fil-qafas ta' dan ir-Regolament.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 2012/2002
Artikolu 4a – paragrafu 1
(1)  L-awtoritajiet responsabbli nazzjonali ta' Stat Membru jistgħu jippreżentaw applikazzjoni unika lill-Kummissjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond f'konformità mal-Artikolu 3a sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2020. L-applikazzjoni għandha tinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-piż finanzjarju impost fuq dak l-Istat Membru. Għandha tiddeskrivi l-miżuri pubbliċi li ttieħdu b'rispons għall-ħruġ mingħajr ftehim u tispeċifika l-kost nett tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2020, u r-raġunijiet għala ma setgħux jiġu evitati permezz ta' miżuri ta' tħejjija. Jenħtieġ li tinkludi wkoll il-ġustifikazzjoni li tikkonċerna l-effett dirett tal-ħruġ mingħajr ftehim.
(1)  L-awtoritajiet responsabbli nazzjonali ta' Stat Membru jistgħu jippreżentaw applikazzjoni unika lill-Kummissjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond f'konformità mal-Artikolu 3a sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020. L-applikazzjoni għandha tinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-piż finanzjarju impost fuq dak l-Istat Membru. Għandha tiddeskrivi l-miżuri pubbliċi li ttieħdu bi tħejjija jew b'rispons għall-ħruġ mingħajr ftehim u tispeċifika l-kost nett tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2020. Jenħtieġ li tinkludi wkoll il-ġustifikazzjoni li tikkonċerna l-effett dirett tal-ħruġ mingħajr ftehim.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 2012/2002
Artikolu 4a – paragrafu 2
(2)  Il-Kummissjoni għandha tħejji gwida dwar kif il-Fond jista' jiġi aċċessat u implimentat effettivament. Il-gwida għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar it-tħejjija tal-applikazzjoni, u l-informazzjoni li jkollha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, inkluż dwar l-evidenza li għandha tingħata rigward il-piż finanzjarju impost. Il-gwida għandha tkun pubblika fuq is-siti web tad-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tiżgura li tixxerred b'mod usa' lill-Istati Membri.
(2)  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tħejji gwida dwar kif il-Fond jista' jiġi aċċessat u implimentat effettivament. Il-gwida għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar it-tħejjija tal-applikazzjoni, u l-informazzjoni li jkollha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, inkluż dwar l-evidenza li għandha tingħata rigward il-piż finanzjarju impost. Il-gwida għandha tkun pubblika fuq is-siti web tad-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tiżgura li tixxerred b'mod usa' lill-Istati Membri.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 2012/2002
Artikolu 4a – paragrafu 3
(3)  Wara t-30 ta' April 2020, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandha tivvaluta għall-applikazzjonijiet kollha jekk il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond humiex issodisfati f'kull każ, u għandha tiddetermina l-ammonti ta' kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja possibbli mill-Fond fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli.
(3)  Wara t-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandha tivvaluta għall-applikazzjonijiet kollha jekk il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond humiex issodisfati f'kull każ, u għandha tiddetermina l-ammonti ta' kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja possibbli mill-Fond fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 2012/2002
Artikolu 4a – paragrafu 4
(4)  L-assistenza mill-Fond għandha tingħata lill-Istati Membri li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà, filwaqt li jitqiesu l-livelli limitu speċifikati fl-Artikolu 3a(4), b'rata ta' mhux aktar minn 5 % tal-piż finanzjarju impost, u fil-limiti tal-baġit disponibbli. Fil-każ li l-baġit disponibbli jirriżulta li ma jkunx biżżejjed, ir-rata tal-għajnuna għandha titnaqqas proporzjonalment.
(4)  L-assistenza mill-Fond għandha tingħata lill-Istati Membri li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà, filwaqt li jitqiesu l-livelli limitu speċifikati fl-Artikolu 3a(4), b'rata ta' mhux aktar minn 10 % tal-piż finanzjarju impost, u fil-limiti tal-baġit disponibbli. Fil-każ li l-baġit disponibbli jirriżulta li ma jkunx biżżejjed, ir-rata tal-għajnuna għandha titnaqqas proporzjonalment.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 2012/2002
Artikolu 4a – paragrafu 6
(6)  Id-deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-Fond għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill malajr kemm jista' jkun wara li l-Kummissjoni tkun ippreżentat il-proposta. Il-Kummissjoni, fuq naħa waħda, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq in-naħa l-oħra, għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu kemm jista' jkun il-ħin li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond.
(6)  Id-deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-Fond għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill malajr kemm jista' jkun wara li l-Kummissjoni tkun ippreżentat il-proposta. Il-Kummissjoni, fuq naħa waħda, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq in-naħa l-oħra, għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu kemm jista' jkun il-ħin li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond u għandhom jimpenjaw ruħhom li jipproponu, fl-iktar ħin qasir possibbli, strument imfassal apposta biex jindirizza tali emerġenza.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0020/2019).

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza