Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0096(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0034/2019

Testi mressqa :

A9-0034/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 26/11/2019 - 8.2

Testi adottati :

P9_TA(2019)0060

Testi adottati
PDF 152kWORD 44k
It-Tlieta, 26 ta' Novembru 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
Emenda tar-regoli tal-VAT u tad-dazju tas-sisa fir-rigward ta' sforz ta' difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni *
P9_TA(2019)0060A9-0034/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta' sforz ta' difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni (COM(2019)0192 – C9-0003/2019 – 2019/0096(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2019)0192),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0003/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0034/2019),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK jinkludi missjonijiet u operazzjonijiet militari, attivitajiet tal-gruppi tattiċi, assistenza reċiproka, proġetti ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA). Madankollu, jenħtieġ li dan ma jinkludix attivitajiet taħt il-klawsola ta' solidarjetà stabbilita fl-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe attività bilaterali jew multilaterali oħra bejn l-Istati Membri li ma jirrelatawx ma' sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK.
(4)  Sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK jinkludi missjonijiet militari, attivitajiet tal-gruppi tattiċi u ta' formazzjonijiet jew strutturi multinazzjonali oħra stabbiliti mill-Istati Membri li joperaw fi ħdan il-qafas tal-PSDK, assistenza reċiproka, proġetti ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u attivitajiet li jkollhom l-għan li, b'mod progressiv, ifasslu politika ta' difiża komuni għall-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jinkludix attivitajiet taħt il-klawsola ta' solidarjetà stabbilita fl-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe attività bilaterali jew multilaterali oħra bejn l-Istati Membri li ma tkunx relatata ma' sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK. Jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rekord ta' kwalunkwe sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni taħt il-PSDK li fir-rigward tagħha japplikaw eżenzjonijiet.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  B'mod simili għall-eżenzjoni għall-isforz ta' difiża tan-NATO, l-eżenzjoni għall-isforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK jenħtieġ li tkun limitata fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. L-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-kompiti marbuta direttament ma' sforz ta' difiża biss jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal eżenzjoni. Il-kompiti mwettqa esklussivament mill-persunal ċivili jew imwettqa esklussivament bl-użu ta' kapaċitajiet ċivili ma għandhomx ikunu koperti mill-eżenzjoni. L-eżenzjoni lanqas ma jenħtieġ li tinkludi oġġetti bħal spare parts għal tagħmir militari jew servizzi tat-trasport li l-forzi armati ta' Stat Membru jiksbu għall-użu fi ħdan dak l-Istat Membru jew tkun estiża għall-kostruzzjoni ta' infrastrutturi ta' sistemi tat-trasport jew ta' komunikazzjoni u informazzjoni.
(8)  Bħall-eżenzjoni mill-VAT u d-dazju tas-sisa għall-isforz ta' difiża tan-NATO, l-eżenzjonijiet għall-isforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-PSDK jenħtieġ li jkunu limitati fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. L-eżenzjonijiet jenħtieġ li japplikaw biss għal sitwazzjonijiet fejn il-forzi armati jwettqu kompiti marbuta direttament ma' sforz ta' difiża taħt il-PSDK. Dawk l-eżenzjonijiet jenħtieġ li ma jkoprux missjonijiet ċivili skont il-PSDK. Oġġetti jew servizzi fornuti għall-użu tal-persunal ċivili jistgħu għalhekk ikunu koperti biss mill-eżenzjonijiet meta l-persunal ċivili jkun qed jakkumpanja l-forzi armati li jwettqu kompiti marbuta direttament ma' sforz ta' difiża skont il-PSDK barra l-Istat Membru tagħhom. Il-kompiti mwettqa esklussivament mill-persunal ċivili jew imwettqa esklussivament bl-użu ta' kapaċitajiet ċivili jenħtieġ li ma jkunux ikkunsidrati bħala sforz ta' difiża. Fi kwalunkwe ċirkostanza, l-eżenzjonijiet lanqas ma jenħtieġ li jinkludu oġġetti jew servizzi li l-forzi armati jiksbu għall-użu tal-forzi jew tal-persunal ċivili li jakkumpanjahom fi ħdan l-Istat Membru tagħhom stess.
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza