Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/0818(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0046/2019

Testi mressqa :

A9-0046/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2019)0094

Testi adottati
PDF 127kWORD 42k
It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2019 - Strasburgu
Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
P9_TA(2019)0094A9-0046/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (13651/2019 – C9-0173/2019 – 2019/0818(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019 (13651/2019)(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni inċiż, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C9-0173/2019),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0046/2019),

A.  billi, bl-ittra tal-14 ta' Novembru 2019, il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Isabel Schnabel għall-kariga ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2020;

B.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, kif jirriżulta mill-Artikolu 130 tat-Trattat, tal-ħtieġa tal-indipendenza totali tal-BĊE; billi, fil-qafas ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mill-kandidat curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilha;

C.  billi dan il-Kumitat imbagħad, fit-3 ta' Diċembru 2019, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha din għamlet stqarrija preliminari, u wara wieġbet għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

D.  billi l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew jinkludi l-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u d-dsatax-il gvernatur tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro; billi, sal-lum, dawn tal-aħħar huma kollha rġiel;

E.  billi l-Parlament esprima ripetutament in-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu rigward il-proċedura tal-ħatra għal membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u appella għal proċeduri mtejba f'dan ir-rigward; billi l-Parlament talab li jirċievi, fi żmien debitu, lista ristretta b'bilanċ bejn il-ġeneri ta' mill-inqas żewġ ismijiet;

F.  billi fis-17 ta' Settembru 2019, il-Parlament ta opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Christine Lagarde bħala l-ewwel President mara tal-Bank Ċentrali Ewropew;

G.  billi n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew; billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri ma ħadux din it-talba bis-serjetà u jitlob lill-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE jaħdmu b'mod attiv biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fin-nomini li jmiss;

H.  billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn il-ġeneri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Isabel Schnabel bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0211.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza