Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 121kWORD 43k
L-Erbgħa, 27 ta' Novembru 2019 - Strasburgu
Elezzjoni tal-Kummissjoni
P9_TA(2019)0067

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2019 li teleġġi l-Kummissjoni (2019/2109(INS))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1136 tat-2 ta’ Lulju 2019(1), li tipproponi lil Ursula von der Leyen bħala kandidata għal President tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ Ursula von der Leyen u l-preżentazzjoni tal-linji gwida politiċi tagħha magħmula fis-seduta plenarja tas-16 ta' Lulju 2019,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Lulju 2019(2) li jeleġġi lil Ursula von der Leyen bħala l-President tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1330(3), li ttieħdet bil-qbil tal-President elett tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Awwissu 2019 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1949 li ttieħdet bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2019 li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni (UE) 2019/1393(4),

–  wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji nominati li saru mit-30 ta' Settembru sal-14 ta' Novembru 2019 quddiem il-kumitati parlamentari u l-evalwazzjonijiet tal-kumitati tal-Kummissarji nominati wara s-seduti ta' smigħ,

–  wara li kkunsidra l-eżami mwettaq mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati fl-20 ta' Novembru 2019 u l-eżami mill-Konferenza tal-Presidenti fil-laqgħa tagħha tal-21 ta' Novembru 2019,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni espressa waqt is-seduta plenarja mill-President elett tal-Kummissjoni fis-27 ta' Novembru 2019,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 125 u l-Anness VII tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra tal-President, il-Viċi President għar-relazzjonijiet esterni (ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni, bħala korp, għall-mandat sal-31 ta' Ottubru 2024;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill tal-Ministri u lill-President elett tal-Kummissjoni.

(1) ĠU L 179 I, 3.7.2019, p. 2.
(2) Testi adottati, P9_TA(2019)0002.
(3) ĠU L 207, 7.8.2019, p. 36.
(4) ĠU L 304, 26.11.2019, p. 16.

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza