Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (14283/2019 – C9-0186/2019 – 2019/2028(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet relevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14283/2019 – C9-0186/2019),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta' Lulju 2019 (COM(2019)0400),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Settembru 2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Settembru 2019 (11734/2019 – C9-0119/2019),
– wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, ippreżentata mill-Kummissjoni fil-15 ta' Ottubru 2019,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020(1) u l-emendi baġitarji li tinkludi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 95 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A9-0035/2019),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Baġit 2020 – Elementi għal konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:
1. Baġit 2020
2. Dikjarazzjonijiet
Ħarsa ġenerali
Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
— Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2020 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 168 688,1 miljun, li jħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2020 ta' EUR 1 492,3 miljun.
Dan jikkorrispondi għal żieda kumplessiva ta' EUR 400,0 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020.
— Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2020 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 153 566,2 miljun.
Dan jikkorrispondi għal tnaqqis kumplessiv ta' EUR 49,1 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020.
Impenji
Pagamenti
Livell finali tal-approprjazzjonijiet (f'miljuni ta' EUR)
168 688,1
153 566,2
Bħala % tat-28 ING
0,99%
0,90%
L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2020 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 778,1 miljun għall-intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza.
— Il-marġni globali għall-impenji qed jintuża f'livell ta' EUR 269,6 miljun għall-intestaturi 1a Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi u 1b Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali.
— Il-marġni ta' kontinġenza mobilizzat fl-2017 huwa kkumpensat b'EUR 252,0 miljun mill-marġni mhux allokati taħt l-intestatura 5 Amministrazzjoni.
— L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2020 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2017, fl-2018, fl-2019 u fl-2020 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 849,8 miljun.
— Id-disponibilitajiet li jifdal għas-sena 2020 huma miġbura fil-qosor fit-tabella li ġejja:
F'EUR miljuni (prezzijiet tal-2019)
Marġni ta' impenn taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2020
1 492,3
Strumenti speċjali attwalment disponibbli
1 216,9
Strument ta' Flessibbiltà
141,3
Marġni globali għall-impenji (mill-2018)
1 075,6
Strumenti speċjali addizzjonali disponibbli fl-2020
1 463,5
Strument ta' Flessibbiltà
Mill-ammonti mhux użati (2019) tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
173,5
Mill-ammonti mhux użati (2018) tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
-
Marġni globali għall-impenji (mill-2019)
1 290,0
Total
4 172,7
1. Baġit 2020
1.1. Linji "magħluqa"
Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha li ma ġewx emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.
Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.
1.2. Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji deċentralizzati
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 bl-eċċezzjoni ta':
— Taħt l-intestatura 1a:
o L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA, artikolu baġitarju 02 03 03) li għaliha tnaqqas l-ammont ta' EUR 1 000 000 fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
o L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA, artikolu baġitarju 02 05 11) li għaliha żdiedu 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 370 000 fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
o Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP, artikolu baġitarju 04 03 13) li għalih tnaqqas l-ammont ta' EUR 300 000 fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
— Taħt l-intestatura 2:
o L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA, artikolu baġitarju 07 02 06) li għaliha żdiedu 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 1 300 000 fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
— Taħt l-intestatura 3:
o L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (EUROPOL, artikolu baġitarju 18 02 04) li għaliha żdiedu 10 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 13 000 000 fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
o L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA, artikolu baġitarju 17 03 12 01) li għaliha żdiedu 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 2 000 000 fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
o L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO, artikolu baġitarju 18 03 02) li għalih tnaqqas l-ammont ta' EUR 24 685 306 fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fir-riżerva.
o Il-Korp Ewropew għat-Tisħiħ tal-Koperazzjoni Ġudizzjarja (EUROJUST, artikolu baġitarju 33 03 04) li għalih żdied l-ammont ta' EUR 1 700 000 fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
o L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (FRONTEX, artikolu baġitarju 18 02 03) li għaliha tnaqqas l-ammont ta' EUR 8 734 813 fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
o L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE, artikolu baġitarju 33 03 05) li għalih ġew allokati 5 postijiet addizzjonali.
Aġenziji eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendati mill-Ittra Emendatorja 1/2020.
Proġetti pilota/Azzjonijiet preparatorji
Ġie maqbul pakkett komprensiv ta' 78 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għal ammont totali ta' EUR 140,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.
Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi ġuridika eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi ġuridika korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.
Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.
1.3. Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji "magħluqa", l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:
Intestatura 1a – Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
f'EUR
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn
AB 2020 (inkl. l-IE 1)
Baġit 2020
Differenza
1.1.31
Orizzont 2020
302 000 000
02 04 03 01
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima
93 815 989
131 326 358
37 510 369
05 09 03 01
Żgurar ta' provvisti suffiċjenti ta' ikel sikur u ta' kwalità għolja u prodotti oħra b'bażi bijo
322 162 041
358 411 695
36 249 654
06 03 03 01
Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika
82 293 876
102 593 682
20 299 806
08 02 02 02
Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta' riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni
463 764 801
390 264 801
-73 500 000
08 02 03 01
Titjib tas-saħħa u l-benessri matul il-ħajja
648 685 745
675 046 838
26 361 093
08 02 03 03
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva
378 723 375
437 834 269
59 110 894
08 02 03 04
Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika
266 184 054
291 118 104
24 934 050
08 02 03 05
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima
Tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti
446 952 871
453 036 200
6 083 329
09 04 02 01
Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni
877 375 691
893 597 902
16 222 211
09 04 03 01
Titjib tas-saħħa u l-benessri matul il-ħajja
179 751 775
187 862 880
8 111 105
09 04 03 02
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi
53 632 314
54 632 314
1 000 000
09 04 03 03
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri
78 153 053
68 153 053
-10 000 000
15 03 01 01
Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet, għarfien u innovazzjoni ġodda
1 024 532 312
1 032 643 417
8 111 105
18 05 03 01
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri
195 504 220
185 504 220
-10 000 000
32 04 03 01
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva
397 880 594
456 991 488
59 110 894
1.1.32
Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom
-2 200 000
08 03 01 02
Euratom — Fissjoni nukleari u ħarsien mir-radjazzjoni
74 754 023
73 354 023
-1 400 000
10 03 01
Attivitajiet tal-Euratom ta' riċerka diretta
13 701 830
12 901 830
-800 000
1.1.4
Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (Cosme)
5 000 000
02 02 02
Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn
264 160 000
269 160 000
5 000 000
1.1.5
Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+)
50 000 000
15 02 01 01
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol
2 497 651 602
2 538 161 453
40 509 851
15 02 01 02
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea
187 211 158
194 795 054
7 583 896
15 02 02
Promozzjoni tal-eċċellenza fl-attivitajiet tat-tagħlim u r-riċerka fl-integrazzjoni Ewropea permezz tal-Attivitajiet Jean Monnet madwar id-dinja
47 056 540
48 962 793
1 906 253
1.1.6
Impjiegi u Innovazzjoni Soċjali (EaSI)
-2 000 000
04 03 02 01
Progress — Sostenn tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u soċjali u l-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol
78 400 000
77 900 000
-500 000
04 03 02 03
Mikrofinazjament u Intraprenditorija Soċjali — Żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għal persuni legali u fiżiċi, speċjalment dawk li huma l-iktar distanti mis-suq tax-xogħol u l-intrapriżi soċjali
15 735 000
14 235 000
-1 500 000
1.1.81
Enerġija
95 800 000
32 02 01 01
Aktar integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà bejn in-netwerks tal-elettriku u tal-gass fuq il-fruntieri
394 706 000
450 506 000
55 800 000
32 02 01 02
Titjib tas-sigurtà tal-Unjoni fil-provvista tal-enerġija
394 528 000
414 528 000
20 000 000
32 02 01 03
Kontribuzzjoni għal żvilupp sostenibbli u protezzjoni tal-ambjent
394 498 586
414 498 586
20 000 000
1.1.82
Trasport
37 000 000
06 02 01 01
It-tneħħija tar-restrinġiment, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, l-għaqda fejn hemm il-lakuni u t-titjib tat-taqsimiet transkonfinali.
1 732 979 805
1 764 429 805
31 450 000
06 02 01 02
Żgurar ta' sistemi tat-trasport sostenibbli u effiċjenti
333 547 370
339 097 370
5 550 000
1.1.DAG
Aġenziji deċentralizzati
-930 000
02 03 03
Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi — Leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi
59 827 657
58 827 657
-1 000 000
02 05 11
Aġenzija Ewropea GNSS
34 232 619
34 602 619
370 000
04 03 13
Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
18 115 490
17 815 490
-300 000
1.1.OTH
Azzjonijiet u programmi oħra
-200 000
26 02 01
Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi
7 200 000
7 000 000
-200 000
1.1.PPPA
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
85 365 000
1.1.SPEC
Azzjonijiet iffinanzjati skont il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni
-1 500 000
02 03 01
Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern ta' oġġetti u servizzi
32 027 000
31 027 000
-1 000 000
09 02 01
Definizzjoni u implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika
3 815 000
3 315 000
-500 000
Total
568 335 000
Konsegwenza ta' dan, il-livell miftiehem ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jiġi stabbilit għal EUR 25 284,8 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1a u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għal ammont ta' EUR 93,8 miljun.
Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel ukoll li ma jerġax jagħmel l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli f'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju.
Intestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 iżda bl-aġġustament maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljat fit-tabella ta' hawn taħt:
f'EUR
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn
AB 2020 (inkl. l-IE 1)
Baġit 2020
Differenza
1.2.5
Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (allokazzjoni komplementari speċifika)
28 333 333
04 02 64
Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
116 666 667
145 000 000
28 333 333
1.2.PPPA
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
5 600 000
Total
33 933 333
Konsegwenza ta' dan, il-livell miftiehem ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jiġi stabbilit għal EUR 58 645,8 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1b u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għal ammont ta' EUR 175,8 miljun.
Intestatura 2 – Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
f'EUR
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn
AB 2020 (inkl. l-IE 1)
Baġit 2020
Differenza
2.0.10
Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti
Governanza klimatika u informazzjoni aħjar fil-livelli kollha
16 298 500
17 568 341
1 269 841
2.0.DAG
Aġenziji deċentralizzati
1 300 000
07 02 06
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
40 418 782
41 718 782
1 300 000
2.0.PPPA
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
22 514 881
Total
-38 185 119
Konsegwenza ta' dan, il-livell miftiehem ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jiġi stabbilit għal EUR 59 907,0 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 514,0 miljun taħt il-limitu minimu tan-nefqa tal-intestatura 2.
Intestatura 3 – Sigurtà u Ċittadinanza
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
f'EUR
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn
AB 2020 (inkl. l-IE 1)
Baġit 2020
Differenza
3.0.11
Ewropa Kreattiva
7 500 000
09 05 01
Sottoprogramm MEDIA — Jopera fuq livell transnazzjonali u internazzjonali u jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali
115 923 000
120 923 000
5 000 000
15 04 01
Tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet żgħar u żgħar ħafna fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, u trawwim ta' politika tal-iżvilupp u mudelli ta' negozju ġodda
38 241 000
39 241 000
1 000 000
15 04 02
Sottoprogramm Kulturali — Sostenn ta' azzjonijiet transfruntiera u l-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali
75 246 000
76 746 000
1 500 000
3.0.5
Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza
1 200 000
33 02 01
Żgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini
28 605 000
29 805 000
1 200 000
3.0.6
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
-15 000 000
23 03 01 01
Prevenzjoni tad-diżastri u preparatezza għalihom fl-Unjoni
137 788 000
122 788 000
-15 000 000
3.0.7
Ewropa għaċ-Ċittadini
1 000 000
18 04 01 01
Ewropa għaċ-Ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni
25 959 000
26 959 000
1 000 000
3.0.8
Ikel u Għalf
-1 500 000
17 04 01
Żgurar ta' stat aħjar tas-saħħa tal-annimali u livell ogħla ta' protezzjoni tal-annimali fl-Unjoni
171 000 000
169 500 000
-1 500 000
3.0.DAG
Aġenziji deċentralizzati
-16 720 119
17 03 12 01
Kontribuzzjoni tal-UE għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
32 285 000
34 285 000
2 000 000
18 02 03
Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
420 555 842
411 821 029
-8 734 813
18 02 04
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)
139 964 760
152 964 760
13 000 000
18 03 02
Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
133 012 725
108 327 419
-24 685 306
33 03 04
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
39 640 496
41 340 496
1 700 000
3.0.PPPA
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
22 520 119
3.0.SPEC
Azzjonijiet iffinanzjati skont il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni
1 000 000
09 05 05
Azzjonijiet ta' Multimedia
20 732 000
21 732 000
1 000 000
Total
0
Konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 3 729,1 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu massimu ta' nefqa tal-intestatura 3, u l-mobilizzazzjoni ta' EUR 778,1 miljun permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà.
Intestatura 4 – Ewropa Globali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
f'EUR
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn
AB 2020 (inkl. l-IE 1)
Baġit 2020
Differenza
4.0.1
Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)
-85 000 000
05 05 04 02
Turkija - Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni
28 178 364
18 178 364
-10 000 000
22 02 03 01
Turkija - Sostenn għar-riformi politiki u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni
160 000 000
150 000 000
-10 000 000
22 02 03 02
Turkija - Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni
65 000 000
0
-65 000 000
4.0.10
Assistenza Makrofinanzjarja (MFA)
-7 000 000
01 03 02
Assistenza makrofinanzjarja
27 000 000
20 000 000
-7 000 000
4.0.2
Strument Ewropew ta' Viċinat (SEV)
25 000 000
22 04 01 03
Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' konflitti
401 220 115
421 220 115
20 000 000
22 04 02 01
Is-Sħubija tal-Lvant — Id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u l-mobilità
251 379 012
252 879 012
1 500 000
22 04 02 02
Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli
385 828 623
389 328 623
3 500 000
4.0.3
Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)
20 000 000
21 02 07 01
Ambjent u tibdil fil-klima
216 473 403
222 473 403
6 000 000
21 02 07 02
Enerġija sostenibbli
96 210 401
110 210 401
14 000 000
4.0.5
Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)
-5 000 000
19 04 01
Titjib tal-affidabilità tal-proċessi elettorali, partikolarment permezz tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali
48 442 462
43 442 462
-5 000 000
4.0.OTH
Azzjonijiet u programmi oħra
2 000 000
13 07 01
Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka
33 762 000
35 762 000
2 000 000
4.0.PPPA
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
4 000 000
Total
-46 000 000
Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 10 261,6 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 248,4 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 4.
Intestatura 5 - Amministrazzjoni
L-għadd ta' postijiet fit-tabella tal-persunal tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
— It-taqsima tal-Parlament, li għaliha huma approvati dawn iż-żidiet li ġejjin fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li jirriżultaw mill-Istatut għall-Membri u mill-posponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea deċiż fit-28 ta' Ottubru 2019 mill-Kunsill Ewropew: EUR 410 000 fil-linja baġitarja 1 0 0 0 Salarji, EUR 408 000 fil-linja baġitarja 1 0 0 4 Spejjeż għall-vjaġġi regolari, EUR 12 000 fil-linja baġitarja 1 0 0 5 Spejjeż oħra għall-vjaġġi, EUR 900 000 fil-linja baġitarja 1 0 0 6 Allowance għall-ispejjeż ġenerali, EUR 6 050 000 fil-linja baġitarja 1 0 2 Allowances Tranżitorji, EUR 12 000 fil-linja baġitarja 3 2 2 Akkwist tal-informazzjoni u arkivjar, EUR 68 000 fil-linja baġitarja 3 2 4 4 L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi u EUR 1 463 000 fil-linja baġitarja 4 2 2 Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari;
— It-taqsima tal-Kunsill, li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat.
Barra minn hekk, l-impatt fil-Baġit tal-2020 tal-aġġornament awtomatiku tas-salarji li japplika mill-1 ta' Lulju 2019 (2,0 % minflok 3,1 %) huwa integrat fit-taqsimiet kollha tal-Istituzzjonijiet bil-mod segwenti:
f'EUR
Il-Parlament
-10 922 000
Il-Kunsill
-3 627 000
Il-Kummissjoni (pensjonijiet inklużi)
-52 453 000
Il-Qorti tal-Ġustizzja
-3 393 000
Il-Qorti tal-Awdituri
-1 380 000
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
-819 672
Il-Kumitat tar-Reġjuni
-610 000
L-Ombudsman
-111 000
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
-64 000
Is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna
-3 529 000
Total
-76 908 672
B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 10 272,1 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 729,9 miljun taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5, wara l-użu tal-ammont ta' EUR 252,0 miljun tal-marġni biex jikkumpensa l-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' Kontinġenza fl-2017.
Strumenti speċjali: FED, Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u FSUE
L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) u għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit.
1.4. Approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-Baġit 2020 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:
1. L-ewwel nett, qiegħed jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jinkludi tnaqqis addizzjonali tan-nefqa agrikola tal-ammont -EUR 72,0 miljun. B'analoġija dan l-approċċ huwa applikat lill-kontribuzzjoni tal-UE min-naħa tal-aġenziji deċentralizzati. L-effett kombinat huwa tnaqqis ta' -EUR 156,4 miljun;
2. L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji l-ġodda kollha proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz tal-Baġit flimkien ma' 25 % tal-impenji l-ġodda korrispondenti, jew il-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. L-effett kombinat huwa żieda ta' EUR 35,0 miljun;
3. L-aġġustamenti għal-linji baġitarji li ġejjin huma maqbula b'riżultat tal-evoluzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għal nefqa differenzjata:
f'EUR
Linja baġitarja/Programm
Isem
Varjazzjoni f'approprjazzjonijiet ta' pagament
AB 2020 (inkl. l-IE 1)
Baġit 2020
Differenza
1.1.31
Orizzont 2020
87 754 856
02 04 03 01
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima
68 500 000
79 753 000
11 253 000
05 09 03 01
Żgurar ta' provvisti suffiċjenti ta' ikel sikur u ta' kwalità għolja u prodotti oħra b'bażi bijo
246 618 066
257 493 066
10 875 000
06 03 03 01
Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika
72 392 254
78 482 254
6 090 000
08 02 02 02
Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta' riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni
120 856 938
98 806 938
-22 050 000
08 02 03 01
Titjib tas-saħħa u l-benessri matul il-ħajja
597 667 007
605 575 007
7 908 000
08 02 03 03
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva
371 904 517
389 637 517
17 733 000
08 02 03 04
Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika
281 336 863
288 816 863
7 480 000
08 02 03 05
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima
Tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti
466 500 000
468 325 000
1 825 000
09 04 02 01
Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni
711 700 000
716 567 000
4 867 000
09 04 03 01
Titjib tas-saħħa u l-benessri matul il-ħajja
147 200 000
149 633 000
2 433 000
09 04 03 02
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi
47 700 000
48 000 000
300 000
09 04 03 03
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri
55 400 000
52 400 000
-3 000 000
15 03 01 01
Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet, għarfien u innovazzjoni ġodda
862 725 632
865 158 632
2 433 000
18 05 03 01
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri
168 549 256
165 549 256
-3 000 000
32 04 03 01
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva
398 861 189
416 594 189
17 733 000
1.1.32
Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom
-1 100 000
08 03 01 02
Euratom — Fissjoni nukleari u ħarsien mir-radjazzjoni
92 297 374
91 597 374
-700 000
10 03 01
Attivitajiet tal-Euratom ta' riċerka diretta
12 000 000
11 600 000
-400 000
1.1.4
Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME)
5 000 000
02 02 02
Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn
210 000 000
215 000 000
5 000 000
1.1.5
Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+)
50 000 000
15 02 01 01
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol
2 375 000 000
2 415 509 851
40 509 851
15 02 01 02
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea
180 000 000
187 583 896
7 583 896
15 02 02
Promozzjoni tal-eċċellenza fl-attivitajiet tat-tagħlim u r-riċerka fl-integrazzjoni Ewropea permezz tal-Attivitajiet Jean Monnet madwar id-dinja
46 000 000
47 906 253
1 906 253
1.1.6
Impjiegi u Innovazzjoni Soċjali (EaSI)
-2 000 000
04 03 02 01
Progress — Sostenn tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u soċjali u l-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol
59 400 000
58 900 000
-500 000
04 03 02 03
Mikrofinanzjament u Intraprenditorija Soċjali — Żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għal persuni legali u fiżiċi, speċjalment dawk li huma l-iktar distanti mis-suq tax-xogħol u l-intrapriżi soċjali
23 000 000
21 500 000
-1 500 000
1.1.81
Enerġija
28 740 000
32 02 01 01
Aktar integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà bejn in-netwerks tal-elettriku u tal-gass fuq il-fruntieri
131 500 000
148 240 000
16 740 000
32 02 01 02
Titjib tas-sigurtà tal-Unjoni fil-provvista tal-enerġija
128 200 000
134 200 000
6 000 000
32 02 01 03
Kontribuzzjoni għal żvilupp sostenibbli u protezzjoni tal-ambjent
128 300 000
134 300 000
6 000 000
1.1.82
Trasport
11 100 000
06 02 01 01
It-tneħħija tar-restrinġiment, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, l-għaqda fejn hemm il-lakuni u t-titjib tat-taqsimiet transkonfinali.
980 000 000
989 435 000
9 435 000
06 02 01 02
Żgurar ta' sistemi tat-trasport sostenibbli u effiċjenti
95 000 000
96 665 000
1 665 000
1.1.OTH
Azzjonijiet u programmi oħra
-200 000
26 02 01
Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi
7 200 000
7 000 000
-200 000
1.1.SPEC
Azzjonijiet iffinanzjati skont il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni
-1 200 000
02 03 01
Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern ta' oġġetti u servizzi
26 610 000
25 810 000
-800 000
09 02 01
Definizzjoni u implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika
3 000 000
2 600 000
-400 000
1.2.5
Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (allokazzjoni komplementari speċifika)
Governanza klimatika u informazzjoni aħjar fil-livelli kollha
15 000 000
15 634 921
634 921
3.0.11
Ewropa Kreattiva
6 000 000
09 05 01
Sottoprogramm MEDIA — Jopera fuq livell transnazzjonali u internazzjonali u jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali
99 200 000
103 200 000
4 000 000
15 04 01
Tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet żgħar u żgħar ħafna fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, u trawwim ta' politika tal-iżvilupp u mudelli ta' negozju ġodda
29 200 000
30 000 000
800 000
15 04 02
Sottoprogramm Kulturali — Sostenn ta' azzjonijiet transfruntiera u l-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali
66 000 000
67 200 000
1 200 000
3.0.5
Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza
1 200 000
33 02 01
Żgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini
28 800 000
30 000 000
1 200 000
3.0.6
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
-15 000 000
23 03 01 01
Prevenzjoni tad-diżastri u preparatezza għalihom fl-Unjoni
63 000 000
48 000 000
-15 000 000
3.0.7
Ewropa għaċ-Ċittadini
1 000 000
18 04 01 01
Ewropa għaċ-Ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni
25 000 000
26 000 000
1 000 000
3.0.SPEC
Azzjonijiet iffinanzjati skont il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni
1 000 000
09 05 05
Azzjonijiet ta' Multimedia
22 000 000
23 000 000
1 000 000
4.0.1
Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)
-75 000 000
22 02 03 01
Turkija - Sostenn għar-riformi politiki u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni
58 772 300
48 772 300
-10 000 000
22 02 03 02
Turkija - Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni
463 786 099
398 786 099
-65 000 000
4.0.3
Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)
20 000 000
21 02 07 01
Ambjent u tibdil fil-klima
157 900 000
163 900 000
6 000 000
21 02 07 02
Enerġija sostenibbli
50 250 000
64 250 000
14 000 000
4.0.5
Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)
-5 000 000
19 04 01
Titjib tal-affidabilità tal-proċessi elettorali, partikolarment permezz tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali
42 000 000
37 000 000
-5 000 000
4.0.OTH
Azzjonijiet u programmi oħra
2 000 000
13 07 01
Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka
35 000 000
37 000 000
2 000 000
9.0.3
Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)
-50 000 000
13 06 01
Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija
100 000 000
50 000 000
-50 000 000
Total
72 294 857
1.5. Riżervi
Ir-riżervi bil-Baġit 2020 huma stabbiliti f'konformità mal-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020, għajr għall-artikoli baġitarji 13 06 01 (Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea) u 18 03 02 (Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil — EASO) li r-riżervi tagħhom huma annullati.
1.6. Kummenti baġitarji
Sakemm ma jkunx indirizzat speċifikament fil-paragrafi preċedenti, l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill lit-test tal-kummenti baġitarji huma maqbula, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-linji baġitarji elenkati fiż-żewġ tabelli li ġejjin:
— Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew ġew approvati bil-modifika proposta mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja tagħha.
Linja baġitarja
Isem
15 02 01 01
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol
19 05 01
Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-avvanz u l-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni u tal-interessi reċiproċi
21 02 07 03
L-iżvilupp tal-bniedem
21 02 08 01
Is-soċjetà ċivili fl-iżvilupp
21 07 01
Kooperazzjoni ma' Greenland
— Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2020, huma approvati.
Linja baġitarja
Isem
02 04 03 01
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima
06 01 04 01
Nefqa ta' sostenn għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — Trasport
07 02 06
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
08 02 03 03
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva
08 02 03 05
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima
08 02 07 33
Impriża Konġunta tal-Industriji b'bażi bijoloġika (BBI) — Nefqa ta' sostenn
09 02 01
Definizzjoni u implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika
13 04 61 01
Fond ta' Koeżjoni — Assistenza teknika operazzjonali
21 01 04 05
Nefqa ta' sostenn għall-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (SKSN)
32 04 03 01
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva
— Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja, huma approvati bil-modifiki li ġejjin.
Linja baġitarja
Isem
04 03 02 01
Progress — Sostenn tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u soċjali u l-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol
It-test jiġi emendat kif ġej:
- iħeġġu l-ħolqien tal-impjiegi, jiġi promoss l-impjieg fost iż-żgħażagħ u jiġi miġġieled il-faqar billi tiġi promossa aktar konverġenza soċjali permezz tat-Tikketta Soċjalita' impjiegi dinjitużi f'termini ta' impjiegi stabbli u drittijiet soċjali, bil-promozzjoni ta' impjiegi aċċettabbli għaż-żgħażagħ u bil-ġlieda kontra l-faqar bis-saħħa tal-promozzjoni tal-konverġenza soċjali.
08 02 03 01
Titjib tas-saħħa u l-benessri matul il-ħajja
It-test jiġi emendat kif ġej:
L-għanijiet ta' din l-attività huma s-saħħa u l-benessri matul il-ħajja għal kulħadd, sistemi tas-saħħa u l-kura ta' kwalità għolja u ekonomikament sostenibbli, fejn il-kura tas-saħħa issir iktar personalizzata biex tkun iktar effettiva, u opportunitajiet ta' impjiegi ġodda u tkabbir fis-settur tas-saħħa u l-industriji relatati miegħu. F'dak ir-rigward l-attivitajiet se jiffukaw fuq il-promozzjoni effettiva tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard (eż. il-fehim tad-determinanti tas-saħħa, l-iżvilupp ta' vaċċini preventivi aħjar). Se tingħata attenzjoni partikolari lill-ispeċifiċitajiet tas-saħħa marbuta mal-ġeneru u mal-età. Barra minn hekk, se jkunu enfasizzati l-ġestjoni, it-trattament u l-kura tal-mard (notevolment permezz ta' iktar personalizzazzjoni tal-mediċina), inklużi l-ġlieda kontra l-kanċer, id-diżabbiltà u l-funzjonalità ridotta (eż. permezz tat-trasferiment tal-għarfien għal azzjonijiet tal-prassi klinika u l-innovazzjoni skalabbli, użu aħjar tad-dejta dwar is-saħħa, għajxien indipendenti u assistit). Barra dan, se jsiru sforzi sabiex jitjieb it-teħid tad-deċiżjonijiet fil-forniment tal-prevenzjoni u t-trattament, tiġi identifikata u sostnuta d-disseminazzjoni tal-aħjar prassi fis-settur tal-kura tas-saħħa, u tiġi sostnuta l-kura integrata u l-adozzjoni ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi, organizzattivi u soċjali li jippermettu b'mod partikolari lill-persuni akbar fl-età kif ukoll persuni b'diżabbiltà biex jibqgħu attivi u indipendenti. Finalment, l-attivitajiet se jkunu bbażati fuq approċċ sensittiv għall-ġeneri li jirrikonoxxi, fost affarijiet oħra, il-pożizzjoni tan-nisa fis-settur tal-kura informali kif ukoll dik formali.
08 02 03 03
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva
Jiżdied it-test li ġej:
Għandha tingħata attenzjoni biex jingħalaq id-distakk tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa, mingħajr ma jkunu mminati l-kriterji tal-eċċellenza.
08 02 08
Strument għall-SMEs
It-test jiġi emendat kif ġej:
Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjaru, huwa disponibbli ammont ta' EUR 72 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal dan l-artikolu baġitarju b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2018 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.
09 04 02 01
Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni
Jiżdied it-test li ġej:
Dan jista' jkopri aktar xogħol ta' riċerka fil-qasam tal-iżvilupp tal-magni tat-tiftix fuq l-internet Ewropej.
09 04 03 02
Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi
It-test jiġi emendat kif ġej:
L-għan tat-tieni sfida huwa "li tikkontribwixxi biex ikun hemm fehim tal-bażi intellettwali u tal-wirt kulturali tal-Ewropa: l-istorja tagħha u l-bosta influwenzi Ewropej u mhux Ewropej; bħala ispirazzjoni għal ħajjitna llum", kif ukoll biex tiffaċilita l-aċċess u l-użu ta' dan il-wirt kulturali, anki in vista tal-Cloud Ewropew għall-Wirt Kulturali futur.
32 04 03 01
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva
Jiżdied it-test li ġej:
Għandha tingħata attenzjoni biex jingħalaq id-distakk tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa, mingħajr ma jkunu mminati l-kriterji tal-eċċellenza.
32 02 77 12
Azzjoni preparatorja — Nistabbilixxu appoġġ komprensiv għal reġjuni fi tranżizzjoni intensivi fil-faħam u l-karbonju
Jiżdied it-test li ġej:
— tistabbilixxi grupp fost id-Direttorati Ġenerali biex (a) jidentifika oqsma ta' sinerġiji possibbli ta' politika/programmi tal-Unjoni, bil-ħsieb li jkun żgurat l-aktar appoġġ politiku u finanzjarju effikaċi għal wara l-2020, (b) jassisti lir-reġjuni (awtoritajiet ċentrali u lokali) fl-iżvilupp ta' strateġiji ta' tranżizzjoni sostenibbli billi jingħataw strumenti aktar immirati għall-iskambji intrareġjonali tal-aħjar prattiki, anki fir-rigward ta' pjanijiet direzzjonali komprensivi għal reindustrijalizzazzjoni b'emissjonijiet baxxi.
— tiffoka mill-ġdid il-fora eżistenti tal-partijiet ikkonċernati, inklużi d-djalogu soċjali u d-djalogu mas-soċjetà ċivili inġenerali, fuq l-istabbiliment ta' tranżizzjoni ġusta u strateġiji ekonomiċi;
— tipprovdi appoġġ finanzjarju addizzjonali, minbarra l-iskemi ta' finanzjament eżistenti mingħajr riallokazzjoni minn programmi oħra, għall-istabbiliment ta' pjanijiet direzzjonali ta' tranżizzjoni reġjonali/lokali ġusti lejn in-newtralità tal-karbonju tal-UE sal-2050 fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar milquta. Il-finanzjament addizzjonali għandu jappoġġja wkoll proġetti territorjali/komunitarji eżistenti jew futuri li huma bbażati fuq l-involviment tal-ħaddiema u tal-komunitajiet milquta permezz ta' konsultazzjoni u awtonomizzazzjoni.
— tissaħħaħ il-Pjattaforma għar-Reġjuni tal-Faħam fi Tranżizzjoni u s-Segretarjat relatat (stabbiliti mill-azzjoni preparatorja fl-2018 u mkomplija fl-2019), bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-UE fil-qasam tal-klima u jiġu onorati l-impenji li ħadet l-UE fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata tranżizzjoni enerġetika ġusta li fiha r-reġjuni tal-faħam ma jitħallewx lura, billi jiżdied il-baġit fl-2020 u jitwessa' l-ambitu ta' intervent f'dawn l-attivitajiet li ġejjin:
— żieda fl-assistenza teknika u tal-iżvilupp ta' kapaċitajiet fir-reġjuni tal-faħam u b'intensità ta' karbonju fl-UE għal dak li għandu x'jaqsam, pereżempju, mat-tħejjija ta' strateġiji, l-iżvilupp ta' proġetti, il-finanzjament ta' proġetti u l-aġevolazzjoni tal-investimenti privati (in-numru ta' reġjuni pilota parteċipanti fl-inizjattiva tal-UE kien 20 f'Marzu 2019, meta mqabbel ma' erba' reġjuni fl-2017);
— kollaborazzjoni mal-membri u tal-Komunità tal-Enerġija u mal-osservaturi rigward ir-reġjuni tal-faħam fi tranżizzjoni, permezz tal-organizzazzjoni ta' inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni reġjonali f'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u mas-sħab internazzjonali;
— żvilupp ta' dimensjoni soċjali tal-Pjattaforma għar-Reġjuni tal-Faħam fi Tranżizzjoni, permezz tal-applikazzjoni tal-aħjar prattiki tal-innovazzjoni soċjali: taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, il-programmi għaż-żgħażagħ u għall-minaturi bil-pensjoni.
Fir-rigward tal-proġetti integrati, għandu jitqies element distributtiv fl-għażla tal-proġetti bl-iskop li jkun aġevolat il-bilanċ ġeografiku. Dan l-element għandu natura indikattiva u ma għandux jimplika għall-Istati Membri l-garanzija ta' fondi jew allokazzjonijiet.
34 02 02
Żieda tar-reżiljenza tal-UE għat-tibdil fil-klima
Jiżdied it-test li ġej:
Fir-rigward tal-proġetti integrati, għandu jitqies element distributtiv fl-għażla tal-proġetti bl-iskop li jkun aġevolat il-bilanċ ġeografiku. Dan l-element għandu natura indikattiva u ma għandux jimplika għall-Istati Membri l-garanzija ta' fondi jew allokazzjonijiet.
34 02 03
Governanza klimatika u informazzjoni aħjar fil-livelli kollha
Jiżdied it-test li ġej:
Fir-rigward tal-proġetti integrati, għandu jitqies element distributtiv fl-għażla tal-proġetti bl-iskop li jkun aġevolat il-bilanċ ġeografiku. Dan l-element għandu natura indikattiva u ma għandux jimplika għall-Istati Membri l-garanzija ta' fondi jew allokazzjonijiet.
Dan huwa skont il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi ġuridika eżistenti, jew inaqqru l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tkun koperta minn riżorsi disponibbli.
1.7. Nomenklatura tal-baġit
In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020, hija maqbula bl-inklużjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji ġodda b'kont meħud tal-modifiki li ġejjin.
Proġett pilota — Ekotikkettar għall-avjazzjoni / Proġett ta' dimostrazzjoni għall-introduzzjoni ta' sistema ta' ekotikketta volontarja fil-qasam tal-avjazzjoni bbażata fuq il-Ekoportal tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
06 02 77 25
1a
06 02 77 26
2
Proġett pilota — Interkonnessjoni tal-mobilità urbana bl-infrastrutturi tat-trasport bl-ajru
06 02 77 26
1a
06 02 77 27
2
Proġett pilota — Rivitalizzazzjoni tal-ferroviji transfruntieri ta' billejl
06 02 77 27
1a
06 02 77 28
2
Proġett pilota — Kapaċità ta' ekoloġizzazzjoni tal-portijiet marittimi Ewropej
06 02 77 28
1a
09 02 77 15
2
Proġett pilota — Mobilità urbana intelliġenti li tinvolvi vetturi awtonomi
09 02 77 15
1a
13 03 77 30
1b
Proġett pilota — BEST Kultura: programm ta' appoġġ għad-diversità kulturali fit-territorji extra-Ewropej
13 03 77 30
1b
14 03 77 05
1a
Proġett pilota — Studju ta' fattibbiltà ta' reġistru Ewropew tal-assi fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa
12 02 77 11
1a
15 04 77 22
1a
Azzjoni preparatorja — Finanzi, Tagħlim, Innovazzjoni u Privattivi għall-Industriji Kulturali u Kreattivi (FLIP għal IKK)
15 04 77 22
3
15 04 77 23
1a
Azzjoni preparatorja — Il-protezzjoni taċ-ċimiterji tal-Lhud tal-Ewropa: proċess ta' mmappjar sħiħ b'riċerka u monitoraġġ u bi proposti bl-ispejjeż individwali għall-protezzjoni
15 04 77 23
3
32 02 77 16
1a
Azzjoni preparatorja — Nistabbilixxu appoġġ komprensiv għal reġjuni fi tranżizzjoni intensivi fil-faħam u l-karbonju
32 02 77 12
1a
32 02 77 17
1a
Azzjoni preparatorja — Tagħlim għall-awtoritajiet u l-komunitajiet tal-gżejjer biex jitgħallmu kif isiru l-offerti għal proġett tal-enerġija rinnovabbli
32 02 77 16
1a
32 02 77 18
1a
Azzjoni preparatorja — Tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar l-azzjoni għall-klima bejn l-irħula fl-UE u lil hinn permezz tal-ħolqien ta' identità rurali tal-Patt tas-Sindki
2.1 Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-EASO
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrieżamina l-bżonnijiet ta' finanzjament tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għas-sena finanzjarja 2020 ladarba tiġi adottata l-proposta leġiżlattiva tat-12 ta' Settembru 2018 li ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' appoġġ operattiv tal-Aġenzija.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jittrattaw talba possibbli għal tisħiħ tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-EASO fl-2020, li tista' teħtieġ trasferiment tal-awtorità baġitarja jew abbozz ta' baġit emendatorju, u jieħdu debitament kont tal-urġenza tagħha.
2.2. Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li jiġi żgurat, fid-dawl tal-implimentazzjoni, l-andament ordnat tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet għall-impenji, sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tkompli tagħmel monitoraġġ mill-qrib u b'mod attiv tal-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 (b'mod partikolari fl-ambitu tas-subintestatura 1b u tal-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta b'mod f'waqtu ċifri aġġornati relatati mal-istat tal-implimentazzjoni u estimi rigward l-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2020.
Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2020 mhumiex suffiċjenti biex ikopru l-bżonnijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni adegwata, partikolarment baġit emendatorju, biex l-Awtorità Baġitarja tkun tista' tieħu fi żmien debitu d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-bżonnijiet ġustifikati. Jekk ikun il-każ, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jieħdu kont tal-urġenza tal-kwistjoni. Għall-Kunsill dan jista' jwassal biex jiqsar il-perjodu ta' tmien ġimgħat għad-deċiżjoni, jekk jidhirlu neċessarju.
2.3 Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li t-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa' prijorità politika importanti u kondiviża, u, għal dan l-għan, jerġgħu jaffermaw id-determinazzjoni tagħhom li jagħmlu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi baġitarji disponibbli biex dan jiġi indirizzat, u b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI).
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-andament tal-implimentazzjoni ta' din l-inizjattiva u tippreżenta rapport qabel it-30 ta' Ġunju 2020.
Jekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tikkonferma l-bżonn li tiżdied l-allokazzjoni għall-YEI, il-Kummissjoni se tippreżenta b'mod parallel abbozz ta' baġit emendatorju li jżid l-allokazzjoni speċifika tal-YEI b'EUR 50 miljun.
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr tali abbozz ta' baġit emendatorju għall-2020 imressaq mill-Kummissjoni.
2.4. Dikjarazzjoni unilaterali tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
Iż-żieda tal-allokazzjoni speċifika tal-YEI tirrikjedi emenda teknika tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.
Kif ġara fis-snin preċedenti, din l-emenda se tkun strettament limitata għall-modifiki neċessarji biex tiżgura l-allokazzjoni addizzjonali tal-YEI u mhi se jkollha l-ebda impatt fuq l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni.
2.5. Dikjarazzjoni unilaterali tal-Kummissjoni dwar it-taqrib lejn l-objettiv ta' 20 % f'dak li għandu x'jaqsam mal-infiq relatat mal-klima fil-perjodu 2014-2020
Il-Kummissjoni se tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-baġit matul l-2020. F'każ ta' sottoimplimentazzjoni fl-ambitu tal-intestaturi rilevanti, il-Kummissjoni se tippreżenta l-proposti xierqa għal baġit biex iżżid, meta possibbli, in-nefqa relatata mal-klima.