Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0415(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0019/2019

Testi mressqa :

A9-0019/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2019 - 5.2

Testi adottati :

P9_TA(2019)0052

Testi adottati
PDF 164kWORD 46k
Il-Ħamis, 14 ta' Novembru 2019 - Brussell
Bejgħ b'distanza ta' merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta' merkanzija *
P9_TA(2019)0052A9-0019/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati ma' bejgħ b'distanza ta' merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta' merkanzija (COM(2018)0819 – C8-0017/2019 – 2018/0415(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0819),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0017/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0019/2019),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE3 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/24554 tipprevedi li meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma jew portal, il-bejgħ b'distanza ta' merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150 jew il-provvista ta' merkanzija fi ħdan il-Komunità minn persuna taxxabbli mhux stabbilita hemmhekk lil persuna mhux taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u pprovdiet il-merkanzija hi stess. Peress li din id-dispożizzjoni tifred provvista waħda f'żewġ provvisti, jeħtieġ jiġi ddeterminat għal liema provvista għandu jiġi attribwit id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija biex jiġi ddeterminat kif suppost il-post tal-provvista tagħhom.
(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE3 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/24554 tipprevedi li meta persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma jew portal, il-bejgħ b'distanza ta' merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150 jew il-provvista ta' merkanzija fi ħdan il-Komunità minn persuna taxxabbli mhux stabbilita hemmhekk lil persuna mhux taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u pprovdiet il-merkanzija hi stess. Peress li din id-dispożizzjoni tifred provvista waħda f'żewġ provvisti, jeħtieġ jiġi ddeterminat għal liema provvista għandu jiġi attribwit id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija biex jiġi ddeterminat kif suppost il-post tal-provvista tagħhom. Jenħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-fatt taxxabbli ta' dawn iż-żewġ provvisti jsir fl-istess ħin.
__________________
___________________
3 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
3 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
4 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).
4 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Filwaqt li persuna taxxabbli li, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika, tiffaċilita l-provvista ta' merkanzija lil persuna mhux taxxabbli fil-Komunità, tista' tnaqqas il-VAT imħallsa lil fornituri mhux stabbiliti fil-Komunità, f'konformità mar-regoli eżistenti, ir-riskju huwa li dan tal-aħħar ma jħallasx il-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa. Sabiex jiġi evitat dak ir-riskju, il-provvista mingħand il-fornitur li jbigħ merkanzija permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika jenħtieġ li tkun eżenti mill-VAT, filwaqt li dak il-fornitur jenħtieġ li jingħata dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input li ħallas max-xiri jew l-importazzjoni tal-merkanzija pprovduta.
(2)  Filwaqt li persuna taxxabbli li, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika, tiffaċilita l-provvista ta' merkanzija lil persuna mhux taxxabbli fil-Komunità, tista' tnaqqas il-VAT imħallsa lil fornituri mhux stabbiliti fil-Komunità, f'konformità mar-regoli eżistenti, ir-riskju huwa li din tal-aħħar ma tħallasx il-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa. Sabiex jiġi evitat dak ir-riskju, il-provvista mingħand il-fornitur li jbigħ merkanzija permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika jenħtieġ li tkun eżenti mill-VAT, filwaqt li dak il-fornitur jenħtieġ li jingħata dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input li ħallas max-xiri jew l-importazzjoni tal-merkanzija pprovduta. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-fornitur ikun dejjem irreġistrat fl-Istat Membru fejn ikun akkwista jew importa dik il-merkanzija.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 66a (ġdid)
(1a)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 66a
Permezz ta' deroga mill-Artikoli 63, 64 u 65, għandu jseħħ il-fatt taxxabbli ta' provvista ta' merkanzija minn persuna taxxabbli li hija meqjusa li rċeviet u forniet il-merkanzija f'konformità mal-Artikolu 14a u tal-provvista lil dik il-persuna taxxabbli u l-VAT għandha tiġi imposta fil-mument meta jkun ġie aċċettat il-ħlas."
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 272 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(4a)  fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 272(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(b) persuni taxxabbli li ma jwettqu l-ebda waħda mit-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21, 22, 33, 36, 138 u 141;"
"(b) persuni taxxabbli li ma jwettqu l-ebda waħda mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21, 22, 33, 36, 136a, 138 u 141;"
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369a – paragrafu 1 – punt 3 – punt c
(c)  fil-każ ta' provvista ta' merkanzija magħmula permezz ta' interfaċċa elettronika li tiffaċilita dawk il-provvisti skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 14a fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-oġġetti pprovduti jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru, tfisser dak l-Istat Membru.";
(c)  fil-każ ta' provvista ta' merkanzija magħmula minn persuna taxxabbli li tiffaċilita dawk il-provvisti skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 14a fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-oġġetti pprovduti jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru, tfisser dak l-Istat Membru.";
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369a – paragrafu 2 a (ġdid)
(b)  jiżdied it-tielet paragrafu li ġej:
(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:
Fejn persuna taxxabbli ma stabbilietx in-negozju tagħha fil-Komunità u ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss fiha, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li minnu ntbagħtet jew kienet ittrasportata l-merkanzija. Fejn ikun hemm aktar minn Stat Membru wieħed li minnu l-merkanzija ntbagħtet jew kienet ittrasportata, il-persuna taxxabbli għandha tindika liema minn dawk l-Istati Membri għandu jkun l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni. Il-persuna taxxabbli għandha tkun marbuta b’din id-deċiżjoni għas-sena kalendarja konċernata u għas-sentejn kalendarji ta’ wara.”
"Meta persuna taxxabbli ma tkunx stabbiliet in-negozju tagħha fil-Komunità u ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk, l-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li fih jibda d-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija. Meta jkun hemm aktar minn Stat Membru wieħed li fih jibda d-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija, il-persuna taxxabbli għandha tindika liema minn dawk l-Istati Membri għandu jkun l-Istat Membru ta' identifikazzjoni. Il-persuna taxxabbli għandha tkun marbuta b'dik id-deċiżjoni għas-sena kalendarja kkonċernata u għas-sentejn kalendarji ta' wara."
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369g – paragrafu 1 – punt a
(a)  bejgħ intra-Komunitarju b'distanza ta' merkanzija u provvisti ta' merkanzija skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 14a fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija pprovduti jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru;
(a)  bejgħ intra-Komunitarju b'distanza ta' merkanzija u provvisti ta' merkanzija;
(aa)   provvisti ta' merkanzija skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 14a fejn id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija pprovduti jibda u jispiċċa fl-istess Stat Membru;
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369g – paragrafu 2a (ġdid)
(11a)  fl-Artikolu 369g, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“2a. Meta l-persuna taxxabbli li tipprovdi s-servizzi koperti mill-iskema speċjali jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar, għajr dak fl-Istat Membru ta' identifikazzjoni, li minnu jiġu pprovduti s-servizzi, id-dikjarazzjoni tal-VAT għandha tinkludi wkoll il-valur totali mingħajr il-VAT, ir-rati tal-VAT applikabbli, l-ammont totali għal kull rata tal-VAT korrispondenti u l-VAT totali dovuta ta' tali provvisti, għal kull Stat Membru li fih il-persuna taxxabbli jkollha stabbiliment, flimkien man-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali jew in-numru ta' referenza tat-taxxa ta' kull stabbiliment, diżaggregati skont l-Istat Membru ta' konsum.”
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369zb – paragrafu 2
"2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-VAT imsemmija fil-paragrafu 1 titħallas kull xahar. L-iskadenza għall-ħlas hija dik applikabbli għall-ħlas ta' dazju fuq l-importazzjoni f'sitwazzjonijiet simili."
‘2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-VAT imsemmija fil-paragrafu 1 titħallas kull xahar sal-iskadenza għall-ħlas applikabbli għall-ħlas ta' dazju fuq l-importazzjoni.".
Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Ġunju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza