Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0418(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0025/2019

Testi mressqa :

A9-0025/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2019 - 4.5

Testi adottati :

P9_TA(2019)0088

Testi adottati
PDF 124kWORD 42k
It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2019 - Strasburgu
Protokoll għal mal-Ftehim UE-Żvizzera li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera rigward l-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi ***
P9_TA(2019)0088A9-0025/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15783/2018 – C9-0025/2019 – 2018/0418(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15783/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15781/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(2), punt (a), l-Artikolu 88(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0025/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0025/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera u tal-Prinċipat tal-Liechtenstein.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza