Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 10 ta' Ottubru 2019 - Brussell
Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u s-Serbja *
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 : tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament f'konformità mal-ħtiġijiet aġġornati tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji)
 Aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-refuġjati u għat-theddid għas-sigurtà
 Sustanzi attivi; inkluż il-flumioxazine
 Sustanzi attivi, inkluż il-chlorotoluron
 Qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2)
 Sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3)
 Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba’ avvenimenti singoli MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9
 Indħil barrani fil-proċessi demokratiċi tal-Istati Membri u Ewropej
 Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini
 L-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro

Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u s-Serbja *
PDF 116kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni, min-naħa tal-Eurojust, tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u s-Serbja (10334/2019 – C9-0041/2019 – 2019/0807(CNS))
P9_TA(2019)0023A9-0009/2019

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10334/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0041/2019),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26a(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0009/2019),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 : tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament f'konformità mal-ħtiġijiet aġġornati tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji)
PDF 170kWORD 75k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament f'konformità mal-ħtiġijiet aġġornati tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) (11733/2019 – C9-0114/2019 – 2019/2037(BUD))
P9_TA(2019)0024A9-0012/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom)  2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019, adottat mill-Kummissjoni fit-2 ta' Lulju 2019 (COM(2019)0610),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019, adottata mill-Kunsill fit-3 ta’ Settembru 2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11733/2019 – C9-0114/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0012/2019),

A.  billi l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 għandu l-għan li jaġġorna kemm mil-lat ta' nefqa kif ukoll mil-lat ta' dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi;

B.  billi, mil-lat ta' nefqa, l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 inaqqas l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tal-linji baġitarji b'EUR 112 miljun u b'EUR 67,5 miljun rispettivament, fl-intestatura 1a "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", fl-Intestatura 1b "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali" u fl-intestatura 2 "Tkabbir sostenibbli – riżorsi naturali"; billi l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 ifittex ukoll li jżid l-Intestatura 5 b'EUR 11,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, biex jaġġusta l-baġit 2019 ta' xi istituzzjonijiet bħala riżultat tal-posponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sal-31 ta' Ottubru 2019;

C.  billi, mil-lat ta' dħul, l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 jikkonċerna reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u tal-bażijiet tal-introjtu nazzjonali gross (ING), u l-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet rilevanti tar-Renju Unit u l-iffinanzjar tagħhom, li kollha jaffettwaw id-distribuzzjoni ta' kontribuzzjonijiet ta' riżorsi proprji tal-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni;

1.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-baġit tal-Unjoni huwa żgħir wisq biex iwieġeb għall-ħtiġijiet u l-isfidi urġenti li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha;

2.  Jieħu nota tal-ibbilanċjar mill-ġdid tar-riżorsi proprji li sar meħtieġ bir-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali u tal-VAT u b'aġġornamenti għall-korrezzjoni tar-Renju Unit;

3.  Jinnota l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019;

4.  Iqis li Abbozz ta' baġit emendatorju għandu jsegwi għan wieħed biss; jinnota li l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 għandu żewġ għanijiet, jiġifieri li jiġu rilaxxati approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tal-linji baġitarji għall-intestaturi 1a - Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi, 1b - Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali, 3 - Sigurtà u Ċittadinanza, 4 - Ewropa Globali kif ukoll għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u li jiżdied il-baġit 2019 ta' xi istituzzjonijiet bħala riżultat tal-posponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sal-31 ta' Ottubru 2019; jinnota li l-għan l-iżjed urġenti tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 hu li jiżdied il-baġit 2019 ta' xi istituzzjonijiet minħabba l-posponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sal-31 ta' Ottubru 2019; japprova, għalhekk, dawk l-aġġustamenti iżda jirrifjuta r-rilaxx propost tal-approprjazzjonijiet ta' impenn;

5.  Jiddeċiedi li jemenda bil-mod indikat hawn taħt il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta ġdida, li l-għan tagħha jkun li jiġi mmobilizzat mill-ġdid l-iffrankar potenzjali identifikat fil-proposta tagħha għall-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 u fi kwalunkwe approprjazzjonijiet ġodda identifikati li ma kinux se jintużaw, biex jiġu ffinanzjati programmi ewlenin tal-Unjoni li jkun jonqoshom finanzjament;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emendi tal-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, u lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS: EMENDI TAL-BAĠIT 1 - 16

Emenda 1

 

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 04 02 63 01 — Il-Fond Soċjali Ewropew — Assistenza teknika operazzjonali

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

04 02 63 01

1.2.31

23 333 097

19 454 600

15 033 097

19 454 600

8 300 000

 

23 333 097

19 454 600

Riżerva

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

23 333 097

19 454 600

15 033 097

19 454 600

8 300 000

 

23 333 097

19 454 600

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 2

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 12 02 04 – L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA):

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

12 02 04

1.1.DAG

19 158 256

19 158 256

16 668 256

16 668 256

2 490 000

2 490 000

19 158 256

19 158 256

Riżerva

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

19 158 256

19 158 256

16 668 256

16 668 256

2 490 000

2 490 000

19 158 256

19 158 256

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 3

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 12 02 05 - L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA):

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

12 02 05

1.1.DAG

12 374 234

12 374 234

10 014 234

10 014 234

2 360 000

2 360 000

12 374 234

12 374 234

Riżerva

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

12 374 234

12 374 234

10 014 234

10 014 234

2 360 000

2 360 000

12 374 234

12 374 234

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 4

 

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 12 02 06 - L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA):

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

12 02 06

1.1.DAG

27 235 160

27 235 160

13 565 160

13 565 160

13 670 000

13 670 000

27 235 160

27 235 160

Riżerva

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

27 235 160

27 235 160

13 565 160

13 565 160

13 670 000

13 670 000

27 235 160

27 235 160

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 5

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 13 06 01 — Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

13 06 01

9.0.3

343 551 794

343 551 794

313 803 159

343 551 794

29 748 635

 

343 551 794

343 551 794

Riżerva

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

343 551 794

343 551 794

313 803 159

343 551 794

29 748 635

 

343 551 794

343 551 794

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 6

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 18 01 04 05 — Nefqa ta' appoġġ għall-appoġġ ta' emerġenza fi ħdan l-Unjoni

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

18 01 04 05

3.0.12

250 000

250 000

130 000

130 000

120 000

120 000

250 000

250 000

Riżerva

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

250 000

250 000

130 000

130 000

120 000

120 000

250 000

250 000

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 7

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 18 02 03 — L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex):

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

18 02 03

3.0.DAG

293 185 279

293 185 279

293 185 279

293 185 279

 

 

293 185 279

293 185 279

Riżerva

19 321 000

19 321 000

7 200 000

7 200 000

12 121 000

12 121 000

19 321 000

19 321 000

Total

 

312 506 279

312 506 279

300 385 279

300 385 279

12 121 000

12 121 000

312 506 279

312 506 279

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 8

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 18 03 01 01 — Tisħiħ u żvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità bejn l-Istati Membri

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

18 03 01 01

3.0.1

377 106 629

527 969 782

377 106 629

527 969 782

 

 

377 106 629

527 969 782

Riżerva

460 000 000

94 500 000

452 800 000

87 300 000

7 200 000

7 200 000

460 000 000

94 500 000

Total

 

837 106 629

622 469 782

829 906 629

615 269 782

7 200 000

7 200 000

837 106 629

622 469 782

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 9

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 23 03 01 01 — Prevenzjoni tad-diżastri u tħejjija għalihom fi ħdan l-Unjoni

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

23 03 01 01

3.0.6

28 256 000

23 200 000

28 256 000

23 200 000

 

 

28 256 000

23 200 000

Riżerva

105 900 000

46 560 000

70 900 000

20 170 000

35 000 000

26 390 000

105 900 000

46 560 000

Total

 

134 156 000

69 760 000

99 156 000

43 370 000

35 000 000

26 390 000

134 156 000

69 760 000

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 10

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 23 03 02 01 — Interventi rapidi u effiċjenti ta' rispons ta' emerġenza f'każ ta' diżastri kbar fl-Unjoni

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

23 03 02 01

3.0.6

4 100 000

3 700 000

4 100 000

3 700 000

 

 

4 100 000

3 700 000

Riżerva

9 300 000

6 200 000

9 300 000

6 029 486

 

170 514

9 300 000

6 200 000

Total

 

13 400 000

9 900 000

13 400 000

9 729 486

 

170 514

13 400 000

9 900 000

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 11

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 23 03 02 02 - Interventi rapidi u effiċjenti ta' rispons ta' emerġenza f'każ ta' diżastri kbar f'pajjiżi terzi

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

23 03 02 02

3.0.6

15 700 000

12 846 000

15 700 000

12 846 000

 

 

15 700 000

12 846 000

Riżerva

2 000 000

2 000 000

2 000 000

p.m.

 

2 000 000

2 000 000

2 000 000

Total

 

17 700 000

14 846 000

17 700 000

12 846 000

 

2 000 000

17 700 000

14 846 000

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' trasferiment globali eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 12

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 33 03 05 - L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE):

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

33 03 05

3.0.DAG

4 911 000

4 911 000

3 911 000

3 911 000

1 000 000

1 000 000

4 911 000

4 911 000

Riżerva

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

4 911 000

4 911 000

3 911 000

3 911 000

1 000 000

1 000 000

4 911 000

4 911 000

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 13

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 40 02 41 — Approprjazzjonijiet differenzjati

Emenda ċ-ċifri kif ġej:

 

QFP

Abbozz tal-baġit 2019

Pożizzjoni tal-Kunsill

= ABE 4/2019

Differenza

Ammont ġdid

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

Impenji

Pagamenti

40 02 41

-

757 529 650

326 288 650

703 208 650

278 407 136

54 321 000

47 881 514

757 529 650

326 288 650

Riżerva

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

757 529 650

326 288 650

703 208 650

278 407 136

54 321 000

47 881 514

757 529 650

326 288 650

Ġustifikazzjoni:

Jerġgħu jiġu stabbiliti ċ-ċifri preċedenti tal-Baġit 2019 fil-kuntest ta' sena finanzjarja kontinwa, bil-ħsieb ta' aġġustamenti eventwali permezz ta' abbozz ta' baġit emendatorju komprensiv eqreb lejn tmiem is-sena, u meta jkunu jistgħu jitqiesu fatturi oħra li jistgħu jinqalgħu fil-ġimgħat li ġejjin.

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 14

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 03 01 11 – L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE):

Emenda l-pjan ta' stabbiliment kif ġej:

Grupp ta' funzjoni u grad

L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)

Baġit 2019

Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019

Baġit Rivedut 2019

Postijiet għal xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

Postijiet għal xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

Postijiet għal xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

AD 16

 

1

 

1

 

1

AD 15

 

1

 

1

 

1

AD 14

 

6

 

6

 

6

AD 13

 

2

 

2

 

2

AD 12

 

8

 

8

 

8

AD 11

 

12

 

12

 

12

AD 10

 

12

 

12

 

12

AD 9

 

22

 

22

 

22

AD 8

 

26

 

26

 

26

AD 7

 

19

 

17

 

19

AD 6

 

22

 

20

 

22

AD 5

 

13

 

7

 

13

Subtotal AD

 

144

 

134

 

144

AST 11

 

 

 

 

 

 

AST 10

 

 

 

 

 

 

AST 9

 

 

 

 

 

 

AST 8

 

 

 

 

 

 

AST 7

 

 

 

 

 

 

AST 6

 

3

 

3

 

3

AST 5

 

4

 

4

 

4

AST 4

 

2

 

2

 

2

AST 3

 

1

 

1

 

1

AST 2

 

1

 

1

 

1

AST 1

 

 

 

 

 

 

Subtotal AST

 

11

 

11

 

11

AST/SC 6

 

 

 

 

 

 

AST/SC 5

 

 

 

 

 

 

AST/SC 4

 

 

 

 

 

 

AST/SC 3

 

 

 

 

 

 

AST/SC 2

 

 

 

 

 

 

AST/SC 1

 

 

 

 

 

 

Subtotal AST/SC

 

 

 

 

 

 

Totali

 

155

 

145

 

155

Ġustifikazzjoni:

Jitreġġa' lura l-Baġit 2019

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 15

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 03 01 12 - L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA):

Emenda l-pjan ta' stabbiliment kif ġej:

Grupp ta' funzjoni u grad

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)

Baġit 2019

Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019

Baġit Rivedut 2019

Postijiet għal xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

Postijiet għal xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

Postijiet għal xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

AD 16

 

1

 

1

 

1

AD 15

 

1

 

1

 

1

AD 14

 

2

 

2

 

2

AD 13

 

5

 

5

 

5

AD 12

 

11

 

11

 

11

AD 11

 

17

 

14

 

17

AD 10

 

17

 

14

 

17

AD 9

 

17

 

19

 

17

AD 8

 

19

 

12

 

19

AD 7

 

12

 

14

 

12

AD 6

 

7

 

7

 

7

AD 5

 

 

 

 

 

 

Subtotal AD

 

109

 

100

 

109

AST 11

 

 

 

 

 

 

AST 10

 

1

 

1

 

1

AST 9

 

1

 

1

 

1

AST 8

 

3

 

3

 

3

AST 7

 

3

 

3

 

3

AST 6

 

3

 

3

 

3

AST 5

 

3

 

3

 

3

AST 4

 

1

 

1

 

1

AST 3

 

 

 

 

 

 

AST 2

 

 

 

 

 

 

AST 1

 

 

 

 

 

 

Subtotal AST

 

15

 

15

 

15

AST/SC 6

 

 

 

 

 

 

AST/SC 5

 

 

 

 

 

 

AST/SC 4

 

 

 

 

 

 

AST/SC 3

 

 

 

 

 

 

AST/SC 2

 

 

 

 

 

 

AST/SC 1

 

 

 

 

 

 

Subtotal AST/SC

 

 

 

 

 

 

Total

 

124

 

115

 

124

Ġustifikazzjoni:

Jitreġġa' lura l-Baġit 2019

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

Emenda 16

 

-------------------------------

TAQSIMA III — KUMMISSJONI

Artikolu 03 01 13 - L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA):

Emenda l-pjan ta' stabbiliment kif ġej:

Grupp ta' funzjoni u grad

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Baġit 2019

Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019

Baġit Rivedut 2019

Postijiet għal xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

Postijiet għal xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

Postijiet għal xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

AD 16

 

1

 

2

 

1

AD 15

 

2

 

3

 

2

AD 14

 

6

 

 

 

6

AD 13

 

2

 

1

 

2

AD 12

 

7

 

7

 

7

AD 11

 

14

 

14

 

14

AD 10

 

17

 

17

 

17

AD 9

 

39

 

39

 

39

AD 8

 

30

 

30

 

30

AD 7

 

58

 

45

 

58

AD 6

 

10

 

10

 

10

AD 5

 

11

 

2

 

11

Subtotal AD

 

197

 

170

 

197

AST 11

 

 

 

 

 

 

AST 10

 

 

 

 

 

 

AST 9

 

 

 

 

 

 

AST 8

 

2

 

2

 

2

AST 7

 

3

 

3

 

3

AST 6

 

3

 

3

 

3

AST 5

 

3

 

3

 

3

AST 4

 

1

 

1

 

1

AST 3

 

1

 

1

 

1

AST 2

 

 

 

 

 

 

AST 1

 

 

 

 

 

 

Subtotal AST

 

13

 

13

 

13

AST/SC 6

 

 

 

 

 

 

AST/SC 5

 

 

 

 

 

 

AST/SC 4

 

 

 

 

 

 

AST/SC 3

 

 

 

 

 

 

AST/SC 2

 

 

 

 

 

 

AST/SC 1

 

 

 

 

 

 

Subtotal AST/SC

 

 

 

 

 

 

Total

 

210

 

183

 

210

Ġustifikazzjoni:

Jitreġġa' lura l-Baġit 2019

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=

(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 67, 7.3.2019.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.


Aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-refuġjati u għat-theddid għas-sigurtà
PDF 125kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-rifuġjati u għat-theddid għas-sigurtà (COM(2019)0600 – C9-0029/2019 – 2019/2039(BUD))
P9_TA(2019)0025A9-0013/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0600 – C9-0029/2019),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà(1),

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019, adottat mill-Kummissjoni fit-2 ta' Lulju 2019 (COM(2019)0610),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9‑0013/2019),

A.  billi fl-2019 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jimmobilizzaw l-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 1 164 miljun: EUR 179 miljun għall-Intestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) biex jissaħħu l-programmi ewlenin tal-kompetittività, jiġifieri Orizzont 2020 u Erasmus+, u EUR 985,6 miljun għall-Intestatura 3 kif propost mill-Kummissjoni;

B.  billi l-Kummissjoni pproponiet l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019 li jinkludi tnaqqis fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kemm għall-Intestatura 1a kif ukoll għall-Intestatura 3 u, għaldaqstant, inaqqas il-ħtieġa li jintuża l-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2019;

C.  billi, għaldaqstant, il-Kummissjoni pproponiet li tnaqqas l-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà b’EUR 1090 miljun, li minnhom EUR 160 miljun għall-Intestatura 1a u EUR 930 miljun għall-Intestatura 3;

D.  billi d-deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni proposta temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tat-12 ta' Diċembru 2018(6);

E.  billi, b'riżultat tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019, l-aġġustamenti proposti saru nulli;

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 54, 22.2.2019, p. 3.
(2) ĠU L 67, 7.3.2019.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(6) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (ĠU L 54, 22.2.2019, p. 3).


Sustanzi attivi; inkluż il-flumioxazine
PDF 156kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 tas-7 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alpha-cypermethrin, beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, desmedipham, dimethoate, dimethomorph, diuron, ethephon, etoxazole, famoxadone, fenamiphos, flumioxazine, fluoxastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanate, metalaxyl-M, methiocarb, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus razza 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole, S-metolachlor u tebuconazole (2019/2825(RSP))
P9_TA(2019)0026B9-0103/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 tas-7 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alpha-cypermethrin, beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, desmedipham, dimethoate, dimethomorph, diuron, ethephon, etoxazole, famoxadone, fenamiphos, flumioxazine, fluoxastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanate, metalaxyl-M, methiocarb, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus razza 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole, S-metolachlor u tebuconazole(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (KE) Nru 1107/2009(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.  billi l-flumioxazine ġiet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE(6) fl-1 ta' Jannar 2003 mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/81/KE(7) u tqieset li ġiet approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

B.  billi proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-flumioxazine skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012(8) ilha għaddejja mill-2010(9), u l-applikazzjoni għaliha ġiet imressqa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010(10);

C.  billi l-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva flumioxazine diġà ġie estiż b'ħames snin bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/77/UE(11) u sussegwentement b'sena kull sena mill-2015 bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885(12), (UE) 2016/549(13), (UE) 2017/841(14), (UE) 2018/917(15), u issa mill-ġdid permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 li jestendi l-perjodu ta' approvazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2020;

D.  billi l-Kummissjoni naqset milli tispjega r-raġunijiet għall-estensjoni apparti li ssostni li: "Minħabba l-fatt li l-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom";

E.  billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni kemm tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent u fl-istess ħin jissalvagwardja l-kompetittività tal-agrikoltura tal-Unjoni; billi għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi n-nisa tqal, it-trabi u t-tfal;

F.  billi għandu japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni, u billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jispeċifika li s-sustanzi għandhom jiġu inklużi biss fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fejn ikun intwera li dawn jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u li mhumiex mistennija jkollhom xi effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew xi effetti inaċċettabbli fuq l-ambjent;

G.  billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jindika li fl-interess tas-sikurezza, il-perjodu ta' approvazzjoni għal sustanzi attivi għandu jkun limitat fiż-żmien; billi l-perjodu ta' approvazzjoni għandu jkun proporzjonat għar-riskji possibbli inerenti fl-użu ta' tali sustanzi, iżda tali proporzjonalità hija nieqsa b'mod evidenti;

H.  billi matul is-16-il sena mill-approvazzjoni tagħha bħala sustanza attiva, il-flumioxazine ġiet identifikata u kklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B u bħala interferent tas-sistema endokrinali, u li matul dan iż-żmien (il-kundizzjonijiet għal) l-approvazzjoni tagħha ma ġewx riveduti jew irtirati;

I.  billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà u r-responsabbiltà li jaġixxu skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, meta l-possibbiltà ta' effetti ta' ħsara fuq is-saħħa jkunu ġew identifikati iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, billi jadottaw miżuri provviżorji ta' ġestjoni tar-riskju li jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

J.  billi, b'mod aktar speċifiku, l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiżgura li l-Kummissjoni tista' tirrevedi l-approvazzjoni ta' sustanza attiva fi kwalunkwe ħin, speċjalment fejn, fid-dawl ta' għarfien xjentifiku u tekniku ġdid, tqis li hemm indikazzjonijiet li s-sustanza m'għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4, u din ir-reviżjoni tista' twassal biex tiġi rtirata jew emendata l-approvazzjoni tas-sustanza;

Tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B u tinterferixxi fis-sistema endokrinali

K.  billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), il-flumioxazine hi, skont klassifikazzjoni armonizzata, tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B, tossika ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u tossika ħafna għall-ħajja akkwatika b'effetti fit-tul;

L.  billi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel diġà kkonkludiet fl-2014, u sussegwentement fl-2017 u fl-2018, li kien hemm oqsma kritiċi ta' tħassib peress li l-flumioxazine hija kklassifikata fil-kategorija ta' tossiċità riproduttiva tal-kategorija 1B, u wkoll li l-interferenza endokrinali potenzjali ta' flumioxazine kienet kwistjoni li ma setgħetx tiġi ffinalizzata u li hija element kritiku ta' tħassib;

M.  billi fl-2015 il-flumioxazine tqiegħdet fuq il-lista tal-Kandidati għas-Sostituzzjoni bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 minħabba li hija kklassifikata jew għandha tiġi kklassifikata, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B;

N.  billi, skont il-punt 3.6.4, tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sustanzi attivi ma jistgħux jiġu awtorizzati meta huma tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorja 1B, ħlief f'każijiet fejn, fuq il-bażi ta' evidenza dokumentata inkluża fl-applikazzjoni, hija meħtieġa sustanza attiva biex jiġi kkontrollat periklu serju għas-saħħa tal-pjanti li ma jistax jiġi mrażżan permezz ta' mezzi oħra disponibbli, inklużi metodi mhux kimiċi, li f'dan il-każ għandhom jittieħdu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju biex ikun żgurat li l-esponiment tal-bnedmin u tal-ambjent ikun minimizzat;

O.  billi, skont il-punt 3.6.5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sustanzi attivi ma jistgħux jiġu awtorizzati meta jitqiesu li għandhom proprjetajiet li jinterferixxu mas-sistema endokrinali u li jistgħu jikkawżaw effett negattiv fil-bnedmin, sakemm l-esponiment tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva, l-aġent protettiv jew is-sinerġist fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, f'kondizzjonijiet proposti realistiċi ta' użu, ma jkunx negliġibbli, jiġifieri, il-prodott jintuża f'sistemi magħluqa jew f'kundizzjonijiet oħra li jeskludu l-kuntatt mal-bnedmin u fejn residwi tas-sustanza attiva, tal-aġent protettiv jew tas-sinerġist ikkonċernati fuq ikel u għalf ma jeċċedux il-valur prestabbilit f'konformità mal-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17);

P.  billi l-flumioxazine għandha riskju għoli ta' bijokonċentrazzjoni, hija tossika ħafna għall-alka u għall-pjanti akkwatiċi u hija moderatament tossika għall-ħniex, in-naħal tal-għasel, il-ħut u l-invertebrati akkwatiċi;

Q.  billi huwa inaċċettabbli li sustanza li hija magħrufa li tissodisfa l-kriterji ta' limitu għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni, jew li għandhom proprjetajiet li jinterferixxu mas-sistema endokrinali, li huma stabbiliti biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u dik ambjentali, tkompli titħalla tintuża fl-Unjoni, u tqiegħed is-saħħa pubblika u ambjentali f'riskju;

R.  billi l-applikanti jistgħu jieħdu vantaġġ mill-awtomatizzazzjoni li hemm fil-metodi ta' ħidma tal-Kummissjoni biex b'mod immedjat jestendu l-perjodi ta' approvazzjoni ta' sustanzi attivi meta l-valutazzjoni mill-ġdid tar-riskju ma tkunx ġiet iffinalizzata, billi jtawlu l-proċess ta' rivalutazzjoni b'mod maħsub billi jipprovdu data mhux kompluta u billi jitolbu għal aktar derogi u kundizzjonijiet speċjali, li jwassal għal riskji inaċċettabbli għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem minħabba li matul dan il-perjodu l-esponiment għas-sustanza perikoluża jitkompla;

S.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (KE) Nru 1107/2009, il-Parlament stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-estensjoni proċedurali tal-perjodu ta' approvazzjoni għat-tul tal-proċedura, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, mhux se tintuża għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni, u li għaldaqstant jaqgħu fil-kategorija 1A jew 1B, jew sustanzi attivi li għandhom karatteristiċi li jinterferixxu mas-sistema endokrinali u jagħmlu ħsara lill-bnedmin jew lill-annimali, kif attwalment hu l-każ tas-sustanzi bħall-flumioxazine, it-thiacloprid, il-chlorotoluron u d-dimoxystrobin;

T.  billi l-Parlament Netherlandiż esprima t-tħassib tiegħu dwar dawn l-estensjonijiet u qed jitlob li jintemmu l-estensjonijiet ta' sustanzi magħrufa li huma ta' theddida sinifikanti għall-bijodiversità (b'mod partikolari n-naħal u n-naħal bagħli) jew li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi, li jinterferixxu mas-sistema endokrinali u/jew huma tossiċi għar-riproduzzjoni(18);

1.  Iqis li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

2.  Iqis li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/707 tal-Kummissjoni ma jirrispettax il-prinċipju ta' prekawzjoni;

3.  Iqis li d-deċiżjoni li jiġi estiż il-perjodu ta' approvazzjoni għall-flumioxazine mhijiex konformi mal-kriterji ta' sikurezza stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u mhix bbażata la fuq evidenza li din is-sustanza tista' tintuża b'mod sikur u lanqas fuq ħtieġa urġenti ppruvata għas-sustanza attiva flumioxazine fil-produzzjoni tal-ikel fl-Unjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 u biex tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat li jqis l-evidenza xjentifika dwar il-karatteristiċi ta' ħsara tas-sustanzi kollha kkonċernati, speċjalment dawk tal-flumioxazine;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-futur tippreżenta biss abbozzi ta' regolamenti ta' implimentazzjoni biex testendi l-perjodi ta' approvazzjoni ta' sustanzi li għalihom l-istat attwali tax-xjenza ma jkunx mistenni li jwassal għal proposta tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sustanza attiva kkonċernata;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-approvazzjonijiet ta' sustanzi jekk jeżistu provi jew dubji raġonevoli li mhumiex se jissodisfaw il-kriterji ta' sikurezza stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw valutazzjoni mill-ġdid xierqa u f'waqtha tal-awtorizzazzjonijiet tas-sustanzi attivi li għalihom huma l-Istati Membri li qed jirrapportaw u biex jiżguraw li d-dewmien attwali jiġi riżolt b'mod effettiv mill-aktar fis possibbli;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 120, 8.5.2019, p. 16.
(2) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(3) ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18.
(4) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0356.
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/81/KE tal-10 ta' Ottubru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-flumioxazine bħala sustanza attiva (ĠU L 276, 12.10.2002, p. 28).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(9) ĠU L 293, 11.11.2010, p. 48.
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).
(11) Direttiva tal-Kummissjoni 2010/77/UE tal-10 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tad-dati ta' skadenza għall-inklużjoni fl-Anness I ta' ċerti sustanzi attivi (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 48).
(12) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, Aċibenżolar-s-metil, Amitrol, Bentażon, Ċjalofop-butil, Dikwat, Esfenvalerat, Famoksadon, Flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), Glifosat, Iprovalikarb, Isoproturon, Lambda-Ċjalotrina, Metalaksil-M, Metsulfuron-metil, Pikolinafen, Prosulfuron, Pimetrożina, Piraflufen-etil, Tijabendażol, Tifensulfuron-metil u Triasulfuron (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48).
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/549 tat-8 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentażon, ċjalofop butil, dikwat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), metalaksil-M, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, tijabendażol u tifensulfuron-metil (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 4).
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/841 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: : j1446, imażamoks, imażosulfuron, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 12).
(15) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 tas-27 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, beflubutammid, benalassil, bentjavalikarb, bifenażat, boskalid, bromossinil, kaptan, karvone, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dimetoat, dimetomorf, dikwat, etefon, etoprofos, etossażol, famoksadon, fenamidon, fenamifos, flumjoksażina, fluwossastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanat, u r-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, metalaksil-m, metjokarb, metossifenożid, metribużin, milbemektin, oksasulfuron, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, fosmet, pirimifos-metil, propamokarb, protijokonażol, pimetrożin u s-metolaklor (ĠU L 163, 28.6.2018, p. 13).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(18) TK 21501-32 nr. 1176.


Sustanzi attivi, inkluż il-chlorotoluron
PDF 149kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi amidosulfuron, beta cyfluthrin, bifenox, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltamethrin, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, diflufenican, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoxacarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, picloram, prosulfocarb, pyriproxyfen, thiophanate-methyl, triflusulfuron u tritosulfuron (D062951/02 – 2019/2826(RSP))
P9_TA(2019)0027B9-0104/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi amidosulfuron, beta cyfluthrin, bifenox, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltamethrin, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, diflufenican, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoxacarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, picloram, prosulfocarb, pyriproxyfen, thiophanate-methyl, triflusulfuron u tritosulfuron (D062951/02),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.  billi l-chlorotoluron ġiet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE(5) fl-1 ta' Marzu 2006 mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE(6) u tqieset li ġiet approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

B.  billi proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-chlorotoluron skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012(7) ilha għaddejja mill-2013;

C.  billi l-perjodu ta' approvazzjoni għas-sustanza attiva chlorotoluron diġà ġie estiż b'sena permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 533/2013(8), sussegwentement b'sena permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1511(9), għal darb' oħra b'sena bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/1262(10), u issa għal darb' oħra b'sena permezz ta' dan l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, li għandu jestendi l-perjodu ta' approvazzjoni sal-31 ta' Ottubru 2020;

D.  billi l-Kummissjoni naqset milli tispjega r-raġunijiet għall-estensjoni apparti li ssostni li: "Minħabba l-evalwazzjoni ta' dawn is-sustanzi ġiet ittardjata għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikanti, l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi x'aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom";

E.  billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni kemm tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent u fl-istess ħin li jissalvagwardja l-kompetittività tal-agrikoltura tal-Unjoni; billi għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi n-nisa tqal, it-trabi u t-tfal;

F.  billi għandu japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni, u billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jispeċifika li s-sustanzi għandhom jiġu inklużi biss fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fejn ikun intwera li dawn jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u li mhumiex mistennija jkollhom xi effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew xi effett inaċċettabbli fuq l-ambjent;

G.  billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jindika li fl-interess tas-sikurezza, il-perjodu ta' approvazzjoni għal sustanzi attivi għandu jkun limitat fiż-żmien; billi l-perjodu ta' approvazzjoni għandu jkun proporzjonat għar-riskji possibbli inerenti fl-użu ta' tali sustanzi, iżda f'dan il-każ huwa ċar li ebda proporzjonalità bħal din ma teżisti;

H.  billi matul it-13-il sena mill-approvazzjoni tagħha bħala sustanza attiva, il-chlorotoluron ġiet identifikata bħala interferent tas-sistema endokrinali, u minkejja dan, matul dan iż-żmien, l-approvazzjoni tagħha ma ġietx riveduta jew irtirata;

I.  billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà u r-responsabbiltà li jaġixxu skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, meta l-possibbiltà ta' effetti ta' ħsara fuq is-saħħa jkunu ġew identifikati iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, billi jiġu adottati miżuri provviżorji ta' ġestjoni tar-riskju li jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

J.  billi, b'mod aktar speċifiku, l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jipprovdi li l-Kummissjoni tista' tirrevedi l-approvazzjoni ta' sustanza attiva fi kwalunkwe ħin, speċjalment fejn, fid-dawl ta' għarfien xjentifiku u tekniku ġdid, tqis li hemm indikazzjonijiet li s-sustanza m'għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4, u billi din ir-reviżjoni tista' twassal għall-irtirar jew għall-emendar tal-approvazzjoni tas-sustanza;

Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali

K.  billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), il-chlorotoluron għandha klassifikazzjoni armonizzata bħala tossika ħafna għall-organiżmi akwatiċi, tossika ħafna għall-organiżmi akwatiċi b'effetti fit-tul, suspettata li tikkawża l-kanċer (Carc. 2), u suspettata li tagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf (Repr. 2);

L.  billi fl-2015 il-chlorotoluron tpoġġiet fil-"lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni" permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 minħabba li hija meqjusa li għandha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fil-bniedem, u minħabba li tissodisfa l-kriterji biex tiġi kkunsidrata bħala sustanza persistenti u tossika;

M.  billi, skont il-punt 3.6.5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi ma jistgħux jiġu awtorizzati meta jitqiesu li għandhom proprjetajiet li jinterferixxu mas-sistema endokrinali u li jistgħu jikkawżaw effett negattiv fil-bnedmin, sakemm l-esponiment tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva, l-aġent protettiv jew is-sinerġist fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, f'kondizzjonijiet proposti realistiċi ta' użu, ma jkunx negliġibbli, jiġifieri, il-prodott jintuża f'sistemi magħluqa jew f'kundizzjonijiet oħra li jeskludu l-kuntatt mal-bnedmin u fejn residwi tas-sustanza attiva, aġent protettiv jew sinerġist ikkonċernati fuq ikel u għalf ma jeċċedux il-valur prestabbilit f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12);

N.  billi huwa inaċċettabbli li sustanza li hija magħrufa li tissodisfa l-kriterji ta' limitu għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi, tossiċi għar-riproduzzjoni, jew li għandhom proprjetajiet li jinterferixxu mas-sistema endokrinali, li huma stabbiliti biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u dik ambjentali, tkompli titħalla tintuża fl-Unjoni, u tqiegħed is-saħħa pubblika u ambjentali f'riskju;

O.  billi l-applikanti jistgħu jieħdu vantaġġ mis-sistema awtomatika li hemm fil-metodi ta' ħidma tal-Kummissjoni li testendi b'mod immedjat il-perjodi ta' approvazzjoni ta' sustanzi attivi jekk il-valutazzjoni mill-ġdid tar-riskju ma tkunx ġiet iffinalizzata, billi jtawlu l-proċess ta' rivalutazzjoni b'mod maħsub billi jipprovdu data mhux kompluta u billi jitolbu għal aktar derogi u kundizzjonijiet speċjali, li jwassal għal riskji inaċċettabbli għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem minħabba li matul dan il-perjodu l-esponiment għas-sustanza perikoluża jitkompla;

P.  billi fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Prodotti tal-Pjanti (KE) Nru 1107/2009(13) il-Parlament stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex "jiżguraw li l-estensjoni proċedurali tal-perjodu ta' approvazzjoni għat-tul tal-proċedura, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, mhijiex ser tintuża għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni, u li għaldaqstant jaqgħu taħt il-kategorija 1A jew 1B, jew sustanzi attivi li għandhom karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u jagħmlu ħsara lill-bniedem u lill-annimali, kif attwalment hu l-każ tas-sustanzi bħall-flumjoksażina, it-tijakloprid, il-klorotoluron u d-dimossistrobin";

Q.  billi l-Parlament Netherlandiż esprima t-tħassib tiegħu dwar dawn l-estensjonijiet u talab li jintemmu l-estensjonijiet ta' sustanzi magħrufa li huma ta' theddida sinifikanti għall-bijodiversità, b'mod partikolari għan-naħal u n-naħal bagħli, jew li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi, li jinterferixxu mas-sistema endokrinali jew tossiċi għar-riproduzzjoni(14);

1.  Iqis li l-abbozz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

2.  Iqis li l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni ma jirrispettax il-prinċipju ta' prekawzjoni;

3.  Iqis li d-deċiżjoni li jiġi estiż il-perjodu ta' approvazzjoni għall-chlorotoluron mhijiex konformi mal-kriterji ta' sikurezza stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u mhijiex ibbażata lanqas fuq evidenza li din is-sustanza tista' tintuża b'mod sikur u lanqas fuq ħtieġa urġenti ppruvata għas-sustanza attiva chlorotoluron fil-produzzjoni tal-ikel fl-Unjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevoka l-abbozz tar-regolament ta' implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat li jqis l-evidenza xjentifika dwar il-karatteristiċi dannużi tas-sustanzi kollha kkonċernati, speċjalment fuq il-chlorotoluron;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta biss abbozzi ta' regolamenti ta' implimentazzjoni biex testendi l-perjodi ta' approvazzjoni ta' sustanzi li għalihom l-istat attwali tax-xjenza ma jkunx mistenni li jwassal għal proposta tal-Kummissjoni għal nuqqas ta' tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sustanza attiva kkonċernata;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-approvazzjonijiet għas-sustanzi jekk jeżistu provi jew dubji raġonevoli li mhumiex se jissodisfaw il-kriterji ta' sikurezza stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-valutazzjoni mill-ġdid xierqa u f'waqtha tal-awtorizzazzjonijiet għas-sustanzi attivi li għalihom huma l-Istati Membri li qed jirrapportaw, u biex jiżguraw li d-dewmien attwali jiġi riżolt b'mod effettiv mill-aktar fis possibbli;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18.
(3) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0356.
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(6) Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE tas-16 ta' Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-chlorothalonil, il-chlorotoluron, is-cypermethrin, id-daminozide u t-thiophanate-methyl bħala sustanzi attivi (ĠU L 241, 17.9.2005, p. 51).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(8) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 533/2013 tal-10 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metil-ċiklopropin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrin, daminożid, forklorfenuron, indoksakarb, tjofanat-metil u tribenuron (ĠU L 159, 11.6.2013, p. 9).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1511 tat-30 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, flufenaċet, flurtamon, forklorfenuron, fostijażat, indoksakarb, iprodion, MCPA, MCPB, is-siltijofam, tijofanat-metil u tribenuron (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 115).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 tal-20 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, klomażon, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, diuron, fludioksonil, flufenaċet, flurtamon, fostijażat, indoksakarb, MCPA, MCPB, prosulfokarb, tijofanat-metil u tribenuron (ĠU L 238, 21.9.2018, p. 62).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(13) Testi adottati, P8_TA(2018)0356.
(14) TK 21501-32 nr. 1176.


Qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2)
PDF 173kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D061869/04 – 2019/2830(RSP))
P9_TA(2019)0028B9-0107/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D061869/04),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-30 ta' April 2019, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, kif ukoll il-votazzjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-5 ta' Ġunju 2019, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-17 ta' Ottubru 2018, u ppubblikata fl-14 ta' Novembru 2018(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM)(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.  billi, fl-1 ta' Settembru 2016, Syngenta Crop Protection NV/SA ressqet applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) MZHG0JG (l-applikazzjoni) lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Ġermanja f'isem Syngenta Crop Protection AG u skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jew jikkonsistu minn, qamħirrum ĠM MZHG0JG (qamħirrum MZHG0JG) għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.  billi, fis-17 ta' Ottubru 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fl-14 ta' Novembru 2018(5);

C.  billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jgħid li ikel jew għalf ĠM m'għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jesiġi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

D.  billi l-qamħirrum MZHG0JG ġie mmodifikat biex ikun tolleranti għall-erbiċidi abbażi tal-glifosat, kif ukoll għall-erbiċidi abbażi tal-glufosinat-ammonju(6);

E.  billi l-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur(7); billi l-kummenti l-aktar kritiċi jikkonċernaw il-valutazzjoni tat-tossikoloġija, l-analiżi komparattiva u l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali; billi diversi Stati Membri qiesu li d-data dwar it-tossikoloġija hija insuffiċjenti u inaffidabbli, speċjalment fir-rigward tal-livelli ta' residwi ta' glifosat u glufosinat; billi kumment minnhom jenfasizza l-fatt li l-analiżi komparattiva żvelat nuqqas ta' ekwivalenza għall-aċidu feruliku – kompost importanti tal-membrani taċ-ċelloli tal-pjanti – bejn il-qamħirrum MZHG0JG u varjetajiet ta' referenza, li jista' jwassal għal żieda fl-akkumulazzjoni ta' erbiċidi;

F.  billi studju indipendenti(8) jikkonkludi li l-valutazzjoni tar-riskju mill-EFSA mhijiex aċċettabbli fil-forma preżenti tagħha peress li tonqos milli tivvaluta it-tossiċità kif xieraq, speċjalment fir-rigward tal-effetti kumulattivi possibbli taż-żewġ transġeni u l-erbiċidi komplementari u l-metaboliti tagħhom; billi l-istudju jqajjem dubji dwar l-affidabbiltà tad-data mill-istudju ta' 90 jum dwar l-għalf u, barra minn hekk, jikkonkludi li l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-EFSA mhijiex aċċettabbli peress li ma tqisx ir-riskju li t-transġeni jinfirxu permezz tat-trasferiment tal-ġeni bejn il-qamħirrum MZHG0JG u t-teosinte, speċi selvaġġa tiegħu, f'każ li l-materjal tal-pjanta tal-qamħirrum MZHG0JG vijabbli kellu jidħol fl-ambjent;

Erbiċidi komplementari

G.  billi ntwera li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi tirriżulta f'użu akbar ta' erbiċidi, fil-biċċa l-kbira dovuta għall-emerġenza ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi(9); billi, b'konsegwenza, għandu jkun mistenni li l-għelejjel tal-qamħirrum MZHG0JG ikunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glifosat u glufosinat, li potenzjalment iwassal għal kwantità ogħla ta' residwi fil-ħsad;

H.  billi, skont l-aħħar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll (għall-2020, l-2021 u l-2022), l-Istati Membri mhumiex obbligati jkejlu r-residwi tal-glufosinat jew tal-glifosat fl-importazzjonijiet tal-qamħirrum(10); billi ma jistax jiġi eskluż li l-qamħirrum MZHG0JG jew il-prodotti derivati minnu għall-ikel u l-għalf jaqbżu l-Livelli Massimi ta' Residwi (MRLs) tal-Unjoni, li ġew stabbiliti biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur;

I.  billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni (1B) u għalhekk jissodisfa l-kriterji ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018(12);

J.  billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi f'Novembru 2015 l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat aktarx mhuwiex karċinoġeniku; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kklassifikat il-glifosat bħala "probabbilment karċinoġeniku għall-bnedmin";

K.  billi, skont l-EFSA, id-data tossikoloġika meħtieġa għal valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi ta' diversi prodotti ta' dekompożizzjoni tal-glifosat rilevanti għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-glifosat hija nieqsa(13);

L.  billi fil-pjanti ĠM, tista' tkun il-modifikazzjoni ġenetika nnifsha li tiddetermina l-mod kif erbiċidi komplementari jiddekomponu skont il-pjanta, kif ukoll il-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' dekompożizzjoni (metaboliti); billi, skont l-EFSA, dan hu fil-fatt il-każ meta l-erbiċida komplementari jkun il-glifosat(14);

M.  billi l-valutazzjoni tar-residwi ta' erbiċidi u l-metaboliti tagħhom fi pjanti ĠM titqies li hija barra mill-mandat tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati;

Proċess mhux demokratiku

N.  billi l-votazzjoni fit-30 ta' April 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri; billi anki l-votazzjoni tal-5 ta' Ġunju 2019 tal-Kumitat tal-Appell ma tat ebda opinjoni;

O.  billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tagħha ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ĠM fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u tal-għalf ĠM; billi l-President tal-Kummissjoni diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(15);

P.  billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjonijiet li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (3 riżoluzzjonijiet); billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza OĠM, minkejja li m'għandha ebda obbligu legali li tagħmel dan;

1.  Hu tal-fehma li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fuq dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhijiex adegwata;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għal awtorizzazzjonijiet ta' OĠM jekk ma tingħata ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll biex jintużaw bħala ikel u għalf;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċidi mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari, il-metaboliti tagħhom u l-formulazzjonijiet kummerċjali, kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM konċernata għandha tiġi kkultivata fl-Unjoni jew importata fl-Unjoni biex tintuża bħala ikel u għalf;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, biex tintuża bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal erbiċida mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, f'dan il-każ il-glufosinat;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Scientific opinion on the assessment of genetically modified maize MZHG0JG for food and feed uses, import and processing under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA‐GMO‐DE‐2016‐133) (Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG biex jintuża bħala ikel u għalf, għall-importazzjoni u għall-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA‐GMO‐DE‐2016‐133)), EFSA Journal, 14 ta' Novembru 2018, 16(11):5469, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5469
(4) Fit-tmien leġiżlatura tiegħu l-Parlament Ewropew adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM.
(5) Scientific opinion on the assessment of genetically modified maize MZHG0JG for food and feed uses, import and processing under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA‐GMO‐DE‐2016‐133), (Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG biex jintuża bħala ikel u għalf, għall-importazzjoni u għall-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA‐GMO‐DE‐2016‐133)), EFSA Journal, 14 ta' Novembru  2018, 16(11):5469, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5469
(6) Opinjoni tal-EFSA, p. 7-8.
(7) Fittex il-Qamħirrum MZHG0JG: EFSA-Q-2018-00810 fuq http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/ListOfQuestionsNoLogin?2
(8) Kumment ta' Testbiotech dwar "Assessment of genetically modified maize MZHG0JG for food and feed uses, import and processing under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA-GMO-DE-2016-133)" (Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG biex jintuża bħala ikel u għalf, għall-importazzjoni u għall-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-DE-2016-133)) mill-kumpanija Syngenta, https://www.testbiotech.org/sites/default/files/Testbiotech_Comment_Maize_MZHG0JG.pdf
(9) Ara, pereżempju, Bonny, S., "Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact" (Għelejjel Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi), Environmental Management, Jannar 2016, 57(1), p. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., "Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years" (L-impatti ta' għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe, 28 ta' Settembru 2012, Vol 24(1), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/533 tat-28 ta' Marzu 2019 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom, ĠU L 88, 29.3.2019, p. 28.
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(12) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.detail&language=EN&selectedID=1436
(13) EFSA conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance glyphosate (Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva glifosat), EFSA Journal, 12 ta' Novembru 2015, 13(11), p. 3, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4302
(14) EFSA review of the existing maximum residue levels for glyphosate according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 (Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005), 17 ta' Mejju 2018, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
(15) Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, 15 ta' Lulju 2014), jew id-diskors tal-2016 dwar l-Istat tal-Unjoni (Strasburgu, 14 ta' Settembru 2016).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


Sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3)
PDF 184kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D062417/04 – 2019/2828(RSP))
P9_TA(2019)0029B9-0105/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D062417/04),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-11 ta' Ġunju 2019, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, kif ukoll il-votazzjoni tal-Kumitat tal-Appell tat-12 ta' Lulju 2019, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fid-29 ta' Novembru 2018, u ppubblikata fl-14 ta' Jannar 2019(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM)(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/730/KE(5) awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (fażola tas-sojja A2704-12); billi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-awtorizzazzjoni jkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti, għajr l-ikel u l-għalf, li fihom jew li jikkonsistu minn fażola tas-sojja A2704-12 għall-istess użi bħal kull fażola tas-sojja oħra għajr għall-kultivazzjoni;

B.  billi, fid-29 ta' Awwissu 2017, id-detentur tal-awtorizzazzjoni Bayer CropScience AG ippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid ta' dik l-awtorizzazzjoni (l-applikazzjoni għat-tiġdid);

C.  billi, fid-29 ta' Novembru 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli fir-rigward tal-applikazzjoni għat-tiġdid, li ġiet ippubblikata fl-14 ta' Jannar 2019(6);

D.  billi l-fażola tas-sojja A2704-12 ġiet żviluppata biex tagħti tolleranza għall-erbiċidi abbażi tal-glufosinat-ammonju; billi t-tolleranza għal dawk l-erbiċidi tinkiseb permezz tal-espressjoni tal-proteina (fosfinotriċina aċeltitransferasi) PAT(7);

Erbiċidi komplementari

E.  billi għadd ta' studji juru li l-kultivazzjoni tal-għelejjel ġenetikament modifikati (ĠM) tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f'użu ogħla ta' dawk l-erbiċidi(8); billi, b'konsegwenza, għandu jkun mistenni li l-għelejjel tal-fażola tas-sojja A2704-12 ikunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glufosinat, li potenzjalment iwassal għal kwantità ogħla ta' residwi fil-ħsad;

F.  billi, skont l-aħħar programm ta' kontroll pluriennali koordinat tal-Unjoni (għall-2020, l-2021 u l-2022)(9), l-Istati Membri mhumiex obbligati jkejlu r-residwi tal-glufosinat fl-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja; billi ma jistax jiġi eskluż li l-fażola tas-sojja A2704-12 jew il-prodotti derivati minnha għall-ikel u l-għalf jaqbżu l-Livelli Massimi ta' Residwi (MRLs) tal-Unjoni, li ġew stabbiliti biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur;

G.  billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni (Kategorija 1B tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi) u għalhekk jissodisfa l-kriterji ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018(11);

H.  billi fil-pjanti ĠM, tista' tkun il-ġenetika mmodifikata nnifisha li tiddetermina l-mod li erbiċidi komplementari jiddekomponu skont il-pjanta, kif ukoll il-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' dekompożizzjoni ("metaboliti")(12);

I.  billi l-valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi u l-metaboliti tagħhom fuq il-pjanti ĠM titqies barra mill-mandat tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati;

Kummenti tal-Istati Membri

J.  billi l-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur(13); billi l-aktar kummenti kritiċi jqisu l-impossibilità li jiġu vvalutati b'mod xieraq ir-riskji relatati mal-użu tal-fażola tas-sojja A2704-12 fl-ikel u fl-għalf, minħabba l-għadd insuffiċjenti u l-varjetà ta' studji fuq il-post, nuqqas ġenerali ta' data dwar ir-residwi tal-glufosinat u n-nuqqas ta' kwalunkwe studju ta' tossiċità kronika jew subkronika; billi diversi Stati Membri rrimarkaw li l-pjan ta' monitoraġġ ambjentali la huwa konformi mad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u lanqas mal-linji gwida korrispondenti tal-EFSA dwar il-monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq (2011); billi diversi Stati Membri jesprimu tħassib dwar l-impatt tal-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja A2704-12 fuq il-bijodiversità u s-saħħa pubblika fil-pajjiżi produtturi u esportaturi;

K.  billi studju indipendenti kkonkluda li l-valutazzjoni tar-riskju mill-EFSA mhijiex aċċettabbli fil-forma preżenti tagħha(15), peress li ma tidentifikax in-nuqqasijiet fl-għarfien u fl-inċertezzi u tonqos milli tivvaluta s-sikurezza ġenerali u t-tossiċità potenzjali tal-fażola tas-sojja A2704-12; billi l-istudju sab li l-EFSA naqset milli tirrikonoxxi t-tibdil li seħħ fil-perjodu ta' 10 snin mill-awtorizzazzjoni inizjali tal-fażola tas-sojja A2704-12, rigward il-kundizzjonijiet agronomiċi li fihom tiġi kkultivata fażola tas-sojja reżistenti għall-erbiċidi, pereżempju l-għadd li dejjem qed jiżdied ta' problemi kkawżati mill-ħaxix ħażin reżistenti għall-erbiċidi li jeħtieġ ammonti dejjem ogħla ta' erbiċidi;

Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni

L.  billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jgħid li ikel jew għalf ĠM m'għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jesiġi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB);

M.  billi rapport reċenti mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel sab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa u l-potenzjal li jwasslu għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-bdiewa u l-ħaddiema agrikoli, il-komunitajiet li jgħixu qrib artijiet agrikoli, komunitajiet indiġeni, u nisa tqal u tfal(16); billi l-Mira tal-SDG 3.9 għandha l-għan, li sal-2030, tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u tniġġis u kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija(17);

N.  billi d-deforestazzjoni hija kawża ewlenija tat-tnaqqis tal-bijodiversità; billi l-emissjonijiet mill-użu tal-art u mit-tibdil fl-użu tal-art, l-aktar minħabba d-deforestazzjoni, huma t-tieni l-akbar kawża tat-tibdil fil-klima wara l-ħruq tal-fjuwils fossili(18); billi l-Ftehim ta' Pariġi u l-Pjan Strateġiku dinji għall-Bijodiversità 2011-2020, inklużi l-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi, adottati skont il-KDB, jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, l-isforzi ta' protezzjoni u ta' restawr(19);

O.  billi l-SDG 15 jinkludi l-mira li titwaqqaf id-deforestazzjoni sal-2020(20); billi l-foresti għandhom rwol multifunzjonali li jappoġġjaw il-kisba tal-biċċa l-kbira tal-SDGs(21);

P.  billi l-produzzjoni tas-sojja hija mutur ewlieni tad-deforestazzjoni fl-Amażonja, f'Cerrado u fil-foresti Gran Chaco fl-Amerika t'Isfel; billi 97 % u 100 % tas-sojja kkultivata fil-Brażil u fl-Arġentina, rispettivament, hija sojja ĠM(22); billi l-fażola tas-sojja A2704-12 hija awtorizzata għall-kultivazzjoni, fost postijiet oħra, fil-Brażil u fl-Arġentina(23);

Q.  billi l-Unjoni Ewropea hija t-tieni l-akbar importatur tas-sojja fid-dinja u l-maġġoranza tas-sojja importata fl-Unjoni hija għall-għalf tal-annimali; billi l-analiżi mill-Kummissjoni sabet li s-sojja storikament kienet il-kontributur ewlieni tal-Unjoni għad-deforestazzjoni globali u l-emissjonijiet relatati, li tirrappreżenta kważi nofs id-deforestazzjoni inkorporata fl-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni(24);

R.  billi disa' varjetajiet ta' fażola tas-sojja ĠM awtorizzati għall-kultivazzjoni fil-Brażil huma diġà awtorizzati għall-importazzjoni bħala ikel u għalf fl-Unjoni; billi, barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni għall-ikel u l-għalf għal tliet varjetajiet ta' fażola tas-sojja ĠM awtorizzati għall-kultivazzjoni fil-Brażil, inkluża l-fażola tas-sojja A2704-12, hija pendenti(25);

S.  billi stħarriġ reċenti pan-Unjoni sab li kważi 90 % ta' dawk li wieġbu jaħsbu li hemm bżonn ta' liġijiet ġodda biex jiġi żgurat li l-prodotti mibjugħa fl-Unjoni ma jikkontribwux għad-deforestazzjoni globali(26);

Proċess mhux demokratiku

T.  billi l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li saret fil-11 ta' Ġunju 2019 kif ukoll tal-Kumitat ta' Appell li saret fit-12 ta' Lulju 2019 ma taw l-ebda opinjoni, u dan ifisser li l-awtorizzazzjoni mhix appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

U.  billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tagħha ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ĠM fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u tal-għalf ĠM; billi l-President tal-Kummissjoni diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(27);

V.  billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta riżoluzzjonijiet li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (3 riżoluzzjonijiet); billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OMĠ; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza OĠM minkejja li ma għandha l-ebda obbligu legali li tagħmel dan;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fuq dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhijiex adegwata;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-użi ta' ikel u għalf;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza l-ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċidi mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari, tal-metaboliti tagħhom u tal-formulazzjonijiet kummerċjali kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni għall-użi ta' ikel u għalf;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, biex tintuża bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal erbiċida mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, f'dan il-każ il-glufosinat;

10.  Ifakkar li l-SDGs jistgħu jintlaħqu biss jekk il-katini tal-provvista jsiru sostenibbli u jinħolqu sinerġiji bejn il-politiki(29);

11.  Itenni t-tħassib qawwi tiegħu li d-dipendenza għolja tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet ta' għalf tal-annimali fil-forma ta' fażola tas-sojja tikkawża d-deforestazzjoni f'pajjiżi terzi(30);

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax l-importazzjoni tal-fażola tas-sojja ĠM, dment li ma jkunx jista' jintwera li l-kultivazzjoni tagħha ma kkontribwietx għad-deforestazzjoni;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-awtorizzazzjonijiet attwali kollha tagħha għas-sojja MĠ fid-dawl tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, inkluż skont il-Ftehim ta' Pariġi, il-KDB u l-SDGs;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Scientific opinion on the Assessment of genetically modified soybean A2704-12 for renewal of authorisation under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA-GMO-RX-009), (Opinjoni xjentifika dwar il-Valutazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-009)), EFSA Journal 2019;17(1):5523, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2019.5523
(4) Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adottata 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati,
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/730/KE tat-8 ta' Settembru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li huma magħmula, jew li ġejjin mis-sojja modifikata ġenetikament A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 16.9.2008, p. 50).
(6) EFSA Journal 2019;17(1):5523.
(7) Opinion of the Scientific Panel on genetically modified organisms (GMO) on an application (Reference EFSA-GMO-NL-2005-18) for the placing on the market of the glufosinate tolerant soybean A2704-12, for food and feed uses, import and processing under Regulation (EC) No 1829/2003 from Bayer CropScience, (Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar organiżmi ġenetikament modifikati dwar applikazzjoni (Referenza EFSA-GMO-NL-2005-18) għat-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja A2704-12 tolleranti għall-glufosinat, għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 mill-Bayer CropScience), EFSA Journal (2007)524, p. 1. https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2007.524
(8) Ara, pereżempju, Bonny, S, Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact, (Għelejjel, Ħaxix Ħażin u Erbiċidi Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi: Ħarsa Ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016, 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Charles M Benbrook, Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years, (L-impatti ta' għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe; volum 24, numru tal-Artikolu: 24 (2012), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24.
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/533 tat-28 ta' Marzu 2019 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 88, 29.3.2019, p. 28).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(11) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.detail&language=EN&selectedID=1436
(12) Pereżempju skont l-EFSA, dan hu fil-fatt il-każ meta l-erbiċida komplementari jkun il-glifosat: Ir-Rieżami tal-EFSA tal-livelli residwi massimi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, 2018, p. 12 https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
(13) L-Anness G – kummenti tal-Istati Membri http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2018-00992
(14) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1: Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15 Volum 006 P. 77).
(15) Kumment ta' TestBioTech dwar il-valutazzjoni tal-EFSA tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 għat-tiġdid https://www.testbiotech.org/en/content/testbiotech-comment-soybean-a2704-12-renewal
(16) https://www.ohchr.org/EN/Issues/Environment/ToxicWastes/Pages/Pesticidesrighttofood.aspx
(17) https://www.un.org/sustainabledevelopment/health/
(18) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja" (COM(2019)0352), p 1.
(19) Idem, p. 2.
(20) Ara l-mira 15.2: https://www.un.org/sustainabledevelopment/biodiversity/
(21) COM(2019)0352, p. 2.
(22) International Service for the Acquisition of Agri-biotech Applications (2017) "Global status of commercialized biotech/GM crops in 2017" (Servizz Internazzjonali għall-Akkwist ta' Applikazzjonijiet Agri-Bijotek (2017) "L-istatus globali ta' għelejjel bijotek/ĠM ikkummerċjalizzati fl-2017") ISAA Brief Nru 53, p. 16 u p. 21. http://www.isaaa.org/resources/publications/briefs/53/download/isaaa-brief-53-2017.pdf
(23) https://www.isaaa.org/gmapprovaldatabase/event/default.asp?EventID=161
(24) Rapport tekniku tal-Kummissjoni Ewropea 2013 - 063 bit-titolu "The impact of EU consumption on deforestation: Comprehensive analysis of the impact of EU consumption on deforestation", (L-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni: Analiżi komprensiva tal-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni), pp 23-24 http://ec.europa.eu/environment/forests/pdf/1.%20Report%20analysis%20of%20impact.pdf: Bejn l-1990 u l-2008, l-Unjoni importat għelejjel u prodotti tal-bhejjem li jinkorporaw 90 000 km² ta' deforestazzjoni. Il-prodotti tal-għelejjel kienu jammontaw għal 74 000 km² (82 %), u l-għelejjel taż-żejt għandhom l-akbar sehem (52 000 km²). Il-fażola tas-sojja u l-espellent tas-sojja ammontaw għal 82 %(42 600 km²), jiġifieri 47 % tal-importazzjoni totali tal-Unjoni ta' deforestazzjoni inkorporata.
(25) Dawn iċ-ċifri huma miksuba mill-kontroreferenza tal-bażi ta' data tal-approvazzjoni tal-organiżmi ġenetikament modifikati tas-Servizz Internazzjonali għall-Akkwist tal-Applikazzjonijiet Agri-bijotek (https://www.isaaa.org/gmapprovaldatabase/approvedeventsin/default.asp?CountryID=BR&Country=Brazil) mar-reġistru tal-UE tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati (https://ec.europa.eu/food/plant/gmo/eu_register_en) – it-tnejn li huma kkonsultati f'Settembru 2019.
(26) https://www.fern.org/news-resources/press-release-87-per-cent-of-europeans-support-new-laws-to-combat-global-deforestation-new-poll-shows-1963/
(27) Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(28) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(29) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: il-każ tal-foresti (Testi adottati, P8_TA(2018)0333), il-paragrafu 67.
(30) Idem.


Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba’ avvenimenti singoli MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9
PDF 150kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D062827/02 – 2019/2829(RSP))
P9_TA(2019)0030B9-0106/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D062827/02),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tat-12 ta' Lulju 2019, li fiha ma ngħatat ebda opinjoni, kif ukoll il-votazzjoni tal-Kumitat tal-Appell tas-16 ta' Settembru 2019, li fiha wkoll ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-28 ta' Novembru 2018, u ppubblikata fl-14 ta' Jannar 2019(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati ("OĠM")(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fis-6 ta' Frar 2013, Dow AgroSciences Europe ressqet, f'isem Dow AgroSciences LLC, applikazzjoni lill-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands ("l-applikazzjoni") għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9 ("il-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla"), skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jew jikkonsistu minn, qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.  billi l-applikazzjoni kopriet it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew jiġu prodotti minn ħamsa u għoxrin sottokombinazzjoni tal-eventi ta' trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla; billi ħdax minn dawk is-sottokombinazzjonijiet diġà ġew awtorizzati(5); billi l-erbatax-il sottokombinazzjoni li jifdal, apparti l-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla, huma koperti mid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni;

C.  billi fit-28 ta' Novembru 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet ippubblikata fl-14 ta' Jannar 2019(6);

D.  billi l-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla huwa derivat minn inkroċjar ta' ħames eventi tal-qamħirrun ġenetikament modifikat ("ĠM") u joffri reżistenzi għall-erbiċidi li fihom glufosinat, glifosat u 2,4-D kif ukoll jipproduċu sitt proteini tal-insettiċidi (proteini "Bt" jew "Cry"): Cry1A.105, Cry2Ab2, Cry1F u CryBb1 li huma tossiċi għal ċerti larvi lepidopterani, u Cry34Ab1 u Cry25Ab1 li huma tossiċi għal ċerti larvi koleopterani(7);

Kummenti tal-Istati Membri

E.  billi l-Istati Membri ssottomettew ħafna kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur(8), inkluż li l-ebda konklużjoni finali (speċjalment fir-rigward tal-oġġetti tal-ikel) ma hija possibbli b'referenza għall-effetti fit-tul riproduttivi jew ta' żvilupp tal-ikel u/jew tal-għalf inkwistjoni, li hija meħtieġa aktar informazzjoni qabel ma tkun tista' tiġi ffinalizzata l-valutazzjoni tar-riskju, li l-analiżi tal-kompożizzjoni tindika nuqqas ta' ekwivalenza bejn il-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla u l-kontroparti konvenzjonali tiegħu u li, għalhekk, is-sikurezza ma tistax tiġi garantita, li l-pjan ta' monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq huwa inadegwat, u li hija meħtieġa aktar riċerka dwar ir-rwol bijoloġiku u l-attivitajiet tal-proteini Cry fir-rigward tal-mammiferi qabel ma jkunu jistgħu jitqiesu sikuri;

F.  billi ebda data sperimentali ma ġiet ipprovduta mill-applikant għall-erbatax-il sottokombinazzjoni attwalment mhux awtorizzati tal-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla(9); billi l-eventi ta' trasformazzjoni multipli m'għandhomx jiġu awtorizzati mingħajr valutazzjoni bir-reqqa tad-data sperimentali għal kull subkombinazzjoni;

Erbiċidi komplementari

G.  billi għadd ta' studji juru li l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f'użu ogħla ta' dawk l-erbiċidi(10); billi, b'konsegwenza, għandu jkun mistenni li l-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla se jkun espost għal dożi ogħla u ripetuti tal-glufosinat, il-glifosat u 2,4-D, u għalhekk kwantità ogħla ta' residwi jistgħu jkunu preżenti fil-ħsad;

H.  billi, skont il-programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022, l-Istati Membri mhumiex obbligati jkejlu l-glifosat, il-glufosinat, jew residwi 2,4-D fuq l-importazzjonijiet tal-qamħirrun(11); billi ma jistax jiġi eskluż li l-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla jew prodotti derivati minnu għall-ikel jew għall-għalf se jeċċedu l-Livelli Massimi ta' Residwu tal-Unjoni (MRLs), li tpoġġew fis-seħħ għall-iskop li tiġi protetta s-saħħa tal-konsumatur;

I.  billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi f'Novembru 2015 l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat aktarx mhuwiex karċinoġeniku; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kklassifikat il-glifosat bħala probabbilment karċinoġeniku għall-bnedmin;

J.  billi, skont l-EFSA, id-data tossikoloġika li tippermetti li titwettaq valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi għal diversi prodotti ta' dekompożizzjoni tal-glifosat rilevanti għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-glifosat hija nieqsa(12);

K.  billi fil-pjanti ĠM, tista' tkun il-ġenetika mmodifikata nnifisha li tiddetermina l-mod li erbiċidi komplementari jiddekomponu skont il-pjanta, kif ukoll il-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' dekompożizzjoni ("metaboliti"); billi, skont l-EFSA, dan hu fil-fatt il-każ meta l-erbiċida komplementari huwa l-glifosat(13);

L.  billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-kriterji abbinati mal-kriterji ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018(15);

M.  billi r-riċerka indipendenti qajmet tħassib dwar ir-riskji tal-ingredjent attiv 2,4-D fir-rigward tal-iżvilupp tal-embrijuni, il-malformazzjonijiet konġenitali u l-interferenti endokrinali;

N.  billi artiklu reċenti minn espert involut fl-iżvilupp ta' pjanti ĠM iqajjem dubji dwar is-sikurezza tal-għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-2,4-D minħabba d-degradazzjoni tiegħu fil-prodott ta' dekompożizzjoni ċitotossiku 2,4-diklorofenol (2,4-DCP)(16);

Proteini Bt

O.  billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti sekondarji li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal proteini Bt u li xi proteini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti(17), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom;

P.  billi opinjoni tal-minoranza adottata minn membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM fil-proċess tal-valutazzjoni ta' qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla simili iżda differenti u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu sabu li, filwaqt li effetti mhux intenzjonati fuq is-sistema immunitarja qatt ma ġew identifikati fi kwalunkwe applikazzjoni fejn huma espressi proteini Bt, dawn ma setgħux "jiġu osservati mill-istudji tossikoloġiċi [...] attwalment rakkomandati u mwettqa għall-valutazzjoni tas-sikurezza ta' pjanti ĠM fl-EFSA minħabba li ma jinkludux it-testijiet xierqa għal dan l-iskop"(18);

Q.  billi studju reċenti juri li żieda rapida fl-użu ta' trattamenti taż-żrieragħ neonikotinojdi fl-Istati Uniti tikkoinċidi maż-żieda ta' tħawwil ta' qamħirrun Bt ĠM(19); billi l-Unjoni pprojbixxiet l-użu fuq barra ta' tliet neonikotinojdi, inkluż bħala kisjiet taż-żrieragħ, minħabba l-impatt tagħhom fuq in-naħal tal-għasel u dakkara oħra(20);

R.  billi l-valutazzjoni ta' residwi ta' erbiċidi u l-metaboliti tagħhom fuq pjanti ĠM, kif ukoll l-interazzjoni potenzjali tagħhom ma' proteini Bt, hija kkunsidrata 'l barra mill-mandat tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM;

Proċess mhux demokratiku

S.  billi kemm il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (votazzjoni fit-12 ta' Lulju 2019) kif ukoll il-Kumitat ta' Appell (votazzjoni fis-16 ta' Settembru 2019) ma taw l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni mhix appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

T.  billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tagħha ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ĠM fit-territorju tagħhom u fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u tal-għalf ĠM; billi l-President tal-Kummissjoni ddeplora diversi drabi din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(21);

U.  billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjonijiet li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (3 riżoluzzjonijiet); billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza OĠM minkejja li ma għandha l-ebda obbligu legali li tagħmel dan;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhijiex adegwata;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-użu tal-ikel u l-għalf;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza l-ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċidi mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari, il-metaboliti tagħhom u l-formulazzjonijiet kummerċjali kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni għall-użu tal-ikel u l-għalf;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni ta' kwalunkwe pjanta ĠM għall-ikel jew għall-għalf li saret tolleranti għall-erbiċidi li mhix awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, f'dan il-każ il-glufosinat;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza l-ebda sottokombinazzjoni ta' eventi ta' trasformazzjoni multipli sakemm dawn ma jkunux ġew evalwati bir-reqqa mill-EFSA abbażi tad-data eżawrjenti ppreżentata mill-applikant;

11.  Iqis, b'mod aktar speċifiku, li l-approvazzjoni ta' sottokombinazzjonijiet li għalihom ma ġiet ipprovduta l-ebda data, u li lanqas biss ġew ittestjati jew maħluqa, tmur kuntrarju għall-prinċipji tal-liġi ġenerali dwar l-ikel, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002;

12.  Jistieden lill-EFSA tkompli tiżviluppa u tuża b'mod sistematiku metodi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-effetti mhux maħsuba tal-eventi ta' trasformazzjoni multipli tal-ĠM, inkluż fir-rigward tal-karatteristiċi aġġuvani tat-tossini Bt;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(3) Opinjoni xjentifika dwar il-Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x 1507 x MON 88017 x 59122 x DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjonijiet indipendentement mill-oriġini tagħhom għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2013-113), il-Ġurnal tal-EFSA 2019, 17(1):5521, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2019.5521
(4) Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adottata 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati.
(5) 1507 x 59122, awtorizzat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1110; MON 89034 × MON 88017, awtorizzat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2046; u MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, MON 89034 × 1507 × MON 88017, MON 89034 × 1507 × 59122, MON 89034 × MON 88017 × 59122, 1507 × MON 88017 × 59122, MON 89034 × 1507, MON 89034 × 59122, 1507 × MON 88017, MON 88017 × 59122, awtorizzati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/650/UE
(6) Opinjoni xjentifika dwar il-Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x 1507 x MON 88017 x 59122 x DAS-40278-9 u s-sottokombinazzjonijiet indipendentement mill-oriġini tagħhom għall-użu tal-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2013-113), il-Ġurnal tal-EFSA 2019, 17(1):5521, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2019.5521
(7) Ara l-opinjoni tal-EFSA, p. 10-11.
(8) Anness G – kummenti tal-Istati Membri http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-00210
(9) Ara l-opinjoni tal-EFSA, p. 4.
(10) Ara, pereżempju, Bonny, S., Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact, Environ Manage. 2016 Jan;57(1):31-48 https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 and Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. -- the first sixteen years, Charles M Benbrook, Environmental Sciences Europe; volum 24, numru tal-Artikolu: 24 (2012), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/533 tat-28 ta' Marzu 2019 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 88, 29.3.2019, p. 28).
(12) Il-konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tal-glifosat, il-Ġurnal tal-EFSA 2015; 13(11):4302, p. 3 https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4302
(13) Ir-Rieżami tal-EFSA tal-livelli residwi massimi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005,17 ta' Mejju 2018, p. 12 https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(15) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.detail&language=MT&selectedID=1436
(16) Lurquin, P.F. (2016) Production of a toxic metabolite in 2, 4-D-resistant GM crop plants. 3 Biotech, 6(1): 1-4. https://link.springer.com/article/10.1007/s13205-016-0387-9#CR25
(17) Għal rieżami, ara Rubio Infante, N., & Moreno-Fierros, L. (2016) An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals. Journal of Applied Toxicology, 36(5): 630-648. http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.1002/jat.3252/full
(18) Applikazzjoni EFSA-GMO-DE-2010-86 (qamħirrun Bt11 3 MIR162 3 1507 3 GA21 u tliet sottokombinazzjonijiet indipendentement mill-oriġini tagħhom) Minority Opinion J.M. Wal, Member of the EFSA GMO Panel, Mejju 2018 https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5309 p. 34.
(19) "Large-Scale Deployment of Seed Treatments Has Driven Rapid Increase in Use of Neonicotinoid Insecticides and Preemptive Pest Management in U.S. Field Crops" Margaret R. Douglas u John F. Tooker, Environ. Sci. Technol.20154985088-5097, Publication Data (sit web):https://pubs.acs.org/doi/10.1021/es506141g
(20) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/approval_active_substances/approval_renewal/neonicotinoids_en
(21) Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


Indħil barrani fil-proċessi demokratiċi tal-Istati Membri u Ewropej
PDF 156kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-indħil elettorali barrani u d-diżinformazzjoni fil-proċessi demokratiċi nazzjonali u Ewropej (2019/2810(RSP))
P9_TA(2019)0031B9-0108/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 11, 12, 39, 40, 47 u 52 tagħha, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikolari l-Artikoli 8, 9, 10, 11, 13, 16 u 17 tagħha, u l-Protokoll għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tas-16 ta' Diċembru 1966, b'mod partikolari l-Artikoli 2, 17, 19, 20 u 25 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2018 bit-titlu "L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew" (COM(2018)0236),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni konġunt tal-Kummissjoni u tal-VP/RGħ kontra d-Diżinformazzjoni tal-5 ta' Diċembru 2018 (JOIN(2018)0036 u r-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tal-VP/RGħ dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni tal-14 ta' Ġunju 2019 (JOIN(2019)0012),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra l-istudju bit-titlu "Automated tackling of disinformation" (Il-ġlieda awtomatizzata kontra d-diżinformazzjoni), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari tal-Parlament Ewropew fil-15 ta' Marzu 2019(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2019 dwar theddidiet għas-sigurtà b'rabta mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex dawn jitnaqqsu(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2016 dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi(3),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2019 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-analiżi tas-segwitu mogħti mis-SEAE sentejn wara r-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(5), u r-riforma tagħha li għaddejja bħalissa,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar l-użu tad-data tal-utenti ta' Facebook minn Cambridge Analytica u l-impatt fuq il-protezzjoni tad-data(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni(7),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2019 bit-titlu "Id-Dsatax-il Rapport ta' Progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina" (COM(2019)0353),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(8),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi tentattivi min-naħa ta' atturi statali u mhux statali minn pajjiżi terzi biex jinfluwenzaw il-proċess deċiżjonali fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, kif ukoll biex jagħmlu pressjoni fuq il-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE permezz ta' ndħil malizzjuż huma parti minn xejra usa' esperjenzata mid-demokraziji madwar id-dinja;

B.  billi l-indħil barrani jista' jieħu għadd kbir ta' forom, inklużi kampanji ta' diżinformazzjoni fuq il-midja soċjali biex isawru l-opinjoni pubblika, attakki ċibernetiċi mmirati lejn infrastruttura kritika relatata mal-elezzjonijiet, u appoġġ finanzjarju dirett u indirett ta' atturi politiċi;

C.  billi l-indħil elettorali barrani jikkostitwixxi sfida kbira peress li joħloq riskji serji għas-soċjetajiet u l-istituzzjonijiet demokratiċi Ewropej, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, is-sigurtà, il-ġid ekonomiku u, fl-aħħar mill-aħħar, is-sovranità tal-Ewropa;

D.  billi l-interkonnessjoni globali tan-nies u l-ekonomiji b'mezzi diġitali u b'teknoloġiji ġodda ntużat ukoll, anki b'mod mhux xieraq, minn Stati involuti f'indħil barrani; billi l-midja, b'mod partikolari l-pjattaformi soċjali, jistgħu jiġu sfruttati faċilment biex tinxtered id-diżinformazzjoni;

E.  billi huwa neċessarju li titqajjem kuxjenza dwar il-kampanji ta' diżinformazzjoni mmexxija mir-Russja, peress li dawn jikkostitwixxu s-sors ewlenin li minnu toriġina d-diżinformazzjoni fl-Ewropa;

F.  billi, lil hinn mir-Russja, hemm atturi statali u mhux statali minn pajjiżi terzi oħra li huma involuti f'indħil malizzjuż f'dibattiti pubbliċi Ewropej;

G.  billi analiżi preliminari mill-Kummissjoni f'Ġunju 2019 uriet li l-miżuri stabbiliti biex jipproteġu l-integrità tal-elezzjonijiet Ewropej ikkontribwew biex jillimitaw l-indħil barrani statali u mhux statali fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' Mejju 2019;

H.  billi l-UE implimentat b'suċċess għadd ta' miżuri intiżi biex itaffu l-influwenza barranija fuq l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019 u jippreservaw l-integrità tagħhom, inkluż Kodiċi ta' Prattika kontra d-Diżinformazzjoni, Sistema ta' Twissija Rapida u Netwerk Ewropew ta' Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet; billi l-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tieħu aktar azzjoni biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet;

I.  billi l-UE hija dipendenti ħafna fuq teknoloġiji, softwer u infrastrutturi barranin, li jistgħu jagħmluha aktar vulnerabbli għall-indħil elettorali barrani;

J.  billi l-iskala tal-atti ta' ndħil malizzjuż teħtieġ rispons Ewropew ikkoordinat li jinkludi diversi elementi komplementari;

K.  billi r-responsabbiltà għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-indħil elettorali barrani ma taqax b'mod esklużiv fuq l-awtoritajiet pubbliċi iżda wkoll fuq il-kumpaniji tal-internet u tal-midja soċjali, li għalhekk għandhom jikkooperaw fl-ilħuq ta' dan l-għan, mingħajr ma jdgħajfu l-libertà tal-kelma jew mingħajr ma jsiru korpi ta' ċensura privati;

L.  billi diversi investigazzjonijiet urew li nkisru jew li ġew evitati regoli elettorali kruċjali, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-trasparenza tal-finanzjament tal-kampanji, b'allegazzjonijiet ta' nfiq politiku minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li joriġinaw minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari mir-Russja;

M.  billi l-każijiet rapportati kollha ta' ndħil elettorali barrani jirrappreżentaw xejra sistematika li kienet rikorrenti matul dawn l-aħħar snin;

N.  billi aktar minn 50 elezzjoni presidenzjali, nazzjonali, lokali jew reġjonali se jseħħu fl-Istati Membri qabel tmiem l-2020;

1.  Jenfasizza li l-libertà tal-kelma u tal-espressjoni, il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali u l-pluraliżmu tal-midja huma fil-qalba ta' soċjetajiet demokratiċi reżiljenti, u li jipprovdu l-aqwa salvagwardji kontra l-kampanji ta' diżinformazzjoni u l-propaganda ostili;

2.  Jenfasizza li, minkejja n-natura multidimensjonali ta' ndħil ostili u diżinformazzjoni li ġejjin minn barra, l-indħil fl-elezzjonijiet huwa parti minn strateġija usa' ta' gwerra ibrida u li għalhekk ir-rispons għalih jibqa' kwistjoni fundamentali ta' sigurtà u ta' politika barranija;

3.  Itenni li l-indħil barrani fl-elezzjonijiet jimmina d-dritt tal-poplu li jipparteċipa fil-governanza ta' pajjiżu, direttament jew permezz ta' rappreżentanti magħżula b'mod ħieles, kif minqux fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u li dan l-indħil minn Stati oħra jikkostitwixxi ksur tad-dritt internazzjonali, anki meta ma jkun hemm l-ebda rikors għal forza militari, theddida għall-integrità territorjali jew theddida għall-indipendenza politika;

4.  Jemmen li elezzjonijiet ħielsa u ġusti huma fil-qalba tal-proċess demokratiku u għalhekk jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri biex jieħdu azzjoni deċiżiva dwar din il-kwistjoni, anki fil-proċess ta' riflessjoni li jmiss dwar il-futur tal-UE;

5.  Jesprimi tħassib kbir dwar il-fatt li qed tinkixef kontinwament evidenza ta' ndħil, spiss b'indikazzjonijiet ta' influwenza barranija, fil-perjodu li jippreċedi l-elezzjonijiet nazzjonali u Ewropej prinċipali kollha, u ħafna minn dan l-indħil jibbenefikaw minnu l-kandidati anti-UE, estremisti u populisti tal-lemin u għandu fil-mira minoranzi speċifiċi u gruppi vulnerabbli inkużi migranti, persuni LGBTI, gruppi reliġjużi, persuni bi sfond Rom, Musulmani jew nies perċepiti bħala Musulmani, bl-objettiv usa' li jrendi anqas attraenti s-soċjetajiet demokratiċi u ugwali;

6.  Jirrikonoxxi x-xejra inkwetanti ta' gruppi globali tal-lemin estrem li jużaw diżinformazzjoni fuq pjattaformi ta' midja soċjali fuq skala kbira; jinsab imħasseb li din id-diżinformazzjoni influwenzat ir-rigressjoni fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-persuni LGBTI;

7.  Jirrikonoxxi li l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri jipprojbixxu, b'mod sħiħ jew parzjali, d-donazzjonijiet barranin lill-partiti politiċi u l-kandidati; ifakkar bi tħassib li anki meta l-liġijiet jimponu restrizzjonijiet fuq is-sorsi ta' finanzjament politiku, atturi barranin sabu modi kif jevitawhom u offrew appoġġ lill-alleati tagħhom permezz ta' self ma' banek barranin, bħal fil-każ tal-Front National fl-2016, permezz ta' kuntratti kummerċjali u ta' xiri, bħal fil-każ tal-allegazzjonijiet irrappurtati minn Der Spiegel u Süddeutsche Zeitung fis-17 ta' Mejju 2019 fil-konfront tal-Freiheitliche Partei tal-Awstrija u minn Buzzfeed u L'Espresso fl-10 ta' Lulju 2019 fil-konfront tal-Lega per Salvini Premier, u permezz tal-faċilitazzjoni ta' attivitajiet finanzjarjii, kif irrappurtat mill-istampa Brittanika fir-rigward tal-kampanja Leave.eu;

8.  Jesprimi tħassib kbir dwar in-natura perikoluża ħafna tal-propaganda Russa b'mod partikolari, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jistabbilixxu strateġija effikaċi u dettaljata biex tiġġieled l-istrateġiji ta' diżinformazzjoni Russi b'mod rapidu u determinat;

9.  Jinnota bi tħassib li l-għadd ta' każijiet ta' diżinformazzjoni attribwiti lil sorsi Russi u dokumentati mit-Task Force East StratCom sa minn Jannar 2019 (998 każ) huwa aktar mid-doppju tal-għadd għall-istess perjodu fl-2018 (434 każ);

10.  Jikkundanna bil-qawwa, barra minn hekk, l-azzjonijiet dejjem aktar aggressivi ta' atturi statali u mhux statali, minn pajjiżi terzi li qed ifittxu li jimminaw jew jissospendu l-pedamenti u l-prinċipji normattivi tad-demokraziji Ewropej u s-sovranità tal-pajjiżi kandidati kollha għall-adeżjoni mal-UE fil-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll li jinfluwenzaw l-elezzjonijiet u jappoġġaw movimenti estremisti, filwaqt li jitqies il-fatt li l-iskala tal-attakki ċibernetiċi qiegħda dejjem tikber;

11.  Jirrikonoxxi l-impatt pożittiv tal-azzjonijiet volontarji li ħadu l-fornituri ta' servizzi u l-pjattaformi biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni, inklużi regoli ġodda fil-Kodiċi ta' Prattika biex tiżdied it-trasparenza tar-reklamar elettorali fuq il-midja soċjali, kif ukoll il-miżuri implimentati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri s-sena li għaddiet, u jfakkarhom fir-responsabbiltà konġunta tagħhom fir-rigward tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni;

12.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018, li fiha ħeġġeġ lil Facebook, wara l-iskandlu ta' Cambridge Analytica, biex jimplimenta diversi miżuri biex jiġi evitat l-użu tal-pjattaforma soċjali għall-indħil elettorali; jinnota li Facebook ma indirizzax il-biċċa l-kbira ta' dawn it-talbiet;

13.  Iqis li l-indħil elettorali f'wieħed mill-Istati Membri jaffettwa lill-UE kollha sa fejn dan l-indħil jista' jkollu impatt fuq il-kompożizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE; jemmen li dan it-theddid la jista' jiġi indirizzat unikament mill-awtoritajiet nazzjonali li jkunu qed jaħdmu waħedhom u lanqas purament mill-awtoregolamentazzjoni tas-settur privat iżda jirrikjedi approċċ koordinat b'ħafna livelli u bil-parteċipazzjoni ta' ħafna partijiet ikkonċernati; iqis li qafas legali li jindirizza t-theddid ibridu, inklużi l-attakki ċibernetiċi u d-diżinformazzjoni, għandu jiġi żviluppat kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak internazzjonali, sabiex jippermetti rispons sod mill-UE;

14.  Itenni, madankollu, li jeħtieġ li tiġi żviluppata politika Ewropea komuni b'saħħitha sabiex tindirizza b'mod effikaċi kemm indħil barrani, kif ukoll kampanji ta' diżinformazzjoni, permezz ta' komunikazzjoni tal-UE soda mal-pjattaformi u l-fornituri tas-servizzi online;

15.  Jistieden lill-atturi involuti kollha jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżguraw li l-proċess demokratiku, kif ukoll l-elezzjonijiet, jiġu protetti minn indħil u manipulazzjoni barranin, kemm statali kif ukoll mhux statali; jindika b'mod partikolari, il-ħtieġa li jittejbu l-litteriżmu medjatiku u l-edukazzjoni ċivika permezz tal-kultura u t-tagħlim minn età bikrija sabiex dawk li jkunu fil-mira tal-kampanji ta' diżinformazzjoni jkunu jistgħu jidentifikaw l-informazzjoni provduta bħala preġudikata; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, jinkludu korsijiet speċifiċi dwar il-litteriżmu medjatiku fil-kurrikuli skolastiċi tagħhom, u jiżviluppaw kampanji ta' informazzjoni mmirati lejn sezzjonijiet tal-popolazzjoni li huma aktar vulnerabbli għad-diżinformazzjoni;

16.  Jinsab imħasseb dwar id-dipendenza tal-UE fuq it-teknoloġiji u l-ħardwer barranin; jissottolinja li l-UE teħtieġ taħdem biex iżżid il-kapaċitajiet tagħha stess peress li dan jillimita l-opportunitajiet għall-indħil elettorali malizzjuż minn atturi barranin;

17.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex joħolqu ambjent favorevoli għall-innovazzjoni, abbażi tal-prinċipji tal-ekonomija tas-suq u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, sabiex in-negozji Ewropej ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jużaw il-ħarsien ta' dawn id-drittijiet bħala vantaġġ kompetittiv;

18.  Jappella għal finanzjament nazzjonali u Ewropew biex jissaħħu l-kapaċitajiet għall-ġlieda kontra l-komunikazzjoni strateġika ta' partijiet terzi ostili u l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattika f'dan il-qasam, inkluż kemm taħt il-qafas pluriennali attwali kif ukoll taħt dak ta' wara l-2020, fost l-oħrajn, permezz tal-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali; jissottolinja li tali programmi għandhom jinkludu salvagwardji adegwati biex jiżguraw konformità stretta mad-dritt internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem, b'mod speċjali meta jiġu finanzjati pajjiżi terzi;

19.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitkompla l-appoġġ u t-trawwim ta' ġurnaliżmu responsabbli u ta' responsabbiltà editorjali, kemm fil-midja tradizzjonali kif ukoll f'dik ġdida, biex jiffaċċjaw l-isfida ta' informazzjoni li ma tkunx verifikata jew li tkun preġudikata favur naħa waħda u li timmina l-fiduċja taċ-ċittadini fil-midja indipendenti;

20.  Jenfasizza li huwa essenzjali li tiġi appoġġata l-midja tas-servizz pubbliku li ma tiddependix finanzjarjament fuq sorsi ta' finanzjament privati u li għalhekk tista' tipprovdi informazzjoni ta' kwalità għolja u imparzjali lill-pubbliku ġenerali, filwaqt li, fl-istess ħin, tiġi żgurata u mantnuta l-indipendenza tagħhom mill-indħil politiku;

21.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-ħidma prezzjuża tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija fir-rwol ta' sostenn tiegħu għall-organizzazzjonijiet li jiġġieldu l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni;

22.  Iqis li l-UE għandha taħdem biex issib soluzzjonijiet prattiċi biex tappoġġa u ssaħħaħ midja demokratika, indipendenti u diversifikata fil-pajjiżi tal-viċinat tal-UE u fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li huma kandidati għall-adeżjoni mal-UE;

23.  Jappella għal titjib tat-Task Force tal-UE East StratCom għal struttura permanenti fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna b'finanzjament u b'livelli ta' persunal ħafna ogħla minn qabel;

24.  Jirrimarka li, minħabba l-kumplessità tar-riskji kkawżati mill-indħil elettorali online u mill-kampanji ta' diżinformazzjoni, id-detezzjoni u l-ġestjoni ta' dawn ir-riskji jirrikjedu kooperazzjoni transsettorjali li tinvolvi lill-awtoritajiet kompetenti u lill-partijiet ikkonċernati;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tikklassifika t-tagħmir elettorali bħala infrastruttura kritika sabiex jiġi żgurat li fil-każ ta' ksur tad-Direttiva dwar iċ-Ċibersigurtà(9) jkunu jistgħu jiġu applikati l-miżuri previsti;

26.  Ifakkar li proporzjon sinifikanti ta' dawn l-atti ta' indħil malizzjuż jikkostitwixxu ksur tar-regoli Ewropej fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza; jistieden lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data nazzjonali jagħmlu użu sħiħ mis-setgħat tagħhom biex jinvestigaw il-każijiet ta' ksur tal-protezzjoni tad-data u jimponu sanzjonijiet u penali li jservu ta' deterrent;

27.  Itenni s-sejħa għal investigazzjonijiet dwar l-allegat użu illegali tal-ispazju politiku online minn forzi barranin li għandhom isiru mill-Istati Membri bl-appoġġ tal-Eurojust;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-impatt tal-indħil barrani fl-Ewropa u tissodisfa l-impenn li daħlet għalih solennement il-President elett Ursula von der Leyen li jiġi indirizzat "it-theddid ta' interventi esterni fl-elezzjonijiet Ewropej tagħna"(10);

29.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni li jmiss u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà li jmiss biex il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni jagħmluha objettiv ċentrali tal-politika barranija;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-azzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi possibbli li jistgħu jirriżultaw f'intervent mill-pjattaformi tal-midja soċjali bl-għan li jiġi sistematikament tikkettat il-kontenut kondiviż mill-bots, jiġu rieżaminati l-algoritmi sabiex isiru l-inqas preġudikati possibbli, u jingħalqu l-kontijiet ta' persuni li jinvolvu ruħhom f'attivitajiet illegali mmirati lejn it-tfixkil tal-proċessi demokratiċi jew it-tħeġġiġ tad-diskors ta' mibegħda, filwaqt li ma tiġix kompromessa l-libertà tal-espressjoni;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw lill-istituzzjonijiet pubbliċi, lill-gruppi ta' riflessjoni, lill-NGOs, u liċ-ċiberattivisti fil-livell lokali li qegħdin jaħdmu fuq kwistjonijiet ta' propaganda u diżinformazzjoni, u biex jagħmlu disponibbli finanzjament u appoġġ għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn iż-żieda tar-reżiljenza taċ-ċittadini tal-UE għad-diżinformazzjoni;

32.  Ifakkar ir-rwol importanti tal-informaturi bħala salvagwardja tad-demokrazija u tal-governanza meta tiġi żvelata informazzjoni fl-interess pubbliku; jistieden lill-awtoritajiet tal-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa jistabbilixxu u jxerrdu politika dwar l-iżvelar tal-informazzjoni, fuq il-bażi tar-rispett lejn l-20 prinċipju stabbilit fir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2014)6; ifakkar fid-direttiva adottata riċentement dwar il-protezzjoni tal-informaturi;

33.  Ifakkar li l-UE qed tagħmel disponibbli EUR 4 175 miljun għal azzjonijiet immirati lejn l-appoġġ tal-libertà tal-midja u tal-ġurnaliżmu investigattiv, inkluż mekkaniżmu ta' rispons għall-ksur tal-libertà tal-istampa u tal-midja u l-protezzjoni tanġibbli tal-ġurnalisti;

34.  Iqis li huwa biss billi jittieħed approċċ olistiku għall-indħil awtoritarju barrani, u billi jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet fl-aspetti kollha tal-governanza demokratika u tal-istituzzjonijiet demokratiċi, inklużi l-partiti politiċi Ewropew, li l-UE tista' tissalvagwardja l-proċessi demokratiċi tagħha;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom f'diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll mas-sħab internazzjonali, inklużi l-fora internazzjonali, bil-għan li jieħdu aktar azzjonijiet kontra t-theddid ibridu;

36.  Jenfasizza li n-NATO u ċ-ċentri ta' eċċellenza tagħha huma għodda essenzjali importanti li tippermetti li l-Ewropa ssaħħaħ ir-rabta transatlantika u żżid ir-reżistenza kemm tal-Ewropa kif ukoll tal-Amerka ta' Fuq għad-diżinformazzjoni;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tal-finanzjament barrani tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mingħajr ma jiġi impedit il-ħolqien ta' spazju pubbliku Ewropew li jmur lil hinn mill-Unjoni Ewropea, u li tniedi diskussjoni mal-Istati Membri li tindirizza dawn il-kwistjonijiet b'rabta mal-partiti u mal-fondazzjonijiet politiċi interni tagħhom;

38.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni, lill-Kunsill u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, Unità tal-Prospettiva Xjentifika, 15 ta' Marzu 2019.
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0156.
(3) ĠU C 224, 27.6.2018, p. 58.
(4) Testi adottati, P8_TA(2019)0187.
(5) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0433.
(7) Testi adottati, P8_TA(2018)0514.
(8) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(9) Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni, ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.
(10) "Unjoni li tirsisti għal aktar: L-aġenda tiegħi għall-Ewropa", minn Ursula von der Leyen – Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2019-2024 (2019), https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/political-guidelines-next-commission_mt.pdf – p. 22 21.


Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini
PDF 155kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini (2019/2833(RSP))
P9_TA(2019)0032B9-0110/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 310, 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għas-snin 2021 – 2027 u s-sistema ta' Riżorsi Proprji (OR) tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020(1) u dwar riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb li jkun hemm qbil(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddikjara li wasal iż-żmien li jiġu ssodisfati l-aspettattivi taċ-ċittadini u li l-impenji u l-ambizzjonijiet politiċi tal-Unjoni jingħataw il-mezzi finanzjarji meħtieġa; jinsab determinat li jiżgura QFP b'saħħtu u kredibbli li jippermetti lill-UE tirreaġixxi għal sfidi importanti b'mod effikaċi u tilħaq l-għanijiet politiċi tagħha fuq il-perjodu ta' seba' snin li jmiss; jemmen li l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 taw leġittimità mġedda lill-pożizzjoni u r-rwol tal-Parlament f'dan il-proċess; jiddikjara li huwa lest li jirrifjuta kwalunkwe pożizzjoni tal-Kunsill li ma tirrispettax il-prerogattivi tal-Parlament jew li ma tikkunsidrax il-pożizzjonijiet tiegħu;

2.  Jadotta r-riżoluzzjoni preżenti dwar il-konferma u l-aġġornament tal-mandat ta' negozjar tiegħu kemm rigward in-nefqa kif ukoll l-introjtu tal-QFP li jmiss; jitlob li jingħata bidu għal negozjati mal-Kunsill mingħajr aktar dewmien, fl-interess li jintlaħaq ftehim solidu b'mod f'waqtu, jenfasizza li l-Parlament ilu lest li għal dan sa minn Novembru 2018; jitlob lill-Kummissjoni tressaq pjan ta' kontinġenza tal-QFP bħala xibka ta' sikurezza li tipproteġi l-benefiċjarji tal-programmi ta' finanzjament tal-UE, li jippermetti l-estensjoni tal-QFP kurrenti, fl-eventwalità li ma jintlaħaqx qbil fil-ħin dwar il-QFP li jmiss;

Konferma tal-pożizzjoni soda tal-Parlament

3.  Jikkonferma l-mandat ta' negozjar tiegħu, kif stabbilit fir-rapport interim tal-QFP tal-14 ta' Novembru 2018, dwar iċ-ċifri tal-QFP (għal kull programm, intestatura u f'livell globali), ir-riżorsi proprji tal-UE, id-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà, ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu u l-prinċipji orizzontali, bħall-allinjament tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, il-klima u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fi ħdan il-politiki u l-inizjattivi kollha fil-QFP li jmiss, kif ukoll emendi speċifiċi għar-Regolament tal-QFP u l-Ftehim Interistituzzjonali proposti;

4.  Itenni li l-QFP li jmiss għandu jiġi stabbilit fil-livell ta' EUR 1 324,1 biljun skont il-prezzijiet tal-2018, li jirrappreżenta 1,3 % tad-dħul nazzjonali gross (ING) tal-UE-27; jenfasizza li din iċ-ċifra globali hija r-riżultat ta' valutazzjoni minn isfel għal fuq tal-livell ta' finanzjament meħtieġ għal kull programm u politika tal-UE; ifakkar, f'dan il-kuntest, l-intenzjoni tal-Parlament li jagħti spinta lill-programmi emblematiċi (eż. fl-oqsma taż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ambjent u t-tranżizzjoni klimatika, l-infrastruttura, l-SMEs, id-diġitalizzazzjoni u d-drittijiet soċjali), li jżomm il-finanzjament tal-politiki eżistenti tal-UE f'termini reali (b'mod partikolari l-koeżjoni, l-agrikoltura u s-sajd), u li jsaħħaħ ir-responsabbiltajiet addizzjonali (eż. fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-azzjoni esterna u d-difiża) b'mezzi finanzjarji addizzjonali; jemmen bis-sħiħ li l-valur miżjud Ewropew isir billi jinġabru flimkien ir-riżorsi fil-livell tal-UE bħala kwistjoni ta' effiċjenza, solidarjetà u impatt globali; jenfasizza f'dan il-kuntest, il-bżonn li jissaħħaħ il-fokus fuq ir-riżultati għan-nefqa futura;

5.  Jissottolinja li l-Parlament mhuwiex se japprova l-QFP mingħajr ftehim dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, inkluż l-introduzzjoni ta' ġabra ġdida ta' riżorsi proprji li jkunu allinjati aħjar u li jinċentivaw il-progress fil-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-UE; ifakkar li l-għan li jiġu introdotti riżorsi proprji ġodda mhuwiex biss li tittaffa l-predominanza ta' kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING, iżda wkoll biex jiġi garantit il-livell xieraq ta' finanzjament għan-nefqa tal-UE fil-QFP li jmiss; itenni l-pożizzjoni tiegħu, kif tinsab fir-rapport interim tal-QFP, rigward il-lista ta' kandidati potenzjali għal riżorsi proprji ġodda (bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva, tassazzjoni tas-servizzi diġitali, taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, introjtu mill-iskema ta' negozjar ta' emissjonijiet, kontribuzzjoni għall-plastik u mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri), it-tneħħija tat-tnaqqis u l-korrezzjonijiet kollha, is-semplifikazzjoni tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT, it-tnaqqis tal-"ispejjeż tal-ġbir" nazzjonali miżmuma fuq id-dazji doganali, u l-inklużjoni fil-baġit tal-UE, ta' dħul ieħor fil-forma ta' multi u tariffi;

6.  Jikkonferma il-ħtieġa li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu ġdid li jipproteġi l-baġit tal-UE meta l-istat tad-dritt ma jiġix irrispettat jew meta jkun hemm theddida sistemika għall-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u meta dan jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jissottolinja li dawn il-miżuri ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-entitajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri li jagħmlu pagamenti lill-benefiċjarji aħħarija jew lir-riċevituri;

Rispons għal inizjattivi ġodda wara l-elezzjonijiet Ewropej

7.  Jilqa' favorevolment l-impenji politiċi dwar inizjattivi addizzjonali meħuda mill-President elett tal-Kummissjoni wara l-approvazzjoni tagħha f'Lulju 2019 u jistenna li l-impatt baġitarju tagħhom jiġi ċċarat mingħajr dewmien; jissottolinja l-fatt li kull inizjattiva ġdida, li xi wħud minnhom diġà kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom ġew antiċipati fir-rapport interim tal-Parlament, għandha tiġi kkalkulata qabel il-proposti oriġinali tal-Kummissjoni għall-perjodu li jmiss, u b'hekk jirriżultaw f'limiti massimi ogħla tal-QFP minn dawk inizjalment proposti; jistenna għalhekk li l-Kummissjoni tirrifletti b'mod formali dwar l-impatt baġitarju ta' dawk l-inizjattivi fil-proposta inizjali dwar il-QFP tagħha, u biex, flimkien mal-Parlament tiddefendi l-livell meħtieġ ta' finanzjament fin-negozjati dwar il-QFP li jmiss;

8.  Jitlob għal aktar proposti leġiżlattivi biex jiġu stabbiliti strumenti ġodda li għandhom jitressqu immedjatament mill-Kummissjoni l-ġdida, sabiex il-finanzjament tagħhom jiġi inkluż fil-ftehim dwar il-QFP li jmiss; jistenna li kwalunkwe inizjattiva ġdida possibbli li tista' tiġi proposta wara l-adozzjoni tal-QFP 2021-2027 tiġi ffinanzjata permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda;

9.  Jilqa', fuq in-naħa tad-dħul, l-impenji tal-President elett biex terġa' tvara jew testendi għadd ta' inizjattivi li għandhom ikunu parti mill-ġabra ta' riżorsi proprji ġodda futuri; jistieden b'mod partikolari lill-Istati Membri jaħtfu l-opportunità li jintroduċu mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri, li jkun mod ġust biex jirrispondu għad-domandi popolari favur tmexxija deċiżiva fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-kummerċ internazzjonali;

Pass ulterjuri ieħor lejn it-tranżizzjoni klimatika

10.  Itenni mill-ġdid l-appoġġ inkondizzjonat għall-prinċipju tal-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-QFP li jmiss jikkonforma bis-sħiħ mal-Ftehim ta' Pariġi u jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal qabża kbira fi sforzi politiċi u finanzjarji bil-għan li jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim, kif ukoll tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali f'termini ta' karbonju bbażata fuq l-ogħla kriterji ta' ġustizzja soċjali sabiex ħadd u l-ebda post ma jitħalla barra; jistenna b'interess proposta konkreta dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif deskritt fil-linji gwida politiċi tal-President tal-Kummissjoni li jmiss; jistenna li l-mezzi baġitarji matul il-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja li jmiss ikunu proporzjonati ma' din l-ambizzjoni, filwaqt li jenfasizza li QFP imnaqqas ovvjament jirrappreżenta pass lura;

11.  Jenfasizza l-fatt li l-azzjoni klimatika komuni fil-livell tal-UE tagħti valur miżjud sostantiv u għalhekk għandha tkun fil-qalba tal-modernizzazzjoni tal-baġit tal-UE u l-programmi ta' nefqa tiegħu; jenfasizza, għalhekk, li l-integrazzjoni klimatika u tal-bijodiversità fil-QFP li jmiss trid tmur lil hinn mil-livelli ta' azzjonijiet ta' nfiq immirati kif stabbilit fir-rapport interim tagħha, iżda wkoll f'termini tal-integrazzjoni tad-dimensjoni klimatika u soċjali fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-programmi ewlenin kollha u matul iċ-ċiklu politiku kollu; barra minn hekk, f'dan il-kuntest, jitlob metodoloġija aktar trasparenti, stretta u komprensiva, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni riformati għad-definizzjoni u t-traċċar tan-nefqa b'rilevanza għall-klima u għall-bijodiversità, il-prevenzjoni ta'ġ appoġġ finanzjarju għal miżuri ta' ħsara u l-monitoraġġ tal-impatt fuq terminu medju u fit-tul tal-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika għall-mitigazzjoni u l-adattament; jistieden lill-Parlament jipparteċipa mill-qrib fil-ħolqien ta' metodoloġija simili;

Varar immedjat tan-negozjati interistituzzjonali

12.  Ifakkar li l-Artikolu 312(5) tat-TFUE jistipula li, matul il-proċedura li twassal għall-adozzjoni tal-QFP, it-tliet istituzzjonijiet tal-UE "għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tiegħu"; jissottolinja l-fatt li l-Parlament ilu lest jinnegozja għal kważi sena dwar l-aspetti kollha tal-QFP u l-pakkett tar-riżorsi proprji, filwaqt li l-Kunsill, s'issa, ma aċċettax li jipparteċipa fi kwalunkwe taħditiet sinifikanti li jmorru lil hinn minn laqgħat ta' tgħarrif u ta' informazzjoni qosra u formali fil-marġini tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (KAĠ); jemmen li tali kuntatti minimalisti ma jistgħux jitqiesu bħala forma ta' kooperazzjoni interistituzzjonali sodisfaċenti u ma jikkonformawx mar-rekwiżiti espliċiti tat-Trattat;

13.  Jitlob, għalhekk, l-intensifikar immedjat tat-taħditiet interistituzzjonali dwar il-QFP u r-riżorsi proprji bil-għan li titwitta t-triq għal negozjati ġenwini, u jistieden lill-Kunsill jadotta l-mandat ta' negozjar tiegħu mingħajr dewmien; iqis, fl-interess li jiġi żgurat l-approvazzjoni tal-Parlament, li l-Kunsill diġà għandu jqis kif xieraq il-pożizzjonijiet tal-Parlament meta jiddeċiedi dwar il-pożizzjoni tiegħu stess; jistenna, għal dan il-għan, li l-presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni jikkomunikaw b'mod ċar u jispjegaw il-fehmiet tal-Parlament lill-KAĠ, u jitlob il-preżenza tat-tim ta' negozjar tal-Parlament fil-laqgħat informali kollha tal-Kunsill li jittrattaw il-QFP; jenfasizza l-ħtieġa li jitkomplew il-laqgħat trilaterali dedikati, sabiex tiġi approfondita d-diskussjoni dwar id-diversi aspetti tal-QFP u l-proposti dwar ir-riżorsi proprji, li għandhom jissupplimentaw l-aġġornamenti eżistenti tal-KAĠ u l-laqgħat ta' tgħarrif u ta' informazzjoni; jistenna, barra minn hekk, li jiġu organizzati laqgħat ta' livell għoli bejn il-Presidenti tal-istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 324 tat-TFUE;

Salvagwardja tal-prerogattivi tal-Parlament

14.  Jieħu nota tal-metodoloġija tal-Kunsill għat-tħejjija tal-kaxxi ta' negozjar tal-QFP; huwa konxju mill-fatt, madankollu, li huwa wkoll tentattiv biex jingħata rwol predominanti lill-Kunsill Ewropew fit-teħid ta' deċiżjonijiet irrevokabbli dwar diversi aspetti tal-QFP li jmiss, kif kien il-każ fil-proċess li wassal għall-adozzjoni tal-QFP attwali; jenfasizza li l-Parlament mhux se japprova fait accompli mill-Kunsill Ewropew u huwa lest li jiċħad l-approvazzjoni tiegħu sakemm jintlaħaq ftehim sodisfaċenti;

15.  Jissottolinja li dawn il-kaxxi ta' negozjar mhux biss jinkludu elementi tar-Regolament QFP, li għalihom il-Parlament jeħtieġ li jagħti l-approvazzjoni tiegħu, iżda wkoll għadd sinifikanti ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi relatati ma' politiki settorjali tal-UE li għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; iqis, għalhekk, li tali kaxxi ta' negozjar ma għandhom bl-ebda mod jitqiesu li jirriflettu aktar minn proċedura interna tal-Kunsill li bl-ebda mod ma għandha timpedixxi lill-Parlament milli jwettaq negozjati xierqa fuq l-elementi kollha tal-pakkett tal-QFP u tal-leġiżlazzjoni settorjali; iħeġġeġ lill-Kunsill, għalhekk, biex jiftaħ negozjati mal-Parlament dwar l-aspetti kollha tal-leġiżlazzjoni settorjali li tistabbilixxi l-programmi l-ġodda tal-UE, kif ukoll dwar il-proposta dwar l-istat tad-dritt;

16.  Ifakkar li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew huma ta' natura politika u li l-Artikolu 15(1) tat-TUE jipprojbixxi lill-Kunsill Ewropew milli jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi; jistieden għalhekk lill-Kunsill Ewropew biex ma jadottax konklużjonijiet dettaljati u allegatament vinkolanti bbażati fuq il-kaxxa ta' negozjar tal-QFP, peress li dan ikun ifisser interferenza diretta fl-isfera leġiżlattiva; joqgħod fuq il-Kummissjoni, bħala intermedjarju onest u gwardjan tat-Trattati, biex tappoġġja lill-Parlament fl-eżerċitar tal-prerogattivi leġiżlattivi tiegħu kemm taħt il-proċeduri ta' approvazzjoni u wkoll tal-proċeduri leġiżlattivi ordinarji;

Xibka ta' sikurezza li tipproteġi l-benefiċjarji tal-programmi tal-UE: l-istabbiliment ta' pjan ta' kontinġenza tal-QFP

17.  Jiddispjaċih li l-Kunsill Ewropew diġà estenda, għal diversi drabi, il-perjodu ta' żmien biex tintlaħaq deċiżjoni politika; jibża' li, jekk il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew jibdew jiffaċċjaw aktar dewmien mingħajr ma jinvolvu lill-Parlament, hemm riskju ċar li tali negozjati kumplessi ma jkunux jistgħu jiġu ffinalizzati b'suċċess sa tmiem il-QFP kurrenti; ifakkar l-ostakli serji għall-varar ta' programmi tal-UE li rriżultaw mill-adozzjoni tardiva tal-QFP kurrenti, kif sar fil-passat;

18.  Ifakkar li, jekk il-QFP l-ġdid ma jiġix adottat fil-ħin, l-Artikolu 312(4) tat-TFUE jipprovdi għal xibka ta' sikurezza fil-forma ta' estensjoni temporanja tal-limiti massimi u ta' dispożizzjonijiet oħra tal-aħħar sena tal-qafas attwali; jinsab imħasseb, madankollu, li tali xibka ta' sikurezza tista' tiddgħajjef mhux biss min-nuqqas ta' tħejjija fil-livell operattiv, iżda wkoll minħabba d-dati ta' skadenza fis-seħħ għal uħud mill-programmi attwali tal-UE; iwissi, f'dan il-kuntest, kontra l-għeluq tal-programmi tal-UE, u jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li ma jiġix sfurzat jaċċetta ftehim ħażin minħabba pressjoni ta' ħin;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, biex minnufih tibda tħejji pjan ta' kontinġenza tal-QFP bil-għan li tipproteġi l-benefiċjarji u tiżgura l-kontinwità tal-finanzjament fil-każ li jkun meħtieġ li jiġi estiż il-QFP attwali; jitlob li tali pjan jiġi ppreżentat formalment fil-bidu tal-2020, sabiex jiġi adottat malajr mill-Kunsill u l-Parlament; jitlob li dan il-pjan jinkludi proposta leġiżlattiva orizzontali biex il-limiti ta' żmien stabbiliti fil-programmi rilevanti jitneħħew, biex b'hekk tiġi żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE, u biex jiġu inklużi dispożizzjonijiet operattivi konkreti, b'mod partikolari għall-kontinwazzjoni tal-politiki taħt ġestjoni kondiviża;

o
o   o

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 51.
(2) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 71.
(3) Testi adottati, P8_TA(2018)0226.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0449.


L-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro
PDF 188kWORD 72k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro (2019/2111(INI))
P9_TA(2019)0033A9-0016/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 145, 148, 149, 151, 152, 153, 154, 155, 156, 158, 165, 166, 174 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet(1),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu IV (Solidarjetà) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità,

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs), b'mod partikolari l-għanijiet 1, 3, 4, 5, 8, 10 u 13,

–  wara li kkunsidra l-Pakkett ta' Investimenti Soċjali tal-Kummissjoni tal-2013,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015(2) bit-titolu "Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa",

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2018 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro(3),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2019 bit-titolu "Tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa: Nieħdu kont erba' snin wara r-Rapport tal-Ħames Presidenti – Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għas-Summit tal-Euro tal-21 ta' Ġunju 2019" (COM(2019)0279),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2019 bit-titolu "Is-Semestru Ewropew 2019: Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (COM(2019)0500),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2019 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2019)0151), u l-pożizzjoni tal-Parlament dwarha tal-4 ta' April 2019(4),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2018 bit-titolu "Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019: Għal Ewropa aktar b'saħħitha quddiem l-inċertezza globali" (COM(2018)0770),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi mill-Kummissjoni u l-Kunsill adottat fil-15 ta' Marzu 2019,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2018 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2018)0759),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2018 bit-titolu "Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2019" (COM(2018)0758),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(5),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2018 bit-titolu "L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2019: Valutazzjoni Kumplessiva" (COM(2018)0807),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2017 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2017)0677), u l-pożizzjoni tal-Parlament dwarha tad-19 ta' April 2018(6),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 bit-titolu "L-istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali" (COM(2017)0250),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 bit-titolu "Inizjattiva ta' appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw li jaħdmu" (COM(2017)0252),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2018 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom (COM(2018)0132),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata "Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020" (COM(2011)0173) u r-rapporti sussegwenti ta' implimentazzjoni u evalwazzjoni,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2019/1158/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE(7),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 bit-titolu "Taking stock of the 2013 Recommendation on "Investing in children: breaking the cycle of disadvantage"" (Rendikont tar-Rakkomandazzjoni tal-2013 dwar "L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ") (SWD(2017)0258),

–  wara li kkunsidra l-Impenn Strateġiku tal-Kummissjoni Favur l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 u l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2011-2020 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011 dwar dan(8),

–  wara li kkunsidra l-miri ta' Barċellona dwar il-kura tat-tfal tal-2002, jiġifieri li sal-2010 tiġi pprovduta kura tat-tfal mill-inqas lil 90 % tat-tfal bejn it-tliet snin u l-età obbligatorja tal-iskola u mill-inqas lil 33 % tat-tfal taħt it-tliet snin,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 bit-titolu "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara" (COM(2016)0646),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (COM(2016)0604),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu "It-Tisħiħ tal-Investimenti Ewropej għall-impjieġ u t-tkabbir: Lejn it-tieni fażi tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u pjan ġdid ta' Investiment Estern għall-Ewropa" COM(2016)0581,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività" (COM(2016)0381),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva" (COM(2016)0356),

–  wara li kkunsidra l-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari (id-Direttivi (UE) 2018/849(9), 2018/850(10), 2018/851(11) u 2018/852(12)),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "L-Ewropa tinvesti mill-ġdid – Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss" (COM(2016)0359),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2016 dwar it-tnedija ta' konsultazzjoni dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2016)0127) u l-annessi tagħha,

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tas-16 ta' Frar 2012 bit-titolu "Aġenda għal Pensjonijiet Adegwati, Sikuri u Sostenibbli" (COM(2012)0055),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni ta' żvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2019 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar l-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-politiki tal-impjieg u soċjali taż-żona tal-euro(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-mezzi possibbli ta' reintegrazzjoni tal-ħaddiema li qed jirkupraw minn korriment u mard f'impjieg ta' kwalità(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi bħala xprun biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-faqar: perspettiva tas-sessi(21),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' xogħol mhux iddikjarat(22),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020(23),

–  wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-OECD u l-Kummissjoni Ewropea dwar "L-Istat tas-Saħħa fl-UE"(24) u r-rapport relatat "Health at a glance: Europe 2018"(25),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2018 tal-Kummissjoni dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet: l-adegwatezza attwali u futura tal-introjtu fix-xjuħija fl-UE, ippubblikat fis-26 ta' April 2018,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni dwar it-Tixjiħ 2018: Projezzjonijiet Ekonomiċi u Baġitarji għall-Istati Membri tal-UE (2016-2070), li ġie ppubblikat fit-28 ta' Mejju 2018,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta u l-Proċess ta' Turin, li tnieda fl-2014 u li għandu l-għan li jsaħħaħ is-sistema tat-trattat tal-Karta Soċjali Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa u fir-relazzjoni tiegħu mad-dritt tal-Unjoni Ewropea(26),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE(27),

–  wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ta' Settembru 2015 dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea lill-Kumitat ta' Ġunju 2014,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (id-Direttiva dwar it-Trattament Ugwali)(28), u l-Artikolu 141 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1992), dwar il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali,

–  wara li kkunsidra l-Impenn Strateġiku tal-Kummissjoni Favur l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 u l-għan tiegħi li jnaqqas id-disparità fil-pensjonijiet bejn is-sessi bħala prijorità ewlenija u r-Rapport tal-2018 tal-Kummissjoni dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ għall-2019-2027, ibbażata fuq ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018, u l-mira tal-Ewropa 2020 li jitnaqqas it-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ għal inqas minn 10 %,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-Qorti tal-Awdituri ta' April 2017 bit-titolu: "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ",

–  wara li kkunsidra r-rapporti dwar ix-Xejra tal-Impjiegi tal-OECD għall-2018 u l-2019;

–  wara li kkunsidra l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà;

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' April 2019 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (2019/C 136/01),

–  wara li kkunsidra r-rieżami annwali tal-2019 tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2019 dwar il-Faqar fost dawk li jaħdmu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2018 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea(29),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0016/2019),

A.  billi l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fl-UE qed ikomplu jitjiebu, l-aktar minħabba perjodu twil karatterizzat minn ambjent ta' ekonomija internazzjonali pożittiv; billi r-rata ta' impjieg kompliet tiżdied u laħqet it-73,5 % fl-aħħar kwart tal-2018, u kien hemm 240,7 miljun ruħ jaħdmu, li huwa livell rekord ġdid; billi r-rata tal-impjieg fiż-żona tal-euro żdiedet minn 66,5 % fl-2017 għal 67,4 % fl-2018; billi d-differenzi kbar fir-rati ta' impjieg bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-gruppi tal-popolazzjoni għadhom jippersistu; billi r-ritmu tat-tkabbir tar-rata ta' impjieg naqas u billi din it-tendenza mistennija tkompli; billi, jekk tali dinamika tkompli, ir-rata ta' impjieg se tilħaq l-74,3 % fl-2020;

B.  billi l-isfidi fit-tul, bħall-popolazzjoni li qed tixjieħ, id-diġitalizzazzjoni u l-impatti tagħha fuq ix-xogħol, it-tibdil fil-klima u l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi naturali għadhom urġenti;

C.  billi r-rata ta' impjieg żdiedet b'mod qawwi fost il-ħaddiema li għandhom 'il fuq minn 55 sena; billi fl-2018 ir-rata ta' impjieg tal-ħaddiema ta' bejn il-55 u l-64 sena fiż-żona tal-euro kienet ta' 58,8 %, li għadha ferm taħt il-medja; billi, speċjalment in-nisa f'din il-kategorija ta' età għandhom rata ta' impjieg aktar baxxa (52,9 %); billi t-tbassir demografiku juri għadd dejjem jikber ta' ħaddiema ikbar fl-età; billi t-tibdil demografiku għandu impatt fuq is-sistemi tal-pensjonijiet, tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul;

D.  billi jinħtieġu politiki effettivi biex ikopru d-diversi forom ta' impjieg u biex jipproteġu b'mod adegwat lill-ħaddiema mill-abbuż, id-diskriminazzjoni u l-faqar;

E.  billi l-ħaddiema fil-faqar jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-persuni li jaħdmu; billi fl-2017, 9,4 % tal-persuni mpjegati kienu jinsabu f'riskju ta' faqar, filwaqt li kważi 20,5 miljun ħaddiem għexu f'unitajiet domestiċi li jinsabu f'riskju ta' faqar; billi għal ċerti kategoriji tal-popolazzjoni, b'mod partikolari l-persuni li jaħdmu part-time, dawk li jaħdmu għal rashom, il-ħaddiema temporanji, iż-żgħażagħ, il-persuni b'livell baxx ta' edukazzjoni u l-unitajiet domestiċi b'persuna waħda, ir-riskju tal-faqar fost dawk li jaħdmu huwa sostanzjalment ogħla u f'xi każijiet żdied b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin;

F.  billi fl-2018, id-disparità bejn is-sessi fl-impjiegi kienet ta' 11,6 punti perċentwali u baqgħet kważi mhux mibdula mill-2013; billi madwar l-UE n-nisa jaqilgħu medja ta' 16 % anqas mill-irġiel, għalkemm dan il-perċentwal ivarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri; billi d-disparità fil-pensjonijiet bejn is-sessi hija ta' madwar 37,2 % għall-pensjonanti ta' età bejn il-65 u d-79 sena fl-UE-28; billi l-qsim mhux ugwali tar-responsabbiltajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel għadu prevalenti madwar l-UE;

G.  billi r-responsabbiltà primarja għall-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija tal-Istati Membri f'termini tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' oqfsa regolatorji tas-suq tax-xogħol, sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ u politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol;

H.  billi l-għadd totali ta' sigħat maħduma ilu jiżdied b'mod stabbli iżda bil-mod mill-2013; billi r-rata ta' impjieg permanenti u full-time qed tkompli tiżdied filwaqt li r-rata ta' impjieg part-time kienet fl-2018 qed tonqos; billi s-sehem tal-persuni li jaħdmu part-time fl-UE tela' minn 15 % fl-2002, għal 19 % fl-2017; billi l-impjieg part-time kien ħafna aktar komuni fost in-nisa (31 %) milli fost l-irġiel (8 %) fl-UE fl-2017; billi l-għadd ta' ħaddiema part-time mhux volontarji għadu għoli ħafna u jikkonċerna 1,3 miljun persuna aktar milli fl-2008; billi s-sehem tal-impjegati temporanji fl-UE tela' minn 11 % fl-2002 għal 13 % fl-2017;

I.  billi xi Stati Membri oħrajn jiffaċċjaw sfidi strutturali fis-suq tax-xogħol bħall-parteċipazzjoni baxxa u n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u tal-kwalifiki; billi hemm ħtieġa li dejjem qed tiżdied favur miżuri konkreti għall-integrazzjoni jew l-integrazzjoni mill-ġdid ta' forza tax-xogħol inattiva biex jintlaħqu d-domandi tas-suq tax-xogħol;

J.  billi r-rata tal-qgħad f'Ġunju 2019 niżlet għal 6,3 % fl-UE u għal 7,5 % fiż-żona tal-euro; billi din niżlet għall-gruppi tal-etajiet kollha u kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa; billi għad hemm differenzi kbar fir-rati bejn l-Istati Membri u l-firxa tar-rati tal-qgħad fit-territorji nazzjonali u subnazzjonali kompliet titwessa' mill-2007 'l hawn; billi l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu għoli b'mod inaċċettabbli u f'April 2019 kien ta' 14,2 % (medja ta' 15,2 % fl-UE fl-2018, u medja ta' 16,9 % fiż-żona tal-euro), iżda huwa anqas mil-livell ta' qabel il-kriżi fl-2008; billi d-differenzi bejn l-Istati Membri huma sinifikanti ħafna; billi, bħala medja, kull tieni persuna qiegħda li tkun qed tfittex impjieg ilha mingħajr xogħol għal aktar minn 12-il xahar, u fil-livell ta' 3,8 %, ir-rata tal-qgħad fit-tul għadha ogħla mil-livell ta' 2,9 % ta' qabel il-kriżi; billi l-qgħad għadu partikolarment għoli għall-persuni b'diżabilità;

K.  billi skont il-Eurostat, fl-2017, fl-UE-28 kien hemm 8,973 miljun ħaddiem part-time li xogħolhom ma jisfruttax il-kapaċitajiet tagħhom; billi, barra minn hekk, 8,127 miljun persuna kienu disponibbli biex jaħdmu, iżda ma fittxewx xogħol, u 2,289 miljun persuna oħra kienu qed ifittxu xogħol mingħajr ma setgħu jibdew jaħdmu f'perjodu qasir ta' żmien; billi, b'kollox dan ifisser li fl-2017 fl-UE-28, 19,389 miljun persuna kienu f'qagħda daqs li kieku kienu qiegħda, mingħajr ma kienu jingħaddu fir-rata tal-qgħad, li huwa kważi l-istess ammont ta' persuni li ġew ikkunsidrati bla xogħol (18,776 miljun);

L.  billi s-segmentazzjoni orizzontali u vertikali tas-suq tax-xogħol kif ukoll il-faqar fost dawk li jaħdmu għadhom jippersistu u jaffettwaw, b'mod partikolari, lin-nisa, il-persuni b'livell baxx ta' ħiliet, iż-żgħażagħ u l-anzjani, il-persuni b'diżabilità, il-minoranzi nazzjonali, lingwistiċi, etniċi u sesswali u l-persuni bi sfond ta' migrazzjoni; billi fl-2016, ir-rata ta' impjieg għall-persuni b'diżabilità kienet ta' 48,1 %, ferm anqas mir-rata ta' impjieg medja;

M.  billi l-qgħad fit-tul jaffettwa b'mod sproporzjonat liż-żgħażagħ, lill-ġenituri waħedhom, lill-persuni li jindukraw b'mod informali, lill-persuni b'mard fit-tul, diżabilità jew problemi ta' saħħa, lill-migranti u nies minn minoranzi etniċi u reliġjużi li jibqgħu jħabbtu wiċċhom ma' ostakoli speċifiċi għall-aċċess għall-impjiegi u diskriminazzjoni fl-istadji kollha tal-impjieg;

N.  billi l-impjiegi ta' kwalità huma fattur importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; billi jeħtieġ li jintlaħqu l-membri kollha tas-soċjetà li huma l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol u li jinsabu fir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali;

O.  billi r-rata ta' postijiet tax-xogħol battala qed tkompli tikber u n-nuqqas tat-tlaqqigħ tad-domanda mal-provvista tax-xogħol għadu raġuni importanti għall-qgħad f'ħafna Stati Membri; billi n-nuqqas strutturali ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u n-nuqqas ta' ħiliet jaffettwaw ħafna setturi, fost l-oħrajn, it-turiżmu, l-artiġġjanat tradizzjonali u s-settur tal-ICT, fejn id-distakk bejn id-domanda u l-provvista ta' speċjalisti fl-UE huwa mistenni li jikber għal madwar 500 000 sal-2020; billi minkejja t-tħassib dwar in-nuqqas ta' ħiliet u diskrepanzi, madwar 39 % tal-impjegati fl-UE huma maqbuda f'impjiegi ta' kwalità baxxa li għalihom huma kkwalifikati żżejjed;

P.  billi, skont l-istimi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), id-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-forza tax-xogħol, fil-biċċa l-kbira, taqbel mar-rekwiżiti tal-kwalifiki tas-suq tax-xogħol fl-2017, u l-provvista tax-xogħol qabżet id-domanda għat-tipi kollha ta' kwalifiki, filwaqt li d-differenza kienet partikolarment għolja għall-kwalifiki ta' livell baxx u medju; billi d-domanda għal forza tax-xogħol b'ħiliet aktarx li tkompli tikber, u l-aktar previżjonijiet reċenti mis-Cedefop jindikaw li bejn l-2017 u l-2025 se jinħolqu aktar minn 13-il miljun impjieg li jirrikjedu livell għoli ta' edukazzjoni, filwaqt li n-numru ta' impjiegi bi kwalifiki ta' livell baxx se jonqsu bi kważi 6 miljun;

Q.  billi l-previżjonijiet tas-Cedefop jindikaw tkabbir parallel fil-ħiliet kemm mill-aspett tad-domanda u l-provvista sal-2025; billi, madankollu, il-provvista tal-ħiliet mistennija li tikber b'mod kemxejn aktar mgħaġġel mid-domanda tal-ħiliet, billi, pereżempju, is-sehem tal-forza tax-xogħol li għandha biss edukazzjoni primarja jew sekondarja baxxa huwa mistenni li jonqos minn 20,2 % fl-2017 għal 16,8 % fl-2025; billi huwa mbassar li s-sehem ta' impjiegi għal persuni bi kwalifiki ta' livell baxx se jaqa' minn 18,4 % għal 15,4 %, iżda dan l-iżvilupp parallel ma jipprevenix diskrepanzi ta' ħiliet potenzjali bħall-kwalifikazzjoniżejda;

R.  billi s-suq tax-xogħol huwa ferm ifframmentat u kull settur għandu l-karatteristiċi partikolari tiegħu;

S.  billi aktar minn Ewropew minn kull ħamsa jinsab fir-riskju tal-faqar u esklużjoni soċjali; billi, bi tnaqqis ta' 5,6 miljun mill-2008, jidher li sar xi progress biex tintlaħaq il-mira tal-faqar tal-istrateġija Ewropa 2020; madankollu l-mira li jitnaqqas il-faqar b'tal-anqas 20 miljun sal-2020 għadha 'l bogħod milli tintlaħaq, b'113-il miljun ruħ li għadhom f'riskju; billi l-livelli ogħla ta' faqar huma esperjenzati minn gruppi vulnerabbli bħat-tfal, ġenituri waħedhom, persuni b'diżabilità u dawk b'kundizzjonijiet kroniċi ta' saħħa fiżika u mentali, migranti, Roma u minoranzi etniċi, dawk li ilhom bla xogħol u bla dar; billi l-faqar fost dawk li jaħdmu qed jikber b'rata mgħaġġla (9,6 %) u qed tiżdied id-diskrepanza fil-faqar u l-inugwaljanza fl-UE kollha; billi t-trasferimenti soċjali għandhom impatt sinifikanti fuq it-tnaqqis tal-faqar f'ħafna Stati Membri (b'medja ta' 32,4 % fl-2017, mingħajr ma jitqiesu l-pensjonijiet); billi dan l-impatt naqas kull sena mill-2010 (ħlief fl-2013) u d-differenzi bejn l-Istati Membri huma sinifikanti;

T.  billi l-aċċess universali għall-akkomodazzjoni u għall-kura tas-saħħa ta' kwalità u affordabbli huwa bżonn bażiku tas-soċjetà;

U.  billi l-lakuni fil-kopertura tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u l-aċċess għas-servizzi għadhom jippersistu; billi tfaċċaw forom ġodda ta' impjieg, inkluż xogħol ta' pjattaforma u xogħol indipendenti; billi l-protezzjoni soċjali hija tradizzjonalment diretta lejn il-kopertura tal-ħaddiema f'kuntratti full time għal żmien indeterminat, u għalhekk trid tiġi adattata; billi partikolarment il-ħaddiema atipiċi ħafna drabi ma jkollhomx aċċess sħiħ għall-protezzjoni soċjali u ħafna ħaddiema għal rashom jew m'jkollhomx kopertura jew ikollhom biss kopertura limitata; billi l-impjieg indipendenti fittizju għadu jippersisti, u qed jikkawża inċertezza, prekarjetà u nuqqas ta' sigurtà, u qed jaffettwa b'mod partikolari lill-gruppi vulnerabbli; billi n-nuqqas ta' aċċess għall-protezzjoni soċjali jxekkel il-benesseri tal-forza tax-xogħol u l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol;

V.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE trid tittejjeb aktar f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, sabiex tipprovdi għajnuna liż-żgħażagħ kollha li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs);

W.  billi hemm diskrepanzi fl-istennija tal-għomor b'rabta mal-istatus soċjoekonomiku; billi dawn il-lakuni jirriflettu fil-biċċa l-kbira d-differenzi fl-esponiment għall-fatturi ta' riskju (inkluż fuq il-post tax-xogħol), filwaqt li l-unitajiet domestiċi bi dħul baxx huma aktar suxxettibbli mill-unitajiet domestiċi bi dħul għoli li jħabbtu wiċċhom ma' ħtiġijiet tas-saħħa mhux issodisfati; billi huwa għalhekk importanti li tiġi promossa u kkunsidrata aktar il-fatturi tas-saħħa fil-politiki dwar l-impjieg u soċjali;

X.  billi livelli intermedjarji ta' negozjar kollettiv jidhru li jipproduċu struttura ta' paga aktar kompressa; billi l-erożjoni tan-negozjar kollettiv f'diversi Stati Membri ħabtet maż-żieda fil-pagi baxxi (jiġifieri ħaddiema mħallsa anqas minn żewġ terzi tal-paga medjana);

Y.  billi s-saħħa mentali tajba hija parti kritika tal-benesseri tal-individwu; billi aktar minn persuna waħda minn kull sitta madwar l-Istati Membri tal-UE kellha problema ta' saħħa mentali fl-2016; billi l-persuni li jirrapportaw depressjoni kronika huma ħafna anqas probabbli li jkollhom xogħol;

Z.  billi huwa stmat li l-ispejjeż totali tal-mard mentali madwar l-UE huma ta' aktar minn EUR 600 biljun, jew aktar minn 4 % tal-PDG;

AA.  billi fl-2017 l-introjtu disponibbli reali gross tal-unitajiet domestiċi per capita qabeż il-livell tal-2008 ta' qabel il-kriżi fiż-żona tal-euro, għalkemm dan ma kienx il-każ fi tmien Stati Membri jew f'bosta reġjuni; billi l-introjti aggregati tal-unitajiet domestiċi żdiedu aktar bil-mod mill-PDG, u dan jindika li ż-żidiet fl-introjtu bis-saħħa tal-irkupru laħaq lill-unitajiet domestiċi sa ċertu punt biss, li jissuġġerixxi li t-tkabbir reċenti mhuwiex inklużiv; billi f'termini reali, il-pagi medji għadhom lura meta mqabbla mal-livelli ta' qabel il-kriżi f'ħafna Stati Membri, u fl-2017 it-tkabbir tagħhom baqa' anqas mit-tkabbir fil-produttività; billi l-inugwaljanza fl-introjtu sikwit għandha rabta ma' aċċess mhux ugwali għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-protezzjoni soċjali;

AB.  billi skont l-Ewrobarometru tal-2018, is-sitwazzjoni soċjoekonomika u l-kwistjonijiet ambjentali huma l-aktar preokkupazzjonijiet personali importanti taċ-ċittadini tal-UE;

AC.  billi l-iżviluppi globali bħad-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ambjentali jenfasizzaw il-bżonn urġenti għal approċċ komuni tal-UE; billi dawn l-isfidi globali jaffettwaw lir-reġjuni u t-territorji b'modi differenti; billi r-rwol tad-djalogu soċjali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili huwa kruċjali għal tranżizzjoni inklużiva; billi l-involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil tal-politika għadu baxx f'ħafna Stati Membri;

AD.  billi s-setturi ekonomiċi li huma responsabbli għal kważi 90 % tal-emissjonijiet totali tas-CO2 jimpjegaw madwar 25 % tal-forza tax-xogħol fl-UE; billi t-taħriġ mill-ġdid ta' din il-forza tax-xogħol huwa parti importanti fit-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli;

AE.  billi l-politiki ambizzjużi dwar il-klima jiġġeneraw l-impjiegi u t-tkabbir, u għandhom effetti pożittivi fuq il-benesseri; billi, skont il-projezzjonijiet, l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Pariġi se toħloq 1,2 miljun impjieg addizzjonali fl-UE sal-2030, apparti t-12-il miljun impjieg ġdid diġà mistennija;

AF.  billi mir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż għall-2011-2018, 9 % biss kienu implimentati b'mod sħiħ, filwaqt li 17 % kellhom progress sostanzjali, 44 % kellhom xi progress, 25 % raw biss progress limitat u 5 % ma rreġistraw l-ebda progress;

AG.  billi fl-2019 il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet biex ittejjeb l-effikaċja, l-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà tal-kura tas-saħħa għal 15-il Stat Membru;

AH.  billi l-ispejjeż medji tal-akkomodazzjoni u l-piż finanzjarju żejjed naqsu fl-UE, iżda l-iskarsezza ta' akkomodazzjoni adegwata u affordabbli għadha problema li qed tikber f'ħafna Stati Membri; billi fl-2017 wieħed minn kull għaxar Ewropej nefaq 40 % jew aktar tal-introjtu tal-unità domestika fuq l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni;

AI.  billi djalogu soċjali li jiffunzjona tajjeb huwa element fundamentali tal-ekonomija soċjali tas-suq Ewropew li jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u jnaqqas il-kunflitti fis-soċjetà, għall-ġid komuni tal-ħaddiema, ta' min iħaddem u tal-gvernijiet; billi d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma essenzjali għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki li jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tal-impjieg;

AJ.  billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jagħtu kontribut essenzjali billi jipprovdu servizzi għall-inklużjoni kif ukoll billi jirrappreżentaw medda ta' fehmiet fit-tfassil tal-politika;

1.  Jinnota li filwaqt li l-kundizzjonijiet ekonomiċi fl-UE attwalment huma favorevoli u l-impjieg ġenerali qiegħed kostantement jikber, għadu ferm importanti li jiġi indirizzat malajr il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-kwistjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom in-NEETs, u għad hemm ħtieġa urġenti għal titjib f'termini ta' qgħad fit-tul, l-inugwaljanzi u segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni ta' gruppi vulnerabbli, il-faqar fost dawk li jaħdmu, u l-produttività, speċjalment fil-kuntest ta' tnaqqis ekonomiku jew reċessjoni globali potenzjali; jiddispjaċih ħafna li t-tkabbir reali fil-pagi fil-livell tal-Unjoni għadu inqas minn dak li jista' jiġi mistenni fid-dawl tal-prestazzjoni pożittiva tas-suq tax-xogħol u tal-ekonomija; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta skema Ewropea ta' riassigurazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad biex tipproteġi liċ-ċittadini u tnaqqas il-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi matul xokkijiet esterni; ;

2.  Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi 2019 tal-Kummissjoni u jilqa' l-enfasi aktar b'saħħitha fuq l-investiment; jinnota li kważi terz tas-CSRs li nħarġu sal-2018 ma ġewx implimentati; jinnota li l-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' CSRs li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni li tirregola r-relazzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tal-impjieg kienet konsiderevoli; jiddispjaċih madankollu li l-implimentazzjoni tas-CSRs dwar is-saħħa u l-kura fit-tul kienet partikolarment bil-mod u l-progress li sar fir-rigward tas-CSRs tal-2018 huwa agħar minn dak li sar fi snin preċedenti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel il-pressjoni meħtieġa fuq l-Istati Membri, irrispettivament mis-sħubija tagħhom fiż-żona tal-euro, biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet; jemmen li l-implimentazzjoni ta' riformi orjentati lejn il-futur hija kruċjali għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija tal-UE, it-trawwim tal-inklużjoni soċjali u t-titjib tad-drittijiet soċjali u tal-benesseri tar-residenti kollha fl-Unjoni;

3.  Jistieden lill-Istati Membri jsegwu r-rakkomandazzjonijiet biex jispustjaw it-tassazzjoni tagħhom minn fuq ix-xogħol għal fuq fatturi oħrajn li huma inqas detrimentali għat-tkabbir sostenibbli;

4.  Jinnota li għad hemm diverġenzi konsiderevoli fl-impjieg bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u l-gruppi tal-popolazzjoni, li joħolqu pajjiżi, reġjuni u gruppi tal-popolazzjoni li l-vantaġġ kompetittiv prinċipali jew saħansitra l-uniku tagħhom fis-suq tax-xogħol tal-UE huwa dħul baxx u/jew kundizzjonijiet tax-xogħol indeċenti; jenfasizza li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' politiki speċifiċi tal-impjieg sabiex jindirizzaw il-limitazzjonijiet u d-diffikultajiet esperjenzati mir-reġjuni fi żvantaġġ demografiku, bħar-reġjuni depopolati jew skarsament popolati, b'enfasi speċjali fuq is-settur agrikolu, bil-għan li titrawwem il-kapaċità tagħhom li joħolqu l-impjiegi u l-valur miżjud fiż-żoni rurali; iqis li huwa neċessarju li r-rati ta' impjieg u d-dħul jiżdiedu u jiġi promoss il-ħolqien ta' impjiegi deċenti sabiex jintlaħaq l-għan tal-Ewropa 2020 ta' rata ta' impjieg ta' mill-inqas 75 %;

5.  Jiddeplora l-fatt li f'ħafna Stati Membri l-introjtu gross disponibbli per capita tal-unitajiet domestiċi għadu taħt il-livell tal-2008 ta' qabel il-kriżi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu aktar biex inaqqsu l-inugwaljanzi;

6.  Jissottolinja l-ħtieġa għal politiki mfassla sew għas-suq tax-xogħol u għal riformi li joħolqu impjiegi ta' kwalità billi jiġu adottati miżuri li jiżguraw pagi minimi adegwati u remunerazzjoni ġusta, jipproteġu u jippromwovu s-saħħa u l-benesseri tal-impjegati, jagħtu prijorità lill-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni qiegħda, jippromwovu l-opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali u d-drittijiet tal-ħaddiema, inkluż fis-settur pubbliku, jiffaċilitaw l-aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali għal kulħadd u l-mobilità tal-forza tax-xogħol, iqisu r-reġjuni rurali u iżolati, u jindirizzaw l-inugwaljanzi u l-iżbilanċi bejn il-ġeneri;

7.  Jinnota bi tħassib kbir il-livell għoli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'għadd ta' Stati Membri u l-vulnerabbiltà ta' ħaddiema żgħażagħ impjegati ġodda; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħmlu l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ prijorità, u biex jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti finanzjarji, bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-programmi tal-UE bħall-Erasmus+ u miżuri mfassla apposta biex jiġu indirizzati l-qgħad fost iż-żgħażagħ u t-trawwim tal-impjegabbiltà taż-żgħażagħ; jiddispjaċih ferm li ħafna Ewropej qed jaħdmu part-time involontarjament; jinnota li dan għandu konsegwenzi detrimentali għall-protezzjoni soċjali tagħhom;

8.  Jinnota li l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol qed tkompli tikber, iżda huwa mħasseb li d-disparità bejn is-sessi fl-impjiegi baqgħet kważi ma nbidlitx mill-2013 u li għad hemm jippersisti livell għoli ta' inugwaljanzi bejn is-sessi f'termini ta' impjiegi u paga; jinnota bi tħassib li n-nisa huma rrappreżentati żżejjed fis-setturi bi ħlas aktar baxx u jaħdmu aktar ta' spiss f'impjiegi li huma kkwalifikati żżejjed għalihom; jinnota li ftit Stati Membri ħadu azzjoni biex jindirizzaw id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jsaħħu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, id-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel u d-diżinċentivi għax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi sabiex tnaqqas malajr id-disparità bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;

9.  Jiddispjaċih ħafna li l-mira ta' Barċellona dwar id-disponibbiltà ta' kura tat-tfal ta' 90 % għat-tfal mill-età ta' 3 snin sal-età skolastika obbligatorja mhux se tintlaħaq; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jsaħħu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u biex jipprovdu aċċess għal kura tat-tfal affordabbli, indukrar bikri tat-tfal u faċilitajiet ta' kura fit-tul; jistieden lill-Istati Membri jtejbu t-taħriġ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol f'dawn is-servizzi (inklużi s-servizzi tas-saħħa); jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ u malajr id-direttiva adottata reċentement dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw u biex aktar irġiel jitħeġġu jieħdu l-liv imħallas tal-familja;

10.  Jieħu nota tas-CSRs iddedikati għall-ħolqien ta' suq uniku miftuħ, kompetittiv u dinamiku, li huwa essenzjali biex tiġi stimulata l-produttività, jiġi ffaċilitat it-tkabbir u jiġu pprovduti opportunitajiet ta' impjieg; jenfasizza l-importanza tad-distribuzzjoni ġusta taż-żiedet fil-prosperità f'dan il-kuntest; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistimulaw il-produttività permezz ta' riformi li jneħħu regolamentazzjoni mhux neċessarja; jenfasizza l-fatt li l-investimenti fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol mhux biss itejbu l-kwalità tal-impjiegi u l-benesseri tal-ħaddiema, iżda għandhom ukoll effett pożittiv fuq il-produttività u l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea;

11.  Jirrimarka dwar il-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-etaiżmu fis-swieq tax-xogħol, pereżempju billi jitnaqqas id-distakk bejn il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ u dawk akbar fl-età, is-sensibilizzazzjoni dwar id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi(30), inkluż fis-settur pubbliku, l-iżgurar tal-aċċess għal opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja permezz ta' korsijiet personalizzati u taħriġ, il-ġlieda kontra d-distakk fil-pensjonijiet, u t-trawwim ta' programmi ta' mobilità u ta' skambju tal-ħiliet fost ir-residenti anzjani tal-UE; jinnota li l-ħaddiema aktar anzjani u dawk b'inqas ħiliet huma ferm inqas probabbli li jipparteċipaw fi programmi ta' tagħlim tul il-ħajja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex ibiddlu din ix-xejra; huwa tal-fehma li jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni lill-ħaddiema akbar fl-età u lil politiki li jżidu l-appoġġ u li jippermettu soċjetà attiva tul il-ħajja, b'mod partikolari politiki mmirati għal ħaddiema ta' età ta' aktar minn 50 sena;

12.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra gruppi etniċi fis-suq tax-xogħol u li tiġi miġġielda d-differenza etnika fil-pagi u fil-pensjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tfassal strateġija ta' ppjanar fit-tul għall-integrazzjoni ta' gruppi ta' minoranzi etniċi fis-suq tax-xogħol, sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-esklużjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-etniċità, is-sħubija f'minoranza jew f'lingwa minoritarja, billi jqajmu kuxjenza, jimplimentaw strateġiji ta' diversità u jiġbru u janalizzaw data diżaggregata affidabbli dwar id-diskriminazzjoni;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw l-inklużjoni akbar fis-suq tax-xogħol tal-gruppi li huma l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol, bħall-ġenituri waħedhom, persuni li jindukraw b'mod informali, persuni b'mard fit-tul, diżabilitajiet, problemi tas-saħħa jew mard kroniku kumpless, migranti u refuġjati u persuni minn minoritajiet etniċi u reliġjużi u l-integrazzjoni aħjar tagħhom fis-soċjetà;

14.  Jilqa' l-progress li sar taħt l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 u b'mod speċjali d-Direttiva (UE) 2019/882 dwar l-aċċessibbiltà(31); madankollu jenfasizza li jeħtieġ li jsir aktar; jiddispjaċih ħafna li l-persuni b'diżabilità baqgħu żvantaġġati b'mod konsistenti f'termini ta' impjieg, edukazzjoni u inklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw miżuri speċifiċi fl-oqsma tal-impjiegi, tal-edukazzjoni u soċjali biex jiżguraw l-inklużjoni effettiva ta' persuni b'diżabilità, b'mard fit-tul u mard kroniku, inklużi dawk b'disturbi tas-saħħa mentali u b'diżabilitajiet psikosoċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jmorru lil hinn mill-miżuri ta' appoġġ u joħolqu aktar inċentivi għall-impjieg, aċċessibilità aħjar u akkomodazzjoni raġonevoli(32), inkluż billi jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet ta' inklużjoni ekonomika u soċjali li toffri d-diġitalizzazzjoni;

15.  Jinnota ż-żieda f'forom ġodda ta' impjieg, inkluża t-trasformazzjoni kkawżata mid-diġitalizzazzjoni u mill-awtomatizzazzjoni; jenfasizza li tali tendenzi simultanjament jipprovdu benefiċċji u sfidi; jenfasizza l-importanza ta' politiki ta' tagħlim tul il-ħajja li jippermettu lill-ħaddiema jħejju għal tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali, b'mod partikolari meta jiġu żviluppati strateġiji ulterjuri biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi; jinnota li din it-trasformazzjoni tista' twassal għal każijiet ta' impjieg atipiku u prekarju; jinnota bi tħassib l-inadegwatezza u n-nuqqas ta' aċċess għal sistemi ta' protezzjoni soċjali għall-ħaddiema atipiċi u dawk li jaħdmu għal rashom, inkluż liv imħallas u vaganzi mħallsa; jenfasizza li l-impjieg indipendenti fittizju huwa problema persistenti li jeħtieġ li tiġi indirizzata; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b'mod partikolari wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom, li ntlaħaq ftehim dwarha fis-6 ta' Diċembru 2018; jilqa' din ir-rakkomandazzjoni bħala l-ewwel pass, iżda jenfasizza li jeħtieġ li jsir aktar biex jiġi żgurat l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għal kulħadd;

16.  Jinnota li x-xogħol fuq pjattaformi online fl-UE żdied b'aktar minn 25 % matul dawn l-aħħar sentejn biex issa laħaq il-5 miljun ħaddiem, u li terz tat-tranżazzjonijiet kollha permezz ta' pjattaformi jitwettqu b'mod transfruntier; jirrimarka li l-ħaddiema tal-pjattaformi spiss ma jkunux koperti minn sistemi ta' protezzjoni soċjali; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data aħjar u aktar armonizzata dwar l-għadd ta' ħaddiema tal-pjattaformi, u l-istatus tal-impjieg, il-kontenut tal-impjiegi u d-dħul tagħhom; jappella għal inizjattiva kkoordinata tal-UE biex tiżgura li l-ħaddiema kollha tal-pjattaformi jkollhom aċċess għall-protezzjoni soċjali u huma ggarantiti d-drittijiet kollha tagħhom soċjali u tax-xogħol, irrispettivament mill-istatus ta' impjieg tagħhom, u biex il-kopertura ta' ftehim kollettiv tiġi estiża biex tkopri lill-ħaddiema tal-pjattaformi;

17.  Jenfasizza li t-teknoloġiji l-ġodda ta' komunikazzjoni u l-flessibbiltà fl-organizzazzjoni tax-xogħol sikwit jistgħu jwasslu għal sigħat itwal ta' xogħol u ħin ta' xogħol, ħajja privata u ħin personali li jaħbtu flimkien; jirrimarka b'mod partikolari għall-ħtieġa li jiġi stabbilit dritt ta' skonnessjoni diġitali u li jiġu esplorati l-kunċett tal-faqar tal-ħin u tal-awtonomija fir-rigward tal-ħin tax-xogħol;

18.  Jenfasizza li hija meħtieġa trasformazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ fil-livelli kollha sabiex isir użu sħiħ mill-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji tad-diġitalizzazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija u biex jiġu żviluppati l-ħiliet "personali" u l-kompetenzi meħtieġa biex jiġu ssodisfati d-domandi tas-suq tax-xogħol u biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi tal-lum u ta' għada; iqis li n-nuqqas ta' ħiliet u n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet jistgħu jkunu ostakli kbar għall-investiment; jenfasizza li sabiex jinkisbu ħiliet adegwati huwa meħtieġ li jitjiebu l-kwalità, id-disponibbiltà, l-inklussività, l-affordabbiltà u l-aċċessibbiltà tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-taħriġ vokazzjonali, u li jittejjeb ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki; jenfasizza li huwa importanti li n-negozji jingħataw inċentivi biex iżidu l-investiment tagħhom fit-taħriġ; jenfasizza li l-investiment fl-edukazzjoni huwa fundamentali għal koeżjoni soċjali; jenfasizza l-importanza li tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' dawk li jħallu l-iskola kmieni; jistieden lill-Istati Membri jsegwu strateġija parallela li jagħmlu l-edukazzjoni regolari inklużiva kif ukoll jipprovdu programmi mmirati għal dawk li huma l-aktar vulnerabbli; jistieden lill-Istati Membri jżidu u jinkuraġġixxu l-investiment fit-titjib tal-ħiliet u fit-taħriġ mill-ġdid u fit-taħriġ komprensiv fil-ħiliet diġitali, vokazzjonali u intraprenditorjali, filwaqt li jqisu l-qalba lejn l-ekonomija diġitali u lejn ekonomija aktar ekoloġika, u d-domanda għal professjonisti tekniċi kkwalifikati f'ħafna pajjiżi u reġjuni; jenfasizza li kundizzjonijiet diċenti ta' xogħol u impjieg huma fattur kruċjali biex jiġu attirati ħaddiema tas-sengħa;

19.  Jaqbel mal-Kummissjoni li jinħtieġu sforzi f'waqthom biex tiġi indirizzata d-diġitalizzazzjoni, li l-UE kollha kemm hi għandha tħaffef il-proċess, li jkun hemm allinjament aħjar tal-politiki tal-Unjoni, tal-Istati Membri u dawk reġjonali, għandu jkun hemm l-ippuljar tar-riżorsi pubbliċi u privati biex jiżdied l-investiment, u li għandhom jiġu żviluppati sinerġiji aktar b'saħħithom fl-ekonomija u s-soċjetà diġitali; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasformazzjoni diġitali effikaċi u ekwa tas-servizzi u li ħadd ma jibqa' lura; jenfasizza li programmi ta' litteriżmu diġitali għandhom jindirizzaw kwistjonijiet ta' privatezza u ta' protezzjoni tad-data;

20.  Jemmen li l-isfidi tat-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika jeħtieġu appoġġ deċiżiv għas-soċjetà, il-ħaddiema u n-negozji biex dawn jingħataw għajnuna biex jadattaw għal dawn it-trasformazzjonijiet kruċjali, b'enfasi partikolari fuq ir-reġjuni l-aktar milquta, billi jtejbu t-taħriġ u l-edukazzjoni bil-għan li jiġu adattati l-ħiliet u jinħolqu impjiegi ġodda fis-setturi tal-ambjent u diġitali; jitlob għall-iffukar partikolari fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, inklużi l-persuni fir-riskju tal-faqar u/jew tal-privazzjoni materjali estrema;

21.  Jenfasizza li ż-żieda fl-użu u l-iżvilupp tal-ħiliet hija marbuta mal-ħolqien ta' valur miżjud u kompetittività u għandha tkun fil-qalba tal-politiki tal-UE mmirati lejn il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku permezz tal-investiment fil-ħiliet; jirrimarka li, għalkemm huma kundizzjoni neċessarja għat-tkabbir, il-ħiliet weħidhom mhumiex biżżejjed; jappella għalhekk għal miżuri komplementari, apparti l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali, biex jinħolqu u jitfasslu impjiegi ta' kwalità fis-suq tax-xogħol li jisfruttaw bl-aħjar mod il-ħiliet tal-ħaddiema;

22.  Jesprimi tħassib dwar l-għadd konsistentement għoli ta' nies fl-Ewropa li m'għandhomx ħiliet bażiċi fin-numeriżmu u fil-litteriżmu peress li dawn huma rekwiżit fundamentali għall-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri b'saħħithom biex issaħħu l-provvista tagħhom ta' taħriġ tal-ħiliet bażiċi, b'mod partikolari għall-gruppi l-aktar marġinalizzati fis-soċjetà; jenfasizza l-importanza ta' arranġamenti robusti għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali sabiex jiġi ggarantit li l-ħiliet u l-kompetenzi jiġu rikonoxxuti kemm jista' jkun b'mod wiesa' u sabiex tiġi promossa l-flessibbiltà bejn mogħdijiet differenti ta' edukazzjoni u taħriġ;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu inċentivi u jżommu assistenza teknika bil-ħsieb li jiżdiedu l-opportunitajiet għall-promozzjoni ta' xogħol deċenti għaż-żgħażagħ permezz ta' programmi ta' impjieg, appoġġ għal imprendituri żgħażagħ permezz ta' EntreComp, programmi ta' apprendistat ta' kwalità għolja, u taħriġ lingwistiku u vokazzjonali, inkluż permezz ta' kurrikuli tal-iskola fl-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-intraprenditur u l-komunità ta' riċerka u partijiet interessati rilevanti oħra;

24.  Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu u jimmodernizzaw is-servizzi tal-impjieg pubbliku f'kull livell territorjali permezz tat-taħriġ kontinwu tal-operaturi, l-inklużjoni ta' konsulenti u tuturi speċjalizzati ħafna u l-implimentazzjoni ta' politiki mmirati għal kull kategorija tas-suq tax-xogħol;

25.  Jenfasizza li l-għanijiet soċjali u ekonomiċi tal-Unjoni għandhom jingħataw l-istess prijorità u r-riżorsi finanzjarji garantiti fil-baġit li jmiss, u li s-Semestru Ewropew għandu jissaħħaħ biex jinkludi dimensjoni soċjali matul iċ-ċiklu kollu tiegħu bl-involviment tal-korpi kompetenti tal-UE u tal-istati membri li jittrattaw il-politiki soċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb is-CSRs għall-membri taż-żona tal-euro billi toħloq qafas matriċi fejn il-politiki soċjali relatati mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bħall-aċċess inklużiv għall-edukazzjoni, is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-impjiegi u l-akkomodazzjoni, u l-preservazzjoni tad-drittijiet soċjali, jiġu analizzati għal kull settur soċjali bħalma huma t-tfal, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-minoranzi, il-migranti u l-persuni b'diżabilità, biex b'hekk tinħoloq immaġni ħafna aktar preċiża tas-saħħa ekonomika u soċjali tal-Istati Membri, u tiġi eżaminata l-estensjoni possibbli ta' dan il-komponent ġdid tas-CSRs għall-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro; jirrimarka li s-CSRs għandhom ikunu koerenti mal-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-UE u għandhom isaħħu aktar milli jikkontradixxu lil xulxin; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddefinixxu strateġija Ewropea sostenibbli sabiex ngħelbu l-isfidi soċjali, ekonomiċi u klimatiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu d-drittijiet soċjali billi jipproponu leġiżlazzjoni, inklużi strumenti finanzjarji fejn xieraq u wara reviżjoni, biex jiġi implimentat il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom kif stabbilit fit-Trattati;

26.  Iqis fundamentali li tiġi definita u finalizzata d-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea; għal dan il-għan, jemmen li huwa essenzjali li jiġu żgurati d-drittijiet għal kundizzjonijiet tal-għajxien deċenti, għall-akkomodazzjoni xierqa, għal sistema tal-kura tas-saħħa effiċjenti u aċċessibbli u għal kura fit-tul;

27.  Jenfasizza li djalogu soċjali li jiffunzjona tajjeb huwa għodda ewlenija fit-tiswir tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, bis-sehem ta' varjetà ta' atturi f'diversi livelli, li tibbilanċja l-interessi tal-ħaddiema u ta' min iħaddem u tikkontribwixxi kemm għall-kompetittività ekonomika kif ukoll għall-koeżjoni soċjali; jistieden lill-Istati Membri jkomplu jsaħħu d-djalogu soċjali madwar l-Ewropa biex jibbilanċjaw ir-relazzjonijiet industrijali u fejn meħtieġ biex isaħħu l-opportunitajiet għal negozjar kollettiv;

28.  Jiddeplora l-fatt li l-faqar għadu għoli b'mod inaċċettabbli; jenfasizza li hemm riskju ogħla ta' faqar fi żminijiet ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku; jenfasizza li filwaqt li fl-2017 l-għadd ta' persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali (AROPE) fl-UE kompla jonqos, fl-2017 kien hemm madwar 113-il miljun persuna fl-UE u 74 miljun persuna fiż-żona tal-euro f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali; jiddispjaċih li l-għan tal-Ewropa 2020 għat-tnaqqis tal-faqar probabbilment mhux se jintlaħaq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex inaqqsu l-faqar, inkluż il-faqar fost dawk li jaħdmu, kif ukoll il-faqar esperjenzat mill-gruppi vulnerabbli; jenfasizza l-ħtieġa li jinqered il-faqar fost it-tfal u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni għall-implimentazzjoni ta' Garanzija Ewropea għat-Tfal; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu strateġija kontra l-faqar ibbażata fuq id-drittijiet imsejsa fuq l-inklużjoni attiva integrata li tikkombina l-implimentazzjoni tad-drittijiet soċjali fundamentali, is-servizzi ta' kwalità għolja u l-impjiegi b'pagi ġusti; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw azzjonijiet u strateġiji f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet soċjali ta' dawk li għalihom is-suq tax-xogħol huwa inaċċessibbli;

29.  Jenfasizza li l-impjiegi deċenti, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali adegwata irrispettivament mir-relazzjoni ta' impjieg jew it-tip ta' kuntratt, iż-żieda fil-pagi u s-servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja u b'riżorsi suffiċjenti, inklużi s-sistemi edukattivi u offerti aċċessibbli ta' tagħlim tul il-ħajja, għandhom impatt sinifikanti fuq it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u tar-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali u fuq it-titjib tas-saħħa u tal-benessri; jilqa' l-impatt sinifikanti tat-trasferimenti soċjali fuq it-tnaqqis tal-faqar; jiddispjaċih madankollu li dan mhuwiex rifless fil-politiki nazzjonali tal-Istati Membri kollha; jenfasizza l-importanza tal-evalwazzjoni trasparenti tal-istrateġija Ewropa 2020, b'mod partikolari fil-qasam tat-tnaqqis tal-faqar, u l-iżvilupp ta' strateġija soċjali u sostenibbli wara l-2020 li tipprijoritizza l-qerda tal-faqar u tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli permezz ta' proċessi ta' djalogu sinifikanti mas-soċjetà ċivili u mal-persuni b'esperjenza diretta tal-faqar fil-livell tal-UE u dak nazzjonali;

30.  Jinnota li fl-2017, 9.4 % tal-persuni impjegati kollha fl-UE kienu fir-riskju tal-faqar u li l-faqar fost dawk li jaħdmu qiegħed jiżdied f'ħafna Stati Membri; Jenfasizza li l-faqar fost dawk li jaħdmu huwa sinjal fundamentali ta' inġustizzja soċjali u jemmen li huwa essenzjali li tiżdied il-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiem, li jissaħħaħ in-negozjar kollettiv u li tiġi definita sistema b'saħħitha u armonizzata ta' drittijiet u protezzjonijiet għal kull forma ta' xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni deċiżiva biex jiżguraw li n-nies ikunu jistgħu jaffordjaw ħajja deċenti għalihom infushom u għall-familji tagħhom fuq il-pagi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tressaq strument legali biex jiġi żgurat li kull ħaddiem fl-Unjoni jkollu paga minima ġusta, li tista' tiġi stabbilita skont it-tradizzjonijiet nazzjonali, jew permezz ta' ftehimiet kollettivi jew dispożizzjonijiet legali;

31.  Iqis li l-firxa ta' impjiegi temporanji jew prekarji qed tirriskja li jkollha effetti perikolużi f'termini tal-adegwatezza tal-pensjoni, b'mod partikolari għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ li ta' spiss jiffaċċjaw perjodi ta' diskontinwità fil-perkors tal-karriera u b'hekk tal-kontribuzzjonijiet tagħhom, u l-istabilità tas-sistemi tas-sigurtà soċjali;

32.  Jinnota l-iżviluppi preokkupanti fis-swieq tal-akkomodazzjoni mġebbda żżejjed f'diversi Stati Membri u l-konsegwenzi detrimentali tagħhom b'mod partikolari fuq persuni bi dħul baxx u f'ċerti reġjuni; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni (biex inaqqsu l-ostakli tal-provvista, ineħħu d-distorsjonijiet u jnaqqsu l-preġudizzji li jinħolqu mis-sistema tat-taxxa) u biex jieħdu azzjoni f'konformità mar-Rakkomandazzjoni 19 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mis-Semestru Ewropew biex jimmonitorjaw u jappoġġjaw il-progress dwar l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni u l-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi Qafas Ewropew għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli biex ikun hemm koordinazzjoni effiċjenti tal-politiki tal-Istati Membri;

34.  Jinnota li s-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa huma essenzjali biex jappoġġaw il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jinnota bi tħassib li l-maġġoranza tal-Istati Membri rċevew CSRs biex itejbu l-effikaċja, l-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà, l-affordabbiltà, il-kwalità u l-kosteffettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom; jenfasizza l-importanza ta' kampanji ta' prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa, immirati b'mod partikolari lejn iż-żgħażagħ minn popolazzjonijiet żvantaġġati; jistieden lill-Istati Membri jinvestu bi prijorità fil-prevenzjoni fil-politiki tas-saħħa tagħhom; jitlob li jiġu segwiti b'mod attiv kampanji ta' promozzjoni tas-saħħa kemm għas-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali; ifakkar fl-importanza li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-persuni ta' età tax-xogħol li jkunu qed jirkupraw minn mard; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fis-servizzi tal-kura għall-persuni fl-istadji kollha ta' ħajjithom, ikomplu jsegwu bil-għan li jinkisbu l-miri ta' Barċellona tal-2002 tal-kura tat-tfal, u biex jiġu żviluppati l-miri tal-kura għall-anzjani u għall-persuni dipendenti;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri speċifiċi biex jagħtu segwitu għall-Qafas Ewropew għal Azzjoni dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali u l-Kumpass tal-UE għal Azzjoni dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali; jemmen li dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-promozzjoni tas-saħħa mentali u miżuri ta' prevenzjoni u jkunu koerenti ma' strumenti ta' politika oħrajn bil-għan li jitnaqqsu d-determinanti soċjali sottostanti tas-saħħa mentali;

36.  Jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ mill-qrib u, fejn meħtieġ, rieżami tal-fondi tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat finanzjament effettiv f'konformità mal-objettivi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw kwalunkwe użu ħażin, frodi u korruzzjoni relatati mal-fondi tal-Unjoni;

37.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu rrispettati r-rakkomandazzjonijiet tal-Awdituri tal-UE;

38.  Jemmen li sabiex tinżamm u tiżdied il-kompetittività globali, il-qafas regolatorju tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri jeħtieġ li jkun ċar, sempliċi u flessibbli, filwaqt li jinżammu l-istandards għoljin tax-xogħol;

39.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(2) https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/5-presidents-report_mt.pdf
(3) ĠU C 179, 25.5.2018, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2019)0337.
(5) ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0181.
(7) ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79.
(8) ĠU C 155, 25.5.2011, p. 10.
(9) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 93.
(10) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 100.
(11) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109.
(12) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 141.
(13) Testi adottati, P8_TA(2019)0202.
(14) Testi adottati, P8_TA(2018)0485.
(15) Testi adottati, P8_TA(2018)0432.
(16) Testi adottati, P8_TA(2018)0325.
(17) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 89.
(18) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 156.
(19) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 135.
(20) ĠU C 242, 10.7.2018, p. 24.
(21) ĠU C 76, 28.2.2018, p. 93.
(22) ĠU C 35, 31.1.2018, p. 157.
(23) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 117.
(24) https://ec.europa.eu/health/state/glance_mt
(25) https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/state/docs/2018_healthatglance_rep_en.pdf
(26) https://www.coe.int/en/web/turin-european-social-charter/turin-process
(27) ĠU C 199E, 7.7.2012, p. 25
(28) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(29) ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105.
(30) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).
(31) Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
(32) Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD); "Akkomodazzjoni raġonevoli" tfisser "modifika neċessarja u adegwata u aġġustamenti li ma jimponux piż sproporzjonat jew bla bżonn, meta tkun meħtieġa f'każ partikolari, biex jiġi assigurat li l-persuni b'diżabbiltà jistgħu jgawdu u jeżerċitaw fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha" (https://www.ohchr.org/EN/HRBodies/CRPD/Pages/ConventionRightsPersonsWithDisabilities.aspx); L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi jiddikjara: "Sabiex tiġi ggarantita konformità mal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta' persuni b'diżabilitajiet, għandha tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli. Dan ifisser li dawk li jħaddmu għandhom jieħdu miżuri approprjati, meta meħtieġa f'każ partikulari, biex jippermettu persuna b'diżabilità li jkollha aċċess għal impjieg, u tipparteċipa fih, jew tavvanza fih, jew titħarreġ, sakemm dawn il-miżuri ma jimponux piż sproporzjonat fuq min iħaddem. Dan il-piż ma jitqiesx sproporzjonat meta jiġi mnaqqas biżżejjed permezz ta' miżuri li jkunu jeżistu fil-qafas tal-politika dwar diżabilità fl-Istat Membru kkonċernat" (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:32000L0078&from=EN); Is-sit web tal-Kummissjoni jgħid: "Akkomodazzjoni raġonevoli hija kwalunkwe bidla f'impjieg jew f'ambjent tax-xogħol li hija meħtieġa biex persuna b'diżabbiltà tkun tista' tapplika, twettaq u tavvanza f'funzjonijiet ta' impjieg, jew issegwi taħriġ" (https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=147).

Avviż legali - Politika tal-privatezza