Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0413(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0047/2019

Testi mressqa :

A9-0047/2019

Dibattiti :

PV 16/12/2019 - 15
CRE 16/12/2019 - 15

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2019 - 4.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2019)0091

Testi adottati
PDF 184kWORD 52k
It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
Miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT *
P9_TA(2019)0091A9-0047/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (COM(2018)0813 – C8-0016/2019 – 2018/0413(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0813),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0016/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0047/2019),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   Skont ir-Rapport Finali tal-2019 imħejji għall-Kummissjoni fil-kuntest tal-"Istudy and Reports on the VAT Gap in the EU-28 Member States" (Studju u r-Rapporti dwar id-Diskrepanza tal-VAT fit-28 Stat Membru tal-EU)3a, id-diskrepanza tal-VAT fl-Unjoni, jiġifieri d-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont miġbur, kienet tammonta għal EUR 137,5 biljun fl-2017, li jfisser telf ta' 11,2 % tad-dħul kollu mistenni mill-VAT, u EUR 267 ta' dħul mitluf għal kull persuna fl-Unjoni. Madankollu hemm differenzi kbar bejn Stat Membru u ieħor, u d-diskrepanzi tal-VAT ivarjaw minn 0,6 % għal 35,5 %. Dan jenfasizza l-bżonn ta' aktar kooperazzjoni transnazzjonali biex tiġi miġġielda aħjar il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod partikolari, kif ukoll il-frodi tal-VAT b'mod aktar ġenerali (inkluża l-frodi karusell).
_________________
3a Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/vat-gap-full-report-2019_en.pdf.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2b (ġdida)
(2b)   Il-frodi tal-VAT ħafna drabi hija marbuta mal-kriminalità organizzata, u għadd żgħir ħafna ta' dawn in-netwerks organizzati jista' jkun responsabbli għal biljuni ta' euro fi frodi transfruntiera tal-VAT, li tolqot mhux biss il-ġbir tad-dħul fl-Istati Membri iżda għandha wkoll impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni. Jeħtieġ għalhekk li jiġi adottat mandat ambizzjuż għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali sabiex tiġi żgurata prosekuzzjoni effiċjenti fil-konfront tal-frodaturi quddiem il-qrati nazzjonali. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni legali kontra l-frodi transfruntiera organizzata tal-VAT u l-frodisti jiġu ppenalizzati.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2c (ġdida)
(2c)  Jenħtieġ li l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT tevolvi b'mod parallel mal-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni dejjem jiżdiedu tal-ekonomija filwaqt li s-sistema tal-VAT tiġi semplifikata kemm jista' jkun għan-negozji u ċ-ċittadini. Għalhekk huwa partikolarment importanti li l-Istati Membri jkomplu jinvestu fil-ġbir tat-taxxi mmexxi mit-teknoloġija, notevolment billi cash registers korporattivi u sistemi ta' bejgħ jintrabtu awtomatikament mad-dikjarazzjoni tal-VAT. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tat-taxxa jenħtieġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom lejn kooperazzjoni msaħħa u skambju tal-aħjar prattiki, inkluż permezz tas-Summit tal-UE tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa (TADEUS), netwerk ta' kapijiet tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri li jfittex li jikseb koordinazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa fil-livell strateġiku. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li l-awtoritajiet tat-taxxa jaħdmu lejn komunikazzjoni u interoperabbiltà effettivi bejn il-bażijiet ta' data kollha dwar kwistjonijiet fiskali fil-livell tal-Unjoni. It-teknoloġija blockchain tista' tintuża wkoll biex tiġi protetta aħjar id-data personali u jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni online bejn l-awtoritajiet tat-taxxa.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali ''CESOP'' fejn l-Istati Membri jittrażmettu informazzjoni dwar il-pagamenti li huma jaħżnu fil-livell nazzjonali, tilħaq l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod aktar effettiv. Jenħtieġ li din is-sistema tiġbor, fir-rigward ta' prendituri individwali, l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-VAT rigward it-tranżazzjonijiet ta' pagamenti trażmessi mill-Istati Membri u jenħtieġ li tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa tal-pagamenti li jirċievu l-prendituri mingħand pagaturi li jinsabu fl-Istati Membri. Barra minn hekk, din is-sistema ta' informazzjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi rekords multipli mill-istess tranżazzjonijiet ta' pagamenti, tnaddaf l-informazzjoni riċevuta mingħand l-Istati Membri (eż. tneħħi l-informazzjoni doppja, tikkoreġi l-iżbalji fid-data, eċċ.) u tippermetti lill-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jikkontroverifikaw id-data dwar il-pagamenti mal-informazzjoni li jkollhom dwar il-VAT u jwettqu inkjesti għall-finijiet ta' investigazzjoni ta' suspetti ta' frodi tal-VAT jew ta' identifikazzjoni ta' frodi tal-VAT.
(8)  Sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali ''CESOP'' fejn l-Istati Membri jittrażmettu informazzjoni dwar il-pagamenti li huma jaħżnu fil-livell nazzjonali, tilħaq l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku b'mod aktar effettiv. Jenħtieġ li din is-sistema tiġbor, fir-rigward ta' prendituri individwali, l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-VAT rigward it-tranżazzjonijiet ta' pagamenti trażmessi mill-Istati Membri u jenħtieġ li tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa tal-pagamenti li jirċievu l-prendituri mingħand pagaturi li jinsabu fl-Istati Membri. Barra minn hekk, din is-sistema ta' informazzjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi rekords multipli mill-istess tranżazzjonijiet ta' pagamenti, tnaddaf l-informazzjoni riċevuta mingħand l-Istati Membri (eż. tneħħi l-informazzjoni doppja, tikkoreġi l-iżbalji fid-data, eċċ.) u tippermetti lill-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jikkontroverifikaw id-data dwar il-pagamenti mal-informazzjoni li jkollhom dwar il-VAT u jwettqu inkjesti għall-finijiet ta' investigazzjoni ta' suspetti ta' frodi tal-VAT jew ta' identifikazzjoni ta' frodi tal-VAT. Jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma kollha tal-Eurofisc u jaħtru uffiċjali ta' kollegament kif xieraq.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  L-iskambju ta' data dwar pagamenti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa huwa kruċjali għall-ġlieda effettiva kontra l-frodi. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc biss jenħtieġ li jipproċessaw l-informazzjoni dwar il-pagamenti u biss bl-għan li jiġġieldu l-frodi tal-VAT. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni ma tintużax għal skopijiet oħrajn għajr dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament, bħal pereżempju għal skopijiet kummerċjali.
(11)  L-iskambju ta' data dwar pagamenti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa huwa kruċjali għall-ġlieda effettiva kontra l-frodi. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Eurofisc biss jenħtieġ li jipproċessaw l-informazzjoni dwar il-pagamenti u biss bl-għan li jiġġieldu l-frodi tal-VAT. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni ma tintużax għal skopijiet oħrajn għajr dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament, bħal pereżempju għal skopijiet kummerċjali, u jenħtieġ li tiġi applikata wkoll fl-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6a.
_________________
6a Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)   Fid-dawl tal-għadd żgħir ta' Stati Membri li jippubblikaw stimi ta' telf tal-VAT minħabba frodi intrakomunitarja, id-disponibbiltà ta' data komparabbli dwar frodi intrakomunitarja tal-VAT se tikkontribwixxi għal kooperazzjoni mmirata aħjar bejn l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, jenħtieġ li tiżviluppa approċċ statistiku komuni għall-kwantifikazzjoni u l-analiżi tal-frodi tal-VAT.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Huwa neċessarju u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament iżommu rekords tal-informazzjoni relatata mat-tranżazzjonijiet ta' pagamenti għal perjodu ta' sentejn sabiex jassistu lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw lill-frodaturi. Dan il-perjodu huwa l-minimu meħtieġ biex l-Istati Membri jwettqu l-kontrolli b'mod effettiv u jinvestigaw suspetti ta' frodi tal-VAT jew jidentifikaw frodi tal-VAT, u huwa proporzjonat meta wieħed iqis il-volum enormi ta' informazzjoni dwar il-pagamenti u s-sensittività tagħha f'termini ta' protezzjoni ta' data personali.
(13)  Huwa neċessarju u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament iżommu rekords tal-informazzjoni relatata mat-tranżazzjonijiet ta' pagamenti għal perjodu ta' tliet snin sabiex jassistu lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw lill-frodaturi. Dak il-perjodu huwa l-minimu meħtieġ biex l-Istati Membri jwettqu l-kontrolli b'mod effettiv u jinvestigaw suspetti ta' frodi tal-VAT jew jidentifikaw frodi tal-VAT, u huwa proporzjonat meta wieħed iqis il-volum enormi ta' informazzjoni dwar il-pagamenti u s-sensittività tagħha f'termini ta' protezzjoni ta' data personali.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Kull uffiċjal ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jenħtieġ li jkun jista' jaċċessa u janalizza l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta' pagamenti bl-iskop li tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT. Persuni debitament akkreditati tal-Kummissjoni jenħtieġ li jaċċessaw l-informazzjoni biss bl-iskop li jiżviluppaw u jżommu s-sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali. Iż-żewġ gruppi ta' utenti jenħtieġ li jkunu marbuta bir-regoli ta' kunfidenzjalità stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(14)  Kull uffiċjal ta' kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri jenħtieġ li jkun jista' jaċċessa u janalizza l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta' pagamenti bl-iskop li tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT. Persuni debitament akkreditati tal-Kummissjoni jenħtieġ li jaċċessaw l-informazzjoni bl-iskop li jiżviluppaw u jżommu s-sistema ta' informazzjoni elettronika ċentrali u li jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament. Iż-żewġ gruppi ta' utenti jenħtieġ li jkunu marbuta bir-regoli ta' kunfidenzjalità stabbiliti f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li twettaq żjarat fl-Istati Membri biex tevalwa kif jaħdmu l-arranġamenti ta' kooperazzjoni amministrattiva.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Il-ġestjoni tas-CESOP kif ukoll l-analiżi ta' informazzjoni kruċjali jikkostitwixxu kompiti addizzjonali għall-Eurofisc. Ir-rapport annwali tal-Eurofisc jenħtieġ li jeżamina jekk ir-riżorsi ddedikati lill-Eurofisc humiex adegwati u biżżejjed biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiġi miġġielda b'mod effiċjenti l-frodi tal-VAT.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont paragrafu 1 tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fi…17
(18)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fi...17. Il-protezzjoni tad-data personali hija valur fundamentali tal-Unjoni, jenħtieġ li l-KEPD jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe miżura li għandha tittieħed skont l-Artikolu 24e tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, kif emendat b'dan ir-Regolament.
__________________
__________________
17 ĠU C […], […], p. […].
17 ĠU C […], […], p. […].
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Kapitolu II – Taqsima 2 – Artikolu 12a (ġdid)
(1a)   fit-Taqsima 2 tal-KAPITOLU II, jiżdied l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 12a
L-Istati Membri kollha huma mitluba jieħdu miżuri sabiex inaqqsu l-perċentwal ta' tweġibiet tard u jtejbu l-kwalità tat-talbiet għal informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri.''
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 24c – paragrafu 2
2.  Is-CESOP għandha żżomm l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għal perjodu massimu ta' sentejn mill-iskadenza tas-sena li fiha l-informazzjoni ġiet trasferita fis-sistema.
2.  Is-CESOP għandha żżomm l-informazzjoni msemmija mil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 għal perijodu massimu ta' ħames snin mill-iskadenza tas-sena meta l-informazzjoni ġiet ittrasferita fis-sistema.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 24d – subparagrafu 2 (ġdid)
Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li twettaq żjarat fl-Istati Membri biex tevalwa kif jaħdmu l-arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar frodi transfruntiera tal-VAT.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 36 – paragrafu 2 – parti introduttorja
(2a)   fl-Artikolu 36(2), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
‘2. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Istati Membri li jipparteċipaw f'qasam ta' ħidma partikolari tal-Eurofisc (minn hawn 'il quddiem "uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc") għandhom jaħtru koordinatur (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "koordinatur tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc"), minn fost l-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc, għal perijodu limitat. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom:"
‘2. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-qasam ta' ħidma rilevanti tal-Eurofisc (minn hawn 'il quddiem "uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc") għandhom jaħtru koordinatur (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "koordinatur tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc"), minn fost l-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti tal-Eurofisc, għal perijodu limitat. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom:"
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 37 – subparagrafu 1a (ġdid)
Ir-rapport annwali għandu tal-inqas jindika fid-dettall għal kull Stat Membru n-numru ta' kontrolli mwettqa u l-VAT addizzjonali vvalutata u miġbura b'riżultat tal-informazzjoni pproċessata skont l-Artikolu 24d.
Ir-rapport annwali għandu tal-inqas jindika fid-dettall għal kull Stat Membru:
—   l-għadd ta' kontrolli mwettqa;
—  l-għadd ta' uffiċjali awtorizzati li jkunu preżenti fl-uffiċċji tal-awtoritajiet amministrattivi ta' Stat Membru ieħor u l-għadd ta' uffiċjali preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi mwettqa fit-territorju tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba;
—  l-għadd ta' kontrolli simultanji organizzati ma' Stat Membru wieħed jew aktar u l-għadd ta' uffiċjali parteċipanti fil-laqgħat ta' preselezzjoni għal kontrolli simultanji;
—  l-għadd ta' Timijiet Konġunti tal-Awditjar li kull Stat Membru pparteċipa fihom;
—  passi meħuda sabiex l-awdituri jiġu infurmati dwar l-istrumenti skont dan ir-Regolament;
—  l-għadd ta' persunal kwalifikat sabiex jiġu żgurati l-preżenza fl-uffiċċji amministrattivi, il-parteċipazzjoni f'inkjesti amministrattivi u l-kontrolli simultanji (kif imsemmi fl-Artikoli 28 sa 30);
—  l-għadd ta' persunal preżenti fl-uffiċċju ċentrali ta' kollegament uniku, u f'dipartimenti ta' kollegament oħra magħżula kif ukoll uffiċjali kompetenti li jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni direttament abbażi ta' dan ir-Regolament (kif imsemmi fl-Artikolu 4) u kif l-informazzjoni qed tiġi miġbura u skambjata bejn dawn il-korpi; kif ukoll
—   il-VAT addizzjonali vvalutata u miġbura b'riżultat tal-informazzjoni pproċessata skont l-Artikolu 24d.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Kapitolu XIII – Artikolu 49a (ġdid)
(3a)   fil-KAPITOLU XIII, jiżdied l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 49a
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu sistema komuni tal-ġbir tal-istatistika dwar frodi intrakomunitarja tal-VAT u jippubblikaw l-istimi nazzjonali tat-telf tal-VAT minħabba din il-frodi, kif ukoll l-istimi għall-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti prattiċi għal din is-sistema statistika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2)."
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 50 – paragrafu 1a (ġdid)
(3b)   fl-Artikolu 50, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
''1a. Meta Stat Membru jipprovdi informazzjoni usa' lil pajjiż terz minn dik prevista skont il-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru ma jistax jirrifjuta li jipprovdi dik l-informazzjoni lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkun qed jitlob kooperazzjoni jew li jkollu interess li jirċievi l-informazzjoni."
Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza